Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 28 ta' April 2016 - Brussell
Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni UE-Ġeorġja (adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni UE-Iżrael (adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Konvenzjoni fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (adeżjoni tal-Kroazja) *
 Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Bolesław G. Piecha
 Is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew
 Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji ***II
 L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea ***II
 Is-sikurezza ferrovjarja ***II
 L-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ***I
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji Eżekuttivi
 Kwittanza 2014: Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-Kwittanza 2014 tal-Kummissjoni
 Kwittanza 2014: it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Kwittanza 2014: Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
 Kwittanza 2014: L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Uffiċju BEREC)
 Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
 Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
 Kwittanza 2014: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
 Kwittanza 2014: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
 Kwittanza 2014: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
 Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
 Kwittanza 2014: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
 Kwittanza 2014: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
 Kwittanza 2014 - L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
 Kwittanza 2014: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
 Kwittanza 2014 - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
 Kwittanza 2014: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
 Kwittanza 2014: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
 Kwittanza 2014: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
 Kwittanza 2014: L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)
 Kwittanza 2014: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
 Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ARTEMIS
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta Clean Sky
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ECSEL
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ENIAC
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2
 Kwittanza 2014 - L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta SESAR
 Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2014
 L-attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali
 Aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2014-2015
 Il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE
 L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali

Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni UE-Ġeorġja (adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 247kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-UE (12227/2014 – C8-0035/2015 – 2014/0134(NLE))
P8_TA(2016)0138A8-0128/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12227/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll (12226/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0035/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0128/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.


Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni UE-Iżrael (adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 247kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12265/2014 – C8-0102/2015 – 2014/0187(NLE))
P8_TA(2016)0139A8-0129/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12265/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll (12264/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0102/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0129/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istat tal-Iżrael.


Konvenzjoni fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (adeżjoni tal-Kroazja) *
PDF 247kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-18 ta' Diċembru 1997, magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (COM(2015)0556 – C8-0376/2015 – 2015/0261(NLE))
P8_TA(2016)0140A8-0054/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0556),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0376/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0054/2016),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Bolesław G. Piecha
PDF 256kWORD 68k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Bolesław G. Piecha (2015/2339(IMM))
P8_TA(2016)0141A8-0152/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Bolesław G. Piecha, imressqa fid-29 ta' Ottubru 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, b'rabta mal-proċedura għal azzjoni legali mill-Ispettur Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq Pollakk (Główny Inspektor Transportu Drogowego) (taħt ir-referenza Nru CAN-PST-SCW.7421.653220.2014.13.A.0475), u mħabbra fis-seduta plenarja fit-23 ta' Novembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-fatt li Bolesław G. Piecha rrinunzja d-dritt tiegħu li jinstema' skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) tal-Att tal-Polonja tad-9 ta' Mejju 1996 dwar it-twettiq tad-dmirijiet ta' Membru tal-Parlament u ta' Senatur Pollakk,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0152/2016),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja ressaq talba tal-Ispettur Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq Pollakk li fiha talab it-tneħħija tal-immunità ta' Bolesław G. Piecha, Membru tal-Parlament Ewropew elett għall-Polonja, b'rabta ma' ksur skont l-Artikolu 92(a) tal-kodiċi tar-reati minuri tal-20 ta' Mejju 1971, b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku tat-Triq tal-20 ta' Ġunju 1997; billi, b’mod partikolari, il-ksur allegat jikkorrispondi għall-fatt li l-veloċità awtorizzata f'agglomerazzjoni nqabżet;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, mill-immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;

C.  billi l-Artikolu 105(2) u l-Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jiddikjaraw li deputat jew senatur m’għandux jiġi soġġett għal responsabilità penali ħlief bil-kunsens tas-Sejm Pollakk jew tas-Senat Pollakk rispettivament;

D.  billi għalhekk ir-responsabilità taqa' fuq il-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk l-immunità ta' Bolesław G. Piecha għandhiex titneħħa jew le;

E.  billi l-ksur allegat seħħ qabel ma Bolesław G. Piecha sar Membru tal-Parlament Ewropew; billi l-ksur allegat seħħ meta Bolesław G. Piecha kien Senatur Pollakk; billi għalhekk dan il-ksur m'għandux rabta diretta jew evidenti mat-twettiq tad-dmirijiet ta' Bolesław G. Piecha bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

