Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0080(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0365/2015

Testi mressqa :

A8-0365/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/02/2016 - 8.2
CRE 03/02/2016 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0036

Testi adottati
PDF 337kWORD 65k
L-Erbgħa, 3 ta' Frar 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġeorġia: il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I
P8_TA(2016)0036A8-0365/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (COM(2015)0155 – C8-0091/2015 – 2015/0080(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0155),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0091/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0365/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra
P8_TC1-COD(2015)0080

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/401.)

Avviż legali