Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 20 ta' Mejju 2015 - StrasburguVerżjoni finali
Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
 Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni mal-Afrika t'Isfel (Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu ***II
 L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***II
 Proċedimenti ta' falliment ***II
 Sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni ta' importaturi ta' ċerti minerali jew metalli li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli ***I
 Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju
 Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola
 Liv tal-maternità
 Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità
 Tifqigħa ta' Xylella fastidiosa li tolqot is-siġar taż-żebbuġ

Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
PDF 253kWORD 66k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (C(2015)02802 – 2015/2673(DEA))
P8_TA(2015)0199B8-0439/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)02802),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2015, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tas-6 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 83(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fid-19 ta' Mejju 2015,

A.  billi l-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2014 ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fost l-oħrajn, sabiex l-allokazzjonijiet li ma jintużawx fl-2014 jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, lil hinn mil-limiti massimi tan-nefqa korrispondenti;

B.  billi l-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija u l-Isvezja u ċerti programmi reġjonali tal-Belġju, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit ma kinux lesti għall-adozzjoni sa tmiem l-2014;

C.  billi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 ġie rivedut kif meħtieġ mir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 li jittrasferixxi, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, l-allokazzjonijiet mhux użati korrispondenti tal-2014 fil-limiti massimi tan-nefqa tal-2015 u l-2016;

D.  billi l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li jistabbilixxi t-tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ;

E.  billi ir-regolament delegat huwa essenzjali għal adozzjoni bla xkiel u f'waqtha ta' programmi tal-iżvilupp rurali, u billi huwa xieraq li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.


Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni mal-Afrika t'Isfel (Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 250kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07657/2015 – C8-0103/2015 – 2014/0236(NLE))
P8_TA(2015)0200A8-0146/2015

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07657/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Addizzjoni għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13175/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a) (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0103/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0146/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel.


Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu ***II
PDF 326kWORD 64k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (05933/4/2015 – C8-0109/2015 – 2013/0025(COD))
P8_TA(2015)0201A8-0153/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05933/4/2015 – C8-0109/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0045),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(3) Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0191.


L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***II
PDF 325kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (05932/2/2015 – C8-0108/2015 – 2013/0024(COD))
P8_TA(2015)0202A8-0154/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05932/2/2015 – C8-0108/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0044),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(3) Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0190.


Proċedimenti ta' falliment ***II
PDF 322kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza (riformulazzjoni) (16636/5/2014 – C8-0090/2015 – 2012/0360(COD))
P8_TA(2015)0203A8-0155/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16636/5/2014 – C8-0090/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0744),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8–0155/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 55.
(2) Testi adottati tal-5.2.2014, P7_TA(2014)0093.


Sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni ta' importaturi ta' ċerti minerali jew metalli li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli ***I
PDF 565kWORD 228k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-20 ta' Mejju 2015 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli (COM(2014)0111 – C7-0092/2014 – 2014/0059(COD))(1)
P8_TA(2015)0204A8-0141/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli − għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp jistgħu jkunu kawża ta' tilwim fejn id-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u jdgħajjfu l-isforzi nazzjonali lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn l-oqsma, il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa kruċjali għall-paċi u l-istabbiltà.
(1)  Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli − għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp jistgħu jkunu kawża ta' tilwim fejn id-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u jdgħajfu l-isforzi lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn iż-żoni, il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa element kruċjali sabiex jiġu garantiti l-paċi, l-iżvilupp u l-istabbiltà.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  L-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem huma komuni fi ħdan l-industrija estrattiva u jistgħu jinkludu tħaddim tat-tfal, vjolenza sesswali, għajbien sfurzat, ir-risistemazzjoni sfurzata u l-qerda ta' siti sinifikanti fuq livell ritwali jew kulturali.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Il-kwistjoni tikkonċerna r-reġjuni għonja fir-riżorsi fejn l-isfida ppreżentata mix-xewqa li jitnaqqas il-finanzjament ta' gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà ġiet indirizzata minn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali flimkien mal-operaturi kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
(2)  Il-kwistjoni tikkonċerna żoni għonja fir-riżorsi fejn l-isfida ppreżentata mix-xewqa li jiġi evitat il-finanzjament ta' gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà ġiet indirizzata minn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali flimkien mal-operaturi kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa li huma fuq quddiem sabiex jiġbdu l-attenzjoni dwar il-kundizzjonijet ta' sfruttament imposti minn dawn il-gruppi, kif ukoll dwar l-istupru u l-vjolenza użati biex jiġu kkontrollati popolazzjonijiet lokali.
(Din l-emenda li tirriżulta fil-bdil tal-kelma "reġjuni" għal "żoni" tapplika matul it-test kollu).
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Dan ir-Regolament huwa wieħed mill-mezzi biex jiġi eliminat il-finanzjament lill-gruppi armati permezz tal-kontroll fuq il-kummerċ fil-minerali minn reġjuni ta' kunflitt; dan ma jbiddilx il-fatt li l-azzjonijiet tal-politika barranija u tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea għandhom jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni lokali u l-fatt li l-fruntieri huma porużi, u fuq il-forniment ta' taħriġ lill-popolazzjonijiet lokali u lir-rappreżentati tagħhom sabiex jinxteħet dawl fuq l-abbużi.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fis-7 ta' Ottubru 2010, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni li titlob lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti aliasit-Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; U l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal- 2011 u 2012il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta - anki barra s-sħubija tal-OECD.
(7)  Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010, tat-8 ta' Marzu 2011, tal-5 ta' Lulju 2011 u tas-26 ta' Frar 2014, il-Parlament Ewropew talab lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti magħrufa bħala t-Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; u l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal-2011 u 2012 il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta - anki barra s-sħubija tal-OECD.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Ċittadini tal-Unjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili qajmu l-kuxjenza fir-rigward ta' kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-Unjoni talli ma jitqisux responsabbli għall-konnessjoni potenzjali tagħhom mal-estrazzjoni illegali u l-kummerċ ta' minerali minn reġjuni ta' kunflitt. Il-konsegwenza ta' dan hija li dawn il-minerali, potenzjalment preżenti fi prodotti tal-konsumatur, jgħaqqdu l-konsumaturi mal-kunflitti barra l-Unjoni. Għal dan l-għan, iċ-ċittadini talbu notevolment permezz ta' petizzjonijiet, li l-leġiżlazzjoni tiġi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jżommu lill-kumpaniji responsabbli skont il-linji gwida kif stabbilit min-NU u l-OECD.
(8)  Ċittadini tal-Unjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili qajmu l-kuxjenza fir-rigward ta' kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-Unjoni talli ma jitqisux responsabbli għall-konnessjoni potenzjali tagħhom mal-estrazzjoni illegali u l-kummerċ ta' minerali minn reġjuni ta' kunflitt. Il-konsegwenza ta' dan hija li dawn il-minerali, potenzjalment preżenti fi prodotti tal-konsumatur, jgħaqqdu l-konsumaturi mal-kunflitti barra l-Unjoni. B'hekk, il-konsumaturi huma mgħaqqda indirettament ma' kunflitti li għandhom impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, peress li l-gruppi armati ħafna drabi jużaw l-istupru tal-massa bħala strateġija maħsuba sabiex jintimidaw u jikkontrollaw lill-popolazzjonijiet lokali sabiex jipproteġu l-interessi tagħhom. Għal dan l-għan, iċ-ċittadini talbu notevolment permezz ta' petizzjonijiet, li l-leġiżlazzjoni tiġi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jżommu lill-kumpaniji responsabbli skont il-linji gwida kif stabbilit min-NU u l-OECD.
Emendi 71, 91 u 112
Proposta għal regolament
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  Ir-Regolament jirrifletti l-ħtieġa ta' diliġenza dovuta tul il-katina tal-provvista kollha mis-sit ta' provenjenza sal-prodott finali, billi l-kumpaniji kollha li jqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq Ewropew ir-riżorsi koperti — inklużi prodotti li jkun fihom dawk ir-riżorsi — ikunu obbligati jwettqu d-diliġenza dovuta fuq il-katina tal-provvista tagħhom u jirrapportaw pubblikament dwarha. Bi qbil man-natura tad-diliġenza dovuta, l-obbligi individwali tad-diliġenza dovuta li huma previsti f'dan ir-Regolament għandhom jirriflettu n-natura progressiva u flessibbli tal-proċessi ta' diliġenza dovuta, u l-ħtieġa ta' obbligi li jkunu mfassla apposta għaċ-ċirkustanzi individwali tal-intrapriżi. L-obbligi għandhom ikunu mfassla skont id-daqs, is-saħħa u l-pożizzjoni ta' kumpanija fil-katina tal-provvista tagħha.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 11 a (ġdida)
(11a)  Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tirrikjedi li l-kumpaniji b'aktar minn 500 impjegat jiżvelaw informazzjoni dwar għadd ta' politiki inklużi dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem, dawk kontra l-korruzzjoni u dawk dwar id-diliġenza dovuta fil-katina ta' provvista. Dik id-Direttiva tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida b'mod li tiffaċilita l-iżvelar ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li f'dawk il-linji gwida tinkludi indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward tal-akkwist ta' minerali u metalli bi provenjenza responsabbli.
__________________
1a Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11 b (ġdida)
(11b)  Ħafna mis-sistemi eżistenti tad-diligenza dovuta fil-katina tal-provvista jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Diġà jeżistu skemi tal-industrija bil-għan li jiksru r-rabta bejn il-kunflitt u l-provenjenza tal-landa, tantalu, tungstenu u deheb. Dawn l-iskemi jużaw awditi mwettqa minn partijiet terzi indipendenti biex jiċċertifikaw biss lil dawk il-funderiji u r-raffineriji li jkollhom fis-seħħ sistemi li jiżguraw li l-metalli u l-minerali li jakkwistaw għall-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikollhom provenjenza responsabbli. Dan l-iskemi tal-industrija jistgħu jiġu rikonoxxuti fis-sistema tal-Unjoni. Madankollu, il-kriterji u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' dawn l-iskemi bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġu ċċarati biex jippermettu r-rispett għal standards għolja u jiġi evitat l-awditjar doppju.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika fil-provenjenza responsabbli ta' minerali u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-Unjoni rrappurtaw ukoll ħafna diffikultajiet biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista minħabba l-katini tal-provvista globali twal u kumplessi li jinvolvu għadd għoli ta' operaturi li spiss m'humiex konxji biżżejjed jew m'humiex ikkonċernati etikament. L-ispiża tal-provenjenza responsabbli u tal-impatt potenzjali tagħha fuq il-kompetittività l-aktar fuq l-SMEs għandha tiġi sorveljata mill-Kummissjoni.
(12)  Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika biex jakkwistaw minerali bi provenjenza responsabbli u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-Unjoni rrappurtaw ukoll ħafna diffikultajiet u sfidi prattiċi biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista minħabba katini tal-provvista globali twal u kumplessi li jinvolvu għadd kbir ta' operaturi li spiss mhumiex konxji biżżejjed jew m'humiex ikkonċernati etikament. L-ispiża biex jiġu akkwistati minerali bi provenjenza responsabbli, ta' awditjar minn partijiet terzi, tal-konsegwenzi amministrattivi u tal-impatt potenzjali tagħhom fuq il-kompetittività l-aktar fuq l-SMEs għandha tiġi sorveljata mill-qrib u rappurtata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'assistenza teknika u finanzjarja u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni sabiex timplimenta dan ir-Regolament. L-SMEs stabbiliti fl-Unjoni li jimportaw minerali u metalli u li jistabbilixxu sistemi ta' diligenza dovuta għandhom jirċievu għajnuna finanzjarja permezz tal-programm tal-Kummissjoni COSME.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni li joperaw downstream fil-katina tal-provvista li jistabbilixxu volantarjament sistema biex jakkwistaw minerali u metali bi provenjenza responsabbli għandhom ikunu ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz ta' tikketta. Il-Kummissjoni għandha tistrieħ fuq il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-għoti ta' ċertifikazzjoni u, għal dak il-għan, tista' tikkonsulta lis-Segretarjat tal-OECD. Il-kundizzjonijiet għall-għoti taċ-"Ċertifikazzjoni Ewropea ta' responsabbiltà" għandhom ikunu strinġenti daqs dawk meħtieġa mis-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-OECD. Kumpaniji li jibbenefikaw miċ-"Ċertifikazzjoni Ewropew ta' responsabbiltà" huma mħeġġa juru dan il-fatt fuq is-sit web tagħhom u jinkluduh fl-informazzjoni li jfornu lill-konsumaturi Ewropej.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-funderiji u r-raffineriji huma kwistjoni importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali peress li jinsabu tipikament fl-aħħar stadju li fih tista' tiġi assigurata b'mod effettiv id-diliġenza dovuta bil-ġbir, id-divulgar u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u tal-katina ta' kustodja. Wara dan l-istadju ta' trasformazzjoni huwa ta' spiss ikkunsidrat li mhux fattibbli biex jiġu traċċati l-oriġini tal-minerali. Lista tal-Unjoni ta' funderiji u raffineriji responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal kumpaniji downstream fir-rigward tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista.
(13)  Il-funderiji u r-raffineriji huma punt importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali peress li jinsabu tipikament fl-aħħar stadju li fih tista' tiġi assigurata b'mod effettiv id-diliġenza dovuta bil-ġbir, id-divulgar u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u tal-katina ta' kustodja. Wara dan l-istadju ta' trasformazzjoni huwa ta' spiss ikkunsidrat li mhux fattibbli li jiġu traċċati l-oriġini tal-minerali. Dan japplika wkoll għall-metalli riċiklati, li jkunu għaddew minn fażijiet saħansitra aktar avvanzati fil-proċess tat-trasformazzjoni. Lista tal-Unjoni ta' funderiji u raffineriji responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal kumpaniji downstream fir-rigward tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, impriżi upstream bħal funderiji u raffineriji għandhom jgħaddu minn awditu minn partijiet terzi indipendenti dwar il-prattiki ta' diligenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom, bil-għan li jiddaħħlu fil-lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13 a (ġdida)
(13a)  Funderiji u raffineriji li jipproċessaw u jimportaw minerali u konċentrati tagħhom għandhom l-obbligu li japplikaw is-sistema tal-Unjoni tad-diligenza dovuta fil-katina tal-provvista.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13 b (ġdida)
(13b)  Il-minerali u l-metalli kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jintużaw f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fih. Huwa essenzjali li l-importaturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15 a (ġdida)
(15a)  Sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju ta' sentejn biex jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi sistema ta' awditjar minn partijiet terzi u lill-importaturi responsabbli biex isiru familjari mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 15 b (ġdida)
(15b)  Il-Kummissjoni għandha regolarment teżamina mill-ġdid l-assistenza finanzjarja u l-impenji politiċi tagħha fir-rigward ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli fejn il-landa, it-tantalu, it-tungstenu u d-deheb huma estratti, speċjalment fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, sabiex tiżgura l-koerenza fil-politika, u tinċentiva u ssaħħaħ ir-rispett għal governanza tajba, l-istat tad-dritt u fuq kollox estrazzjoni etika.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-effetti tal-iskema. Mhux aktar minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ, u kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tħaddim u l-effettività ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni ta' provenjenza responsabbli ta' minerali fl-ambitu tagħha f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati, li jistgħu jinkludu miżuri obbligatorji,
(16)  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti tal-iskema. Sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid it-tħaddim u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament u l-aħħar impatt tal-iskema fil-post fir-rigward tal-promozzjoni ta' prattiki biex jiġu akkwistati minerali bi provenjenza responsabbli fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati, li jistgħu jinkludu aktar miżuri obbligatorji,
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 16 a (ġdida)
(16a)  Fil-Komunikazzjoni Konġunta tagħhom tal-5 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà impenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament li jwasslu għal approċċ integrat tal-UE dwar il-prattiki biex tiġi akkwistata materja prima bi provenjenza responsabbli flimkien ma' dan ir-Regolament, bil-għan li mhux biss jintlaħaq livell għoli ta' parteċipazzjoni minn kumpaniji fis-sistema tal-Unjoni prevista f'dan ir-Regolament iżda wkoll li jiġi żgurat li jittieħed approċċ globali, koerenti u komprensiv għall-promozzjoni ta' prattiki biex tinstab materja prima bi provenjenza responsabbli minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta għall-katina ta’ provvista sabiex irażżan l-opportunitajiet għall-gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà12 għal kummerċ fil-landa, tantalu u tungstenu, minerali tagħhom, u deheb. Huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fejn jidħlu l-prattiki tal-provvista ta’ importaturi, funderiji u raffineriji bi provenjenza f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta’ riskju għoli.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta għall-katina ta’ provvista sabiex irażżan l-opportunitajiet għall-gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà12 għal kummerċ fil-landa, tantalu u tungstenu, minerali tagħhom, u deheb. Huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fejn jidħlu l-prattiki tal-provvista ta’ importaturi, funderiji u raffineriji bi provenjenza f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta’ riskju għoli.