F.  billi Bolesław G. Piecha bagħat lill-Ispettorat Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq Pollakk dikjarazzjoni bħala tweġiba għaċ-ċitazzjoni mibgħuta mill-Ispettur Ġenerali tal-imsemmi Spettorat fejn aċċetta li jħallas il-multa b’rabta mal-ksur imsemmi fl-Artikolu 92a tal-kodiċi tar-reati minuri; billi huwa konsegwentement diffiċli jiġi stabbilit li kien hemm fumus persecutionis, jiġifieri biżżejjed suspett serju u preċiż li t-talba saret bl-intenzjoni li tiġi kkawżata ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Bolesław G. Piecha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Bolesław G. Piecha.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew
PDF 346kWORD 85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew (2016/2575(RSP))
P8_TA(2016)0142B8-0487/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 20 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jenfasizzaw l-obbligu tal-gvernijiet li jipproteġu l-identità tat-tfal, inklużi r-relazzjonijiet familjari tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-1963, b'mod partikolari l-Artikolu 37(b) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000(1) (Brussell IIa),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM(2011)0060),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida mfassla fid-dokument ta' riflessjoni għad-disa' Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-immappjar tas-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal imwettaq mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-għadd kbir ta' petizzjonijiet dwar il-prattiki tal-awtoritajiet tresponsabbli mill-benessri tat-tfal u dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-kustodja tat-tfal, il-ħtif tat-tfal u l-indukrar tat-tfal li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva matul is-snin minn diversi Stati Membri tal-UE, u r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti dwar żjarat għall-ġbir ta' informazzjoni fil-Ġermanja (23-24 ta' Novembru 2011)(Jugendamt), fid-Danimarka (20-21 ta' Ġunju 2013)(servizzi soċjali) u fir-Renju Unit (5-6 ta' Novembru 2015)(adozzjonijiet mhux konsenswali),

–  wara li kkunsidra r-rwol u l-attivitajiet tal-Medjatur tal-Parlament Ewropew għall-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal mill-Ġenituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu l-ewwel prijorità fid-deċiżjonijiet kollha relatati ma' kwistjonijiet marbuta mal-indukrar tat-tfal fil-livelli kollha;

B.  billi l-UE tista' tadotta miżuri li jikkonċernaw il-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali (l-Artikolu 81(3) tat-TFUE), inkluż fil-qasam tal-adozzjoni;

C.  billi ż-żieda fil-mobilità ġewwa l-UE wasslet għal għadd dejjem ikbar ta' kwistjonijiet transkonfinali ta' protezzjoni tat-tfal li jinvolvu t-tneħħija tal-kustodja;

D.  billi l-kwistjonijiet relatati mal-kustodja tat-tfal għandhom impatt sinifikanti fuq ħajjet kull individwu involut u fuq is-soċjetà kollha kemm hi, u billi r-Regolament Brussell IIa mhuwiex mingħajr lakuni, u r-reviżjoni imminenti tiegħu hija opportunità tajba biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tiegħu;

E.  billi l-eżerċizzju ta' dritt fundamentali bħal-libertà ta' moviment u ta' residenza m'għandux jinvolvi theddida ikbar għad-dritt tat-tfal għall-ħajja tal-familja;

F.  billi t-tfal li l-ġenituri tagħhom ikunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu għandhom id-dritt li jżommu, fuq bażi regolari, relazzjoni personali u kuntatt dirett mal-ġenituri tagħhom sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi tat-tfal, b'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

1.  Ifakkar li l-għadd kbir ta' petizzjonijiet li waslu dwar każijiet li jikkonċernaw it-tfal jindika li hemm problema kbira bl-implimentazzjoni tar-Regolament Brussell IIa;

2.  Iqis li s-sistemi kollha ta' protezzjoni tat-tfal għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi transnazzjonali u transkonfinali li jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-kunflitti transkonfinali;

Il-protezzjoni tat-tfal u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE

3.  Jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (bi statistika soċjoekonomika rilevanti u diżaggregata skont in-nazzjonalità) fi ħdan qafas ta' koordinazzjoni għall-każijiet transkonfinali li jinvolvu t-tfal; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkoordina t-trasferiment ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri;

