Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2178(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0098/2016

Testi mressqa :

A8-0098/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.43
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0179

Testi adottati
PDF 432kWORD 90k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
P8_TA(2016)0179A8-0098/2016
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0076/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0076/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 9 708 297, li jfisser żieda ta' 0,39 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 kienet ta' EUR 8 820 666, li tfisser żieda ta' 0,05 % meta mqabbla mal-2013;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,61 %;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' EUR 1 332 421 (15 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota tal-fatt li r-riporti ammontaw għal EUR 612 981 (49 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li jfisser tnaqqis ta' 10 % meta mqabbel mal-2013; jirrikonoxxi l-fatt li dawn ir-riporti huma marbuta ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT, ordnati kif ippjanat lejn tmiem is-sena għaż-żewġ uffiċċji tal-Aġenzija;

3.  Josserva li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 717 927; jinnota li mir-riporti tal-2013 ġew ikkanċellati EUR 49 460 (6,89 %);

Trasferimenti

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li skont ir-Rapport Annwali tal-Aġenzija, kif ukoll is-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.  Jinnota mir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija li fi tmiem l-2014 ġew impjegati 62 membru tal-persunal statutorju; jinnota, barra minn hekk, li matul l-2014 telqu tliet membri tal-persunal mill-Aġenzija, ġew ippubblikati għaxar avviżi għal pożizzjonijiet vakanti u ġew irreklutati seba' membri tal-persunal;

6.  Josserva li l-Aġenzija taffaċċja sfidi biex tattira u żżomm magħha persunal ikkwalifikat kif xieraq biex jappoġġa l-attivitajiet tagħha, l-aktar minħabba l-post fejn jinsab l-uffiċċju tagħha fi Kreta, fejn l-edukazzjoni internazzjonali hija fattur li jippreżenta sfidi; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija kkonkludiet ftehim ta' livell ta' servizz ma' kull waħda mill-iskejjel privati li jattendu t-tfal tal-persunal fl-uffiċċju ta' Ateni, hekk kif hemmhekk m'hemmx skejjel Ewropej; jinnota, barra minn hekk, li ġew konklużi mandat ġdid u ftehim ta' servizz ġdid bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija sabiex jingħataw id-dettalji tal-finanzjament għall-iskejjel Ewropej li jattendu t-tfal tal-persunal tal-Aġenzija;

7.  Jinnota li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali tal-Aġenzija, l-Aġenzija, għall-ewwel darba fl-2014, wettqet eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-karigi fi ħdanha billi użat metodoloġija komuni adottata għall-Aġenziji; jinnota, barra minn hekk, li skont dan l-eżerċizzju, 68 % tal-membri persunal tal-Aġenzija kienu fil-kategorija ta' funzjonijiet operattivi, 22 % kienu jaħdmu fil-kategorija ta' appoġġ amministrattiv u koordinazzjoni u 10 % kienu impjegati fir-rigward ta' funzjonijiet newtrali;

Awditu intern

8.  Jieħu nota tal-fatt li fil-bidu tal-2014, l-Aġenzija kellha 25 rakkomandazzjoni miftuħa mir-rapporti preċedenti tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ("IAS"); jirrikonoxxi l-fatt li 24 rakkomandazzjoni ngħalqu matul l-2014 kif ikkonfermat mill-IAS fiż-żjara tiegħu ''fuq il-post'' fl-Aġenzija f'Novembru 2014; jinnota li rakkomandazzjoni waħda li kienet għadha miftuħa ngħalqet fl-2015, wara li kienet ġiet implimentata l-għodda għall-flussi tax-xogħol elettroniċi;

Kummenti oħra

9.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija adottat politiki interni biex ittejjeb il-kosteffikaċja u l-kompatibbiltà ambjentali tal-faċilitajiet tagħha; jinnota li pass importanti biex jiġu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti kien l-adozzjoni tal-pjattaforma ''mingħajr karti'', li sservi bħala fluss tax-xogħol u ħażna ta' dokumenti interni; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija prattikament eliminat kważi għalkollox il-flussi tax-xogħol bil-karta, inklużi transazzjonijiet finanzjarji u l-fajls u d-dokumenti tar-riżorsi umani, u ssostitwiethom b'dokumenti elettroniċi u flussi tax-xogħol elettroniċi fi sforz biex jinkiseb ambjent tal-uffiċċju mingħajr karti; jirrikonoxxi l-fatt li din l-għodda bdiet taħdem b'suċċess f'Jannar 2015;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

11.  Jirrikonoxxi l-fatt li, bħala segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Aġenzija, skont il-ftehim ta' kiri bejn l-awtoritajiet Griegi, l-Aġenzija u sid il-kera, il-kera għall-uffiċċji f'Ateni titħallas mill-awtoritajiet Griegi; jinsab imħasseb dwar il-kera kontinwament titħallas tard, fatt li ssokta fl-2014 u l-2015, u li għall-Aġenzija jippreżenta riskji finanzjarji, kif ukoll għar-reputazzjoni u għall-kontinwità tan-negozju; jinnota bi tħassib li, fl-2015, il-pagament għall-ewwel sitt xhur tas-sena sar fis-27 ta' Awwissu 2015, u biss wara li l-Aġenzija rċeviet twissija li se tinbeda kawża minn sid il-kera tal-uffiċċju ta' Ateni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet Griegi jsibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni sabiex jitnaqqsu r-riskji li l-Aġenzija hija esposta għalihom b'mod sinifikanti;

o
o   o

12.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.

Avviż legali