Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0408(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0020/2015

Testi mressqa :

A8-0020/2015

Dibattiti :

PV 08/03/2016 - 16
CRE 08/03/2016 - 16

Votazzjonijiet :

PV 09/03/2016 - 11.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0079

Testi adottati
PDF 353kWORD 74k
L-Erbgħa, 9 ta' Marzu 2016 - Strasburgu
Salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali ***I
P8_TA(2016)0079A8-0020/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal issuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali (COM(2013)0822 – C7-0428/2013 – 2013/0408(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM(2013)0822,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0428/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands, fejn jiddikjaraw li l-abozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,

—  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014(1),

—  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0020/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 226, 16.7.2014, p. 63.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fid-9 ta’ Marzu bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali
P8_TC1-COD(2013)0408

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2016/800.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza