Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0814(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0059/2016

Testi mressqa :

A8-0059/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/04/2016 - 11.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0115

Testi adottati
PDF 243kWORD 61k
L-Erbgħa, 13 ta' April 2016 - Strasburgu
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Mihails Kozlovs
P8_TA(2016)0115A8-0059/2016

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' April 2016 dwar il-ħatra proposta ta' Mihails Kozlovs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0411/2015 – 2015/0814(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0411/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0059/2016),

A.  billi l-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Marzu 2016, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Mihails Kozlovs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza