Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0006/2016

Testi mressqa :

A8-0006/2016

Dibattiti :

PV 07/03/2016 - 12
CRE 07/03/2016 - 12

Votazzjonijiet :

PV 08/03/2016 - 6.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0068

Testi adottati
PDF 339kWORD 77k
It-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Skema għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi ***I
P8_TA(2016)0068A8-0006/2016
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (COM(2014)0032 – C7-0025/2014 – 2014/0014(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0032),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0025/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta’ Ottubru 2014(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-27 ta' Mejju 2015 dwar il-ftuħ, u l-mandat, ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta(3),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0006/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 142.
(2) ĠU C 415, 20.11.2014, p. 30.
(3) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0216.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari 8 ta' Marzu 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fi stabbilimenti edukattivi
P8_TC1-COD(2014)0014

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/791.)

Avviż legali