4.  Jitlob lill-Kunsill jirrapporta dwar l-azzjonijiet speċifiċi li qed jiġu implimentati mill-Istati Membri bl-għan li jinħolqu sinerġiji bejn it-28 sistema nazzjonali ta' protezzjoni tat-tfal;

5.  Jitlob definizzjoni ċara ta' "residenza abitwali" fir-reviżjoni tar-Regolament Brussell IIa;

6.  Jenfasizza l-obbligu tal-awtoritajiet nazzjonali, stabbilit fir-Regolament Brussell IIa, li jirrikonoxxu u jinfurzaw sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor f'każijiet li jikkonċernaw it-tfal; jitlob lill-Istati Membri jżidu u jtejbu l-kooperazzjoni tal-ġudikaturi tagħhom f'każijiet li jinvolvu t-tfal;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkofinanzjaw u jippromwovu l-istabbiliment ta' pjattaforma li tipprovdi assistenza lil ċittadini ta' pajjiżi terzi fi proċedimenti familjari, u ta' linja telefonika Ewropea unika għall-għajnuna għal każijiet ta' ħtif jew abbuż tat-tfal, kif ukoll konsulenza dwar proċedimenti ta' indukrar u adozzjoni;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ċara u faċilment aċċessibbli b'informazzjoni prattika għaċ-ċittadini tal-UE rigward l-arranġamenti istituzzjonali dwar il-protezzjoni tat-tfal, b'attenzjoni partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-adozzjoni jew it-tqegħid tat-tfal mingħajr il-kunsens tal-ġenituri u mad-drittijiet tal-ġenituri fi Stati Membri differenti;

Ir-rwol tas-servizzi soċjali fil-protezzjoni tat-tfal

9.  Jitlob lill-Istati Membri jieħdu approċċ preventiv u jiżguraw politiki xierqa u b'riżorsi tajbin biex kemm jista' jkun jevitaw li jitnedew proċedimenti ta' indukrar, fejn dan ikun possibbli, bl-introduzzjoni ta' proċeduri ta' twissija bikrija u mekkaniżmi ta' sorveljanza, u jipprovdu appoġġ adegwat lill-familji, li jirrappreżentaw is-sors ewlieni tal-indukrar, partikolarment fi ħdan komunitajiet vulnerabbli fejn l-esklużjoni soċjali hija riskju;

10.  Jenfasizza li valutazzjoni tajba ta' każijiet individwali fi kwistjonijiet relatati mal-familja m'għandhiex tkun imxekkla bi tnaqqis baġitarju b'riżultat ta' miżuri ta' awsterità, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-kwalità tas-servizzi soċjali;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu taħriġ speċjalizzat u edukazzjoni lill-ħaddiema soċjali u lill-professjonisti l-oħra kollha li jittrattaw każijiet transkonfinali li jinvolvu t-tfal;

12.  Jitlob lill-awtoritajiet rilevanti ta' Stat Membru li jkun biħsiebu jibgħat ħaddiema soċjali biex jinvestigaw każ għall-adozzjoni jew it-tqegħid tat-tfal fi Stat Membru ieħor biex jinformaw lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li tkun se ssir tali investigazzjoni;

Proċedimenti ġudizzjarji relatati mal-indukrar tat-tfal

13.  Jistieden lill-Istati Membri jaħtru awli speċjalizzati fi ħdan il-qrati tal-familja jew korpi ta' medjazzjoni transkonfinali biex jittrattaw każijiet transkonfinali relatati mat-tfal; jenfasizza li l-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni ta' wara sentenza huwa ta' importanza fundamentali, inkluż fir-rigward tal-kuntatt mal-ġenituri;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw sistematikament id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963, u jiżguraw li l-ambaxxati jew ir-rappreżentanzi konsulari jkunu infurmati mill-bidu nett dwar il-proċedimenti kollha dwar l-indukrar tat-tfal li jinvolvu ċ-ċittadini tagħhom, u li jkollhom aċċess sħiħ għad-dokumenti rilevanti; jissuġġerixxi li l-awtoritajiet konsulari għandhom jitħallew jattendu kull stadju tal-proċedimenti;