__________________
__________________
12 “Gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà” kif definiti fl-Anness II tal-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas: It-tieni edizzjoni Pubblikazzjoni tal-OECD (OECD (2013), http://dx.doi.org/10.1787/9789264185050-en.
12 “Gruppi armati u forzi tas-sigurtà” kif definiti fl-Anness II tal-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas: It-tieni edizzjoni Pubblikazzjoni tal-OECD (OECD (2013), http://dx.doi.org/10.1787/9789264185050-en.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi tal-Unjoni li jagħżlu li jkunu awtodikjarati bħala importaturi responsabbli ta' minerali jew metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tungstenu, tantalu u deheb, kif stipulat fl-Anness I.
2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tal-importaturi kollha tal-Unjoni li l-provvisti tagħhom tal-minerali u l-metalli li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta. Din il-gwida hija intiża biex tiżgura t-trasparenza u t-traċċabbiltà fir-rigward tal-prattiki ta' provvista tal-importaturi meta jieħdu provvisti minn żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli, sabiex jiġu mminimizzati jew prevenuti kunflitti vjolenti u abbużi mid-drittijiet tal-bniedem billi jitnaqqsu l-opportunitajiet għal gruppi armati u forzi tas-sigurtà, kif definiti fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta, biex jinnegozjaw f'dawk il-minerali u l-metalli.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Metalli li huma raġonevolment preżunti li huma riċiklati huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emendi 76, 97, 117 u 135
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.  Sabiex jipprevjeni distorsjonijiet mhux intenzjonati fis-suq, dan ir-Regolament għandu jiddistingwi bejn ir-rwol tal-impriżi li jinsabu upstream tal-katina tal-provvista u dawk li jinsabu downstream. L-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jeħtieġ ikun imfassal speċifikament għall-attivitajiet tal-impriża konċernata, id-daqs tagħha u l-pożizzjoni tagħha fil-katina tal-provvista.
Emendi 77, 98, 118 u 136
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 c (ġdid)
2c.  Il-Kummissjoni, b'ħidma bl-iskemi tal-industrija u skont il-Gwida tal-OECD tista' tipprovdi linji gwida ulterjuri dwar l-obbligi li għandhom jissodisfaw l-impriżi, skont il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex tiżgura li s-sistema tinvolvi proċedura flessibbli li tqis il-pożizzjoni tal-SMEs.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 d (ġdid)
2d.  Skont dan ir-Regolament u f'konformità mal-Gwida dwar id-Diliġenza Dovuta tal-OECD, l-impriżi downstream għandhom jieħdu kull miżura raġonevoli biex jidentifikaw u jittrattaw ir-riskji fil-katina ta' provvista tagħhom tal-minerali u l-metalli koperti b'dan ir-Regolament. F'dan il-kuntest, huma għandhom l-obbligu li jipprovdu informazzjoni dwar il-prattiki ta' diliġenza dovuta li huma jużaw għal katina ta' provvista responsabbli.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt b a (ġdid)
(ba)  "metalli riċiklati" tfisser prodotti riġenerati, li kienu intenzjonati għall-utent finali jew li ġa għaddew minn konsumatur, jew fdal ta' metalli pproċessati maħluq waqt il-fabbrikazzjoni ta' prodott. 'metalli riċiklati' tinkludi materjali żejda, skaduti, difettużi, u ruttam tal-metall li jkun fihom metalli raffinati jew ipproċessati li jkunu jistgħu jiġu riċiklati fil-produzzjoni ta' landa, tantalu, tungstenu, u/jew deheb; minerali ipproċessati parzjalment, mhux ipproċessati jew li jkunu prodott sekondarju minn metall ieħor mhux maħdum mhumiex metalli riċiklati;
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt e
(e)  "żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat, żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inkluż abbużi mid-drittijiet tal-bniedem;
(e)  "żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat, bi preżenza ta' vjolenza mifruxa, kollass tal-infrastruttura ċivili, żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, ikkaratterizzati minn ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit skont id-dritt internazzjonali;
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt g
(g)  "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-minerali jew il-metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;
(g)  "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tagħmel dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera ta' minerali u metalli fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament f'ismu stess jew f'isem il-persuna li għan-nom tagħha ssir id-dikjarazzjoni; rappreżentant li jagħmel id-dikjarazzjoni filwaqt li jaġixxi f'isem u għan-nom ta' persuna oħra jew rappreżentant li jaġixxi f'ismu u għan-nom ta' persuna oħra huma wkoll meqjusa bħala importaturi għall-fini ta' dan ir-Regolament;
__________________
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt h
(h)  “importatur responsabbli” tfisser kull importatur li jagħżel li jkun awtoċertifikat skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament;
imħassar
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt i
(i)  "awtoċertifikazzjoni" tfisser l-att ta' dikjarazzjoni tal-osservanza għall-obbligi dwar sistemi ta’ ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju u l-verifika u d-divulgar ta' partijiet terzi kif stabbilit f’dan ir-Regolament;
imħassar
(Din l-emenda tapplika matul it-test kollu)
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt q a (ġdid)
(qa)  "skema tal-industrija" tfisser tgħaqqid ta' proċeduri, għodod u mekkaniżmi għall-eżerċizzju voluntarju tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista, żviluppati u sorveljati minn assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija, inkluż valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt q b (ġdid)
(qb)  "gruppi armati u forzi tas-sigurtà" tfisser il-gruppi msemmija fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt a
(a)  jadotta u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;
(a)  jadotta u jikkomunika b'mod ċar u sistematiku lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;
Emendi 85, 126 u 145
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)
Fejn kwalunkwe impriża tista' tikkonkludi b'mod raġonevoli li r-riżorsi huma ġejjin biss minn sorsi riċiklati jew ta' skart, hija għandha, b'rigward xieraq għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib kompetittiv ieħor:
(a)  tiddivulga publikament id-determinazzjoni tagħha; u
(b)  tiddeskrivi f'dettal raġonevoli l-miżuri tad-diliġenza dovuta li hija eżerċitat biex wasslet għal dik id-determinazzjoni.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)
Importaturi responsabbli ċertifikati ta' metalli mdewba jew raffinati jkunu eżentati mit-twettiq ta' verifiki indipendenti min-naħa ta' partijiet terzi skont l-Artikolu 3(1a) ta' dan ir-Regolament jekk jissottomettu evidenza sostantiva li l-funderiji u r-raffineriji kollha fil-katina tal-provvista tagħhom huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Lista ta' importaturi responsabbli
1.  Abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament, deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' importaturi ta' minerali u metalli responsabbli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.  Il-Kummissjoni tadotta l-lista skont il-mudell stabbilit fl-Anness Ia u l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2).
3.  Il-Kummissjoni taġġorna u tippubblika, anki fuq l-internet, l-informazzjoni inkluża fil-lista b'mod puntwali. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-importaturi li, f'każ ta' azzjoni ta' rimedju inadegwata mill-importaturi responsabbli, ma jkunux għadhom rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l- Artikolu 14(3).
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 7 b (ġdid)
Artikolu 7b
Obbligi ta' diliġenza dovuta applikabbli għall-funderiji u raffineriji
1.  Funderiji u raffineriji stabbiliti fl-Unjoni li jipproċessaw u jimportaw minerali u konċentrati tagħhom għandhom l-obbligu li japplikaw is-sistema tal-Unjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista jew sistema ta' diliġenza dovuta rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni.
2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema Ewropea tad-diliġenza dovuta mill-funderiji u raffineriji. Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi, l-awtoritajiet jinnotifikaw il-fatt lill-funderija jew raffinerija, u jitolbuha tieħu miżuri korrettivi sabiex tkun konformi mas-sistema Ewropea tad-diliġenza dovuta. F'każ ta' nuqqas persistenti ta' konformità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jimponu penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Dawn il-penali jieqfu meta l-funderija jew ir-raffinerija tottempora mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli ta' minerali fl-ambitu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
1.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tidentifika fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 dawk il-funderiji u raffineriji responsabbli li qed jissorsjaw għall-anqas b'mod parzjali minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.
2.  Il-Kummissjoni tidentifika fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 dawk il-funderiji u raffineriji responsabbli li jakkwistaw il-metalli u l-minerali li jużaw fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom għall-anqas b'mod parzjali minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Din il-lista titfassal billi tieħu inkunsiderazzjoni skemi ekwivalenti tal-industrija, governattivi, jew oħrajn ta' diliġenza dovuta li jkopru l-minerali u l-metalli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni tadotta l-lista skont il-mudell fl-Anness II u l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2). Is-segretarjat tal-OECD jiġi kkonsultat.
3.  Il-Kummissjoni tadotta l-lista billi tuża l-mudell fl-Anness II u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13(2). Is-segretarjat tal-OECD jiġi kkonsultat.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni taġġorna l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji li ma għadhomx rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina ta' provvista tal-importaturi responsabbli li mhumiex rikonoxxuti aktar.
4.  Il-Kummissjoni taġġorna u tippubblika, anki fuq l-internet, l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji li ma jkunux għadhom rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina tal-provvista tal-importaturi responsabbli li ma jkunux għadhom rikonoxxuti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika, inkluż fuq l-Internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti skont il-mudell fl-Anness III u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 13. Il-Kummissjoni taġġorna l-lista regolarment.
2.  Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika, inkluż fuq l-internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti billi tuża l-mudell fl-Anness III u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni taġġorna l-lista regolarment.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jiżguraw jekk l-importaturi responsabbli awtoċertifikati ta’ minerali u metalli fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7.
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jiżguraw jekk l-importaturi responsabbli ta’ minerali u metalli fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jistgħu jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f'idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta' tħassib sostanzjali minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur responsabbli ma' dan ir-Regolament.
2.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f'idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta' tħassib sostanzjali minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur responsabbli ma' dan ir-Regolament.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 12 a (ġdid)
Artikolu 12a
Sabiex tinħoloq ċarezza u ċertezza għal konsistenza bejn l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-OECD, tipprepara linji gwida mhux vinkolanti f'forma ta' manwal għall-kumpaniji, fejn tispjega l-aħjar mod kif jiġu applikati l-kriterji għal dawk l-oqsma li jaqaw fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan il-manwal ikun ibbażat fuq id-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli skont l-Artikolu 2(e) ta' dan ir-Regolament u jieħu inkunsiderazzjoni l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta f'dan il-qasam.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-mexxej tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
imħassar
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)
(2a)  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 15 a (ġdid)
Artikolu 15a
Miżuri ta' akkumpanjament
1.  Il-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva, kif xieraq, fi ħdan il-perjodu tranżitorju li tistabbilixxi miżuri ta' akkumpanjament sabiex tissaħħaħ l-effikaċja ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu "Il-Provenjenza Responsabbli ta' minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Lejn Approċċ integrat tal-UE" (JOIN (2014)0008).
Miżuri ta' akkumpanjament li jiżguraw approċċ integrat tal-UE għad-dmir li, għall-proċessi ta' produzzjoni, jiġu akkwistati metalli u minerali bi provenjenza responsabbli jipprevedu:
(a)  appoġġ lill-intrapriżi li jkollhom prattiki biex il-metalli u l-minerali li jakkwistaw għall-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikollhom provenjenza responsabbli fil-forma ta' inċentivi, assistenza teknika u gwida għall-intrapriżi, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex tkun iffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
(b)  djalogi ta' politika li għaddejjin ma' pajjiżi terzi u partijiet interessati oħra, inkluża l-possibbiltà ta' armonizzazzjoni ma' sistemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali u reġjonali u kooperazzjoni ma' inizjattivi pubbliċi privati;
(c)  kooperazzjoni għall-iżvilupp kontinwa u mmirata ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta' minerali mhux ta' kunflitt u għajnuna sabiex l-intrapriżi lokali jitqiegħdu f'pożizzjoni aħjar biex jottemporaw ruħhom ma' dan ir-Regolament;
(d)  kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri għat-tnedija ta' inizjattivi komplementari fil-qasam ta' tagħrif għall-konsumatur, l-investitur u l-klijent u aktar inċentivi għal imġiba responsabbli tal-kumpaniji u għal klawsoli ta' prestazzjoni f'kuntratti ta' akkwist iffirmati mill-awtoritajiet nazzjonali skont it-termini tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
2.  Il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-miżuri ta' akkumpanjament implimentati skont il-paragrafu 1 u dwar l-impatt u l-effikaċja tagħhom.
Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE(ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 a (ġdid)
Dan ir-Regolament japplika minn …*
___________________________
*Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness II – Kolonna C a (ġdida)
Kolonna Ca: Tip ta' mineral

