Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015 - StrasburguVerżjoni finali
Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari
 Livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari ***I
 Il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali
 L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà
 Sitwazzjoni fil-Jemen
 Sfidi tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u prospettivi għal stabbiltà politika
 Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat
 Armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni
 Evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED)
 Sitwazzjoni fil-Burundi
 Il-Kommemorazzjoni ta’ Srebrenica
 L-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions
 Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari l-każ ta' Yves Makwambala u Fred Bauma, żewġ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti
 Il-Bahrain, b'mod partikolari l-każ ta' Nabeel Rajab
 Is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan

Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari
PDF 411kWORD 160k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (2014/2208(INI))
P8_TA(2015)0266A8-0215/2015

Il-Parlament Ewropew,

‒  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa" (COM(2014)0398),

‒  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Opportunitajiet għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini" (COM(2014)0445),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs: Għajnuna għall-SMEs biex isarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju" (COM(2014)0440);

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar it-Tibdil fil-Klima li tħares ’il quddiem" (COM(2015)0080),

‒  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Nibnu s-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi – Niffaċilitaw tagħrif aħjar dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet" (COM(2013)0196),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa" (COM(2012)0060),

‒  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi" (COM(2011)0571),

‒  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020" (COM(2011)0021),

‒  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar l-Ekoinnovazzjoni – impjiegi u tkabbir permezz tal-politika ambjentali(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar strateġija Ewropea għall-iskart tal-plastik fl-ambjent(2),

‒  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza(3),

‒  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar strateġija effettiva tal-materja prima għall-Ewropa(4),

‒  wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli tal-UE (2006) u r-rieżami tal-2009,

‒  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ambjent dwar "Tħaddir tas-Semestru Ewropew u l-Istrateġija Ewropa 2020 - Reviżjoni ta’ nofs it-terminu" tat-28 ta’ Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta’ sinteżi mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar "L-Ambjent Ewropew - l-istat u l-prospetti 2015",

‒  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB),

‒  wara li kkunsidra l-Inkjesta tal-UNEP (Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent) dwar it-Tfassil ta’ Sistema Finanzjarja Sostenibbli,

‒  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi tal-UNEP dwar "Riskji Ambjentali u Sfidi tal-Flussi u Ċikli Antropoġeniċi tal-Metalli" (2013),

‒  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi tal-UNEP dwar "Diżakkoppjament tal-użu tar-riżorsi naturali u l-impatti ambjentali mit-tkabbir ekonomiku" (2011),

–  wara li kkunsidra l-petizzjoni ‘Stop Food Waste in Europe!’

‒  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014(5),

‒  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta’ Frar 2015,(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0215/2015),

A.  billi l-użu eċċessiv tar-riżorsi huwa l-kawża ewlenija ta’ diversi perikli ambjentali, bħat-tibdil fil-klima, id-deżertifikazzjoni, id-deforestazzjoni, it-telf tal-bijodiversità u d-dgħajfien tas-servizzi tal-ekosistemi; billi l-ekonomija dinjija tuża daqs 1.5 pjaneti f’riżorsi biex tipproduċi output globali u tassorbi l-iskart u din iċ-ċifra hija stmata li tilħaq l-ekwivalenti ta’ żewġ pjaneti f’riżorsi sal-2030;

B.  billi l-Ewropa hija aktar dipendenti fuq ir-riżorsi importati minn kwalunkwe reġjun ieħor fid-dinja u billi ħafna riżorsi se jkunu eżawriti fi żmien relattivament qasir; billi l-kompetittività tal-Ewropa tista’ tiżdied b’mod sinifikanti billi jkollha aktar valur miżjud minn riżorsi fl-ekonomija u tippromwovi provvista sostenibbli ta’ materjali minn sorsi Ewropej; billi barra minn hekk, bħala kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima, is-sħubiji għall-innovazzjoni bejn l-industrija u l-qasam tal-ġestjoni tal-iskart u r-riċerka għar-riċiklabbiltà ta’ materja prima importanti għandhom jissaħħu;

C.  billi l-bidla għal ekonomija ċirkolari hija essenzjalment kwistjoni ta’ ekonomija, li tikkonċerna l-aċċess għall-materja prima, jew id-disponibbiltà tagħha, ir-riindustrijalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-Ewropa, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u l-isfidi tal-klima, l-insikurezza tal-enerġija u l-iskarsezza tar-riżorsi; billi l-investiment f’ekonomija ċirkolari għalhekk jista’ jkun kompletament kompatibbli mal-aġenda tal-Kummissjoni għall-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività u għandu l-potenzjal li joħloq sitwazzjoni vantaġġjuża għall-partijiet interessati kollha involuti;

D.  billi l-effiċjenza tar-riżorsi għandha tikkunsidra wkoll u tkun koerenti ma’ tħassib dwar sostenibbiltà usa inklużi dimensjonijiet ambjentali, etiċi, ekonomiċi u soċjali;

E.  billi l-miri u l-azzjonijiet ta’ prijorità definittivi stabbiliti fis-Seba' Programm ta’ Azzjoni Ambjentali huma ta’ natura vinkolanti;

F.  billi l-Programm Ambjentali tal-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) sab li "l-effikaċja ambjentali ta’ approċċi volontarji hija ta’ spiss dubjuża, u l-effiċjenza ekonomika hija ġeneralment baxxa"(7);

G.  billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari teħtieġ tibdil sistemiku, li jaffettwa lill-partijiet interessati kollha fil-katina tal-valur, u innovazzjonijiet sostanzjali fit-teknoloġija, in-negozji u s-soċjetà b’mod ġenerali;

H.  billi ċ-ċittadini, in-negozji żgħar u l-awtoritajiet pubbliċi lokali għandhom rwol speċjali biex jiżguraw l-effiċjenza tar-riżorsi u jippromwovu d-diżakkoppjament bejn it-tkabbir ekonomiku u l-konsum tar-riżorsi;

I.  billi ekonomija ċirkolari li tiffunzjona sew teħtieġ negozji kompetittivi, u billi n-negozji huma fihom infushom il-forzi fit-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari;

J.  billi huwa importanti li l-SMEs jitpoġġew fil-qalba tal-istrateġija tal-effiċjenza tar-riżorsi peress li jammontaw għal 99 % tal-intrapriżi tal-UE u jimpjegaw 2/3 mill-forza tax-xogħol;

K.  billi pakkett ta’ ekonomija ċirkolari Ewropew ambizzjuż joħloq opportunitajiet ta’ negozju, jiżgura aċċess għall-materja prima, itawwal l-użu produttiv tagħha (permezz tal-użu mill-ġdid, manifatturar mill-ġdid, riċiklaġġ jew bħala partijiet li jinbidlu), jiggarantixxi proċessi ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja ladarba tasal għal tmiem ħajjitha, kif ukoll jittratta l-prodotti sekondarji kollha u l-iskart bħala flussi ta’ riżorsi ta’ valur għal aktar użu;

L.  billi l-provvista sostenibbli u responsabbli ta’ materja prima primarja hija kruċjali sabiex tinkiseb effiċjenza tar-riżorsi u jintlaħqu l-objettivi ta’ ekonomija ċirkolari;

M.  billi jeħtieġ li jiġu żviluppati swieq għall-materja prima sekondarja sabiex jintlaħqu objettivi dwar l-effiċjenza fir-riżorsi u ekonomija ċirkolari;

N.  billi l-Parlament talab lill-Kummissjoni ripetutament biex tistabbilixxi indikaturi u miri għall-effiċjenza fir-riżorsi;

O.  billi l-eliminazzjoni ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, li għalihom hemm jew ser jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali dwar il-prodotti kimiċi, għandha rwol ċentrali fil-bini ta’ ekonomija ċirkolari;

P.  billi d-data tal-Eurostat dwar l-ipproċessar tal-iskart urban fl-UE 28 turi b’mod ċar li għad m'hemmx kundizzjonijiet ekwi fil-politika tal-iskart u li l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti tinvolvi sfidi sinifikanti;

Q.  billi bħala medja, 40 % biss mill-iskart solidu jintuża mill-ġdid jew jiġi riċiklat, il-bqija jintrema kollu fil-miżbliet jew jinħaraq;

R.  billi l-produzzjoni u l-konsum ta’ prodotti tal-ikel agrikoli jammontaw għal sehem sinifikanti mill-użu tar-riżorsi, b’impatti sinifikanti fuq l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali; billi jinħtieġu soluzzjonijiet sostenibbli biex jindirizzaw l-ineffiċjenzi fir-riżorsi tal-ikel b’mod olistiku;

S.  billi t-tneħħija tas-sussidji ta’ ħsara għall-ambjent, inklużi s-sussidji diretti u indiretti għall-karburanti fossili, tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod sostanzjali, tgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u tippermetti l-adozzjoni tal-ekonomija ċirkolari;

1.  Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa' (COM(2014)0398); japprova l-approċċ tal-Kummissjoni rigward it-tfassil u l-innovazzjoni favur ekonomija ċirkolari, l-istabbiliment ta' qafas ta’ politika biex tappoġġa l-effiċjenza fir-riżorsi, l-iffissar ta’ mira dwar l-effiċjenza fir-riżorsi kif deskritt fil-komunikazzjoni u d-deskrizzjoni ta’ qafas politiku speċifiku biex l-SMEs ikunu jistgħu jsarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju ambjentalment sostenibbli; jenfasizza li jinħtieġu miżuri leġiżlattivi għal tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta ambizzjuża dwar ekonomija ċirkolari sal-aħħar tal- 2015, kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2015;

2.  Jenfasizza li l-indirizzar tal-iskarsezza tar-riżorsi jeħtieġ it-tnaqqis fl-estrazzjoni u l-użu tar-riżorsi u diżakkoppjament assolut tat-tkabbir mill-użu tar-riżorsi naturali – bidla sistemika li teħtieġ backcasting tal-azzjonijiet meħtieġa minn perspettiva ta’ sostenibbiltà għall-2050 u t-teħid ta' azzjoni immedjata;

3.  Jenfasizza l-produzzjoni u l-konsum bħala oqsma li għandhom jiġu indirizzati b’tali mod li tkun żgurata l-koerenza mal-miri ta’ żvilupp sostenibbli usa';

4.  Ifakkar li, minkejja titjib fl-użu effiċjenti tar-riżorsi li diġà seħħ, tkabbir kontinwu fil-produzzjoni sebaq dawn il-kisbiet fl-effiċjenza u l-estrazzjoni tar-riżorsi għadha qed tiżdied b’mod drammatiku madwar id-dinja, għalhekk hemm ħtieġa urġenti għal tnaqqis globali fl-estrazzjoni u l-użu tar-riżorsi sabiex jingħeleb l-effett ta’ riperkussjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miżuri xierqa;

5.  Ifakkar li l-ilma, kemm bħala riżorsa naturali użata fi proċessi ta’ produzzjoni kif ukoll bħala beni pubbliku, għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu kkalkulati ċ-ċifri tal-konsum ta’ materja prima u għandu jintuża b’mod effiċjenti;

6.  Jenfasizza li t-titjib tal-użu tar-riżorsi permezz ta' rekwiżiti tad-disinn aħjar u permezz ta' leġiżlazzjoni dwar l-iskart li tiżgura ċaqliq 'il fuq fil-ġerarkija tal-iskart (biex b'hekk titrawwem il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ), jistgħu jġibu ammont sostanzjali ta' tfaddil nett għan-negozji tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi, stmat għal EUR 600 biljun, jew 8 % tal-fatturat annwali, filwaqt li jnaqqsu l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra annwali bi 2-4 %; jenfasizza li jekk il-produttività tar-riżorsi tiżdied bi 30 % sal-2030, din tista' tagħti spinta lill-PDG bi kważi 1 % u toħloq 2 miljun impjieg addizzjonali sostenibbli(8); ifakkar li l-effiċjenza fir-riżorsi hija objettiv ta' prijorità tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stimulati l-produzzjoni u d-domanda tal-konsumatur għall-prodotti u servizzi sostenibbli ambjentalment permezz ta' politiki li jippromwovu d-disponibbiltà, l-affordabilità, il-funzjonalità u l-attraenza tagħhom;

7.  Huwa konvint li t-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi jeħtieġ kemm miżuri leġiżlattivi u inċentivi ekonomiċi, l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni u aktar finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll bidliet soċjali u fl-istil tal-ħajja; jirrimarka li tinħtieġ varjetà ta’ strumenti f'diversi livelli ta’ politika, b’kunsiderazzjoni tas-sussidjarjetà;

8.  Jemmen li l-implimentazzjoni ta’ ekonomija ċirkolari sħiħa teħtieġ l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, ir-reġjuni, il-bliet, il-komunitajiet lokali, l-SMEs, l-NGOs, ir-rappreżentanti tal-industrija, it-tradeunions u ċ-ċittadini rilevanti kollha;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali matul l-iżvilupp sħiħ tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari;

10.  Jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, il-perċezzjonijiet u l-involviment taċ-ċittadini huma kruċjali għal tranżizzjoni b'suċċess għal ekonomija ċirkolari; jinnota li għandhom jiġu ddedikati l-attenzjoni u r-riżorsi meħtieġa għall-edukazzjoni u l-informazzjoni, għall-promozzjoni ta' mudelli ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli, u jenfasizza l-benefiċċji ta' tranżizzjoni għal għal ekonomija ċirkolari effiċjenti fir-riżorsi;

11.  Jirrimarka li t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari teħtieġ forza tax-xogħol imħarrġa u li l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom iqisu l-ħtieġa ta’ ħiliet ekoloġiċi;

12.  Jenfasizza li ċerti strumenti finanzjarji favur l-ekonomija ċirkolari huma diġà fis-seħħ fuq livell Ewropew, b’mod partikolari permezz tal-programmi Orizzont 2020 u Life+, u li, jekk jintużaw tajjeb, jippermettu li jiġu promossi l-ekoinnovazzjoni u l-ekoloġija industrijali fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-Ewropa;

13.  Jenfasizza li ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà fit-tul huma kruċjali sabiex jiftħu l-potenzjal tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi għall-ekonomija ċirkolari biex imexxu l-investimenti lejn ekonomija sostenibbli;

14.  Jenfasizza li tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u ċirkolari għandha tikkombina miri ambjentali ambizzjużi ma' rekwiżiti soċjali b'saħħithom, inklużi l-promozzjoni ta' xogħol deċenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol sani u sikuri (i.e. l-assigurazzjoni li l-ħaddiema ma jkunux esposti għal sustanzi ta' ħsara fuq il-post tax-xogħol);

15.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas legali aktar koerenti għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, li jkopri ċ-ċiklu ta’ produzzjoni komplet mill-forniment sostenibbli sal-irkupru fl-aħħar tal-ħajja;

Indikaturi u miri

16.  Jenfasizza li sal-2050 l-użu ta’ riżorsi tal-UE jeħtieġ li jkun sostenibbli u li dan jirrikjedi, inter alia, tnaqqis assolut fil-konsum tar-riżorsi għal livelli sostenibbli, abbażi ta' kejl affidabbli tal-konsum tar-riżorsi tul il-katina kollha tal-provvista, applikazzjoni stretta tal-ġerarkija tal-iskart, implimentazzjoni ta’ utilizzazzjoni f’kaskata tar-riżorsi, b’mod partikolari fl-użu tal-bijomassa, forniment responsabbli u sostenibbli, il-ħolqien ta’ ċirku magħluq għal riżorsi mhux rinnovabbli, iż-żieda fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fi ħdan il-limiti ta’ tiġdid tagħhom, it-tneħħija gradwali ta’ sustanzi tossiċi, b’mod partikolari fejn jeżistu jew se jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sustanzi kimiċi, sabiex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ ċikli ta’ materjali mhux tossiċi, u t-titjib tal-kwalità tas-servizzi tal-ekosistema;

17.   Ifakkar li fl-2012 il-Parlament kien diġà talab indikaturi ċari, solidi u li jistgħu jitkejlu għall-attività ekonomika li jikkunsidraw it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u effiċjenza fir-riżorsi mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja u li dawn l-indikaturi jintużaw bħala bażi għal inizjattivi leġiżlattivi u miri ta’ tnaqqis konkreti;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2015, tipproponi indikatur ewlieni u tabella ta’ sottoindikaturi dwar l-effiċjenza fir-riżorsi, inklużi servizzi tal-ekosistema; jinnota li l-użu ta’ dawn l-indikaturi armonizzati għandhom ikunu legalment vinkolanti mill-2018, u dawn għandhom ikejlu l-konsum tar-riżorsi, inklużi l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u tal-industrija u jqisu ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti u s-servizzi u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija tal-impronta, li tkejjel għall-inqas l-użu tal-art, l-ilma u l-materjali u l-karbonju;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2015, tipproponi mira sal-2030 l-effiċjenza fir-riżorsi fil-livell tal-UE tiżdied bi 30 % meta mqabbla mal-livelli tal-2014, kif ukoll miri individwali għal kull Stat Membru; jenfasizza li, qabel ma l-miri tal-effiċjenza fir-riżorsi jistgħu jiġu implimentati, iridu jiġu appoġġati b'indikaturi;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu ta’ indikaturi ta' effiċjenza fir-riżorsi permezz ta’ konvenzjonijiet internazzjonali sabiex ikun possibbli li jsir paragun bejn l-industriji u l-ekonomiji u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet indqas, kif ukoll tappoġġa d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi;

21.  Jenfasizza li dawn l-indikaturi għandhom jiġu inklużi fis-Semestru Ewropew u fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha;

Politika tal-prodotti u ekodisinn

22.  Jenfasizza l-importanza ta’ politika tal-prodotti maħsuba sew li żżid it-tul mistenni tal-ħajja tal-prodotti, id-durabbiltà, il-kapaċità tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ; jirrimarka li l-ammont ta’ riżorsi użati minn prodott matul il-ħajja tiegħu kif ukoll ir-riparabbiltà, il-possibbiltà ta' użu mill-ġdid u riċiklabbiltà tiegħu huma determinati l-aktar matul il-fażi tad-disinn; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi approċċ orjentat lejn iċ-ċiklu tal-ħajja fil-politiki tal-prodotti, b'mod partikolari billi tistabbilixxi metodi armonizzati għall-valutazzjoni tal-impronti ambjentali tal-prodotti;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tippreżenta programm ta’ ħidma ambizzjuż, u biex b’mod komprensiv u b’ambizzjoni, timplimenta r-rekwiżiti tal-ekodisinn tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn eżistenti f'miżuri ta' implimentazzjoni ġodda u aġġornati, u tibda bl-adozzjoni immedjata ta’ miżuri diġà abbozzati;

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi rieżami tal-leġiżlazzjoni dwar l-ekodisinn u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra dwar il-politika tal-prodotti sa tmiem l-2016, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, li jinkorpora l-bidliet essenzjali li ġejjin: it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn biex ikopri l-gruppi ta’ prodotti ewlenin kollha, mhux biss prodotti relatati mal-enerġija; l-inklużjoni gradwali tal-karatteristiċi rilevanti kollha tal-effiċjenza fir-riżorsi fir-rekwiżiti mandatorji għad-disinn tal-prodotti; l-introduzzjoni ta’ passaport tal-prodott mandatorju bbażat fuq dawn ir-rekwiżiti; l-implimentazzjoni ta’ awtomonitoraġġ u verifika minn parti terza biex jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw ma’ dawn l-istandards; u d-definizzjoni ta’ rekwiżiti orizzontali dwar, inter alia, id-durabbiltà, ir-riparabbiltà, il-possibbiltà ta' użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà;

25.   Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, abbażi ta’ analiżi kostijiet-benefiċċji, il-possibilità li jiġu definiti valuri minimi ta’ materjal irriċiklat fi prodotti ġodda fir-reviżjoni futura tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa miżuri kontra l-obsolexxenza ppjanata u tiżviluppa aktar sett ta’ standards tal-prodotti għall-ekonomija ċirkolari, li jinkludu r-rinnovament u t-tiswija, l-iffaċilitar taż-żarmar, u l-użu effiċjenti tal-materja prima, ir-riżorsi rinnovabbli u l-materjali riċiklat fil-prodotti;

27.  Ifakkar li għall-iskopijiet tat-tfassil ta’ ekonomija ċirkolari ta’ suċċess, għandhom rwol importanti wkoll id-disponibbiltà ta’ komponenti standardizzati u modulari, id-disinn għaż-żarmar u għal prodotti ta’ ħajja twila u l-proċessi ta’ produzzjoni effiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jkunu durabbli u jkun faċli li jiġu mtejba, jintużaw mill-ġdid, jiġu restawrati, jissewwew, jiġu riċiklati u jiżżarmaw għal riżorsi ġodda, u li partijiet li fihom sustanzi perikolużi jkunu identifikati b’mod ċar f’manwali tal-prodotti sabiex tkun iffaċilitata s-separazzjoni ta’ dawk il-partijiet qabel ir-riċiklaġġ;

28.  Jinnota li huwa kruċjali li titqajjem is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u li jiżdied ir-rwol proattiv tagħhom;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-estensjoni tal-garanziji minimi għall-oġġetti tal-konsum durabbli, sabiex jiġi estiż it-tul mistenni tal-ħajja tal-prodotti, u biex jiġi ċċarat li, skont id- Direttiva 1999/44/KE, il-bejjiegħa ta' prodotti għall-konsumatur għandhom jeżaminaw id-difetti matul l-ewwel sentejn tal-garanzija ġuridika u jimponu ħlas fuq il-konsumatur biss jekk id-difett kien ikkawżat minn użu mhux xieraq;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri xierqa dwar id-disponibilità tal-ispare parts sabiex tiġi żgurata t-tiswija tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) jżidu l-isforzi tagħhom biex jissostitwixxu s-sustanzi ta' tħassib kbir u jirrestrinġu s-sustanzi li jġibu magħhom riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fil-kuntest tar-REACH, mhux l-inqas bħala mezz biex ikun issodisfat ir-rekwiżit tas-Seba' Pjan ta' Azzjoni għall-Ambjent ħalli jkunu żviluppati ċikli ta' materjal mhux tossiku biex b'hekk l-iskart irriċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima fi ħdan l-Unjoni; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tneħħi b'mod immedjat il-moratorju unilaterali tagħha fuq l-ipproċessar ta' rakkomandazzjonijiet mill-ECHA fir-rigward tal-inklużjoni ta' sustanzi ta' tħassib kbir fl-Anness XIV tar-REACH, u minflok tipproċedi malajr bl-inklużjoni ta' dawn is-sustanzi; jenfasizza li, skont il-ġerarkija tal-iskart fejn il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ u li, għaldaqstant, ir-riċiklaġġ m'għandux jiġġustifika t-tkomplija tal-użu ta' sustanzi tradizzjonalment perikolużi;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jissostitwixxu s-sustanzi perikolużi fil-kuntest tad-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku bil-għan li jiġu stabbiliti ċikli ta' materjal mhux tossiku;

33.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu sorveljanza effikaċi tas-suq biex jiġi żgurat li kemm il-prodotti Ewropej u kemm dawk importati jkunu konformi mar-rekwiżiti fir-rigward tal-politika tal-prodott u l-ekodisinn; iħeġġeġ lill-Istati Membri, li biex tkun żgurata din is-sorveljanza effikaċi tas-suq, javvanzaw mingħajr dewmien fil-proċedura leġislattiva dwar l-eżami tar-Regolament dwar is-sorveljanza tas-suq; jinnota li kwalunkwe dewmien ulterjuri se jkun ta' ħsara għall-interessi tan-negozji u taċ-ċittadini;

Lejn skart żero

34.  Jenfasizza l-analiżi tal-Kummissjoni li turi li l-adozzjoni ta' miri ġodda dwar l-iskart toħloq 180 000 impjieg ġdid, tagħmel l-UE aktar kompetittiva u tnaqqas id-domanda għal riżorsi skarsi li jiswew ħafna flus(9); jiddispjaċih bl-irtirar tal-proposta leġislattiva dwar l-iskart(10), iżda fit-tħabbira tal-Viċi President Timmerman waqt is-sessjoni parzjali tal-Parlament f'Diċembru 2014, jara l-opportunità għal Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari ġdid u aktar ambizzjuż;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissottometti l-proposta mħabbra dwar l-eżami tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart sal-aħħar tal-2015, tapplika b'diliġenza l-ġerarkija tal-iskart, u tinkludi l-punti li ġejjin:

   definizzjonijiet ċari u mhux ambigwi;
   l-iżvilupp ta' miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart;
   l-istabbilment ta' miri vinkolanti ta' tnaqqis tal-iskart għall-iskart muniċipali, kummerċjali u industrijali li għandhom jinkisbu sal-2025;
   l-istabbiliment ta' standards minimi ċari għar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-kosteffettività tal-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi;
   l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ħlas skont kemm tarmi ("pay-as-you-throw-principle") għal skart residwu flimkien ma' skemi obbligatorji ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ biex tiġi ffaċilitata l-kwalità għolja tar-riċiklaġġ ta' materjali; l-introduzzjoni obbligatorja ta' ġbir separat għal bijoskart sal-2020;
   iż-żieda tar-riċiklaġġ/tal-preparazzjoni għall-miri tal-użu mill-ġdid għal mill-inqas 70 % tal-iskart solidu muniċipali u 80 % riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ sal-2030, ibbażat fuq metodu solidu ta' rapportar li jipprevjeni r-rapportar ta' skart li ntrema (fil-miżbliet jew inċinerat) bħala skart riċiklat, billi jintuża l-istess metodu armonizzat għall-Istati Membri kollha bi statistiċi vverifikati esternament; obbligu għar-riċiklaturi biex jirrapportaw dwar l-"input" ta' kwantitajiet ta' skart li jmur fl-impjant għas-separazzjoni kif ukoll dwar l-"output" ta' kwantità ta' materjali riċiklati li ġejjin mill-impjanti għar-riċiklaġġ;
   tillimita b'mod strett l-inċinerazzjoni, bi jew mingħajr l-irkupru tal-enerġija, sal-2020, għal skart mhux riċiklabbli u mhux bijodegradabbli;
   tnaqqis vinkolanti u gradwali ta' kull rimi fil-miżbliet, implimentat b'koerenza mar-rekwiżiti għar-riċiklaġġ, fi tliet stadji (2020, 2025 u 2030), li jwassal għal projbizzjoni fuq ir-rimi fil-miżbliet kollu, ħlief għal ċerti skart perikoluż u skart residwali li għalihom il-fatt li jintremew fil-miżbliet huwa l-aktar għażla tajba mil-lat ambjentali;
   it-tħeġġiġ tal-Istati Membri biex jintroduċu imposti fuq ir-rimi fil-miżbliet u l-inċinerazzjoni;

36.  Jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tal-miri tal-politika tal-iskart Ewropej, mhux biss f'termini ta' ċertezza ġuridika, il-prevedibbiltà u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, iżda wkoll fit-termini tal-iżgurar li l-ambjent tal-għajxien taċ-ċittadini kollha tal-UE jkun protett u mtejjeb;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq l-istess miri għall-Istati Membri kollha biex tiżgura livell ugwalment għoli ta' ħarsien ambjentali madwar l-UE u biex ma jiġix imminat is-suq uniku;

38.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġislazzjoni u l-miri eżistenti dwar l-iskart huma implimentati bis-sħiħ u b'mod xieraq, inkluż b'mod partikolari l-obbligu ta' skemi ta' ġbir separat, sabiex tiżgura li l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jintlaħqu miri eżistenti u biex jiġu stabbiliti miżuri li jappoġġjaw lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ l-istrumenti t-tajba ħalli jintlaħqu l-miri skont l-iskadenzi;

39.  Jenfasizza li, sabiex isir l-aħjar użu tal-kapaċitajiet ta' immaniġġjar tal-iskart disponibbli fl-UE, ippjanar u kondiviżjoni ta' informazzjoni aħjar huma meħtieġa biex jiġu evitati l-kapaċitajiet żejda;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga l-fattibbiltà li jiġi propost qafas regolatorju għal tħaffir fil-miżbliet imtejjeb sabiex jiġi permess l-irkupru ta' materja prima sekondarja preżenti fil-miżbliet eżistenti u biex jiġi eżaminat l-iżvilupp ta' sistema ta' permessi ambjentali għall-industrija tar-riċiklaġġ;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura aktar trasparenza u kontrolli aħjar biex jiġi evitat it-trasport bil-baħar ta' skart lejn pajjiżi bi standards ambjentali u soċjali aktar baxxi minn dawk fl-UE;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, itejbu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-esportazzjoni illegali tal-iskart ta' wara l-konsumatur;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għal programmi nazzjonali għall-prevenzjoni tal-iskart u tfassal sett ta' miri u indikaturi li kapaċi jagħmlu l-prestazzjoni individwali tal-Istati Membri komparabbli;

44.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-isfidi speċifiċi tal-iskart u tieħu azzjoni kif enfasizzat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (COM(2014)0398); jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-fondi tal-UE huma mobilizzati biex jgħinu fil-kisba tal-objettivi tal-immaniġġjar integrat tal-iskart bħall-ġbir separat u l-iżvilupp ta' infrastruttura tar-riċiklaġġ;

45.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi mira biex jitnaqqas l-iskart tal-baħar b'50 % sal- 2025 meta mqabbla mal-livelli tal-2014;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu fformulati miri għall-ġbir u r-riċiklaġġ ta' metalli kritiċi speċifiċi fid-dawl tal-iskarsità dejjem tikber tagħhom u bil-għan li titnaqqas id-dipendenza fuqhom;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, sa tmiem l-2015, miri, miżuri u strumenti li jindirizzaw b'mod effiċjenti l-ħela tal-ikel, inkluż l-istabbiliment ta' mira vinkolanti għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel ta' mill-inqas 30 % sal-2025 fis-setturi tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut/id-distribuzzjoni, tas-servizz tal-ikel/l-ospitalità u fis-settur tal-unitajiet domestiċi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien fl-Istati Membri ta' konvenzjonijiet li jipproponu li s-settur alimentari tal-konsumatur jiddistribwixxi prodotti mhux mibjugħin lil assoċjazzjonijiet tal-karità; jistieden lill-Kummissjoni, li meta tkun qed twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar proposti leġislattivi rilevanti ġodda, tevalwa l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-ħela tal-ikel;

Bini Sostenibbli

48.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Opportunitajiet għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini" (COM(2014)0445); iqis li huwa meħtieġ approċċ iddedikat għall-kostruzzjoni bbażat fuq pjan direzzjonali u fuq l-objettivi fit-tul tiegħu;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u r-rekwiżiti fis-settur tal-bini u tiżviluppa aktar il-qafas tal-politika dwar l-effiċjenza fir-riżorsi — dan jinkludi l-iżvilupp tal-indikaturi, l-istandards u l-metodi u r-rekwiżiti ta' kwalità dwar l-użu tal-art u l-ippjanar urban, l-arkitettura, l-inġinerija strutturali, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-adattabilità, l-effiċjenza enerġetika, ir-rinnovazzjoni u l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ; jirrileva li l-indikaturi fuq il-bini sostenibbli għandhom jinkludu wkoll infrastruttura ekoloġika, bħal soqfa ekoloġiċi; jenfasizza l-importanza ta' viżjoni olistika għall-istokk tal-bini tal-Ewropa, b'objettivi ċari u ambizzjużi fuq perjodu ta' żmien medju u twil u pjanijiet direzzjonali għall-implimentazzjoni ta' din il-viżjoni;

50.  Iqis li l-kwalità tal-arja ta' ġewwa u l-benessri u l-bżonnijiet soċjali tal-utenti għandhom jiġu integrati f'valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bini;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, fi ħdan il-qafas tal-indikaturi ġenerali dwar l-effiċjenza fiddser-riżorsi, indikaturi biex tivvaluta s-sostenibbiltà tal-bini matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, bl-użu tal-istandards u l-metodi eżistenti u fuq il-bażi ta' approċċ ta' sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

52.  Jitlob lill-Kummissjonitiddetermina jekk il-prinċipji u l-istandards BAT (l-aqwa tekniki disponibbli) jistgħux jiġu estiżi biex jinkorporaw il-materjali u l-partijiet kollha tal-bini, u biex tiżviluppa passaport tal-bini bbażat fuq iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bini;

53.  Iqis li, billi 90 % tal-ambjent mibni tal-2050 diġà jeżisti, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti u inċentivi speċjali għas-settur tar-rinnovazzjoni sabiex sal-2050 tittejjeb l-impronta enerġetika tal-bini jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija fuq terminu twil għar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti u biex ittejjeb ir-rwol tal-istrateġiji ta' rinnovazzjoni nazzjonali introdotti bid-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

54.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-titjib tar-riċiklaġġ permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura għall-ġbir selettiv u r-riċiklaġġ fl-industrija tal-kostruzzjoni;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-potenzjal tal-verifiki ta' qabel it-twaqqigħ (jiġifieri valutazzjoni ta' bini qabel id-dekostruzzjoni jew it-twaqqigħ biex jiġu deskritti l-materjali preżenti u jiġi definit liema frazzjonijiet jistgħu jiġu separati għar-riċiklaġġ) u l-għażla fuq il-post ta' materjali riċiklabbli (l-għażla fuq il-post normalment tagħti materja prima sekondarja ta' purità ogħla minn riċiklaġġ mhux fuq il-post u tista' tgħin biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport, pereżempju bit-tgħaffiġ/ikkumpattar fuq il-post);

56.  Jinnota li l-konkrit huwa wieħed mill-materjali l-aktar użati fl-industrija tal-kostruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltajiet li jiżdied ir-riċiklaġġ tal-konkrit fil-kostruzzjoni, kif inhu l-każ fil-Ġermanja u fl-Iżvizzera;

L-iżvilupp ta’ swieq għall-materja prima sekondarja

57.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa miżuri li jinċentivaw u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ swieq għall-materja prima sekondarja ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp ta’ negozju bbażat fuq l-użu mill-ġdid ta’ materja prima sekondarja;

58.  Jikkunsidra li qafas ta’ politika fit-tul u prevedibbli jgħin biex jistimola l-livell ta’ investimenti u l-azzjoni meħtieġa biex jiġu żviluppati bis-sħiħ swieq għal teknoloġiji aktar ekoloġiċi u jiġu promossi soluzzjonijiet kummerċjali sostenibbli. jenfasizza li l-indikaturi u l-miri tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, ibbażati fuq il-ġbir ta’ dejta b’saħħitha, jipprovdu l-gwida meħtieġa għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-oqsma pubbliċi u privati għat-trasformazzjoni tal-ekonomija;

59.  Jenfasizza li huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-ħolqien ta' progammi ta' simbjożi industrijali li jappoġġjaw sinerġiji industrijali għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, u li jgħinu lill-kumpaniji – b'mod partikolari lill-SMEs – jiskopru kif l-enerġija, l-iskart u l-prodotti sekondarji tagħhom jistgħu jservu ta' riżorsi għall-oħrajn; jiġbed l-attenzjoni lejn kunċetti simili, bħal "minn nieqa sa nieqa" u l-ekoloġija industrijali;

Miżuri oħra

60.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi proċeduri ta’ akkwist pubbliku li fihom prodotti użati mill-ġdid, imsewwija, manifatturati mill-ġdid, irranġati u prodotti u soluzzjonijiet oħra sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi għandhom jiġu preferuti, u jekk dawn ma jkunux preferuti, għandu japplika l-prinċipju “ikkonforma jew spjega”;

61.  Jenfasizza l-ħtieġa għal qafas fiskali skont il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", li jipprovdi s-sinjali t-tajba għall-investiment fl-użu effiċjenti tar-riżorsi, l-immodernizzar tal-proċessi ta' produzzjoni u l-manifattura ta' prodotti li jissewwew aktar u li jservu aktar; jitlob li jsir progress f'dan il-qasam biex jiġi segwit mill-Istati Membri bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew(11);

62.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja u tipproponi miżuri relatati mat-tassazzjoni, bħall-VAT imnaqqsa fuq prodotti riċiklati, użati mill-ġdid u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

63.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġika għal Intrapriżi Żgħar u Medji;

64.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas tal-politika dwar in-nutrijenti sabiex jitjieb ir-riċiklaġġ, titrawwem l-innovazzjoni, jitjiebu l-kundizzjonijiet tas-suq, u biex l-użu sostenibbli tagħhom jiddaħħal sew fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-fertilizzanti, l-ikel, l-ilma u l-iskart;

65.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta komunikazzjoni dwar l-ikel sostenibbli, li ġiet posposta bosta drabi sa mill-2013, matul l-ewwel nofs tal-2016; jenfasizza li, minħabba li l-produzzjoni u l-konsum tal-ikel jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-użu tar-riżorsi, li l-komunikazzjoni għandha b’mod olistiku tindirizza l-ineffiċjenzi fl-użu tar-riżorsi fil-katina alimentari u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ politika sostenibbli tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta ż-żieda fl-użu ta’ imballaġġ tal-ikel li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, inkluż valutazzjoni tal-fattibbiltà li l-imballaġġ tal-ikel jiġi sostitwit gradwalment b’materjali kompostabbli, bijodegradabbli u bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi f’konformità mal-istandards Ewropej;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjattaforma permanenti ta’ effiċjenza fir-riżorsi, inklużi l-partijiet interessati relevanti kollha, sabiex tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-applikazzjoni tal-aħħar sejbiet tar-riċerka, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-emerġenza ta’ sintesi industrijali u ekosistemi industrijali ġodda;

67.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi grupp ta’ ħidma finanzjarju sostenibbli bejn is-setturi u inter-DĠ sabiex l-indikaturi tal-effiċjenza fir-riżorsi jiġu inklużi fil-livell tal-kumpanija billi jiġu integrati r-rappurtar u l-kontabbiltà filwaqt li tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità ta’ ċerta informazzjoni kummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni wkoll biex teżamina kif tinkorpora l-effiċjenza fir-riżorsi u r-riskji ambjentali fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-rekwiżiti kapitali tal-banek, fost oħrajn, sabiex tiġi żviluppata sistema ta’ assigurazzjoni komprensiva għall-perikli ambjentali u biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-prodotti ta’ investiment, b'valutazzjoni tal-impatt xierqa; jemmen li f’dan ir-rigward il-Kummissjoni se tibbenefika mill-kooperazzjoni mal-“Inkjesta dwar id-Disinn ta’ Sistema Finanzjarja Sostenibbli” tal-UNEP; jistieden lill-Kummissjoni tistudja inizjattivi volontarji eżistenti fl-Istati Membri għal skop ta’ skambju possibbli tal-aħjar prattika;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni, peress li l-provenjenza sostenibbli u responsabbli tal-materja prima ewlenija hija ta’ importanza kritika għall-kisba tal-effiċjenza fir-riżorsi u biex jintlaħqu l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, biex tirrevedi r-rakkomandazzjonijiet tal-politika tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi għall-iżvilupp ta’ standards ta’ provenjenza sostenibbli għal materjali ta’ prijorità u komoditajiet; f’dan ir-rigward, jinnota l-appoġġ konġunt tal-Parlament u tal-Kunsill għall-proposti tal-Kummissjoni dwar provenjenza responsabbli ta’ metalli u minerali minn żoni ta’ kunflitt;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-definizzjoni tagħha ta’ materja prima "kruċjali", filwaqt li tikkunsidra aħjar l-impatti u riskji ambjentali relatati mal-estrazzjoni u l-ipproċessar tagħhom kif ukoll il-potenzjal tagħhom għal sostituzzjoni minn materjali sekondarji;

70.  Jenfasizza li l-finanzjament tal-UE, inkluż finanzjament permezz tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), Orizzont 2020, il-fondi ta’ koeżjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment, għandhom jiġu mmobilizzati biex jippromovu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu gradwalment is-sussidji kollha li huma ta’ ħsara għall-ambjent, inklużi dawk għall-ġenerazzjoni tal-enerġija minn frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali permezz tal-inċinerazzjoni skont id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tas-sussidji diretti u indiretti għall-karburanti fossili;

71.  Jitlob biex il-finanzjament allokat għall-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs tal-UE (COSME), l-Orizzont 2020, u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ikunu aktar iffokati fuq l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet sostenibbli, innovattivi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u fuq mudelli kummerċjali ġodda (bħall-kiri jew sistemi ta' servizz ta' prodotti), u li jtejbu l-effiċjenza tad-disinn u l-materjal tal-prodott fil-prestazzjoni tal-prodott u l-proċessi;

72.  Jenfasizza kif ir-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Ewropa, u li huwa meħtieġ li jikkontribwixxu, fi ħdan l-Orizzont 2020, għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jistgħu juru u jittestjaw fil-qasam is-sostennibbiltà ekonomika u ambjentali tal-ekonomija ċirkolari; jenfasizza, fl-istess waqt, li bl-adozzjoni ta’ approċċ sistematiku, dawn il-proġetti jistgħu jiffaċilitaw l-abbozzar ta’ regolament li jwassal għall-innovazzjoni u eħfef biex jiġi implimentat, billi jidentifikaw inċertezzi regolatorji, ostakoli u/jew lakuni li jistgħu jfixklu l-iżvilupp ta’ mudelli tan-negozju bbażati fuq l-effiċjenza tar-riżorsi;

73.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża l-aġenda diġitali u t-teknoloġija tal-informazzjoni fil-potenzjal sħiħ tagħhom biex tippromwovi l-effiċjenza fir-riżorsi u t-trasformazzjoni f’ekonomija ċirkolari;

74.  Jenfasizza li l-UE għandha ekonomija miftuħa, involuta f'importazzjonijiet u esportazzjonijiet f'suq globali; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-isfida globali tat-tnaqqis ta' riżorsi fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw b'mod attiv il-ħidma tal-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi fi ħdan il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), u jinvestigaw kwistjonijiet ta' riżorsi kritiċi dinjija u jiżviluppaw soluzzjonijiet prattiċi għal dawk li jfasslu l-politika, l-industrija u s-soċjetà;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-azzjoni neċessarja fil-livell internazzjonali biex ittejjeb it-traċċabbiltà tal-prodotti;

76.  Jenfasizza li ż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tista' tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija u l-faqar enerġetiku, li jolqot madwar 125 miljun ċittadin Ewropew; josserva li jaqbel li l-effiċjenza enerġetika titqies bħala unità separata ta' sors ta' enerġija, li t-tkabbir tagħha jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-iżvilupp tal-industrija tal-UE, għall-ħolqien tal-impjiegi u l-moderazzjoni tal-kontijiet tal-enerġija tan-nies;

77.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti u prevista qed tfixkel l-ekonomija ċirkolari, mudelli ta’ negozju innovattivi eżistenti jew il-ħolqien ta’ oħrajn ġodda, bħal ekonomija ta’ kera jew ekonomija ta' kondiviżjoni/kollaborattiva, jew jekk ikun hemm ostakli istituzzjonali jew finanzjarji f’dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb tali leġiżlazzjoni u jindirizzaw dawn l-ostakoli fejn meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni relatata bil-ħsieb li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u biex iżżid il-konsistenza bejn l-istrumenti eżistenti u l-iżvilupp tal-approċċ ta’ quddiem nett;

78.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara l-aspetti relevanti tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-UE fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari li tiċċara l-kompromess bejn ir-riskji ta’ kollużjoni tas-suq u l-ħtieġa li tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn il-manifatturi u l-fornituri tagħhom;

79.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura lill-Parlament dwar il-miżuri kollha deskritti hawn fuq u biex tipproponi l-passi li jmiss sal-2018;

o
o   o

80.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0584.
(2) Test adottat, P7_TA(2014)0016.
(3) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 59.
(4) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 21.
(5) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(6) ĠU C 140, 28.4.2015, p. 37.
(7) Il-Programm Ambjentali tal-OECD, "Approċċi volontarji għal politika ambjentali", 2003.
(8) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014 bit-titolu 'Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: programm ta' skart żero għall-Ewropa" (COM(2014)0398).
(9) Id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014, li fih sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja l-proposta għal direttiva li temenda d-Direttivi dwar l-iskart (SWD(2014)0208).
(10) Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, 1991/31/KE dwar il-miżbla ta' skart, 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2014)0397).
(11) Baġit Europe, 2015, Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi b’Appoġġ tas-Semestru EwropewIl-proċess, paġna 6, http://www.foes.de/pdf/2015-02-25_CSR%20Recommendations_FINAL.pdf.


Livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari ***I
PDF 864kWORD 222k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (COM(2013)0943 – C7-0045/2014 – 2013/0451(COD))
P8_TA(2015)0267A8-0176/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0943),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7‑0045/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 168(4) (b) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel (A8-0176/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika [Em. 1. Din l-emenda tapplika matul it-text kollu]

P8_TC1-COD(2013)0451


Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija Atomika, b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikolu 114 tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li tfasslet wara li nkisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri(2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew(4)Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5), [Em. 3]

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom 2013/59/Euratom(6) tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti. [Em. 4]

(1a)  B'konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. [Em. 5]

(2)  Wara l-inċident tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986, kwantità konsiderevoli ta' materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f'livelli sinifikanti mill-perspettiva tal-qasam tas-saħħa, u kkawżat mard u kundizzjonijiet tas-saħħa ta' theddida għall-ħajja. Livell għoli ta' kontaminazzjoni radjuattiva għadu jippersisti sal-lum. Minħabba li l-materjal radjuattiv rilaxxat ikkontamina l-arja, l-ilma, il-ħamrija u l-veġetazzjoni, ġew adottati miżuri biex jiżguraw li ċerti prodotti agrikoli jidħlu biss ma jidħlux fl-Unjoni għajr skont l-arranġamenti komuni li jħarsu biex tkun salvagwardjata s-saħħa tan-nies waqt li jżommu n-natura unifikata tas-suq u jevitaw distorsjoni tal-kummerċ. [Em. 6]

(2a)  L-Istati Membri huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mal-livelli stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jissorveljaw l-istandards ta' sigurtà għall-ikel u l-għalf. L-Artikolu 168(4)(b) tat-TFUE jipprevedi l-adozzjoni ta' miżuri komuni fil-qasam veterinarju li jkollhom bħala objettiv dirett il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, l-Artikolu 114 tat-TFUE jipprevedi livell xieraq ta' armonizzazzjoni biex jiżgura li s-suq intern ikun jista' jaħdem bla intoppi. [Em. 7]

(2b)  Huwa fatt pruvat li doża ogħla ta' radjazzjoni għandha effett dannuż u qerriedi fuq iċ-ċelloli tal-ġisem u tista' twassal għall-kanċer. [Em. 8]

(2c)  Huwa importanti li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu baxxi għal-livelli permissibbli massimi ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel, biex titqies id-doża kumulattiva ogħla kkawżata mill-ikel ikkontaminat ikkunsmat għal perjodu ta' żmien estiż. [Em. 9]

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87(7), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89(8) jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva li jridu jiġu applikati wara aċċident nukelari jew xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li x'aktarx twassal, jew tkun wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' għalf u ikel. Dawn il-livelli massimi permissibbli għadhom jaqblu mal-aħħar parir xjentifiku li hu attwalment disponibbli internazzjonalment u għandhom jiġu riveduti u aġġornati perjodikament biex titqies kwalunkwe evidenza xjentifika ġdida. Il-livelli massimi permissibbli elenkati fl-Annessi I u II ġew riveduti u huma stabbiliti fil-Pubblikazzjoni  105 tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Radjoloġika. Speċifikament, huma bbażati b'mod partikolari fuq livell ta' referenza ta' 1 mSv kull sena flimkien mad-doża individwali inġestita u jissoponu li 10 % tal-ikel ikkunsmat kull sena ikun kontaminat. [Em. 10]

(4)  Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel massimi applikabbli fil-Ġappun għall-ikel. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġew adottati miżuri li jimponu kundizzjonijiet speċjali li jikkontrollaw l-importazzjoni ta' ikel u għalf li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Għandhom jitfasslu wkoll miżuri li jimmonitorjaw u jimminimizzaw ir-riskju ta' konsum ta' prodotti tal-ikel minn pajjiżi oħra milquta mix-xita radjuattiva minn aċċident nukleari f'pajjiż ieħor. [Em. 11]

(5)  Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf, tippermetti lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika lill-Unjoni, li tistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazjoni radjoattiva għall-ħarsien tan-nies biex tiżgura livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika. [Em. 12]

(6)  Il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva għandhom japplikaw għall-ikel u l-għalf li joriġinaw fl-Unjoni jew li jkunu importati minn pajjiżi terzi, skont il-post u ċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika, filwaqt li jitqies l-effett tar-radjazzjoni naturali u kumulattiva hekk kif din titla' 'l fuq mal-katina tal-ikel. Għandu jkun hemm reviżjonijiet perjodiċi ta' dawn il-livelli. [Em. 13]

(7)  Il-Kummissjoni għandha tintgħarraf f'każ ta' aċċident nukleari, jew ta' livelli ogħla minn tas-soltu ta’ radjoattività, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom(9), jew skont il-Konvenzjoni IAEA dwar notifika bikrija ta’ aċċident nukleari tas-26 ta’ Settembru 1986.

