Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0067(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0186/2016

Testi mressqa :

A8-0186/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/06/2016 - 12.5
CRE 08/06/2016 - 12.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0257

Testi adottati
PDF 247kWORD 62k
L-Erbgħa, 8 ta' Ġunju 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) ***
P8_TA(2016)0257A8-0186/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma ta' Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) (06925/2016 – C8-0141/2016 – 2016/0067(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (06925/2016),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tad-WTO tas-16 ta' Diċembru 2015, dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (06926/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0141/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0186/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Avviż legali