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0141/2015).


Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju
PDF 276kWORD 84k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar id-direttiva delegata tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2015 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju (C(2015)00383 - 2015/2542(DEA))
P8_TA(2015)0205B8-0464/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-direttiva delegata tal-Kummissjoni (C(2015)00383),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 5(1)(a) u 22(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku ("RoHS") jillimita, inter alia, l-użu tal-kadmju f'tagħmir elettriku u elettroniku (ara l-lista fl-Anness II tad-Direttiva dwar ir-RoHS);

B.  billi l-Anness III tad-Direttiva dwar ir-RoHS jipprevedi eżenzjonijiet mir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1);

C.  billi l-punt 39 tal-Anness III jelenka deroga għall-"Kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien (< 10 μg Cd/mm² ta' medda li tarmi d-dawl) għall-użu f'sistemi ta' stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija" b'data ta' skadenza fl-1 ta' Lulju 2014;

D.  billi l-Artikolu 5 jipprevedi l-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku tal-Anness III għall-inklużjoni u t-tħassir ta' eżenzjonijiet;

E.  billi l-Kummissjoni indikat li rċeviet, f'Diċembru 2012, applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni 39 u, f'Mejju 2013, applikazzjoni relatata għal eżenzjoni aktar stretta u aktar speċifika għall-kadmju fil-punti kwantiċi fl-iskrins;

F.  billi, skont l-Artikolu 5(1)a, l-eżenzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-Anness III, sakemm tali inklużjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: it-tneħħija jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz ta' bidliet fid-disinn jew materjali u komponenti li ma jeħtieġu l-ebda materjal jew sustanza elenkati fl-Anness II hija xjentifikament jew teknikament imprattikabbli; l-affidabbiltà tas-sostituti mhijiex żgurata; jew l-impatti negattivi totali ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni x'aktarx li huma akbar mill-benefiċċji totali ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur tagħhom;

G.  billi d-direttiva delegata tal-Kummissjoni testendi l-eżenzjoni 39 sat-30 ta' Ġunju 2017, li ssir l-eżenzjoni 39(a), u tintroduċi eżenzjoni 39(b) ġdida aktar speċifika dwar "Il-kadmju fil-punti kwantiċi ta' nanokristalli semikondutturi b'bażi ta' kadmju għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom għall-użu f'applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni tal-iskrins (< 0.2 μg Cd/mm² ta' medda ta' illuminazzjoni tal-iskrins)", b'data ta' skadenza tat-30 ta' Ġunju 2018;

H.  billi l-estensjoni tal-eżenzjoni 39 u l-eżenzjoni 39(b) ġdida it-tnejn jikkonċernaw il-punti kwantiċi bil-kadmju, minkejja li referenza speċifika għall-punti kwantiċi tingħata biss fl-eżenzjoni 39(b);

I.  billi l-estensjoni tal-eżenzjoni 39 tikkonċerna żewġ applikazzjonijiet differenti tal-punti kwantiċi bil-kadmju: waħda tikkonċerna l-użu fi stat solidu għall-illuminazzjoni (minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala "tidwil"), l-oħra li tikkonċerna s-sistemi tal-iskrins;

J.  billi l-eżenzjoni 39(b) ġdida tikkonċerna biss l-iskrins;

K.  billi l-Kummissjoni tiddikjara b'mod espliċitu li l-LEDs bil-punti kwantiċi (bil-kadmju u bla kadmju) għat-tidwil għadhom mhumiex disponibbli, u tammetti li l-impatt ambjentali pożittiv tagħhom għalhekk ma setax jintwera; billi, madankollu, il-Kummissjoni estendiet l-eżenzjoni ġenerika għal applikazzjonijiet tat-tidwil ibbażati fuq il-punti kwantiċi bil-kadmju sat-30 ta' Ġunju 2017 biex l-industrija tad-dwal tkun tista' tapplika għal eżenzjoni speċifika billi tali applikazzjonijiet diġà jkunu fil-fażi ta' qabel il-produzzjoni;

L.  billi l-konsulenti indipendenti li vvalutaw l-applikazzjonijiet f'isem il-Kummissjoni kkonkludew li l-informazzjoni mogħtija ma ppermettietx konklużjoni li eżenzjoni għat-tidwil tkun ġustifikata fil-preżent, u għalhekk irrakkomandaw b'mod espliċitu li l-eżenzjoni ma tingħatax(2);

M.  billi l-informazzjoni informali ċċirkolata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Mejju 2015 ma tbiddilx is-sitwazzjoni, peress li ma tingħata ebda prova tad-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti fis-suq Ewropew u ma tingħata ebda valutazzjoni tal-proprjetajiet tagħhom mqabbla mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a);

N.  billi fin-nuqqas tad-disponibbiltà ta' prodotti tat-tidwil rilevanti, l-applikant ma setax jipprova li xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a) ġiet issodisfata għall-użu tal-punti kwantiċi bil-kadmju fit-tidwil; billi għalhekk mhuwiex ġustifikat li tingħata estensjoni tal-eżenzjoni għat-tidwil;

O.  billi tali eżenzjoni tista' tkun rilevanti fil-futur, iżda tista' tingħata biss abbażi ta' valutazzjoni xierqa, li għadha ma saritx;

P.  billi, fid-Direttiva Delegata tagħha, il-Kummissjoni tat ukoll eżenzjoni speċifika ġdida għall-punti kwantiċi bil-kadmju fl-iskrins għaliex qalet li dawn diġà kienu qed jintużaw fl-iskrins, li dan ikollu impatt kumplessiv pożittiv minħabba l-konsum baxx tagħhom ta' enerġija, u li l-punti kwantiċi bla kadmju għadhom ma kinux teknikament disponibbli;

Q.  billi l-konsulenti indipendenti li vvalutaw l-applikazzjonijiet f'isem il-Kummissjoni rrakkomandaw f'April 2014 li tingħata eżenzjoni speċifika għall-punti kwantiċi bil-kadmju fl-iskrins għal perjodu iqsar minn dak li saret applikazzjoni għalih (sat-30 ta' Ġunju 2017, i.e. sena inqas mill-perjodu adottat mill-Kummissjoni), fid-dawl tal-fehim li l-applikazzjonijiet li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-kwantitajiet ta' kadmju kif ukoll tas-sostituti bla kadmju huma fl-aħħar stadji tar-riċerka; billi, fi kliem ieħor, ir-rakkomandazzjoni kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta' punti kwantiċi bla kadmju fl-iskrins f'dak iż-żmien;