(8)  Biex jitqies li d-dieti tat-trabi fl-ewwel sitt xhur ta' ħajjithom jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti, u biex jitqiesu l-inċertezzi fil-metaboliżmu tat-trabi fit-tieni sitt xhur ta' ħajjithom, ikun ta' benefiċċju li l-applikazzjoni ta' livelli massimi permissibbli aktar baxxi tiġi estiża tul l-ewwel tnax-il xahar tal-ħajja. Għal nisa tqal jew li qed ireddgħu għandhom japplikaw livelli massimi permissibbli iktar baxxi. [Em. 14]

(9)  Biex jiġi ffaċilitat l-addattament tal-livelli massimi permissibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien xjentifiku, il-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-livelli massimi permissibbli għandhom jinkludu l-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti msemmija fl-Artikolu 31 tat-Trattat u l-progress tekniku fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ġdida għall-adattament tal-livelli massimi permissibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 15]

(9a)  Biex jiġi faċilitat l-adattament tal-livelli massimi permissibbli, għandhom jiġu introdotti proċeduri li jippermettu l-konsultazzjoni regolari mal-esperti. Il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ta' esperti abbażi ta' kriterji xjentifiċi u etiċi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kompożizzjoni tal-grupp u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu pubbliċi. Fl-adattament tal-livelli massimi permissibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll ma' esperti minn korpi internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni. [Em. 16]

(9b)  Il-grupp ta' esperti għandu wkoll jagħmel stima tal-effett kumulattiv tal-kontaminazzjoni radjuattiva. [Em. 17]

(9c)  Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu magħmula pubbliċi u għandhom ikunu riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jiġi rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali. [Em. 18]

(10)  Biex jiġi żgurat li l-ikel u l-għalf li jkun fihom livelli ogħla mill-massimi permissibbli ma jitpoġġewx fis-suq tal-UE tal-Unjoni, l-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandhom jivverifikaw il-konformità ma' dawn il-livelli permess ta isiru kontrolli bir-reqqa. F'każ ta' nonkonformità għandhom jiġu applikati penali u l-pubbliku għandu jiġu infurmat dwar dan. [Em. 19]

(10a)  Ir-regoli biex tiġi verifikata konformità mal-miżuri mfassla ħalli jiġu evitati, eliminati jew jitnaqqsu r-riskji ta' kontaminazzjoni għall-bnedmin u l-annimali għal livelli aċċettabbli kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10). [Em. 20]

(11)  Bbiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament rigward li jsiru applikabbli l-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(12)  Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti li jagħmlu applikabbli l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf stabbiliti minn qabel.Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika oħra, ikun madankollu meħtieġ li jitqiesu kif jixraq iċ-ċirkostanzi partikolari u l-kundizzjonijiet applikabbli għal kull aċċident u, għaldaqstant, li tiġi stabbilita proċedura li tippermetti li jitbaxxew b'mod mgħaġġel il-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel u, jekk ikun meħtieġ, li jiġu introdotti livelli massimi permissibbli għal radjunuklidi oħra (notevolment it-tritju) involuti fl-aċċident, bl-għan li jkun żgurat l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tal-pubbliku. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. [Em. 21]

(12a)  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom fuq il-kumitat għandhom biżżejjed għarfien dwar il-protezzjoni radjoloġika. [Em. 22]

(13)  Il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza, f'każijiet ġustifikati marbutin ma' ċerti emerġenzi radjoloġiċi li x'aktarx iwasslu jew li jkunu wasslu għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' ikel u għalf. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. [Em. 23]

(13a)  L-adozzjoni tal-livelli massimi permissibbli taħt dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' protezzjoni għall-aktar gruppi kritiċi u vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal u l-persuni f'żoni ġeografiċi iżolati jew dawk li jipprattikaw agrikultura ta' sussistenza. Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu l-istess għall-popolazzjoni kollha u għandhom ikunu bbażati fuq l-iktar livelli baxxi. [Em. 24]

(13b)  Meta ikel jew għalf li joriġina fl-Unjoni jew impurtat minn pajjiżi terzi joħloq riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri addizzjonali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002 biex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Jekk possibbli, il-livelli massimi permissibbli applikabbli u l-miżuri ta' emerġenza addizjonali għandhom jiġu stabbiliti f'regolament ta' implimentazzjoni uniku. [Em. 25]

(13c)  Meta jitfasslu jew isir rieżami tal-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu kont primarjament taċ-ċirkostanzi li ġejjin: il-post, in-natura u l-ambitu tal-aċċident nukleari jew ta' kwalunkwe kawża oħra ta' emerġenza nukleari; in-natura u l-ambitu tas-sustanzi radjoloġiċi rilaxxati fl-arja, l-ilma jew il-ħamrija, kif ukoll fl-ikel u fl-għalf, kemm jekk ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni; ir-riskju ta' kontaminazzjoni radjoloġika attwali jew potenzjali tal-ikel u tal-għalf u d-dożi ta' radjazzjoni riżultanti; it-tip u l-kwantità tal-ikel u l-għalf kontaminat li jista' jilħaq is-suq tal-Unjoni u l-livelli massimi permissibbli għall-ikel u l-għalf kontaminat f'pajjiżi terzi. [Em. 26]

(13d)  Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika li teħtieġ li jiġu applikati l-livelli massimi permissibbli, il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-livelli fis-seħħ, kemm mill-Kummissjoni kif ukoll minn kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-pubbliku għandu jingħata informazzjoni dwar l-ikel u l-għalf li aktarx jakkumula konċentrazzjonijiet iktar qawwija ta' radjuattività. [Em. 27]

(13e)  Il-konformità mal-livelli massimi permissibbli għandha tkun is-suġġett ta' kontrolli xierqa, u għandhom jiġu introdotti sanzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni jew il-bejgħ deliberat ta' ikel li jeċċedu l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni, [Em. 28]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-ikel, kif stabbiliti fl-Anness I, u l-livelli massimi permissibbli ta' ikel ta' importanza minuri radjuattiva tal-għalf kif stabbilit fl-Anness II, u l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva tal-għalf kif stabbiliti fl-Anness III, li jista' jitqiegħed fis-suq wara aċċident nukleari jew xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li x'aktarx twassal jew li tkun wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti tal-ikel u tal-għalf, u l-proċeduri biex dawn il-livelli massimi permissibbli jsiru applikabbli. [Em. 54]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "ikel" tfisser kull sustanza jew prodott, kemm jekk ikun ipproċessat, ipproċessat parzjalment, jew mhux ipproċessat, li huwa maħsub, jew li jkun loġikament mistenni li jittiekel mill-bnedmin, dan jinkludi x-xarbiet, iċ-ċuwing gam u kull sustanza, inkluż l-ilma, li jiddaħħal fl-ikel b'mod maħsub waqt il-manifattura, il-preparazzjoni, jew it-trattament;l-"ikel" ma jinkludix kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002/KE;

(a)  għalf;

(b)  annimali ħajjin sakemm ma jkunux ippreparati għat-tqegħid fis-suq għall-konsum uman;

(c)  pjanti qabel il-ħsad;

(d)  prodotti mediċinali skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);

(e)  prodotti kożmetiċi skont l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14);

(f)  it-tabakk u l-prodotti tat-tabakk fit-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/37/KE(15);

(g)  sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi skont it-Tifsira tal-Konvenzjoni Unika tal-Ġnus Magħquda dwar Droga Narkotika, 1961, u l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar Sustanzi Psikotropiċi, 1971

(h)  fdalijiet u kontaminanti. [Em. 29]

(2)  "ikel ta' importanza minuri" tfisser oġġetti tal-ikel ta' importanza minuri fid-dieta li jagħtu biss kontribut marġinali lill-konsum tal-ikel tal-popolazzjoni; [Em. 55]

(3)  "għalf" tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi l-addittivi, sew jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati, maħsuba biex jintużaw għat-tmiegħ mill-ħalq lill-annimali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; [Em. 30]

(4)  "tqegħid fis-suq" tfisser iż-żamma ta' ikel jew għalf għall-għanijiet ta' bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ, jew kull forma oħra ta' trasferiment, kemm jekk b'xejn jew le, u l-bejgħ, id-distribuzzjoni, u forom oħra ta' trasferiment operazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; [Em. 31]

(4a)  "materjali b'kuntatt mal-ikel jew l-għalf" tfisser pakketti u materjali oħrajn maħsuba biex ikunu f'kuntatt mal-ikel; [Em. 32]

(4b)  "sitwazzjoni ta' emerġenza radjoloġika" tfisser avveniment mhux komuni li jinvolvi sors ta' radjazzjoni u li jeħtieġ intervent immedjat biex tiġi mitigata kwalunkwe theddida għas-saħħa u s-sikurezza, jew kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-kwalità tal-ħajja, il-proprjetà jew l-ambjent, jew li jirrappreżenta periklu li jista' jwassal għal konsegwenzi negattivi ta' dan it-tip. [Em. 33]

Artikolu 2a

Prattiki li jikkonsistu fit-taħlit ta' prodotti tal-ikel li jkun fihom konċentrazzjonijiet aktar minn dawk permessi mir-regoli dwar il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel u fl-għalf b'oġġetti tal-ikel mhux ikkontaminati jew ikkontaminat ftit biex jinkiseb prodott konformi mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, ma għandhomx ikunu awtorizzati. [Em. 34]

Artikolu 3

1.  Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi - partikolarment skont l-arranġamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-iskambju tal-informazjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika jew skont il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta’ Settembru 1986, dwar notifika malajr ta’ inċident nukleari - informazjoni uffiċjali dwar aċċidenti jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, li tikkonferma li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti għall-ikel, ikel ta' importanza minuri jew għalf, x'aktarx jintlaħqu jew li jkunu ntlaħqu, hija tikkontamina l-ikel u l-għalf, għandha tadotta minnufih, jekk ikun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, fl-iqsar żmien possibbli, Regolament att ta' implimentazzjoni li jagħmel applikabbli dawk il-livelli jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' radjoattività li ma jistgħux jeċċedu l-livelli speċifikati fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5(2). [Em. 35]

1a.  Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jkun rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali li jipprovdi livell ogħla ta' protezzjoni. [Em. 36]

2.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati maċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta Regolament att ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3). [Em. 37]

3.  Meta tibgħat l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan Artikolu, filwaqt li tiddiskutih mal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tqis l-istandards bażiċi stabbiliti skont l-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat id-Direttiva 2013/59/Euratom, inkluż il-prinċipju li l-esposizzjonijiet kollha għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista’ jkun, billi tqis bħala prijorità l-aspett tal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali u tqis fatturi ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari l-aktar gruppi vulnerabbli tas-soċjetà. Fit-tfassil ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn grupp indipendenti ta' esperti tas-saħħa pubblika magħżula abbażi tal-għarfien u l-kompetenza tagħhom fil-protezzjoni radjoloġika u s-sikurezza alimentari (“grupp ta' esperti”). Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-kompożizzjoni tal-grupp ta' esperti u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tiegħu. [Em. 38]

3a.  L-atti ta' implimentazzjoni riferuti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità man-natura u l-ambitu tar-radjazzjoni u għandhom jiġu eżaminati kemm-il darba jkun meħtieġ fir-rigward tal-manjiera kif il-kontaminazzjoni tiżviluppa. Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha twettaq l-ewwel eżami fi żmien mhux aktar minn xahar wara aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika sabiex timmodifika, jekk meħtieġ, il-livelli massimi permissibbli ta' radjuattività u l-lista' ta' radjunuklidi. [Em. 39]

Artikolu 4

1.  Malli l-Kummissjoni tadotta Regolament att ta' implimentazzjoni li jagħmel il-livelli massimi permissibbli applikabbli, l-ikel, u l-għalf li ma jkunux jikkonformaw ma' dawn il-livelli massimi permissibbli ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. [Em. 40]

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġim tar-responsabbiltà nukleari li għandu jindirizza t-tħassib tal-Istati Membri kollha li jistgħu jintlaqtu minn aċċident nukleari; dan ir-reġim għandu jipprevedi kumpens xieraq f'każ ta' aċċidenti nukleari. [Em. 41]

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikel, jew għalf importati minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jekk, fit-territorju tad-dwana tal-Unjoni, dawn jgħaddu minn proċedura tad-dwana li ma tkunx proċedura ta' tranżitu. [Em. 42]

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fit-territorji tagħhom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' kontrolli uffiċjali għall-oġġetti tal-ikel u tal-għalf, u jwettqu attivitajiet oħra kif jixraq fiċ-ċirkostanzi, inklużi komunikazzjoni pubblika dwar is-sikurezza u r-riskji fir-rigward tal-ikel u tal-għalf, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. [Em. 43]

2.  Kull Stat Membru għandu jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, partikolarment rigward każi fejn ma jitħarsux il-livelli massimi permissibbli.:

a)  l-iskedar regolari ta' kontrolli tal-livelli massimi permissibbli fit-territorju nazzjonali tiegħu;

b)  il-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli;

c)  l-identifikazzjoni tas-servizzi nazzjonali kompetenti responsabbli mill-kontrolli.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra fl-iqsar żmien possibbli.

Każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli għandhom jiġu notifikati permezz tas-sistema ta' twissija bikrija msemmija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Il-Kummissjoni għandha timponi penali fuq Stati Membri li jonqsu milli jimponu penali għat-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni ta' għalf li jaqbeż il-limiti massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni. [Em. 44]

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku, primarjament permezz ta' servizz onlajn, dwar il-livelli massimi permissibbli, is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u l-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli. Il-pubbliku għandu jiġi nnotifikat ukoll dwar l-oġġetti tal-ikel li jistgħu jakkumulaw konċentrazzjonijiet ogħla ta' radjuattività, u, b'mod partikolari, dwar it-tip ta' prodott, il-marka, l-oriġini u d-data tal-analiżi. [Em. 45]

4.  Il-livelli massimi permissibli stabbiliti fl-annessi ta' dan ir-Regolament għandhom iqisu l-effett tad-dekompożizzjoni parzjali ta' iżotopi radjuattivi waqt il-perjodu ta' ħżin ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat. Skont it-tip ta' kontaminazzjoni, pereżempju kontaminazzjoni b'iżotopi tal-jodju, ir-radjuattività ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat għandha tkun immonitorjata l-ħin kollu. [Em. 46]

5.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza ta' mekkaniżmu għall-kumpens lill-bdiewa li l-oġġetti tal-ikel tagħhom jkunu ġew ikkontaminati sa livell ogħla mil-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Dan it-tip ta' mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. Ir-rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' dan it-tip. [Em. 47]

Artikolu 4a

1.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-pertinenza tal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva stabbiliti fl-Annessi.

2.  Ir-rapport jeħtieġ jippermetti verifika ta' jekk il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva jiżgurawx li l-limitu fuq id-doża effikaċi għall-esponiment pubbliku ta' 1 mSv/kull sena hux rispettat u jirriżulta f'dożi ta' tirojde li jkunu ta' livell baxx biżżejjed mil-livell ta' referenza ta' 10 mGy rakkomandat mid-WHO għall-amministrazzjoni ta' jodju stabbli għal gruppi partikolarment vulnerabbli.

3.  Ir-rapport għandu jikkunsidra l-possibbiltà li tiġi riveduta l-klassifikazzjoni tar-radjunuklidi u li jiġu inklużi t-tritju u l-karbonju 14 fl-Annessi ta' dan ir-Regolament. Fil-valutazzjoni ta' dawk il-livelli massimi permissibbli, ir-rapport għandu jiffoka fuq il-ħarsien tal-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal, u jeżamina jekk ikunx xieraq li l-livelli massimi permissibbli għall-kategoriji kollha tal-popolazzjoni jiġu stabbiliti fuq dik il-bażi. [Em. 48]

Artikolu 5

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, stabbilit permezz tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16). Dan il-kumitat għandu jitqies bħala kumitat skont it-tifsira stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 49]

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 6

Biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti fl-Annessi I, II u III jqisu ta' dan ir-Regolament iqisu kull dejta ġdida jew addizzjonali importanti li ssir disponibbli, b'mod partikolari rigward l-għarfien l-aħħar għarfien xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-addattament ta' tissottometti rapport lill-Parlament u lill-Kunsill akkompanjat, fejn meħtieġ, minn proposta biex jiġu adottati dawk l-Annessi u tirrevedi, jekk meħtieġ, il-lista ta' radjunuklidi, wara konsulta mal-grupp ta' esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 3(3). [Em. 50]

Artikolu 6a

F'każ ta' aċċident nukleari jew kawża oħra ta' emerġenza radjoloġika li twassal għall-kontaminazzjoni tal-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tagħti dettalji dwar il-miżuri meħuda f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-informazzjoni notifikata skont l-Artikolu 4(2). [Em. 51]

Artikolu 7

Ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, kif emendat bir-Regolament (Euratom) Nru 2218/1989, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89(17) u Nru 770/90(18) huma mħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti li tħassru għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-IKEL

Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għall-ikel għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Ikel (Bq/kg)(19)

 Ikel tat-trabi(20)

Prodotti tal-ħalib(21)

Ikel ieħor minbarra ikel ta' importanza minuri(22)

Ikel likwidu(23)

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar

Sr-90

75

125

750

125

Iżotopi tal-jodju, l-aktar I-131

150

500

2 000

500

Iżotopi alfaemittenti tal-elementi tal-plutonju u tat-transplutonju, l-aktar

Pu-239, Am-241

1

20

80

20

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja akbar minn 10t’ijiem l-aktar

Cs-134, Cs-137(24)

400

1 000

1 250

1 000

ANNESS II

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-IKEL TA' IMPORTANZA MINURI

1.  Lista ta’ oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0703 20 00

It-tewm (frisk jew imkessaħ)

0709 59 50 

It-tartuf (faqqiegħ) (frisk jew imkessaħ)

0709 99 40

Il-kappar (frisk jew imkessaħ)

0711 90 70 

Il-kappar (ippriservat proviżorjament, imma mhux tajjeb għall-konsum immedjat f'dan l-istat)

ex 0712 39 00

It-tartuf (faqqiegħ) (imnixxef, sħiħ, imqatta', imfellel, imfarrak jew fi trab, imma mhux imħejji iktar)

0714

Il-manjoka, l-ararut, is-salep, l-artiċoks, il-patata ħelwa u għeruq u ħxejjex tal-basal simili, b’livell għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfa, sew jekk mqattgħa flieli sew jekk le fil-forma granulata; sago pith

0814 00 00

Qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ (inkluż id-dulliegħ), friska, ffriżata, imnixxfa jew provviżorjament ippreżervata fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn preservattivi

0903 00 00

Matè

0904

Bżar tal-ġeneru Piper; frott imnixxef jew imfarrak jew mitħun tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta

0905 00 00

Vanilla

0906

Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella

0907 00 00

Msiemer tal-qronfol (frott sħiħ, imsiemer u zkuk)

0908

In-noċimuskata, il-qoxra ta' barra tan-noċimuskata u l-kardamonju

0909

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian, bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża (caraway); frott tal-ġnibru

0910

Ġinġer, żagħfran, żagħfran tal-Indja (turmeric, kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn

1106 20 

Id-dqiq, is-smid u t-trab tas-sagu, jew tal-għeruq jew tat-tuberi tal-intestatura Nru 0714

1108 14 00

Lamtu tal-kassava (manioc)

1210

Koni tal-ħops, frisk jew imnixxef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina

1211

Pjanti u bċejjeċ minnhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ inċettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab

1301

Gommalakka; il-gomma naturali, ir-reżini, ir-reżini tal-gomma u oleoreżini (eżempju, balsamiċi)

1302

Linfi u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jħaxxnu, kemm jekk modifikati kif ukoll jekk le, derivati minn prodotti veġetali

1504

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1604 31 00 

Kavjar

1604 32 00

Sostituti tal-kavjar

1801 00 00

Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

1802 00 00

Qxur tal-kawkaw, ħliefa, ġlud u skart ieħor tal-kawkaw

1803

Pejst tal-kawkaw, kemm jekk bix-xaħam imneħħi u kemm jekk le

2003 90 10

It-tartuf (faqqiegħ) (imħejji jew ippriservat għajr milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku)

2006 00 

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħra ta' pjanti, ippreservati biz-zokkor (bl-ilma mneħħi, miksija biz-zokkor maħlul jew ikkristalizzati)

2102

Ħmira (attiva jew inattiva); u mikrorganiżmi oħra ta’ ċellula waħda, mejta (imma ma jinkludux vaċċini tal-intestatura Nru 3002); Trabijiet tal-ħami ppreparati

2936

Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi konċentrati naturali), derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlit flimkien ta’ dawn li ssemmew hawn fuq, kemm jekk f’xi solvent kif ukoll jekk le

3301

Żjut essenzjali (mingħajr terpene jew le), inklużi l-konkreti u l-assoluti; reżinojdi; oleoreżini estratti; konċentrati ta’ żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta’ enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali; distillati ta’ ilma u soluzzjonijiet ta’ ilma ta’ żjut essenzjali

2.  Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għall-oġġetti ta' ikel ta' importanza minuri kif elenkati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn

(Bq/kg)

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar Sr-90

7500

Iżotopi tal-jodju, l-aktar I-131

20000

Iżotopi alfaemittenti ta’ elementi tal-plutonju u tat-transplutonju, l-aktar Pu-239,

Am-241

800

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja ta' aktar minn 10t’ijiem, l-aktar Cs-134, Cs-137(25)

12500

[Em. 57]

ANNESS III

IL-LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-GĦALF

Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għaċ-ċesju 134 u ċ-ċesju 137 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Annimali

Bq/kg(26), (27)

Ħnieżer

1 250

Tjur, ħrief, għoġla

2 500

Oħrajn

5 000

ANNESS IV

REGOLAMENTI REVOKATI

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87

(ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11)

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89

(ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1)

Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89

(ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17)

Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90

(ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78)

ANNESS V

tabella ta' korelazzjoni

Regolament (Euratom) Nru 3954/87

Regolament (Euratom) Nru 944/89

Regolament (Euratom) Nru 770/90

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 3(1) u 3(2)

L-Artikolu 2(2)

-

L-Artikolu 3(1)

-

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(3) u (4)

-

L-Artikolu 4

-

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5(2)

-

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 2

L-Anness II(2)

---

---

L-Artikolu 1

---

L-Anness III

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

-

---

---

---

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Anness

L-Anness I

L-Anness

L-Anness II(1)

L-Anness

L-Anness III

---

---

---

L-Anness IV

---

---

---

L-Anness V

(1)ĠU C 226, 16.7.2014, p. 68.
(2)ĠU C , , p. .
(3)ĠU C , , p. .
(4)ĠU C , , p. .
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill ta '....
(6)Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.) u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).
(7)Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).
(8) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89 tat-18 ta’ Lulju 1989 li jemenda r-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew fil-każ ta’ kull emerġenza radjoloġika (ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1).
(9)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta' Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76).
(10) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il- kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal- konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(11)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(13)Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(14)Ir- Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).
(15)Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26).
(16)Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(17)Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli permessi massimi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17).
(18)Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).
(19)Il-livell applikabbli għall-prodotti kkonċentrati jew imnixxfa huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għal konsum. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet għad-dilwazzjoni biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu osservati.
(20)L-ikel tat-trabi huwa ddefinit bħala oġġetti tal-ikel li huma maħsubin għat-tmigħ tat-trabi tul l-ewwel sitt xhur tal-ħajja, li fihom infushom jilħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali ta’ din il-kategorija ta’ persuna u li jitqiegħdu għal bejgħ bl-imnut f’pakketti li jkunu ċarament identifikabbli u b'wieħed minn dawn l-ismijiet li ġejjin fuq it-tikketta: "formula tat-trabi", "formula ta' prosegwiment" "ħalib tat-trabi" u "ħalib tal-prosegwiment", skont l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE.
(21)(Prodotti mill-ħalib huma definiti bħala dawk il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM li ġejjin, inklużi, fejn xieraq, kwalunkwe aġġustamenti li jistgħu jsirulhom aktar tard: 0401, 0402(ħlief 0402 29 11).
(22)L-ikel ta' importanza minuri u l-livelli korrispondenti li għandhom jiġu applikati lilhom huma stabbiliti fl-Anness II.
(23)L-oġġetti tal-ikel likwidi kif iddefiniti fl-intestatura 2009 u fil-kapitolu 22 tan-nomeniklatura magħquda. Il-valuri jiġu kkalkulati billi jitċies il-konsum ta' ilma tal-vit u l-istess valuri għandhom jiġu applikati għall-ilma tax-xorb.
(24)Il-karbonju 14, it-tritju u l-potassju 40 ma humiex inklużi f’dan il-grupp.
(25)Il-karbonju 14, it-tritju u l-potassju 40 ma humiex inklużi f’dan il-grupp.
(26)Dawn il-livelli huma maħsubin biex jikkontribwixxu għall-osservanza tal-livelli massimi permessi għall-għalf; waħedhom ma jiggarantixxux din l-osservanza fiċ-ċirkostanzi kollha u ma jnaqqsux il-ħtieġa għal sorveljanza tal-livelli ta' kontaminazzjoni fi prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali destinati għall-konsum mill-bnedmin.
(27)Dawn il-livelli japplikaw għall-għalf li jkun lest għall-konsum.


Il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali
PDF 390kWORD 139k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (2015/2634(RSP))
P8_TA(2015)0268B8-0655/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2015 bit-titlu “Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali” (COM(2015)0063),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2016 bit-titlu “Settur Finanzjarju Riformat għall-Ewropa” (COM(2014)0279),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2014 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-Rieżami tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (COM(2014)0509 dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u COM(2014)0508 dwar il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS)),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea (COM(2014)0168),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-26 ta' Novembru 2014 tal-Kummissjoni bit-titolu 'Pjan ta' Investiment għall-Ewropa' (COM(2014)0903),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-Green Paper “Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali” (O-000075/2015 – B8‑0564/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea enfasizza ‘l-ħtieġa li jitjieb l-aċċess għas-swieq tal-kapital permezz ta’ sorsi ġodda ta’ finanzjament’ ufl-istess waqt innota li ’l-banek kummerċjali x’aktarx jibqgħu sors ewlieni ta’ finanzjament u li huwa fundamentali għall-Istati Membri li jistabbilixxu sorsi ġodda biex jikkomplementaw mekkaniżmi stabbiliti u jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ finanzjament, filwaqt li jipprovdu qafas regolatorju u superviżorju xieraq immirat lejn il-ħtiġijiet tal-ekonomija reali’;

B.  billi l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Marzu 2014 bit-titlu ‘Il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea’ esplorat possibbiltajiet biex tindirizza azzjonijiet konkreti għad-diversifikazzjoni tal-finanzjament, tiżviluppa s-swieq Ewropej tal-kapital u ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament, speċjalment għall-SMEs, pereżempju fl-oqsma tas-swieq tal-ekwità u tal-bonds korporattivi, it-titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti, il-bonds koperti u l-pjazzament privat;

C.  billi, kif iddikjara l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker, l-ewwel prijorità strateġika tal-Kummissjoni hi li “ssaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u tistimola l-investiment bil-għan li jinħolqu l-impjiegi”;

D.  billi s-swieq kapitali li ma kinux regolati u kontrollati biżżejjed kienu raġuni ewlenija għalfejn faqqgħet il-kriżi finanzjarja; billi kwalunkwe proposta ġdida, b’mod partikolari dwar it-titolizzazzjoni, għandha tirrifletti dan il-fatt kif jixraq;

E.  billi, wara l-kriżi finanzjarja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea introduċew għadd ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni maħsuba biex iżommu dan it-tip ta’ kriżi milli terġa’ tinqala’, u joħolqu ambjent ta’ stabbiltà finanzjarja li hija essenzjali għal tkabbir tassew sostenibbli; u din il-leġiżlazzjoni għandha titqies bħala l-qafas li fih issir l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, mhux ostaklu għaliha;

F.  billi tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-swieq kapitali jista’ jwassal għal inqas spejjeż tal-kapital filwaqt li jtejjeb l-allokazzjoni tiegħu u b’hekk jiġi appoġġat it-tkabbir tan-negozji, speċjalment l-SMEs, u l-ħolqien tal-impjiegi fi ħdan l-UE;

G.  billi bħalissa diversi istituzzjonijiet tal-UE u s-settur privat qed jiżviluppaw soluzzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu żviluppati aktar is-swieq kapitali, pereżempju fil-qasam tat-titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti, il-pjazzament privat, il-finanzjament tal-ekwità, il-bonds koperti Ewropej u l-offerti pubbliċi inizjali;

H.  billi kwalunkwe sforz regolatorju preċedenti (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (DRK), id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) II/ u r-Regolament dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) jeħtieġ jiġi komplementat u żviluppat aktar permezz ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali;

Kuntest ekonomiku

1.  Jinnota li l-investimenti fl-ekonomija reali fl-Ewropa naqsu relattivament matul diversi għexieren ta’ snin, minkejja żieda kbira fid-daqs tas-settur finanzjarju Ewropew u dinji matul l-istess perjodu; jirrimarka li l-ekonomija reali għadha tiddependi ħafna fuq il-banek, u dan jagħmel l-ekonomija vulnerabbli għal restrizzjoni tas-self mill-banek;

2.  Jinnota li l-intervent pubbliku massiv minn mindu bdiet il-kriżi, ikkawżat li s-settur finanzjarju falla, irriżulta f’ammont kbir ta’ likwidità u, madankollu dan ma wassalx għal żieda fid-domanda min-naħa tal-ekonomija reali għall-finanzjament;

3.  Jinnota li qabel il-kriżi l-Ewropa kellha biżżejjed flussi transfruntiera, iżda dawn kienu kkonċentrati f’self interbankarju u f’dejn li sikwit kien għand investituri b’livell għoli ta’ ingranaġġ, u dan wassal għal trasferiment tar-riskji fi ħdan is-suq intern;

4.  Jinnota li filwaqt li l-irkupru tal-istabbiltà tas-settur bankarju fl-UE sar prijorità fil-konfront tal-finanzjament tal-investiment fit-tul u tal-ekonomija reali;

5.  Jirrimarka li hemm stokk kbir ta’ kapital miżmum inattiv għand is-settur tal-assigurazzjoni li għandu jintuża b’mod aktar effettiv billi jittejjeb il-qafas regolatorju permezz ta’ rieżami tar-rekwiżiti kapitali għal ċerti investimenti magħmula mis-settur tal-assigurazzjoni;

6.  Minkejja l-opportunitajiet li joffri s-suq kapitali tal-UE mfassal tajjeb, ma nistgħux naħarbu l-fatt li hemm ostakoli kbar f’oqsma oħra bħat-tassazzjoni, speċjalment prattiki li jinċentivaw id-dejn fuq l-ekwità, l-insolvenza u l-liġi dwar il-kontabilità. F’dawn l-oqsma, l-armonizzazzjoni tal-UE mhux se ġġib żieda awtomatika fil-benefiċċji. F’dan il-kuntest, m’hemmx bżonn ta’ estensjoni tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) fl-Ewropa;

7.  Jenfasizza li l-livell ta’ integrazzjoni finanzjarja naqas minħabba l-kriżi: il-banek u l-investituri reġgħu lura lejn is-swieq ta’ pajjiżhom;

8.  Jenfasizza li d-domanda u l-provvista jistgħu jitħeġġu billi tinħoloq il-fiduċja fl-ekonomija reali permezz ta’ impenji ċari fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jitrawwem ambjent ta' investiment pożittiv u ċertezza legali għall-investituri, biex jitfasslu objettivi fit-tul għal qafas leġiżlattiv li jistabbilizza, kompetittiv u favorevoli għat-tkabbir, u biex jiġi inċentivat u diversifikat l-investiment fl-infrastruttura, u b’hekk il-kumpaniji jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul;

9.  Jirrikonoxxi li l-ġejjieni tal-Ewropa huwa marbut mas-setgħa ta’ innovazzjoni tagħha; apparti qafas regolatorju li jiffavorixxi l-innovazzjoni, aċċess sempliċi, adegwat u diversifikat tan-negozji għall-finanzjament huwa kruċjali sabiex jinħoloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

10.  Jinnota li t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-finanzjament għan-negozji Ewropej irid jinbena fuq stabbiltà ekonomika u finanzjarja msaħħa, u dan jinkludi l-implimentazzjoni ta’ riformi fl-Istati Membri kollha;

11.  Jenfasizza li s-swieq kapitali imperfetti wasslu għal ipprezzar ħażin tar-riskju u għal skonnessjoni bejn ir-redditu mixtieq u r-riskji reali meħuda, u dan wassal biex fis-swieq trabbiet attitudni negattiva lejn entitajiet bħal SMEs; jemmen li wieħed mill-objettivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandu jkun li tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq u tkun żgurata relazzjoni ġusta, xierqa u ekonomikament soda bejn ir-riskji u r-redditi fis-swieq kapitali tal-UE;

Approċċ Ewropew Ġenwin

12.  Jemmen li filwaqt li, pereżempju, l-Istati Uniti rkuprat mill-kriżi finanzjarja iktar malajr mill-UE, parzjalment minħabba sistema finanzjarja iktar diversifikata, l-Unjoni Ewropea għandha bżonn li tibni l-verżjoni ġenwina tagħha stess ta’ unjoni tas-swieq kapitali, li tista’ tislet mill-esperjenzi minn imkejjen oħra tad-dinja iżda mhux sempliċiment tirreplikahom; Jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ li jiġi żviluppat approċċ sensibbli għar-rikonoxximent ta’ ugwaljanza jew standards simili ta’ pajjiżi terzi bil-għan li tiġi ggarantita l-kompatibbiltà bejn is-swieq finanzjarji Ewropej u internazzjonali;

13.  Jemmen li approċċ Ewropew ġenwin għas-swieq kapitali għandu jqis kif xieraq l-iżviluppi internazzjonali biex l-Ewropa tibqa’ attraenti għall-investituri internazzjonali billi tevita diverġenzi żejda u duplikazzjonijiet fil-leġiżlazzjoni;

14.  Jenfasizza li filwaqt li l-Ewropa tfaddal aktar mill-Istati Uniti bħala perċentwali tal-PDG (20% u 17% rispettivament), il-livell ta’ tfaddil miżmum f’fondi mutwi tal-UE jammonta għal 50% biss tal-livell tal-Istati Uniti, waqt li t-tfaddil miżmum f’fondi tal-pensjoni jammonta għal 35% biss; jindika wkoll li fl-UE, is-swieq tal-ekwità, is-swieq tal-bonds korporattivi u t-titolizzazzjoni jirrappreżentaw 60%, 35% u 20% tal-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti, rispettivament;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tqis il-kompożizzjoni ekonomika u kulturali differenti tas-settur tal-SMEs ta’ kull Stat Membru sabiex tipprevjeni kwalunkwe konsegwenza mhux intenzjonata li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali li tista’ taggrava l-iżbilanċi eżistenti fl-aċċess għall-finanzjament bejn l-Istati Membri;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi approċċ Ewropew biex issaħħaħ id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament u tal-investimenti f’negozji Ewropej, permezz ta’ unjoni tas-swieq kapitali li tibni fuq il-karatteristiċi u l-interdipendenza tas-swieq bankarji u s-swieq kapitali Ewropej, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-mudell Ewropew għall-finanzjament tan-negozji, u l-ħtieġa li jiġu żviluppati sorsi affidabbli mhux bankarji ta’ finanzjament għat-tkabbir, u li dawn ikunu kkomplementati b’modi biex il-parteċipanti tas-suq jiġbru d-dejn, l-ekwità u l-kapital ta’ riskju direttament mis-suq; jinnota li l-Kummissjoni m’għandhiex neċessarjament tiddependi biss fuq evalwazzjonijiet bejn il-pari ma’ ġurisdizzjonijiet oħra; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li d-differenzi kulturali m’għandhomx jiġu injorati, u jeħtieġ li jiġu pprovduti tweġibiet adegwati sabiex dawn jingħelbu; jemmen ukoll li l-Kummissjoni għandha tqis l-aħħar żviluppi teknoloġiċi fir-riformi tagħha tas-swieq kapitali;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-diversità bejn il-mudelli tan-negozju u s-swieq finanzjarji tal-Istati Membri jistgħu jkunu elementi pożittivi li jkun tajjeb li jiġu mħarsa għall-Ewropa kollha kemm hi;

18.  Jenfasizza l-fatt li t-tnedija ta’ unjoni tas-swieq kapitali u l-leġiżlazzjoni sottostanti għandha tkun mmirata lejn il-funzjonament tas-swieq kapitali fl-UE kollha, it-tlestija tas-Suq Uniku u t-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli; jenfasizza li, wara l-kriżi, ittieħdu passi dwar is-superviżjoni tas-settur bankarju li, għalissa, ma ġewx estiżi fis-swieq kapitali; jenfasizza li jeżistu differenzi bejn is-setturi finanzjarji, u dan ifisser li jinħtieġu soluzzjonijiet differenti; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti għal attivitajiet ta’ finanzjament simili, u li l-għan ewlieni għas-setturi kollha jrid jkun li titjieb l-allokazzjoni tal-kapital fl-ekonomija Ewropea u li jsir użu aħjar mill-istokkijiet kapitali li llum huma inattivi;

19.  Jenfasizza li għal dan l-għan, jeħtieġ li ssir valutazzjoni soda u komprensiva, li tqis l-effett kumulattiv fuq is-swieq kapitali Ewropej tal-fajls kollha li tressqu f’dawn l-aħħar snin; dan jimplika wkoll rieżami b’reqqa dwar jekk hux meħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid ir-rekwiżiti kapitali stretti applikati fis-settur tal-banek u tal-assigurazzjoni;

20.  Jenfasizza li inizjattivi favur unjoni tas-swieq kapitali m’għandhomx jivvintaw ir-rota mill-ġdid, iżda jirrikonoxxu li l-finanzjament għan-negozji fl-Ewropa hu bbażat fuq strutturi stabbiliti storikament u żviluppati sew, li minkejja l-limiti tagħhom, urew li kienu ta’ suċċess u reżiljenti fil-konfront tal-kriżijiet, u li aktar diversifikazzjoni u l-iżvilupp ta’ toroq ġodda jistgħu jkunu siewja biex jiżguraw li tipi differenti ta’ negozji jkollhom aċċess komplementari għall-finanzjament;

21.  Jinnota li l-mezzi ta’ finanzjament tradizzjonali permezz tal-banek sikwit ma jappoġġawx l-intrapriżi innovattivi u l-SMEs; jenfasizza li n-nuqqas ta' aċċess għall-finanzjament għall-SMEs huwa wieħed mill-akbar ostakli għat-tkabbir fl-UE; jenfasizza li, filwaqt li għall-SMEs dejjem hu diffiċli li jiksbu l-kreditu mill-banek, jinħtieġu alternattivi għall-finanzjament mill-banek, b'mod partikolari billi jittejjeb l-ambjent tan-negozju għall-kapital ta’ riskju, il-fondi bejn il-pari (peer-to-peer), il-pjazzament privat, it-titolizzazzjoni tas-self tal-SMEs u l-promozzjoni ta’ unjonijiet tal-kreditu, iżda wkoll permezz tal-istandardizzazzjoni tar-regoli dwar is-sħubiji pubbliċi-privati (PPPs) fl-UE kollha;

22.  Jenfasizza l-fatt li allokazzjoni kapitali aktar effiċjenti fi ħdan l-UE mhux dejjem twassal għal żieda fil-flussi kapitali transfruntiera; ifakkar li l-ħolqien ta’ bżieżaq fis-settur immobiljarju f’xi Stati Membri qabel il-kriżi kien, sa ċertu punt, ir-riżultat ta’ flussi kapitali eċċessivi;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu identifikati l-istrutturi finanzjarji eżistenti li taw prova li huma effikaċi u għaldaqstant għandhom jinżammu, u l-istrutturi li jeħtieġu titjib strutturali; iqis li strutturi effikaċi għandhom ukoll jiġu promossi għall-istituzzjonijiet finanzjarji lokali u diċentralizzati;

24.  Ifakkar is-suċċess tal-inizjattivi fl-UE kollha, bħal dik tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), li ppermettew l-iżvilupp tal-fondi ta’ investiment tal-UE, li joperaw b’passaport fl-Istati Membri, b’assi ta’ kważi EUR 8 triljun; jemmen li d-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFM) hija eżempju tajjeb ukoll;

25.  Jilqa’ l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ELTIF); iqis li l-Fondi Ewropej tal-Investiment fit-tul (ELTIF) jistgħu jirreplikaw il-progress li sar mal-UCITS, billi titħeġġeġ allokazzjoni akbar ta’ kapital għal proġetti fit-tul li jeħtieġu finanzjament, bħal fis-setturi tal-infrastruttura u l-enerġija, b’mod partikolari fil-livell transfruntier; jistieden lill-Kummissjoni tistudja kif fit-tul, il-programmi ta’ investiment straordinarju, bħall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), jintrabtu b'mod effikaċi mal-fondi regolari tal-UE; Iqis li l-investituri istituzzjonali għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu fondi taħt il-ġestjoni tagħhom fis-swieq kapitali Ewropej; jemmen li l-investituri istituzzjonali u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jidħlu fis-suq jeħtieġ li jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

26.  Ifakkar fil-ħidma preċedenti dwar l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji, bħall-Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (1999), ir-rapport Giovannini u r-rapport de Larosière, u jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq dawn ir-rapporti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tagħha;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza, fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, il-qagħda attwali tas-swieq kapitali fil-fond, biex tivvaluta, f’analiżi ekonomika komprensiva, fejn u sa liema punt jeżistu ostakli fl-UE kollha għall-investiment permezz tas-swieq kapitali, u jistedinha wkoll tindika b’liema mezz, inklużi l-approċċi mhux leġiżlattivi u bbażati fuq is-suq, dawn l-ostakli jistgħu jitneħħew jew jiġu minimizzati; jemmen li din l-analiżi hi prekundizzjoni biex l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tirnexxi; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef dan il-proċess;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika r-riskji transfruntiera fis-swieq finanzjarji u kapitali fl-UE kkawżati minn differenzi istituzzjonali, legali u regolatorji bejn l-Istati Membri, u biex dawn jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri effikaċi sabiex jiġu razzjonalizzati l-flussi kapitali transfruntiera u biex titnaqqas it-tendenza fost l-investituri li jiffavorixxu s-suq domestiku;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis ukoll il-lat tal-provvista, u b’mod partikolari tanalizza u tindirizza r-raġunijiet oriġinali għalfejn l-investituri bl-imnut jew l-investituri istituzzjonali ma jistgħux jimmobilizzaw u jittrasformaw biżżejjed kapital biex isaħħu s-servizzi finanzjarji individwali u l-investiment fit-tul fl-ekonomija reali;

30.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tippromwovi l-edukazzjoni finanzjarja kemm tal-investituri kif ukoll tal-kumpaniji bħala utenti tas-swieq kapitali; ittejjeb id-disponibbiltà tad-dejta u r-riċerka tal-UE permezz ta’ standardizzazzjoni u titjib fil-ġbir tad-dejta, sabiex tagħti lok lill-kumpaniji u lill-investituri jifhmu l-ispejjeż u l-benefiċċji komparattivi ta’ servizzi differenti offruti mill-parteċipanti tas-swieq kapitali;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tistudja modi biex jitnaqqsu l-asimmetriji fl-informazzjoni fis-swieq kapitali ta’ intrapriżi żgħar u medji, u tinvestiga s-suq għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-ostakli għal min jidħol ġdid; jenfasizza l-idea ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu indipendenti Ewropej li joffru klassifikazzjonijiet li huma wkoll effettivi għan-nefqa għal investimenti żgħar;

32.  Jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tirrevedi d-Direttiva dwar il-Prospetti bil-għan li tindirizza n-nuqqasijiet tal-qafas tal-prospetti attwali; jisħaq fuq l-importanza li jiġu ssimplifikati l-proċeduri tiegħu billi b’mod proporzjonali jelimina l-piżijiet amministrattivi għall-emittenti u l-elenkar tal-kumpaniji fil-Borża, b’mod partikolari fir-rigward tal-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja; huwa tal-fehma li jista’ jkun utli li jiġu investigati modi aħjar ta’ kif ir-rekwiżiti jiġu adattati skont it-tip ta’ assi u/jew investituri u/jew emittenti; jenfasizza li t-trasparenza għandha tissaħħaħ u l-ispejjeż ta' tranżazzjoni għandhom jitnaqqsu jekk l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta tkun ġiet standardizzata u tkun disponibbli b’mod diġitali;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tispjega b’aktar ċarezza kif l-Unjoni tas-Swieq Kapitali ser tinteraġġixxi maż-żewġ pilastri l-oħra tal-Pjan ta’ Investiment Ewropew, jiġifieri l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment;

34.  Jisħaq fuq l-importanza li l-inizjattivi marbuta mas-swieq kapitali jiġu integrati ma’ aġendi tal-politika oħrajn, bħall-iżvilupp ta’ suq uniku diġitali u r-riformi li għaddejjin bħalissa fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva, bil-għan li jkun hemm koerenza u konsistenza bejn id-diversi inizjattivi regolatorji u mhux regolatorji, u b’hekk jiġu massimizzati l-effetti sekondarji pożittivi ta’ politiki differenti dwar it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

L-elementi kostitwenti ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali

35.  Huwa tal-fehma li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandha ssegwi approċċ gradwali u li l-prijoritajiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandhom ikunu tlieta: l-ewwel nett, biex jinċentivaw l-aktar allokazzjoni effiċjenti ta’ tfaddil billi jintensifikaw u jiddiversifikaw is-sorsi ta’ finanzjament disponibbli għan-negozji u biex joffru iżjed għażliet ta’ investiment, aktar trasparenza u diversifikazzjoni tal-portafoll għal min ifaddal u għall-investituri; it-tieni nett, sabiex jippermettu mitigazzjoni akbar tar-riskji permezz tal-ħolqien ta’ swieq transfruntiera, isaħħu r-reżiljenza tas-sistema kontra l-effetti negattivi ta’ kriżijiet finanzjarji severi u jnaqqsu l-impatt ta’ xokkijiet idjosinkratiċi; it-tielet nett, biex jiżguraw li jkun hemm mezz komplimentari effikaċi għall-finanzjament tal-ekonomija reali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni, fejn meħtieġ, biex tressaq proposti għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni attwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u d-ditti tal-awditjar, bil-għan li żżid u tikkompleta l-protezzjoni tal-investitur;

37.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu eliminati l-ostakli eżistenti għall-finanzjament transfruntier, speċjalment għall-SMEs, bil-għan li jrawmu l-benefiċċji tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għal negozji ta’ kull daqs fiż-żoni ġeografiċi kollha;

38.  Jissottolinja li prinċipju fundamentali għall-bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali jeħtieġ ikun li tingħata aktar attenzjoni lill-utenti aħħarin tas-swieq kapitali, jiġifieri l-kumpaniji u l-investituri, u li jiġi rikonoxxut il-fatt li s-swieq jeżistu għall-kumpaniji u l-investituri; jemmen, għaldaqstant, li l-politiki tal-UE għandhom jiżguraw li s-swieq kapitali jipprovdu lill-kumpaniji aċċess aħjar għall-kapital u lill-investituri jipprovdulhom opportunitajiet ta’ tfaddil varjati, trasparenti u bi prezz li jista' jintlaħaq;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti konsistenti bil-għan li tiżgura li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali timxi id f’id ma’ strateġija ċara biex jiġu affrontati l-effetti kontroproduttivi tas-sistema bankarja parallela;

40.  Jenfasizza li, bil-għan li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet imsemmija hawn fuq, l-inizjattivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandhom jimmiraw li jillimitaw il-kumplessità, filwaqt li jżidu l-effiċjenza u jnaqqsu l-ispiża tal-katina ta’ intermedjazzjoni bejn min ifaddal u l-investimenti, għandhom issaħħu l-għarfien tal-utent aħħari dwar il-katina ta’ intermedjazzjoni u l-istruttura tal-ispejjeż, issaħħu l-protezzjoni tal-investitur, jiżguraw l-istabbiltà tal-katina tal-intermedjazzjoni b’regoli prudenzjali adegwati u jiżguraw li l-intermedjarji jistgħu jfallu u jiġu sostitwiti mingħajr wisq tfixkil għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali;

41.  Jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li tevalwa l-impatt ġenerali tar-regolament finanzjarju, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni ta’ dawn l-aħħar ħames snin; jisħaq fuq il-ħtieġa li prijoritajiet imsemmija hawn fuq jiġu kkunsidrati meta jsiru r-reviżjonijiet tar-regolamenti finanzjarji eżistenti;

42.  Jisħaq li l-finanzjament bankarju u r-rwol intermedjarju tal-banek fis-swieq kapitali huma pilastri importanti tal-finanzjament tan-negozju; jenfasizza li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandha tkun ibbażata fuq kif għandu jiġi kkomplementat ir-rwol fundamentali tal-banek, u mhux fuq kif dawn għandhom jiġu spostati, peress li l-finanzjament bankarju għandu jkomplu jkollu rwol ċentrali fil-finanzjament tal-ekonomija Ewropea; Jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-istrateġija “relationship banking” fil-finanzjament ta’ mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u intrapriżi medji, li tista’ tintuża wkoll biex jiġu pprovduti metodi alternattivi ta’ finanzjament; ifakkar fid-dimensjoni strateġika b’saħħitha u diversifikata tas-settur bankarju Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-aċċess għal self bankarju għall-SMEs fl-Unjoni, u jistedinha wkoll tindirizza l-ostakli mhux xierqa;

43.  Jenfasizza l-fatt li l-SMEs għandu jkollhom disponibbli l-usa’ għażla ta’ strutturi ta’ finanzjament, b’tali mod li huma jkollhom għażla ta’ alternattivi ta’ finanzjament ta’ livelli ta’ kumplessità u spejjeż differenti, inkluż is-self ipotekarju u l-finanzjament ibbażat fuq it-titolizzazzjoni;

44.  Jissottolinja l-ħtieġa li jitrawwem ambjent fejn aktar tfaddil tal-unitajiet domestiċi u tal-kumpaniji jiġi dirett lejn vetturi li jinvestu fis-swieq kapitali, u fejn l-investituri huma mħeġġa biex jallokaw il-kapital lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa ta’ salvagwardji adegwati, speċjalment għall-unitajiet domestiċi, sabiex jiġi żgurat għarfien sħiħ dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-investimenti fis-swieq kapitali; Jisħaq fuq l-importanza tal-espansjoni tal-aċċessibbiltà għall-edukazzjoni finanzjarja bil-għan li tittejjeb il-fiduċja tal-investituri fis-swieq kapitali, b’mod partikolari l-investitur fil-livell tal-konsum; jenfasizza wkoll li l-edukazzjoni finanzjarja għandha tkun immirata lejn l-SMEs, u tgħallimhom kif jużaw is-swieq kapitali;

45.  Jenfasizza li inizjattivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandhom jippermettu lil min jissellef ikollu aċċess għall-fondi minn sorsi bbażati fuq is-suq, filwaqt li jappoġġaw aktar id-diversità fil-forom tas-self, bħall-ekwità u l-bonds korporattivi, kif ukoll forom indiretti ta’ finanzjament fejn il-banek u s-swieq jiffunzjonaw flimkien;

46.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġi ffaċilitat paragun li jinftiehem tal-għażliet ta’ investiment disponibbli għall-atturi finanzjarji bil-għan li tiġi stabbilita Unjoni tas-Swieq Kapitali effiċjenti; jitlob, f’dan ir-rigward, li jissaħħaħ il-qafas komuni biex jiġu żgurati l-komparabbiltà u t-trasparenza fost id-diversi strumenti finanzjarji, b’mod partikolari permezz ta’ implimentazzjoni xierqa tal-miżuri previsti għal dan il-għan fid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID), id-Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni (IMD) u l-prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIP); jisħaq fuq l-importanza ta’ koerenza leġiżlattiva b’mod ġenerali u bejn il-fajls msemmija qabel b’mod partikolari, bil-għan li jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u jiġu żgurati l-ogħla standards dwar il-protezzjoni tal-investitur fis-swieq kollha;

47.  Jemmen li Unjoni tas-Swieq Kapitali għandha toħoloq ambjent regolatorju adegwat li jtejjeb l-aċċess transfruntier għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji li jkunu qed ifittxu strutturi tal-kreditu, il-kważi-ekwità u l-ekwità, bil-għan li jippromwovi t-tkabbir ta’ mudelli ta’ finanzjament mhux bankarju, inkluż il-finanzjament kollettiv u s-self bejn il-pari; jemmen li l-iżvelar ta’ tali informazzjoni għandu jsir fuq bażi volontarja għall-SMEs; jissottolinja li r-regoli tal-protezzjoni tal-investitur għandhom japplikaw għall-mudelli ta’ finanzjament kollha bl-istess mod, irrispettivament minn jekk humiex parti minn mudelli ta’ finanzjament bankarju jew mudelli ta’ finanzjament mhux bankarju; iqis li tali ambjent jirrikjedi wkoll aktar reżiljenza sistemika u s-superviżjoni ta’ intermedjarji finanzjarji sistemiċi barra s-settur bankarju;

48.  Jemmen li l-istandardizzazzjoni ta’ ċerti strumenti finanzjarji u l-aċċessibbiltà tagħhom fis-suq intern jistgħu jservu bħala għodda xierqa biex jgħinu jsaħħu l-likwidità, isaħħu l-funzjonament tas-suq uniku, u jippermettu ħarsa ġenerali komprensiva u superviżjoni tas-swieq kapitali Ewropej, u dan filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aħjar prattiki ta’ standards eżistenti tal-Istati Membri; jissottolinja l-ħtieġa li tinżamm il-possibbiltà li jingħataw strumenti finanzjarji mfassla apposta li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ emittenti individwali u investituri individwali;

49.  Ifakkar li ħarsa storika ġenerali tal-pjan ta’ azzjoni għas-servizzi finanzjarji titlob li jitqiesu żewġ lakuni li dehru wara l-implimentazzjoni tiegħu, jiġifieri l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat b’reqqa l-impatt speċjali fuq il-funzjonament taż-żona tal-euro tal-miżuri mfassla fil-qafas tas-suq intern u l-ħtieġa li tittejjeb b’mod parallel l-integrazzjoni tas-suq u tas-sorveljanza; jistieden lill-Kummissjoni, hi u tfassal il-Pjan ta’ Azzjoni, biex tislet il-lezzjonijiet kollha meħtieġa minn dan il-preċedent;

50.  Jenfasizza li l-oqfsa ġuridiċi u superviżorji għandu jkollhom rwol fundamentali biex jiġu evitati t-teħid ta’ riskju eċċessiv u l-instabbiltà fis-swieq finanzjarji; jenfasizza li proġett ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali b’saħħtu jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn superviżjoni soda nazzjonali u mal-UE kollha, inklużi strumenti makroprudenzjali adegwati; jemmen li fost l-għażliet possibbli, jista’ jiġi attribwit rwol aktar b’saħħtu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fit-titjib tal-konverġenza supeviżorja;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa bir-reqqa r-riskji ta’ finanzjament ta’ kreditu bbażat fuq is-suq kapitali u l-esperjenzi rilevanti meta nqalgħet il-kriżi finanzjarja 2007/2008, u biex jindirizzaw il-problemi li nibtu minnha;

Inqarrbu s-swieq kapitali lejn l-SMEs

52.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tibdiliet u ż-żidiet possibbli mal-qafas regolatorju eżistenti għall-intermedjarji finanzjarji għandhom jimmiraw li jneħħu l-ostakli għad-dħul għall-intermedjarji żgħar u medji, u li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament b’mod partikolari għal start-ups innovattivi u kumpaniji żgħar u medji, u jiżguraw standards prudenzjali proporzjonati għar-riskju;

53.  Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta’ involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva (COM(2014)0213); b’mod partikolari, li din il-proposta tista’ tkun mezz biex jiġi appoġġat ambjent attraenti għall-azzjonisti billi ttejjeb l-effiċjenza tal-katina ta' investiment fl-ekwità; jisħaq li qafas sod u prattikabbli għal governanza korporattiva jista' jsaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

54.  Jenfasizza li s-sofistikazzjoni tas-swieq kapitali m’għandhiex tispiċċa teskludi l-SMEs, li huma l-intrapriżi li l-aktar jeħtieġu aċċess għal finanzjament komplementari, b’mod partikolari fl-Istati Membri li qed iħabbtu (jew ħabbtu) wiċċhom ma' diffikultajiet ekonomiċi; jenfasizza li ambjent pożittiv għal finanzjament ta’ SMEs ta’ suċċess jinkludi l-ħtieġa għal kundizzjonijiet ekonomiċi u regolatorji li jieħdu ħsieb l-interessi tal-SMEs, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali; b’mod partikolari, jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni lill-possibbiltà ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-aċċess għall-offerti pubbliċi inizjali mill-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, filwaqt li jiġi żgurat li jibqa’ jkun hemm kriterji sodi għall-valutazzjoni tar-reżiljenza u l-eliġibilità tan-negozji għal offerta pubblika inizjali; jistieden lill-Kummissjoni tistudja x’jista’ jsir aktar biex tgħin lill-SMEs biex jattiraw l-investiment;

55.  Ifakkar li n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-SMEs huwa wieħed mill-akbar ostakli għall-investiment f’dan it-tip ta’ kumpanija; jitlob għal riflessjoni fil-fond dwar modi u mezzi biex jittejjeb l-aċċess tal-investituri għal informazzjoni trasparenti u komparabbli dwar l-SMEs, filwaqt li kemm jista’ jkun jiġi llimitat il-piż addizzjonali impost fuq dawn il-kumpaniji;

56.  Iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ bażi ta’ finanzjament varjata u attraenti fis-swieq pubbliċi Ewropej għall-intrapriżi ta’ kull daqs, filwaqt li jiġi promoss il-kunċett "L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir" fir-regolament finanzjarju tal-UE li jolqot lill-Emerging Growth Companies (Kumpaniji Emerġenti bi Tkabbir ) u r-reviżjoni tar-regolament finanzjarju tal-UE bil-għan li jitnaqqsu b'30-50% l-ispejjeż amministrattivi tal-elenkar tal-kumpaniji fil-Borża;

57.  Jemmen li, minħabba l-importanza tal-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, l-opportunitajiet ta’ finanzjament mhux bankarji eżistenti, bħalma huma l-iżvilupp ta’ swieq sekondarji speċjalizzati (eż. swieq għat-tkabbir tal-SMEs) u ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata għandhom jiġu sfruttati aħjar; jilqa’ l-inizjattiva sabiex jitwaqqaf suq ta’ titolizzazzjoni sostenibbli u trasparenti permezz tal-iżvilupp ta’ qafas regolatorju speċifiku b’definizzjoni uniformi ta’ titolizzazzjoni ta’ kwalità għolja, flimkien ma’ metodi effikaċi għall-monitoraġġ, il-kejl u l-ġestjoni tar-riskju; jenfasizza, madankollu, li l-SMEs jikkostitwixxu grupp varjat ħafna u din it-titolizzazzjoni mhijiex l-uniku strument disponibbli; jistieden, għaldaqstat, lill-Kummissjoni biex tuża firxa wiesgħa ta’ approċċi u biex tirrifletti dwar varjetà wiesgħa ta’ ċentri biex jittejjeb il-finanzjament għall-SMEs;

58.  Jappoġġa suġġerimenti biex jittejbu l-possibbiltajiet għall-aċċess għad-data għall-kumpaniji Ewropej, b’mod partikolari l-SMEs; jiġbed l-attenzjoni, fl-istess ħin, għall-fatt li l-ispejjeż tad-dejta tas-suq huma żgħar meta mqabbla mal-ispejjeż ta’ transazzjoni globali;

59.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċità għall-monitoraġġ tat-tipi, il-volumi u t-tendenzi fl-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni simili għal dawk bankarji mwettqa barra s-settur bankarju rregolat u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiġi żgurat li dawn huma soġġetti għall-prinċipju ta’ ‘l-istess riskji, l-istess regoli’;

60.  Jinnota li l-ekwità privata u l-kapital ta’ riskju joffru alternattivi interessanti għall-finanzjament, b’mod partikolari għan-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti addizzjonali li jibnu fuq l-esperjenza li nkisbet permezz tal-Fondi ta' Kapital ta' Riskju Ewropej u l-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kbar tas-swieq ta’ kapital ta’ riskju fl-UE, bħalma huwa n-nuqqas ta’ informazzjoni għall-investituri; jemmen li l-iżvilupp ta’ bażi tad-data dedikata għall-ġbir, fuq bażi volontarja, ta’ informazzjoni dwar l-SMEs u l-istart-ups tista’ tkun għodda utli għall-għoti ta’ informazzjoni lill-investituri, u b’hekk eventwalment twessa’ l-firxa ta’ parteċipanti fis-suq u ssaħħaħ ulterjorment is-swieq ta’ kapital ta’ riskju fost l-Istati Membri;

61.  Jilqa’ l-isforzi ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ swieq ta’ pjazzament privat permezz ta’ dokumenti u definizzjonijiet standardizzati, filwaqt li jiġi żgurat li l-investituri potenzjali jkunu infurmati biżżejjed dwar ir-riskji u l-benefiċċji ta’ din il-forma ta’ investiment;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe żvilupp ta’ proposti ġodda dwar “fond ta’ fondi” bħala parti mill-Unjoni ta’ Swieq Kapitali ma jwassalx għal lakuni fil-valutazzjoni u l-ġestjoni globali ta’ riskji sistemiċi u speċifiċi;

63.  Jinsisti fuq il-ħtieġa, waqt il-bini ta’ Unjoni ta’ Swieq Kapitali, li tissaħħaħ u tittejjeb il-koordinazzjoni tal-UE fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-G20, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO), il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) u l-Kumitat ta’ Basel;

Il-ħolqien ta’ ambjent regolatorju tal-UE koerenti għas-swieq kapitali

64.  Jissottolinja wkoll l-importanza ta’ finanzjament tal-ekwità li jista’ jgħin fil-mitigazzjoni tar-riskju u t-tnaqqis ta’ livelli eċċessivi ta’ dejn u ingranaġġ fis-sistemi finanzjarji; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu u jindirizzaw ir-regolamentazzjoni tqila wisq għall-finanzjament tal-ekwità ta’ kumpaniji privati; jisħaq fuq l-importanza li jiġi indirizzat l-iżbilanċ fiskali bejn id-dejn u l-ekwità;

65.  Huwa konxju mill-fatt li d-differenzi bejn ir-regoli ta’ insolvenza jikkomplikaw il-ħolqien ta’ gruppi ta’ assi transfruntiera u għaldaqstant tal-proċess ta’ titolizzazzjoni; jinnota, f’dan ir-rigward, is-suġġeriment tal-Kummissjoni biex tiġi indirizzata l-insolvenza transfruntiera safejn hu meħteġ biex tinkiseb Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona tajjeb; jitlob li jitwaqqaf qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għal entitajiet mhux bankarji, b’mod partikolari l-entitajiet ta' kontroparti ċentrali;

66.  Ifakkar fir-rwol tas-sistemi ta’ pagamenti u ta’ saldu tat-titoli għas-suq tat-titolizzazzjoni u jitlob li titwaqqaf infrastruttura ta’ suq Ewropew għal dan l-iskop, u jappella wkoll għal monitoraġġ koordinat u aktar armonizzat tal-infrastruttura kritika tas-suq, b’mod partikolari l-possibilità li jinħoloq repożitorju tad-dejta għat-titolizzazzjoni, li jirreġistra l-parteċipanti ta’ kull titolizzazzjoni, jittraċċa l-iskoperturi aggregati u l-flussi bejn il-parteċipanti tas-suq, iwettaq monitoraġġ tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-inizjattiva ta’ politika u jindividwa l-bżieżaq emerġenti possibbli u jnaqqas l-asimmetriji fl-informazzjoni;

67.  Jisħaq fuq il-ħtieġa, fid-dawl tar-rwol tal-ICT, li tiġi indirizzata t-theddida ta’ attakki ċibernetiċi u li s-sistema finanzjarja kollha ssir reżiljenti għal attakki bħal dawn;

68.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-komparabilità u l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja fir-rigward tal-qafas attwali dwar l-istandards kontabilistiċi, anki b’perspettiva globali u b’attenzjoni lejn mudelli ta’ valwazzjoni konservattiva u l-proporzjonalità tar-rekwiżiti; jifhem li l-liġi Ewropea dwar il-kontabbiltà, li ġie rivedut dan l-aħħar, l-ewwel irid jiġi vvalutat fil-prattika;

69.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsiru valutazzjoni tal-impatt u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni addizzjonali, inklużi l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni; jinnota li l-leġiżlazzjoni l-ġdida mhux dejjem se tkun ir-rispons tal-politika xieraq għal dawn l-isfidi, u li l-approċċi mhux leġiżlattivi u bbażati fuq is-swieq, kif ukoll, f’xi każijiet, is-soluzzjonijiet nazzjoniali li diġà jeżistu, għandhom jiġu eżaminati; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-proporzjonalità fil-leġiżlazzjoni relevanti bil-għan li ssaħħaħ l-effetti pożittivi għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;

70.  Jemmen li l-elementi kostitwenti għal Unjoni ta’ Swieq Kapitali li jiffunzjona għalkollox għandhom jiġu stabbiliti mhux aktar tard mill-2018; itenni d-domanda għal analiżi komprensiva tas-sitwazzjoni attwali fis-swieq kapitali tal-UE u tax-xkiel eżistenti fl-UE biss; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma tagħha fuq il-pjan ta’ azzjoni u tressaq proposti leġiżlattivi u mhux leġislattivi mill-aktar fis possibbli bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ suq kapitali uniku tal-UE għalkollox integrat sa tmiem l-2018;

71.  Jinnota li l-ambjent diġitali li qed jiżviluppa għandu jitqies bħala opportunità biex tittejjeb il-prestazzjoni u l-valur provdut mill-industrija tas-swieq kapitali lill-intrapriżi, l-investituri u lis-soċjetà b’mod ġenerali;

o
o   o

72.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u lill-Kunsill.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0202.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0161.


L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà
PDF 497kWORD 149k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP))
P8_TA(2015)0269B8-0676/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 16, 20, 67, 68, 70-72, 75, 82 - 87 u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 10(1), 11, 12, 21, 47-50, 52 u 53 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (COM(2015)0185),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573) u Operational Guidance on taking account of Fundamental Rights in Commission Impact Assessments (Gwida Operattiva fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni (SEC(2011)0567),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12, li annullat id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI(1)

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar il-Politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar it-tiġdid tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Frar 2015 dwar miżuri kontra t-terroriżmu(6),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu fil-plenarja tat-28 ta’ April 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (O-000064/2015 – B8-0566/2015 u O-000065/2015 – B8-0567/2015),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2)tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-theddidiet għas-sigurtà interna tal-Unjoni saru aktar kumplessi, ibridi, asimmetriċi, nonkonvenzjonali, internazzjonali, jevolvu b'mod rapidu u li diffiċli tipprevedihom, u jmorru lil hinn mill-kapaċità ta' kwalunkwe Stat Membru individwali, u għalhekk jirrikjedi aktar minn qatt qabel reazzjoni tal-UE koerenti, komprensiva, b’ħafna saffi u kkoordinata li tqis għalkollox ir-rispett għad-drittijiet fundamentali;

B.  billi l-iżvilupp ta’ politika tas-sigurtà tal-UE hija responsabilità kondiviża li tirrikjedi sforzi koordinati u allinjati mill-Istati Membri kollha, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, huwa mfassal bil-ħsieb ta’ għanijiet komuni u huwa bbażata fuq l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; billi bil-għan li jinkisbu l-aqwa riżultati, l-implimentazzjoni konkreta ta’ dawn l-għanijiet u prijoritajiet kondiviżi għandha tiġi assoċjata ma’ diviżjoni ċara tal-kompiti bejn il-livell tal-UE u l-livell nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u b’sorveljanza parlamentari u ġudizzjarja b’saħħitha u effettiva;

C.  billi l-eċċezzjoni tas-sigurtà nazzjonali inkluża fl-Artikolu 4(2) tat-TUE ma tistax tintuża biex l-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali jkunu permessi jużurpaw l-interessi, inklużi l-interessi ekonomiċi, ta’ Stati Membri oħra, id-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tagħhom u l-liġijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi b’mod aktar ġenerali;

D.  billi għandha tinġibed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jinsiltu l-lezzjonijiet mill-ħafna ksur tan-normi u valuri Ewropej u universali fil-kuntest tal-kooperazzjoni tas-sigurtà interna u esterna wara 9/11;

E.  billi l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma objettivi li għandhom jiġu segwiti b’mod parallel; billi, bil-għan li jinkisbu l-libertà u l-ġustizzja, il-miżuri tas-sigurtà għandhom għalhekk dejjem jirrispettaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali skont il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità u għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza demokratika u obbligu ta’ rendikont kif xieraq; billi d-dimensjoni tal-ġustizzja u tal-prevenzjoni mhijiex koperta biżżejjed fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà;

F.  billi għadd ta’ kawżi fundamentali tal-kriminalità, bħalma huma l-inugwaljanza, il-faqar, il-vjolenza razzjali u xenofobika u d-delitti ta’ mibegħda li qed jiżdiedu, ma jistgħux jiġu indirizzati b’miżuri ta’ sigurtà biss, iżda jeħtieġ li jiġu indirizzati f’kuntest ta’ politika usa’, inkluża l-politika soċjali, dik tal-impjiegi, dik edukattiva, dik kulturali u dik esterna mtejba;

G.  billi l-aspett ta’ prevenzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà hija partikolarment essenzjali f’perjodu ta’ inġustizzji ekonomiċi u soċjali li qed jikbru u li jdgħajfu l-patt soċjali u l-effettività tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet pubbliċi; billi miżuri alternattivi għall-ħabs minn naħa waħda u miżuri ta’ reintegrazzjoni min-naħa l-oħra, b’mod partikolari rigward reati minuri, għandhom ikunu element importanti ta’ tali politiki ta’ prevenzjoni;

H.  billi, meta skada l-perjodu ta’ tranżizzjoni li jiddisponi għalih il-Protokoll 36 anness mat-Trattati, il-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kisbu setgħat sħaħ fir-rigward ta' dawk li qabel kienu l-istrumenti ġuridiċi tat-tielet pilastru, li jespandu l-obbligu ta' rendikont fir-rigward tad-drittijiet demokratiċi u fundamentali fuq il-miżuri meħuda li kellhom rwol importanti fit-tiswir taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

I.  billi ċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità iffaċilitata miċ-ċibernetika jaffettwaw is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE, is-suq intern u l-proprjetà intellettwali u l-prosperità tal-Unjoni Ewropea; billi, pereżempju, il-botnets bħala forma ta’ ċiberkriminalità jaffettwaw miljuni ta’ kompjuters u eluf ta’ miri fl-istess ħin;

J.  billi l-linja bejn is-sigurtà interna u esterna qegħda kulma jmur issir inqas ċara, ħaġa li tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri li tirriżulta f’approċċ komprensiv u multidimensjonali;

K.  billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sostenn u l-protezzjoni tal-vittmi kollha tat-terroriżmu u tal-kriminalità fl-UE kollha bħala parti importanti tal-aġenda tas-sigurtà;

1.  Jieħu nota tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà għall-perjodu tal-2015-2020 kif proposta mill-Kummissjoni u l-prijoritajiet stabbiliti fiha; iqis li, minħabba l-isfidi li l-Unjoni Ewropea qiegħda tiffaċċja bħalissa, it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata transfruntiera u ċ-ċiberkriminalità huma t-theddidiet l-aktar serji li jirrikjedu azzjonijiet ikkoordinati fil-livell nazzjonali, dak tal-UE u dak globali; jirrimarka li l-Aġenda għandha tiġi strutturata b’mod flessibbli biex tirreaġixxi għall-isfidi ġodda li jistgħu jinqalgħu fil-futur;

2.  Itenni l-ħtieġa li jiġu indirizzati aktar il-kawżi fundamentali tal-kriminalità, inklużi l-inugwaljanza , il-faqar u d-diskriminazzjoni; jisħaq barra minn hekk fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi adegwati għall-assistenti soċjali, l-uffiċjali tal-pulizija lokali u nazzjonali u l-uffiċjali ġudizzjarji li l-baġits tagħhom ġew imnaqqsa sew f'xi Stati Membri;

3.  Jitlob li jinstab il-bilanċ xieraq bejn il-politiki ta' prevenzjoni u l-miżuri repressivi sabiex jiġu protetti l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jenfasizza li l-miżuri ta’ sigurtà għandhom dejjem jittieħdu skont il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali bħalma huma d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni u l-assoċjazzjoni u l-proċess dovut tal-liġi; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex meta tkun qed timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, tieħu kont kif dovut tas-sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data (sentenza fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12), li tirrikjedi li l-istrumenti kollha jkunu konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità, tan-neċessità u tal-legalità, u tinkludi s-salvagwardji xierqa tal-obbligu ta’ rendikont u r-rikors ġudizzjarju; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bis-sħiħ l-impatt ta’ din is-sentenza fuq kwalunkwe strument li jinvolvi ż-żamma ta' data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;

4.  Ifakkar li bil-għan li tkun attriċi kredibbli fil-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali kemm internament u kemm esternament, l-Unjoni Ewropea għandha tibbaża l-politiki tas-sigurtà tagħha, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u s-sħubijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà fuq approċċ komprensiv li jintegra l-fatturi kollha li jwasslu lin-nies biex jinvolvu ruħhom fit-terroriżmu jew fil-kriminalità organizzata, u b’hekk tintegra l-politiki ekonomiċi u soċjali li jiġu żviluppati u implimentati b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u suġġetti għall-kontroll ġudizzjarju u demokratiku u valutazzjonijiet dettaljati;

5.  Jilqa’ l-għażla tal-Kummissjoni li tibbaża l-Aġenda fuq il-prinċipji tar-rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li għandhom jiġu ggarantiti permezz ta' sorveljanza ġudizzjarja xierqa, aktar trasparenza, obbligu ta’ rendikont u kontroll demokratiku, applikazzjoni u implimentazzjoni aħjar tal-istrumenti ġuridiċi eżistenti, approċċ interaġenziji u transettorjali aktar konnessu rabtiet akbar bejn id-dimensjonijiet interni u esterni tas-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkonformaw strettament ma’ dawn il-prinċipji fl-implimentazzjoni tal-Aġenda; jirrimarka li l-Parlament se jqiegħed dawn il-prinċipji fil-qalba tal-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Aġenda;

6.  Jilqa’ l-enfasi speċifika magħmula fl-Aġenda fuq id-drittijiet fundamentali, u b’mod partikolari l-impenn tal-Kummissjoni li tivvaluta b’mod strett kwalunkwe miżura tas-sigurtà li hija tipproponi, mhux biss biex isir magħruf sa liema punt il-miżura tkun laħqet l-objettivi tagħha, iżda wkoll għall-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tinvolvi fil-valutazzjoni tagħha l-korpi u l-aġenziji rilevanti kollha, u b’mod partikolari l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, is-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Europol u l-Eurojust; jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar din il-valutazzjoni, sabiex il-Parlament ikun jista’ jwettaq is-sorveljanza demokratika tiegħu b’mod effettiv;

7.  Ifakkar f’dan ir-rigward fil-kundanna tiegħu ta’ miżuri li jinvolvu l-ġbir vast u sistematiku bil-massa tad-data personali ta’ persuni innoċenti, b’mod partikolari minħabba l-effetti potenzjalment severi fuq id-drittijiet ta’ proċess ġust, in-nondiskriminazzjoni, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-istampa, tal-l-ħsieb u tal-kelma, u l-libertà tal-għaqda u l-assoċjazzjoni, u li jinvolvu potenzjali sinifikanti ta’ użu abbużiv ta’ informazzjoni miġbura kontra avversarji politiċi; jesprimi dubji severi rigward is-siwi tal-miżuri ta’ sorveljanza tal-massa peress li spiss jitfgħu xibka wiesgħa wisq u għalhekk jirriżultaw f’wisq pożittivi u negattivi foloz; iwissi dwar il-periklu li l-miżuri ta’ sorveljanza tal-massa jaħbu l-ħtieġa ta’ investiment f’miżuri tal-infurzar tal-liġi li forsi jkunu inqas għalja, aktar effettivi u inqas intrużivi;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal jiġi rispettat fil-leġiżlazzjoni kollha relatata mas-sigurtà;

9.  Jinnota li l-UE m'għandhiex definizzjoni miftiehma ta’ “sigurtà nazzjonali”, fatt li joħloq lakuna mhux ċara fl-istrumenti ġuridiċi tal-UE li fihom referenzi għal “sigurtà nazzjonali”;

10.  Jemmen li bil-għan li ċ-ċittadini jkollhom aktar fiduċja fil-politiki tas-sigurtà, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-kontroll demokratiku fil-proċess tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li b’mod regolari tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda; itenni l-intenzjoni tiegħu li jorganizza eżerċizzji ta’ monitoraġġ regolari, f’kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, tal-implimentazzjoni xierqa u l-progress tal-Aġenda; jinnota b’interess il-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Forum Konsultattiv tal-UE dwar is-Sigurtà; jitlob li dan il-Forum jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati relevanti kollha u jistenna b’ħerqa li jirċievi aktar informazzjoni dettaljata dwaru, b’mod partikolari rigward ir-rwol, il-kompiti, il-kompożizzjoni u s-setgħat eżatti tiegħu u l-involviment tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fih;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu s-sorveljanza demokratika u ġudizzjarja tas-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri; jinnota li l-Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Ombudsman m’għandhomx setgħat biżżejjed biex iwettqulivell effettiv ta’ skrutinju tal-politiki tas-sigurtà Ewropej;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu pjan direzzjonali – jew mekkaniżmu simili – malajr kemm jista' jkun biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u operattiva tal-Aġenda, iressquh lill-Parlament u jibdew l-implimentazzjoni tiegħu fis-sitt xhur li ġejjin; jemmen li approċċ tat-tip “ċiklu tal-politika tal-UE” (b’identifikazzjoni u valutazzjoni ta’ theddidiet u vulnerabilitajiet komuni, l-iffissar ta’ prijoritajiet politiċi u l-iżvilupp ta’ pjanijiet strateġiċi u operattivi, implimentazzjoni effettiva b’miri, kalendarji u riżultati ċari, u valutazzjoni) jista’ jiddisponi għall-koerenza u l-kontinwità meħtieġa fl-implimentazzjoni tal-Aġenda, kemm-il darba l-Parlament ikun involut kif xieraq fl-iffissar tal-prijoritajiet politiċi u l-objettivi strateġiċi; jistenna b’ħerqa li jkompli jiddiskuti dawn il-kwistjonijiet ulterjorment mal-Kummissjoni u l-Kumitat Permanenti għall-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna (COSI);

13.  Jilqa’ l-prinċipju sottostanti tal-Aġenda li jiġu applikati u implimentati bis-sħiħ l-istrumenti eżistenti fil-qasam tas-sigurtà qabel ma jiġu proposti oħrajn ġodda; itenni l-ħtieġa ta’ kondiviżjoni aktar malajr u effiċjenti tad-data u tal-informazzjoni relevanti, suġġetta għas-salvagwardji xierqa ta’ protezzjoni tad-data u l-privatezza; jiddeplora, madankollu, il-fatt li minkejja għadd kbir ta’ appelli mill-Parlament, għadha ma saritx valutazzjoni tal-effikaċja tal-istrumenti eżistenti tal-UE – anke fid-dawl tat-theddidiet ġodda għas-sigurtà li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE – u tal-lakuni li fadal; jemmen li tali eżerċizzju huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-politika ta’ sigurtà Ewropea hija effiċjenti, meħtieġa, proporzjonata, koerenti u komprensiva; jistieden lill-Kummissjoni tagħti tali valutazzjoni operattiva tal-istrumenti, ir-riżorsi u l-finanzjament eżistenti tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna bħala miżura ta’ prijorità taħt il-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Aġenda; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jivvalutaw b'mod komprensiv l-implimentazzjoni tal-miżuri li ġew adottati fil-qasam tas-sigurtà interna qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, billi jużaw il-proċedura li jiddisponi għaliha l-Artikolu 70 tat-TFUE;

14.  Jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ġestjoni tal-fruntieri bħala aspett essenzjali tal-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu; jenfasizza li s-sigurtà tal-fruntieri tal-UE għandha tissaħħaħ permezz ta' kontrolli sistematiċi mal-bażijiet ta' data eżistenti, bħall-SIS; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta l-proposta riveduta tagħha dwar Fruntieri Intelliġenti sal-bidu tal-2016;

15.  Jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni għal approċċ interaġenziji u transettorjali aktar konness u l-miżuri proposti għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-prattiki tajba u għaż-żieda fil-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u mal-aġenziji tal-UE; itenni t-talba tiegħu għal użu akbar tal-istrumenti u l-bażijiet ta’ data eżistenti bħalma huma s-SIS u l-ECRIS, u tal-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex taċċelera l-konklużjoni tal-arranġamenti ta' ħidma pendenti ta' bejn l-aġenziji; jinnota b’dispjaċir li l-Aġenda ma tiddisponix għal għadd biżżejjed ta’ miżuri konkreti bil-għan li jsaħħu d-dimensjoni tal-ġustizzja tagħha; jitlob għall-integrazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-aspetti kollha tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, inkluż billi jiġu msaħħa d-drittijiet tal-persuni ssuspettati u akkużati, tal-vittmi u tax-xhud u billi tittejjeb l-implimentazzjoni tal-istrumenti eżistenti ta’ rikonoxximenti reċiproku tal-UE;

16.  Jappoġġa bis-sħiħ il-prijorità tal-Kummissjoni li tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw aktar il-fiduċja reċiproka, jisfruttaw bis-sħiħ l-għodod eżistenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jrawmu l-kooperazzjoni operattiva transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza l-importanza ta’ tali kooperazzjoni operattiva transfruntiera, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr proposta leġiżlattiva li temenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta'  Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(7) biex jiġu armonizzati l-kriterji ta' twissija u jsiru twissijiet obbligatorji rigward persuni misjuba ħatja jew issuspettati b'terroriżmu;

18.  Jilqa’ l-valutazzjoni mħabbra tal-Kummissjoni tal-ħtieġa u l-valur miżjud potenzjali ta’ Sistema ta’ Indiċi Ewropea tar-Rekords tal-Pulizija (EPRIS) biex jiġi ffaċilitat l-aċċess transfruntier għall-informazzjoni miżmuma fir-rekords tal-pulizija nazzjonali u jappoġġja bis-sħiħ il-varar ta’ proġett pilota ppjanat minn grupp ta' Stati Membri biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi għat-tfittxijiet transfruntiera awtomatizzati fl-indiċijiet nazzjonali fuq bażi ta’ sistema “hit”/“no-hit”; jenfasizza l-importanza ta’ aċċess transfruntier għall-informazzjoni, b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ mal-fruntieri;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (SIK) biex jiġu investigati każijiet speċifiċi ta’ natura transfruntiera u jistieden lill-Istati Membri jużaw din l-għodda ta’ suċċess b’mod aktar regolari; jistieden lill-Kummmissjoni tiżviluppa proposti għal qafas ġuridiku li jippermetti l-istabbiliment ta’ SIK semipermanenti jew permanenti biex jindirizzaw theddidiet persistenti, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri, bħalma huma t-traffikar tad-drogi, t-traffikar tal-bnedmin, u l-gangs tal-muturi;

20.  Jiddispjaċih li strumenti bħalma huma l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali għadhom mhux qed jintużaw b’mod sistematiku fil-każijiet transfruntieri xierqa kollha, u jappella għal iżjed sforzi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni f’dan il-qasam;

21.  Jenfasizza li teżisti defiċjenza fis-sorveljanza demokratika u ġudizzjarja tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji nazzjonali tal-intelligence; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li s-sorveljanza demokratika u ġudizzjarja hija mxekkla ħafna mir-regola dwar partijiet terzi fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti;

22.  Jinnota li l-linja bejn is-sigurtà esterni u interna qed issir dejjem aktar vaga u jilqa’, għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li d-dimensjonijiet interni u esterni tal-politika tas-sigurtà jaħdmu flimkien; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw regolarment l-impatt tal-Aġenda dwar l-istrateġija tas-sigurtà esterna tal-UE u vice versa, inklużi l-obbligi tar-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-valuri u l-prinċipji demokratiċi inklużi fil-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali li huma rratifikaw jew iffirmaw; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu aktar ir-rabtiet, is-sinerġiji u l-koerenza bejn dawn it-tnejn, speċjalment fl-indirizzar tat-theddidiet ġodda, trasversali u ibridi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa, filwaqt li jiġu rispettati l-valuri tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament kull azzjoni oħra immirata li tiżviluppa r-rabta bejn id-dimensjoni interna u esterna tal-politika tas-sigurtà u l-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà, sabiex il-Parlament ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ skrutinju demokratiku flimkien mal-parlamenti nazzjonali;

23.  Jenfasizza l-importanza u l-puntwalità tal-eżami strateġiku kontinwu mill-VP/HR, fdati lilha mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, li għandu jwassal għall-adozzjoni ta' Strateġija Ewropea ta' Sigurtà ġdida; strateġija wiesgħa inklużi kwistjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà għandha tidentifika u tiddeskrivi l-interessi tal-UE, il-prijoritajiet u l-objettivi, eżistenti u theddidiet li qed jevolvu, l-isfidi u l-opportunitajiet, u l-istrumenti tal-UE u l-mezzi biex dawn jintlaħqu;

24.  Jitlob li jkun hemm klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem qawwija ħafna fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, speċjalment fl-Afrika ta’ Fuq u r-reġjun tal-Golf fir-rigward tal-kooperazzjoni għas-sigurtà; jappella li tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux demokratiċi b’passat ħażin fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

25.  Jenfasizza l-importanza kruċjali li jiġu indirizzati l-kawżi oriġinali tal-kunflitti armati, l-estremiżmu u l-faqar f’pajjiżi terzi, peress li dawn joħolqu sfidi ta’ sigurtà għall-UE; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom ta’ appoġġ lil stati inklużivi, pluralistiċi u li jiffunzjonaw tajjeb li għandhom soċjetà ċivili soda u vijabbli li għandhom il-ħila joffru l-libertà, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-impjieg liċ-ċittadini tagħhom;

26.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ tippreżenta abbozz ta’ pożizzjoni komuni dwar l-użu ta’ drones armati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Frar 2014 dwar l-użu ta’ drones armati(8);

27.  Jirrikonoxxi t-talba urġenti tal-Kummissjoni biex tiġi finalizzata l-ħidma fuq l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR tal-UE; itenni l-impenn tiegħu li jaħdem għall-finalizzazzjoni tagħha sa tmiem is-sena; jenfasizza li d-Direttiva dwar il-PNR għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-istandards tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li tipprovdi għodda effiċjenti fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja dan il-proċess billi tipprovdi kwalunkwe element addizzjonali relevanti għall-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ Direttiva dwar il-PNR tal-UE; jitlob li kwalunkwe proposta ġejjiena għall-ħolqien ta’ għodod ġodda fil-qasam tas-sigurtà, bħall-PNR, sistematikament tinkludi mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri;

28.  Jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza ewlenija tal-appoġġ għal azzjonijiet relatati mat-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni u x-xogħol importnati tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) f’dan il-qasam; iqis li l-programmi ta’ taħriġ u skambji għall-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi għandhom importanza sinifikanti għat-trawwim ulterjuri ta’ kultura Ewropea ta’ infurzar tal-liġi u prattiki tajba f’dan il-qasam; jemmen li jinħtieġ aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni relatati mas-sigurtà, anke fil-qasam tal-prevenzjoni;

29.  Jindika li s-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tinbidel rapidament titlob li jkun hemm approċċ flessibbli u li kapaċi jadatta u jirreaġixxi, l-iżvilupp ta' kapaċitajiet tekniċi u rieżami regolari tal-azzjonijiet ta' prijorità stabbiliti fl-Aġenda; jindika, f’dan ir-rigward, li jista’ jintuża l-Artikolu 222 tat-TFUE li jesiġi li l-Kunsill Ewropew regolarment iwettaq valutazzjoni tat-theddidiet għall-Unjoni, inter alia billi jibni fuq il-valutazzjonijiet eżistenti tat-theddidiet imwettqa mill-istati Membri u l-Europol, u li jinforma lill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali dwar l-eżitu tagħhha u s-segwitu tagħha;

Terroriżmu

30.  Jilqa’ l-miżuri deskritti fl-Aġenda għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, biex jiġi ttrattat b’mod determinat il-finanzjament tat-terroriżmu, biex tiġi miġġielda t-theddida ta’ ċittadini u residenti tal-UE li jivvjaġġaw barra mill-UE għal skopijiet ta’ terroriżmu (‘ġellieda barranin’) u għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni; jinnota li l-istruttura ġdida proposta taċ-Ċentru Ewropew kontra t-Terroriżmu li għandu jinħoloq fi ħdan il-Europol u jistieden lill-Kummissjoni tiċċara aktar ir-rwol , il-kompiti, is-setgħet u l-iskrutinju preċiżi tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata sorveljanza demokratika u ġudizzjarja adegwata fil-livelli xierqa, inkluż permezz tar-reviżjoni kontinwa tal-mandat tal-Europol; jenfasizza li żieda fil-qsim tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri hi kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li dan għandu jsir fuq bażi aktar strutturali;

31.  Jikkundanna kwalunkwe analiżi li twassal għal konfużjoni bejn it-terroriżmu, in-nuqqas ta’ sigurtà, l-iżlam u l-migranti;

32.  Ifakkar fid-dawl tal-attakki terroristiċi reċenti f'Brussell, Pariġi, Kopenħagen u St Quentin Fallavier, il-bżonn urġenti għall-UE biex tevalwa aħjar it-theddid kontra s-sigurtà tal-UE u biex tiffoka fuq oqsma ta' prijorità immedjata fil-ġlieda kontra t-terroriżmu: it-tisħiħ tas-sigurtà fil-fruntieri tal-UE, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riferiment fuq l-internet, u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar, kif ukoll iż-żieda tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u servizzi ta' intelligence;

33.  Ifakkar fl-importanza kruċjali ta' traċċar u t-tfixkil ta' flussi finanzjarji, inkluż flussi finanzjarji mhux-Swift, fil-ġlieda kontra n-netwerks terroristiċi u l-gruppi tal-kriminalità organizzata; jilqa' l-isforzi li saru biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ġusta u bbilanċjata fil-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (PRFT);

34.  Jenfasizza li t-theddida ta' terroriżmu mrawwem domestikament fl-UE qed tilħaq livelli ġodda perikolużi minn mindu fundamentalisti Iżlamiċi ħadu f'idejhom l-art fis-Sirja u fl-Iraq u għamlu kampanja ta' propaganda dinjija biex jingħaqdu ma' ġiħadisti u biex iwettqu attakki ġewwa l-fruntieri tal-UE;

35.  Jenfasizza li l-indirizzar tat-theddida li jirrappreżentaw il-ġellieda barranin u t-terroriżmu b’mod ġenerali teħtieġ approċċ b’diversi saffi li jinvolvi l-indirizzar komprensiv tal-fatturi sottostanti bħalma huma r-radikalizzazzjoni, l-iżvilupp tal-koeżjoni soċjali u l-inklużività u l-iffaċilitar tar-reintegrazzjoni permezz tal-promozzjoni tat-tolleranza politika u reliġjuża, l-analiżi u l-kontrobilanċ tat-tixwix online għat-twettiq ta’ atti terroristiċi, il-prevenzjoni tat-tluq ta’ persuni biex jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi, il-prevenzjoni u l-waqfien tar-reklutaġġ u l-parteċipazzjoni fil-kunflitti armati, l-interruzzjoni tal-appoġġ finanzjarju lil organizzazzjonijiet terroristiċi u lil individwi li jkollhom il-għan li jingħaqdu magħhom, l-iżgurat ta’ prosekuzzjoni ġuridika soda fejn xieraq u l-għoti tal-għodod xierqa lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex dawn iwettqu dmirijiethom b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-Istati Membri tiżviluppa strateġija ġenwina fir-rigward tal-ġellieda Ewropej – strateġija li attwalment mhix inkuża fl-Aġenda dwar is-Sigurtà – u b’mod partikolari dawk li jirritornaw minn żoni ta’ kunflitt li jixtiequ jħallu l-organizzazzjonijiet terroristiċi li rreklutawhom u juru r-rieda li jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà; iqis li għandha ssir enfasi speċjali fuq is-sitwazzjoni ta’ ġellieda Ewropej żgħażagħ;

37.  Itenni l-impenn tiegħu li jiżgura l-obbligu ta’ rendikont għal ksur massiv tad-drittijiet fundamentali bl-iskuża tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’mod partikolari fil-kuntest tal-konsenja u taż-żamma illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA, permezz ta’ investigazzjonijiet miftuħa u trasparenti; jitlob li tingħata protezzjoni li dawk lil jiżvelaw tali ksur, bħalma huma l-ġurnalisti u l-informaturi;

Radikalizzazzjoni

38.  Jaqbel li l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni għandha tkun prijorità għall-UE; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ miżuri aktar konkreti fl-Aġenda biex tiġi indirizzata r-radikalizzazzjoni fl-Ewropa u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti u komprensiva biex tintensifika l-miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti, biex jiħi pprevenut it-tixrid ta’ ideoloġiji estremisti u jiġu promossi l-integrazzjoni u l-inklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN), li jlaqqa’ flimkien l-atturi relevanti kollha involuti f’inizjattivi li jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni fil-livell lokali, u tikkjarifika l-mandat, il-kompiti u l-kamp ta’ applikazzjoni taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tar-RAN il-ġdid propost; jirrakkomanda li l-istruttura tiegħu tinkludi wkoll lill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet, fil-livell lokali u nazzjonali, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni prattika tar-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-esperti u mill-partijiet ikkonċernati; jappella għal miżuri aktar kuraġġużi biex tiġi indirizzata b’mod determinat ir-radikalizzazzjoni fuq l-Internet u l-użu ta’ siti web tal-Internet u l-midja soċjali għat-tixrid ta’ ideoloġiji radikali fl-Ewropa; jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ Unità tal-Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet fil-Europol sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’ kontenut estremist vjolenti fuq l-Internet bil-kooperazzjoni tal-industrija, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi addizzjonali meħtieġa għall-funzjonament tiegħu; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ miżuri konkreti li jsaħħu r-rwol tal-Internet bħala għodda ta’ sensibilizzazzjoni kontra r-radikalizzazzjoni, u b’mod partikolari għat-tixrid proattiv ta’ kontronarrativi, fuq l-internet, sabiex tiġi miġġielda l-propaganda terroristika;

39.  Jirrimarka li politika tas-sigurtà ta’ suċċess jeħtieġ tindirizza l-fatturi sottostanti tal-estremiżmu, bħalma huma r-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, permezz tal-promozzjoni tat-tolleranza politika u reliġjuża, l-iżviluppar tal-koeżjoni soċjali u l-inklużività u l-iffaċilitar tar-reintegrazzjoni;

40.  Jemmen li għandhom jiġu żviluppati riċerka estensiva u miżuri konkreti, bl-appoġġ finanzjarju u operattiv tal-Kummissjoni, sabiex jiġu promossi u kondiviżi maċ-ċittadini Ewropej kollha, b’mezzi ta’ komunikazzjoni effettivi, il-valuri komuni tagħna tat-tolleranza, il-pluraliżmu, ir-rispett tal-libertà tal-kelma u tal-kuxjenza, u d-drittijiet fundamentali tagħna b’mod ġenerali; iqis li l-Aġenda għandha wkoll tissottolinja l-ħtieġa li jiġu miġġielda kunċetti żbaljati dwar reliġjonijiet, b’mod partikolari l-Iżlam, li fihom infushom m’għandhomx rwol fir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu;

41.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda reċenti fl-inċidenti ta’ delitti ta’ mibegħda, anke online, kontra ċittadini Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jipproteġu liċ-ċittadini tagħhom minn attakki futuri u jipprevjenu t-tixwix għall-mibegħda u kwalunkwe att ta’ intolleranza bbażata fuq l-oriġini, it-twemmin jew ir-reliġjon, anke permezz ta’ ħidma edukattiva mmirata lejn iż-żgħażagħ u l-promozzjoni ta’ djalogu inklużiv;

Kriminalità organizzata

42.  Jaqbel li t-traffikar tal-bnedmin huwa fenomenu li jeħtieġ li jiġi indirizzat b’mod aktar effettiv fil-livell Ewropew; jirrifjuta bil-qawwa, madankollu, kwalunkwe rabta bejn il-migrazzjoni irregolari u t-terroriżmu; jirrimarka li n-nuqqas ta’ mezzi legali lejn l-UE sabiex dak li jkun ifittex protezzjoni jiġġenera domanda kostanti għal mezzi irregolari, u b’hekk jitpoġġew f’periklu migranti vulnerabbli li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;

43.  Jenfasizza l-gravità tal-kriminalità organizzata fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin; jiġbed l-attenzjoni lejn il-livelli estremi ta’ vjolenza u brutalità mwettqa mill-kriminali fuq dan il-grupp partikolarment vulnerabbli; jilqa’ l-qafas eżistenti u jaqbel fuq il-bżonn ta’ strateġija post-2016 li tinvolvi lill-Europol u lill-Eurojust bl-għarfien speċifiku tagħhom f’dan il-qasam;

44.  Jirrikonoxxi li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata teħtieġ azzjoni Ewropea qawwija; jappoġġja d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza din il-kwistjoni b'mod determinat; jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, biex tistabbilixxi kooperazzjoni soda fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, iżda wkoll kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi għall-prevenzjoni tad-dħul klandestin ta’ migranti sabiex jiġu evitati traġedji ġodda fil-Mediterran;

45.  Jirrimarka li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-iżviluppi fil-kriminalità organizzata transfruntiera fir-rigward tat-traffikar tal-armi, it-traffikar tal-bnedmin, u l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ drogi illeċiti; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenda tirrikonoxxi l-karattru dinamiku tal-problema tad-droga, u b’mod partikolari r-rabta tagħha mal-kriminalità organizzata u t-theddida dejjem tevolvi ta’ innovazzjoni fis-suq fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ drogi kemm ġodda kif ukoll stabbiliti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ adozzjoni rapida tal-pakkett propost dwar sustanzi psikoattivi ġodda u jħeġġeġ lill-Kunsill jagħmel progress dwar dan;

46.  Jemmen li, minbarra l-istrumenti tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà għandha tinkludi mekkaniżmi ta’ protezzjoni għall-vittmi ta’ dawn id-delitti serji sabiex tiġi pprevenuta aktar vittimizzazzjoni; jinnota li l-protezzjoni tal-vittmi għandha tiġi meqjusa bħala għodda importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, minħabba li din tibgħat messaġġ ċar lit-trasgressuri li s-soċjetà mhix se ċċedi għall-vjolenza u li f’kull waqt u ħin se ssalvagwardja l-vittmi u d-dinjità tagħhom;

Ċiberkriminalità

47.  Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet terroristiċi u l-gruppi tal-kriminalità organizzata qegħdin kulma jmur aktar jużaw l-ispazju ċibernetiku biex jiffaċilitaw il-forom kollha tal-kriminalità u li ċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità ffaċilitata permezz taċ-ċibernetika jikkostitwixxu theddida maġġuri għaċ-ċittadini tal-UE u għall-ekonomija tal-UE; jinnota li ċ-ċiberkriminalità teħtieġ approċċ ġdid għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-infurzar tal-liġi fl-era diġitali; jinnota li l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda jżidu l-impatt taċ-ċiberkriminalità fl-iskala u l-veloċità u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tas-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji u l-kapaċitajiet ġuridiċi u tekniċi tagħhom, online u offline, sabiex tippermettilhom jindirizzaw b’mod determinat iċ-ċiberkriminalità b’mod effettiv, filwaqt li jissottolinja li l-miżuri ta’ infurzar kollha għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, ikunu meħtieġa u proporzjonati u jirrispettaw id-dritt tal-UE u dak nazzjonali; jistieden b’mod partikolari lill-Kummissjoni tiżgura li d-dritt għall-użu tal-kriptaġġ jibqa’ intatt fl-Unjoni Ewropea kollha u li, waqt li l-interċettazzjoni ta' komunikazzjonijiet fil-kuntest ta' investigazzjoni mill-pulizija jew proċedura ġudizzjarja tkun dejjem possibbli bl-awtorizzazzjoni ġudizzjarja xieraq, m'għandha tiġi implimentata l-ebda miżura mill-Istati Membri li tinterferixxi mad-dritt tal-individwi li jużaw il-kriptaġġ; jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-Unità tal-Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet tal-Europol ir-riżorsi addizzjonali meħtieġa għall-funzjonament tiegħu, aktar milli tipproċedi permezz ta’ riallokazzjonijiet interni tal-impjiegi, inkluż għall-persunal taċ-Ċentru Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità (EC3), li jeħtieġ li ma jitħalliex nieqes mill-persunal;

48.  Jenfasizza l-importanza essenzjali tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex l-UE tibqa’ aġġornata dwar il-bidliet fil-ħtiġijiet ta’ sigurtà; jenfasizza l-importanza ta’ industrija tas-sigurtà kompetittiva tal-UE biex tikkontribwixxi għall-awtonomija tal-UE fis-sigurtà; itenni t-talba tiegħu għal awtonomija mtejba fis-sigurtà tal-IT tal-UE u l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati dispożittivi tas-sigurtà u servizzi magħmula fl-UE għall-infrastruttura kritika u s-servizzi pubbliċi;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi kampanja ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ stat ta’ tħejjija adegwata dwar ir-riskji marbuta maċ-ċiberkriminalità serja sabiex tittejjeb ir-reżiljenza kontra l-attakki ċibernetiċi;

50.  Jilqa’ b’sodisfazzjon ix-xogħol li sar minn EC3 fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità transnazzjonali serja u l-kriminalità ffaċilitata permezz taċ-ċibernetika; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-EC3 fl-appoġġ għall-Istati Membri, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal; itenni t-tħabbiriet magħmula mill-Kummissjoni biex l-EC3 jingħata l-esperti u l-baġit meħtieġa sabiex jingħataw spinta l-oqsma ta’ kooperazzjoni Ewropea li għadhom ma ġewx indirizzati mindu nħoloq fl-2013;

51.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni sħiħa ta' miżuri eżistenti relatati mal-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal online, biex tivvaluta jekk għodod leġiżlattivi ulterjuri humiex meħtieġa, u biex teżamina jekk l-Europol għandux biżżejjed kompetenzi, riżorsi u persunal biex ikun jista' jindirizza dan id-delitt terribbli;

Finanzjament

52.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-abbozz ta’ baġit tal-Kummissjoni għall-2016 jiddisponi għal żieda fil-baġit tal-Europol ta’ madwar EUR 1.5 miljun biss, u dan ma jagħtihx ir-riżorsi meħtieġa biex iwaqqaf, kif ippjanat fl-Aġenda, Ċentru Ewropew Kontra t-Terroriżmu u Unità tal-Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet;

53.  Jilqa’ d-dikjarazzjoni magħmula mill-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, fil-Parlament Ewropew, li l-Kummissjoni se tallinja r-riżorsi finanzjarji disponibbli mal-prijoritajiet tal-Aġenda; jerġa’ jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li jiġi żgurat li l-aġenziji relevanti tal-UE jkunu mgħammra b’riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettqu bis-sħiħ il-kompiti attwali u ġejjiena tagħhom skont l-Aġenda; bi ħsiebu jkompli jiskrutinja mill-qrib l-implimentazzjoni, u jivvaluta l-ħtiġijiet ġejjiena tal-Fond għas-Sigurtà Interna fil-livell tal-UE u dak nazzjonali;

o
o   o

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93.
(2) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p.45.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0173.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0230.
(5) Testi adottati, P8_TA(2014)0102.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0032.
(7) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.
(8) P7_TA(2014)0172.


Sitwazzjoni fil-Jemen
PDF 281kWORD 97k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (2015/2760(RSP))
P8_TA(2015)0270RC-B8-0680/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Marzu 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-1 ta' April 2015 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar l-impatt tal-ġlied fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-11 ta' Mejju 2015 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar it-tregwa proposta fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-3 ta' Lulju 2015 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar il-kriżi fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015 dwar il-Jemen,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2014 (2011), 2051 (2012), 2140 (2014), 2201 (2015) u 2216 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Mejju 2015 tal-Kopresidenti tal-24 Laqgħa Konġunta Ministerjali u tal-Kunsill bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-Unjoni Ewropea (GCC-UE),

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Paċi u Sħubija Nazzjonali tal-21 ta' Settembru 2014, id-dokument tal-eżiti tal-Konferenza ta' Djalogu Nazzjonali tal-25 ta' Jannar 2014 u l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf tal-21 ta' Novembru 2011,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kriżi attwali fil-Jemen hija konsegwenza tal-fatt li gvern wieħed wara l-ieħor naqas milli jissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu tal-Jemen għad-demokrazija, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-istabbiltà u s-sigurtà; billi dan in-nuqqas ħoloq il-kundizzjonijiet ideali biex ifaqqa' kunflitt vjolenti, minħabba l-ineżistenza ta' gvern inklużiv u ta' kondiviżjoni ġusta tal-poter u minħabba l-fatt li t-tensjonijiet numerużi bejn it-tribujiet, in-nuqqas kbir ta' sigurtà u l-paraliżi ekonomika tal-pajjiż ġew injorati b'mod sistematiku;

B.  billi l-kunflitt attwali fil-Jemen infirex għal 20 minn 22 gvernaturat; billi, skont l-aħħar ċifri kkonsolidati tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bejn id-19 ta' Marzu u l-5 ta' Mejju 2015 inqatlu mill-inqas 1 439 persuna, filwaqt li 5 951 oħra, ħafna minnhom persuni ċivili, sfaw midruba; billi minn mindu beda l-ġlied inqatlu madwar 3 000 persuna, u ndarbu aktar minn 10 000;

C.  billi l-Jemen hu wieħed mill-ifqar pajjiżi fil-Lvant Nofsani, b'rati għolja ta' qgħad u illitteriżmu u nuqqas ta' servizzi bażiċi; billi 20 miljun ruħ bħalissa jinsabu fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, inkluż madwar 9.4 miljun tifel u tifla Jemeniti, aktar minn 250 000 rifuġjat u 335 000 persuna spostata internament;

D.  billi l-iżviluppi reċenti jġorru magħhom riskji kbar għall-istabbiltà tar-reġjun, b'mod partikolari dik tal-Qarn tal-Afrika, tal-Baħar l-Aħmar u tal-Lvant Nofsani kollu kemm hu;

E.  billi, fis-26 ta' Marzu 2015, koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija li tinkludi l-Bahrain, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Marokk, il-Qatar, is-Sudan u l-Emirati Għarab Magħquda tat bidu għal operazzjoni militari fil-Jemen kontra r-ribelli tal-moviment Houthi, fuq talba tal-President tal-Jemen Abd-Rabbu Mansour Hadi; billi din il-koalizzjoni allegatament qed tuża l-cluster bombs, li huma pprojbiti internazzjonalment, u billi bħalissa dan qed jiġi investigat mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem;

F.  billi l-azzjonijiet ta' gruppi armati u forzi affiljati mal-Houthis ikkawżaw għadd kbir ta' vittmi ċivili fil-Jemen, inkluż bl-użu ta' munizzjonijiet ta' kontra l-inġenji tal-ajru li joqtlu u jimmankaw persuni ċivili hekk kif jisplodu wara li jinżlu f'żoni popolati;

G.  billi, f'diversi okkażjonijiet, f'attakki mill-ajru mwettqa mill-koalizzjoni militari mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen inqatlu persuni ċivili, bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali li jesiġi li jittieħdu l-passi kollha possibbli biex jiġi evitat jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' vittmi ċivili;

H.  billi, minbarra l-attakki mill-ajru, l-Arabja Sawdija imponiet imblokk navali fuq il-Jemen li kellu effetti drammatiċi fuq il-popolazzjoni ċivili, bi 22 miljun ruħ – kważi 80 % tal-popolazzjoni – fi bżonn urġenti ta' provvisti tal-ikel, ilma u mediċini;

I.  billi fil-15 ta' Ġunju 2015, fid-dawl tat-taħditiet ta' paċi tan-NU, is-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon appella għal pawża umanitarja mġedda għal mill-inqas ġimagħtejn matul ir-Ramadan, biex l-assistenza kritika tkun tista' tasal għand il-Jemeniti kollha fil-bżonn, iżda billi ma ntlaħaqx ftehim; billi fid-19 ta' Ġunju 2015 il-partijiet belliġeranti tal-Jemen naqsu milli jilħqu ftehim ta' waqfien mill-ġlied matul taħditiet diplomatiċi nnegozjati mill-Mibgħut Speċjali tan-NU Ismail Ould Cheikh Ahmed;

J.  billi fit-30 ta' Ġunju 2015 madwar 1 200 priġunier, inklużi persuni suspettati li jifformaw parti minn Al-Qaeda, ħarbu mill-ħabs ċentrali fil-belt ta' Taiz; billi f'April 2015 madwar 300 priġunier kienu diġà ħarbu minn ħabs ieħor fil-provinċja ta' Hadramout; billi fil-Jemen qed iseħħu attakki terroristiċi, bħall-attakki tas-17 ta' Ġunju 2015 f'San'a meta fost l-oħrajn ġew attakkati tliet moskej, li rriżultaw f'għadd ta' persuni mejta u midruba;

K.  billi fl-1 ta' Lulju 2015 in-NU ddikjarat is-sitwazzjoni fil-Jemen bħala emerġenza tat-tielet livell, l-ogħla fuq l-iskala; billi, skont il-pjan ta' emerġenza, in-NU se tipprova tilħaq 11,7 miljun ruħ li huma l-aktar fil-bżonn; billi s-sistema tas-saħħa jingħad li qed tiffaċċja ''kollass imminenti'', bl-għeluq ta' mill-inqas 160 faċilità tas-saħħa, minħabba n-nuqqas ta' sigurtà u nuqqas ta' fjuwil u provvisti;

L.  billi 15,9 miljun ruħ fil-Jemen huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja; billi l-aktar tfal vulnerabbli mhux se jkollhom aċċess għas-servizzi nutrizzjonali jew tal-kura tas-saħħa li għandhom bżonn minħabba n-nuqqas kbir ta' sigurtà li jeżisti;

M.  billi 9,9 miljun tifel u tifla ntlaqtu ħażin ħafna mill-kunflitt, u minn Marzu 2015 'l hawn inqatlu 279 tifel u tifla u ndarbu 402 oħra; billi mill-inqas 1.8 miljun tifel u tifla tilfu l-aċċess għall-edukazzjoni peress li l-iskejjel kellhom jagħlqu minħabba l-kunflitt, u dan ipoġġihom f'riskju akbar li jiġu reklutati jew użati minn gruppi armati u jagħmilhom suxxettibbli għal forom oħra ta' abbuż; billi, skont l-UNICEF, sa terz mill-ġellieda kollha fil-Jemen huma tfal, u tal-inqas 140 minnhom ġew reklutati bejn is-26 ta' Marzu u l-24 ta' April 2015 biss; billi ġie kkonfermat li, fl-2014, 156 tifel u tifla ġew reklutati u użati minn gruppi armati; billi fl-2015 din iċ-ċifra diġà rduppjat;

N.  billi l-UNICEF tikkalkula li aktar minn nofs miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin jinsabu f'riskju li jiżviluppaw malnutrizzjoni akuta serja, filwaqt li 1,2 miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin jinsabu f'riskju ta' malnutrizzjoni akuta moderata – żieda ta' kważi d-doppju mill-bidu tal-kriżi 'l hawn;

O.  billi s-sistema tas-saħħa tinsab f'xifer kollass, u l-interruzzjoni tas-servizzi tat-tilqim qed tpoġġi madwar 2.6 miljun tifel u tifla taħt il-15-il sena f'riskju li taqbadhom il-ħosba u 2,5 miljun tifel u tifla f'riskju li taqbadhom id-dijarea – kundizzjoni potenzjalment fatali li tinfirex malajr fi żminijiet ta' kunflitt u ta' spostament tal-popolazzjonijiet; billi d-deni dengue qed jiżdied, m'hemmx kura biżżejjed għall-mard kroniku, u l-persunal u l-provvisti mediċi qed jitwaqqfu milli jaslu għand il-persuni li għandhom jilħqu;

P.  billi l-pajjiż dalwaqt jispiċċalu l-fjuwil, u billi dan diġà qiegħed jillimita t-tqassim tal-għajnuna u ma jdumx ma jwassal għal nuqqas potenzjalment fatali ta' ilma, peress li l-Jemen ibati minn nixfa kbira u għall-provvista tal-ilma tiegħu jiddependi kompletament fuq pompi tal-bjar fondi li jaħdmu bil-fjuwil;

Q.  billi l-Jemen huwa affettwat direttament mill-kriżi umanitarja fil-Qarn tal-Afrika wkoll, hekk kif aktar minn 250 000 rifuġjat, l-aktar mis-Somalja, huma maqbudin fil-pajjiż u qed jgħixu f'kundizzjonijiet prekarji; billi, barra minn hekk, il-Jemen qed jospita madwar miljun migrant Etjopjan, skont il-kalkoli tal-gvern;

R.  billi, peress li s-sitwazzjoni tas-sigurtà qed teħżien, l-organizzazzjonijiet umanitarji rrilokaw ħafna mill-persunal internazzjonali tagħhom barra mill-pajjiż; billi huma ftit l-organizzazzjonijiet li għadhom jistgħu joperaw fil-Jemen u l-attivitajiet tagħhom huma limitati ħafna;

S.  billi l-Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija (AQAP) bbenefikat mid-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Jemen, u qiegħda tespandi l-preżenza tagħha u tkabbar l-għadd u l-iskala tal-attakki terroristiċi tagħha;

T.  billi l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS) / Daesh stabbilixxa l-preżenza tiegħu fil-Jemen u wettaq attakki terroristiċi kontra l-moskej Xiiti, bil-qtil ta' mijiet ta' persuni; billi huwa mistenni li kemm l-AQAP u l-ISIS/Daesh se jisfruttaw in-nuqqas tas-sigurtà tal-Jemen sabiex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom u jippjanaw attakki kontra l-forzi tas-sigurtà Jemeniti, kontra l-Houthi u kwalunkwe preżenza tal-Punent;

U.  billi l-eskalazzjoni tal-kunflitt armat qed thedded lill-patrimonju kulturali tal-Jemen; billi fit-2 ta' Lulju 2015 il-Kumitat għall-Patrimonju Dinji qiegħed żewġ siti fil-Jemen fil-Lista ta' Patrimonju Dinji fil-Periklu: il-Belt Antika ta' San'a u l-Belt Antika Fortifikata ta' Shibam;

V.  billi l-UE imponiet embargo fuq l-armi u aktar sanzjonijiet immirati kontra mexxej Houthi u iben l-ex President Ali Abdullah Saleh; billi żewġ membri oħra tal-moviment Houthi, flimkien mal-ex President, tqiegħdu taħt l-istess restrizzjonijiet minn Diċembru 2014;

W.  billi, fl-2015, id-dipartiment għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO) tal-Kummissjoni Ewropea alloka EUR 25 miljun biex jgħin lill-komunitajiet madwar il-pajjiż affettwati minn malnutrizzjoni akuta, kunflitt u spostament furzat; billi, fl-2014, il-finanzjament totali mill-UE, mill-Istati Membri u l-Kummissjoni flimkien, għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, kien jammontaw għal EUR 100,8 miljun, li minnhom EUR 33 miljun kienu mill-ECHO;

X.  billi l-appell umanitarju rivedut tan-NU talab USD 1,6 biljun, iżda madwar 10 % biss minn din iċ-ċifra huwa attwalment iffinanzjat;

1.  Huwa mħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni politika, tas-sigurtà u dik umanitarja fil-Jemen, li qed tiddeterjora b'mod mgħaġġel; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt itemmu l-użu tal-vjolenza immedjatament; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; jenfasizza li l-UE affermat mill-ġdid l-impenn tagħha li tkompli tappoġġja lill-Jemen u l-poplu Jemenit;

2.  Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-unità, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen, u jsostni lill-poplu tal-Jemen;

3.  Jikkundanna l-azzjonijiet destabilizzanti u vjolenti unilaterali meħuda mill-Houthi u l-unitajiet militari leali lejn l-ex President Saleh; jikkundanna wkoll l-attakki mill-ajru mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija u l-imblokk navali li hija imponiet fuq il-Jemen, li wasslu għal eluf ta' mwiet, li komplew jiddestabbilizzaw lill-Jemen, li ħolqu kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-espansjoni ta' organizzazzjonijiet terroristiċi u estremisti bħall-ISIS/Daesh u l-AQAP, u li qegħdin jaggravaw sitwazzjoni umanitarja diġà kritika;

4.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-Jemen, b'mod partikolari l-Houthis, jaħdmu biex isolvu d-differenzi ta' bejniethom permezz tad-djalogu u l-konsultazzjoni; jistieden lill-atturi reġjonali kollha jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv mal-partijiet Jemeniti sabiex titnaqqas il-kriżi u tiġi evitata aktar instabbiltà reġjonali; jistieden lill-partijiet kollha jżommu lura milli jattakkaw siti ta' patrimonju kulturali u bini b'bumbardamenti jew b'attakki mill-ajru, jew milli jużawhom għal skopijiet militari;

5.  Jilqa' l-fatt li l-UE tenniet mill-ġdid l-impenn u d-determinazzjoni sodi tagħha biex tindirizza t-theddida tal-gruppi estremisti u terroristiċi, bħall-AQAP, u biex ma tħallihomx jieħdu aktar vantaġġ mis-sitwazzjoni preżenti;

6.  Jikkundanna kull forma ta' vjolenza u kull tentattiv jew theddida li tintuża l-vjolenza biex jiġu intimidati dawk li qed jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet bin-NU bħala intermedjarja; jenfasizza li d-djalogu politiku inklużiv negozjat min-NU għandu jkun proċess immexxi mill-Jemen, bl-intenzjoni li tiġi nnegozjata soluzzjoni politika bbażata fuq konsensus għall-kriżi tal-Jemen skont l-inizjattiva tal-GCC u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni tagħha, l-eżiti tal-Konferenza Nazzjonali għad-Djalogu komprensiv, il-Ftehim ta' Paċi u Sħubija Nazzjonali u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

7.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-attakki terroristiċi mwettqa mill-ISIS/Daesh kontra moskej Xiiti f'San'a u Saada, li fihom inqatlu u ndarbu mijiet ta' persuni, flimkien mal-ideoloġija settarja estrema li tirfed dawn l-atti kriminali;

8.  Huwa allarmat bl-abbiltà tal-AQAP li tibbenefika mis-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà li qed tiddeterjora fil-Jemen; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt juru bil-provi impenn sod u determinazzjoni għall-ġlieda kontra gruppi estremisti u terroristiċi bħall-ISIS/Daesh u l-AQAP, bħala kwistjoni tal-ogħla prijorità;

9.  Jikkundanna r-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-partijiet tal-kunflitt;

10.  Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tan-NU u tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, biex jagħmluha ta’ intermedjarji għan-negozjati ta' paċi bejn il-partijiet; jappoġġja l-isforzi tal-Oman fil-kisba ta' waqfien mill-ġlied bejn il-Houthi u l-forzi leali lejn il-Gvern tal-Jemen bħala l-ewwel pass lejn soluzzjoni politika negozjata;

11.  Jenfasizza li jista' jkun hemm biss soluzzjoni politika, inklużiva u nnegozjata għall-kunflitt; iħeġġeġ, għalhekk, lill-partijiet Jemeniti kollha jaħdmu biex isolvu d-differenzi ta' bejniethom permezz ta' djalogu, kompromess u qsim tal-poter, li jwasslu għall-formazzjoni ta' gvern ta' unità nazzjonali sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi, jiġi evitat kollass ekonomiku u finanzjarju u tiġi indirizzata kriżi umanitarja;

12.  Jappella għal pawża umanitarja sabiex jiġi permess li għajnuna li tista' ssalva l-ħajjiet tilħaq il-poplu Jemenit b'mod urġenti; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jiffaċilitaw l-għoti ta' għajnuna umanitarja fil-partijiet kollha tal-Jemen, kif ukoll aċċess rapidu, sikur u bla xkiel li jippermetti lill-atturi umanitarji jilħqu lin-nies li jinsabu fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, inkluża dik medika, f’konformità mal-prinċipji ta’ imparzjalità, newtralità u indipendenza; ifakkar, ukoll, li għalhekk huwa essenzjali li l-aċċess tat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen jiġi ffaċilitat aktar;

13.  Jistieden lin-naħat kollha jikkonformaw mal-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, biex jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u biex ma jattakkawx direttament infrastrutturi ċivili, b'mod partikolari l-faċilitajiet mediċi u s-sistemi tal-ilma, u ma jużawx binjiet ċivili għal skopijiet militari, u biex jaħdmu b'mod urġenti man-NU u l-organizzazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja biex iwasslu l-għajnuna lil dawk fil-bżonn;

14.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' azzjoni umanitarja kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU, u jħeġġeġ lill-pajjiżi kollha jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji; jistieden lill-komunità internazzjonali tikkontribwixxi għall-appell umanitarju rivedut tan-NU;

15.  Jitlob investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar il-vjolazzjonijiet kollha allegati tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali;

16.  Jinnota l-progress li sar fil-Kumitat għat-Tfassil tal-Kostituzzjoni u jitlob kostituzzjoni inklużiva u trasparenti li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Jemenit u li tirrifletti l-eżiti tal-Konferenza ta' Djalogu Nazzjonali, u jitlob li jiġi organizzat referendum dwar l-abbozz tal-kostituzzjoni, kif ukoll elezzjonijiet ġenerali fil-ħin, sabiex jiġi evitat deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni umanitarja u ta' sigurtà fil-Jemen;

17.  Ifakkar li l-libertà tar-reliġjon u t-twemmin hija dritt fundamentali, u jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe vjolenza jew diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-reliġjon jew it-twemmin fil-Jemen; itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi kollha mmirati lejn il-promozzjoni tad-djalogu u r-rispett reċiproku bejn il-komunitajiet reliġjużi u oħrajn; jappella biex l-awtoritajiet reliġjużi kollha jippromwovu t-tolleranza u jieħdu inizjattivi kontra l-mibegħda, is-settarjaniżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti u estremista;

18.  Jistieden lill-VP/RGħ, flimkien mal-Istati Membri, jiksbu appoġġ fi ħdan in-NU, b’mod urġenti, għal pjan internazzjonali fuq skala kbira, biex jiżguraw il-provvista tal-ilma tal-Jemen, peress li tali azzjoni tista' tkun essenzjali biex potenzjalment iġġib proċess ta' paċi għal konklużjoni b’suċċess u tagħti lill-popolazzjoni l-prospett li tista' ttejjeb l-agrikoltura, titma' lilha nnifisha u terġa' tibni l-pajjiż;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, u lill-Gvern tal-Jemen.


Sfidi tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u prospettivi għal stabbiltà politika
PDF 447kWORD 191k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-isfidi fir-rigward tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u l-prospettivi ta' stabbiltà politika (2014/2229(INI))
P8_TA(2015)0271A8-0193/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, u l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar dan il-ftehim(1),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà tat-12 ta' Diċembru 2003 u d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni tal-11 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tat-8 ta' Marzu 2011 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Siġurtà u tal-Kummissjoni bit-titolu "Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran (COM(2011)0200),

–  wara li kkunsidra s-Sħubija ta' Deauville varata mill-G8 fl-okkażjoni tas-Summit tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern f'Deauville fil-21 ta' Mejju 2011;

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-25 ta' Mejju 2011 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Siġurtà u tal-Kummissjoni dwar risposta ġdida għal viċinat f'evoluzzjoni (COM(2011)0303),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tas-6 ta' Frar 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu "Elementi għal strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh" (JOIN(2015)0002),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata fit-tielet laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea u l-Lega tal-Istati Għarab f'Ateni fil-11 ta' Ġunju 2014, kif ukoll il-memorandum ta' qbil iffirmat fi Brussell fid-19 ta' Jannar 2015 bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u s-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq u s-Sirja,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Paċi u s-Sigurtà fl-Iraq, li saret f'Pariġi fil-15 ta' Settembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta' Novembru 2014 dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Diċembru 2014 relatati ma' strateġija reġjonali tal-Unjoni Ewropea għas-Sirja u l-Iraq,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tad-9 ta' Frar 2015 relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2011 dwar l-approċċ tal-UE rigward l-Iran(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar "Il-Kummerċ għall-Bidla: L-Istrateġija Kummerċjali u ta' Investiment tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran wara r-rivoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija"(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-11 ta' Marzu 2014 tal-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja u l-offensiva IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab u l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-attakki u ħtif reċenti minn ISIS/Da'esh fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari tal-Assirjani(11),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tat-23 ta' Marzu 2015 fi Brussell bejn ir-rappreżentati tal-muniċipalitajiet Libjani, konvokata mill-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja u organizzata mill-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa bejn l-UE u l-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Mediterran tan-Nofsinhar organizzata minn Spanja, mill-Presidenza Latvjana u mill-UE biex jiddiskutu l-futur tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li saret f'Barċellona fit-13 ta' April 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jawtorizzaw l-aċċess transfruntier u trasversali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Unitit u tas-sħab tagħha għall-għoti tal-għajnuniet umanitarji fis-Sirja mingħajr kunsens tal-Istat,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0193/2015),

A.  billi l-kunflitti fis-Sirja, fl-Iraq, fil-Jemen u fil-Libja u ż-żieda fit-tensjonijiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq huma għejun ewlenin ta' destabbilizzazzjoni ta' tali reġjun; billi teżisti konnessjoni bejn il-fronti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-Lvant Nofsani u fis-Saħel, u tali fronti jinsabu viċin ż-żona sensibbli tal-Qarn tal-Afrika; billi r-riperkussjonijiet ta' tali sitwazzjoni għas-sigurtà tar-reġjun kollu huma diżastrużi inkwantu jippreġudikaw fit-tul l-iżvilupp politiku u ekonomiku, l-infrastrutturi kritiċi tiegħu u l-koeżjoni demografika tar-reġjun; billi r-riskji li dawn l-iżviluppi joħolqu għas-sigurtà, għaċ-ċittadini u għall-interessi Ewropej huma gravi; billi hemm numru għoli ta' vittmi ċivili u atti ta' terrur kommessi kontra ċ-ċivili; billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju, partikolarment kontra l-minoranzi etniċi u reliġjużi huma gravi; billi dawn il-kunflitti jagħtu lok għal kriżi umanitarja gravi li tikkawża spostamenti konsiderevoli ta' popolazzjonijiet u tikkawża kundizzjonijiet ta' ħajja estremament diffiċli għar-rifuġjati u għall-popolazzjonijiet li jilqgħuhom; billi hemm diffikultajiet persistenti sabiex tinstab strateġija koerenti għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u jiġu organizzati djalogi inklużivi ma' bosta atturi leġittimi u affidabbli;

B.  billi l-konsegwenzi differenti tar-rewwixti Għarab fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll il-kumplessità u l-bżonn imperattiv tal-ġlieda kontra l-ISIS u organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn, huwa neċessarju li tiġi riveduta l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fid-dawl tas-sitwazzjoni l-ġdida li nħolqot; billi jeħtieġ li l-pressjoni fuq ir-reġimi awtoritarji tiġi intensifikata għall-introduzzjoni ta' politiki inklużivi; billi l-għan ta' stabbilizzazzjoni tar-reġjun mhuwiex biss kwistjoni ta' sigurtà iżda wkoll waħda ekonomika, politika u soċjali li titlob li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jiżviluppaw politiki strateġiċi, globali u multifattorjali u kooperazzjoni mal-atturi tar-reġjun fuq medda medja u twila;

C.  billi l-organizzazzjoni terroristika tal-ISIL/Da'esh tat bidu għal kampanji sistematiċi ta' tindif etniku fil-parti tat-Tramuntana tal-Iraq u tas-Sirja, u kkommettiet delitti tal-gwerra, fosthom qtil sommarju tal-massa u serq ta' persuni, kontra minoranzi etniċi u reliġjużi; billi n-NU diġà rrapportaw il-qtil immirat, il-konverżjonijiet furzati, il-serq ta' persuni, il-bejgħ ta' nisa, it-tjassir ta' nisa u tfal, ir-reklutaġġ ta' minuri għal attentati suwiċidi, abbuż sesswali u fiżiku u tortura; billi l-komunitajiet Insara, Yazidi, Turkmeni, Shabaki, Kaka'i, Sabej u Xiiti, kif ukoll ħafna Għarab u Musulmani Sunniti, kienu fil-mira tal-ISIL/Da'esh;

D.  billi l-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq jinsabu f'sitwazzjoni ta' taqlib ġeopolitiku li jirriskja li jbiddel radikalment u b'mod mhux mistenni l-bilanċi reġjonali; billi hemm żieda fir-ritmu tal-kriżijiet u tal-kunflitti, b'dimensjoni politika, etnika u settarja, iż-żieda fil-qawwa tal-gruppi paramilitari u d-dgħufija jew il-waqgħa ta' ċerti Stati jew reġimi tar-reġjun; billi kaġun ta' dan qegħdin jinkisru ħafna drittijiet tal-bniedem; bill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq kif ukoll il-komunità internazzjonali għandhom interess komuni ta' sigurtà rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostenn għar-riformi demokratiċi u inklużivi awtentiċi fir-reġjun;

E.  billi l-kunflitti fl-Iraq u fis-Sirja, bħall-kunflitt fil-Jemen u fil-Libja, qegħdin jaggravaw it-tensjonijiet reġjonali u internazzjonali; billi l-kawża reliġjuża u etnika qiegħda tiġi strumentalizzata għal interessi politiċi u tal-poter; billi dan joħloq riskju ta' konfront bejn is-Sunniti u x-Xiiti lil hinn mid-dimensjoni ġeografika immedjata tiegħu;

F.  billi t-Tuneżija hija l-aktar eżempju notevoli ta' demokratizzazzjoni wara r-rewwixti Għarab iżda ntlaqtet minn attakk terroristiku pproklamat mill-ISIL/Da'esh fit-18 ta' Marzu 2015, fatt li jfakkar il-bżonn ta' sostenn b'saħħtu u kontinwu favur il-pajjiżi tar-reġjun, partikolarment it-Tuneżija;

G.  billi f'konformità mal-linji gwida tal-UE tal-2008 dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tkun element fundamentali tad-djalogu politiku u dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-pajjiżi fir-reġjun tal‑Lvant Nofsani u l‑Afrika ta' Fuq; billi l-involviment u l-emanċipazzjoni tan-nisa fl-isferi pubbliċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq huma essenzjali biex titrawwem l-istabbiltà, il-paċi u l-ġid ekonomiku fit-tul; billi l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet permezz tal-edukazzjoni hija ċentrali fil-promozzjoni tar-rwol tagħhom f'dawn l-isferi kollha; billi d-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi jistgħu jiżvolġu rwol importanti fl-emanċipazzjoni tan-nisa fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

H.  billi l-influwenza tal-Istati Membri fir-reġjuni hija diżugwali; billi hemm bżonn li l-influwenza tal-Unjoni Ewropea tiżdied; billi l-istabbiltà politika u ekonomika fit-tul tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq tirrappreżenta kwistjoni strateġika fundamentali għall-Unjoni; billi l-Unjoni, bħala tali, tiżvolġi rwol ewlieni fil-promozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u tal-governanza demokratika fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

I.  billi fl-imgħoddi, l-għajnuna tal-UE ddestinata lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq batiet minn frammentazzjoni eċċessiva u ma setgħetx tirrispondi malajr biżżejjed għall-bżonnijiet politiċi u ekonomiċi tal-pajjiżi kkonċernati, b'hekk tali inadegwatezza ppreġudikat il-kapaċità tal-UE li tiżvolġi rwol ewlieni fir-reġjun;

J.  billi fl-imgħoddi, l-assistenza tal-UE fil-konfront tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, partikolarment fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), applikat spiss wisq l-istess kunċett strateġiku indifferenzjat, mingħajr ma qieset biżżejjed is-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiżi kkonċernati u mingħajr ma identifikat il-partijiet tas-soċjetà ċivili li kellhom bżonn assistenza fil-qasam tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kapaċitajiet; billi t-tentattivi ta' demokratizzazzjoni li saru wara r-rewwixti tar-"Rebbiegħa Għarbija" jeħtieġu appoġġ attiv abbażi ta' approċċ fit-tul;

K.  billi t-taqlib fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq għandu riperkussjonijiet fuq il-kapaċità tal-UE li tippromwovi l-valuri politiċi u democratiċi tagħha; billi dan it-taqlib għandu effett fuq l-iżvilupp tar-relazzjonijiet ekonomiċi tal-UE mal-pajjiżi kkonċernati u jistgħu jpoġġu f'periklu s-sigurtà enerġetika tal-UE,

L.  billi kienet imġiegħla tirreaġixxi urġentement għall-kriżijiet sussegwenti fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, li ma kinitx kapaċi tantiċipa minkejja l-bosta sinjali, l-UE ma kinitx kapaċi tanalizza l-elementi fundamentali jew issib tarf il-kumplessità tas-sitwazzjoni, l-aspettattivi u l-prospetti tar-rewwixti Għarab tal-2011; billi, fuq kollox, l-UE ma kinitx kapaċi tirrispondi għall-ħtieġa ta' strateġija fit-tul ħafna biex issostni u tassisti tranżizzjoni demokratika reali, żvilupp ekonomiku u stabbiltà politika; wara li kkunsidra li, fuq il-bażi tal-mandat tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP) nediet proċess essenzjali ta' riflessjoni strateġika; billi proċess wiesa' ta' konsultazzjoni tnieda mill-Kummissjoni Ewropea, mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għar-reviżjoni tal-PEV; billi l-ħolqien tas-SEAE offra l-possibbiltà ta' analiżi politika u strateġika b'approċċ ta' pajjiż pajjiż li għandu jkun fattur fundamentali fl-ippjanar tal-assistenza għall-pajjiżi tar-reġjun, inkluż l-ambitu tal-PEV;

M.  billi l-UE, biex tkun tista' teżerċita influwenza pożittiva fuq il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, trid tkun tista' toffri aktar minn sempliċi prospettiva ta' kooperazzjoni ekonomika, partikolarment sħubija politika u strateġika fuq skala kbira;

N.  billi l-attakki li seħħew bejn is-26 u t-30 ta' Ġunju fit-Tuneżija, il-Kuwajt u l-Jemen, li tagħhom d-Da'esh/ISIL ħa r-responsabbiltà, qatlu 92 persuna u darbu bosta mijiet ta' oħrajn; billi dawn l-attakki jenfasizzaw għal darb'oħra l-bżonn li l-isfidi tas-sigurtà u n-nuqqas ta' stabbiltà politika fir-reġjun jiġu indirizzati b'mod effiċjenti;

Naffrontaw it-theddid u l-kwistjoni tas-sigurtà

1.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jaffrontaw il-kawżi primarji tas-sitwazzjoni li qiegħda taqleb għall-agħar b'pass mgħaġġel fir-reġjun kollu tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, permezz ta' approċċ olistiku u ambizzjuż; isostni l-kampanja internazzjonali kontra l-ISIL/Da'esh u jilqa' pożittivament l-impenn tas-sħab tal-koalizzjoni biex jaħdmu flimkien fl-ambitu ta' strateġija komuni; japprezza, partikolarment, l-azzjoni li ħadu l-Istati Membri tal-UE parteċipanti fil-koalizzjoni internazzjonali kontra l-ISIS, kemm fil-forma ta' attakki militari kif ukoll permezz ta' parteċipazzjoni loġistika, finanzjarja u umanitarja; jappella iżda għal żieda fil-mobilizzazzjoni fl-isferi kollha u jenfasizza l-bżonn ta' azzjonijiet artikolati aħjar; josserva li tali azzjonijiet jistgħu jkunu utilment ikkoordinati taħt l-awspiċji tal-UE, jekk neċessarju fil-qafas ta' operazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) u, għal dan il-għan, jistieden lill-UE tiżviluppa kapaċità operattiva suffiċjenti u toħloq difiża Ewropea tassew komuni; jissottolinja, madankollu, li l-kwistjoni tal-ġlieda kontra l-ISIL/Da'esh, il-Front al-Nusra u l-gruppi terroristiċi l-oħrajn trid issib risposta mfassla apposta bbażata fuq id-differenzi politiċi u transreġjonali; jistieden lill-UE tassumi r-rwol ta' faċilitatur prinċipali tad-djalogu reġjonali u tinvolvi lill-parti interessati kollha tar-reġjun, fosthom il-Lega tal-Istati Għarab, l-Arabja Sawdija, l-Eġittu, it-Turkija u l-Iran; ifakkar fl-importanza li tingħata risposta lir-rikjesti leġittimi tal-popolazzjonijiet lokali, partikolarment dawk espressi fir-Rebbiegħa Għarbija tal-2011, bil-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà fit-tul tar-reġjun; josserva t-tħabbira reċenti tal-Lega tal-Istati Għarab dwar il-formazzjoni ta' unità permanenti ta' risposta rapida, iddestinata partikolarment li tiġġieled lill-ISIS u lill-gruppi terroristiċi emerġenti l-oħrajn;

2.  Jissottolinja l-importanza ta' preżenza politika kostanti tal-UE, fl-ogħla livell possibbli, biex jiġi żgurat djalogu politiku strateġiku fit-tul u dibattitu komuni veru mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq dwar l-esiġenzi tagħhom biex jiksbu stabbiltà reġjonali; jenfasizza li l-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li tesprimi ruħha b'leħen wieħed biss se tippermettilha tkun attur effikaċi fuq ix-xena internazzjonali; jistieden għaldaqstant lill-UE toħloq malajr politika barranija tassew komuni b'koordinament mill-qrib bejn l-azzjonijiet interni u esterni; jistieden lill-VP/RGħ taħdem mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE jew mal-personalitajiet politiċi rikonoxxuti mill-atturi reġjonali biex jiġi żgurat, taħt l-awtorità tagħha u f'isem l-Unjoni, djalogu kostanti ta' livell għoli mal-pajjiżi tar-reġjun; ifakkar fil-bżonn li jiġu identifikati l-pajjiżi sħab kruċjali u li noqogħdu fuqhom biex tkun żgurata stabbiltà politika u ta' sigurtà fit-tul;

3.  Jissottolinja l-importanza u n-neċessità ta' implimentazzjoni effikaċi tal-inizjattivi segwenti matul l-2015: sostenn għall-proġetti u attivitajiet ta' bini tal-kapaċitajiet mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti, promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali, indirizzar tal-fatturi sottostanti u l-kriżijiet li għaddejjin u tisħiħ tas-sħubija mal-pajjiżi kruċjali, billi anki jissaħħaħ id-djalogu politiku mal-Lega tal-Istati Għarab, mal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, mal-Unjoni Afrikana u ma' strutturi pertinenti oħrajn ta' koordinament reġjonali, bħall-G5 Sahel;

4.  Jinsisti fuq il-fatt li l-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq huma fundamentali għas-sigurtà tal-UE; ifakkar li l-ISIL/Da'esh u l-organizzazzjonijiet terroristiċi l-oħrajn kellhom għeruqhom fl-Iraq u fis-Sirja għal bosta snin u jimmiraw li jistabbilixxu influwenza reġjonali; josserva li r-rebħiet tal-grupp huma r-riżultat ta' kriżijiet istituzzjonali, demokratiċi u ta' sigurtà f'dawn il-pajjiżi u tal-porożità tal-fruntieri komuni tagħhom; jenfasizza li l-kapaċità ta' reklutaġġ u l-espansjoni tal-ISIL/Da'esh u tal-Front al-Nusra huma alimentati mill-kriżijiet ekonomiċi, politiċi, soċjali u kulturali li laqtu lir-reġjun; jistieden lill-UE tivvaluta l-kawżi primarji tar-radikalizzazzjoni u tittrattahom b'mod globali, permezz ta' approċċ ibbażat fuq is-sigurtà, il-kapaċità ta' governanza demokratika u l-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali u kulturali, li fl-inklużività jsib wieħed mill-prinċipji gwida tiegħu, f'kollaborazzjoni mad-dinja Għarbija; jemmen li fin-nuqqas ta' soluzzjoni konkreta u sostenibbli għal dawn il-problemi, kwalunkwe azzjoni intiża li telimina t-theddida tal-ISIL/Da'esh jew minn gruppi terroristiċi oħrajn se tiltaqa' ma' diffikultajiet akbar u persistenti;

5.  Jieħu nota tal-allokazzjoni ta' biljun euro previsti fil-qafas tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea bit-titolu "Elementi għal strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh", li minnhom 400 miljun huma ddedikati għall-għajnuna umanitarja; jilqa' favorevolment it-tentattivi biex l-assistenza umanitarja tiġi kalibrata skont l-esiġenzi speċifiċi marbuta mal-ġeneru u mal-età; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-Ġordan u lil-Libanu li, fi proporzjon mal-popolazzjoni tagħhom, qegħdin jassorbu l-ogħla perċentwal ta' rifuġjati; jissottolinja kemm huwa importanti li dawn iż-żewġ pajjiżi jaġevolaw il-passaġġ sikur tar-rifuġjati fit-territorju tagħhom u jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement; ifakkar ukoll fil-konsegwenzi li l-kriżi tar-rifuġjati għall-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan tal-Iraq (KRG); huwa mħasseb dwar il-fatt li l-kampijiet tar-rifuġjati, minħabba l-kundizzjonijiet ta' faqar estrem u privazzjoni tagħhom, jistgħu jsiru ċentri ta' radikalizzazzjoni; jemmen li dawn jikkostitwixxu, maż-żmien, fatturi ta' destabbilizzazzjoni għall-pajjiżi li jilqgħu, u għaldaqstant jitlob li jinstabu soluzzjonijiet fit-tul li jgħinu sew lir-rifuġjati kif ukoll lill-pajjiżi li jilqgħuhom; jistieden lill-UE taħdem mas-sħab l-oħra, partikolarment l-UNHCR u mal-UNICEF, biex tittratta l-problemi persistenti fil-kampijiet tar-rifuġjati u tal-persuni spostati f'pajjiżhom fl-Iraq, fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija, speċjalment fir-rigward tan-nuqqas ta' istruzzjoni għaż-żgħażagħ u għat-tfal; jilqa' l-fondi maħsuba għall-popolazzjonijiet ospitanti mill-istrateġija l-ġdida u mill-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (IcSP); jistieden lill-Istati Membri tal-UE jżidu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati f'termini ta' riżorsi finanzjarji u risistemazzjoni tar-rifuġjati l-aktar vulnerabbli;

6.  Josserva ż-żieda kontinwa fl-applikazzjonijiet għall-asil li ġejjin mis-Sirja u mill-Iraq u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jilqgħu lil min qiegħed ifittex l-asil u jittrattaw malajr l-akkumulu ta' każijiet pendenti;

7.  Jilqa' pożittivament l-involviment ta' ċerti pajjiżi tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fil-koalizzjoni internazzjonali kontra l-ISIL/Da'esh; iħeġġeġ lill-gvernijiet u lill-komunità internazzjonali jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jipprevjenu l-finanzjament tat-terroriżmu internazzjonali u tal-gwerer fis-Sirja u fil-Libja; itenni l-appell tiegħu lill-pajjiżi kollha tar-reġjun biex jimpedixxu lill-individwi u lill-entitajiet pubbliċi u privati milli jiffinanzjaw jew jaġevolaw il-finanzjament ta' organizzazzjonijiet terroristiċi jew individwi Sirjani jew kumpaniji affiljati mal-Gvern Sirjan attwalment sottopost għas-sanzjonijiet tal-UE, li għandhom ikunu biżżejjed severi; jappella għall-parteċipazzjoni fl-iskemi għall-kooperazzjoni reġjonali fil-monitoraġġ tal-movimenti tal-kapital, bil-ħolqien ta' kollaborazzjoni bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u l-istituzzjonijiet tal-UE; jissottolinja l-bżonn urġenti li tiddaħħal sistema effiċjenti ta' sanzjonijiet ikkoordinata mal-Lega tal-Istati Għarab, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf biex jintemm il-finanzjament tal-ISIL/Da'esh mingħand atturi internazzjonali u tintemm il-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt prodott illegalment mill-organizzazzjoni terroristika; jissottolinja wkoll, f'dan ir-rigward, il-bżonn urġenti ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali mal-fruntiera tat-Turkija, tal-Iraq u tas-Sirja biex lill-ISIL/Da'esh jiġi impedit li jbigħ iż-żejt illegali;

8.  Jenfasizza l-importanza ta' djalogu strateġiku strutturat fit-tul mal-Lega tal-Istati Għarab, mal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; japprezza f'dan ir-rigward id-dikjarazzjoni adottata f'Ateni fil-11 ta' Ġunju 2014 kif ukoll il-memorandum ta' qbil ta' Jannar 2015, u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jenfasizza l-importanza kruċjali tal-organizzazzjoni ta' summits frekwenti bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; jinsisti fuq ir-rwol ċentrali li l-Lega tal-Istati Għarab għandu jkollha fir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet; jemmen li dawn il-kriżijiet jenfasizzaw il-bżonn li l-Istati tal-Lega tal-Istati Għarab ibiddlu din l-organizzazzjoni f'korp deċiżjonali reali kapaċi jadotta deċiżjonijiet vinkolanti; josserva l-kooperazzjoni strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; jenfasizza li l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf jista' jeżerċita influwenza politika pożittiva fil-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-kunflitti fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

9.  Jenfasizza bl-istess intensità l-importanza ta' djalogi reġjonali mat-Turkija u mal-Iran; jilqa' pożittivament il-ftehim li ntlaħaq dan l-aħħar mill-UE3+3 u l-Iran dwar il-programm nukleari ta' dan tal-aħħar, u jawspika li jissarraf fi ftehim komprensiv finali sat-terminu maqbul; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri, fl-eventwalità ta' ftehim finali dwar il-kwistjoni nukleari, iwettqu konsultazzjonijiet fil-fond mal-Iran u jiggarantixxu, fl-istess ħin, l-impenn tiegħu lejn in-nonproliferazzjoni sal-konferma tal-korpi internazzjonali rilevanti, fosthom l-IAEA; iħeġġeġ, għal dan l-għan, lill-UE timpenja ruħha attivament fil-promozzjoni ta' miżuri għall-bini tal-fiduċja bejn l-Iran u l-Arabja Sawdija; jenfasizza l-bżonn li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mat-Turkija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jinsisti fuq ir-rwol importanti li t-Turkija tista' tiżvolġi, bħala membru tan-NATO, fil-ġlieda kontra l-ISIL/Da'esh u fis-stabbilizzazzjoni tal-Iraq u tas-Sirja; jistieden lit-Turkija tiċċara ċerti ambigwitajiet u tiżvolġi bis-sħiħ ir-rwol tagħha ta' stabbilizzatur fir-reġjun billi tikkontrolla b'mod effikaċi l-fruntiera tagħha mas-Sirja u tassumi rwol aktar attiv fil-ġlieda kontra d-Da'esh/ISIL, f'kooperazzjoni mal-UE;

10.  Jistieden lill-pajjiżi fir-reġjun jastjenu milli jesportaw it-terroriżmu u l-armi fil-pajjiżi ġirien billi dan jaf ikompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni f'dawk il-postijiet;

11.  Ifakkar fil-bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-issuktar tat-taħditiet ta' paċi bejn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana biex tinstab soluzzjoni definittiva għall-kunflitt b'tali mod li ż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jgħixu maġenb xulxin f'kundizzjonijiet ta' paċi u sigurtà, abbażi tal-konfini tal-1967 u b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati skont id-dritt internazzjonali; jesprimi għal darb'oħra t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora malajr fl-Istrixxa ta' Gaża; huwa inkwetat immensament dwar il-politika tal-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent; huwa inkwetat ferm bl-istall fid-djalogu u bit-tensjonijiet krexxenti bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jappella għal sforzi serji u kredibbli miż-żewġ naħat, mill-UE u mill-komunità internazzjonali f'dan is-sens; jilqa' favorevolment u jsostni d-determinazzjoni tar-Rappreżentant Għoli Mogherini li, skont hi, l-UE trid tintensifika l-impenn tagħha fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u tasserixxi ruħha bħala faċilitatur; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jastjenu minn kwalunkwe azzjoni li tista' taggrava s-sitwazzjoni fil-forma ta' inċitament, provokazzjoni, użu eċċessiv ta' forza jew ritaljazzjoni; itenni s-sostenn totali tiegħu favur l-inizjattiva ta' paċi Għarbija tal-2002 u jistieden lil-Lega tal-Istati Għarab u lil Iżrael jattwawha; jissottolinja li l-inklużjoni tal-Lega tal-Istati Għarab tkun tagħmel ħafna ġid għal kwakunkwe dibattitu dwar l-issuktar tal-proċess ta' paċi u l-kontroll amministrattiv u politiku tal-Istrixxa ta' Gaża min-naħa tal-Awtorità Palestinjana; jissottolinja r-rwol determinati li żvolġa l-Eġittu huwa u jikseb il-waqfien mill-ġlied definittiv fil-kunflitt bejn Ħamas u Iżrael fis-sajf tal-2014; jitlob lid-donaturi internazzjonali jirrispettaw l-impenji li ħadu fil-Konferenza tal-Kajr ta' Ottubru 2014;

12.  Jesprimi appoġġ sħiħ favur l-azzjonijiet konkreti meħuda mill-UE fil-qafas ta' PSDK b'saħħitha għall-promozzjoni tal-istabbiltà u tas-sigurtà fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jiddeplora l-fatt li l-missjonijiet PSDK u l-operazzjonijiet stazzjonati fir-reġjun (EUBAM Libya, EUPOL COPPS u EUBAM Rafah) huma żgħar wisq u ma jikkorrispondux bil-kbir mal-isfidi ta' sigurtà fir-reġjun; jappella favur rivalutazzjoni strateġika ta' dawn l-iskjeramenti; jinnota li l-UE, fil-qafas tal-impenn tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, jista' jkollha rwol importanti fl-għoti ta' assistenza u taħriġ speċifiċi f'kompetenzi speċifiċi fil-qasam tar-riforma tal-ġustizzja kriminali, tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) u tad-diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR), tas-sorveljanza fil-fruntieri, tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni u tal-prevenzjoni tat-traffikar tal-armi, tad-drogi u tal-bnedmin; jagħmel appell għal attenzjoni partikolari fuq il-Libja; jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu u tal-kooperazzjoni mal-Lega tal-Istati Għarab u mal-Unjoni Afrikana sabiex il-pajjiżi sħab ikunu jistgħu jiżviluppaw kompetenzi u jkollhom ir-riżorsi militari u umani neċessarji biex jiġġieldu l-estremiżmu;

13.  Jopponi bil-qawwa l-użu tad-drones fil-qtil extraġudizzjarju u extraterritorjali ta' dawk suspettati b'atti ta' terroriżmu u jitlob li l-użu tad-drones għal dan il-għan jiġi pprojbit;

14.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jirrispettaw il-projbizzjoni tat-tortura kif minqux partikolarment mill-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti li l-maġġor parti ta' dawn il-pajjiżi ffirmat u ratifikat; itenni li l-konfessjonijiet miksuba bil-forza taħt tortura ma għandhomx validità u jikkundanna ir-rikors għal tali prattika;

15.  Jesprimi tħassib minħabba l-fatt li l-varji kriżijiet politiċi tar-reġjun naqqsu l-kapaċità ta' intelligence tal-Istati Membri; ifakkar fl-importanza kruċjali tal-promozzjoni ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fi ħdan qafas tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali; jappella għal kooperazzjoni sistematika u effikaċi bejn dawn il-pajjiżi u ma' Europol u Interpol, biex jingħataw għajnuna ħalli jiżviluppaw l-istrutturi u r-riżorsi neċessarji fil-qasam tal-antiterroriżmu, tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tal-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, billi jinħolqu sistemi ta' difiża integrati indirizzati prinċipalment lejn il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ta' kull individwu involut, bil-kundizzjoni li jkunu stabbiliti salvagwardji adegwati għad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza d-djalogu 5+5, li jissupplimenta l-azzjoni tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) u jippermetti ħidma fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà; jissottolinja l-bżonn li jiġu mvinċija n-nuqqasijiet persistenti fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni tal-ġellieda barranin; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jakkomunaw ir-riżorsi tagħhom, isaħħu l-mekkaniżmi eżistenti (Frontex, Eurosur) u jistabbilixxu reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) Ewropew bil-għan li jitjiebu l-kontrolli mal-fruntieri esterni tal-UE; jisħaq fuq il-kollaborazzjoni attiva bejn il-ministri tal-affarijiet barranin u tal-intern għandha tissaħħaħ, b'mod partikolari rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni;

16.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta' soluzzjoni politika għall-kunflitt fis-Sirja; isostni li soluzzjoni sostenibbli teħtieġ proċess politiku inklużiv bi tmexxija Sirjana li twassal għal tranżizzjoni, fuq il-bażi tal-Komunikat ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012 u konformi mar-riżoluzzjoni rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-għan li tinżamm l-għaqda, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiż; jilqa' b'sodisfazzjon l-isforz tal-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana intiża li twessa' l-bażi tal-affiljati tagħha u tikkollabora mal-gruppi tal-oppożizzjoni, anki permezz tal-impenn reċenti mal-Kumitat Nazzjonali ta' Koordinament intiż li jiddefinixxi l-viżjoni tal-oppożizzjoni għat-tranżizzjoni politika; isostni l-isforzi tal-mibgħut speċjali ta-NU, Staffan de Mistura, biex jintemmu l-kunflitti armati u jerġa' jitnieda d-djalogu politiku; jenfasizza l-importanza li tiġi salvagwardata u appoġġata l-oppożizzjoni demokratika Sirjana; ifakkar fin-neċessità tal-obbligu li jingħata kont għad-delitti kontra l-umanità, għad-delitti tal-gwerra u għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem kommessi mir-reġim ta' Bashar Al-Assad matul il-kunflitt;

17.  Jappella biex kwalunkwe inizjattiva intiża li ttemm il-ġlied fis-Sirja tqis l-esiġenzi tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, dan tal-aħħar japplika matul żminijiet ta' gwerra u ta' paċi, kif ukoll tad-dritt kriminali internazzjonali; jistieden lill-Unjoni Ewropea żżid il-pressjoni fuq ir-reġim ta' Assad biex jirrispetta r-riżoluzzjoni 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u tintensifika l-isforzi tagħha biex tforni l-għajnuna umanitarja, anki fiż-żoni kkontrollati mill-oppożizzjoni moderata Sirjana u tgħin fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom; jilqa' pożittivament l-impenji meħuda matul il-konferenza III tal-Kuwajt u jistieden lill-UE u lid-donaturi internazzjonali l-oħrajn jirrispettaw l-impenji finanzjarji tagħhom bħala tweġiba għall-kriżi Sirjana; isostni r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni intiża li tinkoraġġixxi r-ristabbiliment tal-amministrazzjoni u tas-servizzi pubbliċi fir-reġjuni devastati tas-Sirja, u jappella b'urġenza biex tingħata l-għajnuna għar-rikostruzzjoni ta' Kobane;

18.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja tas-Sirja minn erba' snin 'l hawn; josserva li l-aċċess umanitarju naqas bħala konsegwenza ta' tfixkil intenzjonat tal-għajnuna li għandu jitwaqqaf minnufih; josserva bi tħassib serju li n-numru ta' nies li jgħixu fiż-żoni diffiċli jew impossibbli biex l-aġenziji tal-għajnuna jilħquhom, matul dawn l-aħħar sentejn, kważi rdoppja;

19.  Jirrimarka li l-istupru tal-gwerra kontra n-nisa u l-bniet ġie dokumentat, partikolarment fis-Sirja, fl-Iraq, u fit-territorji kkontrallati mid-Da'esh; iħeġġeġ sabiex vittmi femminili ta' stupru fil-kuntest ta' kunflitt armat jiġu offruti l-firxa sħiħa ta' servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-abort, f'faċilitajiet umanitarji ffinanzjati mill-UE, f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, mar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u mal-Artikolu 3 komuni għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra, biex tiġi garantita l-kura medika kollha neċessarja mitluba mill-persuni midruba u morda mingħajr ebda distinzjoni sfavorevoli;

20.  Jisħaq fuq il-bżonn li l-Gvern tal-Iraq jippromwovi l-qsim tar-responsabbiltajiet politiċi, tal-poter u tal-qligħ miż-żejt b'mod inklużiv, li jixraq li jħaddan l-komunitajiet reliġjużi u etniċi kollha ta' tali pajjiż u, b'mod speċifiku, il-minoranzi Sunniti; jitlob li din is-sistema ta' qsim tkun kundizzjoni essenzjali għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iraq; jistieden lill-Gvern tal-Iraq jagħti protezzjoni lill-minoranzi etniċi u reliġjużi mill-aktar fis possibbli, jipprevjeni lill-milizzji Xiiti milli jeżerċitaw vjolenza kontra l-minoranzi Sunniti u jforni lir-rifuġjati li ħarbu mit-terrur tal-ISIS b'kenn sikur u b'għajnuna essenzjali; josserva li l-ftehim li ntlaħaq mill-Gvern tal-Iraq u mill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan tal-Iraq (KRG) u jħeġġeġ l-implimentazzjoni totali tiegħu, u jistieden lill-Iraq jirrispetta totalment id-drittijiet finanzjarji tal-KRG, kif dispost mill-Kostituzzjoni; jisħaq fuq l-importanza, u jinkoraġġixxi aktar tisħiħ, tal-kooperazzjoni bejn Baghdad u Erbil, għas-sigurtà u l-ġid ekonomiku tal-Iraq u tar-reġjun; jistieden lill-UE tagħti kontribut lill-bini tal-kapaċitajiet politiċi, amministrattivi u militari tal-Gvern tal-Iraq partikolarment biex jiġu ttrattati l-isfidi maħluqa mill-kriżi soċjali u ekonomika u mill-protezzjoni insuffiċjenti tad-drittijiet tal-bniedem;

21.  Huwa konvint li bil-għan li s-sigurtà fit-tul tinkiseb fir-reġjuni li diġà nħelsu mill-ISIS jew mill-gruppi terroristiċi l-oħrajn, huwa neċessarju li dawn l-inħawi jkomplu jiġu stabbilizzati; jirrimarka li dan jista' jsir bis-saħħa tal-għoti tal-għajnuna umanitarja, tal-programmi għat-tneħħija tal-mini u interventi tal-pulizija;

22.  Jikkundanna bis-saħħa l-attakk fuq il-Mużew tal-Bardo ta' Tuneż fit-18 ta' Marzu 2015 li tiegħu l-Istat Iżlamiku afferma r-responsabbiltà; huwa mħasseb bil-kapaċità ta' reklutaġġ tan-netwerks tat-terroriżmu fil-pajjiż immexxi minn gvern ta' unità nazzjonali bl-involviment tal-partit Iżlamiku moderat Ennahda; huwa wkoll imħasseb bil-porożità tal-fruntieri tat-Tuneżija mal-Libja, li jintużaw notevolment għat-traffikar tad-drogi u tal-armi, u jilqa' favorevolment il-kooperazzjoni l-aktar reċenti bejn it-Tuneżija u l-UE u l-Istati Membri tagħha f'dan ir-rigward; għadu inkwetat bl-influss enormi ta' rifuġjati Libjani fit-Tuneżija, fatt li qiegħed ipoġġi pressjoni kbira fuq l-istabbiltà tal-pajjiż, u jilqa' b'sodisfazzjon l-akkoljenza tagħhom mit-Tuneżija, li issa għandha aktar minn miljun rifuġjat Libjan; jisħaq fuq l-importanza li l-UE u t-Tuneżija jsegwu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tas-sigurtà, partikolarment billi jistabbilixxu programmi konġunti fil-qasam tas-sigurtà; iqis bħala vitali li l-kwistjoni Tuneżina tingħata aktar sostenn billi jsiru impenji speċifiċi, anki mil-lat ekonomiku u ta' investimenti, bil-għan li t-tranżizzjoni demokratika fraġli tingħata sostenn, konxji tal-fatt li huwa fl-interess tar-reġjun kollu kemm hu u tal-UE li l-esperiment Tuneżin jirnexxi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tad-demokratizzazzjoni u tibgħat messaġġ simboliku wara r-rewwixti Għarab billi torganizza summit bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq f'Tuneż;

23.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà fil-Libja; huwa inkwetat ħafna bl-espansjoni tal-gruppi terroristiċi fil-pajjiżi, speċjalment l-ISIL/Da'esh, li qegħdin jieħdu vantaġġ mill-vojt politiku u mill-aggravar tal-vjolenza; jissottolinja l-importanza ta' provvedimenti urġenti intiżi li jillimitaw u jeqirdu l-influwenza tal-organizzazzjonijiet terroristiċi fuq it-territorju Libjan; huwa allarmat bis-sitwazzjoni partikolarment serja fin-Nofsinhar tal-pajjiż, inkwantu jintuża bħala pjattaforma għall-kriminalità organizzata u għall-gruppi armati; jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu l-integrità territorjali u l-unità nazzjonali tal-Libja, li jistgħu biss isiru permezz ta' politika li tinkludi l-atturi kollha identifikati sew; jerġa' jafferma s-sostenn tiegħu għat-taħditiet immexxija mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, Bernardino León, fit-tfittxija ta' soluzzjoni negozjata li twassal għall-formazzjoni ta' gvern ta' unità Libjan; japprezza l-isforzi li għamlu l-Alġerija u l-Marokk biex jitrawwem djalogu intra-Libjan; jissottolinja l-fatt li l-UE diġà esprimiet id-disponibbiltà tagħha li ddaħħal miżuri restrittivi fil-konfront ta' min jgħarraq il-proċess ta' djalogu, konformement mar-riżoluzzjoni 2174 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jenfasizza l-fatt li l-UE għandha tkun lesta tforni sostenn lill-istituzzjonijiet fil-Libja malli s-soluzzjoni politika u l-waqfien mill-ġlied jinkisbu; jisħaq fuq il-fatt li l-UE għandha tagħti kontribut għall-isforz ta' DDR u SSR fil-Libja malli jkun inawgurat gvern ta' unità u fuq talba ta' dan tal-aħħar; iwissi, madankollu, li fl-eventwalità ta' stall fin-negozjati politiċi u żieda fil-kunflitt armat, l-UE trid tkun lesta tagħti l-kontribut tagħha għal kwalunkwe intervent ta' żamma tal-paċi b'mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

24.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Jemen; jissottolinja li l-kriżi politika nbiddlet fi kriżi umanitarja u tas-sigurtà li qiegħda tiddestabbilizza l-peniżola Għarbija kollha u, barra minnha, il-pajjiżi kollha tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jappoġġa lin-NU fl-isforzi tagħhom biex jissuktaw in-negozjati; jenfasizza l-fatt li kunsens politiku wiesa' permezz tan-negozjati paċifiċi fost il-gruppi politiċi ewlenin, fi klima mingħajr biża', jista' joffri soluzzjoni sostenibbli għall-kriżi attwali u jżomm l-għaqda u l-integrità territorjali tal-pajjiż; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu provvedimenti prattiċi biex jgħinu ċ-ċivili u jtemmu l-kriżi;

