Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2191(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0087/2016

Testi mressqa :

A8-0087/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0160

Testi adottati
PDF 535kWORD 102k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2014: L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
P8_TA(2016)0160A8-0087/2016
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0089/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0089/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-''Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 10 880 000, ammont li jfisser tnaqqis ta' 8,80 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ittieħdet azzjoni korrettiva fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti u li huma mmarkati bħala "Għadhom għaddejjin" fir-rapport 2013 tal-Qorti, u ż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma issa mmarkati bħala "Ikkompletati"fir-rapport tal-Qorti; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u żewġ kummenti minnhom huma issa hija mmarkata bħala ''Ikkompletati'' filwaqt li l- wieħed huwa mmarkat bħala "Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija:

   livell għoli ta' bilanċ fi flus kontanti ta' EUR 5 500 000 fi tmiem is-sena, li jirriżulta parzjalment minn meta ġie rċevut baġit emendatorju relatat mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1) ("REMIT"), ġie bbilanċjat fl-2014 u mnaqqas għal EUR 3 300 000 fl-aħħar tal-2014; jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport tal-Qorti jindika l-azzjoni ta' segwitu bħala "Ikkompletata";
   il-politika riveduta tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ġiet adottata mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija fil-31 ta' Jannar 2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li din il-politika l-ġdida hija applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija, għall-membri u s-sostituti ta' kull wieħed mit-tliet bordijiet tal-Aġenzija, kif ukoll għall-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-Grupp ta' Ħidma tal-Aġenzija ("AWG"), u l-persuni responsabbli mit-Task Force, li huma f'pożizzjoni li jmexxu l-ħidma tal-AWGs;
   is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija, tal-Presidenti u l-Viċi-Presidenti tal-AWG, u tal-persuni responsabbli mit-Task Force kienu fil-biċċa l-kbira ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrevedi u tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess rimanenti mingħajr dewmien, kif previst fil-politika tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95 %, li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira ppjanata tagħha u li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,53 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 69,84 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 14,84 % meta mqabbla mal-2013; jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament hija taħt il-mira tal-Aġenzija ta' 75 %, prinċipalment minħabba t-tiġdid jew negozjar tal-kuntratti annwali tal-Aġenzija lejn tmiem is-sena kif ukoll minħabba n-natura multiannwali tal-implimentazzjoni tar-REMIT;

4.  Jiddispjaċih li ma ntlaħaq l-ebda ftehim għal kwalunkwe kontribuzzjoni lejn l-Aġenzija mill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, peress li t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għadu jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

Impenji u riporti

5.  Jirrikonoxxi li r-riporti relatati mat-Titolu II, approprjazzjonijiet dwar nefqa amministrattiva, ammontaw għal EUR 980 000, li jirrappreżentaw 41 % tal-approprjazzjonijiet għan-nefqa amministrattiva taħt it-Titolu II; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' studji għall-implimentazzjoni tar-REMIT kif ukoll għal kuntratti annwali mġedda lejn tmiem is-sena;

6.  Jieħu nota tal-fatt li total ta' EUR 1 570 000 mill-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu III ġie riportat għall-2015, li jirrapreżenta 62 % tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa operattiva; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' riporti tat-Titolu III tnaqqset b'29 % meta mqabbla mas-sena 2013; jenfasizza li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-attività multiannwali kumplessa tal-implimentazzjoni tar-REMIT, li għalihom ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014(2) ġie adottat fis-17 ta' Diċembru 2014;

