Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0157(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0023/2016

Testi mressqa :

A8-0023/2016

Dibattiti :

PV 07/03/2016 - 14
CRE 07/03/2016 - 14
PV 12/12/2016 - 11
CRE 12/12/2016 - 11

Votazzjonijiet :

PV 08/03/2016 - 6.3
CRE 08/03/2016 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 14/12/2016 - 9.12
CRE 14/12/2016 - 9.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0069
P8_TA(2016)0499

Testi adottati
PDF 787kWORD 488k
It-Tlieta, 8 ta' Marzu 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
L-aċċess għas-suq ta' servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet ***I
P8_TA(2016)0069A8-0023/2016

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Marzu 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq ta’ servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (COM(2013)0296 – C7-0144/2013 – 2013/0157(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Proposta għal
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet
li tistabbilixxi qafas għall-organizzazzjoni ta’ servizzi portwarji u għat-trasparenza finanzjarja tal-portijiet
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
1(a) Il-portijiet jistgħu jikkontribwixxu għall-kompetittività fit-tul tal-industriji Ewropej fis-swieq dinjin filwaqt li jiżdiedu l-valur u l-impjiegi fir-reġjuni kostali kollha tal-UE. Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jiffaċċja s-settur tat-trasport marittimu, bħall-ineffiċjenzi fil-katina tat-trasport sostenibbli u l-loġistika, huwa essenzjali li l-azzjonijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Portijiet: magna għat-tkabbir" dwar simplifikazzjoni amministrattiva jiġu implimentati flimkien ma’ dan ir-Regolament. Il-kumplessità ta’ proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni doganali, li jirriżultaw f’dewmien fil-portijiet, toħloq ostaklu kbir għall-kompetittività tat-tbaħħir fuq distanza qasira u l-effiċjenza tal-portijiet tal-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Livell għoli ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri doganali jista’ jirrappreżenta vantaġġ ekonomiku kbir għal port f’termini ta’ kompetittività. Sabiex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta tal-portijiet u jitnaqqsu l-formalitajiet doganali li jistgħu jkunu ta’ dannu serju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-port għandhom jadottaw approċċ ta’ politika xieraq u effettiv ibbażat fuq ir-riskju sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw b’mod effettiv dawn il-proċeduri fuq bażi regolari, u l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk huwiex meħtieġ li tieħu miżuri xierqa biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-maġġoranza assoluta tat-traffiku marittimu tal-Unjoni jgħaddi mill-portijiet marittimi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Biex jinkiseb l-għan ta' dan ir-Regolament b'mod proporzjonat mingħajr ma tiġi imposta xi regola żejda fuq portijiet oħrajn, dan ir-Regolament għandu japplika għall-portijiet tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, li kull wieħed minnhom għandu rwol importanti għas-sistema Ewropea tat-trasport jew għaliex minnu jgħaddu aktar minn 01% tal-merkanzija totali tal-UE jew in-numru totali ta' passiġġieri jew għaliex itejjeb l-aċċessibbiltà reġjonali ta' żoni ta' gżejjer jew dawk periferali, mingħajr ħsara, madankollu, għall-possibbiltà li l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw dan ir-Regolament għal portijiet oħrajn ukoll. Servizzi ta’ pilotaġġ imwettqa fil-baħar fond m’għandhomx impatt dirett fuq l-effiċjenza tal-portijiet peress li dawn ma jintużawx għal dħul ħruġ dirett mill-portijiet u għalhekk ma jeħtiġux li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament.
(4)  Il-maġġoranza assoluta tat-traffiku marittimu tal-Unjoni jgħaddi mill-portijiet marittimi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Biex jinkiseb l-għan ta' dan ir-Regolament b'mod proporzjonat mingħajr ma jiġi impost xi piż mhux meħtieġ fuq portijiet oħrajn, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-portijiet marittimi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, li kull wieħed minnhom għandu rwol importanti għas-sistema Ewropea tat-trasport jew għaliex minnu jgħaddu aktar minn 0,1% tal-merkanzija totali tal-UE jew tan-numru totali ta' passiġġieri jew għaliex itejjeb l-aċċessibbiltà reġjonali ta' żoni ta' gżejjer jew dawk periferali. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk għandhomx japplikaw dan ir-Regolament għal portijiet marittimi tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew komprensiv li jinsab fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jintroduċu derogi sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għal dawk il-portijiet marittimi tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew komprensiv fejn it-traffiku annwali ma jiġġustifikax l-applikazzjoni sħiħa ta’ dan ir-Regolament. Servizzi ta’ pilotaġġ imwettqa fil-baħar fond m’għandhomx impatt dirett fuq l-effiċjenza tal-portijiet peress li dawn ma jintużawx għal dħul ħruġ dirett mill-portijiet u għalhekk ma jeħtiġux li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Dan ir-Regolament ma jimponix mudell speċifiku għall-ġestjoni tal-port fuq il-korpi maniġerjali tal-portijiet. Sakemm ir-regoli marbuta mal-aċċess għas-suq u t-trasparenza finanzjarja jiġu rispettati, il-mudelli eżistenti ta’ ġestjoni tal-port stabbiliti fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri jistgħu jinżammu skont il-Protokoll Nru 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  L-għan tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa li jelimina r-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' forniment tas-servizzi fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 58 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dak l-għan għandu jinkiseb fi ħdan il-qafas tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu relatat mat-trasport, b'mod aktar speċifiku l-Artikolu 100 (2).
imħassar
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  L-awtoforniment ta' servizz li jinvolvi kumpaniji tat-tbaħħir jew fornituri ta' servizzi portwarji biex jinħatar persunal tal-għażla tagħhom u biex jipprovdu lilhom infushom servizzi portwarji huwa rregolat f'għadd ta' Stati Membri għal raġunijiet ta' sikurezza jew soċjali. Il-partijiet interessati kkonsultati mill-Kummissjoni waqt li kienet qed tħejji l-proposta tagħha saħqu li l-impożizzjoni ta' kwota ġeneralizzata tal-awtoforniment ta' servizz fil-livell tal-Unjoni tkun teħtieġ aktar regoli fuq kwistjonijiet ta’ sikurezza u kwistjonijiet soċjali sabiex jiġu evitati impatti negattivi possibbli f'dawn l-oqsma. Għalhekk, jidher li hu xieraq li f’dan l-istadju din il-kwistjoni ma tiġi regolarizzata fil-livell tal-Unjoni u titħalla f’idejn l-Istati Membri biex jirregolaw l-awtoforniment tas-servizzi tal-portijiet jekk iridu. Għalhekk, ir-Regolament għandu jkopri biss il-forniment ta' servizzi portwarji għal remunerazzjoni.
imħassar
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fl-interess ta' ġestjoni tal-port effiċjenti, sikura u favur l-ambjent, il-korp maniġerjali tal-port għandu jkun jista' jitlob li l-fornituri tas-servizzi portwarji juru li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi biex iwettqu s-servizz b'mod xieraq. Dawk ir-rekwiżiti minimi għandhom ikunu limitati għal sett definit b'mod ċar ta' kundizzjonijiet fuq il-kwalifiki professjonali tal-operaturi, inkluż f'termini ta' taħriġ, u fuq it-tagħmir meħtieġ diment li jkunu trasparenti, nondiskriminatorji, oġġettivi u relevanti għall-forniment tas-servizz portwarju.
(7)  Fl-interess ta' ġestjoni tal-port effiċjenti, sikura u favur l-ambjent, il-korp maniġerjali tal-port għandu jkun jista' jitlob li l-fornituri tas-servizzi portwarji juru li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi biex iwettqu s-servizz b'mod xieraq. Dawk ir-rekwiżiti minimi għandhom ikunu limitati għal sett definit b'mod ċar ta' kundizzjonijiet fuq il-kwalifiki professjonali tal-operaturi, it-tagħmir meħtieġ sabiex jiġi fornut is-servizz portwarju rilevanti, id-disponibbiltà tas-servizz u l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza marittima. Dawn ir-rekwiżiti minimi għandhom iqisu wkoll ir-rekwiżiti ambjentali, kif ukoll l-istandards soċjali nazzjonali u r-reputazzjoni tajba tal-fornitur tas-servizz portwarju.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Kull fornitur tas-servizz u b’mod speċjali min jidħol ġdid fis-suq għandhom juru l-abilità tagħhom li jipprovdu numru minimu ta’ bastimenti bil-persunal u t-tagħmir tagħhom stess. Il-fornituri tas-servizzi għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet u r-regoli rilevanti inklużi liġijiet tax-xogħol applikabbli, ftehimiet kollettivi applikabbli u rekwiżiti tal-kwalità tal-port ikkonċernat.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)  Sabiex jiġi ddeterminat jekk fornitur ta’ servizz ikunx issodisfa r-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba, l-Istat Membru għandu jikkunsidra jekk ikunx hemm raġunijiet impellanti biex wieħed jiddubita r-reputazzjoni tajba tal-fornitur tas-servizzi portwarji, il-maniġer tiegħu, u kwalunkwe persuna rilevanti oħra kif jista’ jkun determinat mill-Istat Membru, bħal kundanni jew pieni fi kwalunkwe Stat Membru għal offiżi jew ksur serji tal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż fl-oqsma li ġejjin: il-liġi soċjali, il-liġi tax-xogħol, il-liġi tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-liġi dwar is-saħħa u l-liġi ambjentali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)  Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/921a u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2007 fil-każ C-251/04, Kummissjoni vs Ir-repubblika Ellenika1b, skont liema ma jistax jiġi dedott li l-irmonk jista' jitqies bħala servizz ta’ trasport marittimu, huwa possibbli għal raġunijiet ta’ sikurezza marittima u l-ħarsien tal-ambjent għar-rekwiżiti minimi li jiġi stipulat li l-bastimenti tal-irmonk jew l-operazzjonijiet ta’ rmiġġ ikunu reġistrati fi, u jtajru l-bandiera tal-Istat Membru tal-port ikkonċernat.
_______________
1a Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p.7).
1b Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2007 fil-kawża C-251/04, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika (C-251/04, ECLI:EU:C:2007:5).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Billi l-portijiet huma magħmula minn żoni ġeografiċi limitati, l-aċċess għas-suq jista’, f’ċerti każijiet, ikun suġġett għal limitazzjonijiet relatati mal-iskarsezza tal-art jew f’każ li l-art hija riservata għal ċertu tip ta’ attivitajiet bi pjan ta’ żvilupp formali li jippjana b’mod trasparenti tal-użu tal-art u skont leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti bħal dawk relatati mal-għanijiet tal-ippjanar tal-bliet u l-kampanja.
imħassar
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Is-sistema portwarja tal-Unjoni hija varja ħafna u tinkludi bosta mudelli differenti għall-organizzazzjoni tas-servizzi portwarji. Għaldaqstant, sistema unika ma tkunx xierqa. Il-korp maniġerjali tal-port jew l-awtorità kompetenti għandhom ikunu jistgħu jillimitaw in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi portwarji, jekk iċ-ċirkustanzi jirrikjedu tali limitazzjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Kwalunkwe intenzjoni li jiġi limitat in-numru ta' fornituri tas-servizzi portwarji għandha tiġi ppubblikata minn qabel mill-awtorità kompetenti u għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ, sabiex il-partijiet interessati jingħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kriterji għal kwalunkwe limitazzjoni għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji.
(11)  Kwalunkwe intenzjoni li jiġi limitat in-numru ta' fornituri tas-servizzi portwarji għandha tiġi ppubblikata minn qabel mill-korp maniġerjali tal-port jew l-awtorità kompetenti. Il-kriterji għal kwalunkwe limitazzjoni għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Sabiex tkun miftuħa u trasparenti, il-proċedura biex jingħażlu l-fornituri tas-servizzi portwarji u r-riżultat tagħha għandha tkunu ppubblikata u d-dokumentazzjoni sħiħa għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet interessati.
(12)  Il-proċedura biex jagħżlu l-fornituri tas-servizzi portwarji u r-riżultat tagħha għandhom ikunu ppubblikati u għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u miftuħa għall-partijiet interessati kollha.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-proċedura tal-għażla għall-fornituri ta’ servizzi tal-port f'każ li l-għadd ta’ dawk il-fornituri huwa limitat, għanda ssegwi l-prinċipji u l-approċċ stabbilit fid-Direttiva../../... [konċessjoni]7, inkluż il-limitu u l-metodu għad-determinazzjoni tal-valur tal-kuntratti kif ukoll id-definizzjoni ta’ modifiki sostanzjali u l-elementi relatati għat-tul tal-kuntratt.
imħassar
__________________
7 Proposta għal Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni COM(2011)897 finali
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Fil-komunikazzjoni interpretattiva tagħha tal-1 ta' Awwissu 2006 dwar il-liġi tal-Komunità applikabbli għall-għoti ta' kuntratti li mhumiex soġġetti jew mhumiex għal kollox soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Akkwist Pubbliku1, il-Kummissjoni pprovdiet qafas ċar għall-proċeduri tal-għażla li jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttivi tal-Akkwist Pubbliku u ma jingħatawx fil-forma ta' konċessjonijiet.
_____________________
1 ĠU C 179,1,8,2006, p, 2,
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Ir-rikors għall-obbligi ta’ servizz pubbliku li jwassal għal limitazzjoni fin-numru ta' fornituri ta' servizz portwarju jista' jkun iġġustifikat biss għal raġunijiet ta' interess pubbliku sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tas-servizz portwarju għall-utenti kollha, id-disponibbiltà tas-servizz portwarju matul is-sena kollha jew l-affordabbiltà tas-servizz portwarju għal ċerta kategorija ta' utenti.
(14)  Ir-rikors għall-obbligi ta’ servizz pubbliku li jwassal għal limitazzjoni fin-numru ta' fornituri ta' servizz portwarju jista' jkun iġġustifikat biss għal raġunijiet ta' interess pubbliku sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tas-servizz portwarju għall-utenti kollha, id-disponibbiltà tas-servizz portwarju matul is-sena kollha jew l-affordabbiltà tas-servizz portwarju għal ċerta kategorija ta' utenti, jew operazzjonijiet portwarji sikuri, siguri jew ambjentalment sostenibbli.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  L-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru għandu jkollhom l-għażla li jiddeċiedu li jipprovdu s-servizzi portwarji bl-obbligi ta’ servizz pubbliku huma stess jew jinkarigaw direttament lil operatur intern bil-forniment ta’ dawk is-servizzi. Fil-każ li awtorità kompetenti tiddeċiedi li tipprovdi s-servizz hi nnifsha, dan jista’ jkopri l-forniment ta’ servizzi permezz tal-aġenti impjegati mill-awtorità kompetenti jew ikkummissjonati mill-awtorità kompetenti. Meta limitazzjoni bħal din tiġi applikata fil-portijiet kollha tat-TEN-T fit-territorju ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa. Fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jaqblu fuq għażla bħal din, id-dispożizzjoni tas-servizzi portwarji mill-operaturi interni għandha tkun limitata biss għall-port jew il-portijiet li għalihom ikunu ġew maħtura dawk l-operaturi interni. Barra minn hekk, f'dawn il-każijiet, in-nollijiet tas-servizzi portwarji applikati minn dak l-operatur għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni mill-korp ta' sorveljanza indipendenti.
(18)  Il-korp maniġerjali tal-port jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru għandu jkollhom l-għażla li jiddeċiedu li jipprovdu s-servizzi portwarji huma stess jew jinkarigaw direttament lil operatur intern bil-forniment ta’ dawk is-servizzi. Fil-każ li awtorità kompetenti tiddeċiedi li tipprovdi s-servizz hi nnifsha, dan jista’ jkopri l-forniment ta’ servizzi permezz tal-aġenti impjegati mill-awtorità kompetenti jew ikkummissjonati mill-awtorità kompetenti. Meta limitazzjoni bħal din tiġi applikata fil-portijiet marittimi kollha tat-TEN-T fit-territorju ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa. Fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jipprovdu servizz portwarju taħt l-obbligi ta' servizz pubbliku, id-dispożizzjoni tas-servizzi portwarji mill-operaturi interni għandha tkun limitata biss għall-port jew il-portijiet li għalihom ikunu ġew maħtura dawk l-operaturi interni. Barra minn hekk, f’dawn il-każijiet, in-nollijiet tas-servizzi portwarji applikati minn dak l-operatur għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni indipendenti.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  L-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni soċjali għall-persunal tal-impriża li tipprovdi servizzi portwarji. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli soċjali u tax-xogħol tal-Istati Membri. Fil-każijiet ta' limitazzjoni tal-għadd ta' fornituri tas-servizz portwarju, fejn il-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz portwarju jista' jinkludi bidla fl-operatur tas-servizz portwarju, għandu jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-operatur tas-servizz magħżul biex japplika d-disposizzjonjiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji11.
(19)  L-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni soċjali għall-persunal tal-impriża li tipprovdi servizzi portwarji. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli soċjali u tax-xogħol tal-Istati Membri u għandu jikkunsidra l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fejn il-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz portwarju tista' tinkludi bidla fl-operatur tas-servizz portwarju, l-awtorità kompetenti għandha, f'każ ta' trasferiment ta' staff, teħtieġ li l-operatur tas-servizz magħżul japplika d-dispożizzjonjiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji11.
__________________
__________________
11 ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.
11 ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  F'settur kumpless u kompetittiv ħafna bħal dak tas-servizzi portwarji, it-taħriġ ta’ rekluti ġodda kif ukoll it-taħriġ tul il-ħajja tal-persunal huma essenzjali biex jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema tal-portijiet, kif ukoll il-kwalità tas-servizzi u l-kompetittività tal-portijiet tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li t-taħriġ relevanti jiġi pprovdut għal kull ħaddiem fis-settur tal-portijiet. Il-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Settorjali għall-Portijiet fil-livell tal-UE għandu jkun f'pożizzjoni li jiżviluppa linji gwida għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' taħriġ biex tiġi żgurata kwalità għolja ta' edukazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema tal-portijiet, biex jiġi minimizzat ir-riskju ta' inċidenti u jitqiesu l-ħtiġijiet futuri tas-settur fid-dawl tal-bidliet teknoloġiċi u loġistiċi imposti mit-talbiet tal-konsumaturi.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  Is-settur tal-portijiet Ewropej qed jaffaċċja numru ta' sfidi li kapaċi jkollhom impatt kemm fuq il-kompetittività tiegħu kif ukoll fuq id-dimensjoni soċjali tiegħu. Dawn l-isfidi jinkludu dawn li ġejjin: l-ammont dejjem ikbar ta' vetturi, il-kompetizzjoni minn portijiet mhux tal-Unjoni, is-setgħa dejjem tiżdied tas-suq bħala riżultat ta' alleanzi bejn il-kumpaniji ewlenin, il-ħtieġa għan-negozjar, b'mod li jkun f'waqtu, modi ġodda ta' ħidma u li jiġi pprovdut taħriġ adegwat għall-innovazzjoni teknoloġika, kif ukoll biex jiġi mminimizzat l-impatt soċjali tagħha, il-volumi dejjem akbar li huma aktar u aktar ragruppati, in-nuqqas ta' investimenti adegwati għall-infrastrutturi interni tal-pajjiż, it-tneħħija ta' ostakli amministrattivi għas-suq intern, l-ambjent tal-enerġija li qed jinbidel u l-pressjoni tas-soċjetà u dik ambjentali li dejjem qed jiżdiedu. L-Istati Membri, flimkien mas-sħab soċjali, għandhom jindirizzaw dawn l-isfidi u jieħdu miżuri bil-għan li jissalvagwardjaw kemm il-kompetittività tas-settur kif ukoll il-prevenzjoni ta' kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji fil-portijiet, minkejja l-varjazzjonijiet fid-domanda għax-xogħol fil-portijiet.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 19c (ġdida)
(19c)  Il-mudelli kollha għall-organizzazzjoni tax-xogħol tal-port li jiżguraw impjiegi ta’ kwalità u kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri għandhom ikunu appoġġjati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għandhom jiġu promossi biss permezz ta’ negozjati bejn is-sħab soċjali, u l-Kummissjoni għandha tqis kif jixraq ir-riżultati ta’ dawn in-negozjati.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 19d (ġdida)
(19d)  L-awtomazzjoni u l-innovazzjoni teknoloġika joffru l-opportunità li jtejbu l-effiċjenza u s-sikurezza tal-portijiet. Qabel jiddaħħlu bidliet sinifikanti, min iħaddem u l-unjins tal-ħaddiema tal-portijiet għandhom jikkooperaw sabiex jiggarantixxu t-taħriġ neċessarju u t-taħriġ mill-ġdid u biex jinstabu soluzzjonijiet komuni sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi ta’ proċessi bħal dawn fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u fuq l-impjegabilità.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  F'ħafna portijiet, l-aċċess għas-suq għall-fornituri ta' servizzi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija u tat-terminals tal-passiġġieri jingħata permezz ta' kuntratti ta' konċessjoni pubblika. Dan it-tip ta’ kuntratti se jiġu koperti mid-Direttiva.../... [konċessjonijiet]. Konsegwentement, il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-forniment ta' servizzi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija u tal-passiġġieri, iżda l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu japplikawx ir-regoli ta' dan il-Kapitolu għal dawn iż-żewġ servizzi. Għal tipi oħra ta’ kuntratti użati mill-awtoritajiet pubbliċi biex jingħata l-aċċess għas-suq għas-servizzi ta' mmaniġġjar ta' merkanzija u terminals tal-passiġġieri, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li l-awtoritajiet kompetenti huma suġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni meta jiġu konklużi dawn il-kuntratti. Dawn il-priniċpji huma applikabbli bis-sħiħ fir-rigward tal-forniment ta' xi servizz portwarju.
(20)  Il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-forniment ta' servizzi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Għal tipi ta’ kuntratti, apparti l-kuntratti ta' konċessjoni pubblika, użati mill-awtoritajiet pubbliċi biex jingħata l-aċċess għas-suq għas-servizzi ta' mmaniġġjar ta' merkanzija u terminals tal-passiġġieri, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li l-awtoritajiet kompetenti huma suġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni meta jiġu konklużi dawn il-kuntratti. Dawn il-priniċpji huma applikabbli bis-sħiħ fir-rigward tal-forniment ta' xi servizz portwarju.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  Skont ir-Riżoluzzjoni A.960 tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), kull żona ta' pilotaġġ teħtieġ esperjenza speċjalizzata ħafna u għarfien lokali min-naħa tal-pilota. Minħabba li l-IMO tirrikonoxxi l-idoneità tal-amministrazzjoni reġjonali jew lokali tal-pilotaġġ, il-pilotaġġ m’għandux ikun soġġett għall-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa pprevediet li l-portijiet tan-Netwerk Transewropew tat-Trasport jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Unjoni matul il-perjodu attwali 2014-2020. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi qafas rivedut dwar għajnuniet statali lill-portijiet u, minħabba li d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tistabbilixxi wkoll qafas leġiżlattiv ġdid għal kuntratti ta' konċessjoni li jaffettwa wkoll is-servizzi tal-portijiet stipulati fil-ftehim ta' konċessjoni, jeħtieġ li jiġu introdotti f’dan ir-regolament regoli stretti dwar it-trasparenza tal-flussi finanzjarji biex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta jew dumping bejn il-portijiet tal-Unjoni.
_______________
1a Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Hemm bżonn li fuq il-korp maniġerjali tal-port li jirċievi fondi pubbliċi, meta dan ikun qiegħed jaġixxi wkoll bħala fornitur tas-servizz, jiġi impost obbligu li jżomm kontijiet separati għall-attivitajiet imwettqa fil-kapaċità tiegħu bħala korp maniġerjali tal-port minn dawk imwettqa fuq bażi kompetittiva biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, trasparenza fl-allokazzjoni u l-użu ta' fondi pubbliċi u sabiex tiġi evitata distorsjoni tas-suq. Fi kwalunkwe każ għandha tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.
(22)  Hemm bżonn li fuq il-korp maniġerjali tal-port li jirċievi fondi pubbliċi, meta dan ikun qiegħed jaġixxi wkoll bħala fornitur tas-servizz, jiġi impost obbligu li jżomm kontijiet separati għall-attivitajiet iffinanzjati mill-pubbliku, imwettqa fil-kapaċità tiegħu bħala korp maniġerjali tal-port minn dawk imwettqa fuq bażi kompetittiva biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, trasparenza fl-allokazzjoni u l-użu ta' fondi pubbliċi u sabiex tiġi evitata distorsjoni tas-suq. Fi kwalunkwe każ għandha tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Il-portijiet marittimi bi dħul taħt il-limitu stabbilit fid-Direttiva 2006/111/KE għandhom jissodisfaw l-obbligi tat-trasparenza li jinsabu fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament b'mod proporzjonat, mingħajr ma jkun hemm piż amministrattiv sproporzjonat.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 22b (ġdida)
(22b)  Bil-għan li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, il-Kummissjoni għandha, bil-miktub, tiċċara l-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-finanzjament tal-infrastrutturi tal-portijiet, filwaqt li jitqies il-fatt li l-aċċess pubbliku u l-infrastruttura tad-difiża, sew jekk huma marittimi kif ukoll fuq l-art, li huma aċċessibbli għall-utenti potenzjali kollha b’termini ugwali u nondiskriminatorji, u infrastaruttura li hija marbuta mat-tħaddim tas-Servizzi ta' Interess Ġenerali mhux ekonomiku, għandhom natura mhux ekonomika peress li l-miri tagħhom huma predominantement pubbliċi fin-natura tagħhom. infrastrutturi bħal dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ġenerali tal-popolazzjoni.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 22c (ġdida)
(22c)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni mas-settur, tidentifika liema finanzjament pubbliku tal-investimenti ta' infrastruttura tal-portijiet jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)1a.
_________________
1a Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  In-nollijiet tas-servizzi portwarji applikati mill-fornituri tas-servizzi portwarji li mhumiex imfasslin skont proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja jinvolvu riskju ogħla ta' abbuż tal-prezzijiet minħabba s-sitwazzjoni monopolistika jew duopolistika tagħhom u l-fatt li s-suq tagħhom ma jistax jiġi kkontestat. Dan jgħodd ukoll għan-nollijiet mitlubin mill-operaturi interni skont it-tifsira tar-Regolament. Għal dawk is-servizzi, fin-nuqqas ta' mekkaniżmi ġusti tas-suq, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti biex jiġi żgurat li n-nollijiet li jitolbu jirriflettu l-kundizzjonijiet normali tas-suq relevanti u li huma stabbiliti b'mod trasparenti u nondiskriminatorju.
(23)  In-nollijiet tas-servizzi portwarji applikati mill-fornituri tas-servizzi portwarji li mhumiex imfasslin skont proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja u n-nollijiet applikati mill-fornituri tas-servizzi ta’ pilotaġġ, li mhumiex esposti għal kompetizzjoni effettiva li tinvolvi riskju ogħla ta’ abbuż mill-prezz. Għal dawk is-servizzi, fin-nuqqas ta' mekkaniżmi ġusti tas-suq, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti biex jiġi żgurat li n-nollijiet mitluba ma jkunux sproporzjonati għall-valur ekonomiku tas-servizzi fornuti u li huma stabbiliti b'mod trasparenti u nondiskriminatorju.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Biex ikunu effiċjenti, in-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet ta' kull port individwali għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti u awtonomu skont l-istrateġija kummerjali u tal-investimenti tal-port stess.
(24)  Ir-rwol tal-korp maniġerjali ta' port hu, fost affarijiet oħra, li jiffaċilita l-kummerċ u jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-industrija reġjonali u l-operaturi tat-trasport. Għalhekk, fl-interess tal-effiċjenza, in-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet ta' kull port individwali għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti u awtonomu skont l-istrateġija kummerċjali u tal-investimenti tal-port stess.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Il-varjazzjoni tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet għandha tkun permessa sabiex tippromwovi t-tbaħħir fuq distanza qasira u jiġu attirati bastimenti tat-trasport fuq l-ilma bi prestazzjoni ambjentali jew effiċjenza enerġetika u tal-karbonju tal-operazzjonijiet tat-trasport, b'mod partikolari operazzjonijiet tat-trasport marittimu lil hinn mill-kosta jew fuq l-art, li tkun aħjar mill-medja. Din ser tgħin fil-kontribuzzjoni tal-politiki ambjentali u tat-tibdil tal-klima u fl-iżvilupp sostenibbli tal-port u tal-inħawi tiegħu billi b'mod partikolari bil-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali tal-bastimenti tat-trasport bl-ilma li jidħlu u jibqgħu fil-port.
(25)  Il-varjazzjoni tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet hija għodda importanti għall-korp maniġerjali tal-port u għandha tkun permessa. In-nollijiet tal-infrastruttura tal-port jistgħu jvarjaw sabiex, pereżempju, jiġi promoss it-tbaħħir fuq distanza qasira u jiġu attirati bastimenti tat-trasport fuq l-ilma bi prestazzjoni ambjentali jew effiċjenza enerġetika u tal-karbonju tal-operazzjonijiet tat-trasport, b'mod partikolari operazzjonijiet tat-trasport marittimu lil hinn mill-kosta jew fuq l-art, li tkun aħjar mill-medja. Din ser tgħin fil-kontribuzzjoni tal-politiki ambjentali u tat-tibdil tal-klima u fl-iżvilupp sostenibbli tal-port u tal-inħawi tiegħu billi b'mod partikolari bil-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali tal-bastimenti tat-trasport bl-ilma li jidħlu u jibqgħu fil-port.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Għandu jkun hemm fis-seħħ faċilitajiet adegwati biex jiġi żgurat li dawk li jużaw il-portijiet u li jintalbu jħallsu noll tal-infrastruttura ta' port u/jew noll tas-servizz portwarju jiġu kkonsultati b'mod regolari meta n-noll tal-infrastruttura tal-port u n-noll tas-servizz portwarju jiġu ddefiniti u jinbidlu. L-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet għandhom ukoll jikkonsultaw regolarment mal-partijiet interessati l-oħra dwar kwistjonijiet ewlenin relatati l-iżvilupp sod tal-port, il-prestazzjoni tiegħu u l-kapaċità tiegħu biex jattira u jiġġenera attivitajiet ekonomiċi bħall-koordinazzjoni ta’ servizzi tal-port ġewwa ż-żona tal-port u l-effiċjenza tal-konnessjonijiet mal-pajjiż u l-proċeduri amministrattivi fil-portijiet.
(26)  Għandu jiġi żgurat li dawk li jużaw il-portijiet u li jintalbu jħallsu noll tal-infrastruttura ta' port u/jew noll tas-servizz portwarju jiġu kkonsultati b'mod regolari meta n-noll tal-infrastruttura tal-port u n-noll tas-servizz portwarju jiġu ddefiniti u jinbidlu. L-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet għandhom ukoll jikkonsultaw regolarment mal-partijiet interessati l-oħra dwar kwistjonijiet ewlenin relatati l-iżvilupp sod tal-port, il-prestazzjoni tiegħu u l-kapaċità tiegħu biex jattira u jiġġenera attivitajiet ekonomiċi bħall-koordinazzjoni ta’ servizzi tal-port ġewwa ż-żona tal-port u l-effiċjenza tal-konnessjonijiet mal-pajjiż u l-proċeduri amministrattivi fil-portijiet. Il-korp maniġerjali tal-portijiet għandu jdaħħal l-investituri privati, li jagħmlu investimenti sinifikanti fil-portijiet, f'konsultazzjoni sostenibbli rigward il-pjanijiet ta' żvilupp tal-portijiet.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba u effettiva ta' dan ir-Regolament, f'kull Stat Membru għandu jitwaqqaf korp ta' sorveljanza indipendenti, li jista' jkun korp li diġa jeżisti.
(27)  Biex jiġi żgurat li jkun stabbilit mekkaniżmu ta' lmenti indipendenti, għandhom jinħatru korp wieħed jew iktar li jipprovdu superviżjoni indipendenti f'kull Stat Membru. Għandu jkun possibbli li korpi diġà eżistenti, bħall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, il-qrati, il-ministeri jew id-dipartimenti fi ħdan il-ministeri li mhumiex marbutin mal-korp maniġerjali tal-portijiet, ikunu jistgħu jinħatru għal dan il-għan.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Il-korpi superviżorji indipendenti differenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-ħidma tagħhom u jikkooperaw sabiex jiżguraw l-applikazzjoni unformi ta' dan ir-Regolament.
(28)  F’każijiet ta’ tilwim jew ilmenti transkonfinali, il-korpi differenti li jipprovdu superviżjoni indipendenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni dwar il-ħidma tagħhom.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  Ir-relazzjonijiet tax-xogħol tal-port għandhom influwenza qawwija fuq it-tħaddim tal-portijiet. Il-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Settorjali għall-Portijiet fil-livell tal-UE jagħti għalhekk lis-sħab soċjali qafas biex jistabbilixxu riżultati fir-rigward tal-organizzazzjoni tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħas-saħħa u s-sikurezza, it-taħriġ u l-kwalifiki, il-politika tal-Unjoni dwar fjuwils b’kontenut baxx ta’ kubrit, u l-attrazzjoni tas-settur għall-ħaddiema żgħażagħ u għall-ħaddiema nisa.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Biex jiġu supplimentati u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari biex tiġi promossa l-applikazzjoni uniformi tan-nollijiet ambjentali, tissaħħaħ il-koerenza madwar l-Unjoni tan-nollijiet ambjentali u biex jiġu żgurati prinċipji komuni tan-nollijiet fir-rigward tal-promozzjoni tat-tbaħħir fuq distanza qasira, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet komuni tal-bastimenti, il-fjuwils u t-tipi ta' operazzjonijiet skont liema għandhom jiġu varjati in-nollijiet tal-infrastruttura u l-prinċipji komuni tan-nollijiet għan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
imħassar
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-arranġamenti xierqa għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-korpi ta' konsultazzjoni indipendenti. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni .
imħassar
__________________
13 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)  Il-Kummissjoni ġiet mistiedna tressaq proposta leġiżlattiva rigward iċ-Ċertifikati għall-Eżenzjoni tal-Pilotaġġ (PEC) sabiex jitħeġġeġ l-użu tagħhom fl-Istati Membri kollha ħalli titjieb l-effiċjenza fil-portijiet, u b'mod partikolari biex jiġi stimulat it-trasport marittimu fuq distanzi qosra, fejn il-kundizzjonijiet tas-sikurezza jippermetti dan. Ir-rekwiżiti speċifiċi li abbażi ta' dawn jinħarġu l-PECs għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri wara valutazzjoni tar-riskji u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet lokali; Ir-rekwiżiti minimi għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, speċjalment li jiġi żgurat l-immodernizzar tas-servizzi portwarji u l-qafas xieraq biex jiġu attirati investimenti neċessarji fil-portijiet kollha tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba d-dimensjoni Ewropea, in-natura internazzjonali u transkonfinali tal-kummerċ tal-portijiet u tal-kummerċ marittimu relatat u b'hekk, minħabba l-bżonn ta' kundizzjonijiet ekwi Ewropej, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jikseb dawk l-għanijiet.
(31)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, speċjalment li jiġi żgurat qafas għall-organizzazzjoni tas-servizzi portwarji u l-qafas xieraq biex jiġu attirati investimenti neċessarji fil-portijiet marittimi kollha tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba d-dimensjoni Ewropea, in-natura internazzjonali u transkonfinali tal-kummerċ tal-portijiet u tal-kummerċ marittimu relatat u b'hekk, minħabba l-bżonn ta' kundizzjonijiet ekwi Ewropej, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jikseb dawk l-għanijiet. Il-portijiet tal-Unjoni għandhom ikunu protetti kontra portijiet ta' pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għall-istess kriterji ta' organizzazzjoni u operazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
(31a)  Ir-relazzjonijiet tax-xogħol tal-port għandhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet u t-tħaddim tal-portijiet. Għalhekk il-Kumitat ta’ Djalogu Soċjali Settorjali fil-livell tal-UE għall-Portijiet għandu jkun jista’ jipprovdi lis-sħab soċjali tal-UE b’qafas biex ikunu jistgħu jadottaw riżultati komuni dwar kwistjonijiet soċjali relatati mar-relazzjonijiet tax-xogħol tal-port. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun neċessarju, tiffaċilita u tappoġġja n-negozjati, kif ukoll tipprovdi għajnuna teknika lilhom, filwaqt li tiġi rrispettata l-awtonomija tas-sħab soċjali. Is-sħab soċjali tal-Unjoni għandu jkollhom il-possibilità li jirrapportaw dwar kwalunkwe progress magħmul, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tqis l-eżiti tagħhom meta tirrapporta dwar l-effetti ta' dan ir-Regolament.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)  qafas ċar għal aċċess għas-suq tas-servizzi portwarji;
(a)  qafas ċar għall-organizzazzjoni tas-servizzi portwarji;
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja u n-nollijiet li għandhom jiġu applikati minn korpi tal-ġestjoni jew fornituri ta' servizzi portwarji.
(b)  regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja u n-nollijiet li għandhom jiġu applikati minn korpi tal-ġestjoni jew fornituri ta' servizzi portwarji koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c
(c)  tħammil;
imħassar
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
Barra minn hekk, l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-tħammil.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
3.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-portijiet marittimi kollha tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament XXX [ir-regolament dwar il-Linji Gwida tat-TEN-T].
3.  Dan Regolament għandu japplika għall-portijiet marittimi kollha tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
________________
1a Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe struttura portwarja li tirrispetta l-prinċipji msemmija fil-paragrafi 1(a) u 1(b).
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għal portijiet marittimi tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew komprensiv li jinsabu fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għal portijiet marittimi bħal dawn, huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
2.  "servizzi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija" tfisser l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tal-merkanzija bejn il-bastiment tat-trasport fuq l-ilma li jġorr u x-xatt kemm jekk għal importazzjoni, esportazzjoni jew transitu ta' merkanzija, inklużi l-ipproċessar, it-trasport jew il-ħżin temporanju tal-merkanzija fit-terminal relevanti ta' mmaniġġjar tal-merkanzija u direttament relatati mat-trasport tal-merkanzija, iżda esklużi l-ħżin fl-imħażen, l-istrippaġġ, l-imballaġġ mill-ġdid jew kwalunkwe servizz ieħor ta' valur miżjud relatat mal-merkanzija mmaniġġjata;
2.  "servizzi ta' mmaniġġjar tal-merkanzija" tfisser l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tal-merkanzija bejn il-bastiment tat-trasport fuq l-ilma li jġorr u x-xatt kemm jekk għal importazzjoni, esportazzjoni jew transitu ta' merkanzija, inklużi l-ipproċessar, l-irbit, il-ħatt, l-istivar, it-trasport jew il-ħżin temporanju tal-merkanzija fit-terminal relevanti ta' mmaniġġjar tal-merkanzija u direttament relatati mat-trasport tal-merkanzija, iżda esklużi, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux mod ieħor, il-ħżin fl-imħażen, l-istrippaġġ, l-imballaġġ mill-ġdid jew kwalunkwe servizz ieħor ta' valur miżjud relatat mal-merkanzija mmaniġġjata;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
2 a.  “awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe korp pubbliku jew privat li, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, għandu d-dritt li jwettaq skont il-liġi jew l-istrumenti nazzjonali, attivitajiet marbuta mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ attivitajiet portwarji, flimkien ma' jew b'mod alternattiv għall-korp maniġerjali tal-port;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
3.  "tħammil" tfisser it-tneħħija ta' ramel, naqal jew sustanzi oħrajn minn qiegħ l-aċċess tal-passaġġ fuq l-ilma għal port sabiex bastiment tat-trasport fuq l-ilma jkun jista' jaċċessa l-port u tinvolvi kemm it-tneħħija inizjali (tħammil kapitali) kif ukoll it-tħammil ta' manutenzjoni biex il-passaġġ fuq l-ilma jibqa' aċċessibbli;
3.  "tħammil" tfisser it-tneħħija ta' ramel, naqal jew sustanzi oħrajn minn qiegħ l-aċċess tal-passaġġ fuq l-ilma għal port sabiex bastiment tat-trasport fuq l-ilma jkun jista' jaċċessa l-port u tinvolvi kemm it-tneħħija inizjali (tħammil kapitali) kif ukoll it-tħammil ta' manutenzjoni biex il-passaġġ fuq l-ilma jibqa' aċċessibbli, u dan mhuwiex servizz tal-port offrut lill-utenti;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
5.  "korp maniġerjali tal-port" tfisser kull korp pubbliku jew privat, kemm jekk flimkien ma' attivitajiet oħrajn jew le, għandu l-objettiv tiegħu skont il-liġi jew l-istrumenti nazzjonali u l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-port, it-traffiku tal-port, il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, il-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi preżenti fil-port ikkonċernat;
5.  "korp maniġerjali tal-port" tfisser kull korp pubbliku jew privat, kemm jekk flimkien ma' attivitajiet oħrajn jew le, li jkollu l-objettiv tiegħu awtorizzat mil-liġi jew l-istrumenti nazzjonali u l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-port u, fejn ikun xieraq, il-koordinazzjoni għat-twettiq, l-organizzazzjoni jew il-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi preżenti fil-port ikkonċernat u l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku tal-port u l-iżvilupp taż-żona tal-port;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
6.  “l-irmiġġ” tfisser is-servizzi tal-ittrakkar meħtieġa biex bastimenti fuq l-ilma jankraw jew inkella jiwaħħlu max-xatt fil-port jew f’passaġġi tal-ilma interni b'aċċess għall-port;
6.  “l-irmiġġ” tfisser is-servizzi tal-ittrakkar, tat-tneħħija tal-irmiġġ u taċ-ċaqliq sikuri meħtieġa għal bastimenti fuq l-ilma;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
8.  "pilotaġġ" tfisser is-servizz ta' gwida ta' bastiment tat-trasport fuq l-ilma minn bdot jew stazzjon ta' pilotaġġ biex ikun jista' jsir dħul jew ħruġ sikur tal-bastiment fl-aċċess mill-passaġġi fuq l-ilma lejn il-port;
8.  "pilotaġġ" tfisser is-servizz ta' gwida ta' bastiment tat-trasport fuq l-ilma minn bdot jew stazzjon ta' pilotaġġ biex ikun jista' jsir dħul jew ħruġ sikur tal-bastiment fl-aċċess mill-passaġġi fuq l-ilma lejn il-port jew navigazzjoni sigura ġewwa l-port;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
9.  "noll tal-infrastruttura tal-port" tfisser tariffa miġbura għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-korp maniġerjali tal-port u mħallsa mill-operaturi tal-bastimenti tat-trasport fuq l-ilma jew is-sidien tal-merkanzija biex jużaw il-faċilitajiet u s-servizzi li jippermettu lill-bastimenti jidħlu u joħorġu mill-port, inklużi l-passaġġi fuq l-ilma li jagħtu aċċess għal dawk il-portijiet, kif ukoll aċċess għall-ipproċessar ta' passiġġieri u merkanzija;
9.  "noll tal-infrastruttura tal-port" tfisser tariffa miġbura għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-korp maniġerjali tal-port u mħallsa mill-operaturi tal-bastimenti tat-trasport fuq l-ilma jew is-sidien tal-merkanzija biex jużaw l-infrastrutturi, il-faċilitajiet u s-servizzi li jippermettu lill-bastimenti jidħlu u joħorġu mill-port, inklużi l-passaġġi fuq l-ilma li jagħtu aċċess għall-port, jekk tali passaġġi fuq l-ilma jaqgħu taħt il-kompetenza legali tal-korp maniġerjali tal-port, kif ukoll aċċess għall-ipproċessar ta' passiġġieri u merkanzija, imma bl-esklużjoni tar-rati u l-ispejjeż tal-kiri tal-art li jkollhom effett ekwivalenti;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
12.  "kuntratt ta’ servizz portwarju" tfisser ftehim formali u legalment vinkolanti bejn fornitur ta' servizz portwarju u awtorità kompetenti li fih dan il-korp jagħżel fornitur tas-servizz portwarju biex jipprovdi servizzi portwarji wara proċedura ta' limitazzjoni tan-numru ta' fornituri tas-servizzi portwarji;
12.  "kuntratt ta’ servizz portwarju" tfisser ftehim formali u legalment vinkolanti bejn fornitur ta' servizz portwarju u l-korp maniġerjali tal-port jew awtorità kompetenti li fih dan il-korp jew awtorità jagħżel fornitur tas-servizz portwarju biex jipprovdi servizzi portwarji wara proċedura ta' limitazzjoni tan-numru ta' fornituri tas-servizzi portwarji;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16
16.  "port marittimu" tfisser żona ta' art u ilma msawra minn tali xogħlijiet u tagħmir sabiex jippermetti, prinċipalment, l-ilqugħ ta' bastimenti, it-tagħbija u l-ħatt tagħhom, il-ħżin ta' prodotti, ir-riċevuta u l-forniment ta' dawn il-prodotti u l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri; u kwalunkwe infrastruttura oħra meħtieġa għall-operaturi tat-trasport fi ħdan iż-żona tal-port;
16.  "port marittimu" tfisser żona ta’ art u ilma delimitata, immaniġġjata mill-korp maniġerjali tal-port u magħmula minn infrastrutturi u faċilitajiet sabiex tippermetti, prinċipalment, l-ilqugħ ta' bastimenti, it-tagħbija u l-ħatt tagħhom, il-ħżin ta' prodotti, ir-riċevuta u l-forniment ta' dawn il-prodotti u l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri u l-persunal;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 17
17.  "irmonk" tfisser l-assistenza lil bastiment tat-trasport fuq l-ilma permezz ta' irmonkatur biex ikunu jistgħu jsiru d-dħul jew il-ħruġ sikuri mill-port billi tingħata assistenza fl-immanuvrar tal-bastiment tat-trasport fuq l-ilma;
17.  "irmonk" tfisser l-assistenza lil bastiment tat-trasport fuq l-ilma permezz ta' irmonkatur biex ikunu jistgħu jsiru d-dħul jew il-ħruġ sikuri mill-port jew in-navigazzjoni sikura fil-port billi tingħata assistenza fl-immanuvrar tal-bastiment tat-trasport fuq l-ilma;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18
18.  "aċċess tal-passaġġ fuq l-ilma lejn port" tfisser aċċess fuq l-ilma lejn il-port mill-baħar miftuħ, bħal avviċinamenti tal-portijiet, kanali navigabbli, xmajjar, kanali fl-ibħra u fjords.
