Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0109(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0206/2016

Testi mressqa :

A8-0206/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/06/2016 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0284

Testi adottati
PDF 249kWORD 61k
Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2016 - Brussell Verżjoni finali
Ftehim bejn l-UE u Monaco dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji *
P8_TA(2016)0284A8-0206/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (COM(2016)0201 – C8-0157/2016 – 2016/0109(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0201),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu (8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0157/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59, 108(7) u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0206/2016),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta' Monaco.

Avviż legali