Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0187(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0129/2016

Testi mressqa :

A8-0129/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0139

Testi adottati
PDF 247kWORD 61k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni UE-Iżrael (adeżjoni tal-Kroazja) ***
P8_TA(2016)0139A8-0129/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12265/2014 – C8-0102/2015 – 2014/0187(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12265/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll (12264/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0102/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0129/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istat tal-Iżrael.

Avviż legali