Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0073/2016

Testi mressqa :

A8-0073/2016

Dibattiti :

PV 28/04/2016 - 3
CRE 28/04/2016 - 3

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0143

Testi adottati
PDF 333kWORD 68k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji ***II
P8_TA(2016)0143A8-0073/2016
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (10578/1/2015 – C8-0415/2015 – 2013/0014(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10578/1/2015 – C8-0415/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan, is-Senat Rumen u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0027),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0073/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi ċitat bħala 'r-Regolament Zīle-Matīss dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004'(4);

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0151.
(4) Roberts Zīle u Anrijs Matīss mexxew in-negozjati dwar l-att f'isem il-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar il-bord ta' ġestjoni tal-ERA, u dwar il-proċedura tal-għażla u tat-tneħħija tad-direttur eżekuttiv

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li, meta mqabbel mal-proposta oriġinali ppreżentata mill-Kummissjoni, it-test maqbul dwar ir-Regolament tal-ERA jiddevja mid-dispożizzjonijiet ewlenin maqbula mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2012 skont l-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE. Dan jikkonċerna l-għadd ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord ta' Ġestjoni, u l-proċedura tal-għażla u tat-tneħħija tad-direttur eżekuttiv. Il-Kummissjoni tenfasizza b'mod partikolari l-fatt li l-ħatra ta' osservatur fost il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni biex isegwi l-proċedura tal-għażla applikata mill-Kummissjoni għall-ħatra tad-direttur eżekuttiv, ma għandhiex twassal għal rwoli doppji fil-proċeduri tal-għażla u tal-ħatra (l-Artikolu 51(1)).

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi neċessarji tal-baġit

Ir-raba' pakkett ferrovjarju jagħti lill-ERA kompetenzi ġodda, b'mod partikolari l-poter li toħroġ awtorizzazzjonijiet għall-vetturi u ċertifikati tas-sikurezza direttament lis-settur. Ma jistax ikun eskluż li fil-perjodu ta' transizzjoni, it-tariffi u l-ħlasijiet ikun għadhom mhumiex disponibbli għall-ERA, minkejja li jkun hemm bżonn li jinħatar u jitħarreġ il-persunal. Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq ferrovjarju, il-Kummissjoni se taħdem biex tirriżerva l-baġit neċessarju sabiex tkopri l-ispejjeż tal-persunal rilevanti.

Avviż legali