Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2000(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0062/2016

Testi mressqa :

A8-0062/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/04/2016 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0099

Testi adottati
PDF 332kWORD 68k
It-Tlieta, 12 ta' April 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hermann Winkler
P8_TA(2016)0099A8-0062/2016

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hermann Winkler (2016/2000(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hermann Winkler, imressqa fil-25 ta' Settembru 2015 mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta' Leipzig, b'rabta mal-investigazzjoni preliminari rigward inċident tat-traffiku (bir-referenza 600 AR 3037/15), u mħabbra fis-seduta plenarja fl-14 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-fatt li Hermann Winkler irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema' skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0062/2016),

A.  billi l-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku f'Leipzig (il-Ġermanja) talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Hermann Winkler, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta mal-ftuħ ta' proċedimenti investigattivi li jikkonċernaw allegazzjoni ta' reat;

B.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri jgawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, mill-immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-parlament tagħhom;

C.  billi, skont l-Artikolu 46(2) il-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz), Membru ma jistax jitqies responsabbli għal reat punibbli mingħajr il-permess tal-Parlament sakemm ma jkunx arrestat waqt li jkun qed jikkommetti r-reat jew matul il-ġurnata ta' wara;

D.  billi t-talba hija relatata ma' investigazzjonijiet preliminari dwar inċident tat-traffiku serju li seħħ fit-23 ta' Settembru 2015 u li fih Hermann Winkler kien involut;

E.  billi l-proċedimenti kriminali ma ttrattaw ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi tad-dmirijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew skont il-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

F.  billi, fid-dawl tal-informazzjoni miksuba mill-Kumitat, m'hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed għandu jassumi li l-intenzjoni sottostanti tal-proċedimenti kriminali hija li ssir ħsara lil attività politika ta' Membru (fumus persecutionis);

G.  billi huwa ċar li l-allegazzjoni ta' reat, għalhekk, ma għandha l-ebda konnessjoni mal-pożizzjoni ta' Hermann Winkler bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

H.  billi, għaldaqstant, huwa xieraq li l-immunità parlamentari titneħħa fil-każ inkwistjoni;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Hermann Winkler;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Germaniżi u lil Hermann Winkler.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament Ewropew, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament Ewropew, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament Ewropew, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

Avviż legali