15.  Jitlob lill-Istati Membri jiggarantixxu drittijiet għal żjarat regolari lill-ġenituri, ħlief meta dan jista' jkun ta' ħsara għall-aħjar interessi tat-tfal, u jħallu lill-ġenituri jużaw l-ilsien matern tagħhom ma' wliedhom matul iż-żjarat;

16.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu lill-ġenituri, mill-bidu nett u f'kull stadju tal-proċedimenti relatati mat-tfal, b'informazzjoni ċara u kompluta dwar il-proċedimenti u dwar il-konsegwenzi possibbli tagħhom; jitlobhom jinfurmaw lill-ġenituri dwar ir-regoli dwar l-appoġġ u l-għajnuna legali, pereżempju billi jipprovdulhom lista ta' avukati speċjalizzati bilingwi u billi joffru faċilitajiet ta' interpretazzjoni, sabiex jiġu evitati każijiet fejn il-ġenituri jagħtu l-kunsens tagħhom mingħajr ma jifhmu bis-sħiħ l-implikazzjonijiet tal-impenji tagħhom; jirrakkomanda wkoll li jingħata appoġġ adegwat lill-ġenituri b'diffikultajiet ta' litteriżmu;

17.  Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti standards minimi dwar is-smigħ tat-tfal fi proċedimenti ċivili nazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

18.  Jirrakkomanda li s-smigħ tal-ġenituri u s-smigħ tat-tfal quddiem imħallef, espert jew assistent soċjali isiru b'mod separat, biex jiġi evitat li t-tfal ikunu influwenzati jew jisfaw vittmi ta' kunflitti ta' lealtà;

19.  Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu għad-durata ta' kull stadju tal-proċedimenti transkonfinali dwar l-indukrar tat-tfal, sabiex il-membri tal-familja estiża tat-tfal ikollhom biżżejjed żmien biex jippreżentaw ruħhom u japplikaw biex jadottaw it-tfal, jew il-ġenituri jkunu jistgħu jindirizzaw il-problemi tagħhom u jipproponu alternattivi sostenibbli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-adozzjoni; iqis li qabel ma tiġi ddeterminata kwalunkwe soluzzjoni permanenti, bħall-adozzjoni, għandha ssir valutazzjoni mill-ġdid xierqa tas-sitwazzjoni tal-familja bijoloġika;

20.  Jitlob lill-Istati Membri jagħtu żmien raġonevoli lill-ġenituri li jbatu mill-vizzju tal-alkoħol jew tad-droga sabiex ikollhom opportunità reali biex jirkupraw qabel ma l-qorti tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-adozzjoni ta' wliedhom;

21.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għar-rakkomandazzjonijiet li jaslu dwar il-medjazzjoni transkonfinali mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew;

It-tqegħid tat-tfal u l-adozzjoni

22.  Jiddikjara li m'hemm l-ebda mekkaniżmu fi ħdan l-UE li jipprovdi għar-rikonoxximent awtomatiku ta' ordnijiet ta' adozzjoni domestika maħruġa fi Stati Membri oħrajn; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jirregolaw ir-rikonoxximent ta' adozzjoni domestika, filwaqt li jqisu l-aħjar interessi tat-tfal u bir-rispett dovut għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;

23.  Jitlob lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-istati mhux kontraenti biex jingħaqdu mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1993, peress li dan kieku jiggarantixxi li t-tfal kollha jibbenefikaw mill-istess standards u jgħin biex tiġi evitata sistema parallela b'inqas salvagwardji; jitlob lill-Istati Membri biex jevitaw burokrazija qawwija fl-ipproċessar tar-rikonoxximent ta' adozzjonijiet internazzjonali diġà rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor;

24.  Jenfasizza l-importanza li t-tfal fi kwalunkwe tip ta' arranġament ta' foster care jew adozzjoni jiġu offruti t-tqegħid bl-aħjar opportunitajiet biex jinżammu l-kuntatti mal-isfond kulturali tat-tfal u biex jitgħallmu u jużaw l-ilsien matern tagħhom; jitlob lill-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fi proċedimenti dwar l-indukrar tat-tfal biex jagħmlu l-isforzi kollha possibbli sabiex tiġi evitata s-separazzjoni tal-aħwa;

