Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2169(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0134/2016

Testi mressqa :

A8-0134/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.48
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0184

Testi adottati
PDF 444kWORD 95k
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
P8_TA(2016)0184A8-0134/2016
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0067/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0067/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (l-''Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien EUR 17 256 026, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,17 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 għall-baġit tal-Aġenzija kienet tammonta għal EUR 14 987 210, li jfisser tnaqqis ta' 4,02 % meta mqabbel mal-2013,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-''Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-''rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fir-rigward ta' żewġ kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti, kienu ttieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ kummenti issa huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "mhux applikabbli";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,65 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,59 %;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2015 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien EUR 443 412 jew 34 %; jirrikonoxxi l-fatt li dawn ir-riporti huma marbuta prinċipalment max-xiri ta' oġġetti u servizzi, kif ippjanat, fi tmiem is-sena b'rabta mas-sistemazzjoni tal-bini l-ġdid tal-Aġenzija, it-tiġdid ta' kuntratti annwali tal-IT u l-ispiża tas-servizzi ta' awditjar;

4.  Jinnota li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 4 384 922; jinnota b'sodisfazzjon li ġew ikkanċellati 1,96 % biss tar-riporti tal-2013;

Trasferimenti

5.  Jinnota li skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll is-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji bħal fis-sena ta' qabel;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota li l-Aġenzija kkompletat ħames proċeduri ta' reklutaġġ fl-2014, b'waħda minnhom għadha għaddejja u tlieta oħra ppjanati għall-2015; jirrikonoxxi l-fatt li kull reklutaġġ preżenti huwa jew biex jissostitwixxi persunal li se jitlaq jew kuntratti temporanji li jkopru mard fit-tul jew liv tal-maternità; jinnota li fir-rapport annwali tagħha għall-2014, il-Qorti ma għamlet l-ebda kumment dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jirrikonoxxi l-fatt li, b'segwitu għall-adozzjoni tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess tal-Aġenzija f'Novembru 2014, ma ġiet identifikata l-ebda sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess;

8.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra tagħha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitt ta' interessi, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

9.  Ifakkar li l-proċeduri eżistenti fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija qegħdin jiġu riveduti u li dawn kellhom jitlestew fl-2015; jinnota li r-reviżjoni tar-regoli għadha għaddejja u jappella lill-Aġenzija ttemm dan il-proċess malajr kemm jista' jkun u biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati;

10.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

Kontrolli interni

11.  Jieħu nota tal-fatt li fil-pjan ta' ġestjoni annwali tagħha għall-2014, l-Aġenzija qablet dwar miżuri intiżi biex itejbu aktar l-effikaċja tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) tal-Aġenzija f'diversi oqsma; jinnota li, minħabba l-ambitu tal-oqsma identifikati, tħejja pjan ta' azzjoni pluriennali; jinnota, barra minn hekk, li f'Ġunju 2014, id-Direttur tal-Aġenzija adotta politika ta' kontroll intern li tinkludi proċedura speċifika dwar l-awtovalutazzjoni tal-ICS, li hija bbażata fuq prattika stabbilita fl-Aġenzija, tagħti rendikont tas-sistemi ta' kontroll intern fis-seħħ u tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabilitajiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proċedura;

Awditjar intern

12.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) iservi bħala l-awditur intern tal-Aġenzija u jwettaq awditi fl-Aġenzija abbażi ta pjan strateġiku għall-awditjar intern (SIAP); jinnota, barra minn hekk, li fl-2014, l-IAS ma wettaqx awditi ġodda u l-awditu sussegwenti fil-qafas tal-SIAP twettaq f'April 2015;

Kummenti oħra

13.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, b'segwitu għall-emendar tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(1), dawn inkludew dispożizzjonijiet biex ir-rimunerazzjoni futura tal-uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma tkunx inqas minn dik skont ir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li dan ma tħarisx u li, fil-każ ta' wieħed mis-26 uffiċjal impjegat dak iż-żmien, dan wassal għal pagament inqas ta' EUR 5 300 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tirranġa din il-kwistjoni;

14.  Jinnota li r-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn il-bini l-ġdid tagħha tlestiet tard fl-2013 iżda ġiet implimentata bis-sħiħ fl-2014; jilqa' l-fatt li l-bini l-ġdid joffri aktar spazju lill-persunal u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, kif ukoll faċilitajiet aħjar biex jintlaqgħu l-viżitaturi; jinnota b'sodisfazzjon li r-rilokazzjoni ssarrfet f'iffrankar sostanzjali fuq il-kera; jilqa' l-fatt li l-ftehim dwar is-sede mal-awtoritajiet Spanjoli jiżgura post għall-Aġenzija fuq terminu twil.

15.  Jiddikjara li r-rapport annwali tal-Aġenzija jista' jkollu rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

16.  Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020;

17.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-programm strateġiku pluriennali l-ġdid tal-Aġenzija għas-snin 2014 sa 2020; japprezza l-indikazzjonijiet pożittivi dwar il-kisbiet tal-Aġenzija matul l-ewwel sena tal-istrateġija f'dawn l-oqsma ta' prijorità definiti fl-istrateġija: l-antiċipazzjoni tal-bidla, il-fatti u ċ-ċifri, l-għodod ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, is-sensibilizzazzjoni, in-netwerking tal-għarfien u l-komunikazzjoni korporattiva;

18.  Jilqa' l-kooperazzjoni attiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti;

19.  Ifaħħar il-ħidma tal-Aġenzija fl-iżvilupp ta' għodda interattiva onlajn ta' valutazzjoni tar-riskji u l-isforzi tagħha permezz ta' kampanja Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tar-riskji u jiġi promoss ambjent tax-xogħol b'saħħtu u sostenibbli;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(2)dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.04.2004, p. 1).
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.

Avviż legali