Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2173(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0116/2016

Testi mressqa :

A8-0116/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.46
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0182

Testi adottati
PDF 437kWORD 93k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2014: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
P8_TA(2016)0182A8-0116/2016
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0071/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0071/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-"Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 20 158 053, somma li tirrappreżenta żieda ta' 0,07 % meta mqabbla mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Fondazzjoni huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jilqa' l-fatt li, wara li ftehim dwar il-bini tal-Fondazzjoni ġie ffirmat f'Marzu 2013 mal-awtoritajiet tar-Reġjun ta' Piemonte fl-Italja, il-Fondazzjoni wettqet manutenzjoni straordinarja tal-bini u assumiet kontroll dirett tas-sistemi interni bħal pereżempju l-ilma, il-gass u l-elettriku, filwaqt li s-sistemi komuni baqgħu taħt l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ġenerali tar-reġjun; jinnota b'sodisfazzjon li f'Lulju 2015 il-Fondazzjoni u r-reġjun ta' Piemonte ffirmaw ftehim ġdid dwar il-bini li jkopri l-perjodu 2016-2018;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,90 %, rata li tindika li l-impenji saru f'waqthom, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet għolja (94,80 %);

3.  Jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni pparteċipat fis-sejħa għall-offerti bankarja interistituzzjonali tal-Kummissjoni, li rriżultat fil-konklużjoni ta' kuntratt ma' bank ġdid; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Fondazzjoni naqqset l-ammont miżmum f'bank Taljan bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB) minn EUR 7 500 000 fl-2013 għal EUR 1 800 000 fl-2014; jieħu nota tal-fatt li, minħabba kwistjonijiet bankarji speċifiċi, il-Fondazzjoni hija obbligata żżomm bank Taljan;

Impenji u riporti

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' EUR 940 119 (4,7 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota tal-fatt li r-riporti kienu ta' EUR 756 768 (36,2 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), ammont li jfisser żieda ta' 6,2 % meta mqabbel mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' xiri ta' software, hardware u tiġdid ta' għamara;

5.  Josserva li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 2 618 494; jinnota li ġie kkanċellat l-ammont ta' EUR 85 129 (3,25 %) mir-riporti tal-2013; jieħu nota tal-fatt li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti tal-2013 kienu għoljin għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), f'livell ta' 15,9 %, u għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), f'livell ta' 7,6 %, fatt li jindika sovravalutazzjoni tal-ħtiġijiet finanzjarji; jirrikonoxxi li, skont il-Fondazzjoni, dawn il-kanċellazzjonijiet kienu prinċipalment relatati ma' dewmien mhux mistenni u ma' kwistjonijiet mhux previsti ta' persunal;

Trasferimenti

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-Rapport Annwali tal-Fondazzjoni u s-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota li l-Fondazzjoni ilha tħabrek biex tnaqqas l-għadd ta' membri tal-persunal f'funzjonijiet amministrattivi ċentrali mill-adozzjoni tal-mandat imfassal mill-ġdid tagħha fl-2008, filwaqt li fl-istess ħin timmassimizza l-għadd ta' esperti li tuża u żżid il-persunal tad-dipartiment tal-operazzjonijiet tagħha bi 19 %, minn 64 fl-2008 għal 76 fl-2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jinnota li l-Fondazzjoni fl-2014 wettqet l-eżerċizzju li titlob is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija, tad-Direttur u tal-maniġment superjuri tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-maġġoranza tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess miġbura ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Fondazzjoni; jieħu nota tal-fatt li l-Fondazzjoni qiegħda tistinka b'mod attiv favur il-pubblikazzjoni tal-għadd residwu ta' CVs u dikjarazzjonijiet pendenti, li se jiġu ppubblikati malli jaslulha, bil-kundizzjoni li jkun ingħata l-kunsens għall-pubblikazzjoni; jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress fir-rigward tar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri;

9.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punt li jrid jiġi diskuss b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Fondazzjoni jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Fondazzjoni tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

11.  Jistieden lill-Fondazzjoni ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati lejn is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

Prestazzjoni

12.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2014-2017 tal-Fondazzjoni u jifraħ lill-Fondazzjoni dwar l-effikaċja tal-prestazzjoni stmata tagħha, ta' aktar minn 97 %, meta wieħed iqabbel ir-riżultati ppjanati ma' dawk imwettqa fit-tliet objettivi strateġiċi, li kienu t-tisħiħ tal-analiżi tal-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) abbażi tal-evidenza, l-immodernizzar tas-sistemi tal-ETV b'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja u ż-żieda tar-rilevanza tal-għoti tal-ETV fir-rigward tas-suq tax-xogħol u tal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

Awditjar intern

13.  Jinnota li skont il-pjan ta' awditjar, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ma wettaqx awditu matul l-2014; jikkonstata li, fi tmiem l-2014, is-sitt rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-IAS wara l-awditu tal-2013 dwar il-ġestjoni u l-missjonijiet ta' esperti ġew indirizzati mill-Fondazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS ingħata evidenza għar-rieżami annwali tiegħu fl-2014 u li f'Lulju 2015 l-IAS għalaq formalment ħamsa mis-sitt rakkomandazzjonijiet, filwaqt li waħda mir-rakkomandazzjonijiet ġiet irriklassifikata minn "importanti ħafna" għal "importanti";

Kummenti oħra

14.  Jieħu nota tan-numru dejjem jikber ta' talbiet għal appoġġ mill-Fondazzjoni għal assistenza fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, minn 78 fl-2013 għal 82 fl-2014, u jemmen li dan jissottolinja r-rilevanza tal-Fondazzjoni fl-appoġġ tar-rwol tal-Unjoni bħala attur globali f'dan il-qasam;

15.  Jindika li l-Fondazzjoni topera f'ambjent dinamiku li jirrikjedi livell għoli ta' flessibbiltà fejn kontinwament jiġu aġġornati u aġġustati l-attivitajiet tagħha biex jintlaħqu r-riżultati mistennija fl-għoti ta' appoġġ lil pajjiżi sħab; ifakkar li l-kuntest tal-2014 kien ikkaratterizzat b'mod partikolari minn instabbiltà politika li kienet qed isseħħ fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u fil-Lvant tal-Ewropa minħabba l-kriżi fl-Ukrajna; jissuġġerixxi li jitteħed vantaġġ sħiħ mill-ħidma li saret mill-Fondazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ħiliet;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.

Avviż legali