Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0064(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0188/2016

Testi mressqa :

A8-0188/2016

Dibattiti :

PV 05/07/2016 - 16
CRE 05/07/2016 - 16

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2016 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0308

Testi adottati
PDF 358kWORD 70k
L-Erbgħa, 6 ta' Lulju 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF ***I
P8_TA(2016)0308A8-0188/2016
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2016)0113 – C8-0109/2016 – 2016/0064(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0113),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0109/2016),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-5 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Ġunju 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0188/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 150, 27.4.2016, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Lulju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
P8_TC1-COD(2016)0064

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/2030.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ għall-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF. L-għan ewlieni tal-emenda proposta għar-Regolament tal-OLAF (KE, Euratom) Nru 883/2013 huwa li tagħti aktar garanziji lill-indipendenza tas-Segretarjat. L-implimentazzjoni tar-Regolament emendat ser tkun iggwidata minn dan l-għan.

Kif ġie kkonfermat mill-Viċi President Georgieva lill-President tal-Kumitat ta' Sorveljanza bl-ittra tal-20 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni biħsiebha torbot lis-Segretarjat ta' dak il-Kumitat, mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament emendat, mal-PMO. Din ir-rabta ser tkun ta' natura purament amministrattiva, bl-għan li jiġu ffaċilitati ċerti aspetti organizzattivi u baġitarji. Dan mhux ser jaffettwa l-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat.

Kif imsemmi wkoll f'dik l-ittra, ir-rabta amministrattiva tas-Segretarjat mal-PMO mhu ser ikollha l-ebda impatt fuq il-persunal u l-mezzi baġitarji attwali tiegħu. Il-Kap tas-Segretarjat ser ikun inkarigat mill-maniġment u l-evalwazzjoni tal-persunal tiegħu. L-evalwazzjoni tal-Kap tas-Segretarjat ser tkun ibbażata fuq rapport tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

Il-Kummissjoni ser tikkunsidra, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Sorveljanza, tistabbilixxi regoli interni xierqa dwar il-mobilità li jillimitaw it-tul ta' żmien tal-istazzjonamenti tas-Segretarjat, filwaqt li jiżguraw il-kontinwità sabiex l-indipendenza tagħhom tkun effettiva, u jevitaw ir-riskji ta' kunflitti ta' interess jew il-kwistjonijiet ta' "revolving doors" mal-OLAF.

Il-modifika tar-Regolament ma taffetwax l-aċċess tal-Kumitat ta' Sorveljanza għal informazzjoni bħal dik li tinsab fis-sistemi tal-IT, il-bażijiet ta' data u d-dokumenti tal-OLAF.

L-uffiċċji tal-persunal tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza ser jinżammu fi ħdan il-bini li attwalment jospita l-OLAF, u b'hekk titħares l-indipendenza tal-Kumitat ta' Sorveljanza u tal-OLAF filwaqt li tiġi żgurata l-faċilità ta' kuntatt.

Avviż legali