7.  Jirrikonoxxi li skont r-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija għamlet żewġ pagamenti ta' prefinanzjament fi tmiem l-2014 li jirriżultaw mill-approprjazzjonijiet riċevuti permezz ta' baġit emendatorju lejn l-aħħar tal-2013 u li jammontaw għal EUR 1 560 000; jinnota li dawk il-ħlasijiet kienu assoċjati ma' kuntratti għall-provvista ta' servizzi relatati mar-REMIT fil-perjodu 2015 sal-2017; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija kellha tissospendi parti mill-implimentazzjoni tar-REMIT minħabba li l-adozzjoni tar-Regolament REMIT seħħet iktar tard milli mistenni oriġinarjament; jifhem li dawn il-pagamenti se jippermettu lill-Aġenzija tiffinanzja l-attivitajiet futuri tagħha relatati mar-REMIT u l-kuntratti mogħtija kif ippjanat oriġinarjament; jisħaq, madankollu, li għalkemm l-implimentazzjoni tar-REMIT hija ta' natura kumplessa u multiannwali, riporti għoljin u pagamenti ta' prefinanzjament huma kontradittorji għall-prinċipju baġitarju ta' annwalità; jinnota li l-Aġenzija għandha tkompli ttejjeb l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija adottat il-politika riveduta tagħha dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-ħidma tal-Bordijiet tal-Għażla f'April 2014; jinnota, barra minn hekk, li din il-politika tinkludi kundizzjonijiet speċifiċi għall-intervisti u l-eżamijiet bil-miktub, kif ukoll dispożizzjonijiet stretti biex tiġi żgurata l-anonimità tal-kandidati; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li din il-politika tiżgura pass 'il quddiem fl-impenn tagħha għal trasparenza u trattament ugwali tal-persunal tagħha;

Kontrolli interni

9.  Jirrikonoxxi li r-reviżjoni tal-istatus tal-Aġenzija tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern ("ICS") ma uriet l-ebda dgħufija sinifikanti li saret evidenti fl-2014; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li, wara r-reviżjoni tal-istatus, l-Aġenzija tqis lilha nnfisha li hi konformi mar-rekwiżiti minimi sottostanti għal ICS kollha; jistieden lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ il-kontrolli interni tagħha u tiżgura li l-kontrolli introdotti jaħdmu b'mod effikaċi u jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tagħha;

Awditu intern

10.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ("IAS") wettaq awditu tal-Aġenzija skont il-Pjan Strateġiku ta' Awditjar tal-Aġenzija għall-2013 sal-2015 dwar is-suġġett "L-Iżvilupp ta' Linji Gwida ta' Qafas u Opinjoni dwar il-Kodiċi tan-Netwerk"; jieħu nota tal-fatt li, matul l-awditu, l-IAS identifika oqsma għal titjib u pprovda rakkomandazzjoni waħda indikata bħala "importanti ħafna" kif ukoll ħames rakkomandazzjonijiet indikati bħala "importanti";

11.  Jiżgura li, b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-IAS, l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet; jinnota li l-IAS aċċetta li l-pjan ta' azzjoni jindirizza b'mod adegwat ir-riskji identifikati;

12.  Jinnota li 10 mill-11-il rakkomandazzjoni magħmula mill-IAS fl-awditu tagħha tal-2013 huma magħluqa, filwaqt li rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala "importanti" fl-awditu tal-2013 hija mmarkata bħala “parzjalment implimentata” u trid tiġi kkompletata matul is-sena 2015;

Prestazzjoni

13.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija rrevediet is-sistema tagħha tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs), li biha introduċiet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-KPIs maħsuba biex jagħtu indikazzjoni aktar ċara lill-management dwar jekk l-għanijiet globali tal-Aġenzija kinux qed jintlaħqu; jinnota li s-sistema l-ġdida kellha tiġi applikata fl-2015, fi ħdan l-istruttura l-ġdida tal-Programm ta' Ħidma tal-Aġenzija;

14.  Jilqa' l-fatt li sabiex tirreġistra u żżomm rekord tat-tranżazzjonijiet baġitarji, l-Aġenzija tuża l-ABAC, l-istess sistema finanzjarja użata mill-Kummissjoni, bis-sistema SAP integrata bħala back-end għall-parti kontabilistika;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

15.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fil-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

Kummenti oħra

16.  Jirrimarka li skont il-Ftehim dwar is-Sede bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti, għandha tiġi stabbilita Skola Ewropea fl-Istat Membru ospitanti; jiddispjaċih li aktar minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dak il-ftehim, ma twaqqfet ebda Skola Ewropea; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li l-gvern tal-Istat Membru ospitanti qiegħed jivvaluta l-emendi u l-arranġamenti legali meħtieġa sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni; jinkoraġixxi lill-Aġenzija u lill-Istat Membru ospitanti jsolvu din il-kwistjoni u jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istat attwali tan-negozjati;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrità u jittejjeb il-qafas etiku bl-implimentazzjoni aħjar ta' kodiċi ta' mġiba u ta' prinċipji etiċi, sabiex tissaħħaħ kultura komuni u effikaċi ta' integrità;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.

Avviż legali