25.  Jikkundanna enerġikament l-attakki fuq l-infrastruttura u l-popolazzjoni ċivili fil-Jemen li spiċċaw f'għadd kbir ta' vittmi u aggravaw bis-serjetà s-sitwazzjoni umanitarja diġà drammatika; jistieden lill-UE, flimkien mal-atturi internazzjonali u reġjonali, tagħmilha ta' medjatur biex jinkiseb waqfien mill-ġlied immedjat u tintemm il-vjolenza fil-konfront taċ-ċivili; jappella biex isiru disponibbli aktar fondi f'koordinament ma' donaturi internazzjonali oħrajn biex tkun evitata kriżi umanitarja u tiġi fornuta l-għajnuna essenzjali għal dawk fil-bżonn;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittratta strutturalment, flimkien mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, il-problema taż-żgħażagħ li jħallu l-UE biex jiġġieldu fil-linja tal-ISIS/Da'esh u ta' organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn fis-Sirja u fl-Iraq; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa sabiex ma jħallux lill-ġellieda jivvjaġġaw mit-territorji tagħhom, f'konformità mar-riżoluzzjoni 2170 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u jiżviluppaw strateġija komuni għas-servizzi ta' sigurtà u l-aġenziji tal-UE biex iwettqu monitoraġġ u kontroll fuq il-ġiħadisti; jappella għall-kooperazzjoni fi ħdan l-UE u fil-livell internazzjonali bil-għan li jittieħdu passi legali kontra kwalunkwe individwu suspettat b'involviment f'atti ta' terroriżmu u bil-għan li jittieħdu miżuri preventivi oħrajn immirati lejn il-kxif u t-tmiem tar-radikalizzazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejniethom, kif ukoll mal-korpi tal-UE;

27.  Jisħaq fuq l-importanza li, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Gvern tal-Eġittu jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem bażiċi u l-libertajiet politiċi, iwaqqaf l-arrest sistematiku tad-dimostranti u tal-attivisti paċifiċi u jirrispetta d-dritt għal proċess ġust; josserva li kieku jilqa' b'sodisfazzjon projbizzjoni fuq il-piena tal-mewt li tkun tmur għall-benefiċċju ta' dawk il-membri tal-organizzazzjonijiet politiċi u soċjali li ġew ikkundannati dan l-aħħar;

28.  Jilqa' pożittivament il-ftehim preliminari dwar il-ġiri tax-xmara Nil, li ntlaħaq fit-23 ta' Marzu 2015 bejn l-Eġittu, is-Sudan u l-Etjopja; jenfasizza fuq il-fatt li użu tal-ilmijiet tan-Nil maqbul konġuntament huwa fundamentali għas-sigurtà tal-pajjiżi kollha involuti; jenfasizza li l-UE għandha tkun lesta li tiffaċilita aktar djalogu bejn il-partijiet kollha jekk meqjus utli għan-negozjati;

Intensifikazzjoni tal-istrateġija globali għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem

29.  Huwa konvint li n-nuqqas ta' demokrazija huwa waħda mill-kawżi fundamentali tal-instabbiltà politika fir-reġjun u li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi bażiċi jikkostitwixxi l-aktar salvagwardja soda fit-tul kontra l-instabbiltà kronika fil-pajjiżi tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha ma jħarsux lejn ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq mil-lenti tat-theddid għas-sigurtà f'terminu qasir biss iżda jagħtu sostenn attiv u sostenibbli għall-aspirazzjonijiet demokratiċi tas-soċjetajiet tar-reġjun; jenfasizza l-bżonn li tittieħed azzjoni bilanċjata, fil-qafas ta' approċċ olistiku u ambizzjuż favur id-demokrazija, biex il-politika fil-qasam tas-sigurtà tkun abbinata ma' dik tad-drittijiet tal-bniedem, li tirrappreżenta waħda mill-prijoritajiet tal-UE; jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ l-istabbiltà fit-tul fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq bis-saħħa ta' appoġġ kontinwu tal-UE lejn is-soċjetà ċivili, partikolarment permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u tal-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat, kif ukoll permezz ta' strumenti prodemokrazija oħrajn bħall-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED); jitlob lill-Istati Membri, fi spirtu ta' solidarjetà u impenn, jipprovdu lill-baġit tal-Fond b'finanzjament suffiċjenti biex jiżguraw l-aktar appoġġ flessibbli u effikaċi għall-atturi lokali tal-bidla demokratika fir-reġjun; jistieden lis-SEAE jirdoppja l-isforzi tiegħu biex ixxerred u jispjega l-valuri Ewropej, b'mod partikolari permezz tal-kuntatti regolari tiegħu mal-awtoritajiet u, fl-istess ħin, mar-rappreżentanti tas-soċjetajiet ċivili;

30.  Jilqa' favorevolemnt it-tnedija mill-VP/RGħ u mill-Kummissjoni ta' konsultazzjoni wiesgħa dwar ir-reviżjoni tal-PEV; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiżviluppaw dimensjoni politika u strateġika tal-PEV li tkun aktar effikaċi u innovattiva; jilqa' pożittivament il-laqgħa tal-UE u tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Mediterran tan-Nofsinhar; ifakkar li din il-laqgħa kienet l-ewwel waħda wara seba' snin li ilhom ma jiltaqgħu l-Ministri tal-Affarijiet Barranin; huwa tal-fehma li l-Ministri għandhom jiltaqgħu kull sena; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jkomplu jinkoraġġixxu r-riformi demokratiċi u jsostnu lill-atturi demokratiċi fi ħdan ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, partikolarment il-pajjiżi tal-viċinat tal-UE; jenfasizza l-importanza li jinżamm il-bilanċ attwali tad-distribuzzjoni tal-fondi għall-allokazzjoni tal-fondi tal-PEV; ifakkar li l-pajjiżi li qegħdin javvanzaw fl-implimentazzjoni tar-riformi u jsegwu l-politika Ewropea għandhom jingħataw sostenn deċiżiv addizzjonali, b'attenzjoni partikolari tingħata lit-Tuneżija, u jisħaq fuq il-bżonn li jitrawmu d-drittijiet tan-nisa;

31.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwaqqfu programm speċjali għall-appoġġ u għar-riabilitazzjoni tan-nisa u l-bniet li jkunu vittmi ta' vjolenza sesswali u skjavitù f'żoni ta' kunflitt fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, u speċjalment fis-Sirja u fl-Iraq; jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, lin-NU, lill-UE u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati jqisu l-vulnerabbiltà partikolari tar-rifuġjati nisa u bniet, speċjalment dawk li huma iżolati mill-familji tagħhom, joffrulhom protezzjoni xierqa u jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jassistu lis-superstiti tal-vjolenza sesswali, waqt li jintroduċu politiki soċjali li jippermettulhom jintegraw ruħhom mill-ġdid fis-soċjetà; jistieden lill-partijiet fil-kunflitti armati jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tar-riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jieħdu miżuri biex jipproteġu lin-nisa u lill-bniet, b'mod partikolari mill-abbuż sesswali, mit-traffikar u mill-kummerċ sesswali, u jiġġieldu kontra l-impunità ta' dawk responsabbli; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, li hija strument qawwi għall-indirizzar komprensiv tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluża l-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF);

32.  Jenfasizza l-opportunità li jipprovdu n-negozjati dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni biex jagħtu spinta lir-riformi; jisħaq fuq il-fatt li d-dimensjonijiet kollha għandhom ikunu marbutin bejniethom sabiex l-UE tkun tista' tapprofondixxi r-relazzjoni tagħha b'mod olistiku u koerenti; jisħaq fuq il-bżonn li jkunu inklużi inċentivi reali u tanġibbli għas-sħab f'dawn il-ftehimiet bil-għan li t-triq tar-riformi tkun aktar attraenti, effikaċi u perċettibbili;

33.  Jenfasizza li l-UE u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jeħtieġu jikkollaboraw aktar mill-qrib abbażi ta' objettivi reċiprokament aċċettabbli fuq il-bażi ta' interessi komuni; jenfasizza l-vantaġġi tal-koordinament tal-għajnuna tal-UE lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq flimkien mad-donaturi internazzjonali l-oħra; jistieden lill-Kummissjoni tirrakkomanda titjib f'dan ir-rigward u jisħaq fuq il-bżonn ta' koordinament tal-għajnuna ta' emerġenza mal-assistenza għall-iżvilupp fit-tul;

34.  Jemmen b'konvinzjoni li l-iżvilupp tad-demokrazija lokali u tal-governanza lokali effikaċi huma kruċjali għall-istabbilizzazzjoni tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, u jappella għalhekk għall-istituzzjonalizzazzjoni u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

35.  Jikkundanna l-ksur kontinwu tad-dritt għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fir-reġjun u jtenni l-importanza li l-UE tagħti lil din il-kwistjoni; itenni, għal darb'oħra, li d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon huwa dritt fundamentali tal-bniedem; jisħaq għalhekk fuq il-bżonn li jiġu miġġielda b'mod effikaċi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi; jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jiddefendu l-pluraliżmu reliġjuż; jistieden lill-Unjoni Ewropea tintensifika l-isforzi tagħha għas-sostenn tal-protezzjoni attiva tal-minoranzi reliġjużi u toffi kenn sikur; jilqa' pożittivament l-adozzjoni matul is-sena ta' rapportar 2013 tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin, u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida, f'fora kemm internazzjonali kif ukoll reġjonali u fir-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi terzi; jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ u lis-SEAE jidħlu fi djalogu permanenti mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mal-gruppi reliġjużi jew tat-twemmin u mal-mexxejja reliġjużi;

36.  Huwa konvint l-kooperazzjoni u d-diplomazija kulturali, kif ukoll il-kooperazzjoni akkademika u d-djalogu reliġjuż, huma essenzjali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u kull korma ta' radikaliżmu; jenfasizza li l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-vuċijiet kritiċi jikkostitwixxu wkoll sur kontra r-radikalizzazzjoni kemm għall-Ewropa kif ukoll għar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, u jistieden għaldaqstant lill-UE u lill-Istati Membri jsostnu l-investimenti neċessarji f'tali ambitu; jisħaq l-importanza assoluta tal-promozzjoni ta' skambji kulturali u akkademiċi, fosthom mar-rappreżentanti tal-Iżlam fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq u mal-komunitajiet Iżlamiċi fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Istati sħab jipparteċipaw fil-programmi kulturali tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-proposta tal-Parlament Ewropew favur il-ħolqien ta' programm Erasmus Ewro-Mediterranju ambizzjuż differenti mill-programm Erasmus+; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari, fil-futur immedjat, lill-progammi Erasmus+ imfassla għall-Mediterran tan-Nofsinhar; jinkoraġġixxi li l-programmi ta' skambji jinkludu wkoll lill-parteċipanti mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq li mhumiex membri tal-PEV;

37.  Jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żviluppata risposta effikaċi Ewropea komuni għall-Istati Membri kollha għall-propaganda ġiħadista u għar-radikalizzazzjoni ta' nisel intern, fid-dawl tal-użi tal-istrumenti diġitali, l-Internet u n-netwerks soċjali u li tinvolvi lill-awtoritajiet lokali tal-Ewropa, u taħdem mal-komunitajiet taċ-ċittadini Ewropej b'rabtiet kulturali b'saħħithom mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; iqis li dawn l-argumenti antitetiċi għandhom ikunu bbażati fuq il-promozzjoni ta' valuri komuni msejsa fuq l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u għandhom jiskreditaw l-idea ta' kunflitt bejn ir-reliġjonijiet jew iċ-ċivilitajiet; jagħmel appell biex fis-SEAE jinħatar persunal li jitkellem bil-lingwi tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq bil-għan li tiżdied l-effikaċja tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-bżonn li jinxtered messaġġ pożittiv akkumpanjat minn eżempji speċifiċi fir-rigward tar-relazzjonijiet u tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jisħaq fuq il-bżonn li jogħla l-profil tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-reġjun;

38.  Jenfasizza l-opportunitajiet li toffri l-PEV għad-djalogu kulturali u interreliġjuż; jenfasizza l-konnessjoni bejn, min-naħa, l-iskambju u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-PEV fl-oqsma tal-kultura u tal-edukazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-bini u t-tisħiħ ta' soċjetà ċivili miftuħa, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem;

39.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat djalogu dirett mas-soċjetajiet ċivili tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq sabiex jinftiehmu aħjar l-aspettattivi tagħhom; jesprimi l-appoġġ tiegħu favur il-konsultazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda fil-qafas tal-PEV; jenfasizza partikolarment l-importanza li jkunu involuti ż-żgħażagħ ta' dawn il-pajjiżi fi djalogu bbażat fuq relazzjoni sinċiera, diretta u paritarja; ifakkar fl-importanza tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali, u jħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u s-SEAE jibagħtu tali missjonijiet fil-pajjiżi kollha tar-reġjun, fuq l-istedina tal-gvernijiet ta' tali pajjiżi, meta jkun hemm prospetti ta' elezzjonijiet tassew demokratiċi u biex ikun garantit li tali missjonijiet ma jispiċċawx biex jilleġittimaw orkestrazzjoni manipulata; jitlob segwitu regolari għar-rakkomandazzjonijiet li jsiru minn dawn il-missjonijiet;

40.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġi enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-UgħM li, bħala forum uniku għad-djalogu dwar is-sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kollha tar-reġjun tal-Mediterran, jeħtieġ isir mutur għall-investimenti fil-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli tar-reġjun; jirrimarka li l-UgħM għandha tkun hi stess kapaċi tiġbor il-fondi neċessarji għal dawn il-proġetti; jappoġġa d-dinamika tal-laqgħat ministerjali; jitlob tixrid usa' tal-programmi u tal-azzjoni tagħha, inklużi l-missjonijiet konġunti ta' osservazzjoni elettorali u missjonijiet konġunti ta' valutazzjoni, u aktar kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea; itenni l-importanza li tingħata spinta u ambizzjoni lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, bil-għan li jiġu megħluba b'mod tassew kondiviż l-isfidi maħluqa mis-sigurtà u mill-istabbiltà taż-żona Mediterranja;

41.  Jesprimi tħassib kbir dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem speċjalment kontra l-gruppi vulnerabbli, fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' kunflitti; iqis li t-tfal huma wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli u jtenni għalhekk il-bżonn li jiġu intensifikati l-isforzi għall-attwazzjoni tar-reviżjoni tal-istrateġija ta' implimentazzjoni għal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati; jinkoraġġixxi lill-UE tapprofondixxi aktar il-kooperazzjoni tagħha mar-Rappreżentant Speċjali tan-NU għat-Tfal milquta mill-kunflitti armati, b'sostenn favur il-pjanijiet ta' azzjoni assoċjati u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar;

Approfondiment tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ekonomiku

42.  Josserva li r-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq intlaqat b'mod partikolari mill-faqar u mill-inugwaljanzi; huwa konvint li l-iżvilupp soċjoekonomiku, flimkien mat-tisħiħ tad-demokrazija u tal-ġustizzja, huwa neċessarju biex tinkiseb l-istabbilità politika; huwa inkwetat bis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ u jqis bħala essenzjali li dawn jiġu offruti prospettivi futuri denji u leġittimi; jisħaq fuq l-importanza fundamentali tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, mhux biss biex jinġibdu l-investimenti Ewropej u jitħalla l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, iżda wkoll biex jinstab tarf l-isfidi tas-sigurtà; jissottolinja r-relazzjoni stabbilita bejn it-trasparenza, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, li lkoll għandhom jiġu mvinċija f'daqqa; jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, li ta' min tkun prijorità fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

43.  Iqis li d-djalogu strateġiku tal-UE mal-pajjiż tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq għandu jitkompla bi spinta ġdida għal żvilupp ekonomiku sostenibbli, li jkun kapaċi jxejjen l-inugwaljanzi, joħloq l-impjiegi u opportunitajiet ta' edukazzjoni, prinċipalment għaż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' aċċess tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fis-suq uniku tal-Unjoni, bil-protezzjonijiet kollha neċessarji; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inkoraġġiti l-investimenti Ewropej fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, inklużi proġetti fil-qasam tal-enerġija u tal-infrastrutturi, bl-għan strateġiku li jitrawmu żvilupp sostenibbli u responsabbiltà demokratika;

44.  Ifakkar li s-sena 2015 hija s-Sena Ewropea għall-Iżvilupp, li timmira li tispira aktar Ewropej isiru involuti fil-qerda tal-faqar fid-dinja kollha, u li tikkoinċidi mal-pjanijiet tal-komunità internazzjonali biex jintlaħaq qbil dwar ġabra ta' Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha tal-gvern fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jagħmlu l-ksib ta' dawn l-għanijiet prijorità;

45.  Jenfasizza li d-djalogu msaħħaħ dwar temi marbuta mal-enerġija fil-Mediterran jaf jgħin jixpruna l-kooperazzjoni reġjonali, jippromwovi l-istabbiltà reġjonali u jiggarantixxi l-integrità ambjentali; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-UE timpenja ruħha b'mod aktar b'saħħtu fid-diplomazija fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, kif spjegat mill-Unjoni tal-Enerġija; jenfasizza li l-provvista ta' enerġija lill-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE hija importanti kemm mil-lat strateġiku kif ukoll minn dak ekonomiku; jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' pjattaform Ewro-Mediterranja tal-gass u jafferma li l-interkonnessjonijiet Ewro-Mediterranji fis-setturi tal-gass u tal-elettriku jeħtieġu jkunu inkoraġġiti;

46.  Jappoġġa l-finanzjmanent tal-perkors tat-taħriġ akkademiku u professjonali fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq sabiex tinħoloq riżerva ta' kompetenzi professjonali; josserva li l-programm ta' mobilità ċirkolari tal-UE għat-taħriġ professjonali għandu jkun estiż kemm jsita' jkun għall-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, permezz ta' strumenti flessibbli u li jinbiddlu bħas-sħubijiet għall-mobilità;

47.  Jistieden lill-UE tafferma l-involviment tagħha fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp ekonomiku tal-istati tar-reġjun, assistita l-istrumenti kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha; ifakkar li tali strumenti jvarjaw mill-għajnuna umanitarja għall-ftehimiet ta' kummerċ ħieles profondi u komprensivi u jippermettulha tkopri proċess li jibda mill-ħruġ mill-kriżi sal-istabbiliment ta' istituzzjonijiet stabbli;

48.  Jiddispjaċih li huwa neċessarju perjodu minimu ta' sena sabiex tiġi awtorizzata l-għajnuna makrofinanzjarja favur il-pajjiżi fejn is-sitwazzjoni baġitarja hija vulnerabbli ħafna; jinsisti sabiex l-UE tkun tista' timmobilizza jew terġa' torjenta l-fondi neċessarji b'mod rapidu ħafna; iħeġġeġ il-ħolqien ta' dimensjoni proċedurali ġdida tal-għajnuna tal-UE, kemm fil-qafas tal-għajnuna mogħtija fuq il-bażi tal-istrumenti finanzjarji tal-azzjoni esterna tal-UE kif ukoll f'livell ta' assistenza makrofinanzjarja; jissottolinja, fil-kuntest tal-assistenza makrofinanzjarja, il-bżonn li l-UE tivvaluta adegwatament l-impatt soċjoekonomiku u fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-miżuri rikjesti mill-pajjiżi benefiċjarji bil-għan li jiġi żgurat li tali assistenza ma tikkostitwixxix fattur ta' instabbiltà, pereżempju billi timmina s-servizzi soċjali; jistieden lid-donaturi tal-fondi tad-dinja Għarbija jikkoordinaw l-għajnuna tagħhom fi ħdan il-Lega tal-Istati Għarab u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u, kemm jista' jkun, mal-UE;

49.  Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) jikkoordinaw l-istrateġiji ta' investiment tagħhom mal-Unjoni għall-Mediterran bil-għan li jinħolqu sinerġiji pożittivi;

50.  Jistieden lill-UE tiżviluppa s-sħubijiet tagħha mal-pajjiżi tar-reġjun li mhumiex parti mill-viċinat dirett tagħha; isostni l-konklużjoni ta' konvenzjoni li tistabbilixxi żona ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf sal-punt li fih jinstab ftehim reċiprokament vantaġġjuż li lill-UE joffrilha preżenza akbar u lieva supplimentari fir-reġjun, partikolarment permezz tal-issuktar tan-negozjati għal programm ta' azzjoni konġunta ġdid; ifakkar li ftehim ta' dan it-tip bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-EFTA daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014;

51.  Jinkoraġġixxi l-UE tkompli d-diskussjonijiet għat-tnedija tan-negozjati favur ftehimiet ta' kummerċ ħieles profondi u komprensivi ma' wħud mill-pajjiżi tar-reġjun, konformement mal-impenji meħuda mill-Unjoni Ewropea b'segwitu għas-Sħubija ta' Deauville; ifakkar li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet kummerċjali huwa parti integrali tal-politika esterna tal-UE u jikkontribwixxi għall-objettivi ta' paċi, prosperità u stabbiltà;

52.  Jissottolinja li l-integrazzjoni reġjonali tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jista' jsaħħaħ ir-rabtiet politiċi u jippromwovi l-kummerċ u l-iżvilupp; jistieden lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jiddiversifikaw l-ekonomiji u l-importazzjonijiet tagħhom; josserva li l-maġġoranza kbira tal-kummerċ tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq isir ma' pajjiżi mhux ta' dan ir-reġjun; jiddispjaċih dwar l-imblukkar li l-UE qed tħabbat wiċċha miegħu rigward l-Unjoni tal-Magreb Għarbi (UMA); jistieden lil-UE tagħmel kull sforz, fil-livell diplomatiku, politiku u finanzjarju, sabiex tgħin l-istabbiliment tal-integrazzjoni reġjonali tal-pajjiżi tal-Magreb, fil-qafas tal-UMA jew tal-ftehimiet ġeografikament aktar estiżi ta' Agadir;

53.  Jilqa' pożittivament is-sostenn tal-Kunsill Affarijiet Barranin favur l-inizjattiva għall-koordinament tal-investimenti fir-reġjun tal-Mediterran tan-Nofsinhar (AMICI); jenfasizza l-importanza tal-inizjattivi li jippromwovu l-konsistenza u l-effiċjenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea;

54.  Jappoġġa aktar kooperazzjoni fis-settur tat-trasport, inkluż billi in-netwerk tal-infrastruttura tal-Unjoni Ewropea jingħaqqad ma' dak tal-pajjiżi sħab b'mod aktar strett sabiex jiġu faċilitati l-moviment tal-persuni u tal-prodotti;

o
o   o

55.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kollha tal-UE, lis-Segretarji Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab u tal-Unjoni għall-Mediterran u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0023.
(2) ĠU C 247 E, 17.8.2012, p. 1.
(3) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 163.
(4) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 26.
(5) ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 21.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0207.
(7) Testi adottati, P8_TA(2014)0027.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0010.
(9) Testi adottati, P8_TA(2015)0040.
(10) Testi adottati, P8_TA(2015)0077.
(11) Testi adottati, P8_TA(2015)0071.


Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat
PDF 504kWORD 173k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2015/2002(INI))
P8_TA(2015)0272A8-0194/2015

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta’ konsultazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli bit-titolu ‘Lejn Politika Ewropea tal-Viċinat ġdida’, ippublikat fl-4 ta’ Marzu 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli bit-titolu ‘Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran’ (COM(2011)0200)(2), ippubblikata fit-8 ta’ Marzu 2011, u ‘Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni’ (COM(2011)0303)(3), ippubblikata fil-25 ta’ Mejju 2011,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2003 bit-titolu ‘Ewropa Estiża - Viċinat: qafas ġdid għar-relazzjonijiet mal-ġirien tagħna tal-Lvant u tan-Nofsinhar’ (COM(2003)0104)(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat(5) tat-18 ta’ Frar 2008 u tal-20 ta’ April 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat,

–   wara li kkunsidra l-linji gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-24 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, primarjament dawk tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar relazzjonijiet mal-ġirien tagħna lejn il-Lvant u n-Nofsinhar(6), tal-20 ta’ April 2004 dwar ‘Ewropa estiża - politika tal-viċinat ġdida’(7), tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat(8), tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat(9), tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat - dimensjoni tal-Lvant(10), tas-7 ta’ April 2011 dwar ‘ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat - dimensjoni tan-Nofsinhar’(11), tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat(12), tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar ‘Il-Politika Ewropea tal-Viċinat: lejn ħidma favur sħubija aktar b’saħħitha: il-pożizzjoni tal-PE dwar ir-rapporti tal-2012(13), u tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-valutazzjoni u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet għar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant(14),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Riga tas-Summit dwar is-Sħubija tal-Lvant tat-22 ta' Mejju 2015,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Riflessjoni ta’ Livell Għoli dwar il-Komunità tal-Enerġija għall-Futur,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0194/2015),

A.  billi l-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) inħolqot biex tapprofondixxi r-relazzjonijiet, ittejjeb il-kooperazzjoni u ssaħħaħ is-sħubijiet tal-UE mal-pajjiżi ġirien, bil-għan li tiġi żviluppata żona ta’ stabbiltà, sigurtà u prosperità komuni kif enfasizzat fl-Artikolu 8 tat-TUE; billi l-objettiv jibqa’ l-istess;

B.  billi l-viċinat attwalment jinsab f’sitwazzjoni ta’ bidla minħabba l-għadd dejjem jikber ta’ sfidi ta’ sigurtà li ilhom jeżistu u oħrajn emerġenti u ġodda, u huwa konsiderevolment inqas stabbli, konsiderevolment inqas sigur u qed iħabbat wiċċu ma' kriżi ekonomika aktar profonda minn meta tnediet il-PEV;

C.  billi l-politika riveduta għandha tkun ibbażata fuq responsabbiltà reċiproka u impenn kondiviż lejn il-valuri u l-prinċipji tal-UE, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u istituzzjonijiet pubbliċi effiċjenti, responsabbli u trasparenti, u billi dawn huma fl-interess ta' soċjetajiet ġirien daqs kemm huma fl-interess tas-soċjeta tagħna f’termini ta’ stabbiltà, sigurtà u prosperità; billi, minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi fil-prattika, l-UE trid tibqa’ deċiża fl-appoġġ tagħha għall-proċessi ta’ tranżizzjoni f'kull u fi kwalunkwe pajjiż u d-demokratizzazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

D.  billi partijiet kbar tal-viċinat għadhom qed jiġu affettwati minn kriżijiet u kunflitti armati jew iffriżati; billi l-pajjiżi sħab għandhom iħabirku għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitti eżistenti; billi l-eżistenza ta’ kunflitti, inklużi dawk iffriżati jew imtawla, tfixkel it-trasformazzjoni ekonomika, soċjali u politika kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali, l-istabbiltà u s-sikurezza, billi l-UE għandu jkollha rwol iżjed attiv fis-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti eżistenti;

E.  billi dawn il-kunflitti jimminaw l-iżvilupp ta' dimensjoni multilaterali ġenwina u effettiva tal-PEV; billi l-paċi u l-istabbiltà huma elementi fundamentali tal-PEV; billi l-pajjiżi sħab għandhom jirrispettaw dawn il-prinċipji;

F.  billi l-UE tikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, l-istupru, l-iskjavitù, id-delitti tal-unur, iż-żwiġijiet furzati, it-tħaddim tat-tfal u l-mutilazzjoni ġenitali femminili;

G.  billi l-iżviluppi fir-reġjun mill-2004 ’l hawn, iżda b’mod partikolari f'dawn l-aħħar ftit snin, urew li l-PEV mhix kapaċi tirrispondi b’mod adegwat u fil-pront għal ċirkostanzi iebsa u li jinbidlu malajr;

H.  billi l-PEV tibqa' prijorità strateġika tal-politika barranija tal-UE, billi r-rieżami tal-PEV għandu jitwettaq bl-għan li jsaħħaħha u fl-ispirtu li jsostni l-progress lejn Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE komprensiva u effikaċi b'mod ġenerali;

I.  billi l-Kummissjoni u s-SEAE, flimkien mal-Kunsill u l-Parlament, ippruvaw jagħtu sura ġdida lill-PEV mill-ġdid sabiex jittrattaw in-nuqqasijiet tagħha u jadattawha għal ċirkostanzi nazzjonali u internazzjonali mibdula, b’mod partikolari wara r-Rebbiegħa Għarbija; billi dan ġie rifless fl-istrument ta' finanzjament il-ġdid għall-PEV għall-2014-2020 - l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI); billi l-isfidi attwali ppreżentati mill-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-okkupazzjoni tal-Krimea u d-Da’esh għandhom jiġu kkunsidrati fir-rieżami tal-PEV;

J.  billi l-insigurtà, l-instabbiltà u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi sfavorevoli fil-pajjiżi ġirien jista’ jkollhom impatti negattivi u jistgħu jreġġgħu lura t-tendenzi demokratiċi tal-passat;

K.  billi mill-introduzzjoni tal-approċċ il-ġdid fl-2011, żviluppi politiċi fil-viċinat urew li l-UE għandha bżonn tqis mill-ġdid ulterjorment ir-relazzjonijiet mal-ġirien tagħha, filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet esterni u interni differenti; billi l-UE għandha bżonn tindirizza sfidi ġodda fil-viċinat tagħha u taġġusta l-istrateġija tagħha billi teżamina l-interessi u l-prijoritajiet tagħha u tevalwa l-għodod tal-politika, l-inċentivi u r-riżorsi disponibbli tagħha u l-attrazzjoni tagħhom għal sħabha;

L.  billi r-rieżami li sar fl-2011 tal-PEV iddikjara li l-approċċ il-ġdid għandu jkun ibbażat fuq responsabbiltà reċiproka u impenn kondiviż lejn il-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

M.  billi l-UE għandu jkollha rwol iżjed attiv fis-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti eżistenti, speċjalment dawk iffriżati jew imtawla, li attwalment jirrappreżentaw ostaklu li ma jistax jingħeleb għall-iżvilupp sħiħ tal-PEV kemm fil-Lvant u kemm fin-Nofsinhar, li jfixklu r-relazzjonijiet tajba ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali;

N.  billi l-PEV tinkludi diversi “viċinati”, li jinkludi pajjiżi b’interessi, ambizzjonijiet u kapaċitajiet differenti;

O.  billi approċċ differenzjat u politika mfassla apposta huma meħtieġa, speċjalment billi l-viċinat tal-UE sar aktar frammentat minn qatt qabel, bil-pajjiżi li huma differenti f’ħafna aspetti, inklużi fl-ambizzjonijiet u l-aspettattivi tagħhom fir-rigward tal-UE, l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom u l-ambjent estern tagħhom; billi r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi tal-PEV huma fi stadji differenti ta’ żvilupp; billi l-użu effikaċi tal-prinċipju “aktar għal aktar” huwa ta’ importanza fundamentali fit-tiswir u d-differenzjar tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab, u l-UE għandha “tippremja” il-pajjiżi li juru kooperazzjoni msaħħa magħha u progress fil-kisba tal-valuri Ewropej, f’termini ta’ riżorsi u ta' inċentivi oħra fi ħdan il-qafas tal-PEV; billi l-ġirien tal-UE għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-futur tagħhom mingħajr ebda pressjoni esterna;

P.  billi, il-progress fis-soluzzjoni tal-kunflitti u l-kontroversji bejn il-pajjiżi tal-PEV għandu jitqies bħala kriterju li għandu jiġi vvalutat fir-Rapporti ta' Progress annwali;

Q.  billi r-rispett lejn l-integrità territorjali ta’ stati sovrani huwa prinċipju fundamentali tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi fil-viċinat Ewropew u l-okkupazzjoni ta’ territorju ta’ pajjiż minn pajjiż ieħor hija inammissibbli;

R.  billi r-riżorsi disponibbli lill-UE għall-azzjoni tagħha bħala ‘attur globali’ sal-2020 fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali jammontaw biss għal 6 % tal-baġit totali, u jkopru l-programmi relatati kollha, inklużi l-iżvilupp u l-assistenza għall-kooperazzjoni;

S.  billi l-PEV ikkontribwixxiet għall-artikolazzjoni ta' vuċi waħda tal-UE fil-viċinat kollu kemm hu; billi l-Istati Membri għandu jkollhom rwol importanti fil-viċinat Ewropew billi jallinjaw l-isforzi tagħhom u jżidu l-kredibbiltà u l-kapaċità ta' azzjoni tal-UE billi jitkellmu b’vuċi waħda;

T.  billi l-proċess ta’ konsultazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni u s-SEAE għandu jkun komprensiv u inklussiv sabiex jiżgura li l-partijiet interessati rilevanti kollha jiġu kkonsultati; billi għandha tiġi enfasizzata l-importanza li jitħeġġu l-organizzazzjonijiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa biex jipparteċipaw f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni; billi għandhom isiru aktar sforzi biex jiżdiedu l-viżibbiltà u l-għarfien tal-PEV fl-opinjoni pubblika tal-pajjiżi sħab;

U.  billi l-viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar iħabbtu wiċċhom ma’ problemi differenti u l-ittrattar ta’ dawn il-problemi b’suċċess jirrikjedi li l-PEV tkun flessibbli u adattabbli f’termini tal-ħtiġijiet u l-isfidi speċifiċi ta’ kull reġjun;

1.  Jenfasizza l-importanza, in-neċessità u l-puntwalità tar-rieżami tal-PEV; jenfasizza li l-PEV riveduta għandha tkun tista’ tipprovdi rispons rapidu, flessibbli u xieraq għas-sitwazzjoni fuq il-post, filwaqt li tippreżenta wkoll viżjoni strateġika ambizzjuża għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien kemm f’qafas bilaterali u kemm f'wieħed multilaterali, b’konformità mal-impenn li jippromwovu l-valuri ewlenin li fuqhom il-PEV hija bbażata;

2.  Jenfasizza li l-PEV hija parti essenzjali tal-politika barranija tal-UE u għandha tibqa’ politika unika; iqis li tifforma parti mill-azzjoni esterna tal-UE li l-potenzjal u l-uniċità tagħha jinsabu f’firxa wiesgħa ta’ strumenti diplomatiċi, ta’ sigurtà, ta’ difiża, ekonomiċi, kummerċjali, ta’ żvilupp u umanitarji disponibbli biex jintużaw; isostni li PEV effikaċi hija essenzjali biex jissaħħu l-kredibbiltà u pożizzjonament globali tal-politika barranija tal-UE, u li l-PEV għandha turi t-tmexxija awtentika tal-UE fil-viċinat u fir-relazzjonijiet ma' sħabna fil-livell globali;

3.  Jemmen fil-kontinwazzjoni tal-valur tal-objettivi dikjarati inizjalment tal-PEV li tinħoloq żona ta’ prosperità, stabbiltà, sigurtà u ta’ relazzjonijiet tajba ta' viċinat, ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji komuni tal-Unjoni, billi tipprovdi assistenza u inċentivi għal riformi strutturali profondi fil-pajjiżi tal-viċinat, imwettqa taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess u miftiehma magħhom, li se jippermettu involviment imsaħħaħ mal-UE; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jittieħed kont tal-lezzjonijiet misluta, li jkun hemm ritorn għall-prinċipji fundamentali u li dawn l-objettivi jitqiegħdu lura fil-quċċata tal-aġenda;

4.  Jenfasizza l-importanza strateġika tal-PEV, bħala politika li toħloq relazzjonijiet b’diversi livelli u interdipendenza qawwija bejn l-UE u sħabha fil-viċinat; jenfasizza li l-isfida fundamentali tal-PEV tikkonsisti li tiggarantixxi għaċ-ċittadini tal-pajjiżi sħab titjib tanġibbli u konkret; iqis li l-PEV għandha ssir politika aktar qawwija, aktar politika u aktar effikaċi, anke permezz tat-tisħiħ tal-elementi pożittivi tagħha, fosthom iffukar akbar fuq sħubija mas-soċjetajiet, id-differenzjazzjoni u l-approċċ “aktar għal aktar”;

5.  Jenfasizza li r-rispett għall-valuri universali fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem li fuqhom hija msejsa l-UE għandhom jibqgħu fil-qalba tal-politika riveduta, kif iddikjarat fl-Artikolu 2 tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi; itenni li t-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-appoġġ għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma fl-interess tal-pajjiżi sħab, u jitlob għal kundizzjonalità aktar b’saħħitha rigward ir-rispett għal dawn il-valuri fundamentali komuni; jenfasizza f'dan il-kuntest ir-rwol tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED);

6.  Jenfasizza li l-politika mġedda għandha tkun aktar strateġika, iffukata, flessibbli u koerenti kif ukoll politikament motivata; jistieden lill-UE biex tifformula viżjoni politika ċara u ambizzjuża dwar il-PEV, u biex tagħti attenzjoni speċjali lill-prijoritajiet politiċi tagħha stess fil-viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar, b’kunsiderazzjoni għall-isfidi differenti li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi f’kull reġjun, kif ukoll għall-aspirazzjonijiet u l-ambizzjonijiet politiċi differenti tagħhom; isostni li s-sħubiji tal-Lvant u tal-Mediterran huma ta’ importanza kruċjali; jitlob li jinħatru rappreżentanti speċjali għal-Lvant u n-Nofsinhar, bil-kompitu li jikkoordinaw politikament il-politika riveduta u li jkunu involuti f’kull azzjoni tal-UE fil-viċinat;

7.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Istati Membri, l-għarfien espert tagħhom u r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-pajjiżi tal-PEV fit-tfassil ta’ politika koerenti tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni xierqa bejn il-VP/RGħ, il-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati ta’ Tkabbir, id-delegazzjonijiet tal-UE u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi; isostni li d-delegazzjonijiet tal-UE għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fl-implimentazzjoni tal-PEV;

8.  Jitlob lill-VP/RGĦ biex tiżviluppa proposti għal kooperazzjoni ma' ġirien Ewropej li lesti jagħmlu dan Viċinat Ewropej abbażi tal-mudell taż-Żona Ekonomika Ewropea, li jistgħu jikkostitwixxu pass ulterjuri fil-perspettiva Ewropea tagħhom, ikunu bbażati fuq l-inklużjoni msaħħa fiż-żona tal-UE f’termini ta’ libertajiet u integrazzjoni sħiħa fi ħdan is-suq komuni, bħal fil-każ tan-Norveġja, u anki jinkludu koooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Politika Estera u ta’ Siġurtà Komuni (PESK);

9.  Iħeġġeġ li l-prijoritajiet fuq perjodu qasir, medju u fit-tul kif ukoll l-objettivi strateġiċi jiġu ddefiniti, filwaqt li jżomm f’moħħu li l-PEV għandha l-għan li toħloq approċċ differenzjat biex tippromwovi l-kooperazzjoni f’oqsma differenti fost u mal-pajjiżi tal-PEV; jenfasizza li fid-definizzjoni tal-approċċ tagħha l-UE għandha tħares lejn l-interessi u l-prijoritajiet tagħha u ta' dawk il-pajjiżi individwali kkonċernati, flimkien mal-livell ta’ żvilupp tagħhom, filwaqt li tikkunsidra l-interessi u l-aspirazzjonijiet tas-soċjetajiet, l-ambizzjonijiet politiċi u l-kuntest ġeopolitiku;

10.  jenfasizza li s-sjieda lokali, it-trasparenza, ir-responsabbiltà reċiproka u l-inklużività għandhom ikunu aspetti ewlenin ta’ approċċ ġdid sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-PEV jilħqu l-livelli kollha tal-komunità u tas-soċjetà fil-pajjiżi kkonċernati, flok ma jiġu kkonċentrati fi gruppi partikolari;

11.  Jenfasizza l-konvinzjoni tiegħu li, jekk il-pajjiżi sħab għandhom jiġu megħjuna biex isaħħu l-potenzjal ta' żvilupp tagħhom stess, id-djalogu politiku li bħalissa jikkaratterizza l-PEV għandu jċedi postu għal djalogu soċjali, ekonomiku u kulturali aktar wiesa' li jħaddan l-aspetti kollha tad-diversità politika, soċjali, etnika u kulturali tal-pajjiżi sħab; jenfasizza l-valur tal-progress miksub permezz ta’ kooperazzjoni territorjali bl-involviment dirett tal-awtoritajiet lokali;

12.  Jiddispjaċih mir-riżorsi limitati allokati għall- kooperazzjoni tal-UE ma' sħabha fi ħdan il-viċinat tagħha, b’mod partikolari meta mqabbla mal-livelli ogħla b'mod sinifikanti ta’ riżorsi investiti fil-pajjiżi tal-PEV minn partijiet interessati li jiġu minn pajjiżi terzi; jinnota li dan jipperikola l-abbiltà tal-UE li tippromwovi u timplimenta politiki li jkunu konformi mal-interessi strateġiċi tagħha fil-viċinat tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi razzjonalizzat l-appoġġ u jiżdiedu l-fondi sabiex effettivament jiġu ppremjati u appoġġati l-pajjiżi sħab li jkunu ġenwinament impenjaw ruħhom li jiksbu riformi, demokratizzazzjoni u rispett għad-drittijiet tal-bniedem u li jagħmlu progress f'din id-direzzjoni;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-responsabbiltà u l-mekkaniżmi ta’ trasparenza fil-pajjiżi sħab sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-kapaċità li jassorbu u jużaw il-Fondi b’mod effiċjenti u b’mod sinifikanti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tiżgura mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u sorveljanza tal-infiq effiċjenti tal-assistenza tal-UE fil-pajjiżi tal-PEV, inkluż permezz ta’ skrutinju mis-soċjetà ċivili;

14.  Jistieden lill-UE biex ittejjeb il-koordinazzjoni tagħha ma’ donaturi u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, inkluż permezz tal-inizjattiva AMICI, f’konformità mal-impenn tagħha biex issir attur globali aktar konsistenti, rispettat u effikaċi, u jenfasizza l-ħtieġa għal programmar konġunt ma’ u fost l-Istati Membri; jissottolinja li koordinazzjoni aħjar mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet reġjonali u lokali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq u jinkiseb approċċ komuni, koerenti u effikaċi għall-għanijiet fuq perjodu qasir u medju tal-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tal-viċinat, u jitlob li tinfetaħ diskussjoni dwar din il-kwistjoni mal-Kunsill;

15.  Jissottolinja li l-UE għandha tassoċja l-ambizzjonijiet ta’ impenn imsaħħaħ fil-viċinat tagħha ma finanzjament suffiċjenti; iqis li r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrumenti ta' finanzjament estern għandu jqis il-politika riveduta, u li l-ENI għandu għalhekk jirrifletti l-ambizzjoni li l-PEV issir aktar effiċjenti u jiżgura l-prevedibbiltà u s-sostenibbiltà tal-impenn tal-UE ma' sħabna, kif ukoll livell adegwat ta’ flessibbiltà proċedurali; jitlob, barra minn hekk, għal aktar koerenza u konsistenza bejn il-varji strumenti ta' finanzjament estern tal-UE;

16.  Jenfasizza r-rwol faċilitattiv tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED), li jikkomplementa l-istrumenti tal-UE b’approċċ ġdid li huwa aktar flessibbli u reattiv, ineħħi l-lakuni u huwa finanzjarjament effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni biex talloka aktar riżorsi għall-EED;

17.  Jirrikonoxxi li l-atteġġamenti lejn l-Ewropa u l-UE fil-pajjiżi ġirien iħallu impatt reali fuq il-kunflitt, iżda jiċħad kwalunkwe kompliċità mar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi ġirien li jirriżultaw minn tiftix mhux ġudizzjuż tal-istabbiltà fuq perjodu qasir;

Valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-UE

L-ifformular mill-ġdid tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-PEV tkun ifformulata mill-ġdid sabiex jinbnew sħubiji b’saħħithom, strateġiċi u dejjiema mal-pajjiżi tal-PEV li jkunu bbażati fuq il-preservazzjoni u f'konformità mal-valuri u l-prinċipji tal-UE u fuq il-promozzjoni ta’ interessi reċiproċi; jitlob li l-aspetti tekniċi tal-politika jiġu sostnuti minn viżjoni politika ċara;

19.  Jinnota li l-PEV għandha tuża l-istrumenti u l-metodoloġija tagħha stess, li għandhom jikkorrispondu mal-livell ta’ ambizzjoni u mal-ħtiġijiet u l-objettivi li l-pajjiżi tal-PEV u l-UE jfittxu li jilħqu;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq setturi identifikati flimkien ma' sħabha, fuq il-bażi ta’ interessi komuni, li fihom jista' jinkiseb il-progress u l-valur miżjud universali, u biex gradwalment tespandi l-kooperazzjoni bbażata fuq il-progress u l-ambizzjoni, b’mod partikolari sabiex tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp tal-bniedem bi ffukar fuq il-ġenerazzjonijiet il-ġodda; jenfasizza li r-riformi ekonomiċi għandhom jimxu skont riformi politiċi u li l-governanza tajba tista' tinkiseb biss permezz ta' proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jkun miftuħ, responsabbli u trasparenti bbażat fuq l-istituzzjonijiet demokratiċi;

21.  Jenfasizza li l-politika ta’ tkabbir u l-politika tal-viċinat huma politiki separati b’objettivi differenti; itenni, madanakollu, li l-pajjiżi Ewropej fi ħdan il-PEV, bħal kull pajjiż Ewropew ieħor, jistgħu japplikaw għall-adeżjoni mal-UE jekk jissodisfaw il-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u tad-dħul skont l-Artikolu 49 tat-TUE; iqis li, filwaqt li jirrikonoxxi li r-riforma u t-transizzjoni għandhom jiġu l-ewwel u mingħajr ma jrid iqajjem aspettattivi mhux realistiċi, li perspettiva ta' adeżjoni għandha tiġi sostnuta bħala inċentiv għall-pajjiżi kollha li huma eliġibbli u esprimew b’mod ċar aspirazzjonijiet u ambizzjonijiet Ewropej;

Appoġġ għad-demokrazija, ir-riforma ġudizzjarja, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali

22.  Iqis li l-appoġġ għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-bini tal-istat u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-libertajiet fundamentali hu essenzjali għall-PEV; jenfasizza li l-ebda politiki li jikkontribwixxu biex jikkompromettu dawn il-valuri ċentrali ma għandhom jiġu adottati taħt il-PEV; jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom joffru inċentivi u għarfien tekniku biex jitwettqu u jiġu appoġġati r-riformi demokratiċi u jingħelbu l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa kontinwa li tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-rispett għad-diversità u d-drittijiet tal-minoranzi, inklużi l-gruppi reliġjużi, id-drittijiet ta’ persuni LGBTI, id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u d-drittijiet ta’ persuni li jiffurmaw parti minn minoranzi etniċi; jenfasizza li l-bini tal-kapaċitajiet f’istituzzjonijiet nazzjonali, inkluż l-assemblej nazzjonali, flimkien ma' appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-gruppi favur id-demokrazija u l-partiti politiċi, se ssaħħaħ id-djalogu politiku u l-pluraliżmu;

24.  Jenfasizza li d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dritt għan-nondiskriminazzjoni huma drittijiet fundamentali u prinċipji ewlenin tal-azzjoni esterna tal-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll l-għoti tas-setgħa ekonomika u politika lin-nisa, bil-għan li jinbnew soċjetajiet inklużivi, prosperi u stabbli fil-viċinat tal-UE;

25.  Iqis li l-PEV riveduta għandha ssaħħaħ il-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali fil-pajjiżi tal-PEV billi trawwem il-libertà ta' espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ għaqda paċifika u l-libertà tal-istampa u tal-midja bħala drittijiet li jippermettu t-twettiq tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

26.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata d-dimensjoni soċjali tal-PEV, bl-involviment mas-sħab fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni, li tistimula l-impjiegi u t-tkabbir ġust, tiffaċilita relazzjonijiet tax-xogħol b’saħħithom u tippromwovi l-edukazzjoni u x-xogħol deċenti, biex b’hekk ikunu qed jiġu ttrattati wħud mill-kawżi primarji tal-migrazzjoni irregolari;

27.  Jirrikonoxxi l-importanza ta’ djalogu kulturali bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien, f’oqsma bħall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, l-iżvilupp ta' industriji kreattivi, it-tisħiħ tal-libertà ta’ esprezzjoni, l-appoġġ għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, u t-tisħiħ tad-djalogu mas-soċjetà ċivili u tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż, anke sabiex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni dejjem akbar u l-persekuzzjoni ta’ minoranzi u gruppi reliġjużi; jitlob għat-tisħiħ tal-qafas għar-relazzjonijiet kulturali, li jippermetti l-iżvilupp ta’ programmi għall-mobbiltà, it-taħriġ u l-bini tal-kapaċitajiet kif ukoll l-iskambji fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni;

28.  Jenfasizza li l-approċċ ibbażat fuq “Sħubija mas-Soċjetajiet” għandu jiġi msaħħaħ u promoss; iħeġġeġ li l-interessi komuni u l-għanijiet tal-politika jiġu definiti b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha mis-soċjetajiet differenti, u mhux biss mal-awtoritajiet;

29.  Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili b’saħħitha u attiva fil-proċessi tat-trasformazzjoni u d-demokratizzazzjoni, li jinkludu s-sħab soċjali u l-komunità tan-negozju; jitlob li jkun hemm aktar appoġġ għas-soċjetà ċivili, għall-SMEs lokali u għal atturi oħra mhux statali, peress li dawn jikkostitwixxu mutur għall-proċess ta’ riforma, u għal djalogu u sħubija aktar involuti bejn l-atturi u s-setturi differenti tas-soċjetà ċivili fl-UE u l-pajjiżi ġirien fil-qafas tal-PEV; jissottolinja l-importanza tal-kumpaniji Ewropej u r-rwol tagħhom fil-promozzjoni u d-disseminazzjoni ta' standards internazzjonali għan-negozju, inkluża r-responsabbiltà soċjali korporattiva;

Differenzjazzjoni u kundizzjonalità

30.  Jitlob li l-PEV tiġi żviluppata f’qafas ta’ politika mfassal b'mod iktar speċifiku u flessibbli li jkun kapaċi jadatta għad-diversità li teżisti fost il-pajjiżi sħab, u għal implimentazzjoni konsistenti tal-approċċ “differenzjat”; jissottolinja li d-differenzjazzjoni għandha sseħħ bejn il-pajjiżi tal-PEV;

31.  Jenfasizza l-bżonn li tiġi applikata kundizzjonalità effettiva fir-rigward ta’ proċessi ta’ riforma, u jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ koerenti min-naħa tal-UE bejn il-pożizzjonijiet tagħha u l-kundizzjonalità fl-allokazzjonijiet finanzjarji; jenfasizza li l-UE ma tistax tikkomprometti l-valuri u d-drittijiet fundamentali tagħha u għandha tevita li toħloq standards doppji; jenfasizza li l-pajjiżi li qed jagħmlu progress fl-implimentazzjoni tar-riformi, li jwasslu għal żviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali fit-tul u li jfittxu impenn politiku aktar fil-fond mal-UE, għandhom jingħataw impenn u appoġġ aktar sostanzjali mill-UE u għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' kisbiet individwali f’dawn il-proċessi ta’ riforma; jenfasizza l-importanza li jkun applikat bis-sħiħ il-prinċipju ta’ “aktar għal aktar”;

32.  Jenfasizza li l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni huma l-pass l-aktar avvanzat iżda mhux l-aħħar wieħed fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ġirien tagħha;

33.  Iqis li l-UE għandha tistieden lil pajjiżi sħab li magħhom ma għandhiex ftehimiet ta' assoċjazzjoni biex jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni settorjali, inkluża l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet settorjali ġodda jew jissaħħu dawk eżistenti, bħall-Komunità tal-Enerġija, b'mod li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi f’partijiet settorjali speċifiċ taż-żona unika tal-erba’ libertajiet bażiċi tal-UE;

34.  Iqis li fl-isforzi biex tinkiseb l-PEV attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-kooperazzjoni relatata mal-governanza ekonomika u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fil-pajjiżi tal-PEV;

Id-dimensjoni tas-sigurtà

35.  Jinnota li l-preservazzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà hija ta' tħassib fundamentali fil-viċinat u li l-ambjent ta’ sigurtà qed imur drastikament għall-agħar; jitlob li fil-PEV ikun hemm komponent ta’ sigurtà qawwi, bi strumenti ta' politika xierqa li sfortunatament sal-lum kienu nieqsa; jenfasizza li l-UE għandha tiffoka fuq li ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-istrumenti ta’ ġestjoni tal-kriżi attwali tagħha bil-ħsieb li tistabbilixxi kapaċitajiet li jwessgħu l-ispettru tal-interventi ta' ġestjoni tal-kriżi; jenfasizza li s-sigurtà, l-istabbiltà u l-iżvilupp jimxu id f’id u li hemm bżonn ta’ approċċ komprensiv li jittratta t-tħassib tas-sigurtà fir-reġjun u l-kawżi ewlenin tiegħu;