R.  billi, madankollu, kien hemm żviluppi importanti tas-suq minn dak iż-żmien; billi fl-2015 wieħed mill-manifatturi ewlenin tat-televixins fid-dinja qiegħed linja sħiħa ta' mudelli ġodda ta' televixins fis-suq tal-Unjoni bbażati fuq il-punti kwantiċi bla kadmju, li huma disponibbli fil-ħwienet bl-imnut ewlenin f'diversi Stati Membri (fosthom il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Belġju);

S.  billi, min-naħa l-oħra, jidher li m'għad hemm ebda televixin bil-punti kwantiċi bil-kadmju fis-suq tal-Unjoni, u billi huwa diffiċli li wieħed isib bejjiegħ bl-imnut li jkollu notebook wieħed li l-iskrin tiegħu huwa bbażat fuq it-teknoloġija tal-punti kwantiċi bil-kadmju;

T.  billi huwa mistenni li l-proprjetajiet ta' ffrankar tal-enerġija tal-punti kwantiċi bla kadmju huma simili għal dawk tal-punti kwantiċi bil-kadmju; billi, skont l-informazzjoni fuq l-ekotikketti, meta wieħed iqabbel televixins tal-istess daqs, skrin ta' televixin bil-punti kwantiċi bla kadmju jikkonsma anqas enerġija meta mqabbel ma' mudell ibbażat fuq il-punti kwantiċi bil-kadmju; billi skont informazzjoni mill-industrija, l-ittestjar tal-prestazzjoni tal-kuluri mqabbla mal-istandard rilevanti wera li hija ugwali, jekk mhux superjuri, għall-iskrins ibbażati fuq il-punti kwantiċi bla kadmju;

U.  billi l-ġustifikazzjoni ewlenija mill-Kummissjoni għall-għoti tal-eżenzjoni speċifika l-ġdida hija li "l-punti kwantiċi bla kadmju għad mhumiex teknikament disponibbli";

V.  billi din il-ġustifikazzjoni hija inkorretta b'mod ċar, billi mhux talli l-punti kwantiċi bla kadmju huma teknikament disponibbli, iżda talli linja sħiħa ta' televixins ibbażati fuq din it-teknoloġija saret disponibbli b'mod wiesa' fis-suq tal-Unjoni, u qed jinbiegħu mingħand bejjiegħa bl-imnut ewlenin u magħrufin sew;

W.  billi l-informazzjoni informali ċċirkolata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Mejju 2015 ma tbiddilx dik is-sitwazzjoni; billi l-eżempji elenkati mill-Kummissjoni għal prodotti bi skrins bil-punti kwantiċi bil-kadmju jew huma attwalment mhux disponibbli (TCL 55’’ TV), jew huma disponibbli biss fl-Istati Uniti (ASUS Notebook, Sony TVs), jew jikkonċernaw biss prodotti li għandhom jiġu varati (Konka, Philips, AOC);

X.  billi kemm l-estensjoni tal-eżenzjoni 39 attwali kif ukoll l-introduzzjoni ta' eżenzjoni 39(b) ġdida jonqsu milli jissodisfaw xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a) u għalhekk mhumiex ġustifikati; billi perjodi ta' skadenza relattivament qosra ma jistgħux jiġġustifikaw nonkonformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a);

Y.  billi, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar ir-RoHS, l-eżenzjoni 39 eżistenti għandha tibqa' valida sa ma l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tat-tiġdid;

Z.  billi skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar ir-RoHS, f'każ li applikazzjoni għal tiġdid ta' eżenzjoni tiġi rrifjutata jew f'każ li tiġi rrevokata, il-perjodu ta' eżenzjoni għandu jiskadi mhux qabel 12-il xahar u mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data tad-deċiżjoni;

AA.  billi rifjut tad-Direttiva Delegata għalhekk ma jipprojbixxix l-punti kwantiċi bil-kadmju, iżda jwassal biss għal valutazzjoni ġdida; billi għalhekk m'hemm l-ebda distorsjoni fis-suq, billi l-eżenzjoni attwali tibqa' valida sakemm tiġi rrevokata, filwaqt li perjodu ta' konċessjoni addizzjonali jingħata suċċessivament;

AB.  billi kien hemm żviluppi ġodda importanti fir-rigward tad-disponibbiltà kummerċjali ta' prodotti bbażati fuq teknoloġija ta' punti kwantiċi bla kadmju li jeħtieġu valutazzjoni ġdida;

1.  Joġġezzjona għad-direttiva delegata tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li d-direttiva delegata ma tistax tidħol fis-seħħ.

3.  Iqis li d-direttiva delegata tal-Kummissjoni tonqos milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2011/65/UE, għaż-żewġ eżenzjonijiet iddaħħal fil-punti 39(a) u 39(b) tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE;

4.  Iqis b'mod partikolari li l-ġustifikazzjoni mogħtija għall-eżenzjoni fil-punt 39(b) hija bbażata fuq sitwazzjoni antikwata fir-rigward tal-prattikabbiltà tas-sostituzzjoni tal-kadmju fil-punti kwantiċi; għalhekk jitlob li ssir rivalutazzjoni rapida tal-eżenzjoni eżistenti fil-punt 39 tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE mqabbla mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a) tagħha bl-għan li tiġi rrevokata;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq att delegat ġdid li jqis il-pożizzjoni tal-Parlament;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Öko-Institut, Fraunhofer, Eunomia (2014): Assistance to the Commission on technological socio-economic and cost-benefit assessment related to exemptions from the substance restrictions in electrical and electronic equipment (p.89) - http://rohs.exemptions.oeko.info/fileadmin/user_upload/RoHS_IX/20140422_RoHS2_Evaluation_Ex_Requests_2013-1-5_final.pdf


Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola
PDF 251kWORD 63k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))
P8_TA(2015)0206B8-0440/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)00861),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 177(1)(a), 223(2) u 227(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-segwitu tad-data relatata mal-etanol ta' oriġini agrikola jiżgura kemm it-trasparenza kif ukoll l-għarfien rigward l-evoluzzjoni tas-suq, li għadu instabbli u li qed jiffaċċja kompetizzjoni qawwija, b'mod partikolari minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

B.  billi tali informazzjoni hija wkoll utli għall-aħħar fejn jidħlu negozjati għal ftehimiet internazzjonali u investigazzjonijiet antidumping;

C.  billi l-Eurostat ma jipprovdix tali informazzjoni preċiża, u dan ifisser li m'hemm l-ebda mod alternattiv kif l-operaturi, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jkunu konxji għalkollox dwar is-sitwazzjoni tas-suq;

1.  Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


Liv tal-maternità
PDF 253kWORD 74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-liv tal-maternità (2015/2655(RSP))
P8_TA(2015)0207B8-0453/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8 u 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu(1) (id-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità (COM(2008)0637),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Ottubru 2010 bi ħsieb l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità(2),

–  wara li kkunsidra id-dikjarazzjonijiet ripetuti tal-Parlament dwar dan is-suġġett, inkluża r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet(4) kif ukoll dak li għandu joħroġ dalwaqt dwar l-istess suġġett,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-leave tal-maternità (O-000049/2015 – B8‑0119/2015 u O-000050/2015 – B8‑0120/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-14 ta' April 2015 dwar, inter alia, id-dritt tal-Kummissjoni li tirtira proposta (Kawża C‑409/13),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi l-prinċipju ta’ trattament ugwali tan-nisa u tal-irġiel jimplika li ma jrid ikun hemm l-ebda diskriminazzjoni, diretta jew indiretta, inkluż abbażi tal-maternità, tal-paternità u tal-fatt li dak li jkun jerfa’ responsabbiltajiet familjari;

B.  billi l-istrateġija Ewropa 2020 għal ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva tfisser miri ambizzjużi, bħal rata ta’ impjieg ta’ 75 % u tnaqqis tal-għadd ta’ persuni milquta jew mhedda mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali b'tal-anqas 20 miljun sal-2020;

C.  billi hemm aktar nisa milli hemm irġiel li jbatu l-faqar u l-esklużjoni, speċjalment nisa ta' età akbar, li l-livell medju tal-pensjoni tagħhom huwa 39 % anqas min dak tal-irġiel, u ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom; billi x-xogħol part time u b'kuntratti għal żmien fiss jew temporanji huma aktar komuni fost in-nisa milli fost l-irġiel, u billi l-faqar tan-nisa huwa dovut, fil-parti l-kbira, għall-prekarjetà tal-impjiegi tagħhom;

D.  billi r-rata tat-twelid li qed tonqos fl-UE saret aktar gravi minħabba l-kriżi, peress li l-qgħad, iċ-ċirkostanzi prekarji, u l-inċertezza dwar il-futur u l-ekonomija qed ikollhom l-effett li l-koppji, u b’mod partikolari n-nisa żgħażagħ, qed jipposponu li jkollhom it-tfal, u b’hekk ikomplu jsaħħu t-tendenza, fl-UE kollha kemm hi, lejn it-tixjiħ tal-popolazzjoni;