18.  "aċċess tal-passaġġ fuq l-ilma lejn port" tfisser aċċess fuq l-ilma lejn il-port mill-baħar miftuħ, bħal avviċinamenti tal-portijiet, kanali navigabbli, xmajjar, kanali fl-ibħra u fjords, jekk passaġġ fuq l-ilma bħal dan jaqa' taħt il-kompetenza legali tal-korp maniġerjali tal-port.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Kapitolu II – titolu
L-aċċess għas-suq
Organizzazzjoni ta’ servizzi portwarji
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 3
Artikolu 3
imħassar
Libertà tal-provvista ta' servizzi
1.  Il-libertà ta' forniment tas-servizzi f'portijiet marittimi koperti minn dan ir-Regolament għandha tapplika għall-fornituri ta' servizzi portwarji stabbiliti fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
2.  Il-fornituri ta' servizzi portwarji għandu jkollhom aċċess għal faċilitajiet essenzjali tal-portijiet sakemm huwa meħtieġ biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom. It-termini tal-aċċess għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 3a (ġdid)
Artikolu 3a
Il-libertà li jiġu organizzati servizzi portwarji
1.  Rigward dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni tas-servizzi portwarji koperti minn dan il-Kapitolu tista' tkun soġġetta għal:
(a)  rekwiżiti minimi għall-fornituri tas-servizz portwarju;
(b)  limiti fin-numru ta' fornituri;
(c)  l-obbligi tas-servizz pubbliku;
(d)  operaturi interni;
(e)  aċċess miftuħ u liberu għas-suq tas-servizzi portwarji.
2.  Meta jiġu organizzati servizzi portwarji kif previst fil-Pargrafu 1 għandhom jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet imressqa f'dan il-kapitolu.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-korp maniġerjali tal-port jista' jitlob lill-fornituri ta' servizzi portwarji sabiex jikkonformaw ma' rekwiżiti minimi biex iwettqu s-servizz tal-portijiet korrispondenti.
1.  Mingħajr preġudizzju għall-possibilità li jimponi obbligi ta' servizz pubbliku stipulati fl-Artikolu 8, il-korp maniġerjali tal-port jew l-awtorità nazzjonali kompetenti jistgħu jitolbu lill-fornituri ta' servizzi portwarji, inklużi s-subappaltaturi sabiex jikkonformaw ma' rekwiżiti minimi biex iwettqu s-servizz tal-portijiet korrispondenti.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Fejn dawn ikunu applikabbli, ir-rekwiżiti minimi stipulati fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu relatati biss:
2.  Ir-rekwiżiti minimi stipulati fil-paragrafu 1 huma relatati:
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b)  mat-tagħmir meħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz portwarju relevanti f'kundizzjonijiet normali u sikuri u l-kapaċità li dan it-tagħmir jinżamm fil-livell xieraq;
(b)  mat-tagħmir meħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz portwarju relevanti f'kondizzjonijiet normali u sikuri b'mod kontinwu u l-kapaċità teknika u finanzjarja biex dan it-tagħmir jinżamm fil-livell meħtieġ;
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  id-disponibilità tas-servizz portwarju għall-utenti kollha, fil-postijiet kollha ta' rmiġġ u mingħajr interruzzjonijiet lejl u nhar, matul is-sena kollha;
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
(c)  mal-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza marittima jew is-sikurezza u s-sigurtà tal-port jew l-aċċess għalih, l-istallazzjonijiet, it-tagħmir u l-persuni tiegħu;
(c)  mal-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza marittima jew is-sikurezza u s-sigurtà tal-port jew l-aċċess għalih, l-istallazzjonijiet, it-tagħmir, il-ħaddiema u persuni oħra tiegħu;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  il-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali soċjali u tax-xogħol tal-Istat Membru tal-port ikkonċernat, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ftehimiet ta' negozjar kollettiv;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db)  ir-reputazzjoni tajba tal-fornitur tas-servizz portwarju, kif stabbilit mill-Istat Membru.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament m'għandha taħt ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġunijiet għal tnaqqis fil-livell tar-rekwiżiti minimi għall-għoti ta' servizzi portwarji li diġà jkunu ġew imposti mill-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Meta r-rekwiżiti minimi jkunu jinkludu għarfien lokali speċifiku jew ftit tagħrif fuq il-kundizzjonijiet lokali, il-korp maniġerjali tal-port għandu jara li hemm aċċess adegwat għat-taħriġ relevanti, b'kundizzjonijiet trasparenti u nondiskriminatorji, sakemm l-aċċess adegwat għal tali taħriġ ma jkunx iggarantit mill-Istat Membru.
4.  Meta r-rekwiżiti minimi jkunu jinkludu għarfien lokali speċifiku jew ftit tagħrif fuq il-kundizzjonijiet lokali, il-korp maniġerjali tal-port għandu jara li hemm aċċess adegwat għall-informazzjoni b'kundizzjonijiet trasparenti u nondiskriminatorji.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
5.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, ir-rekwiżiti minimi msemmija fil-paragrafu 2 u l-proċedura għall-għoti tad-dritt ta' forniment ta' servizzi portwarji skont dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ppubblikati mill-korp maniġerjali tal-port sal-1 ta’ Lulju 2015 jew għal rekwiżiti minimi applikabbli wara dik id-data, tal-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha dawk ir-rekwiżiti jsiru appikabbli. Il-fornituri ta' servizzi portwarji għandhom jiġu mgħarrfa bil-quddiem dwar kwalunkwe bidla fil-kriterji u fil-proċedura.
5.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, ir-rekwiżiti minimi msemmija fil-paragrafu 2 u l-proċedura għall-għoti tad-dritt ta' forniment ta' servizzi portwarji skont dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ppubblikati mill-korp maniġerjali tal-port sal-...* jew għal rekwiżiti minimi applikabbli wara dik id-data, tal-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha dawk ir-rekwiżiti jsiru appikabbli. Il-fornituri ta' servizzi portwarji għandhom jiġu mgħarrfa bil-quddiem dwar kwalunkwe bidla fil-kriterji u fil-proċedura.
__________________
* 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza marittima u l-protezzjoni tal-ambjent, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-bastimenti użati għal operazzjonijiet ta' rmonk jew irmiġġ ikunu rreġistrati u jtajru l-bandiera tal-Istat Membru tal-port ikkonċernat.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jittratta lis-servizzi portwarji bl-istess mod u għandu jaġixxi b'mod trasparenti.
1.  Il-korp maniġerjali tal-port jew l-awtorità kompetenti għandhom jittrattaw lill-fornituri ta' servizzi portwarji b'mod trasparenti, oġġettiv, mhux diskriminatorju u proporzjonat.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-entità ta' ġestjoni tal-port għandhom jagħtu jew jirrifjutaw id-dritt li jipprovdu servizzi tal-port abbażi tar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont l-Artikolu 4 fi żmien xahar minn meta jirċievu talba għall-għoti ta’ dritt bħal dan. Kwalunkwe rifjut għandu jiġi ġġustifkat kif xieraq fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati.
2.  L-entità ta' ġestjoni tal-port għandha tagħti jew tirrifjuta d-dritt li tipprovdi servizzi tal-port abbażi tar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont l-Artikolu 4. Dan għandha tagħmlu fi żmien raġonevoli, u fi kwalunkwe każ tara li ma taqbiżx l-erba' xhur minn meta tirċievi talba għall-għoti ta' dritt bħal dan u d-dokumenti neċessarji. Kwalunkwe rifjut għandu jiġi ġġustifkat kif xieraq fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)
1.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, meta l-korp maniġerjali tal-port mhuwiex awtorità kontraenti skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, dan l-Artikolu m'għandux japplika.
________________
1a Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3, il-korp maniġerjali tal-port jista' jillimita n-numru ta' fornituri ta' servizz portwarju għal servizz portwarju partikolari għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
1.  Mingħajr preġudizzju għall-mudelli differenti eżistenti għall-organizzazzjoni tas-servizzi portwarji, il-korp maniġerjali tal-port jew l-awtorità kompetenti jistgħu jillimitaw in-numru ta' fornituri ta' servizz portwarju għal servizz portwarju partikolari għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-iskarsezza jew l-użu riżervat ta' art diment li l-korp maniġerjali jista' juri li l-art hija faċilità essenzjali tal-port biex jiġi pprovdut is-servizz portwarju u li l-limitazzjoni hija konformi mal-pjan ta' żvilupp formali tal-port kif maqbul mill-korp maniġerjali tal-port u, fejn xieraq, kwalunkwe awtorità kompetenti pubblika oħra skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;
(a)  l-iskarsezza jew l-użu riżervat ta' art, diment li l-korp maniġerjali jista' juri li l-art hija faċilità tal-port li hi essenzjali għall-forniment tas-servizzi portwarji u li l-limitazzjoni hija, fejn applikabbli, konformi mal-pjanijiet u d-deċiżjonijiet miftiehma mill-korp maniġerjali tal-port u fejn xieraq kwalunkwe awtorità kompetenti pubblika oħra f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  in-nuqqas ta' spazju maġenb l-ilma, fejn dan jikkostitwixxi element essenzjali tal-kapaċità li jiġi pprovdut is-servizz portwarju kkonċernat b'mod sikur u effiċjenti;
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  L-inabbiltà tal-karatteristiċi tat-traffiku portwarju li jippermettu lil għadd ta' fornituri ta' servizzi portwarji jaħdmu f'kundizzjonijiet ekonomikament sodisfaċenti fil-port;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)
(ac)  il-ħtieġa li jiġi żgurat il-forniment ta' operazzjonijiet portwarji sikuri, mingħajr riskji jew ambjentalment sostenibbli;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Kwalunkwe limitazzjoni ta' fornituri għal servizz portwarju għandha ssegwi proċedura tal-għażla li tkun miftuħa għall-partijiet ikkonċernati kollha, tkun nondiskriminatorja u trasparenti. Il-korp maniġerjali tal-port għandu jikkomunikta lill-partijiet ikkonċernati kollha l-informazzjoni neċessarja kollha dwar l-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għażla u l-iskadenza għat-tressiq, kif ukoll kwalunkwe kriterju tal-għoti u rekwiżit rilevanti. L-iskadenza għat-tressiq għandha tkun twila biżżejjed biex tippermetti lill-partijiet iwettqu valutazzjoni sinifikanti u jippreparaw l-applikazzjoni tagħhom, u f'ċirkustanzi normali l-limitu minimu għandu jkun 30 jum.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  Meta entità tal-ġestjoni ta' port tipprovdi s-servizzi hija stess jew permezz ta' entità distinta legali li tikkontrolla direttament, l-Istat Membru jista' jafda l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tillimita l-għadd ta' fornituri tas-servizzi portwarji lil awtorità li hija indipendenti mill-entità tal-ġestjoni tal-port. Jekk Stat Membru ma jafdax l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tillimita l-għadd ta' fornituri tas-servizzi portwarji lil awtorità bħal din, l-għadd ta' fornituri m'għandux ikun anqas minn tnejn.