36.  Josserva li l-istabbiltà tal-faxxa Saħel/Saħara għandha titqies bħala ċentru nevralġiku ta’ insigurtà, kemm fit-Tramuntana kif ukoll fin-Nofsinhar tal-Afrika, u li l-instabbiltà ta’ dan ir-reġjun hija kkawżata mill-multiplikazzjoni ta' netwerks ta’ traffikar tal-armi, ta' drogi u bnedmin u qed tkun ta' ħsara għall-istabbiltà tal-Ewropa;

37.  Jitlob għal koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn il-PEV u l-attivitajiet aktar wiesgħin tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), flimkien mat-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-sigurtà interna u esterna u li jindirizzaw aspetti differenti tas-sigurtà tal-pajjiżi tal-PEV u tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza u allinjament sħiħ bejn ir-rieżami tal-PEV u r-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà;

38.  Jenfasizza l-ħtieġa għal strateġija politika globali filwaqt li tiżgura konformità sħiħa mad-dritt u l-impenji internazzjonali, kif stipulat fl-Att Finali ta’ Ħelsinki tal-1975, abbażi tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-libertajiet fundamentali, l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-istati, l-invjolabbiltà tal-fruntieri, l-ugwaljanza tad-drittijiet u l-awtodeterminazzjoni tal-popli, kif ukoll is-soluzzjoni paċifika ta' kunflitti; Jinnota li l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), bħala l-akbar organizzazzjoni reġjonali responsabbli għas-sigurtà, jista’ jkollha rwol importanti f’dan ir-rigward u jemmen li għandha tikseb impetu ġdid billi tieħu r-rwol ta’ medjatur; jappoġġa d-dritt tas-sħab li jagħmlu għażliet indipendenti u sovrani dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà, ħielsa minn kull pressjoni esterna u koersjoni;

39.  Jitlob li l-politika riveduta tappoġġja lill-pajjiżi sħab fil-bini ta’ strutturi statali xierqa biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ sigurtà, bħalma huma l-infurzar effikaċi tal-liġi, it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, kif ukoll l-intelliġenza u s-sigurtà, inkluża s-sigurtà ċibernetika, żviluppati fuq il-bażi ta’ rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u akkumpanjati minn kontroll demokratiku parlamentari xieraq; jenfasizza li l-UE għandha tipparteċipa f’oqsma bħar-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR), u, f’sitwazzjonijiet ta’ wara l-kunflitt, fid-diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR); jistieden lill-UE tiffoka fuq il-bini tal-kapaċitajiet għall-kontroll tal-fruntieri min-naħa tal-pajjiżi sħab; jirrikonoxxi l-kontribut kontinwu li diġà qed jingħata minn uħud minn dawn il-pajjiżi; jistieden lill-pajjiżi ġirien biex jikkontribwixxu għall-missjonijiet tal-PSDK fejn rilevanti; jistieden lill-UE biex tippromwovi inizjattivi konġunti mill-pajjiżi ġirien fil-qasam tas-sigurtà, sabiex ikunu jistgħu jieħdu iktar responsabbiltà u jagħmlu kontribut pożittiv għas-sigurtà fir-reġjun tagħhom;

40.  Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom taħt il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK dwar l-esportazzjoni tal-armi, li fost l-oħrajn tirrikjedi li jiċċaħħad il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni għal teknoloġija jew tagħmir militari lil kwalunkwe pajjiż tal-viċinat jekk ikun hemm riskju ċar li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari li se jiġi esportat jista’ jiġi użat għal repressjoni interna jew biex jitwettaq ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, jekk jista’ jipprovoka jew itawwal kunflitti armati jew jaggrava tensjonijiet eżistenti jew kunflitti fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali, jew jekk jista’ jiġi esportat b’mod aggressiv kontra pajjiż ieħor jew biex permezz tal-forza ssir rivendikazzjoni territorjali;

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li b’mod attiv jippromwovi u jassisti f’riżoluzzjoni paċifika ta’ kunflitti u f'politiki ta’ rikonċiljazzjoni wara l-kunflitti fil-viċinat tal-UE, bl-użu ta’ għodod u strumenti differenti fuq il-bażi tal-valur miżjud li jistgħu jipprovdu; jemmen li miżuri bħal dawn għandhom jinkludu x-xogħol tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, il-programmi ta' bini tal-kunfidenza, ir-restawr tad-djalogu, il-medjazzjoni li tippromwovi l-kuntatti bejn il-persuni u l-missjonijiet tal-PSDK; jitlob lill-VP/RGĦ u lis-SEAE biex jiżviluppaw miżuri u approċċi innovattivi, inklużi strateġiji ta' komunikazzjoni pubblika u konsultazzjonijiet informali, sabiex jingħata appoġġ lid-djalogu u r-rikonċiljazzjoni; josserva li d-delegazzjonijiet tal-UE għandhom rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ sistemi ta’ twissija bikrija billi jibnu netwerks intreċċati ta’ prevenzjoni mad-diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

42.  Itenni l-appoġġ tiegħu għas-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tal-pajjiżi msieħba; huwa tal-fehma li l-PEV għandha tikkontribwixxi u tappoġġa dawn il-prinċipji fil-prattika; jenfasizza li l-kunflitti ffriżati u mtawla jfixklu l-iżvilupp sħiħ tal-PEV; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, li mit-tnedija tal-PEV ma sar ebda progress fir-rigward ta' soluzzjoni tal-kunflitti eżistenti; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-okkupazzjoni tat-territorju ta’ pajjiż sieħeb tikser il-prinċipji fundamentali u l-objettivi tal-PEV; jenfasizza l-ħtieġa għall-aktar soluzzjoni paċifika bikrija possibbli tal-kunflitti ffriżati abbażi tan-normi u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali; jistieden lir-VP/RGĦ biex tieħu rwol aktar attiv filwaqt li tafferma b'mod ċar li l-approfondiment tar-relazzjonijiet bilaterali huwa marbut mas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti u r-rispett tad-dritt internazzjonali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li titkompla politika bbażata fuq il-promozzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali u li tevita l-istandards doppji, b'mod partikolari f'dan ir-rigward;

43.  Iħeġġeġ lill-UE biex tapplika l-ispirtu u l-lezzjonijiet meħudin mill-esperjenza storika tal-integrazzjoni Ewropea għall-kunflitti reġjonali, peress li kwistjonijiet bilaterali għandhom jissolvew b’mod paċifiku filwaqt li r-relazzjonijiet tajba tal-viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi fundamentali tal-PEV; jitlob, f’dan ir-rigward, għall-involviment taċ-ċittadini u l-involviment ta’ atturi pubbliċi fi sħubijiet u ġemellaġġi orizzontali ma' kontropartijiet mill-Unjoni, u għall-involviment mas-soċjetà u l-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa bħala fattur għal bidla;

Trawwim ta’ integrazzjoni reġjonali

44.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni reġjonali tal-PEV u l-ħtieġa tal-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għal sinerġiji reġjonali u integrazzjoni permezz ta’ programmi ta' kooperazzjoni reġjonali; jissottolinja li kooperazzjoni ekonomika msaħħa fost il-pajjiżi tal-PEV hija meħtieġa biex jinkisbu l-istabbiltà u l-prosperità fil-viċinat Ewropew;

45.  Jitlob, f'dan ir-rigward, li r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi tal-PEV ikunu komplementari mad-dimensjoni multilaterali tagħha billi jiżdied l-għadd ta’ attivitajiet u ta’ inizjattivi f'dan il-kuntest, b'attenzjoni partikolari mogħtija għat-tisħiħ ta' proġetti transkonfinali, iż-żieda ta' programmi min-nies għan-nies, l-iżvilupp ta' inċentivi għall-kooperazzjoni reġjonali u t-tisħiħ ulterjuri ta’ djalogu attiv mas-soċjetà ċivili; iqis li l-PEV tal-ġejjieni għandha toffri pjattaforma reġjonali inklużiva għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-prinċipji ewlenin tal-PEV;

46.  Jitlob għal valutazzjonijiet sistematiċi tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem — inklużi perspettivi dwar is-sessi — ta’ ftehimiet kummerċjali u appoġġ finanzjarju tal-UE għal programmi u proġetti fi ħdan il-qafas tal-PEV;

47.  Jitlob li l-politika riveduta ssaħħaħ il-pjattaformi eżistenti għall-kooperazzjoni, primarjament l-Unjoni għall-Mediterran u s-Sħubija tal-Lvant, sabiex tappoġġa aktar l-integrazzjoni reġjonali meta l-prijoritajiet identifikati mis-sħab ikunu simili għal qasam ta’ politika speċifiku, tindirizza kwistjonijiet subreġjonali speċifiċi bħall-mobbiltà, l-enerġija u s-sigurtà u biex tqarreb is-sħab lejn xulxin f’termini ta’ standards ekonomiċi u leġiżlazzjoni; jemmen li l-istrutturi multilaterali tal-PEV għandhom jiġu kkonsolidati u żviluppati b’mod iżjed strateġiku;

48.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol ta’ assemblej multilaterali, bħall-Euronest u l-PA-UfM, bħala fora għal djalogu politiku u bħala għodda biex tiġi promossa s-sjieda tal-politika tal-viċinat, u jħeġġiġhom bis-sħiħ biex iżidu l-involviment tagħhom b’mod xieraq u effikaċi;

49.  Jissottolinja l-valur miżjud tad-diplomazija parlamentari u tal-laqgħat interparlamentari bilaterali regolari li l-PE jorganizza mal-kontropartijiet mill-viċinat bħala għodda għall-iskambju ta’ esperjenzi u għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ pajjiżi individwali relatati mal-UE; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri biex jorganizzaw il-laqgħat interparlamentari bilaterali tagħhom fi ħdan il-qafas tal-PEV, bħala mezz biex jiġi żgurat approċċ koerenti;

50.  Jenfasizza l-importanza tal-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) u l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM), li jippermettu li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-istituzzjonijiet tal-UE u jipprovaw jiksbu kooperazzjoni ekonomika u soċjali kif ukoll lokali u reġjonali;

51.  Jenfasizza li l-iżvilupp ta’ pjattaformi reġjonali tas-soċjetà ċivili bħas-Sħubija tal-Lvant u tan-Nofsinhar kif ukoll il-Forum tas-Soċjetà Ċivili fil-Viċinat tan-Nofsinhar isaħħaħ l-impenn ta' diversi partijiet interessati li jmexxu ’l quddiem l-aġenda tad-demokratizzazzjoni u r-riforma ekonomika fil-viċinat;

Ġirien tal-ġirien

52.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinbnew sħubijiet b'saħħithom mal-pajjiżi ġirien; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-PEV tkun parti mill-politika esterna usa' tal-UE u li jiġu konfermati l-atturi strateġiċi oħrajn li għandhom influwenza fuq il-viċinat — "il-ġirien tal-ġirien" — kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, billi, fost l-oħrajn, jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess komuni u tħassib reċiproku, inkluża s-sigurtà reġjonali u globali, permezz ta' oqfsa bilaterali eżistenti jew djalogu multilaterali kull fejn jitqies xieraq u rilevanti;

53.  Jenfasizza li l-UE għandha tikkunsidra b'mod reali l-għażliet ta' politika differenti li jaffaċċjaw sħabha, kif ukoll kif jistgħu jinbnew pontijiet mal-ġirien tagħhom fuq livelli differenti u kif għandha tiġi indirizzata l-politika barranija ta' pajjiżi terzi fil-viċinat tagħha, waqt li tiżgura li huwa l-mandat tal-UE u s-sħab sovrani tagħha jiddeċiedu dwar kif iridu jipproċedu fir-relazzjonijiet tagħhom;

54.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li d-dispożizzjonijiet tad-DCFTA ma jirrappreżentaw l-ebda sfida kummerċjali għall-Federazzjoni Russa u li l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala impediment għal relazzjonijiet tajba tas-Sħab tal-Lvant ma' kull wieħed mill-ġirien tagħhom;

55.  Jistieden lill-UE tiżviluppa mekkaniżmi effikaċi ta' appoġġ għal pajjiżi sħab tal-PEV li qed isegwu aġenda Ewropea ambizzjuża u, bħala konsegwenza, qed ibatu minn miżuri ta' ritaljazzjoni, minn kummerċ imġiegħel jew minn aggressjoni militari diretta minn pajjiżi terzi; itenni li, filwaqt li l-PEV mhijiex immirata kontra xi parteċipant strateġiku ieħor u tiċħad l-idea ta' kompetizzjoni ġeopolitika fejn il-gwadann ta' naħa jissarraf f'telf għan-naħa l-oħra fil-viċinat, l-UE għandha tipprovdi impenji kredibbli u appoġġ politiku b'saħħtu lis-sħab li jixtiequ jallinjaw aktar mill-qrib magħha;

56.  Jistieden lill-UE tieħu vantaġġ mill-kompetenza tal-organizzazzjonijiet reġjonali li l-ġirien huma parti minnhom, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE, l-Unjoni Afrikana, l-Uffiċċji Reġjonali rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Lega tal-Istati Għarab, u biex b'mod attiv jinvolvu ruħhom kif ukoll jikkooperaw magħhom ħalli jindirizzaw il-kunflitti reġjonali; ifakkar li dawn huma fora importanti għall-involviment tas-sħab fit-twettiq tar-riformi, f'li jiġi indirizzat it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet reġjonali, li għalihom huma għandhom jassumu aktar responsabbiltà, u f'li jrawmu d-demokratizzazzjoni;

Għanijiet tal-politika u għodod

Offerta diversifikata: is-setturi prijoritarji

57.  Jistieden lill-UE tesplora u tidentifika, flimkien ma' sħabha, prijoritajiet għal kooperazzjoni u integrazzjoni msaħħa f'oqsma differenti tal-politika, bħall-iżvilupp ekonomiku u tal-bniedem, il-prevenzjoni ta' kunflitti u diżastri, l-infrastruttura u l-iżvilupp reġjonali, l-ambjent, il-politiki dwar il-kompetizzjoni kummerċjali, l-SMEs, il-migrazzjoni, is-sigurtà, l-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, bil-għan li tinħoloq żona ta' prosperità, ta' stabbiltà u ta' viċinanza tajba;

58.  Iqis li l-għan għall-kisba ta' koerenza fil-politiki interni u esterni tal-UE, kif ukoll ir-rabtiet mill-qrib u dawk li qegħdin dejjem jikbru bejn ċerti kwistjonijiet interni u esterni, għandhom jiġu riflessi fil-PEV il-ġdida;

59.  Iqis li kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tas-suq uniku diġitali futur, l-appoġġ għar-riformi fl-amministrazzjoni elettronika u s-soluzzjonijiet ta' gvern miftuħ, jikkostitwixxu strument għall-involviment taċ-ċittadini;

60.  Jenfasizza l-importanza tal-moviment liberu tal-persuni, u jappoġġa t-titjib tal-mobilità fi ħdan il-viċinat, f'ambjent sikur u ġestit sew, permezz tal-faċilitazzjoni u tal-liberalizzazzjoni tal-viżi, b'mod partikolari għall-istudenti, għaż-żgħażagħ, għall-artisti u għar-riċerkaturi; jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tkompli ttejjeb is-sħubijiet tal-mobilità fi ħdan il-viċinat u tiżviluppa possibbiltajiet għal skemi tal-migrazzjoni ċirkolari, li se jiftħu rotot sikuri u legali għall-migranti; jistieden lill-UE tagħmel distinzjoni ċara bejn persuni li jfittxu asil li jkunu qed jaħarbu minn persekuzzjoni u migranti ekonomiċi irregolari; jikkundanna t-traffikar tal-bnedmin, li l-biċċa l-kbira tal-vittmi tiegħu huma nisa, u jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab sabiex jiġġielduh;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta għall-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi meta tippromwovi t-taħriġ vokazzjonali u dak akkademiku, kif ukoll fil-qafas tal-programmi ta' migrazzjoni ċirkolari mal-pajjiżi ġirien, sabiex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomiji tagħhom;

62.  Jinnota li r-rata għolja ta' qgħad, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, in-nuqqas ta' aċċess liberu għall-informazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-faqar, u n-nuqqas ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi, flimkien mal-ammont baxx ta' parteċipazzjoni politika u soċjoekonomika tan-nisa, il-governanza ħażina u l-livelli għoljin ta' korruzzjoni, huma l-kawżi ewlenija tal-instabbiltà, u jitlob impenn lil hinn minn Żoni ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTAs); jinnota li l-prospett biss ta' ftehimiet kummerċjali u ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma għadux jipprovdi lieva effikaċi biżżejjed biex issaħħaħ is-sħubija tagħna mal-viċinat, b'mod partikolari fil-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar; jinnota n-nuqqas ta' kooperazzjoni ekonomika reġjonali bejn il-pajjiżi ġirien tal-UE, u jitlob li jiġu stabbiliti inizjattivi subreġjonali biex jiżdied il-kummerċ bejniethom;

63.  Jenfasizza l-importanza tal-investiment fi proġetti għaż-żgħażagħ, għan-nisa u għall-mexxejja futuri, billi jsir użu sħiħ mill-opportunitajiet ta' boroż ta' studju taħt il-programm Erasmus+, sabiex jitrawmu l-iskambji tal-istudenti u tal-għalliema bejn il-pajjiżi tal-PEV u l-Istati Membri, li jimmiraw għall-formazzjoni ta' mexxejja futuri kemm mill-pajjiżi tal-PEV u kemm mill-Istati Membri, kif ukoll jippromwovu ulterjorment il-proġetti akkademiċi u edukattivi li diġà wrew il-valur tagħhom f'dan il-qasam, bħall-Kulleġġ tal-Ewropa;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora u toffri lill-pajjiżi tal-PEV livelli differenti ta' parteċipazzjoni, kooperazzjoni u involviment fil-politiki, fil-programmi u fl-aġenziji tal-UE, bħall-EUROPOL, il-FRONTEX, u l-ġestjoni doganali, fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, ir-reati ekonomiċi u transkonfinali u f'dak tal-Komunità tal-Enerġija, li bħala ftehim ta' integrazzjoni ta' suċċess jista' jkollu rwol akbar fil-PEV; jenfasizza l-importanza ta' sigurtà tal-enerġija u kooperazzjoni eqreb fil-qasam tal-enerġija fi ħdan il-viċinat Ewropew, bil-għan li jintlaħaq għan kondiviż ta' provvista kontinwa ta' enerġija affordabbli, sostenibbli, effiċjenti u nadifa; jitlob biex l-Unjoni tal-Enerġija tinfetaħ gradwalment għall-pajjiżi tal-PEV jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippromwovi l-Konvenzjoni ta' Budapest dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità fost il-pajjiżi tal-PEV u tistedinhom jingħaqdu magħha jekk għadhom m'għamlux dan;

65.  Jikkunsidra li għandha ssir enfasi akbar fuq l-użu ta' programmi ta' assistenza teknika bħat-TAIEX u l-Ġemellaġġ, u li s-sħab għandhom jiġu inklużi fil-programmi tal-UE bħall-Erasmus u l-Orizzont 2020, minħabba li jikkontribwixxu għall-kondiviżjoni tal-għarfien u l-istabbiliment ta' netwerks fuq livelli differenti u huma l-bażi għall-ħolqien ta' Żona ta' Viċinat Komuni;

66.  Huwa tal-fehma li d-dimensjoni parlamentari tal-politika jeħtieġ tissaħħaħ billi tittejjeb l-effikaċja tal-laqgħat interparlamentari u l-korpi parlamentari konġunti stabbiliti skont ftehimiet mal-UE, u tal-assemblej parlamentari; jilqa', f'dan il-kuntest, l-approċċ il-ġdid li adotta l-Parlament għall-appoġġ tad-demokrazija parlamentari; jissottolinja r-rwol tal-parlamenti tal-pajjiżi tal-PEV sabiex il-gvernijiet jinżammu responsabbli, u jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-kapaċità ta' monitoraġġ tagħhom; jitlob li l-Parlament ikun involut fl-implimentazzjoni tal-PEV il-ġdida u jinżamm regolarment infurmat u kkonsultat dwar il-progress tagħha fil-pajjiżi sħab; huwa tal-fehma li l-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi fil-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jista' jkollhom rwol importanti u jistgħu jieħdu responsabbiltà kruċjali fir-rigward tal-promozzjoni ta' kultura politika bbażata fuq istituzzjonijiet demokratiċi kompluti, l-istat tad-dritt, id-demokrazija ta' aktar minn partit wieħed u l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet;

67.  Jenfasizza li biex il-PEV tkun politika ta' suċċess, għandha tiżgura wkoll li jkun hemm sjieda mill-Istati Membri, anke billi jiġu estiżi l-Inizjattivi Emblematiċi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika u l-programmazzjoni konġunta tal-għajnuna finanzjarja, u tipprovdi mekkaniżmi biex trawwem skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u l-istrutturi tal-UE dwar il-pajjiżi tal-PEV, kif ukoll konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istrutturi tal-UE u l-pajjiżi ġirien; iqis li l-assistenza finanzjarja u teknika tal-UE għandha tkun kundizzjonali fuq il-kisba b'suċċess ta' punti ta' riferiment tanġibbli fil-proċess ta' riforma, fuq il-bażi li se jiġi allokat aktar appoġġ;

Valutazzjoni u viżibbiltà

68.  Jenfasizza li l-pjanijiet ta' azzjoni stabbiliti fi sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi sħab u f'konsultazzjoni mal-OSĊ għandhom jiffukaw fuq numru limitat ta' prijoritajiet realistiċi li għandhom jiġu implimentati, u li l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi vvalutata fuq bażi regolari jew minħabba l-ħtieġa taċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu, b'għażliet ta' politika li jistgħu jkunu miftiehma b'mod konġunt; jindika l-importanza li jiġi żviluppat proċess ta' konsultazzjoni mal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili rigward id-definizzjoni ta' parametri referenzjarji;

69.  Jenfasizza li r-rapporti ta' progress għandhom jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet identifikati fil-pjanijiet ta' azzjoni u għandhom jirriflettu l-livell ta' impenn tal-pajjiż sieħeb; itenni s-sejħa tiegħu biex id-data li tinsab fir-rapporti titqiegħed f'perspettiva billi jitqies il-kuntest nazzjonali u billi jiġu inklużi tendenzi mis-snin ta' qabel; huwa tal-fehma li l-partijiet interessati ewlenin kollha tal-pajjiżi tal-PEV, inkluża s-soċjetà ċivili, għandhom ikunu ġenwinament involuti u kkonsultati qabel l-abbozzar tar-rapporti; jitlob biex dokumenti ewlenin bħar-rapporti ta' progress ikunu disponibbli faċilment fuq is-sit web tad-delegazzjonijiet tal-UE rispettivi u tradotti fil-lingwa lokali; jistieden lill-UE timpjega mezzi aktar kwalitattivi biex tkejjel il-livell ta' progress fil-pajjiżi sħab u biex timplimenta miżuri effikaċi ta' kundizzjonalità rigward il-progress mis-sħab fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

70.  Jikkunsidra li l-viżibbiltà tal-assistenza tal-UE għandha tittejjeb sabiex il-benefiċċji tal-appoġġ tal-UE jkunu ċari għall-popolazzjonijiet tal-pajjiżi sħab u tal-Istati Membri tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal mekkaniżmu speċjali biex tipprovdi assistenza umanitarja tal-UE lill-pajjiżi ġirien li jkun differenti mill-mudell użat għall-pajjiżi terzi madwar id-dinja kollha u li jiżgura viżibbiltà kbira għall-UE u l-aġenda politika tagħha, fost għanijiet oħra; jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' mekkaniżmu li kapaċi jiżgura t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-UE;

71.  Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kapaċità tagħha biex tiġġieled kontra l-informazzjoni qarrieqa u l-kampanji ta' propaganda kontriha nnifisha u l-Istati Membri tagħha u li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-għaqda u s-solidarjetà tagħhom; jitlob lill-UE ssaħħaħ il-viżibbiltà tagħha sabiex turi b'mod ċar l-appoġġ u l-impenn tagħha kemm mal-pajjiżi sħab u kif ukoll fihom; jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta' informazzjoni oġġettiva, indipendenti u imparzjali u tal-libertà tal-midja fil-pajjiżi tal-PEV, kif ukoll il-ħtieġa għal sforzi ta' komunikazzjoni strateġika fil-viċinat tagħha, inkluż dwar il-valuri u l-objettivi tagħha permezz tal-iżvilupp ta' strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva, effikaċi u sistematika fi ħdan il-politika riveduta;

72.  Jistieden lill-UE żżid il-preżenza tagħha fil-pajjiżi sħab bl-użu ta' aktar mezzi interattivi awdjoviżivi u midja soċjali fil-lingwi lokali rispettivi, sabiex tilħaq lis-soċjetà kollha; jistieden lill-Kummissjoni tħejji strateġija ta' komunikazzjoni ċara għas-soċjetajiet fil-pajjiżi tal-PEV biex tispjegalhom il-benefiċċji tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, inklużi ż-Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv (DCFTAs), bħala għodda għall-immodernizzar tas-sistemi politiċi u l-ekonomiji tagħhom;

o
o   o

73.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-PEV, lill-Assemblej Parlamentari tal-Euronest u l-Unjoni għall-Mediterran, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Unjoni Afrikana, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE.

(1) JOIN (2015)0006. http://ec.europa.eu/enlargement/neighbourhood/consultation/consultation.pdf
(2) http://eeas.europa.eu/euromed/docs/com2011_200_en.pdf
(3) http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0303:FIN:mt:PDF
(4) http://eeas.europa.eu/enp/pdf/pdf/com03_104_en.pdf
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill Relazzjonijiet Esterni’ tat-18 ta’ Frar 2008 - http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/gena/98818.pdf
(6) ĠU C 87 E, 7.4.2004, p. 506.
(7) ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 127.
(8) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 312.
(9) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 443.
(10) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 105.
(11) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 114.
(12) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 26.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0446.
(14) Testi adottati, P7_TA(2014)0229.


Armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni
PDF 394kWORD 144k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2014/2256(INI))
P8_TA(2015)0273A8-0209/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 26, 34, 114, 118 u 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1994 dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 13, 14, 16, 17, 22 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi, u espressament it-Test fi Tliet Stadji,

–  wara li kkunsidra t-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar id-Drittijiet tal-Awtur tal-20 ta’ Diċembru 1996,

–  wara li kkunsidra t-Trattat tad-WIPO dwar ir-Rappreżentazzjonijiet u l-Fonogrammi tal-20 ta’ Diċembru 1996,

–  wara li kkunsidra t-Trattat tad-WIPO dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi, adottat mill-Konferenza Diplomatika tad-WIPO dwar il-Protezzjoni tar-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi f’Beijing fl-24 ta’ Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (IPR) ta’ Settembru 2013, imwettaq b’mod konġunt mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) dwar l-industriji intensivi fid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali: kontribuzzjoni għall-prestazzjoni ekonomika u l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li għandhom diffikultà jaqraw materjal stampat,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet orfni(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable(7),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(8),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali(9), li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE(10),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2014 dwar imposti fuq l-ikkupjar privat(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2013 dwar il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bħala sorsi ta’ tkabbir ekonomiku u impjiegi(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar id-distribuzzjoni onlajn ta’ xogħlijiet awdjoviżivi fl-Unjoni Ewropea(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern(15),

–  wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rieżami tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur, imwettqa mill-Kummissjoni bejn il-5 ta’ Diċembru 2013 u l-5 ta’ Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2012 dwar il-Petizzjoni 0924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta’ ċittadinanza Britannika, f’isem l-Unjoni Ewropea għall-Għomja (EBU)/l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Għomja (RNIB), dwar l-aċċess tal-għomja għall-kotba u prodotti stampati oħra(16),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar it-tqassim tax-xogħlijiet awdjoviżivi onlajn fl-Unjoni Ewropea: l-opportunitajiet u l-isfidi biex nimxu lejn suq diġitali uniku (COM(2011)0427),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Id-Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien’ (COM(2008)0466),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li jagħti spinta lill-kreattività u l-innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi ta’ kwalità għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa’ (COM(2011)0287),

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar il-prinċipji ewlenin tad-diġitalizzazzjoni u l-provvista tax-xogħlijiet mhux disponibbli, għall-faċilitazzjoni tad-diġitalizzazzjoni u l-provvista ta’ kotba u rivisti akkademiċi għal-libreriji Ewropej u istituzzjonijiet simili oħra,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0209/2015),

A.  billi r-reviżjoni tad-Direttiva 2001/29/KE hija fundamentali għall-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni, id-diversità kulturali, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, is-Suq Uniku Diġitali u l-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi wkoll lill-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi b’biżżejjed rikonoxximent u protezzjoni ta’ drittijiethom;

B.  billi l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi li l-UE għandha tippromwovi l-iżvilupp u d-diversità tal-kulturi tal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-kreazzjoni artistika u letterarja;

C.  billi d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni kienet maħsuba biex tadatta l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati bil-għan li tirrifletti l-iżviluppi tekoloġiċi;

D.  billi d-Direttiva 2001/29/KE tindirizza wkoll għadd ta’ obbligi tal-UE taħt id-dritt internazzjonali, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni tax-xogħlijiet litterarji u artistiċi, tat-Trattat tad-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dak dwar l-Ispettakli u l-Fonogrammi;

E.  billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jagħmlu investimenti kunsiderevoli fid-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn tal-kollezzjonijiet rikki ta’ istituzzjonijiet tal-wirt kulturali tal-Ewropa, biex b’hekk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu aċċess minn kullimkien fuq kwalunkwe apparat;

F.  billi l-industriji kulturali u kreattivi Ewropej huma l-mutur għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, u jikkontribwixxu bil-kbir għall-ekonomija tal-UE, hekk kif dawn skont stimi reċenti jimpjegaw iktar minn 7 miljun ruħ u jiġġeneraw aktar minn 4,2 % tal-PDG tal-UE, u billi l-industriji kulturali komplew joħolqu l-impjiegi matul il-kriżi ekonomika ta’ bejn l-2008 u l-2012;

G.  billi studju konġunt tal-UEP u l-UASI ta’ Settembru 2013 juri li madwar 39 % tal-attività ekonomika totali fl-UE, b’valur ta’ madwar EUR 4 700 biljun fis-sena, hija ġġenerata mill-industriji intensivi fl-IPR, u li dan jgħodd ukoll għal 26 % tal-impjiegi diretti (jew 56 miljun impjieg) kif ukoll għal 9 % oħra tal-impjiegi indiretti min-numru totali ta’ impjiegi fl-UE;

H.  billi r-rivoluzzjoni diġitali introduċiet tekniki u mezzi ta’ komunikazzjoni ġodda u għamlet possibbli forom ġodda espressivi li, filwaqt li jikkuntestaw ir-relazzjoni trilaterali li tradizzjonalment torbot lill-kreaturi, l-imprendituri kulturali u l-utenti, inkoraġġiet il-ħolqien ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien li toħloq impjiegi ġodda u tiffavorixxi l-promozzjoni tal-kultura u innovazzjoni;

I.  billi kull inizjattiva politika dwar is-suq uniku diġitali għandha tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 11, 13, 14, 16, 17 u 22 tagħha;

J.  billi d-diversità kulturali u d-diversità tal-lingwa tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, b’xi lingwi Ewropej mitkellma f’aktar minn pajjiż wieħed;

K.  billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipproteġi l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-informazzjoni u l-libertà tal-arti u x-xjenza, u tiggarantixxi l-protezzjoni tad-data personali u tad-diversità kulturali u lingwistika, id-dritt għall-proprjetà u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, id-dritt għall-edukazzjoni u l-libertà ta’ intrapriża;

L.  billi anki fl-era diġitali għandu jibqa’ japplika d-dritt li l-kreatur jipproteġi x-xogħol kreattiv tiegħu;

M.  billi jeħtieġ li jitqiesu miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ulterjuri tal-iskambju kulturali u li jtejbu ċ-ċertezza ġuridika fis-settur; billi ġew żviluppati ħafna servizzi onlajn kreattivi mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE ‘l hawn, u l-konsumaturi qatt qabel ma kellhom aċċess għal firxa daqstant wiesgħa ta’ xogħlijiet kulturali u kreattivi; billi huwa neċessarju għall-utenti li jkollhom aċċess għal kontenut wiesgħa u varjat ta’ kwalità għolja;

N.  billi l-iżvilupp armonjuż u sistematiku tal-librerija diġitali Europeana, li ġiet stabbilita fl-2008 bħala parti minn inizjattiva tal-UE, għamlet disponibbli xogħlijiet mil-libreriji tal-Istati Membri;

O.  billi x-xogħlijiet kreattivi huma wieħed mis-sorsi prinċipali li jmexxu l-ekonomija diġitali u l-atturi tas-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni bħall-magni tat-tiftix, il-midja soċjali u l-pjattaformi ta’ kontenut iġġenerat mill-utenti, iżda tista’ tgħid il-valur kollu ġġenerat mix-xogħlijiet kreattivi huwa trasferit lil dawn l-intermedjarji diġitali, li jirrifjutaw li jagħtu remunerazzjoni lill-awturi jew jinnegozjaw livelli ta’ remunerazzjoni baxxi ħafna;

P.  billi d-Direttiva 2011/77/UE u d-Direttiva 2006/116/KE armonizzaw it-termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati billi stabbilixxew armonizzazzjoni sħiħa tal-perjodu ta’ protezzjoni għal kull tip ta’ xogħol u kull dritt relatat fl-Istati Membri;

Q.  billi huwa d-dmir tal-awtoritajiet leġiżlattivi tal-UE li jippromwovu qafas ġuridiku ċar dwar id-drittijiet tal-awtur u dawk relatati li jista’ jinftiehem mill-partijiet interessati kollha u b’mod partikolari mill-pubbliku inġenerali, li jassigura ċertezza ġuridika;

R.  wara li kkunsidra l-vantaġġ kompetittiv u l-qawwa dejjem tikber ta’ ċerti intermedjarji fuq l-Internet, u l-impatt negattiv ta’ din is-sitwazzjoni fuq il-potenzjal ta’ kreattività tal-awturi u fuq l-iżvilupp tas-servizzi offruti minn distributuri oħra ta’ xogħlijiet kreattivi;

S.  billi fid-definizzjoni tal-qafas ġuridiku fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u dawk relatati, irid jingħata kont tal-bżonn li jiġu mħeġġa mudelli industrijali u kummerċjali innovattivi, u li jinsilet vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji ġodda, sabiex tiżdied il-kompetittività tal-intrapriżi tal-UE;

T.  billi l-ħolqien ta’ tkabbir u impjiegi jikkostitwixxi l-prijorità tal-Kummissjoni u l-enfasi tal-programm tagħha għall-perjodu 2014-2019;

1.  Jindika li d-drittijiet tal-awtur jikkostitwixxu l-mod konkret li jiżgura r-remunerazzjoni tal-kreaturi u l-finanzjament tal-proċess ta’ kreattività;

2.  Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ssir konsultazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur, li ġibdet interess kbir minn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, inkluż is-settur kulturali u tas-soċjetà ċivili(17);

3.  Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li matul il-mandat tal-Kummissjoni l-ġdida tiżviluppa aktar l-aġenda diġitali tal-UE, inklużi l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-awtur; jilqa’ l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 għal dak li jirrigwarda l-wegħda tiegħu li jipprovdi Pakkett tas-Suq Uniku Diġitali, li jinkludi proposta leġiżlattiva bl-objettiv li jiġu modernizzati r-regoli tad-drittijiet tal-awtur biex ikunu adatti għall-era diġitali;

4.  Ifakkar li d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jipproteġu u jistimulaw kemm l-iżvilupp u l-kummerċ ta’ prodotti u servizzi ġodda u kemm il-ħolqien u l-isfruttar tal-kontenut kreattiv tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għal titjib fil-kompetittività, ix-xogħol u l-innovazzjoni f’ħafna setturi industrijali fl-UE;

5.  Jenfasizza li d-drittijiet tal-awtur huma effettivi biss daqs il-miżuri ta’ infurzar biex jipproteġuhom u li sabiex jiġi żgurat settur kreattiv li jirnexxi u innovattiv, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur għandu jkun robust;

6.  Jindika li l-eżistenza tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, intrinsikament timplika t-territorjalità; jenfasizza li m’hemmx kontradizzjoni bejn dak il-prinċipju u l-miżuri li jiżguraw il-portabbiltà tal-kontenut;

7.  Jenfasizza li kull reviżjoni tad-Direttiva 2001/29/KE għandha tkompli tissalvagwardja l-prinċipju ta’ remunerazzjoni ġusta għad-detenturi tad-drittijiet; jitlob li jiġi affermat mill-ġdid il-prinċipju tat-territorjalità, li jippermetti lil kull Stat Membru jissalvagwardja l-prinċipju tar-remunerazzjoni ġusta fil-qafas tal-politika kulturali tiegħu stess;

8.  Jinnota li l-firxa ta’ xogħlijiet disponibbli legalment lill-utenti żdiedet mindu ġiet implimentata d-Direttiva 2001/29/KE; jinnota wkoll li l-aċċess transkonfinali għad-diversità tal-użi li l-progress teknoloġiku joffri lill-konsumaturi jista’ jitlob titjib ibbażat fuq l-evidenza fil-qafas ġuridiku attwali sabiex tiġi żviluppata aktar l-offerta legali tal-kontenut kulturali u kreattiv diversifikat onlajn li jippermetti aċċess għad-diversità kulturali Ewropea;

9.  Ifakkar li l-konsumaturi spiss jiġu miċħuda l-aċċess għal ċerti servizzi li jipprovdu kontenut minħabba raġunijiet ġeografiċi, li jmur kontra l-objettiv tad-Direttiva 2001/29/KE li timplimenta l-erba' libertajiet tas-suq intern; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet adegwati għal aċċessibilità transfruntiera aħjar ta’ servizzi u ta’ kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur għall-konsumaturi;

10.  Jikkunsidra li jistgħu jinsiltu tagħlimiet għal tipi oħra ta’ kontenut mill-approċċ meħud fid-Direttiva 2014/26/UE dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur, iżda li l-kwistjonijiet dwar il-portabilità u l-imblukkar ġeografiku ma jistgħux jiġu solvuti permezz ta’ soluzzjoni komprensiva waħda imma jistgħu jeħtieġu diversi interventi differenti, kemm regolatorji u kemm immexxija mis-suq;

11.  Jenfasizza li l-produzzjoni kreattiva tal-UE hija waħda mill-aktar riżorsi ta’ valur tagħha, u li dawk li jixtiequ jgawdu minnha għandhom ikunu kapaċi jħallsu biex jagħmlu dan, anki meta din tinbiegħ biss fi Stat Membru ieħor;

12.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-liċenzjar multiterritorjali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur, jikkostitwixxi għażla fil-każ għax-xandara jkunu jridu jkopru t-territorju Ewropew kollu;

13.   Jindika li l-finanzjament, il-produzzjoni u l-koproduzzjoni ta’ films u kontenut televiżiv jiddependu prinċipalment fuq liċenzji territorjali esklużivi mogħtija lid-distributuri lokali fuq firxa ta’ pjattaformi, li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet kulturali tas-swieq Ewropej differenti; jenfasizza li minħabba dan, l-abilità, fil-qafas tal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, li wieħed jagħżel il-livell ta’ kopertura territorjali u t-tip ta’ pjattaforma ta’ distribuzzjoni, tħeġġeġ l-investiment fil-films u l-kontenut televiżiv u tippromwovi d-diversità kulturali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li qabel kull inizjattiva dwar il-modernizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ikun hemm studju wiesa’ tal-impatt mistenni tagħha fuq il-produzzjoni, il-finanzjament u d-distribuzzjoni ta’ films u kontenut televiżiv, kif ukoll fuq id-diversità kulturali;

14.  Jenfasizza li l-prattiki tal-imblukkar ġeografiku tal-industrija m’għandhomx jipprevjenu lill-minoranzi kulturali li jgħixu fl-Istati Membri tal-UE milli jaċċessaw kontenut jew servizzi eżistenti fil-lingwa tagħhom li huma b’xejn jew bi ħlas;

15.  Jappoġġja l-inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-portabbiltà, fi ħdan l-UE, ta’ servizzi onlajn ta’ kontenut akkwistat u disponibbli legalment, filwaqt illi jiġu rrispettati b’mod sħiħ id-drittijiet tal-awtur u l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet;

16.  Ifakkar li s-swieq kulturali Ewropej huma naturalment eteroġeni minħabba d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea; jinnota li din id-diversità għandha titqies bħala benefiċċju aktar milli ostaklu għas-suq uniku;

17.  Jieħu nota tal-importanza tal-liċenzji territorjali fl-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni awdjoviżiva u tal-films li hija bbażata primarjament fuq sistemi ta’ xiri minn qabel jew finanzjament minn qabel tax-xandara;

18.  Jinnota bi tħassib il-multiplikazzjoni tas-servizzi illegali onlajn u ż-żieda fil-piraterija u, b’mod iktar ġenerali, il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, xejra li tirrappreżenta theddida serja għall-ekonomiji tal-Istati Membri u għall-kreattività tal-UE;

19.  Jenfasizza li kwalunkwe riforma tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, hekk kif id-drittijiet huma kruċjali għall-ħolqien intellettwali u jipprovdu bażi ġuridika stabbli, ċara u flessibbli li trawwem l-investiment u t-tkabbir fis-settur kreattiv u kulturali, filwaqt li tneħħi l-inċertezzi ġuridiċi u l-inkonsistenzi li jaffettwaw b’mod negattiv il-funzjonament tas-suq intern;

20.  Flimkien mal-kompitu importanti li jkun hemm espansjoni tal-istrutturi funzjonanti għas-suq uniku diġitali, jenfasizza li hemm bżonn li jittieħdu wkoll passi sabiex ikun żgurat li s-suq uniku analogu jkompli jiffunzjona b’mod adegwat;

21.  Jindika li l-industriji intensivi fid-drittijiet tal-awtur jimpjegaw iktar minn seba’ miljun persuna fl-UE; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tiżgura li qabel kull inizjattiva leġiżlattiva għall-modernizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ikun hemm valutazzjoni tal-impatt ex-ante sħiħa tal-effetti tagħha fuq it-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll tal-ispejjeż u l-vantaġġi potenzjali iġġenerati minnha, u dan skont il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar;

22.  Jenfasizza li kull reviżjoni futura tal-liġi tad-drittijiet tal-awtur tal-UE għandha tkun immirata tajjeb u bbażata fuq data konvinċenti, bil-għan li jitkompla l-iżvilupp tas-setturi kreattivi kreattivi Ewropej;

23.  Jirrikonoxxi li l-attivitajiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-awtur kummerċjali joħolqu theddida serja għall-funzjonament tas-suq uniku diġitali u għall-iżvilupp tal-offerta legali ta’ kontenut kulturali u kreattiv diversifikat onlajn;

24.  Iqis li huwa indispensabbli li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-awturi u l-kreaturi u li titjieb ir-remunerazzjoni tagħhom fir-rigward tad-distribuzzjoni diġitali u l-isfruttament tax-xogħlijiet tagħhom;

Drittijiet esklussivi

25.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-awturi u l-artisti interpreti jiġu pprovduti bi protezzjoni ġuridika għax-xogħlijiet kreattivi u artistiċi tagħhom; jirrikonoxxi li t-tixrid tal-kultura u l-għarfien huwa fl-interess pubbliku; jirrikonoxxi r-rwol tal-produtturi u l-pubblikaturi fl-introduzzjoni tax-xogħlijiet fis-suq, u l-ħtieġa għal remunerazzjoni ġusta u xierqa għall-kategoriji kollha ta' detenturi tad-drittijiet; jitlob li tittejjeb il-pożizzjoni kuntrattwali tal-awturi u l-artisti interpreti meta mqabbla ma’ detenturi tad-drittijiet u intermedjarji oħra, b’mod partikolari billi jiġi kkunsidrat perjodu raġonevoli għall-użu ta’ drittijiet trasferiti minn awturi lil partijiet terzi, li malli jgħaddi jiskadu dawn id-drittijiet, u dan minħabba li l-iskambji kuntrattwali jistgħu jiġu kkaratterizzati minn żbilanċ ta’ poter; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza tal-libertà kuntrattwali;

26.  Jinnota li protezzjoni proporzjonata ta’ xogħlijiet bid-drittijiet tal-awtur u ta’ materjal protett ieħor huwa ta’ importanza kbira, anke mil-lat kulturali, u li skont l-Artikolu 167 TFUE, l-Unjoni fl-attività tagħha għandha tieħu kont tal-aspetti kulturali;

27.  Jenfasizza li l-awturi u l-artisti interpreti għandhom jingħataw remunerazzjoni xierqa fl-ambjent diġitali bl-istess mod bħal fid-dinja analoga;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa miżuri xierqa u mmirati biex titjieb iċ-ċertezza ġuridika, f’konformità mal-objettiv tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar; jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-impatt ta’ titlu uniku Ewropew dwar id-drittijiet tal-awtur fuq l-impjiegi u l-innovazzjoni, fuq l-interessi tal-awturi, l-artisti interpreti u detenturi oħra tad-drittijiet, u fuq il-promozzjoni tal-aċċess tal-konsumaturi għad-diversità kulturali reġjonali;

29.  Ifakkar li d-drittijiet esklużivi u l-libertà kuntrattwali huma elementi fundamentali fl-ekosistema fraġli li tipproduċi u tiffinanzja x-xogħol kreattiv, billi dawn jippermettu li jinqasmu aħjar ir-riskji, li jiġu involuti atturi differenti fi ħdan proġetti konġunti għall-benefiċċju ta’ pubbliku kulturalment diversifikat, u jappoġġjaw l-inċentiv għal investiment fil-produzzjoni ta’ kontenut professjonali;

30.  Jirrakkomanda li l-leġiżlatur tal-UE għandu jikkunsidra, sabiex jipproteġi l-interess pubbliku filwaqt li jipproteġi d-data personali, kif jista’ jnaqqas ulterjorment l-ostakli għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku; jinnota li tali aġġustament tal-leġiżlazzjoni għandu jsir b’kunsiderazzjoni xierqa tad-Direttiva 2013/37/UE, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema tad-drittijiet tal-awtur u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja b’mod effettiv ix-xogħlijiet ta’ dominju pubbliku li, skont id-definizzjoni tagħhom stess, mhumiex suġġetti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kummissjoni tiċċara li ladarba x-xogħol ikun ta’ dominju pubbliku, kull diġitalizzazzjoni tax-xogħol li ma tikkostitwix xogħol trasformattiv ġdid, tibqa’ ta’ dominju pubbliku; jistieden ukoll lill-Kummissjoni teżamina jekk id-detenturi tad-drittijiet jistgħux jingħataw id-dritt li jiddedikaw ix-xogħlijiet tagħhom lid-dominju pubbliku, kollha kemm huma jew parti minnhom;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tarmonizza l-perjodu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, filwaqt li toqgħod lura milli testendi ulterjorment dan il-perjodu ta’ protezzjoni, skont l-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Berna; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffinalizzaw it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttivi 2006/116/KE u 2011/77/UE b’mod razzjonalizzat;

Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet

33.  Jistieden lil-leġiżlatur tal-UE jibqa’ leali lejn l-objettiv imsemmi fid-Direttiva 2001/29/KE, jiġifieri li jagħti protezzjoni adegwata lid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati bħala wieħed mill-modi ewlenin tal-iżgurar tal-kreattività kulturali Ewropea, u jissalvagwardja bilanċ ġust bejn kategoriji differenti ta’ detenturi tad-drittijiet u utenti ta’ suġġetti protetti, kif ukoll bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi tad-drittijiet; jenfasizza wkoll li kull bidla leġiżlattiva f’dan il-qasam għandha tiggarantixxi l-aċċess tal-persuni b’diżabilità għal xogħlijiet u servizzi protetti bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fi kwalunkwe format;

34.  Jissottolinja li d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jikkostitwixxu l-qafas ġuridiku għall-industriji kulturali u kreattivi Ewropej, kif ukoll għas-setturi tal-edukazzjoni u tar-riċerka u għas-settur li jibbenefika minn eċċezzjonijiet għal dawn id-drittijiet u limitazzjonijiet fuqhom u jiffurmaw il-bażi għall-attività u l-impjiegi tagħhom;

35.  Jinnota li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom ikunu applikati b’tali mod li jittieħed kont tar-raġuni għalfejn tfasslu u l-karatteristiċi rispettivi partikolari tal-ambjenti analogi u diġitali, filwaqt li jinżamm il-bilanċ bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-interessi tal-pubbliku; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li jiġu riveduti għadd ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti sabiex jiġu adattati aħjar għall-ambjent diġitali, b’kont meħud tal-iżviluppi li għaddejjin fl-ambjent diġitali u l-bżonn ta’ kompetittività;

36.  Jenfasizza l-importanza li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; jinnota f’dan ir-rigward il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx li se jiffaċilita l-aċċess għall-kotba għal dawk b’diżabilità fil-vista, u jħeġġeġ ir-ratifika rapida tiegħu mingħajr ma r-ratifika tkun tiddependi mir-reviżjoni tal-qafas ġuridiku tal-UE; jemmen li t-Trattat huwa pass tajjeb ’il quddiem, iżda li għad baqa’ ħafna xogħol xi jsir sabiex jinfetaħ l-aċċess għall-kontenut għall-persuni b’diżabbiltajiet differenti;

37.  Jinnota l-importanza tad-diversità kulturali Ewropea, u jinnota li d-differenzi fost l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-eċċezzjonijiet jistgħu jkunu ta’ sfida għall-funzjonament tas-suq intern fid-dawl tal-iżvilupp ta’ attivitajiet transkonfinali u l-kompetittività globali u l-innovazzjoni tal-UE, u jistgħu jwasslu wkoll għal inċertezza ġuridika għall-awturi u l-utenti; iqis li xi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet jistgħu għalhekk jibbenefikaw minn regoli aktar komuni; jirrimarka, madankollu, li d-differenzi jista’ jkunu ġustifikati biex jippermettu lill-Istati Membri jilleġiżlaw skont l-interessi ekonomiċi u kulturali speċifiċi tagħhom, u f’konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-applikazzjoni tal-istandards minimi fl-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, u tkompli tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2001/29/KE u aċċess ugwali għad-diversità kulturali minn fruntiera għal oħra fi ħdan is-suq intern, u ttejjeb iċ-ċertezza ġuridika;

39.  Iqis li huwa meħtieġ li jissaħħu l-eċċezzjonijiet għall-istituzzjonijiet taʼ interess pubbliku, bħal-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji, bil-għan li jiġi promoss aċċess wiesa’ għall-wirt kulturali, anke permezz taʼ pjattaformi onlajn;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis bi prudenza l-possibilità li tagħmel ċerti eċċezzjonijiet obbligatorji meta l-għan ikun il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u partikolarment il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni jew il-protezzjoni tal-libertà tal-istampa;

41.  Ifakkar fl-importanza tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-industriji kulturali u kreattivi għal dak li jirrigwarda l-ħolqien ta’ impjiegi u t-tkabbir fl-UE; jenfasizza li l-maġġoranza tal-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi jisfruttaw il-flessibilità tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur sabiex jipproduċu xogħlijiet kulturali u kreattivi, jinvestu fihom u jxerrduhom, iżda wkoll sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jippermettu lill-utenti jkollhom aċċess għal xogħlijiet kreattivi onlajn adattati għall-preferenzi u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq lokali;

42.  Jinnota b’interess l-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ użu ta’ xogħlijiet fuq netwerks diġitali, b’mod partikolari użi trasformattivi, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu eżaminati soluzzjonijiet li jirrikonċiljaw il-protezzjoni effiċjenti li tipprevedi remunerazzjoni xierqa u kumpens ġust għall-kreaturi mal-interess pubbliku għall-aċċess għal prodotti kulturali u l-għarfien;

43.  Jenfasizza li, meta tkun diġà tapplika eċċezzjoni jew limitazzjoni, l-użi ġodda ta’ kontenut li huma possibbli permezz ta’ żviluppi teknoloġiċi jew użi ġodda tat-teknoloġija għandhom ikunu, sa fejn hu possibbli, interpretati skont eċċezzjoni jew limitazzjoni eżistenti, sakemm l-użu l-ġdid ikun simili għal dak eżistenti, biex b’hekk titjieb iċ-ċertezza ġuridika – dan ikun suġġett għal test fi tliet fażijiet; jirrikonoxxi li tali flessibilità fl-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet tista’ tippermetti l-adattament tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet inkwistjoni għaċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-ħtiġijiet soċjali differenti;

44.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati n-newtralità teknoloġika u l-kompatibilità futura tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet billi jitqiesu kif xieraq l-effetti tal-konverġenza tal-midja, filwaqt li jiġi sodisfatt l-interess tal-pubbliku billi jitrawmu inċentivi biex jinħolqu, jiġu ffinanzjati u distribwiti xogħlijiet ġodda u biex dawk ix-xogħlijiet isiru disponibbli għall-pubbliku f’modi ġodda, innovattivi u konvinċenti;

45.  Jissuġġerixxi rieżami tar-responsabilità tal-fornituri u l-intermedjarji tas-servizzi sabiex jiċċara l-istatus ġuridiku u r-responsabilità tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur, jiggarantixxi li tiġi eżerċitata diliġenza dovuta matul il-proċess kreattiv u l-katina tal-provvista, u jiżgura remunerazzjoni ġusta għall-kreaturi u d-detenturi tad-drittijiet fi ħdan l-UE;