E.  billi n-nisa fil-ġimgħa jqattgħu it-tripplu tal-ħin li jqattgħu l-irġiel fuq ħidma fid-dar (fost oħrajn f'li jieħdu ħsieb it-tfal, ix-xjuħ u l-persuni b'diżabilità, kif ukoll jagħmlu l-faċendi tad-dar); billi r-rata tal-qgħad tan-nisa tiġi stmata f'livell anqas minn dak reali tagħha, minħabba l-fatt li bosta nisa mhumiex irreġistrati bħala qiegħda, partikolarment dawk li jiddedikaw ruħhom eskulssivament biex jagħmlu l-faċendi tad-dar u jieħdu ħsieb it-tfal;

F.  billi, biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi, huwa essenzjali li n-nisa u l-irġiel jaqsmu bejniethom ir-responsabbiltajiet għall-familja u d-dar; billi kwart tal-Istati Membri ma joffru l-ebda leave tal-paternità;

G.  billi l-Kunsill għadu ma rrispondiex uffiċjalment għall-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità;

1.  Jiddeplora l-imblokk tan-negozjati fil-Kunsill rigward id-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jissuktaw in-negozjati;

2.  Jiddeplora l-instabbiltà interistituzzjonali li tirriżulta mill-fatt li l-Kunsill naqas milli jaġixxi, peress li l-Parlament ikkonkluda l-ewwel qari tiegħu, mentri d-diskussjonijiet fil-Kunsill twaqqfu, biex b’hekk il-proċedura leġiżlattiva kollha sfat kompromessa;

3.  Itenni li lest itemm l-imblokk, u jitlob li l-Kummissjoni taqdi r-rwol tagħha ta’ 'intermedjarju onest' u taħdem b’mod kostruttiv mal-koleġiżlaturi bil-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill, filwaqt li tqis kif jixraq il-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet u r-rwol mogħti lilha mit-Trattat;

4.  Jiddeplora l-fatt li r-reviżjoni proposta tad-direttiva tista' tiġi rtirata mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-eżerċizzju “REFIT”, u, jekk fl-aħħar mill-aħħar dan iseħħ, jitlob inizjattiva leġiżlattiva intiża biex tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE bħala alternattiva immedjata, li tibda taħt il-Presidenza Lussemburgiża tal-Kunsill, sabiex ittejjeb is-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema nisa tqal jew li jkunu welldu reċentement, jew li jkunu qed ireddgħu, u b’hekk tindirizza sfidi demografiċi filwaqt li wkoll tnaqqas l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa;

5.  Jieħu nota li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-14 ta' April 2015 dwar id-dritt tal-Kummissjoni li tirtira proposta (Kawża C-409/13), li terġa' tafferma l-kundizzjonijiet speċifiċi li l-Kummissjoni jeħtiġilha tissodisfa, inter alia dik li taqdi l-obbligu tagħha li tiddikjara r-raġunijiet għall-irtirar lill-Parlament u lill-Kunsill u li tirrispeta l-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi, tal-bilanċ istituzzjonali u tal-kooperazzjoni leali, kif stabbiliti fit-TUE;

6.  Itenni li lest ifassal abbozz ta’ direttiva separata li tistabbilixxi leave tal-paternità mħallas ta' tal-anqas għaxart ijiem tax-xogħol, u li tinkoraġġixxi miżuri, leġiżlattivi jew ta' xort’ oħra, li jippermettu lill-irġiel, u lill-missirijiet b'mod partikolari, jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

7.  Jistenna l-valutazzjoni finali tad-Direttiva 2010/18/UE dwar il-leave tal-ġenituri u, fid-dawl tal-istudji interim disponibbli, jitlob reviżjoni ta’ dik id-direttiva għaliex mhijiex tilħaq il-mira tagħha li tirrikonċilja l-ħajja privata u dik tax-xogħol bil-għan li jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għaż-żewġ ġenituri, u b’mod speċjali għan-nisa, li jintlaqtu mid-diverġenzi bejn is-sessi rigward il-pagi, il-pensjonijiet u l-faqar;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
(2) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 163.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0050.
(4) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità
PDF 276kWORD 95k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (2015/2684(RSP))
P8_TA(2015)0208B8-0460/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità(1),

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jistabbilixxi arranġamenti interni għall-implimentazzjoni mill-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-rappreżentanza tagħha relatata mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità(2),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titlu 'Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) mill-Unjoni Ewropea' (SWD(2014)0182),

–  wara li kkunsidra l-Lista ta' Kwistjonijiet adottati mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titlu 'Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli' (COM(2010)0636),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(4),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-2013,

–  wara li kkunsidra tal-Artikoli 2, 9, 10, 19 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, bħala ċittadini sħaħ, il-persuni b'diżabilità għandhom drittijiet ugwali u huma intitolati għal dinjità indiskutibbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

B.  billi huwa stmat li 80 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea għandhom diżabilità;

C.  billi evidenza mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE b'mod konsistenti turi li persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni u ostakoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fuq bażi ugwali ma' persuni oħra;

D.  billi l-persuni b'diżabilità jsawru wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà tagħna u billi l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol tirrappreżenta waħda mill-akbar sfidi għall-politika soċjali u għall-politika tas-suq tal-impjiegi;

E.  billi l-inklużjoni sħiħa u l-parteċipazzjoni ugwali ta' persuni b'diżabilità jistgħu jintlaħqu biss billi jittieħed approċċ għad-diżabilità bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE, inkluż interistituzzjonalment, u billi l-Kummissjoni Ewropea dan għandha tqisu sewwa fi proposti futuri;

F.  billi skont l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, 21 mit-28 Stat Membru għadhom jimponu restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju sħiħ tal-kapaċità ġuridika;

G.  billi d-direttiva tal-UE kontra d-diskriminazzjoni ġiet proposta mill-Kummissjoni Ewropea fl-2008, iżda minkejja dan għadha mblukkata fil-Kunsill;

H.  billi l-prinċipji tas-CRPD jmorru ferm lil hinn mid-diskriminazzjoni u juru t-triq lejn it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa ta' kull persuna b'diżabilità f'soċjetà inklussiva, filwaqt li għandhom ukoll il-mira li jipprovdu l-protezzjoni u l-assistenza meħtieġa biex il-familji jkkunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità;

I.  billi l-Unjoni Ewropea formalment irratifikat is-CRPD, li ffirmawh ukoll it-28 Stat Membru kollha tal-UE u rratifikawh 25 minnhom;

J.  billi kull sena l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament jirċievi petizzjonijiet marbuta mad-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' diżabilità fl-aċċess għall-impjiegi, għall-impjieg indipendenti, għas-servizzi pubbliċi u għall-edukazzjoni;

K.  billi l-persuni b'diżabilità mhumiex grupp omoġenju, u billi l-politiki u l-azzjonijiet ippjanati f'isimhom għandhom iqisu dak in-nuqqas ta' omoġeneità, kif ukoll il-fatt li xi gruppi, bħalma huma n-nisa u tfal b'diżabilità u individwi li jeħtieġu sostenn aktar qawwi, iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet addizzjonali u ma' bosta forom ta' diskriminazzjoni;

L.  billi l-Parlament jeħtieġlu jqis il-fatt li d-dispożizzjonijiet tas-CRPD huma standards minimi li lill-istituzzjonijiet Ewropej jippermettulhom imorru lil hinn minnhom sabiex jipproteġu persuni b'diżabilità u jiġġieldu d-diskriminazzjoni;

M.  billi l-aċċess għax-xogħol, marbut ma' nuqqas ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, huwa element fundamentali għal ħajja awtodeterminata u indipendenti; billi, minkejja l-programmi, inizjattivi u strateġiji eżistenti kollha fil-livell ta' UE, ir-rata ta' impjieg għal persuni bejn l-20 u 64 hija ogħla minn 70 %, mentri r-rata ta' impjieg ta' persuni b'diżabilità hija taħt il-50 %; billi r-rata ta' impjieg għal nisa bla diżabilità hija 65 %, imqabbla ma' 44 % għal nisa b'diżabilità;

N.  billi l-impjieg imħallas huwa essenzjali sabiex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti, u billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu ħilithom biex il-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess usa' għall-impjiegi, b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu għas-soċjetà li jgħixu fiha, u bħala prekondizzjoni għandhom jipprovdu edukazzjoni inklussiva lit-tfal kollha b'diżabilità, inklużi tfal b'diffikultajiet biex jitgħallmu, ħalli jkollhom bażi edukattiva tajba mill-primarja 'l quddiem ħalli b'hekk ikunu jistgħu jsegwu kurrikulu li jkun jgħodd għall-abilitajiet ta' tagħlim tagħhom, u b'hekk ikollhom l-opportunità li jiżviluppaw karriera jew jiksbu impjieg tajjeb li jippermettilhom jgħixu ħajja indipendenti aktar 'il quddiem;

O.  billi l-kunċett ta' diżabilità huwa kunċett li qed jevolvi, li jirriżulta mill-interazzjoni bejn persuni li għandhom xi defiċjenza u ostakoli attitudinali u ambjentali li jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn u bl-istess dinjità;

P.  billi, fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), matul il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni kollha tal-programmi ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej trid titqies, b'mod partikolari, l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità, u billi l-istess kwistjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' fondi tal-UE oħra;

Q.  billi, f'xi Stati Membri, id-domanda għas-servizzi soċjali qiegħda tikber minħabba tibdiliet demografiċi u soċjetali, b'rati ogħla ta' qgħad, faqar u esklużjoni soċjali, inkluż nuqqas ta' servizzi ta' kwalità għal persuni b'diżabilità, fatt li qed iħalli effetti negattivi fuq il-kapaċità ta' dawn tal-aħħar biex jgħixu ħajja indipendenti, inklussiva u msejsa fuq bażi ta' ugwaljanza mal-oħrajn;

R.  billi l-legiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità għandha tiġi implimentata u infurzata aħjar biex il-persuni b'diżabilità kollha madwar l-UE jkollhom aktar aċċessibilità;

S.  billi l-Parlament jifforma parti mill-Qafas tal-UE li jippromwovi, jipproteġi u jissorvelja s-CRPD, bi qbil mal-Artikolu 33(2) tas-CRPD;

T.  billi bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ssottomettew informazzjoni lill-Kumitat tas-CRPD bi rbit mal-Lista' ta' Kwistjonijiet;

U.  billi l-Kummissjoni, bħala l-punt fokali skont l-Artikolu 33(1) tas-CRPD, inħatret biex tirrispondi għal-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tas-CRPD;

V.  billi l-Parlament huwa l-uniku korp tal-Unjoni Ewropea li huwa elett direttament u li jirrappreżenta liċ-ċittadini Ewropej, u għalhekk jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji ta' Pariġi, kif stipulat fl-Artikolu 33 tas-CRPD;

1.  Jassigura lill-Kumitat tas-CRPD li l-Parlament Ewropew sejjer iwieġeb għall-mistoqsijiet li huma indirizzati għalih direttament, filwaqt li wkoll sejjer iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis fehmiet il-Parlament hija u tfassal tweġibietha lill-Kumitat;

2.  Iqis li huwa deplorevoli li l-Kodiċi ta' Kondotta ġie adottat mill-Kummissjoni u l-Kunsill mingħajr l-involviment tal-Parlament, bir-riżultat li l-Parlament għandu kompetenzi limitati rigward il-monitoraġġ tas-CRPD;

3.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkonsulta formalment dwar it-tweġiba għal-Lista ta' Kwistjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kkonċernati kollha, inklużi l-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman, u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

4.  Jitlob li l-Kummissjoni tistieden lill-Qafas tal-UE jipparteċipa formalment fid-Djalogu Kostruttiv;

5.  Jenfasizza l-fatt li l-proposta għal direttiva kontra d-diskriminazzjoni madwar l-UE kollha kemm hi hija intiża biex tipproteġi lill-persuni b'diżabilità mid-diskriminazzjoni rigward ħarsien soċjali, kura tas-saħħa u (ri)abilitazzjoni, edukazzjoni u aċċess għal/provvista ta' beni u servizzi, pereżempju d-djar, it-trasport u l-assigurazzjoni; jiddeplora n-nuqqas ta' progress fi ħdan il-Kunsill rigward din il-proposta, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu favur l-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni mingħajr aktar dewmien;

6.  Jirrimarka li n-nuqqas ta' data u statistika diżaggregata b'rabta ma' gruppi ta' diżabilità speċifiċi huwa ostakolu għat-tfassil ta' politiki adegwati; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u xxerred data statistika dwar id-diżabilità, diżaggregata skont l-età u s-sess, b'tali mod li jkun jista' jsir monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabilità madwar l-UE kollha f'oqsma rilevanti tal-ħajja ta' kuljum, u mhux biss fil-qasam tal-impjiegi;

7.  Jinnota li bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ssottomettew informazzjoni lill-Kumitat tas-CRPD għal-Lista' ta' Kwistjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżviluppa ulterjorment djalogu strutturat u tikkonsulta u tikkoopera ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilità bħala parti mill-proċess ta' rieżami, inkluż fit-tfassil ta' risposta lill-Kumitat tas-CRPD dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet tiegħu, u fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE f'dan il-qasam;

8.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx is-CRPD jagħmlu dan bla dewmien;

9.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta proposta ambizzjuża għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, bl-involviment sħiħ ta' persuni b'diżabilità tul iċ-ċiklu leġiżlattiv u jisħaq fuq il-ħtieġa li din il-proposta tinkludi firxa sħiħa ta' oqsma ta' politika, fir-rigward tal-aċċessibilità ta' oġġetti u servizzi għaċ-Ċittadini Ewropej kollha, it-trawwim ta' għajxien indipendenti u l-inklużjoni sħiħa ta' persuni b'diżabilità, u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ u infurzar kontinwu, effikaċi u indipendenti;

10.  Jistieden lill-Istati Membnri jittrasponu fid-dritt nazzjonali l-obbligi derivati mill-Artikolu 12 tas-CRPD, bl-aktar mod speċifiku biex iħaffu kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt tagħhom li jivvutaw u li jiġu eletti;

11.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jaċċelera ħidmitu fuq il-proposta għal direttiva dwar l-aċċessibilità ta' siti tal-internet ta' korpi tas-settur pubbliku, bil-għan li tintlaħaq pożizzjoni komuni u jsir aktar progress lejn l-adozzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, biex b'hekk titkattar l-aċċessibbilta ta' dokumenti, vidjos u sitit tal-internet u jkunu offruti formati u mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi;

12.  Jirrakkomanda li fondi tal-UE jintużaw għall-promozzjoni tal-aċċessibilità u l-aċċessibilità elettronika għal persuni b'diżabilità u tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal dik ibbażata fil-komunità, għall-iżvilupp ta' servizzi soċjali u tas-saħħa ta' kwalità, għal investiment fit-tisħiħ tal-kapaċità għal organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilità;

13.  Jieħu nota tar-risposti u l-azzjonijiet tiegħu rigward il-Lista ta' Kwistjonijiet imqajma bi rbit mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea bħala parti mir-rieżami tas-CRPD:

   a. Waqqaf grupp ta' ħidma għall-koordinament bejn il-kumitati kompost minn membri minn kull kumitat rilevanti, liema grupp organizza azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni miftuħa għall-persunal u għall-MPE, fosthom korsijiet tal-lingwa tas-sinjali bħala parti mit-taħriġ professjonali;
   b. Enfasizza l-ħtieġa ta' aċċessibilità rigward servizzi universali u n-numru ta' emerġenza 112 fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011(6) kif ukoll fid-dikjarazzjoni tas-17 ta' Novembru 2011(7), tiegħu, li kienet punt importanti fl-iżvilupp tas-sistema e-Call inkorporata fil-vetturi;
   c. L-għadd ta' MPE b'diżabilità żdied b'mod sinifikanti bħala riżultat tal-elezzjonijiet tal-2014;
   d. Jimpenja ruħu li jaħdem b'mod attiv mal-atturi rilevanti sabiex isib soluzzjoni prammatika għall-adeżjoni mat-Trattat ta' Marrakech;
   e. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE tittejjeb sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jivvjaġġaw indipendentament bl-użu ta' kull tip ta' trasport, inkluż dak pubbliku;
   f. Jitlob li l-Kummissjoni tagħti l-ispjega mitluba dwar kif, f'leġiżlazzjoni attwali u futura, tista' tiżgura li persuni b'diżabilità jkollhom garanzija ta' opportunitajiet ugwali, drittijiet fundamentali, aċċess ugwali għas-servizzi u għas-suq tal-impjieg, u l-istess drittijiet u obbligi fl-aċċess għas-sigurtà soċjali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih huma koperti, bi qbil mal-prinċipju ta' trattament ugwali u nuqqas ta' diskriminazzjoni, b'tali mod li l-persuni b'diżabilità kollha jkunu jistgħu jgawdu d-dritt ta' moviment ħieles li għandu kull ċittadin tal-UE;
   g. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-aċċess għall-ġustizzja rigward il-leġiżlazzjoni tal-UE jkun f'konformità sħiħa mas-CRPD, sabiex id-drittijiet fundamentali jkunu aċċessibbli għal kulħadd;

14.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni politika aħjar fi ħdan il-Qafas tal-UE, inklużi r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa sabiex ikun żgurat li jista' jwettaq il-kompiti tiegħu kif deskritti fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija, u jħeġġeġ lill-atturi fil-Qafas tal-UE sabiex jallokaw ir-riżorsi mitluba għat-twettiq ta' dan il-kompitu;

15.  Jilqa' l-inizjattiva tal-MPE li jitolbu li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fuq bażi regolari jfasslu rapport konġunt b'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tas-CRPD;

16.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU C 340, 15.12.2010, p. 11.
(3) CRPD/C/EU/Q/1.
(4) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(5) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(6) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 1.
(7) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 165.