4.  Meta entità tal-ġestjoni ta' port tipprovdi s-servizzi hija stess jew permezz ta' entità distinta legali li tikkontrolla direttament, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita li jkun hemm kunflitti ta' interess. Fl-assenza ta' miżuri bħal dawn, l-għadd ta' fornituri m'għandux ikun inqas minn tnejn, sakemm kwalunkwe waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 tiġġustifika limitazzjoni għal fornitur wieħed.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Artikolu 7
imħassar
Proċedura għal-limitazzjoni tan-numru ta' fornituri ta' servizzi portwarji
1.  Kwalunkwe limitazzjoni tan-numru ta' fornituri għal servizz portwarju wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 għandha ssegwi proċedura tal-għażla li tkun miftuħa għall-partijiet interessati kollha, tkun nondiskriminatorja u trasparenti.
2.  Jekk il-valur stmat tas-servizz portwarju jaqbeż il-limitu definit fil-paragrafu 3, għandhom jiġu applikati r-regoli dwar il-proċedura tal-għoti, il-garanziji proċedurali u d-durata massima tal-konċessjonijiet kif stipulati fid-Direttiva …./…. [konċessjonijiet].
3.  Il-limitu u l-metodu ta' determinazzjoni tal-valur tas-servizz portwarju għandhom ikunu dawk tad-dispożizzjonijiet rilevanti u applikabbli stabbiliti fid-Direttiva ..…/…. [konċessjonijiet].
4.  Il-fornitur jew fornituri magħżulin u l-korp maniġerjali tal-port għandhom jikkonkludu kuntratt dwar servizz portwarju.
5.  Għall-fini ta' dan ir-Regolament, modifika sostanzjali skont it-tifsira tad-Direttiva …./… [konċessjonijiet] fid-dispożizzjonijiet ta' kuntratt ta’ servizz portwarju matul it-terminu tiegħu għandhom jitqiesu bħala kuntratt ta’ servizz portwarju ġdid u b'hekk għandhom jeħtieġu proċedura ġdida kif imsemmi fil-paragrafu 2.
6.  Il-paragrafi minn 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9.
7.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr ħsara għad-Direttiva .…/….[konċessjonijiet]15 , id-Direttiva .…/….[utilitajiet pubbliċi]16 u d-Direttiva .…/….[akkwisti pubbliċi]17
__________________
15 Proposta għal Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (COM 2011) 897 finali
16 Proposta għal Direttiva dwar l-akkwisti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (COM/2011/0895 finali)
17 Proposta għal Direttiva dwar l-akkwisti pubbliċi (COM/2011/0896 finali)
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimponu fuq il-fornituri obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mas-servizzi portwarji biex jiżguraw li:
1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtorità kompetenti fit-territorju tagħhom, li tista' tkun il-korp maniġerjali tal-port, li tkun intitolata li timplementa obbligi ta' servizz pubbliku relatati mas-servizzi portwarji fuq il-fornituri biex jiżguraw minn tal-inqas element wieħed minn dawn li ġejjin:
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
(b)  id-disponibbiltà tas-servizz għall-utenti kollha;
(b)  id-disponibbiltà tas-servizz għall-utenti kollha, fejn xieraq f'kundizzjonijiet ekwi;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  is-sikurezza, is-sigurtà jew is-sostenibbiltà ambjentali tal-operazzjonijiet portwarji;
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  il-forniment ta' servizzi ta' trasport adegwati lill-pubbliku u l-koeżjoni territorjali;
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan it-territorju tagħhom biex jimponu dawk l-obbligi ta’ servizz pubbliku. Il-korp maniġerjali tal-port jista' jkun l-awtorità kompetenti.
imħassar
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Meta l-awtorità kompetenti maħtura skont il-paragrafu 3 ma tkunx l-istess bħall-korp maniġerjali tal-port, dik l-awtorità kompetenti għandha tuża l-kompetenzi stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 rigward il-limitazzjoni tan-numru ta' fornituri ta' servizzi portwarji abbażi tal-obbligi tas-servizz pubbliku.
4.  Meta l-awtorità kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1ta' dan l-Artikolu ma tkunx l-istess bħall-korp maniġerjali tal-port, dik l-awtorità kompetenti għandha tuża l-kompetenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 rigward il-limitazzjoni tan-numru ta' fornituri ta' servizzi portwarji abbażi tal-obbligi tas-servizz pubbliku.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Jekk awtorità kompetenti tiddeċiedi li timponi obbligi ta’ servizz pubbliku fil-portijiet marittimi kollha permezz ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru, għandha tavża lill-Kummissjoni b'dawn l-obbligi.
5.  Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jimponi obbligi ta’ servizz pubbliku fil-portijiet marittimi kollha koperti minn dan ir-Regolament fi Stat Membru, għandu javża lill-Kummissjoni b'dawn l-obbligi.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  Fil-każ ta' interruzzjoni tas-servizzi portwarji li għalihom huma imposti obbligi ta’ servizz pubbliku jew meta jkun hemm riskju immedjat ta' sitwazzjoni bħal din, l-awtorità kompetenti tista' tieħu miżura ta' emerġenza. Il-miżura ta' emerġenza tista' tieħu l-forma ta' għotja diretta sabiex is-servizz jiġi attribwit lil fornitur differenti għal perjodu li jasal sa sena. Matul dak il-perjodu ta' żmien, l-awtorità kompetenti għandha jew tniedi proċedura ġdida biex tagħżel fornitur ta' servizz portwarju skont l-Artikolu 7 jew inkella għandha tapplika l-Artikolu 9.
6.  Fil-każ ta' interruzzjoni tas-servizzi portwarji li għalihom huma imposti obbligi ta’ servizz pubbliku jew meta jkun hemm riskju immedjat ta' sitwazzjoni bħal din, l-awtorità kompetenti tista' tieħu miżura ta' emerġenza. Il-miżura ta' emerġenza tista' tieħu l-forma ta' għotja diretta sabiex is-servizz jiġi attribwit lil fornitur differenti għal perjodu li jasal sa sena. Matul dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti għandha jew tniedi proċedura ġdida biex tagħżel fornitur ta’ servizz portwarju jew inkella għandha tapplika l-Artikolu 9. Azzjonijiet industrijali kollettivi li jkunu qed isiru f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv u/jew ftehimiet applikabbli bejn is-sħab soċjali m'humiex se jitqiesu bħala tfixkil tas-servizzi portwarji li għalihom jistgħu jittieħdu miżuri ta' emerġenza.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 6(1)(b), l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tipprovdi hija stess servizz portwarju skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku jew timponi dawk l-obbligi direttament fuq entità legalment separata li fuqha teżerċita kontroll simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess. F'każ bħal dan, dan il-fornitur tas-servizz portwarju għandu jitqies li huwa operatur intern għall-fini ta' dan ir-Regolament.
1.  Il-korp maniġerjali tal-port jew l-awtorità kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu port huma stess jew permezz ta' entità legalment separata li fuqha huma jeżerċitaw kontroll simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess, dment li l-Artikolu 4 japplika bl-istess mod għall-operaturi kollha li jipprovdu s-servizz ikkonċernat. F'każ bħal dan, dan il-fornitur tas-servizz portwarju għandu jitqies li huwa operatur intern għall-fini ta' dan ir-Regolament.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  L-awtorità kompetenti għandha titqies li qiegħda teżerċita kontroll fuq entità legalment separata simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess biss jekk teżerċita influwenza deċiżiva kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-entità legali kkontrollata.
2.  Il-korp maniġerjali tal-port jew l-awtorità kompetenti għandhom jitqiesu li qegħdin jeżerċitaw kontroll fuq entità legalment separata simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess biss jekk jeżerċitaw influwenza deċiżiva kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-entità legali kkonċernata.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  L-operatur intern għandu jkun limitat li jwettaq is-servizz portwarju assenjat biss fil-port(ijiet) fejn ikun ġie attribwit l-assenjament sabiex jipprovdi dak is-servizz.
3.  Fil-każijiet previsti mill-Artikolu 8, l-operatur intern għandu jkun limitat li jwettaq is-servizz portwarju assenjat biss fil-port(ijiet) fejn ikun ġie attribwit l-assenjament sabiex jipprovdi dak is-servizz.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi ftehimiet kollettivi bejn imsieħba soċjali, il-korpi tal-ġestjoni tal-port jistgħu jitolbu sabiex il-fornitur tas-servizzi portwarji maħtur skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 7, meta dan il-fornitur ikun differenti mill-fornitur responsabbli mis-servizzi portwarji, għandu jagħti lill-impjegati li qabel kienu jaħdmu mal-fornitur responsabbli mis-servizzi portwarji dawk id-drittijiet li kienu jkunu intitolati għalihom li kieku seħħ trasferiment skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/23/KE.
2.  Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi ftehimiet kollettivi rappreżentattivibejn is-sħab soċjali, l-awtorità kompetenti għandhom jirrikjedu li l-fornitur tas-servizzi portwarji jagħti lill-impjegati kundizzjonijiet tax-xogħol abbażi ta' standards soċjali nazzjonali, reġjonali jew lokali vinkolanti. F'każ ta' trasferiment tal-persunal minħabba bidla fil-fornitur tas-servizz, il-persunal li qabel kien jaħdem mal-fornitur responsabbli mis-servizzi portwarji għandu jingħata l-istess drittijiet li kienu jkunu intitolati għalihom li kieku seħħ trasferiment skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/23/KE.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Meta l-korpi tal-ġestjoni tal-port jeħtieġu li l-fornituri tas-servizzi portwarji jikkonformaw ma' ċerti standards soċjali fir-rigward tal-forniment tas-servizzi portwarji relevanti, id-dokumenti tal-offerti u l-kuntratti tas-servizz portwarju għandhom jelenkaw il-persunal ikkonċernat u jagħtu dettalji trasparenti dwar id-drittijiet kuntrattwali tagħhom u l-kundizzjonijiet li bihom l-impjegati jitqiesu li huma marbutin mas-servizzi portwarji.
3.  Il-korpi tal-ġestjoni tal-port jew l-awtorità kompetenti għandhom jirrikjeduli l-fornituri tas-servizzi portwarji kollha jikkonformaw mal-istandards soċjali u tax-xogħol kollha stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, kif ukoll mal-ftehimiet kollettivi applikabbli f'konformità mad-drawwiet u t-tradizzjonijiet nazzjonali. Meta, fil-kuntest tal-għoti ta' servizzi portwarji rilevanti, ikun hemm trasferiment tal-persunal, id-dokumenti tal-offerti u l-kuntratti tas-servizz portwarju għandhom jelenkaw il-persunal ikkonċernat u jagħtu dettalji trasparenti dwar id-drittijiet kuntrattwali tagħhom u l-kundizzjonijiet li bihom l-impjegati jitqiesu li huma marbutin mas-servizzi portwarji.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Taħriġ u protezzjoni tal-ħaddiema
1.  Min iħaddem għandu jiżgura li l-impjegati tiegħu jirċievu t-taħriġ neċessarju sabiex ikunu jistgħu jiksbu għarfien tajjeb tal-kundizzjonijiet li fihom jitwettaq ix-xogħol tagħhom u li dawn jiġu mħarrġa kif xieraq biex jiġu indirizzati r-riskji li jaf jikkostitwixxi x-xogħol.
2.  B'rispett sħiħ tal-awtonomija tas-sħab soċjali, il-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Settorjali għall-portijiet fil-livell tal-UE huwa mistieden jiżviluppa linji gwida għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' taħriġ sabiex jiġu evitati l-inċidenti u jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza u ta' saħħa lill-ħaddiema. Tali rekwiżiti ta' taħriġ għandhom jiġu aġġornati regolarment sabiex titnaqqas fuq bażi kontinwa l-okkorrenza ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol.