46.  Isostni li l-iżvilupp tas-suq diġitali huwa impossibbli mingħajr l-iżvilupp parallel tal-industriji kulturali u kreattivi;

47.  Jenfasizza l-importanza tal-eċċezzjoni għall-karikaturi, parodiji u pastiċċ bħala fattur għall-vitalità tad-dibattitu demokratiku; jemmen li l-eċċezzjoni għandha ssib bilanċ bejn l-interessi u d-drittijiet tal-kreaturi u l-karattri oriġinali u l-libertà ta’ espressjoni tal-utenti ta’ xogħol protett li qed jiddependi fuq l-eċċezzjoni għall-karikaturi, parodiji jew pastiċċ;

48.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-permess ta’ tekniki analitiċi awtomatizzati għat-test u d-data (pereżempju ‘l-estrazzjoni ta’ test u data’ jew ‘l-estrazzjoni ta’ kontenut’) għal skopijiet ta’ riċerka jiġi vvalutat b’mod adegwat, dejjem jekk ikun inkiseb il-permess li jinqara x-xogħol;

49.  Isostni li l-iżvilupp tas-suq diġitali huwa marbut mill-qrib mal-iżvilupp tal-industriji kreattivi u kulturali, billi dan huwa l-uniku mod kif tista’ tinkiseb prosperità permanenti, u li dawn għandhom jimxu id f’id;

50.  Jinnota li d-dritt għal proprjetà privata huwa wieħed mill-pedamenti tas-soċjetà moderna; jinnota wkoll li l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal materjal edukattiv u oġġetti kulturali hija ta’ importanza estrema għall-iżvilupp tas-soċjetà bbażata fuq l-għarfien u li dan għandu jiġi kkunsidrat mil-leġiżlaturi;

51.  Jitlob li jkun hemm eċċezzjoni għal skopijiet ta’ riċerka u edukazzjoni, li m’għandhiex tkopri biss stabbilimenti edukattivi iżda wkoll attivitajiet edukattivi jew ta’ riċerka akkreditati, inklużi attivitajiet onlajn u transfruntiera, marbuta ma’ stabbiliment edukattiv jew istituzzjoni rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti, jew leġiżlazzjoni, jew fl-ambitu ta’ programm edukattiv;

52.  Jenfasizza li kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni ġdida introdotta fis-sistema ġuridika tad-drittijiet tal-awtur tal-UE teħtieġ li tiġi ġġustifikata kif suppost minn analiżi ekonomika u ġuridika oġġettiva u soda;

53.   Jirrikonoxxi l-importanza tal-libreriji għal aċċess għall-għarfien u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-adozzjoni ta’ eċċezzjoni li tippermetti lil-libreriji pubbliċi u tar-riċerka jisilfu legalment xogħlijiet lill-pubbliku f’formati diġitali għall-użu personali, għal perjodu limitat, permezz tal-internet jew in-netwerks tal-libreriji, u dan b’tali mod li d-dmir li għandhom fl-interess pubbliku li jxerrdu l-għarfien ikun jista’ jiġi ssodisfat b’mod effettiv u aġġornat; jirrakkomanda li l-awturi għandhom jiġu kkumpensati b’mod ġust għal self elettroniku bl-istess mod bħal fil-każ ta’ self ta’ kotba fiżiċi skont ir-restrizzjonijiet territorjali nazzjonali;

54.   Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-adozzjoni ta’ eċċezzjoni li tippermetti lil-libreriji jiddiġitalizzaw il-kontenut għall-finijiet ta’ konsultazzjoni, ġbir f’katalogi u arkivjar;

55.  Jenfasizza l-importanza li jiġu meqjusa l-konklużjonijiet ta’ diversi esperimenti li qed jitwettqu mill-industrija tal-kotba biex jiġu stabbiliti mudelli tan-negozju ġusti, bilanċjati u vijabbli;

56.  Jinnota li f’xi Stati Membri ġew introdotti liċenzji statutorji mmirati lejn skemi ta’ kumpens; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li atti li huma permissibbli taħt eċċezzjoni jibqgħu hekk; ifakkar li l-kumpens għat-twettiq ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għandu jitqies biss f’każijiet fejn l-atti meqjusa li jaqgħu taħt eċċezzjoni huma ta’ dannu għad-detentur tad-drittijiet; jistieden ukoll lill-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali jwettaq valutazzjoni xjentifika sħiħa ta’ dawn il-miżuri tal-Istati Membri u l-effett tagħhom fuq kull parti interessata affettwata;

57.  Ifakkar fl-importanza tal-eċċezzjoni tal-ikkupjar privat li tista’ ma tkunx teknikament limitata, flimkien ma’ kumpens ġust tal-kreaturi; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza, abbażi ta’ evidenza xjentifika, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Frar 2014 dwar l-imposti fuq l-ikkupjar privat(18) u r-riżultati ta’ proċess ta’ medjazzjoni l-aktar reċenti mwettaq mill-Kummissjoni(19), il-vijabbiltà tal-miżuri eżistenti għall-kumpens ġust tad-detenturi tad-drittijiet fir-rigward ta’ riproduzzjonijiet li jkunu saru minn persuni naturali għall-użu privat, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda miżuri ta’ trasparenza;

58.  Jinnota li l-ikkuppjar privat għandu jkun irregolat bʼtali mod li jinforma liċ-ċittadini dwar l-ammont reali tal-imposta, l-għan tagħha u l-mod kif se tintuża;

59.  Jisħaq li l-imposti diġitali għandhom isiru aktar trasparenti u jiġu ottimizzati sabiex jissalvagwardjaw id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tal-konsumatur u billi titqies id-Direttiva 2014/26/UE dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern;

60.  Jisħaq fuq l-importanza li r-reġim tad-drittijiet tal-awtur ikun aktar ċar u trasparenti għall-utenti tad-drittijiet tal-awtur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontenut iġġenerat mill-utent u imposti fuq id-drittijiet tal-awtur, biex b’hekk titrawwem il-kreattività, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ pjattaformi onlajn, u tiġi żgurata remunerazzjoni xierqa tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur;

61.  Jinnota l-importanza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE u jisħaq fuq il-fatt li l-eżerċizzju effikaċi tal-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet, u l-aċċess għal kontenut li mhuwiex soġġett għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, m’għandux jiġi rrinunzjat minn kuntratt jew termini kuntrattwali;

62.  Jistieden lid-distributuri jippubblikaw l-informazzjoni disponibbli kollha relatata mal-miżuri teknoloġiċi neċessarji sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-kontenut tagħhom;

63.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa aktar interoperabbiltà, b’mod partikolari għas-softwer u t-terminals, peress li n-nuqqas ta’ interoperabbiltà tfixkel l-innovazzjoni, tnaqqas il-kompetizzjoni u tagħmel ħsara lill-konsumatur; jemmen li n-nuqqas ta’ interoperabbiltà jwassal għal pożizzjoni dominanti tas-suq ta’ prodott jew servizz partikolari wieħed, bir-riżultat li tiġi mxekkla l-kompetizzjoni u tiġi limitata l-għażla tal-konsumatur fl-UE;

64.  Jindika li r-rata mgħaġġla ta’ żvilupp teknoloġiku fis-suq diġitali titlob qafas leġiżlattiv teknoloġikament newtrali għad-drittijiet tal-awtur;

65.  Jirrikonoxxi r-rwol ta’ infurzar proporzjonat u effettiv fl-appoġġ tal-kreaturi, id-detenturi tad-drittijiet u l-konsumaturi;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni u lil-leġiżlatura tal-UE jirriflettu dwar soluzzjonijiet għall-ispostament tal-valur mill-kontenut lejn is-servizzi; jinsisti dwar il-bżonn li tiġi aġġustata d-definizzjoni tal-istatus ta’ intermedjarju fl-ambjent diġitali attwali;

67.  Jenfasizza li l-konsumaturi spiss jiffaċċjaw diversi limitazzjonijiet u l-kunċett ta’ drittijiet tal-konsumatur fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur huwa ħafna drabi assenti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja tal-liġi attwali tad-drittijiet tal-awtur mill-perspettiva tal-konsumaturi u tiżviluppa sett ta’ drittijiet tal-konsumaturi ċari u komprensivi;

o
o   o

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.
(2) ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72.
(3) ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.
(4) ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5.
(5) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 12.
(6) ĠU L 265, 11.10.2011, p. 1.
(7) ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15.
(8) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
(9) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28.
(10) ĠU L 346, 27.11.1992, p. 61.
(11) ĠU L 272, 13.10.2001, p. 32.
(12) Testi adottati, P7_TA(2014)0179.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0368.
(14) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 64.
(15) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 48.
(16) ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 49.
(17) Kummissjoni Ewropea, DĠ Suq Intern u Servizzi, Rapport dwar ir-rispons għall-Konsultazzjoni Pubblika rigward ir-Rieżami tar-Regoli tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur, Lulju 2014.
(18) Testi adottati, P7_TA(2014)0179.
(19) Rakkomandazzjonijiet ta' António Vitorino tal-31 ta' Jannar 2013, li tnisslu mill-aktar proċess ta' medjazzjoni reċenti mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-imposti fuq l-ikkuppjar privat u r-reprografija.


Evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED)
PDF 540kWORD 114k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-approċċ il-ġdid tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – evalwazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) mindu ġie stabbilit (2014/2231(INI))
P8_TA(2015)0274A8-0177/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6, 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED)(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE(3),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013, adottat mill-Kunsill fit-23 ta' Ġunju 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Mejju 2009 bit-titolu "Appoġġ għall-Governanza Demokratika – Lejn titjib tal-qafas tal-UE"(7),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2009 dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fil-kuntest tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE(8),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2010 li fihom ir-rapport ta' progress tal-2010 u lista ta' pajjiżi pilota proposti(9),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-Fond Ewropew għad-Demokrazija(11),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija(12) u l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012(13),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Jannar 2013 dwar l-Appoġġ tal-UE għat-Tibdil Sostenibbli f'Soċjetajiet fi Tranżizzjoni(14),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2015 bit-titolu "Lejn Politika Ewropea tal-Viċinat ġdida" (JOIN(2015)0006),

–  wara li kkunsidra r-Rieżami tal-2013 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(15),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 bit-titolu "Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni: Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat" (COM(2011)0303),

–  wara li kkunsidra l-ittra ta' appoġġ għall-istabbiliment tal-EED, indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew ta' dak li dak iż-żmien, Jerzy Buzek, u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ta' dak iż-żmien, Catherine Ashton, tal-25 ta' Novembru 2011,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EED tat-3 ta' Diċembru 2014 biex jitneħħew il-limitazzjonijiet ġeografiċi inizjali tal-EED,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 u l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0177/2015),

A.  billi l-promozzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett lejn l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-appoġġ għalihom, huma fost l-objettivi ewlenin tal-politika barranija tal-UE, kif minquxa fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

B.  billi l-UE tqis li l-prinċipju ta' sjieda tal-proċessi tal-konsolidament tad-demokrazija bħala kruċjali biex titrawwem kultura realment demokratika;

C.  billi għadd kbir ta' Stati Membri temmew b'suċċess proċess ta' trasformazzjoni demokratika tas-soċjetà matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, u akkumulaw esperjenza estensiva f'dan il-qasam li tista' tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-EED u li tista' u għandha tintuża fil-livell politiku u espert għall-ħidma tal-EED;

D.  billi l-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija u fil-viċinat tal-Lvant ġabu magħhom ridefinizzjoni tal-istrumenti politiċi tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-appoġġ tad-demokrazija;

E.  billi f'għadd ta' pajjiżi fejn jopera l-EED, l-ispazju għal azzjoni leġittima tas-soċjetà ċivili u finanzjament estern għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qiegħed jiċkien minħabba r-rikors min-naħa tar-reġimi awtoritarji għal mezzi dejjem aktar sofistikati, inkluża leġiżlazzjoni, biex jirrestrinġu l-ħidma tal-NGOs u atturi prodemokratiċi, inkluż il-benefiċjarji tal-EED;

F.  billi f'dawn l-aħħar snin il-pajjiżi fil-viċinat tal-UE ħabbtu wiċċhom ma' għadd sinifikanti ta' sfidi politiċi, ta' sigurtà u ekonomiċi li poġġew taħt pressjoni serja l-isforzi ta' demokratizzazzjoni u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

G.  billi hemm il-ħtieġa li jiġi promoss l-għoti ta' informazzjoni objettiva u indipendenti u li jissaħħaħ l-ambjent tal-midja, inkluż l-internet u l-midja soċjali, f'pajjiżi li fihom jopera l-EED, permezz tal-protezzjoni tal-libertà tal-midja u l-libertà ta' espressjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' ċensura politika u soċjali; billi hemm ukoll il-ħtieġa għal appoġġ għall-isforzi ta' demokratizzazzjoni f'dawk il-pajjiżi, inkluż il-konsolidament tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

H.  billi l-ħolqien tal-EED, flimkien ma' programmi oħra tal-UE bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tal-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili, jikkumplementa l-approċċ tradizzjonali iċċentrat fuq l-Istat b'perspettiva estremament meħtieġa, aktar ibbilanċjata, fit-tul u ċċentrata fuq is-soċjetà, b'enfasi fuq l-impenn dirett mal-movimenti tal-bażi lokali u reġjonali u l-atturi politiċi demokratiċi;

I.  billi l-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tal-assistenza għad-demokrazija, bħal dawk imwettqa mill-EED, tibqa' kompitu minnu nnifsu diffiċli, b'mod partikolari minħabba n-natura mhux lineari fit-tul tat-trasformazzjoni politika fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll minħabba n-natura ta' sikwit kunfidenzjali tal-attivitajiet involuti;

J.  billi t-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-midja soċjali saru strumenti importanti fil-ġlieda kontra d-demokrazija u għalhekk għandu jkollhom post prominenti fl-aġenda tal-assistenza għad-demokrazija Ewropea;

K.  billi mit-30 ta' Ġunju 2015, l-EED ffinanzja 186 inizjattiva, li jammontaw għal 'l fuq minn EUR 5,2 miljun fil-Viċinat tan-Nofsinhar u 'l fuq minn EUR 5,3 miljun fil-Viċinat tal-Lvant u lil hinn;

L.  billi l-EED jibbenefika minn forma unika ta' kofinanzjament li permezz tiegħu l-baġit amministrattiv huwa fornut mill-Kummissjoni, filwaqt li l-attivitajiet fuq il-post huma ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u mill-pajjiżi terzi;

Evalwazzjoni ġenerali

1.  Jilqa' r-riżultati pożittivi milħuqa s'issa mill-EED minkejja l-ambjent internazzjonali diffiċli attwali, u jqis li l-EED qiegħed jissodisfa l-objettiv ewlieni tiegħu li "jrawwem u jinkoraġġixxi d-demokratizzazzjoni u d-demokrazija fonda u sostenibbli f'pajjiżi li għaddejjin minn tranżizzjoni politika u f'soċjetajiet li qegħdin jitħabtu favur id-demokratizzazzjoni"(16), inkluż permezz ta' "appoġġ għal min mhuwiex megħjun" permezz tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-promozzjoni ta' djalogu fid-diversità u nonvjolenza, titħeġġeġ il-parteċipazzjoni soċjali u politika u jitħarsu l-attivisti u l-ġurnalisti li, lokalment, jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw u jħaffu t-tnedija ta' proċess demokratiku, li jagħmel lill-ġustizzja aktar aċċessibbli;

2.  Jirrikonnoxxi b'sodisfazzjon li minkejja l-perjodu qasir ta' attività u l-fondi limitati, u l-isfidi inerenti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-azzjonijiet ta' appoġġ għad-demokrazija, l-EED qiegħed jissodisfa r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament u jagħti valur miżjud lill-appoġġ eżistenti tal-UE għad-demokrazija permezz ta' finanzjament aktar veloċi, flessibbli, minn isfel għal fuq u mmexxi mid-domanda mogħti direttament lill-benefiċjarji b'mod finanzjarjament effiċjenti li jikkomplementa mezzi oħra tal-UE, minħabba piż amministrattiv baxx u proċeduri sempliċi stabbiliti għall-EED mill-Bord tiegħu;

3.  Huwa tal-fehma li, bħala modalità ta' appoġġ għad-demokrazija, l-EED ilu jgħin biex jonqos ir-riskju kemm politiku kif ukoll personali;

4.  Jenfasizza l-appoġġ sħiħ u kontinwu tiegħu għall-isforzi tal-UE li għandhom aktar minn element wieħed li jappoġġaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-movimenti soċjali u l-attivisti tad-dinja kollha; itenni l-importanza li tiġi evitata d-duplikazzjoni u li tkompli tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-attivitajiet tal-EED ma' strumenti finanzjarji esterni tal-UE eżistenti, b'mod speċjali l-EIDHR u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), peress li kollha kemm huma għandhom l-għan li jippromovu prinċipji demokratiċi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-viċinat tal-UE;

5.  Jilqa' l-involviment konsistenti tal-EED favur il-libertà ta' espressjoni u assoċjazzjoni, il-libertà tal-midja, il-bini u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-pluraliżmu soċjali u politiku, impenn li huwa maħsub biex jappoġġa l-iżvilupp ta' reġimi demokratiċi kemm fil-viċinat tal-Lvant kif ukoll f'dak tan-Nofsinhar;

6.  Huwa tal-fehma li l-inizjattivi li ħa l-EED taw prova tal-kapaċità unika tiegħu li jgħaqqad jew jimla l-lakuni f'każijiet fejn kien impossibbli li jinkiseb finanzjament minn Stati Membri tal-UE jew pajjiżi li mhumiex fl-UE;

7.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw approċċ olistiku biex jappoġġaw it-tranżizzjoni politika u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi, li jinkludi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tal-ġustizzja, it-trasparenza, is-sens ta' responsabilità, ir-rikonċiljazzjoni, l-istat tad-dritt u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, inkluż korpi leġiżlattivi;

Finanzjament

8.  Jistieden lill-partijiet fundaturi tal-EED, b'mod speċjali lill-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni, biex jikkontribwixxu, jew iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom, għall-EED f'konformità mal-impenji li daħlu għalihom;

9.  Ifakkar li, sas-26 ta' April 2015, dawn il-pajjiżi wiegħdu u kkontribwixxew għall-EED: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera, filwaqt li t-12-il Stat Membru l-oħra għadhom m'għamlux dan;

10.  Jenfasizza li, sabiex l-effikaċja tal-EED tiġi sostnuta u żviluppata aktar, huwa importanti li jiġi żgurat finanzjament fit-tul, suffiċjenti, stabbli, trasparenti u prevedibbli;

11.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir jikkunsidraw il-valur miżjud tal-EED matul ir-rieżami li għadu kemm tnieda tal-PEV, u jirriflettu fuq modi kif jipprovdu finanzjament sostenibbli lill-EED;

12.  Jistieden lill-Belġju li tal-inqas jivvaluta il-possibbiltà li jirritorna parti mid-dħul mit-taxxa jew id-dħul mit-taxxa kollu li rċieva mill-EED u l-impjegati tiegħu, f'forma ta' finanzjament għall-proġetti tal-EED; ifakkar li l-EED jaħdem bħala fondazzjoni privata skont id-dritt Belġjan;

13.  Jilqa' l-kontributi finanzjarji mit-Tramuntana, mill-Ewropa ċentrali u minn xi Stati Membri tan-Nofsinhar; jistieden lill-bqija tal-Istati Membri tan-Nofsinhar, li xi wħud minnhom għandhom rabtiet storiċi, ekonomiċi jew kulturali partikolarment mill-qrib mal-viċinat tan-Nofsinhar, jagħmlu sforz partikolari biex jikkontribwixxu għall-EED permezz ta' finanzjament jew sekondar;

14.  Jilqa' l-kontributi finanzjarji li l-EED rċieva mis-sħab tal-UE bħall-Iżvizzera u l-Kanada; iħeġġeġ lill-Istati l-oħra, b'mod speċjali lill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), jappoġġaw lill-EED;

15.  Jistieden lid-donaturi kollha tal-EED jiżguraw awtonomija sħiħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-EED fl-għażla tal-benefiċjarji abbażi tal-pjan ta' ħidma approvat mill-Bord tal-Gvernaturi, u jappella għat-tmiem ta' allokazzjoni ta' fondi mid-donaturi għal pajjiżi jew proġetti partikolari;

Kapaċità tar-riżorsi umani

16.  Jappella għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-segretarjat tal-EED, li jkun rifless f'riżorsi umani adegwati li jippermettu lill-EED ilaħħaq mal-kompiti l-ġodda tiegħu;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu segwitu għall-interess li esprimew fl-issekondar ta' esperti nazzjonali għas-segretarjat tal-EED;

Espansjoni ġeografika tal-mandat tal-EED u bilanċ Lvant-Nofsinhar

18.  Jilqa' t-tneħħija tal-limitazzjoni ġeografika inizjali tal-EED, kif adottata fil-laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi fit-3 ta' Diċembru 2014;

19.  Ifaħħar lill-EED talli żamm bilanċ ġeografiku fil-finanzjament tal-proġetti tiegħu bejn il-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar;

Għotjiet u benefiċjarji

20.  Iqis li huwa kruċjali li jiġi żgurat finanzjament sostenibbli lill-benefiċjarji tal-EED fuq medda twila billi jissaħħu r-rabtiet komplementari ma' donaturi bilaterali oħra u ma' strumenti Ewropej ta' finanzjament estern, b'mod partikolari l-EIDHR, li – fejn xieraq – jistgħu jieħdu appoġġ finanzjarju għal perjodu medju għal benefiċjarji "maturi" tal-EED, u għal dan l-għan:

   (a) jistieden lill-EED u lill-Kummissjoni jistabbilixxu grupp ta' kuntatt bil-għan li jiġi identifikat l-aħjar mod kif benefiċjarji tal-EED jimxu għal appoġġ finanzjarju tal-EIDHR; u
   (b) jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jressqu proposti speċifiċi għal mekkaniżmi intiżi li jipprogrammaw l-interfaċċja u l-kooperazzjoni mal-EED, sabiex tkun żgurata l-koerenza u s-sostenibbiltà fuq perjodu itwal;

21.  Jistieden lill-EED jkompli jimpenja ruħu b'mod attiv f'pajjiżi fejn l-ispazju għal appoġġ estern lis-soċjetà ċivili huwa mxekkel b'mod serju jew fejn il-finanzjament mill-Istat huwa diskriminatorju u riservat biss għal ċerti organizzazzjonijiet jew soċjetajiet ċivili; jappoġġa l-isforzi tal-EED li jeżaminaw mezzi innovattivi għall-appoġġ ta' aġenti għal bidla, b'mod partikolari f'ambjent politiku diffiċli;

22.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Bord ikompli jappoġġa lill-attivisti politiċi demokratiċi u jipprovdi finanzjament għal proċessi politiċi inklużivi; huwa tal-fehma li l-EED għandu jimpenja ruħu ma' u jappoġġa l-ħolqien u l-konsolidament tal-partiti politiċi b'impenn ċar favur il-prinċipji demokratiċi, fi sħubija mal-fondazzjonijiet politiċi eżistenti kull meta jkun possibbli;

23.  Jilqa' l-Linji gwida tal-EED dwar il-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni; jisħaq, madankollu, li l-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida għandha tkun proporzjonata mad-daqs u l-kapaċità tar-riżorsi umani tal-EED;

24.  Iħeġġeġ lill-EED jkompli jirreaġixxi għal teknoloġiji ġodda billi jintegra l-appoġġ għat-teknoloġija fl-għotjiet tiegħu;

25.  Jilqa' l-għotjiet tal-EED offruti lill-atturi Ukreni, li huma ta' eżempju tajjeb ta' appoġġ rapidu lill-attivisti politiċi u ċiviċi li wara jsiru rappreżentanti eletti demokratikament; jilqa' l-appoġġ offrut mill-EED lill-attivisti kollha favur id-demokrazija fil-viċinat tal-UE, li huwa maħsub li jsostni l-iżvilupp ta' reġimi demokratiċi konsolidati;

26.  Jilqa' l-għotjiet tal-EED offruti lill-attivisti fi wħud mill-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar, billi dawn juru l-valur miżjud tax-xogħol tal-EED favur id-demokrazija b'mod partikolari f'ambjenti ostili;

27.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-EED jpoġġi enfasi aktar b'saħħitha fuq il-gruppi soċjalment esklużi jew politikament emarġinati, billi jappoġġa, fost oħrajn, lill-movimenti tan-nisa bl-għan li jippromwovi d-drittijiet tan-nisa u jżid il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika, lill-minoranzi etniċi u lingwistiċi, lill-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI, lill-minoranzi reliġjużi ppersegwitati u lill-attivisti ċiviċi marbuta ma' komunitajiet reliġjużi, flimkien ma' movimenti tal-bażi, movimenti vulnerabbli jew politiċi emerġenti, trade unions, bloggers u attivisti ta' midja ġdida;

28.  Jistieden lill-EED jiżviluppa, jekk u meta rilevanti, kooperazzjoni ma' gruppi ta' attivisti ċiviċi marbuta ma' komunitajiet reliġjużi, inklużi minoranzi reliġjużi ppersegwitati; ifakkar li l-knisja żvolġiet rwol kruċjali fl-oppożizzjoni għar-reġimi komunisti u fil-proċessi ta' trasformazzjoni demokratika fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

29.  Iħeġġeġ lill-EED jintensifika l-appoġġ tiegħu għal mexxejja żgħażagħ emerġenti u lir-rappreżentanti nisa, żgħażagħ jew ta' minoranzi, li għadhom kemm ġew eletti f'pajjiżi li jinsabu fi tranżizzjoni politika;

30.  Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu għajnuna finanzjarja lill-midja u lis-soċjetà ċivili Russa permezz tal-EED; jirrimarka li żviluppi reċenti bħar-restrizzjonijiet imposti fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ir-repressjoni tal-oppoziżżjoni politika u kampanji ta' diżinformazzjoni aggressivi mmirati minn midja kkontrollata mill-Istat jidhru li qegħdin iservu l-iskop li deliberatament joħolqu art fertili għal klima politika estremament nazzjonalistika kkaratterizzata minn retorika antidemokratika, repressjoni u diskors ta' inċitament għall-mibegħda;

Kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-EED

31.  Jilqa' l-preżentazzjoni tal-ewwel rapport annwali tal-EED lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, skont l- Artikolu 8(4) tal-Istatuti tal-EED; jenfasizza l-importanza li dan l-eżerċizzju jseħħ fuq bażi annwali, u jenfasizza li din hija opportunità tajba sabiex isir rendikont u jiżviluppaw sinerġiji ġodda;

32.  Jappella għal rabtiet effikaċi bejn l-EED, il-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet (DEG), u l-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet permanenti rilevanti; iħeġġeġ lill-membri tiegħu jappoġġaw lill-EED u jenfasizzaw il-ħidma tiegħu f'interventi rilevanti u matul żjarat f'pajjiżi terzi minn delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, inkluż laqgħat mal-benefiċjarji;

33.  Jappella għall-iżvilupp ta' aktar kooperazzjoni bejn l-EED, il-benefiċjarji tiegħu u n-Netwerk tal-Premju Sakharov;

34.  Jistieden lill-EED jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni tiegħu mal-Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ tal-Parlament;

Koerenza politika u koordinament

35.  Iħeġġeġ kemm lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw koerenza interna u esterna ġenwin fir-rigward tal-isforzi tad-demokrazija u jirrikonoxxu r-rwol tal-EED f'dan ir-rigward;

36.  Iħeġġeġ lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri fil-pajjiżi fejn l-EED huwa attiv sabiex iressqu benefiċjarji potenzjali għall-attenzjoni tal-EED u jinfurmawhom dwar l-EED; iħeġġeġ lill-persunal tal-EED, min-naħa tiegħu, iżomm kuntatt mal-persunal diplomatiku rilevanti tal-UE u tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċjarji potenzjali li ma jistgħux jiġu appoġġati mill-EED, li juri rispett reċiproku lejn is-sensittività tal-informazzjoni u s-sigurtà tal-partijiet kollha;

37.  Iħeġġeġ lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri jikkooperaw b'mod strutturat sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-applikazzjoni għal viża għall-benefiċjarji tal-EED li jkunu mistiedna fl-Unjoni Ewropea;

38.  Jilqa' l-isforzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni intiżi li jxerrdu informazzjoni dwar l-EED fost il-persunal tagħhom, b'mod partikolari fid-Delegazzjonijiet tal-UE;

39.  Jappella għal laqgħa kull tliet snin tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EED fil-livell ministerjali sabiex jirrifletti dwar il-politika tal-UE ta' appoġġ għad-demokrazija u dwar prijoritajiet strateġiċi futuri tal-EED;

Kooperazzjoni ma' atturi oħra ta' appoġġ għad-demokrazija

40.  Jistieden lill-EED jkompli jikkoopera ma' organizzazzjonijiet b'bażi Ewropea bħalma huma l-Kunsill tal-Ewropa, l-IDEA (l-Istitut Internazzjonali għad-Demokrazija u l-Għajnuna Elettorali), u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, skont l-Istatuti tal-EED;

41.  Jistieden lill-EED jrawwem kooperazzjoni ma' atturi ewlenin u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u nazzjonali attivi fil-qasam ta' għajnuna għad-demokrazija li jew huma bbażati fl-UE jew jaħdmu f'pajjiżi fejn jopera l-EED;

42.  Iħeġġeġ lill-EED jidentifika perkorsi possibbli ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili, inkluż il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant u l-Fondazzjoni Anna Lindh;

Aktar rakkomandazzjonijiet

43.  Jistieden lill-EED jkompli jiżviluppa mezzi u strumenti ġodda u innovattivi għall-għajnuna għad-demokrazija, inkluż għall-atturi politiċi jew attivisti, u jaqsam l-aħjar prattiki sabiex jaġġusta l-klima li qiegħda tikber ta' restrizzjoni f'għadd ta' pajjiżi b'reġimi awtoritarji, b'mod partikolari fir-rigward ta' midja ġdida u inizjattivi ta' bażi f'dawn il-pajjiżi; jissottolinja l-importanza, f'dan il-kuntest, tal-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi għall-pajjiżi;

44.  Jappella, f'isem l-ispirtu demokratiku tiegħu, sabiex ikun garantit li l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EED tirrappreżenta l-gruppi politiċi kollha, abbażi tas-sistema d'Hondt;

45.  Jilqa' s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-kisbiet tal-EED s'issa, u jqis li ż-żieda fl-enfasi tal-uniċità u tal-valur miżjud tal-EED u komunikazzjoni dwar is-suġġetti b'mod wiesa' u fuq bażi regolari jżidu l-kapaċità tal-ġbir tal-fondi tal-EED;

o
o   o

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Fond Ewropew għad-Demokrazija.

(1) ĠU C 257 E, 6.9.2013, p. 13.
(2) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0470.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0076.
(5) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.
(6) ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.
(7) http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%209908%202009%20INIT
(8) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-111250-2009-INIT/mt/pdf
(9) https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/118433.pdf
(10) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/EN/foraff/122917.pdf
(11) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/126505.pdf
(12) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/131171.pdf
(13) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/131181.pdf
(14) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/135130.pdf
(15) http://eeas.europa.eu/library/publications/2013/3/2013_eeas_review_mt.pdf
(16) Artikolu 2 tal-Istatuti tal-EED – disponibbli mill-indirizz: https://www.democracyendowment.eu/about-eed/


Sitwazzjoni fil-Burundi
PDF 284kWORD 103k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi (2015/2723(RSP))
P8_TA(2015)0275RC-B8-0657/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-10 ta' April 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Burundi,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Kapijiet ta' Stat tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant fil-31 ta' Mejju 2015 f'Dar es Salaam, it-Tanzanija,

–  wara li kkunsidra l-appell urġenti magħmul minn ex-Kapijiet ta' Stat, partiti politiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Burundjani fit-28 ta' Mejju 2015 f'Bujumbura,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi adottati fis-summit tal-Unjoni Afrikana tat-13 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Burundi tat-22 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President / Rappreżentant Għoli Federica Mogherini dwar is-sospensjoni tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE għall-Burundi tat-28 ta' Mejju 2015 u d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-VP/RGħ dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi tad-29 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-14 ta' Ġunju 2015 li tissospendi l-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Assemblea għall-Burundi minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-qasam tal-Libertà tal-Espressjoni, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2014 li fihom impenjat ruħha li tintensifika l-ħidma tagħha dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza (ACDEG),

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 96 tal-Kostituzzjoni tal-Burundi u l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni jistipulaw li president jista' jibqa' fil-kariga għal żewġ manadati biss; billi l-President Pierre Nkurunziza ilu fil-kariga mill-2005, peress li ġie elett mill-ġdid fl-2010 f'elezzjoni li ġiet ibbojkottjata mill-oppożizzjoni wara li din akkużat lill-gvern b'intimidazzjoni;

B.  billi fis-26 ta' April 2015 il-President Nkurunziza ħabbar li kien se joħroġ għat-tielet mandat – filwaqt li ġġustifika l-eliġibbiltà tiegħu abbażi tal-fatt li għall-ewwel mandat tiegħu kien inħatar mil-leġiżlaturi –, u b'hekk xeħet lill-pajjiż fi kriżi u kkawża protesti mifruxa u kolp ta' stat militari f'Mejju 2015 li ma rnexxiex;

C.  billi, wara din l-aħbar, 17-il uffiċjal ġew arrestati fl-14 ta' Mejju 2015 wara li falla tentattiv ta' kolp ta' stat immexxi mill-ex-Maġġur Ġenerali tal-armata Godefroid Niyombare, li ħarab mill-pajjiż, u wara dan it-tentattiv aktar minn 70 ruħ inqatlu fi vjolenza u f'sensiela ta' attakki bil-granati;

D.  billi żewġ membri anzjani tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (CENI) ħarbu mill-pajjiż, hekk kif ħarbu wkoll imħallef anzjan tal-Qorti Kostituzzjonali bl-inkarigu li jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tat-tielet mandat tal-President, u l-Ispeaker tal-Assemblea Nazzjonali, minħabba l-biża' għas-sikurezza tagħhom stess; billi fil-25 ta' Ġunju 2015 il-Viċi President tal-Burundi Gervais Rufyikiri ħarab ukoll mill-pajjiż wara li tefa' dubju fuq l-eliġibbiltà tal-President għat-tielet mandat;

E.  billi l-pulizija użaw forza eċċessiva f'repressjoni fuq dimostranti paċifiċi, li rriżultat fi mwiet; billi ċ-ċifri tal-pulizija jindikaw li 892 ruħ ġew arrestati b'rabta mal-protesti bejn is-26 ta' April u t-12 ta' Mejju 2015 u mbagħad 568 ġew rilaxxati; billi 280 detenut ġew trasferiti lejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku;

F.  billi l-vjolenza qed tiggrava minħabba l-azzjonijiet tal-milizja marbuta mal-awtoritajiet; billi l-NGOs u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikkundannaw l-infiltrazzjoni tal-pulizija u l-forzi armati mill-milizja tas-CNDD-FDD (Kunsill Nazzjonali għad-Difiża tad-Demokrazija – Forzi għad-Difiża tad-Demokrazija);

G.  billi l-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili bbojkottjaw l-elezzjonijiet minħabba l-użu partiġjan tal-istituzzjonijiet tal-istat, il-vjolenza u l-intimidazzjoni mill-milizja taż-żgħażagħ tas-CNDD-FDD (l-Imbonerakure), nuqqas ta' fiduċja fis-CENI (il-kummissjoni elettorali nazzjonali indipendenti tal-Burundi), u l-istrateġiji tal-gvern maħsuba biex inaqqsu l-inklużività tal-proċess elettorali, inklużi d-diffikultajiet fir-reġistrazzjoni tal-votanti u t-tfassil mill-ġdid tal-konfini elettorali, li jiffavorixxu l-partit fil-gvern; billi s-sitwazzjoni ġiegħlet lill-Knisja Kattolika tal-Burundi tirtira s-saċerdoti li kienet ħatret biex jgħinu fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, filwaqt li qalet li "ma tistax tappoġġa elezzjonijiet li huma mimlija nuqqasijiet";

H.  billi l-partit fil-poter tal-Burundi bbojkottja l-issoktar tat-taħdidiet ta' medjazzjoni taħt l-awspiċji tal-faċilitatur tan-NU Abdoulaye Bathily, li talbu r-riżenja talbu, u l-grupp ta' "ffaċilitar" li jikkonsisti minn rappreżentanti tan-NU, l-Unjoni Afrikana (UA), l-EAC u l-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR);

I.  billi l-komunità internazzjonali għandha rwol sinifikanti fir-reġjun bħala l-garanti tal-Ftehimiet ta' Arusha, u billi istituzzjonijiet bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali huma ta' importanza kbira fit-twettiq ta' inkjesti indipendenti dwar il-vjolenza u d-delitti mwettqa fil-Burundi;

J.  billi, minkejja appelli mill-komunità internazzjonali biex l-elezzjonijiet jiġu posposti u minkejja li kienu soġġetti għal bojkott mis-soċjetà ċivili u mill-oppożizzjoni, l-elezzjonijiet leġiżlattivi saru fid-29 ta' Ġunju 2015 u l-elezzjonijiet presidenzjali huma skedati għall-15 ta' Lulju 2015;

K.  billi fid-29 ta' Ġunju 2015 l-UE rtirat il-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tagħha għall-Burundi, billi kienet tal-fehma li jekk jiġu organizzati elezzjonijiet leġiżlattivi mingħajr ma jkun hemm fis-seħħ il-kundizzjonijiet minimi biex jiġu żgurati l-kredibbiltà, it-trasparenza u l-inklużività tagħhom, dan seta' biss jaggrava l-kriżi;

L.  billi osservaturi tan-NU ddikjaraw li l-elezzjoni tad-29 ta' Ġunju 2015 saret "fi kriżi politika mimlija tensjoni u klima ta' biża' u intimidazzjoni mifruxa f'partijiet tal-pajjiż", u għalhekk ikkonkludew li "l-ambjent ma kienx favorevoli għal elezzjonijiet ħielsa, kredibbli u inklużivi";

M.  billi l-proċess elettorali għadu serjament imfixkel minn restrizzjonijiet fuq il-midja indipendenti, użu eċċessiv ta' forza kontra d-dimostranti, klima ta' intimidazzjoni għall-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, u nuqqas ta' fiduċja fl-awtoritajiet elettorali, sitwazzjoni li wasslet biex l-UE tissospendi l-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tagħha;

N.  billi l-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC) u l-Unjoni Afrikana (UA) ddikjaraw li bħalissa mhumiex fis-seħħ kundizzjonijiet favorevoli għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet u li mhux se jkun possibbli li tali kundizzjonijiet jiddaħħlu fis-seħħ fiż-żmien previst fil-Kostituzzjoni tal-Burundi;

O.  billi l-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) tgħid li madwar 127 000 ruħ ħarbu mill-Burundi lejn stati ġirien, fatt li ħoloq emerġenzi umanitarji fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fir-Rwanda u fit-Tanzanija, fejn ġiet irrappurtata tifqigħa ta' kolera;

P.  billi l-impass politiku fil-Burundi u s-sitwazzjoni ekonomika u tas-sigurtà li qed tiddeterjora għandhom konsegwenzi serji għall-popolazzjoni u huma ta' riskju għar-reġjun kollu kemm hu, filwaqt li l-Burundi qed jiffaċċja l-agħar kriżi tiegħu sa mill-gwerra ċivili bi sfond etniku ta' 12-il sena li fiha huwa stmat li mietu 300 000 ruħ sal-2005;

Q.  billi, b'reazzjoni għal riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari r-referenzi fihom għall-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, ir-rappreżentanti tal-UE insistew fuq il-ħtieġa ta' parteċipazzjoni inklużiva fil-proċess elettorali mill-forzi politiċi kollha tal-pajjiż, bi qbil mal-pjan direzzjonali tal-elezzjoni u l-Kodiċi ta' Kondotta fi Kwistjonijiet Elettorali (Code de bonne conduite en matière électorale);

R.  billi l-UE ssospendiet il-ħlas tal-ammont pendenti ta' EUR 1,7 miljun f'appoġġ elettorali għall-Burundi, peress li l-prekundizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw il-kredibbiltà u l-funzjonament bla xkiel tal-proċess elettorali b'mod li huwa paċifiku, inklużiv u trasparenti u li ma jiksirx il-libertajiet politiċi, inkluża l-libertà tal-espressjoni, attwalment mhumiex fis-seħħ;

S.  billi l-Belġju ħabbar ukoll is-sospensjoni tal-għajnuna elettorali, filwaqt li għażel li jżomm nofs l-EUR 4 miljun li kien alloka għall-elezzjonijiet u rtira minn ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-pulizija ta' EUR 5 miljun iffinanzjat b'mod konġunt man-Netherlands; billi Franza ssospendiet ukoll il-kooperazzjoni rigward is-sigurtà mal-Burundi, u l-Ġermanja ħabbret is-sospensjoni ta' kull kooperazzjoni bilaterali li tinvolvi lill-Gvern tal-Burundi;

T.  billi d-dritt għal-libertà tal-espressjoni huwa ggarantit mill-Kostituzzjoni tal-Burundi u minn trattati internazzjonali u reġjonali rratifikati mill-Burundi, huwa inkluż fl-Istrateġija Nazzjonali għal Governanza Tajba u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni, u huwa kundizzjoni essenzjali għal elezzjonijiet ħielsa, ġusti, trasparenti u paċifiċi; billi, madankollu, it-trażżin tal-midja huwa kważi totali, bħala riżultat tal-għeluq, f'nofs Mejju, tal-mezzi tax-xandir li jappartjenu lill-privat, l-esodu tal-massa ta' ġurnalisti u t-theddid kostanti kontra dawk li għadhom fil-Burundi;

U.  billi l-UE tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-baġit annwali tal-Burundi, li madwar nofsu ġej mill-għajnuna internazzjonali, u reċentement allokat EUR 432 miljun lill-Burundi – wieħed mill-ifqar pajjiżi fid-dinja – mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2014-2020, biex, fost affarijiet oħra, tassisti fit-titjib tal-governanza u s-soċjetà ċivili;

V.  billi s-sitwazzjoni attwali għandha impatt fuq il-ħajja ekonomika u soċjali tal-Burundjani kollha; billi l-biċċa l-kbira tal-kampusijiet tal-università u l-iskejjel jinsabu magħluqa minħabba d-dimostrazzjonijiet vjolenti fil-belt kapitali, Bujumbura, il-munita lokali sfat iddeprezzata, il-qgħad żdied u d-dħul mit-taxxa naqas, minħabba l-għeluq taċ-ċentri kummerċjali u t-tnaqqis tal-kummerċ mal-istati ġirien;

1.  Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni politika u umanitarja li sejra għall-agħar fil-Burundi u r-reġjun usa'; jitlob għall-waqfien immedjat tal-vjolenza u l-intimidazzjoni politika tal-avversari u d-diżarm immedjat tal-gruppi taż-żgħażagħ armati kollha li huma alleati ma' partiti politiċi; jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi tal-vjolenza u lil dawk li tilfu ħajjithom, u jappella għal għajnuna umanitarja immedjata għal dawk li ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom;

2.  Jikkundannaid-deċiżjoni tal-Gvern tal-Burundi li jibqa' għaddej bl-elezzjonijiet minkejja s-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà prevalenti kritika u minħabba li l-proċess elettorali ġie mgħarraq serjament mir-restrizzjonijiet fuq il-midja indipendenti, l-użu eċċessiv tal-forza kontra d-dimostranti, klima ta' intimidazzjoni għall-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili u nuqqas ta' fiduċja fl-awtoritajiet elettorali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Burundjani jipposponu l-elezzjonijiet presidenzjali li huma ffissati għall-15 ta' Lulju 2015 skont it-talbiet tal-Unjoni Afrikana u jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati kollha fl-isforzi biex jinħoloq ambjent li jwassal għal proċess elettorali paċifiku, kredibbli, ħieles u ġust;

3.  Jistieden lil dawk kollha involuti fil-proċess elettorali, inklużi l-korpi responsabbli mill-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u s-servizzi tas-sigurtà, biex jonoraw l-impenji li ħadu fil-Ftehim ta' Arusha, u jfakkar li dan il-ftehim temm il-gwerra ċivili u huwa l-pedament li fuqha hija mibnija l-Kostituzzjoni tal-Burundi; jissottolinja l-importanza ta' ftehim kunsenswali dwar il-kalendarju elettorali fuq il-bażi ta' valutazzjoni teknika li għandha ssir min-NU;

4.  Jenfasizza, għal darb'oħra, li huwa biss permezz ta' djalogu u kunsens, li jinvolvu lill-Gvern tal-Burundi, l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili b'konformità mal-Ftehim ta' Arusha u l-Kostituzzjoni tal-Burundi, li tista' tinstab soluzzjoni politika dejjiema fl-interess tas-sigurtà u d-demokrazija għall-poplu kollu tal-Burundi; jistieden lill-partijiet ikkonċernati tal-Burundi jerġgħu jibdew id-djalogu dwar l-oqsma kollha fejn hemm nuqqas ta' qbil; jappoġġa, għalhekk, l-isforzi ta' medjazzjoni li qed isiru mill-UA, l-EAC u n-NU, u lest li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifiċi mħabbra reċentement mill-UA;

5.  Jesprimi, għal darba oħra, l-appoġġ tiegħu għall-isforzi kontinwi li qed tagħmel l-EAC, u jenfasizza r-rilevanza tal-miżuri li sar qbil dwarhom fis-summits li saru f'Dar es Salaam fit-13 u l-31 ta' Mejju 2015, inkluża t-talba għall-posponiment tal-elezzjonijiet u l-waqfien immedjat tal-vjolenza, id-diżarm tal-gruppi taż-żgħażagħ affiljati ma' partiti politiċi, il-bidu ta' djalogu fost il-partijiet ikkonċernati Burundjani, u l-impenn min-naħa tar-reġjun li ma joqogħdux passivi jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar, ħaġa li tipprovdi qafas għal soluzzjoni politika u kunsenswali għall-kriżi;

6.  Ifakkar li s-sħubija tal-UE mal-Burundi hija rregolata bil-Ftehim ta' Cotonou, u li l-partijiet kollha huma marbuta li jirrispettaw u jimplimentaw it-termini ta' dak il-ftehim, b'mod partikolari r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-Burundi ffirma u rratifika wkoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, u għalhekk huwa obbligat li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem universali u l-libertà tal-espressjoni; jistieden lill-Gvern tal-Burundi, għalhekk, biex jippermetti li jseħħ dibattitu politiku ġenwin u miftuħ mingħajr biża' ta' intimidazzjoni, u biex iżomm lura milli juża ħażin il-ġudikatura biex jeskludi lir-rivali politiċi;

7.  Jieħu nota tad-djalogu li sar bejn l-UE u l-awtoritajiet tal-Burundi skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou; jemmen, madankollu, li hemm ksur kontinwu tal-elementi essenzjali u fundamentali tal-Ftehim ta' Cotonou, b'mod partikolari r-rispett għall-prinċipji fundamentali demokratiċi u tal-bniedem, u jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tibda proċeduri skont l-Artikolu 96 bil-ħsieb li jittieħdu miżuri xierqa;

8.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni, għal dan l-għan, biex tivvaluta mill-ġdid l-għajnuna tal-UE b'urġenza bl-għan li tiddevjaha, li żżid l-appoġġ finanzjarju għas-soċjetà ċivili u li tiffoka fuq l-għajnuna umanitarja pjuttost milli fuq l-appoġġ baġitarju ċentrali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu r-rwol ta' min ifaħħru tal-armata tal-Burundi fil-missjoni ta' żamma tal-paċi fis-Somalja;

9.  Jingħaqad mal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-22 ta' Ġunju 2015 fl-istedina lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) biex tħejji lista ta' miżuri restrittivi mmirati u ta' projbizzjonijiet tal-viża u l-ivvjaġġar kontra dawk responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, flimkien ma' dawk li attivament jimpedixxu soluzzjoni politika fil-qafas propost mill-UA u l-EAC, u jitlob ukoll lill-VP/RGħ tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffriżati l-assi ta' dawn l-individwi kollha fl-Istati Membri tal-UE;

10.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-numru ta' vittmi u n-numru ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtati sa mill-bidu tal-kriżi, b'mod partikolari dawk l-abbużi attribwiti lill-membri tal-Imbonerakure; jinnota l-intimidazzjoni u r-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti politiċi u l-ġurnalisti u l-arrest arbitrarju ta' membri tal-partiti tal-oppożizzjoni; jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni ta' dawk kollha li ġew arrestati b'riżultat tal-eżerċizzju tad-dritt tagħhom ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni;

11.  Jitlob b'insistenza li l-vjolenza u l-intimidazzjoni mwettqa mill-Imbonerakure jintemmu minnufih; jistieden lis-CNDD-FDD jieħu azzjoni immedjata biex jiddiżarma l-milizzja taż-żgħażagħ u biex il-membri tagħha ma jibqgħux jintimidaw u jattakkaw l-avversarji, u jiżgura li dawk responsabbli mill-abbużi jitressqu l-qorti; jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar affermazzjonijiet li s-CNDD-FDD jarma u jħarreġ it-taqsima taż-żgħażagħ tiegħu; bl-istess mod, iħeġġeġ lill-mexxejja tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jipprevjenu li titwettaq vjolenza kontra l-avversarji tagħhom;

12.  Itenni li m'għandux ikun hemm impunità għal dawk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, li jridu jinżammu individwalment responsabbli u jagħtu rendikont f'qorti tal-ġustizzja; iqis li huwa ta' importanza partikolari li l-iskjerament ta' osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u esperti militari mħabbar mill-UA jibda minnufih;

13.  Jinnota li tentattivi ta' ċerti forzi li jittrasformaw l-irvellijiet f'kunflitt etniku qed ifallu, u li d-diviżjonijiet politiċi fil-Burundi mhumiex espliċitament etniċi; jemmen li dan juri s-suċċess tal-Ftehimiet ta' Arusha fl-istabbiliment ta' armata u forza tal-pulizija etnikament bilanċjata; jistieden lill-prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali biex għaldaqstant jimmonitorja mill-qrib lil dawn il-midja għat-tixwix għall-mibegħda etnika, kif ukoll għad-diskorsi mill-mexxejja politiċi;

14.  Itenni, f'dan il-kuntest, l-importanza tar-rispett tal-Kodiċi ta' Kondotta fi Kwistjonijiet Elettorali u tal-pjan direzzjonali elettorali nnegozjat min-NU li ġie ffirmat mill-atturi politiċi fl-2013, u jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi reġjonali u tan-NU għall-prevenzjoni ta' żieda ulterjuri fil-vjolenza politika;

15.  Jitlob li jitneħħew minnufih ir-restrizzjonijiet fuq il-midja u l-aċċess għall-internet, u jiddenunzja għal darb'oħra l-attakki ripetuti fuq Radio Publique Africaine, li jservi bħala wieħed mis-sorsi prinċipali ta' aħbarijiet tal-pajjiż; iqis li ma jistgħux isiru elezzjonijiet leġittimi sakemm il-kumpaniji tal-midjaa ma jkunux jistgħu joperaw mingħajr restrizzjonijiet, u l-ġurnalisti ma jkunux jistgħu jirrappurtaw mingħajr intimidazzjoni;

16.  Ifaħħar ir-rwol tal-organizzazzjonijiet umanitarji u tal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-viċinat li qed jindirizzaw il-bżonnijiet ta' dawk li qed jaħarbu mill-kriżi u qed joffru protezzjoni lir-refuġjati; jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni ta' EUR 1,5 miljun addizzjonali biex tittaffa s-sitwazzjoni umanitarja; iwissi, madankollu, li l-impenji jridu jiġu rduppjati b'urġenza kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri tagħha, minħabba l-influss enormi ta' refuġjati f'reġjun li diġà huwa fraġli, b'tifqigħat irrappurtati ta' kolera u b'rapporti allarmanti ta' vjolenza sesswali; jissottolinja l-importanza ta' strateġija fit-tul mhux biss għall-assistenza medika u nutrizzjonali iżda anke għall-assistenza psikoloġika u ta' reintegrazzjoni għal dawk li ġew imġiegħla jaħarbu;

17.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iwettqu l-impenji kollha li ħadu fir-rigward tal-Pjan ta' Reazzjoni Reġjonali għar-Rifuġjati tal-Burundi tan-NU, li jirrikjedi USD 207 miljun sa Settembru 2015 sabiex jassisti lill-200 000 refuġjat mistennija mill-Burundi, anke permezz ta' żieda fl-għotjiet eżistenti lir-reġjun;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern tal-Burundi u lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, lill-gvernijiet tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.