25.  Jitlob lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari u appoġġ lill-ġenituri, u b'mod partikolari lin-nisa, li jkunu sfaw vittmi ta' vjolenza domestika, bħala tfal jew adulti, sabiex ikun evitat li jkunu vittimizzati mill-ġdid bit-tneħħija awtomatika tal-kustodja ta' wliedhom;

Ħtif transkonfinali tat-tfal mill-ġenituri

26.  Jitlob lill-Kummissjoni tippubblika r-riżultati miksuba fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni transkonfinali f'każijiet ta' ħtif ta' tfal, li hija ddikjarat bħala prijorità fl-Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

27.  Jitlob lill-Kunsill biex jirrapporta dwar ir-riżultati miksuba fl-istabbiliment ta' sistemi ta' allarm għall-ħtif tat-tfal b'implikazzjonijiet transkonfinali, u biex jikkonkludi l-ftehimiet ta' kooperazzjoni rilevanti li jittrattaw każijiet ta' ħtif transkonfinali abbażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni;

o
o   o

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.


Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji ***II
PDF 333kWORD 68k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (10578/1/2015 – C8-0415/2015 – 2013/0014(COD))
P8_TA(2016)0143A8-0073/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10578/1/2015 – C8-0415/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan, is-Senat Rumen u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0027),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0073/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi ċitat bħala 'r-Regolament Zīle-Matīss dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004'(4);

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar il-bord ta' ġestjoni tal-ERA, u dwar il-proċedura tal-għażla u tat-tneħħija tad-direttur eżekuttiv

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li, meta mqabbel mal-proposta oriġinali ppreżentata mill-Kummissjoni, it-test maqbul dwar ir-Regolament tal-ERA jiddevja mid-dispożizzjonijiet ewlenin maqbula mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2012 skont l-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE. Dan jikkonċerna l-għadd ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord ta' Ġestjoni, u l-proċedura tal-għażla u tat-tneħħija tad-direttur eżekuttiv. Il-Kummissjoni tenfasizza b'mod partikolari l-fatt li l-ħatra ta' osservatur fost il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni biex isegwi l-proċedura tal-għażla applikata mill-Kummissjoni għall-ħatra tad-direttur eżekuttiv, ma għandhiex twassal għal rwoli doppji fil-proċeduri tal-għażla u tal-ħatra (l-Artikolu 51(1)).

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi neċessarji tal-baġit

Ir-raba' pakkett ferrovjarju jagħti lill-ERA kompetenzi ġodda, b'mod partikolari l-poter li toħroġ awtorizzazzjonijiet għall-vetturi u ċertifikati tas-sikurezza direttament lis-settur. Ma jistax ikun eskluż li fil-perjodu ta' transizzjoni, it-tariffi u l-ħlasijiet ikun għadhom mhumiex disponibbli għall-ERA, minkejja li jkun hemm bżonn li jinħatar u jitħarreġ il-persunal. Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq ferrovjarju, il-Kummissjoni se taħdem biex tirriżerva l-baġit neċessarju sabiex tkopri l-ispejjeż tal-persunal rilevanti.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0151.
(4) Roberts Zīle u Anrijs Matīss mexxew in-negozjati dwar l-att f'isem il-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea ***II
PDF 332kWORD 67k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Tfassil mill-ġdid) (10579/1/2015 – C8-0416/2015 – 2013/0015(COD))
P8_TA(2016)0144A8-0071/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10579/1/2015 – C8-0416/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0030),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0071/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala "id-direttiva Bilbao Barandica-Matīss dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (tfassil mill-ġdid)"(4);

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrikonoxxew fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tagħhom tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, li l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali "għandha tkun ċara u preċiża" sabiex tiffaċilita l-kisba tal-inkarigu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Fil-każ preżenti, id-dokumenti ta' spjegazzjoni setgħu kienu utli għal dan il-għan. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li t-test finali ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar dan.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0149.
(4) Izaskun Bilbao Barandica u Anrijs Matīss wettqu n-negozjati dwar l-att għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