3.  Is-sħab soċjali huma mistiedna jiżviluppaw mudelli li jiżguraw bilanċ bejn il-fluttwazzjonijiet fid-domanda għal xogħol tal-port u l-flessibbiltà meħtieġa minn operazzjonijiet tal-port, fuq naħa waħda, u l-kontinwità u l-protezzjoni tal-impjieg, min-naħa l-oħra.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Dan il-Kapitolu u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 24 m’għandhomx japplikaw għal servizzi ta’ tagħbija u ħatt ta’ merkanzija u ta' passiġġieri.
Dan il-Kapitolu, minbarra l-Artikolu 10a, u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 24 m’għandhomx japplikaw għal servizzi ta’ tagħbija u ħatt ta’ merkanzija, is-servizzi ta' passiġġieri u l-pilotaġġ.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Meta l-korp maniġerjali tal-port li jirċievi l-fondi pubbliċi jipprovdi hu stess is-servizzi portwarji, għandu jżomm il-kontijiet ta' kull attività tas-servizz portwarju separati mill-kontijiet tal-attivitajiet l-oħrajn tiegħu b'mod li:
2.  Meta l-korp maniġerjali tal-port li jirċievi l-fondi pubbliċi jipprovdi hu stess is-servizzi portwarji jew it-tħammil, għandu jżomm il-kontijiet ta' dik l-attività ffinanzjata minn fondi pubbliċi jew investiment separat mill-kontijiet tal-attivitajiet l-oħrajn tiegħu b'mod li:
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta korp maniġerjali ta' port, jew assoċjazzjoni ta' portijiet, jiżvolġu attività ta' tħammil huma stess u jirċievu fondi pubbliċi għal din l-attività, dawn m'għandhomx jiżvolġu attivitajiet ta' tħammil fi Stati Membri oħrajn.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Il-fondi pubbliċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu kapital azzjonarju jew fondi kważi kapitali, għotjiet mhux rifondibbli, għotjiet rifondibbli biss f'ċerti ċirkustanzi, għoti ta' self inkluż self kurrenti u ħlas bil-quddiem fuq injezzjonijiet kapitali, garanziji mogħtija lill-korp maniġerjali tal-port minn awtoritajiet pubbliċi, dividendi mħallsin u profitti miżmumin jew xi forma oħra ta' appoġġ finanzjarju pubbliku.
3.  Il-fondi pubbliċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu kapital azzjonarju jew fondi kważi kapitali, għotjiet mhux rifondibbli, għotjiet rifondibbli biss f’ċerti ċirkustanzi, għoti ta’ self inkluż self kurrenti u ħlas bil-quddiem fuq injezzjonijiet kapitali, garanziji mogħtija lill-korp maniġerjali tal-port minn awtoritajiet pubbliċi u kull forma oħra ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
4.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jżomm l-informazzjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-korp ta' sorveljanza indipendenti kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 17 għal ħames snin minn tmiem is-sena fiskali li għaliha tirreferi l-informazzjoni.
4.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jżomm l-informazzjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-korp maħtur skont l-Artikolu 17 għal ħames snin minn tmiem is-sena fiskali li għaliha tirreferi l-informazzjoni.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  Meta jkun mitlub jagħmel dan, il-korp maniġerjali tal-port għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-korp ta' sorveljanza indipendenti kompetenti, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jqis neċessarja sabiex titwettaq evalwazzjoni profonda tad-dejta ppreżentata u għall-valutazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament. L-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien xahrejn mid-data li fiha ssir it-talba.
5.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu, fil-każ ta' ilment formali u fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-korp maħtur bi qbil mal-Artikolu 17, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jqis neċessarja sabiex titwettaq evalwazzjoni profonda tad-dejta ppreżentata u għall-valutazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament. L-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien xahrejn mid-data li fiha ssir it-talba.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-portijiet tagħhom tan-netwerk komprensiv li ma jissodisfawx il-kriterji fil-punt (a) jew il-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 fil-każ ta' piżijiet amministrattivi sproporzjonati, dment li l-fondi pubbliċi li jirċievu, u l-użu tagħhom sabiex jipprovdu servizzi portwarji, jibqgħu trasparenti għalkollox fis-sistema tal-kontabilità. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan qabel id-deċiżjoni tagħhom tidħol fis-seħħ.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  L-imposti għas-servizzi provduti minn operatur intern kif imsemmi fl-Artikolu 9 u l-imposti mitluba minn fornituri ta’ servizzi tal-port, f’każijiet ta’ limitazzjoni tal-għadd ta’ fornituri li ma ġewx magħżula abbażi ta’ proċeduri li huma miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorji, għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju. Dawn it-tariffi għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet fuq swieq kompetittivi rilevanti u ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-valur ekonomiku tas-servizz provdut.
1.  L-imposti għas-servizzi provduti minn operatur intern taħt obbligu ta' servizz pubbliku, l-imposti għas-servizzi ta’ pilotaġġ li mhumiex esposti għal kompetizzjoni effikaċi, u l-imposti mitluba minn fornituri ta’ servizzi portwarji kif imsemmi fil-punt (b) fl-Artikolu 6(1), għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju. Dawn it-tariffi għandhom, sa fejn hu possibbli, jirriflettu l-kundizzjonijiet fuq swieq kompetittivi rilevanti u ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-valur ekonomiku tas-servizz provdut.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Fuq talba, u kif imsemmi fl-Artikolu 17, il-fornitur tas-servizz portwarju għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp ta' sorveljanza indipendenti kompetenti l-informazzjoni dwar l-elementi li jservu ta' pedament biex jiġu determinati l-istruttura u l-livell tan-nollijiet tas-servizz portwarju li jaqgħu taħt l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-metodoloġija użata għall-istabbiliment tan-nollijiet tal-portijiet fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li huma relatati magħhom dawn in-nollijiet tas-servizzi portwarji.
3.  Il-fornitur tas-servizz portwarju, fil-każ ta' lment formali u fuq talba, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp maħtur f'konformità mal-Artikolu 17, l-informazzjoni dwar l-elementi li jservu ta' pedament biex jiġu determinati l-istruttura u l-livell tan-nollijiet tas-servizz portwarju li jaqgħu taħt l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-metodoloġija użata għall-istabbiliment tan-nollijiet tal-portijiet fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li huma relatati magħhom dawn in-nollijiet tas-servizzi portwarji.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Bħala kontribuzzjoni għal sistema effiċjenti ta' nollijiet tal-infrastruttura, l-istruttura u l-livell ta' nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet għandhom jiġu definiti b'mod awtonomu mill-korp maniġerjali tal-port skont l-istrateġija kummerċjali u l-pjan ta' investiment tiegħu stess li jirriflettu l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq rilevanti u skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat.
3.  Bħala kontribuzzjoni għal sistema effiċjenti ta' nollijiet tal-infrastruttura, l-istruttura u l-livell ta' nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet għandhom jiġu definiti b'mod awtonomu mill-korp maniġerjali tal-port skont l-istrateġija kummerċjali u l-pjan ta' investiment tiegħu stess skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat u tal-kompetizzjoni.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
4.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, in-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet jistgħu jvarjaw skont il-prattiki kummerċjali relatati mal-utenti regolari, jew biex jippromwovu użu aktar effiċjenti tal-infrastruttura tal-port, it-tbaħħir fuq distanza qasira jew prestazzjoni ambjentali għolja, effiċjenza enerġetika jew effiċjenza tal-karbonju tal-operazzjonijiet ta' trasport. Il-kriterji applikati għal varjazzjoni bħal din għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u b’rispett għar-regoli tal-kompetizzjoni. Il-varjazzjoni li tirriżulta għandha tkun disponibbli b'mod partikolari għall-utenti tas-servizzi portwarji kollha rilevanti bl-istess termini.
4.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, in-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet jistgħu jvarjaw skont l-istrateġija ekonomika tal-port u l-politika tal-port dwar il-ġestjoni tat-territorju relatati, fost l-oħrajn, ma' ċerti kategoriji ta' utenti, jew biex jippromwovu użu aktar effiċjenti tal-infrastruttura tal-port, it-tbaħħir fuq distanza qasira jew prestazzjoni ambjentali għolja, effiċjenza enerġetika jew effiċjenza tal-karbonju tal-operazzjonijiet ta' trasport. Il-kriterji applikati għal varjazzjoni bħal din għandhom ikunu ġusti, mhux diskriminatorji lejn in-nazzjonalità u għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat u tal-kompetizzjoni. Il-korp maniġerjali tal-port jista' jqis l-ispejjeż esterni meta jkun qed jistabbilixxi n-nollijiet. Il-korp maniġerjali tal-port jista' jvarja n-nollijiet tal-infrastruttura f'konformità mal-prattiki kummerċjali.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn ikun meħtieġ, atti ddelegati skontil-proċedura msemmija fl-Artikolu 21 dwar il-klassifikazzjonijiet komuni tal-bastimenti, il-fjuwils u t-tipi ta' operazzjonijiet li skont dawn għandhom jiġu varjati n-nollijiet tal-infrastruttura u l-prinċipji komuni dwar in-nollijiet għan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet.
imħassar
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6
6.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jgħarraf lil dawk li jużaw il-port u lir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom dwar l-istruttura u l-kriterji użati biex jiġi determinat l-ammont tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet, inklużi l-ispejjeż u d-dħul totali li jservu ta' bażi biex jiġu determinati l-istruttura u l-livell tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet. Għandu jgħarraf lil dawk li jużaw l-infrastrutturi tal-portijiet dwar kwalunkwe bidla fl-ammont tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet jew fl-istruttura jew il-kriterji użati sabiex jiġu determinati dawk in-nollijiet tal-inqas tliet xhur minn qabel.
6.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jgħarraf lil dawk li jużaw il-port u lir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom b'mod trasparenti dwar l-istruttura u l-kriterji użati biex jiġi determinat l-ammont tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet. Għandu jgħarraf lil dawk li jużaw l-infrastrutturi tal-portijiet dwar kwalunkwe bidla fl-ammont tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet jew fl-istruttura jew il-kriterji użati sabiex jiġu determinati dawk in-nollijiet tal-inqas tliet xhur minn qabel. Il-korp maniġerjali tal-port m'għandux ikun meħtieġ li jiżvela divrenzjar fin-nollijiet li hu riżultat ta' negozjati individwali.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 7
7.  Fuq talba, il-korp maniġerjali tal-port għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp ta' sorveljanza indipendenti u kompetenti u tal-Kummissjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u l-ispejjeż u d-dħul dettaljati, li jservu bħala bażi biex jiġu determinati l-istruttura u l-livell tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet u l-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti n-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom huma relatati dawn il-portijiet.
7.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu, fil-każ ta' lment formali u fuq talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp maħtur bi qbil mal-Artikolu 17 u tal-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u l-livell tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet u l-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti n-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom huma relatati dawn l-ispejjeż portwarji.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jistabbilixxi kumitat ta' rappreżentanti tal-operaturi ta' bastimenti tat-trasport fuq l-ima, sidien ta' merkanzija jew oħrajn li jużaw il-portijiet li huma mitlubin iħallsu noll għall-infrastruttura u noll għas-servizz portwarju jew it-tnejn li huma. Dan il-kumitat għandu jissejjaħ il-"kumitat konsultattiv tal-utenti tal-port".
imħassar
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jikkonsulta fuq bażi annwali, u qabel l-istabbiliment tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-port, mal-kumitat konsultattiv tal-utenti tal-port dwar l-istruttura u l-livell tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet. Il-fornituri tas-servizzi potwali għandhom jikkonsultaw fuq bażi annwali, u qabel l-istabbiliment tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-port, mal-kumitat konsultattiv tal-utenti tal-port dwar l-istruttura u l-livell tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 6 u fl-Artikolu 9. Il-korp maniġerjali tal-port għandu jipprovdi faċilitajiet adegwati għal dik il-konsultazzjoni u għandu jiġi mgħarraf dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni mill-fornituri tas-servizz portwarju.
