Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0136(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0041/2016

Testi mressqa :

A8-0041/2016

Dibattiti :

PV 07/03/2016 - 13
CRE 07/03/2016 - 13

Votazzjonijiet :

PV 08/03/2016 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0067

Testi adottati
PDF 419kWORD 69k
It-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Is-Saħħa tal-Annimali ***II
P8_TA(2016)0067A8-0041/2016
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard tal-annimali li jittieħed u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (11779/1/2015 – C8-0008/2016 – 2013/0136(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11779/1/2015 – C8-0008/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0260),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0041/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 170, 5.6.2014, p. 104.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0381.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-użu tal-prodotti mediċinali veterinarji

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Pjan ta' Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' Reżistenza Antimikrobika (COM(2011) 0748) – tenfasizza r-rwol preventiv tar-Regolament fir-rigward tal-mard tal-annimali li jittieħed ("Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") u t-tnaqqis konsegwenti mistenni tal-użu tal-antibijotiċi fuq l-annimali. Minbarra r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri qed jiġu mħeġġa jimpenjaw ruħhom biex jiġbru dejta rilevanti, komparabbli u li tkun dettaljata biżżejjed, dwar l-użu reali ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali, u li jibagħtu din id-dejta lill-Kummissjoni biex jiġi żgurat użu aktar prudenti ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fuq l-annimali, u b'hekk dan jgħin biex jitnaqqas ir-riskju ta' reżistenza kontra l-antimikrobiċi.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rappurtar regolari tal-użu ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fuq l-annimali fl-Unjoni

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tippubblika rapport regolari dwar l-użu ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fuq l-annimali fl-UE abbażi tad-dejta li tingħata mill-Istati Membri.

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li jiġi trażmess lill-annimali jew lill-bniedem u ma fihx dispożizzjonijiet li speċifikament jirregolaw it-trattament xieraq tal-annimali minkejja li hemm rabta bejn is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali. L-Unjoni għandha acquis żviluppat sew fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, li jkopri speċijiet differenti (tiġieġ tas-simna, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, għoġġiela), u attivitajiet differenti (it-trobbija, it-trasport, il-qatla, ir-riċerka, eċċ.). Din il-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali neċessarjament se tibqa' tapplika. Il-Kummissjoni hija impenjata li tirrispetta bis-sħiħ it-trattament xieraq tal-annimali, b'konformità mal-Artikolu 13 tat-Trattat u fil-limiti stabbiliti fih, li jinkludi li tiżgura li din il-leġiżlazzjoni tiġi implimentata bis-sħiħ u tiġi żviluppata b'mod xieraq.

Avviż legali