Is-sikurezza ferrovjarja ***II
PDF 329kWORD 66k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (tfassil mill-ġdid) (10580/1/2015 – C8-0417/2015 – 2013/0016(COD))
P8_TA(2016)0145A8-0056/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10580/1/2015 – C8-0417/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan, is-Senat Rumen u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0031),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0056/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrikonoxxew fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tagħhom tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, li l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali "għandha tkun ċara u preċiża" sabiex tiffaċilita l-kisba tal-inkarigu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. F'dan il-każ partikolari, id-dokumenti ta' spjegazzjoni setgħu kienu utli għal dan il-għan. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li t-test finali ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar dan.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0150.


L-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ***I
PDF 340kWORD 103k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji (COM(2013)0641 – C7-0301/2013 – 2013/0314(COD))
P8_TA(2016)0146A8-0131/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0641),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0301/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0131/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' April 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014

P8_TC1-COD(2013)0314


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1011.)

(1) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 1.
(2) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 42.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fid-19 ta' Mejju 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0195).


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji Eżekuttivi
PDF 1224kWORD 828k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2015/2154(DEC))
P8_TA(2016)0147A8-0140/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Sinteżi tal-kisbiet ta' ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2014" (COM(2015)0279), u l-Annessi li jakkumpanjawha,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba (COM(2015)0313) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0124, SWD(2015)0125),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05583/2016 – C8-0042/2016),

–  Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2015 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE sa tmiem l-2014 (COM(2015)0503),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(6);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(7),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(8),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2014(9),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(10),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(13),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(15),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(16);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(17),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(18),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2014(19),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(20),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(21) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(22), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(23),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(24), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(26);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(27),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(28),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għas-sena finanzjarja 2014(29),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(30),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(31) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(32), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(33),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(34), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/858/KE(35),

–  wara li kkunsidra d- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex "L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel" tiġi ttrasformata f'"L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel"(36),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(37);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(38),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(39),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014(40),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(41),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(42) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(43), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(44),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(45), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE(46),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(47);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(48),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(49),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014(50),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(51),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(52) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(53), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(54),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(55), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE(56),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(57);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(58),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(59),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għas-sena finanzjarja 2014(60),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(61),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(62) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(63), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(64),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(65), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(66),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8–0140/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi, u billi, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(67);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (li qabel kienet tissejjaħ l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(68),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0199/2015)(69),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Sinteżi tal-kisbiet ta' ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2014" (COM(2015)0279), u l-Annessi li jakkumpanjawha,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba (COM(2015)0313) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0124, SWD(2015)0125),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar awditi interni mwettqa fl-2014 (COM(2015)0441), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2015)0170),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(70), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(71) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05583/2016 – C8-0042/2016),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05585/2016 – C8-0040/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(72),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(73), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(74),u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0140/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-għoti tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014(75);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-awditu nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

9. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (2015/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0140/2016),

A.  billi l-infiq tal-Unjoni jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jinkisbu l-objettivi politiċi u, bħala medja, jirrappreżenta 1,9 % tan-nefqiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-Unjoni, għalkemm f'xi każijiet partikolari jirrappreżenta ferm aktar minn 10 %;

B.  billi, meta l-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, jivverifika, minn naħa, jekk il-fondi jkunux intefqu b'mod legali u regolari, u, min-naħa l-oħra, jekk intlaħqux l-għanijiet politiċi, jekk inkisbux ir-riżultati xierqa u jekk ġewx irrispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' "kultura ta' prestazzjoni";

C.  billi l-proċedura ta' kwittanza għall-2014 tkopri sena li matulha kkoinċidew żewġ perjodi ta' programmazzjoni u li, f'ħafna każijiet, l-infiq irreġistrat jirrigwarda l-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013;