2.  Il-korp maniġerjali tal-port għandu jiżgura li jkunu stabbiliti mekkaniżmi adegwati għall-konsultazzjoni tal-utenti tal-port, inklużi l-operaturi ta' trasport interkonness rilevanti. Dan għandu jikkonsulta lill-utenti tal-port f'każ ta' bidliet sostanzjali fin-nollijiet tal-infrastruttura tal-port qabel l-istabbiliment tan-nollijiet tal-infrastruttura tal-portijiet. Il-fornituri tas-servizzi portwarji għandhom jipprovdu lill-utenti tal-port b'informazzjoni adegwata dwar l-istruttura tan-nollijiet tas-servizzi portwarji u l-kriterji użati biex dawn jiġu stabbiliti. Operaturi interni li jipprovdu servizzi taħt obbligu ta' servizz pubbliku u l-fornituri ta' servizzi portwarji kif imsemmi fl-Artikolu 6 (1b), għandhom jikkonsultaw mal-utenti tal-port, fuq bażi annwali u qabel l-istabbiliment tan-nollijiet għas-servizzi portwarji dwar l-istruttura u l-livell ta' dawn l-imposti. Il-korp maniġerjali tal-port għandu jipprovdi mekkaniżmi adegwati għal dik il-konsultazzjoni u għandu jiġi mgħarraf dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni mill-fornituri tas-servizz portwarju.
Għandu jkun possibbli li l-obbligi msemmija f'dan il-paragrafu jiġu imposti fuq il-korpi, inklużi dawk b'kompożizzjoni distinta, li diġà huma stabbiliti fil-port.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-entità tal-ġestjoni tal-port għandha tikkonsulta regolarment mal-partijiet interessati, bħal impriżi stabbiliti fil-port, il-fornituri tas-servizzi tal-portijiet, l-operaturi ta’ bastimenti li jżommu fil-wiċċ, sidien ta’ merkanzija, operaturi tat-trasport bl-art u l-amministrazzjonijiet pubbliċi li joperaw fiż-żona tal-port dwar dan li ġej:
1.  L-entità tal-ġestjoni tal-port għandha tikkonsulta regolarment lill-partijiet interessati rilevanti li joperaw fiż-żona tal-port, kif ukoll lill-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ippjanar tal-infrastruttura tat-trasport, fejn xieraq dwar dan li ġej:
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  il-konsegwenzi tal-ippjanar u d-deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tat-territorju f'dak li jikkonċerna l-prestazzjonijiet ambjentali;
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  miżuri biex tiġi ggarantita u titejjeb is-sigurtà fiż-żona portwarja, inklużi miżuri għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tal-port, u l-informazzjoni dwar l-aċċess għat-taħriġ tal-ħaddiema tal-port.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – titolu
Korp ta ' superviżjoni indipendenti
Superviżjoni indipendenti
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jaraw li l-korp ta' sorveljanza indipendenti jimmonitorja u jissorvelja l-applikazzjoni tar-Regolament fil-portijiet marittimi kollha koperti b'dan ir-Regolament dwar it-territorju ta' kull Stat Membru.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fis-seħħ ikun hemm mekkaniżmi effikaċi għall-ipproċessar tal-ilmenti fil-portijiet marittimi kollha koperti b'dan ir-Regolament dwar it-territorju ta' kull Stat Membru. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru korp wieħed jew aktar.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  Il-korp ta' sorveljanza indipendenti għandu jkun legalment separat minn kwalunkwe korp maniġerjali tal-port jew fornituri tas-servizzi portwarji u għandu jkun ukoll funzjonalment indipendenti minnhom. L-Istati Membri li huma l-proprjetarji tal-portijiet jew il-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet jew li jikkontrollawhom għandhom jaraw li ssir separazzjoni strutturali effettiva bejn il-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni u l-monitoraġġ ta' dan ir-Regolament u l-attivitajiet assoċjati ma' dik is-sjieda jew dak il-kontroll. Il-korp ta’ superviżjoni indipendenti għandu jeżerċita l-poteri tiegħu b’mod imparzjali u trasparenti u bir-rispett dovut għad-dritt li n-negozju jitwettaq liberament.
2.  Is-superviżjoni indipendenti għandha ssir b'mod li jeskludi l-kunflitti ta' interess u lijkun legalment separat minn kwalunkwe korp maniġerjali tal-port jew fornituri tas-servizzi portwarji u għandu jkun ukoll funzjonalment indipendenti minnhom. L-Istati Membri li huma l-proprjetarji tal-portijiet jew il-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet jew li jikkontrollawhom għandhom jaraw li ssir separazzjoni strutturali effettiva bejn il-funzjonijiet relatati mal-ipproċessar tal-ilmenti u l-attivitajiet assoċjati ma’ dik is-sjieda jew dak il-kontroll. Is-sorveljanza indipendenti għandha tkun imparzjali u trasparenti u għandha tirrispetta kif dovut id-dritt li n-negozju jitwettaq liberament.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
3.  Il-korp ta' sorveljanza indipendenti għandu jipproċessa l-ilmenti ppreżentati minn kwalunkwe parti b'interess leġittimu kif ukoll it-tilwimiet imressqa quddiemu li jkunu relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti tal-portijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn jiġu informati dwar fejn u kif għandhom iressqu lment, inkluża indikazzjoni tal-korpi awtorizzati biex jipproċessaw l-ilmenti msemmija fl-Artikoli 12(5), 13(3) u 14(7).
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4
4.  F'każ li t-tilwima tqum bejn partijiet stabbiliti fi Stati Membri differenti, il-korp ta' sorveljanza indipendenti tal-Istat Membru tal-port minn fejn ikun preżunt li oriġinat it-tiwima, għandu jkollu l-kompetenza li jsolvi t-tilwima.
4.  F'każ li t-tilwima tqum bejn partijiet stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru tal-port minn fejn ikun preżunt li oriġinat it-tilwima, għandu jkollu l-kompetenza li jirriżolvi t-tilwima. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw ma' xulxin u jaqsmu l-informazzjoni dwar il-ħidma tagħhom.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 5
5.  Il-korp ta' sorveljanza indipendenti għandu jkollu d-dritt li jeżiġi li l-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet, il-fornituri ta' servizzi portwarji u l-utenti tal-port jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu żgurati l-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
5.  Fil-każ li jiġi ppreżentat ilment formali minn kwalunkwe parti b'interess leġittimu, il-korp rilevanti li jipprovdi sorveljanza indipendenti għandu jkollu d-dritt li jeżiġi li l-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet, il-fornituri ta' servizzi portwarji u l-utenti tal-port jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 6
6.  Il-korp ta' sorveljanza indipendenti jista' joħroġ opinjonijiet fuq talba tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru dwar kwalunkwe kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 7
7.  Il-korp ta' sorveljanza indipendenti jista' jikkonsulta lill-kumitat konsultattiv ta' dawk li jużaw il-port ikkonċernat meta jittratta l-ilmenti jew it-tilwim.
imħassar
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 8
8.  Id-deċiżjonijiet tal-korp ta' sorveljanza indipendenti għandu jkollhom effett vinkolanti, mingħajr ħsara għal analiżi ġuridika.
8.  Id-deċiżjonijiet tal-korp rilevanti li jipprovdi sorveljanza indipendenti għandu jkollu effetti vinkolanti, mingħajr ħsara għal analiżi ġuridika.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 9
9.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-identità tal-korpi ta' sorveljanza indipendenti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2015 u dwar kwalunkwe modifika fiha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-lista tal-korpi ta' sorveljanza indipendenti fuq il-websajt tagħha.
9.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-mekkaniżmi u l-proċeduri li qegħdin fis-seħħ biex jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu sa ...* u għandhom javżaw minnufih meta ssir kwalunkwe modifika sussegwenti fihom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-lista tal-korpi rilevanti fuq il-websajt tagħha.
__________________
* 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 18
Artikolu 18
imħassar
Kooperazzjoni bejn korpi ta' sorveljanza indipendenti
1.  Il-korpi ta' sorveljanza indipendenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar ix-xogħol tagħhom u l-prinċipji u l-prattiki tagħhom ta' teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex iħaffu l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, għandhom jieħdu sehem u jaħdmu flimkien f'netwerk li jiltaqa' f'intervalli regolari u tal-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tieħu sehem, tikkoordina u tappoġġja l-ħidma tan-netwerk.
2.  Il-korpi ta' sorveljanza indipendenti għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-fini ta' assistenza reċiproka fil-kompiti tagħhom, inkluż fit-twettiq tal-investigazzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw ilmenti u tilwim f'każijiet li jinvolvu portijiet fi Stati Membri differenti. Għal dan il-għan, wara talba sostanzjata, korp ta' sorveljanza indipendenti għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' korp ieħor bħalu, l-informazzjoni meħtieġa biex dan il-korp ikun jista' jwettaq ir-responsabilitajiet tiegħu skont dan ir-Regolament.
3.  l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara talba rraġonata, il-korpi konsultattivi indipendenti jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettieq ta' dawk ix-xogħlijiet.
4.  Meta l-informazzjoni titqies kunfidenzjali mill-korp ta' sorveljanza indipendenti skont ir-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, il-korp ta' sorveljanza nazzjonali l-ieħor flimkien mal-Kummissjoni għandhom jiżguraw dik il-kunfidenzjalità. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss għall-għan li tkun intalbet għalih.
5.  Abbażi tal-esperjenza tal-korpi ta' sorveljanza indipendenti u tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti, il-Kummissjoni tista' tadotta prinċipji komuni dwar l-arranġamenti xierqa għall-iskambju ta' informazzjoni bejn korpi ta' sorveljanza indipendenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 22(2).
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Kwalunkwe parti b'interess leġittimu għandu jkollha d-dritt li tappella kontra d-deċiżjonijiet jew il-miżuri individwali meħuda skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti, mill-korp maniġerjali tal-port jew mill-korp ta' sorveljanza indipendenti quddiem korp tal-appell li hija indipendenti mill-partijiet involuti. Dan il-korp tal-appell jista’ jkun qorti.
1.  Kwalunkwe parti b'interess leġittimu għandu jkollha d-dritt li tappella kontra d-deċiżjonijiet jew il-miżuri individwali meħuda skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti, mill-korp maniġerjali tal-port jew mill-korp maħtur skont l-Artikolu 17 quddiem korp tal-appell li hija indipendenti mill-partijiet involuti. Dan il-korp tal-appell jista’ jkun qorti.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2015 u għandhom jinnotifikawha bla dewmien dwar kwalunkwe emenda li taffettwahom.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa ...* u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.
__________________
* 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 21
Artikolu 21
imħassar
L-eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni, iżda din hija soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indefinit.
3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 22
Artikolu 22
imħassar
Proċedura ta' kumitat
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 23
Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament u l-effett ta’ dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk ikun il-każ, bi proposti rilevanti.
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-funzjonament u l-effett ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppreżentati rapporti perjodiċi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Mhux aktar tard minn...*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel rapport u, suċċessivament, ir-rapporti perjodiċi kull tliet snin, akkumpanjati, jekk ikun il-każ, bi proposti rilevanti. Ir-rapporti tal-Kummissjoni għandhom iqisu kull progress li nkiseb mill-Kumitat ta' Djalogu Soċjali Settorjali għall-Portijiet fil-livell tal-UE.
________________
* Erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 25
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Lulju 2015.
Għandu japplika b'effett minn ...* .
__________________
* 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0023/2016).

Avviż legali