Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0321(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0216/2016

Testi mressqa :

A8-0216/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2016 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0339

Testi adottati
PDF 249kWORD 47k
L-Erbgħa, 14 ta' Settembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Protokoll mal-Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment ħieles ta’ persuni (adeżjoni tal-Kroazja) ***
P8_TA(2016)0339A8-0216/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (14381/2013 – C8-0120/2016 – 2013/0321(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14381/2013),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (14382/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217, l-Artikolu 218(6), punt (a) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0120/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0216/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

Avviż legali