D.  billi l-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kwittanza għall-2014 huma dawn li ġejjin:

   (a) l-adozzjoni ta' approċċ imsaħħaħ ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati biex jikkontribwixxi għal bilanċ bejn il-metodu tradizzjonali tagħha u l-implimentazzjoni ta' elementi ġodda li jirriflettu l-ħtiġijiet attwali u futuri għall-finanzjament tal-Unjoni;
   (b) konċentrazzjoni fuq l-2014 bħala l-ewwel sena ta' perjodu ta' programmazzjoni ġdid li ġie introdott b'elementi importanti orjentati lejn ir-riżultati;
   (c) il-preżentazzjoni ta' xi titjib fid-disponibbiltà u l-eliminabbiltà tad-data biex jiġu vvalutati l-benefiċċji reali;
   (d) l-inklużjoni fil-proċess ta' kwittanza ta' xi evalwazzjoni tal-kwalità tal-qafas regolatorju għall-allokazzjoni tan-nefqa baġitarja tal-Unjoni;
   (e) approċċ għall-proċess ta' kwittanza li ma jkunx esklużiv għar-relazzjoni tiegħu ma' sena partikolari, iżda bħala proċess kontinwu; li s-segwitu għalih jikkostitwixxi parti sostanzjali minnu;
   (f) approċċ għall-proċess ta' kwittanza mill-perspettiva tar-relazzjoni stretta bejn il-baġit tal-UE u l-paradigma l-ġdida tal-politika makroekonomika tal-UE(76) fil-qies tal-għan proprju tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi tal-politiki settorjali tal-Unjoni;
   (g) approċċ lejn il-proċess ta' kwittanza bħala pjattaforma importanti biex ir-rakkomandazzjonijiet politiċi jiġu applikati u implimentati fil-finanzjament tal-Unjoni;

E.  billi l-aspetti l-ġodda tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014–2020 il-ġdid li huma rilevanti għall-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2014 huma:

   (a) il-konċentrazzjoni tematika - il-finanzjament mill-Unjoni għandu jappoġġa biss l-oqsma prijoritarji, mhux kollox; il-prijoritajiet għandhom jiġu definiti b'mod preċiż u sostnuti minn analiżi kwantitattiva u pjanijiet fattibbli biex jinkisbu, fejn ikun xieraq; is-sett ta' prijoritajiet għandu jiġi llimitat drastikament; il-prijoritajiet għandhom jiġu koperti b'finanzjament sostanzjali biex jintlaħqu riżultati u benefiċċji reali;
   (b) approċċ u sinerġiji integrati u bbażati fuq il-post - il-programmi u l-proġetti għandhom jipprovdu mhux biss ir-riżultati u l-benefiċċji proprji, iżda r-riżultati u l-benefiċċji għandhom jikkomplementaw dawk ta' programmi u proġetti oħra permezz ta' sinerġiji filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; is-sinerġiji għandhom jinkisbu fi ħdan żona territorjali speċifikata; sabiex dik is-sistema tiffunzjona, hu importanti li tinħoloq matriċi ġestjonali sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet xierqa għal proġetti integrati;
   (c) kundizzjonalitajiet u riżerva għall-prestazzjoni - il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba huma bbażati fuq il-fatt li l-finanzjament mill-Unjoni jiġi allokat f'ċirkustanzi fiskali, makroekonomiċi u istituzzjonali xierqa fil-livell nazzjonali li jservu bħala prekundizzjoni għall-finanzjament innifsu; min-naħa l-oħra, bħala bonus għal min jipproduċi prestazzjoni tajba, ġiet introdotta riżerva għall-prestazzjoni;
   (d) is-semplifikazzjoni - is-sistema ta' finanzjament mill-Unjoni hi straordinarjament kumplessa b'diversi modi, u dan jippreżenta xkiel għal ġestjoni effikaċi u biex jitkejlu r-riżultati u l-benefiċċji reali;
   (e) riżultati kwantifikati aħjar - hu importanti li jitkejlu b'mod effikaċi r-riżultati li nkisbu u li jinsiltu tagħlimiet politiċi minn dawn l-osservazzjonijiet; hu għalhekk kruċjali li jittejbu l-istabbiliment tal-parametri ta' riferiment u s-sistemi għall-analiżi tad-data u wkoll li l-maniġment jiffoka fuq it-tali data u indikaturi oħra ta' titjib;

F.  billi l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni filwaqt li l-Istati Membri għandhom dmir ta' kooperazzjoni sinċiera mal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet jintużaw bi qbil mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; billi l-Istati Membri, speċjalment fil-kuntest ta' ġestjoni kondiviża tal-fondi, għandhom responsabbiltà speċjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

