Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0296(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0063/2016

Testi mressqa :

A8-0063/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/04/2016 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0097

Testi adottati
PDF 252kWORD 64k
It-Tlieta, 12 ta' April 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Rata standard minima ta' VAT *
P8_TA(2016)0097A8-0063/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima (COM(2015)0646 – C8-0009/2016 – 2015/0296(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0646),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0009/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0063/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ppubblikat l-proposta tagħha daqshekk tard li jfisser li l-applikazzjoni ta' rata standard minima ta' VAT tkun retroattiva;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 97
Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.
Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018, ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.
Avviż legali