Tifqigħa ta' Xylella fastidiosa li tolqot is-siġar taż-żebbuġ
PDF 264kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar it-tifqigħa tal-Xylella fastidiosa, marda li qed tolqot is-siġar taż-żebbuġ (2015/2652(RSP))
P8_TA(2015)0209RC-B8-0451/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar ir-riskju li Xylella fastidiosa tirrappreżenta għas-saħħa tal-pjanti fit-territorju tal-UE, flimkien ma' identifikazzjoni u evalwazzjoni tal-opzjonijiet ta' tnaqqis tar-riskju, ippubblikati fis-26 ta' Novembru 2013 u fis-6 ta' Jannar 2015,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2014, it-23 ta' Lulju 2014 u t-28 ta' April 2015 fir-rigward ta' miżuri li jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa fl-Unjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapporti mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju ta’ verifiki mwettqa fi Frar u f'Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħa tal-Xylella fastidiosa, marda li qed tolqot is-siġar taż-żebbuġ (O-000038/2015 – B8-0117/2015),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Xylella fastidiosa hija theddida immedjata u perikoluża immens għall-produzzjoni fin-Nofsinhar tal-Ewropa ta' ċerti għelejjel, inklużi s-siġar taż-żebbuġ, tal-lewż u tal-ħawħ, kif ukoll pjanti ornamentali; u billi skont it-tip ta' batterju hi theddida potenzjali għad-dwieli, is-siġar taċ-ċitru u għelejjel oħra, u billi din tista' twassal għal telf devastanti u mingħajr preċedent, b'konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali drammatiċi; billi r-razza tal-Xylella fastidiosa li qed tinfetta s-siġar taż-żebbuġ fir-reġjun tal-Pulja hi differenti mill-iżolati li qed jikkawżaw mard fid-dwieli jew fiċ-ċitru f’partijiet oħra tad-dinja;

B.  billi l-batterju diġà qed jikkawża ħsara serja fl-imsaġar taż-żebbuġ fir-reġun tal-Pulja fin-Nofsinhar tal-Italja, u potenzjalment qed jhedded għelejjel u reġjuni oħrajn;

C.  billi l-produzzjoni taż-żebbuġ hija waħda mill-aktar setturi agrikoli importanti tar-reġjun tal-Pulja, u tirrappreżenta 11.6 % (jew EUR 522 miljun) tal-valur totali tal-produzzjoni agrikola fir-reġjun u 30 % tal-valur tal-produzzjoni Taljana taż-żebbuġ fl-2013;

D.  billi l-preżenza tal-Xylella fastidiosa qed tikkawża ħsara ekonomika serja ħafna, mhux biss għall-produtturi taż-żebbuġ iżda wkoll għall-katina ta' produzzjoni sħiħa, inklużi impriżi li jipproduċu ż-żejt kemm kooperattivi u kif ukoll privati, kif ukoll għal attivitajiet marbuta mat-turiżmu u mat-tqegħid fis-suq;

E.  billi l-ewwel aħbar ta' tifqigħa tal-Xylella fastidiosa ngħatat mill-awtoritajiet Taljani fil-21 ta' Ottubru 2013, u minn dak iż-żmien għadd allarmanti ta' siġar ġew infettati;

F.  billi l-ispezzjonijiet imwettqa fl-Italja fi Frar u f'Novembru 2014 mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari jikkonfermaw li s-sitwazzjoni marret għall-agħar b'mod drammatiku u li wieħed ma jistax jeskludi li l-batterju jkompli jinxtered;

G.  billi bħalissa m'hemm disponibbli l-ebda trattament għall-kura tal-pjanti morda, u l-pjanti milquta għandhom it-tendenza li jibqgħu infettati tul ħajjithom jew imutu malajr;

H.  billi għadd kbir ta' pjanti differenti, inklużi pjanti slavaġ asintomatiċi, jistgħu jġorru l-marda fl-Unjoni Ewropea;

I.  billi l-EFSA enfasizzat li, minħabba d-diffikultà biex jitwaqaf it-tixrid tal-Xylella fastidiosa ladarba tintlaqat żona ta' produzzjoni, għandha tingħata prijorità lil azzjonijiet ta' prevenzjoni ffokati fuq l-importazzjonijiet u fuq il-kontroll tat-tifqigħa tal-marda flimkien ma' tisħiħ tal-kondiviżjoni tar-riċerka;

1.  Jinnota li d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li ttieħdu qabel April 2015 mill-Kummissjoni ffokaw l-aktar fuq azzjonijiet interni biex tiġi miġġielda t-tifqigħa u ma inkludewx miżuri b'saħħithom biex jimpedixxu li l-marda tidħol fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu miżuri mmirati kontra l-Xylella fastidiosa biex timpedixxi l-importazzjoni ta' aktar materjal infettat fl-UE; jilqa' d-deċiżjoni meħuda f'April 2015 mill-Kummissjoni li twaqqaf l-importazzjoni ta' pjanti Coffea infettati mill-Costa Rica u l-Honduras, u jilqa' wkoll ir-restrizzjonijiet adottati fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' pjanti li joriġinaw minn żoni milquta f'pajjiżi terzi oħrajn; jitlob l-applikazzjoni, jekk meħtieġa, ta' miżuri aktar b'saħħithom, inkluża l-awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet biss minn siti ta' produzzjoni ħielsa mill-mard;

3.  Jiddispjaċih għall-fatt li, spiss, il-Kummissjoni ma tirreaġixxix malajr biżżejjed biex tevita d-dħul fl-UE ta' mard tal-pjanti minn pajjiżi terzi; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tivverifika s-sors tal-infezzjoni u twettaq rieżami tas-sistema uffiċjali tal-UE għall-kontroll fitosanitarju bil-għan li tħares u tissalvagwardja t-territorju tagħna;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni , speċjalment minħabba l-fatt li dalwaqt jidħol is-sajf, biex tieħu miżuri aktar effettivi bil-għan li tevita t-tixrid tal-Xylella fastidiosa fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari billi tiffoka fuq l-aktar għelejjel fir-riskju, filwaqt li ma tittraskurax għelejjel oħra li wkoll jistgħu jintlaqtu b'mod serju mill-marda, u jenfasizza l-importanza tad-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 9 tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-2005 f'dan ir-rigward;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkompensaw lill-produtturi għall-miżuri ta' qerda u t-telf tad-dħul - li jinvolvi telfiet mhux biss f'dik li hi produzzjoni agrikola, iżda wkoll f'dawk li huma attivitajiet relatati mal-wirt kulturali, l-istorja u t-turiżmu;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet rilevanti biex jagħmlu użu mill-fondi u l-istrumenti kollha possibbli biex jgħinu fl-irkupru ekonomiku taż-żoni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika inċentivi għall-produtturi li jimplimentaw miżuri preventivi;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji rilevanti, inkluż appoġġ finanzjarju sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu japplikaw prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-Xylella fastidiosa u l-insetti li jġorru l-batterji tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi sforzi ta' riċerka intensifikata mingħajr dewmien, fosthom billi jiżdied in-netwerking internazzjonali u billi tagħmel il-fondi disponibbli għall-istituti ta' riċerka, bil-għan li jiżdied l-għarfien xjentifiku dwar Xylella fastidiosa u li tkun identifikata n-natura tar-rabta bejn il-patoġenu, is-sintomi u l-iżvilupp tal-marda;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsiru kampanji ta’ tagħrif f’żoni potenzjalment affettwati tal-UE sabiex jissensibilizzaw lil dawk involuti mhux biss fis-settur agrikolu imma wkoll fis-settur tal-ortikultura, inkluż il-bejjiegħa bl-imnut ta’ pjanti ornamentali, ġardinara professjonali u l-klijenti tagħhom;

9.  Iqis li, speċjalment fid-dawl tal-fatt li dalwaqt jidħol is-sajf, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwissu lill-vjaġġaturi dwar ir-riskji tal-introduzzjoni ta' pjanti infettati minn pajjiżi milquta mill-Xylella fastidiosa fl-UE;

10.  Jappella għal aktar mezzi disponibbli biex tiġi żgurata d-detezzjoni ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara fil-punti ta' dħul fl-UE; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Istati Membri jżidu l-għadd ta' spezzjonijiet regolari bil-għan li jimpedixxu t-tixrid tal-Xylella fastidiosa 'l barra miż-żoni demarkati;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi bażi tad-data miftuħa, flimkien ma' lista ta' istituzzjonijiet u awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-UE u fil-livell tal-Istati Membri, għall-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza, inklużi l-aħjar prattiki, kif ukoll għat-twissija rapida lill-awtoritajiet kompetenti u t-teħid ta' miżuri neċessarji;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod trasparenti, tfassal abbozz ta' linji gwida komprensivi għall-implimentazzjoni ta' miżuri preventivi u ta' kontroll tal-mard, flimkien ma' indikazzjonijiet ċari tal-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tagħhom, abbażi tal-esperjenza eżistenti u l-aħjar prattiki, li jistgħu jintużaw bħala għodda min-naħa tal-awtoritajiet u s-servizzi kompetenti fl-Istati Membri;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament kull sena, jew fi kwalunkwe mument jekk is-sitwazzjoni tevolvi, dwar it-theddida lill-produtturi tal-UE mill-Xylella fastidiosa u ta' organiżmi oħra li huma ta' periklu għall-produzzjoni agrikola;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

Avviż legali