Il-Kommemorazzjoni ta’ Srebrenica
PDF 347kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew id-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Kommemorazzjoni ta’ Srebrenica (2015/2747(RSP))
P8_TA(2015)0276RC-B8-0716/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2005(1) u tal-15 ta’ Jannar 2009(2) dwar Srebrenica,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jirrikonoxxi d-dritt ta’ kulħadd għall-ħajja, il-libertà u s-sigurtà tal-persuna u għal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 827 tal-25 ta' Mejju 1993, 1551 tal-9 ta' Lulju 2004, u 1575 tat-22 ta' Novembru 2004 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-11 ta’ Lulju 2015 jimmarka l-20 anniversarju mill-att ta’ ġenoċidju u tindif etniku li seħħ f’Srebrenica u madwarha tul il-Gwerra tal-Bożnija, li għandu jservi bħala tfakkira mġedda tal-perikoli ta’ forom estremi ta’ nazzjonaliżmu u intolleranza fis-soċjetà, li jkomplu jiġu aggravati fil-qafas ta’ gwerra;

B.  billi, fil-11 ta’ Lulju 1995, il-belt ta’ Srebrenica fil-Bożnija, li kienet ġiet iddikjarata żona sikura mir-Riżoluzzjoni 819 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-16 ta’ April 1993, waqgħet f'idejn il-forzi Bożnijaċi-Serbi mmexxija mill-Ġeneral Ratko Mladić, li aġixxa taħt l-awtorità tal-ex President tar-Repubblika Srpska, Radovan Karadžić;

C.  billi, matul bosta ġranet ta' massakru wara l-waqgħa ta' Srebrenica, aktar minn 8 000 raġel u tifel Musulman, li kienu fittxew rifuġju f'din iż-żona taħt il-protezzjoni tal-Forza ta' Protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNPROFOR), inqatlu sommarjament minn forzi Bożnijaċi-Serbi mmexxija mill-Ġeneral Mladić u minn unitajiet paramilitari, inklużi unitajiet tal-pulizija irregolari; billi kważi 30 000 mara, tifel u tifla u anzjan tkeċċew bil-forza f'kampanja ta' tindif etniku fuq skala enormi, u għalhekk din il-ġrajja tirrappreżenta l-akbar delitt tal-gwerra li seħħ fl-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija;

D.  billi l-avvenimenti traġiċi ta’ Srebrenica ħallew feriti emozzjonali profondi fuq dawk li baqgħu ħajjin u ħolqu ostakli permanenti għar-rikonċiljazzjoni politika fost il-gruppi etniċi fil-Bożnija-Ħerzegovina (BiH);

E.  billi l-massakru ta’ Srebrenica ġie rikonoxxut bħala ġenoċidju kemm mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) f’Sentenza tal-Appell, Prosekutur vs Radislav Krstić, Kawża Nru.: IT-99-33 tad-19 ta’ April 2004, u l-qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fil-Kawża li tikkonċerna l-Applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Pieni tad-Delitt tal-Ġenoċidju (Bożnija-Ħerzegovina vs Serbja u Montenegro) tas-27 ta’ Frar 2007, p. 127, §297 (ICJ);

F.  billi l-vjolazzjonijiet multipli tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra twettqu mill-forzi Bożnijaċi-Serbi kontra l-popolazzjoni ċivili ta’ Srebrenica, inklużi d-deportazzjonijiet ta’ eluf ta’ nisa, tfal u anzjani u l-istupru ta’ għadd kbir ta’ nisa;

G.  billi, minkejja l-isforzi li saru biex jinstabu u jiġu eżumati oqbra individwali u tal-massa, l-iġsma ta' kważi 1 200 raġel u tifel minn Srebrenica għadhom ma nstabux u ma ġewx identifikati;

H.  billi fl-1999 is-Segretarju Ġenerali tan-NU fir-rapport tiegħu dwar il-waqgħa ta' Srebrenica ddikjara li n-NU fallew fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-hekk imsejħa “żoni sikuri” u għaldaqstant jaqsmu wkoll ir-responsabilità;

I.  billi l-UE hija mibnija fuq koeżistenza paċifika u kooperazzjoni b’impenn bejn il-membri tagħha; billi waħda mill-motivazzjonijiet ewlenin tagħha għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea hija r-rieda li tipprevjeni r-rikorrenza ta’ gwerer u delitti kontra l-liġi umanitarja internazzjonali fl-Ewropa;

J.  billi, fit-30 ta' Jannar 2015 l-ICTY ikkonferma s-sentenzi ta' ħames uffiċjali għoljin tal-armata Bożnijaka-Serba li nstabu ħatja tal-involviment tagħhom fil-ġenoċidju ta' Srebrenica tal-1995; billi wħud mill-uffiċjali li nstabu ħatja rrappurtaw direttament lill-ex mexxej tal-armata Bożnijaka-Serba Ratko Mladić, li attwalment għaddej proċess kontrih fl-ICTY għal delitti li jinkludu l-ġenoċidju;

1.  Ifakkar u jonora l-vittmi kollha tal-ġenoċidju ta' Srebrenica u tal-atroċitajiet imwettqa matul il-gwerer fl-ex Jugoslavja; jesprimi l-kondoljanzi u s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi, li ħafna minnhom qed jgħixu mingħajr konferma finali tad-destin li kellhom qrabathom;

2.  Jikkundanna bil-mod l-aktar qawwi possibbli l-ġenoċidju f’Srebrenica; jiddikjara solennement li tali delitti orrendi ma għandhom qatt jerġgħu jseħħu u jiddikjara li jagħmel kull ma huwa fil-poter tiegħu biex jipprevjeni li tali atti jerġgħu jseħħu; jirrifjuta bil-qawwa kull ċaħda, relativizzazzjoni jew miżinterpretazzjoni tal-ġenoċidju;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li r-rappreżentanti politiċi fil-Bożnija u l-Ħerzegovina jirrikonoxxu l-passat sabiex jaħdmu flimkien b’suċċess lejn futur aħjar għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż; jenfasizza r-rwol importanti li l-pajjiżi ġirien, l-awtoritajiet reliġjużi, is-soċjetà ċivili, l-arti, il-kultura, il-midja u s-sistemi edukattivi jistgħu jaqdu f’dan il-proċess diffiċli;

4.  Jissottolinja l-importanza tal-ħidma magħmula mill-ICTY u l-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċessi u l-appelli jiġu aċċelerati u jintemmu mingħajr dewmien żejjed; itenni li għandha tingħata attenzjoni akbar lill-proċessi dwar delitti tal-gwerra fil-livell domestiku;

5.  Itenni l-impenn tal-UE lejn il-perspettiva Ewropea u t-tkomplija tal-proċedura ta’ adeżjoni tal-BiH u tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent; jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali u l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea huma l-aħjar mod biex tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni u biex jingħelbu l-mibegħda u d-diviżjonijiet;

6.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ programmi edukattivi u kulturali li jippromwovu komprensjoni tal-kawżi ta’ tali atroċitajiet u jqajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa li titrawwem il-paċi u jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u t-tolleranza fost ir-reliġjonijiet; jesprimi l-appoġġ tiegħu għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħall-Assoċjazzjoni tal-Ommijiet ta' Srebrenica u l-enklavi ta' Žepa minħabba fir-rwol ċentrali tagħhom biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jibnu bażi usa' għar-rikonċiljazzjoni fost iċ-ċittadini kollha tal-pajjiż;

7.  Jisgħobbih li l-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, li għandu r-responsabbiltà ewlenija għaż-żamma tal-paċi u sigurtà internazzjonali, naqqas milli jgħaddi riżoluzzjoni li tikkommemora il-ġenoċidju ta' Srebrenica. Din hija speċjaliment ħasra, billi l-Qorti tad-Ġustizzja Internazzjonali, il-korp ġuridiku ewlieni tan-NU, iddetermina li r-reati mwettqa f'Srebrenica kienu ġenoċidju;

8.  Jilqa bil-qawwa d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina, meħuda b'mod unanimu, li jiddikjara l-11 ta' Lulju bħala Jum ta' Luttu fil-Bożnija-Ħerżegovina;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-entitajiet tiegħu, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

(1) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 468.
(2) ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 111.


L-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions
PDF 262kWORD 78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions (2015/2756(RSP))
P8_TA(2015)0277RC-B8-0689/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kambodja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-22 ta' Ġunju 2015tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-27 ta' April 2015 dwar it-tieni rapport perjodiku dwar il-Kambodja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta' Awwissu 2014 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja,

–  wara li kkunsidra d-diversi konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87) u d-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98),

–  wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-1997 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-soċjetà ċivili enerġika tal-Kambodja, partikolarment l-attivisti li jaħdmu fuq il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-fondi, il-membri tat-trade unions, il-ġurnalisti u l-membri tal-partit fl-oppożizzjoni, żvolġew rwol korrettiv importanti;

B.  billi fil-5 ta' Ġunju 2015 il-Gvern tal-Kambodja approva l-abbozz ta' Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (LANGO); billi l-abbozz ta' liġi kien intbagħat lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kambodja għal rieżami fis-16 ta' Ġunju 2015;

C.  billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar sieħeb tal-Kambodja f'termini ta' assistenza għall-iżvilupp, b'allokazzjoni ġdida għall-perjodu 2014-2020 li tammonta għal EUR 410 miljun; billi l-Unjoni Ewropea ssostni l-firxa wiesgħa ta' inizjattivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jwettqu l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili l-oħrajn tal-Kambodja u osservat ukoll l-elezzjonijiet nazzjonali u muniċipali barra milli forniet sostenn favur il-proċess elettorali; billi l-Kambodja tiddependi ħafna mill-assistenza għall-iżvilupp;

D.  billi r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni ddikjara li s-soċjetà ċivili tal-Kambodja tħalliet barra mill-proċess ta' abbozzar tal-LANGO;

E.  billi bosta NGOs rinomati indikaw li l-LANGO ssegwi tentattivi preċedenti, li sussegwentement ġew irtirati bħala risposta għall-oppożizzjoni nazzjonali u internazzjonali, intiżi biex tiġi promulgata liġi li tkun timponi restrizzjonijiet inġustifikati fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni u tifrex is-sisien ġuridiċi li fuqhom tingħalaq jew tinċaħad arbitrarjament ir-reġistrazzjoni lill-NGOs li ma jgawdux mill-approvazzjoni politika, inklużi dawk li jimpjegaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

F.  billi d-dritt għal-libertà ta' espressjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni tal-Kambodja u d-dritt ta' parteċipazzjoni politika fl-Artikolu 35 tal-istess Kostituzzjoni;

G.  billi d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika huwa minqux fil-Kostituzzjoni tal-Kambodja, fl-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 21 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

H.  billi d-dritt ta' parteċipazzjoni fl-iżvolġiment tal-affarijiet pubbliċi huwa minqux fl-Artikolu 25 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u billi l-libertà ta' assoċjazzjoni, imħarsa mill-Artikolu 22 ta' tali Patt, tirrappreżenta żieda essenzjali għal din il-parteċipazzjoni u spiss hija t-triq li twassal għaliha; billi t-trasparenza u r-responsabilità huma elementi essenzjali għal demokrazija funzjonanti;

I.  billi huwa mistenni li l-pajjiż se jitlef bejn USD 600 miljun u USD 700 miljun fi proġetti ta' żvilupp fis-sena ladarba tkun adottata l-liġi; billi l-LANGO tpoġġi restrizzjonijiet fuq il-baġits, li jkunu jheddu t-tmexxija min-naħa tal-NGOs internazzjonali ta' proġetti effikaċi f'termini ta' spejjeż;

J.  billi l-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions tkun tikser id-dritt għall-organizzazzjoni u tillimita b'mod gravi d-drittijiet tat-trade unions indipendenti, inklużi dawk eżistenti; billi l-abbozz ta' liġi jistabbilixxi soll minimu irraġonevolment għoli għall-għadd ta' ħaddiema li jkollhom jissieħbu qabel ma t-trade union tkun tista' tiġi kkostitwita (20 %); billi l-abbozz ta' liġi tagħti poteri wesgħin lill-uffiċjali tal-Ministeru tax-Xogħol fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istrajkijiet u s-sospensjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade unions fuq bażijiet debboli u mingħajr proċess ġust; billi l-abbozz ta' liġi jeskludi lill-ħaddiema nazzjonali mid-dritt li jingħaqdu fi trade union, u jistabbilixxi rekwiżit ta' litteriżmu għall-mexxejja tat-trade unions, fatt li jiddiskrimina kontra n-nisa u l-barranin, jipprojbixxi l-kuntatti mal-NGOs u jwaħħal multi ineffikaċement baxxi lil min iħaddem li jikser il-leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xogħol;

K.  billi mill-konsultazzjoni ta' Mejju 2014 li stiednet il-parteċipazzjoni tal-gruppi lokali attivi fid-drittijiet għax-xogħol, l-awtoritajiet tal-Kambodja għadhom ma organizzawx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-abbozzi ta' liġijiet sussegwenti; billi t-tħabbiriet perjodiċi ppubblikati fil-mezzi tal-komunikazzjoni mill-uffiċjali tal-gvern indikaw li l-liġi dwar it-trade unions se tkun promulgata fl-2015;

L.  billi madwar 5 000 NGO huma reġistrati fil-Kambodja u jfornu assistenza f'oqsma bħal ma huma d-drittijiet tal-bniedem, l-assistenza tas-saħħa, is-soċjetà ċivili u l-agrikoltura;

M.  billi fis-16 ta' Ġunju 2015 il-Prim Ministru Hun Sen, f'laqgħa mal-Ambaxxatur tal-UE, Jean-Françoi Cautain, iddikjara li l-Assemblea Nazzjonali kienet qiegħda tippjana li twettaq konsolidament tal-abbozz ta' liġi dwar l-NGOs, u esprima x-xewqa tiegħu li jinkludi lis-soċjetà ċivili u lis-sħab tal-iżvilupp fil-konsultazzjoni;

1.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja jirtira l-abbozz tal-LANGO;

2.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja jirrikonoxxi r-rwol leġittimu u utli li jiżvolġu s-soċjetà ċivili, it-trade unions u l-oppożizzjoni politika huma u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u politiku ġenerali tal-Kambodja; ifakkar li s-soċjetà ċivili hija wieħed mill-pilastri ewlenin tal-iżvilupp ta' kwalunkwe pajjiż; jisħaq fuq il-fatt li l-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet u l-NGOs għandha toħloq ambjent favorevoli biex is-soċjetà ċivili tkompli tagħti l-kontribut tagħha għall-iżvilupp tal-Kambodja;

3.  Jistieden lill-Gvern tal-Kambodja jirtira l-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions, jiddivulga pubblikament l-abbozz attwali u jikkonsulta lill-esperti u lill-membri tat-trade unions biex isir rieżami tiegħu, f'konformità mad-dritt internazzjonali u mal-konvenzjonijiet tal-ILO, partikolarment dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87) u d-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98), qabel ma jerġa' jressaq l-abbozz għall-eżami;

4.  Jissekonda d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti li tali leġiżlazzjoni għandha tkun adottata biss permezz ta' proċess parteċipattiv komprensiv, biżżejjed inklużiv li jippermetti li l-partijiet interessati kollha jimpenjaw ruħhom favur is-sustanza tagħha;

5.  Jitlob li s-soċjetà ċivili u l-poplu tal-Kambodja jiġu konċessi biżżejjed żmien għar-rieżami u għall-konsultazzjonijiet dwar kwalunkwe leġiżlazzjoni, bil-għan li jkunu jistgħu jressqu l-osservazzjonijiet lir-rappreżentanti eletti tagħhom qabel ma ssir il-votazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni;

6.  Iħeġġeġ li kwalunkwe abbozz ta' leġiżlazzjoni jirrispetta l-libertajiet tal-kelma, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, li l-Kambodja ntrabtet li tirrispetta bis-saħħa tar-ratifika tagħha tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u ma għandix tpoġġi restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-kapaċità tas-soċjetà ċivili li topera b'mod effikaċi u liberu;

7.  Jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Kambodja jkompli jsaħħaħ id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, partikolarment il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda;

8.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ssostni l-appell għall-irtirar tal-abbozz tal-LANGO u tal-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions kif ukoll tqajjem din il-kwistjoni mal-Gvern tal-Kambodja mill-aktar fis;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarjat tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, lill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Renju tal-Kambodja.


Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari l-każ ta' Yves Makwambala u Fred Bauma, żewġ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti
PDF 276kWORD 90k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari l-każ ta' Yves Makwambala u Fred Bauma, żewġ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti (2015/2757(RSP))
P8_TA(2015)0278RC-B8-0690/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dik tat-12 ta' Settembru 2013(1), u r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar dan is-suġġett,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-kelliem għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dik tal-21 ta' Jannar 2015,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'mod partikolari dik tal-11 ta' Frar 2015,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottat mill-Kunsill fit-22 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2015 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-22 ta' Jannar 2015 tal-Mibgħuta Internazzjonali għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta għall-istampa tat-12 ta' Frar 2015 mir-Rapporteur Speċjali tal-Unjoni Afrikana (UA) dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rapporteur Speċjali tal-UA dwar il-Ħabsijiet u l-Kundizzjonijiet ta' Detenzjoni fl-Afrika dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem wara l-avvenimenti marbuta mal-emenda għal-Liġi Elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ġiet irratifikata mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo fl-1982,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari l-Artikoli 22, 23, 24 u 25 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-appell tal-"Attivisti Filimbi Ħielsa" mniedi b'aktar minn 200 grupp tad-drittijiet tal-bniedem fil-15 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi bejn id-19 u l-21 ta' Jannar 2015 faqqgħu protesti madwar il-pajjiż kollu dwar abbozz ta' liġi elettorali li kienet se tippermetti l-estensjoni tal-mandat presidenzjali, liema estensjoni tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni, u li kienet se tirrikjedi t-twettiq ta' ċensiment potenzjalment twil ħafna qabel ma jsiru l-elezzjonijiet nazzjonali;

B.  billi skont l-awtoritajiet 27 ruħ mietu fil-protesti, għalkemm sorsi oħra jirrapportaw 42 każ ta' mewt, u billi 350 ruħ ġew arrestati, u xi wħud minnhom għadhom il-ħabs mingħajr proċess quddiem il-qorti, jew sfaw vittmi ta' għajbien furzat;

C.  billi matul il-protesti f'Jannar 2015 il-gvern għalaq is-servizzi tal-internet u tal-SMSes;

D.  billi, fl-aħħar mill-aħħar, il-liġi elettorali adottata mill-parlament ma kenitx tinkludi d-dispożizzjoni kontroversjali;

E.  billi, hekk kif bdew il-protesti l-awtoritajiet bdew repressjoni fuq l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-politiċi tal-oppożizzjoni li kienu pprotestaw paċifikament kontra din id-dispożizzjoni, inklużi Christopher Ngoyi, Jean-Claude Muyambo, Vano Kiboko u Cyrille Dowe, li għadhom qed jiġu detenuti għal raġunijiet li jidhru motivati politikament;

F.  billi, fil-15 ta' Marzu 2015, l-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) arrestat u żammet f'detenzjoni aktar minn 30 ruħ mingħajr akkużi waqt it-tnedija ta' Filimbi, moviment taż-żgħażagħ favur id-demokrazija, inklużi parteċipanti internazzjonali u attivisti, mużiċisti, negozjanti u ġurnalisti mir-RDK;

G.  billi l-biċċa l-kbira tal-attivisti u l-partitarji ġew rilaxxati u l-barranin tkeċċew mill-pajjiż, iżda billi Yves Makwambala u Fred Bauma għadhom qed jiġu detenuti fil-ħabs ta' Makala f'Kinshasa u huma akkużati li jappartjenu lil assoċjazzjoni li nħolqot bl-iskop li tattakka lin-nies u lill-proprjetà, tikkonfoffa kontra l-kap ta' stat u tipprova jew teqred jew inkella tbiddel ir-"reġim kostituzzjonali" u tinċita n-nies biex jużaw l-armi kontra l-awtorità statali; billi, barra minn hekk, l-awtoritajiet akkużaw ukoll lil Fred Bauma li ddisturba l-paċi, u lil Yves Makwambala li offenda lill-kap ta' stat fil-pubbliku, waqt li kienu qed jeżerċitaw il-libertà tagħhom ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni;

H.  billi l-moviment Filimbi nħoloq bħala pjattaforma maħsuba biex tħeġġeġ liż-żgħażgħ tar-RDK iwettqu d-dmirijiet ċiviċi tagħhom b'mod paċifiku u responsabbli;

I.  billi f'Marzu u April 2015, f'Goma (ir-RDK tal-Lvant), l-awtoritajiet arrestaw u mbagħad irrilaxxaw mill-anqas 15-il attivista mill-moviment taż-żgħażagħ LUCHA li kienu qed jagħmlu dimostrazzjoni paċifika biex jesiġu r-rilaxx tal-kollegi tagħhom detenuti f'Kinshasa; billi erbgħa minn dawn l-attivisti qed jiffaċċjaw akkużi ta' inċitament għad-diżubbidjenza kontra l-awtorità pubblika;

J.  billi fis-27 ta' Marzu 2015 l-Assemblea Nazzjonali tar-RDK waqqfet missjoni ta' informazzjoni parlamentari biex tiġbor informazzjoni u tirrapporta dwar l-arresti; billi din il-missjoni kkonkludiet fir-rapport tagħha li ma kien hemm ebda evidenza li l-mexxejja u l-parteċipanti Filimbi kienu involuti fi kwalunkwe attakk terroristiku jew delitti vjolenti oħra, jew li kienu qed jippjanaw tali attakki jew delitti, u appellat sabiex tinsab soluzzjoni politika għar-rilaxx immedjat tagħhom;

K.  billi, fil-15 ta' Ġunju 2015, 14-il organizzazzjoni internazzjonali u 220 organizzazzjoni għad-drittijiet tal-bniedem tar-RDK appellat għar-rilaxx immedjat u inkondizzjonat taż-żewġ attivisti;

L.  billi, f'dan il-kuntest, instab qabar tal-massa b'madwar 421 ġisem f'Maluku, madwar 80 km miċ-ċentru ta' Kinshasa;

M.  billi l-Ministru għall-Ġustizzja reċentement ammetta li s-sistema tal-ġustizzja tar-RDK hija mifnija b'ħafna problemi, inklużi l-klijenteliżmu, l-abbuż mill-influwenza, il-korruzzjoni, l-impunità u l-inġustizzja f'deċiżjonijiet ġudizzjarji;

N.  billi l-libertà tal-istampa hija limitata minn theddid u attakki kontra l-ġurnalisti, u ħafna mill-midja ngħalqu jew ġew iċċensurati illegalment;

O.  billi l-elezzjonijiet nazzjonali li jmiss huma skedati għal Novembru 2016, b'aġenda diffiċli fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-finanzjament tagħhom;

P.  billi s-soċjetà ċivili kellha rwol importanti fir-RDK fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal- 2003, l-elezzjonijiet tal-2006 u l-2011, ir-reviżjoni tal-kuntratti tal-minjieri, is-sospensjoni tar-RDK fl-2013 mill-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi, u l-abbozzar tal-Liġi Elettorali tal-2013 u tal-leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza sesswali;

Q.  billi r-reazzjoni tal-gvern għall-impenn tas-soċjetà ċivili hija tentattiv biex l-attivisti u l-organizzazzjonijiet ta' protezzjoni jiġu trattati bħall-oppożizzjoni politika bil-għan li jdgħajjifhom;

R.  billi f'Ġunju 2014, l-UE bagħtet missjoni elettorali ta' segwitu li indikat il-ħtieġa li jiġi aġġornat ir-reġistru elettorali, il-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fost il-kandidati u l-ħtieġa li jissaħħu l-protezzjoni tal-libertajiet pubbliċi, is-sistema tat-tilwim elettorali u l-ġlieda kontra l-impunità;

S.  billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2014-2020 għar-RDK, b'finanzjament ta' EUR 620 miljun mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, jagħti prijorità lit-tisħiħ tal-governanza u l-istat tad-dritt, inklużi r-riformi tal-ġudikatura, il-pulizija u l-armata;

1.  Jiddeplora t-telf ta' ħajjiet u l-vjolenza arbitrarja kontra d-dimostranti matul il-protesti ta' Jannar 2015, kif ukoll l-arresti ta' tali dimostranti, flimkien mar-repressjoni tal-attivisti u tal-avversarji politiċi, b'mod partikolari l-avvenimenti li seħħew matul it-tnedija tal-moviment Filimbi f'Marzu 2015;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-RDK jirrilaxxaw lil Yves Makwambala u lil Fred Bauma immedjatament u inkondizzjonatament, u li jirrevokaw l-akkużi kollha kontrihom u kontra mexxejja Filimbi oħrajn kif ukoll kwalunkwe attivista ieħor, il-priġunieri tal-kuxjenza u l-avversarji politiċi arrestati u detenuti b'mod arbitrarju biss għall-fehmiet politiċi tagħhom jew talli ħadu sehem f'attivitajiet paċifiċi;

3.  Jappoġġa l-appelli tal-Assemblea Nazzjonali tar-RDK biex tintlaħaq malajr soluzzjoni politika li tippermetti lill-membri ta' Filimbi u ta' assoċjazzjonijiet paċifiċi tas-soċjetà ċivili oħra jeżerċitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni mingħajr il-biża' li jiġu segwiti jew ippersegwitati;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw li d-detenuti ma kinux, u mhumiex, soġġetti għal kwalunkwe att ta' tortura jew trattament ħażin, u jiggarantixxu l-protezzjoni sħiħa u l-aċċess għall-familji u l-avukati tagħhom;

5.  Iqis li l-fatt li l-ANR żammet lid-detenuti bla akkuża għal aktar minn 48 siegħa, ċaħdithom mill-aċċess għall-assistenza ġuridika u mingħajr ma ressqithom quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, jippreżenta vjolazzjoni sfaċċata tad-drittijiet garantiti permezz tal-kostituzzjoni tar-RDK;

6.  Jitlob li jingħata bidu għal investigazzjoni sħiħa, bir-reqqa u trasparenti mill-Gvern tar-RDK, flimkien mas-sħab internazzjonali, dwar l-avvenimenti ta' Jannar u Marzu 2015, u li kwalunkwe azzjoni illegali jew ċaħda tad-drittijiet jew tal-libertajiet jiġu identifikati; jinsisti li kull uffiċjal suspettat li huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet jew tal-libertajiet iggarantiti minn testi nazzjonali u internazzjonali jeħtieġlu jitressaq quddiem il-ġustizzja;

7.  Huwa mħasseb ferm dwar it-tentattivi kontinwi maħsuba biex jillimitaw il-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u dwar iż-żieda fil-ksur ta' dawn il-libertajiet mill-awtoritajiet, minħabba li l-klima politika adatta hija indispensabbli biex jinkiseb ċiklu elettorali b'suċċess fir-RDK fis-sena li jmiss;

8.  Jiddispjaċih b'mod partikolari li dawn il-vjolazzjonijiet jimmiraw speċifikament għall-mexxejja tal-oppożizzjoni u l-movimenti taż-żgħażagħ;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-RDK jiżguraw li l-libertajiet imsemmija hawn fuq jiġu rispettati immedjatament u inkondizzjonatament, partikolarment fil-perjodu elettorali, kif iggarantit mill-kostituzzjoni tar-RDK u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

10.  Ifakkar li r-rispett għad-diversità u l-oppożizzjoni politiċi, dibattitu politiku miftuħ u paċifiku, u l-eżerċizzju sħiħ tal-libertajiet kostituzzjonali ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika, ta' assoċjazzjoni u ta' informazzjoni huma indispensabbli sabiex jiggarantixxu elezzjonijiet demokratiċi li huma kredibbli, inklużivi, paċifiċi u f'waqthom; jinsisti li dawn il-garanziji huma ta' importanza kbira b'mod partikolari fir-reġjun volatili tal-Lagi l-Kbar u jiddependu wkoll mill-implimentazzjoni b'suċċess tal-Ftehim ta' Paċi, Sigurtà u Kooperazzjoni ta' Addis Ababa; jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-isforzi tal-Mibgħuta Internazzjonali għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

11.  Jinkoraġġixxi lill-parlament u lis-senat tar-RDK, u lill-President tagħha, Joseph Kabila, jimplimentaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonsolidaw id-demokrazija u jiżguraw parteċipazzjoni ġenwina fil-governanza tal-pajjiż mill-forzi politiċi kollha, is-soċjetà ċivili u l-movimenti favur id-demokrazija li jesprimu r-rieda tan-nazzjon tar-RDK, abbażi tar-regoli kostituzzjonali u ġuridiċi kif ukoll f'elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

12.  Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' pjattaformi bħal Filimbi li jippermettu lill-forzi favur id-demokrazija jinstemgħu, u jiffavorixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fi proċess elettorali li ġew esklużi minnu b'mod inġust;

13.  Ifakkar fl-impenn li ħadet ir-RDK fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou li tirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-midja, il-governanza tajba u t-trasparenza f'karigi politiċi; iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDK jirrispetta dawn id-dispożizzjonijiet skont l-Artikoli 11(b), 96 u 97 tal-Ftehim ta' Cotonou u, fin-nuqqas ta' dan, jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura rilevanti skont l-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou;

14.  Jinsisti li n-natura u l-ammont ta' aktar appoġġ mill-UE għall-proċess elettorali fir-RDK irid jiddependi mill-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE tal-2011 u l-missjoni ta' segwitu tal-2014, fir-rispett għall-kalendarju elettorali u fil-preżentazzjoni ta' baġit kredibbli;

15.  Iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE timmonitorja l-iżviluppi u tuża l-għodod u l-istrumenti kollha xierqa, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex tappoġġa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-movimenti favur id-demokrazija;

16.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ġudizzjarji tar-RDK jasserixxu l-indipendenza tagħhom minn kwalunkwe strumentalizzazzjoni politika u jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet rikonoxxuti minn strumenti ġuridiċi, bħall-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust;

17.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDK jieqfu jimminimizzaw is-sinifikat tal-qabar tal-massa qrib Kinshasa, u jtenni l-appell tal-UE u tan-NU għal investigazzjoni urġenti, trasparenti u kredibbli biex il-familji tal-persuni nieqsa jħossu ruħhom assigurati u biex jintemmu d-diversi allegazzjonijiet;

18.  Jiddenunzja l-għeluq illegali u ċ-ċensura abbużiva tal-midja, kif ukoll l-għeluq temporanju tat-telekomunikazzjoni;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Parlament tar-RDK, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0388.


Il-Bahrain, b'mod partikolari l-każ ta' Nabeel Rajab
PDF 274kWORD 89k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Bahrain, b'mod partikolari l-każ ta' Nabeel Rajab (2015/2758(RSP))
P8_TA(2015)0279RC-B8-0703/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bahrain, b’mod partikolari ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2014 dwar il-Bahrain, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Nabeel Rajab, Abdulhadi al-Khawaja u Ibrahim Sharif(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-17 ta’ Ġunju 2015 mill-kelliem tal-Viċi-President / Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Federica Mogherini, dwar il-kundanna tas-Segretarju Ġenerali ta' al-Wefaq, Ali Salman, fil-Bahrain,

–  wara li kkunsidra l-24 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali UE-GCC f’Doha, il-Qatar, fl-24 ta’ Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Lega Għarbija, li ltaqa’ fil-Kajr fl-1 ta’ Settembru 2013, biex jistabbilixxi qorti pan-Għarbija tad-drittijiet tal-Bniedem f’Manama, il-kapitali tal-Bahrain,

–  wara li kkunsidra tar-rapport li jagħti dettalji tal-implimentazzjoni, mill-Gvern tal-Bahrain, tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain ta’ Frar 2014 u l-aġġornament dwar l-Eżami Perjodiku Universali (UPR) ippreżentat mill-Gvern tal-Bahrain f'Settembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, il-Konvenzjoni Konta t-Tortura u Trattamenti jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li l-Bahrain huwa pajjiż firmatarju tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati f'Ġunju 2004, u riveduti fl-2008,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem il-ġdid tal-UE, li għandu l-għan li jqiegħed il-protezzjoni u s-sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE, u li jinkludi taqsima speċifika dwar il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra ż-żjara ta’ Stavros Lambrinidis, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Bahrain fl-aħħar ta’ Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5 u 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Bahrain wiegħed li jsir progress fir-riformi tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, wara l-ħruġ tar-rapport mill-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI) fit-23 ta’ Novembru 2011, u r-rapport ta’ segwitu tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2012;

B.  billi t-twaqqif fil-Bahrain tal-Ombudsman tal-Ministeru tal-Intern, tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-priġunieri u d-detenuti u tal-Unità tal-Investigazzjonijiet Speċjali huwa inkoraġġanti; billi dawn l-istituzzjonijiet għandhom isiru aktar imparzjali, trasparenti u indipendenti mill-istituzzjonijiet governattivi;

C.  billi, mill-bidu tal-irvellijiet tal-2011, l-awtoritajiet tal-Bahrain intensifikaw l-użu ta’ miżuri ripressivi kontra l-attivisti tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni paċifika; billi fl-10 ta’ Ġunju 2014, 47 Stat, inklużi t-28 Stat Membru tal-UE, iffirmaw dikjarazzjoni konġunta fis-26 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li fiha esprimew tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bahrain; billi d-dikjarazzjoni konġunta espressament innotat l-oqsma ta’ tħassib inklużi sentenzi twal talli wieħed jeżerċita d-drittijiet għal-libertà tal-għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, in-nuqqas ta’ garanziji suffiċjenti ta’ proċess ġust, ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, il-fastidju u l-priġunerija kontinwi ta’ persuni li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, it-trattament ħażin u t-tortura fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni, il-privazzjoni arbitrarja tan-nazzjonalità mingħajr proċess dovut u n-nuqqas ta’ responsabbiltà għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi Nabeel Rajab, difensur tad-drittijiet tal-bniedem Bahraini u President taċ-Ċentru Bahraini għad-Drittijiet tal-Bniedem (BCHR), Deputat Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH) u membru tal-Kumitat Konsultattiv tad-Diviżjoni tal-Lvant Nofsani ta’ Human Rights Watch, ġie kkundannat għal sitt xhur priġunerija sempliċiment minħabba li b’mod paċifiku eżerċita l-libertà ta’ espressjoni tiegħu; billi Nabeel Rajab kien arrestat fl-1 ta’ Ottubru 2014 wara ż-żjara tiegħu lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew, fuq akkużi li xeħet tweets dwar grupp ta’ persuni minn pajjiżu li allegatament ikkooperaw mal-IS/Da’esh; billi kien akkużat li insulenta istituzzjoni pubblika u l-armata; billi f'Novembru 2013 il-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddeskriva d-detenzjoni tas-Sur Nabeel Rajab bħala arbitrarja;

E.  billi Nabeel Rajab serva diversi sentenzi ta’ ħabs mindu waqqaf iċ-Ċentru Bahraini għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2002; billi Nabeel Rajab qed jiffaċċja aktar akkużi relatati mal-libertà tal-espressjoni tiegħu u attwalment qed jirriskja li jeħel sa 10 snin ħabs talli allegatament “insulta korp statutorju” u “xerred xnigħat fi żmien ta’ gwerra”;

F.  billi, bħal Nabeel Rajab, bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħal Naji Fateel, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Daniż Abdulhadi Al-Khawaja, l-attivist politiku Żvediż Mohammad Habib Al-Muqdad u oħrajn fl-hekk imsejħa Bahrain 13, jinsabu detenuti, soġġetti għal fastidju ġudizzjarju fil-Bahrain, mitfugħa l-ħabs u qed iservu pieni twal jew għal ħajjithom b’ritaljazzjoni diretta għall-ħidma tagħhom għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; bilwaqt li l-biċċa l-kbira tagħhom allegatament ġew suġġetti għal vjolenza, trattament ħażin u tortura fiżika jew psikoloġika;

G.  billi skont il-BCHR, aktar minn 3 000 priġunier jinsabu f’detenzjoni arbitrarja, ħafna minnhom difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li ntbagħtu l-ħabs u qed iservu sentenzi twal jew għal ħajjithom b'ritaljazzjoni diretta għall-attivitajiet tagħhom; bilwaqt li l-biċċa l-kbira tagħhom allegatament ġew suġġetti għal vjolenza, trattament ħażin u tortura fiżika jew psikoloġika;

H.  billi fis-16 ta’ Ġunju 2015, is-Segretarju Ġenerali tal-Al-Wefaq, il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni tal-Bahrain, Sheikh Ali al-Salman, ġie kkundannat għal erba’ snin ħabs fil-kuntest ta’ protesti kontra l-gvern li faqqgħu fl-2011, fl-eqqel tal-irvellijiet tar-“Rebbiegħa Għarbija” tar-reġjun; billi huwa allegat li l-Qorti ma ħallitx lill-avukati tiegħu jippreżentaw l-argumenti orali u ma ngħataw l-ebda opportunità sinifikanti biex jeżaminaw il-provi; billi grupp ta’ esperti indipendenti min-Nazzjonijiet Uniti, li parti minnhom hija magħrufa bħala Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, ħeġġew lill-awtoritajiet tal-Bahrain biex jeħilsu lix-Sheikh Ali Salman;

I.  billi mill-2012, il-Bahrain ilu jabbuża mil-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu biex arbitrarjament jirrevoka ċ-ċittadinanzi ta' attivisti u membri tal-oppożizzjoni bħala tpattija għad-dissens, inklużi ta' mill-inqas 9 minorenni; billi skont diversi rapporti fl-2015 waħedha, aktar minn 100 attivist, dimostrant u politiku kellhom iċ-ċittadinanza tagħhom revokata, li wassal biex il-biċċa l-kbira minnhom spiċċaw apolidi, fi ksur tal-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija;

J.  billi l-użu tal-piena tal-mewt f’każijiet politikament motivati żdied mill-2011 'l hawn; billi tal-anqas sebgħa individwi ngħataw sentenza għall-mewt f'każijiet politiċi mill-2011 'l hawn, b'erbgħa minn dawn is-sebgħa kkundannati għall-mewt fl-2015 waħedha;

K.  billi l-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI) stabbilita permezz ta' digriet irjali biex tinvestiga u tirrapporta dwar avvenimenti li seħħew fil-Bahrain fi Frar 2011, għamlet sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-riformi politiċi; billi sar progress fir-riforma ġenerali tas-sistemi ġuridiċi u tal-infurzar tal-liġi, iżda l-gvern naqas milli jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni, partikolarment il-ħelsien tal-mexxejja tad-dimostranti kkundannati talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda paċifika; billi t-taħdidiet ta' rikonċiljazzjoni – magħrufa bħala Id-Djalogu Nazzjonali - weħlu; billi xi gruppi għadhom mhux rappreżentati fis-sistema politika u l-forzi tas-sigurtà għadhom mhux responsabbli għal għemilhom;

1.  Jitlob li jitwaqqgħu l-akkużi u minnufih u mingħajr kundizzjonijiet jiġu rilaxxati d-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti politiċi u individwi oħra li sfaw miżmuma u akkużati bl-allegazzjoni ta' vjolazzjonijiet relatati mad-drittijiet ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, inklużi Nabeel Rajab, Sheikh Ali Salman u “Il-Bahrain 13”;

2.  Jirrikonoxxi l-impenji mill-awtoritajiet tal-Bahrain li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI) mill-2011 u tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Bahrain (UPR), kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet imressqa minn mekkaniżmi tan-NU u l-ħelsien reċenti ta' għadd ta' priġunieri akkużati b'reati relatati mal-assoċjazzjoni politika u l-espressjoni; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain biex jimplimenta malajr ir-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapport BICI u tal-EPU, biex jintemmu l-abbużi kollha tad-drittijiet tal-bniedem u biex id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jiġu rispettati, f’konformità ma’ obbligi internazzjonali tal-Bahrain rigward id-drittijiet tal-bniedem;

3.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu rigward l-abbuż tal-liġijiet kontra t-terroriżmu fil-Bahrain biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tar-revoka taċ-ċittadinanza;

4.  Jikkundanna l-użu kontinwu ta’ tortura u ta’ trattament jew pieni krudili u degradanti kontra priġunieri, dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni mill-awtoritajiet tal-Bahrain u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain biex jirrispetta l-obbligi u l-impenji tiegħu skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura;

5.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain biex jikkoopera mar-Rapporteurs Speċjali tan-NU (b’mod partikolari fuq it-tortura, il-libertà tal-għaqda, l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem) u biex tinħarġilhom stedina permanenti;

6.  Jinnota l-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-Gvern tal-Bahrain biex jirriforma l-kodiċi penali u l-proċeduri ġuridiċi, u jħeġġeġ biex dan il-proċess jitkompla; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiggarantixxi sistema ġudizzjarja imparzjali u ġusta, li tiżgura proċess ġust, u biex jiggarantixxi l-imparzjalità tal-Ombudsman, tal-Unità ta' Investigazzjonijiet Speċjali u tal-Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu;

7.  Jitlob għar-ratifika immedjata tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura, it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-ICCPR li jimmira li jabolixxi l-piena tal-mewt, il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji tagħhom;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bahrain biex ikompli d-djalogu ta’ kunsens nazzjonali bil-għan li tinstab rikonċiljazzjoni nazzjonali dejjiema u inklussiva kif ukoll soluzzjonijiet politiċi sostenibbli għall-kriżi; jinnota li fi proċess politiku sostenibbli, kritika leġittima u paċifika għandha tiġi espressa liberament; ifakkar, f’dan il-kuntest, lill-awtoritajiet tal-Bahrain, li l-involviment tal-maġġoranza Xiita u r-rappreżentanti politiċi paċifiċi tagħha abbażi tad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett u l-ġustizzja għandha tkun element indispensabbli ta’ kull strateġija kredibbli għal rikonċiljazzjoni nazzjonali u riforma sostenibbli;

9.  Jilqa' l-ħelsien bikri mill-ħabs tal-mexxej tal-oppożizzjoni Ibrahim Sharif, f'Ġunju 2015, wara li ngħata maħfra rjali; jemmen li din id-deċiżjoni hija pass mixtieq u importanti għall-promozzjoni tal-fiduċja u l-kunfidenza fil-Bahrain;

10.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tkompli tqajjem l-importanza tar-riforma u r-rikonċiljazzjoni fin-negozjati kollha tagħha mal-Gvern tal-Bahrain; iħeġġeġ bis-saħħa l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn UE u l-Bahrain, iżda jinnota li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Bahrain ma jistax jieħu post djalogu komprensiv bejn il-gvern u l-oppożizzjoni fil-Bahrain inniffsu;

11.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman, il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Priġunieri u d-Detenuti (PDRC) u l-Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (NIHR), b’mod partikolari dwar id-drittijiet tad-detenuti u l-kundizzjonijiet fil-ħabs, inkluż rigward l-allegati maltrattament u tortura; iħeġġeġ lil dawn il-korpi biex ikomplu l-ħidma tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti u jistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw bis-sħiħ dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

12.  Jitlob għal sforz Ewropew rapidu u kollettiv biex tkun żviluppata strateġija komprensiva dwar kif l-UE u l-Kummissjoni jistgħu jagħmlu pressjoni attiva għall-ħelsien tal-attivisti u tal-priġunieri ta’ kuxjenza arrestati; jistieden lis-SEAE u l-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, primarjament dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-tortura, mid-Delegazzjoni tal-UE f'Riyadh u l-ambaxxati tal-Istati Membri fil-Bahrain, u biex jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

13.  Jitlob għal projbizzjoni tal-UE fuq l-esportazzjoni ta’ gass tad-dmugħ u tagħmir għall-kontroll tal-folol sakemm jitwettqu investigazzjonijiet fir-rigward tal-użu mhux xieraq tagħhom u sakemm dawk li huma ħatja ta’ tali użu ħażin jinżammu responsabbli;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Bahrain u lill-membri tal-GCC.

(1) Testi Adottati, P7_TA(2014)0109.


Is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan
PDF 262kWORD 78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan (2015/2766(RSP))
P8_TA(2015)0280RC-B8-0707/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-esperti dwar id-drittijiet tal-bniedem tad-19 ta' Mejju 2014 maħruġ skont il-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon jew tat-Twemmin,

–  wara li kkunsidra il-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou tal-2000,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-Libertà ta' Reliġjon u ta' Twemmin tal-2013,

–  wara li kkunsidra l-pjan nazzjonali tas-Sudan għad-drittijiet tal-bniedem adottat fl-2013, ibbażat fuq il-prinċipji tal-universalità u l-ugwaljanza tal-persuni kollha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 62/149 tat-18 ta' Diċembru 2007, 63/168 tat-18 ta' Diċembru 2008, 65/206 tal-21 ta' Diċembru 2010, 67/176 tal-20 ta' Diċembru 2012 u 3/69 tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-kwistjoni ta' moratorju fuq l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt, li fihom appellat lil dawk il-pajjiżi fejn il-piena kapitali għadha teżisti biex jistitwixxu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bl-għan li tiġi abolita,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Pastor Michael Yat tal-Knisja Evanġelika Presbiterjana tas-Sudan t'Isfel ittieħed f'kustodja mis-Servizz ta' Intelligence Nazzjonali tas-Sudan (NISS) wara li ppriedka fil-Knisja tat-Tramuntana ta' Khartoum, fergħa tal-Knisja Evanġelika Presbiterjana tas-Sudan, waqt żjara fis-Sudan fil-21 ta' Diċembru 2014; billi ġie arrestat minnufih wara priedka li fiha allegatament ikkundanna l-bejgħ kontroversjali ta' art u proprjetà tal-knisja u t-trattament tal-Insara fis-Sudan;

B.  billi Pastor Peter Yen Reith ġie arrestat fil-11 ta' Jannar 2015 wara li bagħat ittra lill-Uffiċċju Sudaniż għall-Affarijiet Reliġjużi li fiha saqsa dwar Pastor Michael u talab aktar informazzjoni dwar l-arrest tiegħu;

C.  billi ż-żewġ irġiel inżammu incommunicado sal-1 ta' Marzu 2015, u fl-4 ta' Mejju 2015 t-tnejn li huma ġew akkużati b'diversi reati skont il-Kodiċi Kriminali tas-Sudan tal-1991 inklużi; atti kriminali konġunti (Artikolu 21), id-dgħajfien tas-sistema kostituzzjonali (Artikolu 51), gwerra kontra l-istat (Artikolu 50), spjunaġġ (Artikolu 53), il-kisba jew l-iżvelar illegali ta' dokumenti uffiċjali (Artikolu 55), l-inċitazzjoni għall-mibegħda (Artikolu 64), l-istorbju fil-pubbliku (Artikolu 69) u d-dagħa (Artikolu 125);

D.  billi l-akkużi bbażati fuq l-Artikoli 50 u 53 tal-Kodiċi Krimnali tas-Sudan għandhom il-piena tal-mewt f'każ li wieħed jinstab ħati;

E.  billi fl-1 ta' Lulju 2015 l-awtoritajiet Sudaniżi marru jeqirdu parti mill-kumpless tal-Knisja Evanġelika ta' Bahri; billi l-avukat tal-knisja, Mohamed Mustafa, li huwa wkoll l-avukat taż-żewġ pastors arrestati, u Pastor Hafez tal-Knisja Evanġelika ta' Bahri lmentaw li l-impjegat tal-gvern kien qed jeqred il-parti żbaljata tal-kumpless; billi t-tnejn ġew arrestati talli fixklu lil impjegat taċ-ċivil fil-qadi ta' dmirijietu; billi l-uffiċjal tal-gvern kompla jeqred il-parti żbaljata tal-kumpless;

F.  billi t-theddidiet kontra mexxejja tal-knisja, l-intimidazzjoni tal-komunitajiet Insara u l-qerda ta' proprjetà tal-knisja komplew b'pass mgħaġġel fis-Sudan wara s-seċessjoni tas-Sudan t'Isfel fl-2011;

G.  billi 12-il tfajla Nisranija mill-Muntanji Nuba ġew arrestati nhar il-25 ta' Ġunju 2015 waqt li kienu qed jitilqu minn knisja Battista u ġew akkużat li kienu lebsin indeċenti; billi tnejn minnhom ġew rilaxxati mingħajr akkużi l-għada u l-10 l-oħra ġew rilaxxati fuq pleġġ;

H.  billi t-tfajliet Insara se jkollhom jidhru quddiem qorti, peress li qed jiġu akkużati taħt l-Artikolu 152 tal-kodiċi penali li jaqra: "Min jagħmel f'post pubbliku att indeċenti jew att li jmur kontra l-morali pubblika jew jilbes ħwejjeġ oxxeni jew kontra l-morali pubblika jew jikkawża fastidju lis-sentiment pubbliku għandu jiġi kkastigat bi swat li ma jistax jaqbeż l-erbgħin daqqa ta' frosta jew b'multa jew bit-tnejn li huma";

I.  billi l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li s-Sudan irratifika, tinkludi d-dritt għall-ħajja u l-projbizzjoni tat-tortura u ta' kastig u trattament krudili, inumani jew degradanti, iżda billi l-piena tal-mewt, kif ukoll l-amputazzjoni, is-swat bil-frosta u forom oħra ta' kastigi korporali, għadhom qed jitwettqu fil-pajjiż għal numru ta' reati;

J.  billi l-istabbiliment ta' moratorju universali fuq il-piena tal-mewt bl-għan tal-abolizzjoni totali tagħha jrid jibqa' wieħed mill-objettivi ewlenin tal-komunità internazzjonali, kif imtenni mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 2014;

1.  Jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jirtiraw l-akkużi kollha kontra Pastor Michael Yat u Pastor Peter Yen Reith u jitlob ir-rilaxx immedjat u bla kundizzjoni tagħhom; sadattant, jistieden lill-Gvern tas-Sudan jiżgura li sakemm jiġu rilaxxati ż-żewġ pastors ma jkunux soġġetti għal tortura jew għal forom oħra ta' trattament ħażin u li l-integrità fiżika u mentali tagħhom tiġi rispettata kif xieraq;

2.  Jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE għas-Sudan timmonitorja l-proċedimenti fil-qorti u tagħti assistenza lill-pastors; jistieden lill-UE teżerċita rwol ta' tmexxijja billi tagħmel enfasi fuq, u tikkundanna, il-ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-pajjiż;

3.  Ifakkar lill-awtoritajiet Sudaniżi dwar l-obbligi tagħhom f'livell nazzjonali u internazzjonali li jħarsu l-liberta' ta' reliġjon u ta' twemmin; itenni li l-libertà ta' reliġjon, kuxjenza u twemmin hija dritt tal-bniedem universali li jeħtieġ li jitħares kullimkien u għal kulħadd; jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta' vjolenza u intimidazzjoni li jxekklu d-dritt li persuna jkollha jew ma jkollhiex, jew li tadotta, reliġjon tal-għażla tagħha, inkluż l-użu ta' theddid, forza fiżika jew sanzjonjiet penali biex min jemmen jew ma jemminx jinġiegħel jiċħad ir-reliġjon tiegħu jew jikkonverti;

4.  Jikkundanna l-arresti tat-12-il tfajla Nisranija; jappella lill-Gvern tas-Sudan biex itemm il-proċedimenti kontra l-10 tfajliet li għadhom iridu jiġu liberati minn kull għemil ħażin;

5.  Jistieden lill-Gvern tas-Sudan jirrevoka l-leġiżlazzjoni kollha li toħloq diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon, jipproteġi l-identità tal-gruppi ta' minoranza, fosthom dik tat-twemmin kollu;

6.  Jikkundanna l-fastidju tal-Insara u l-indħil fl-affarijiet tal-knisja; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan ma jibqax jagħmel dan; jistieden lis-Sudan jirrevoka l-liġijiet dwar l-apostasija u ma jibqax jagħlaq il-knejjes u siti reliġjużi oħra;

7.  Jistieden lill-Gvern tas-Sudan jirriforma s-sistema ġuridika tal-pajjiż, b'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex iħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem u biex jiżgura il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ta' kull individwu, b'mod partikolari fir-rigward tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa, il-minoranzi reliġjużi u l-gruppi żvantaġġati;

8.  Itenni l-kundanna tiegħu tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkustanzi kollha u l-ħtieġa li jiddaħħal moratorju fid-dinja kollha bl-għan tal-abolizzjoni tagħha; jistieden lill-Gvern tas-Sudan, għaldaqstant, biex jabolixxi l-piena tal-mewt, kif ukoll il-prattika tas-swat bil-frosta, li għadha fis-seħħ, u biex jikkommuta s-sentenzi tal-mewt eżistenti;

9.  Huwa mħasseb ħafna dwar ir-ripressjoni dejjem tiżdied tal-membri tal-oppożizzjoni, jikkundanna bill-qawwa d-deċiżjoni tal-qorti ta' Oumdourman tas-6 ta' Lulju 2015 li kkundannat lill-Mastour Ahmed Mohamed, il-viċi president tal-Kungress Partit u tnejn mill-mexxejja tagħha: Assem Omar u Ibrahim Mohamed għal 20 daqqa bil-frosta b'effett immedjat; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi li qed isiru, b'mod partikolari min-NU, l-UE, l-Unjoni Afrikana u t-trojka (in-Norveġja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti), biex tinstab soluzzjoni nnegozjata għas-sitwazzjoni fis-Sudan u biex jiġu appoġġati l-isforzi tas-soċjetà ċivili u tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jippromwovu proċess ta' paċi inklużiv;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern tar-Repubblika tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.

Avviż legali