Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 235kWORD 41k
Il-Ħamis, 15 ta' Settembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
L-adozzjoni ta’ l-emendi għal proposta tal-Kummissjoni (Interpretazzjoni tal-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
P8_TA(2016)0362

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-adozzjoni ta’ l-emendi għal proposta tal-Kummissjoni (Interpretazzjoni tal-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura) ((2016/2218(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Settembru 2016 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 130 (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:" “Xejn m’għandu jipprevjeni lill-Parlament milli jiddeċiedi illi jkollu, jekk xieraq, dibattitu tal-għeluq wara r-rapport mill-Kumitat responsabbli li lilu ġiet mgħoddija lura l-kwistjoni.”"

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.

Avviż legali