G.  billi hu kruċjali li, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġestjoni kondiviża tal-fondi, id-data kkomunikata mill-Istati Membri tkun imparzjali u preċiża; billi hu kruċjali li l-Istati Membri jifhmu r-responsabbiltà proprja tagħhom għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża;

A. Kapitoli ġenerali

L-impenji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prijoritajiet ta' kwittanza

1.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 319(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: "Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha approprijati sabiex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet fid-deċiżjonijiet ta' kwittanza u fuq osservazzjonijiet oħra mill-Parlament Ewropew rigward l-eżekuzzjoni tan-nefqa, kif ukoll fuq il-kummenti li jkunu annessi mar-rakkomandazzjoni dwar il-kwittanza adottati mill-Kunsill."

2.  Jiddispjaċih li t-tweġibiet tal-Kummissjoni, f'għadd ta' aspetti, għadhom ambigwi;

3.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

4.  Jappella għal darba oħra lill-Kummissjoni biex tissottometti komunikazzjoni lill-Parlament f'ħin utli għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QF P bi proposti dwar kif jistgħu jintlaħqu l-isfidi ġodda u potenzjali li jirrikjedu appoġġ baġitarju tal-Unjoni u li tispjega kif fil-ġejjieni se tirrikonċilja l-objettivi politiċi fuq żmien twil (bħall-Istrateġija Ewropa 2020) mal-QFP futur għal wara l-2020;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Qorti tal-Awdituri (il-'Qorti') ilha diversi snin titlob biex jiġi stabbilit pjan fuq żmien twil dwar il-fluss tal-flus; jappella lill-Kummissjoni biex, qabel tmiem l-2016, tippreżenta pjan ta' dan it-tip;

6.  Jappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji fid-dawl tar-rikjesti magħmula fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2014 għall-Kummissjoni f'ħin utli għall-proċedura ta' kwittanza tal-2015 għall-Kummissjoni;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tadottax il-qafas il-ġdid għall-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni qabel tkun saret laqgħa bejn il-Viċi President Timmermans, l-Ombudsman Ewropew, Membri ewlenin tal-Parlament u s-soċjetà ċivili biex jiddiskutu l-kwistjonijiet finali li jikkonċernaw kemm il-kontenut tar-regoli orizzontali l-ġodda u kemm l-implimentazzjoni tagħhom;

8.  Jappella lill-Kummissjoni biex tagħti istruzzjonijiet lid-direttorati ġenerali kollha tagħha sabiex jippubblikaw kull rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiżi individwali li ħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fir-rapporti ta' attività annwali rispettivi tagħhom;

Strateġija u missjoni: kontinwità u innovazzjoni

9.  Jinnota l-ħtieġa li jiġu rispettati l-prinċipji eżistenti dwar il-kwittanza, kif ukoll l-aspetti u l-prinċipji ġodda fl-aħħar QFP; jinnota għalhekk il-ħtieġa għal approċċ innovattiv biex tiġi evalwata l-ewwel sena tal-QFP u li l-approċċ għall-kwittanza jiġi aġġustat biex jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti mibdula fil-baġit tal-Unjoni;

10.  Jikkunsidra li l-innovazzjoni prinċipali fil-kontenut tal-kwittanza għandha tkun li jinstab bilanċ imtejjeb bejn il-kwistjonijiet formali u proċedurali relatati mal-utilizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fuq naħa u, fuq in-naħa l-oħra, l-approċċi l-oħra bbażati fuq il-prestazzjoni u orjentati lejn ir-riżultati, filwaqt li titqies l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta' assorbiment;

11.  Jissottolinja li, fl-imgħoddi, il-proċedura ta' kwittanza primarjament ivverifikat il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji; jemmen, fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Kummissjoni "Il-Baġit tal-UE Ffukat fuq ir-Riżultati", li fil-ġejjieni għandha ssir aktar enfasi, oltre l-verifiki msemmija hawn fuq, fuq l-eżami ta' jekk ir-riżultati miksuba mill-proġetti u l-programmi jikkorrispondux mal-objettivi intenzjonati;

12.  Jinnota li l-kwittanza tirsisti biex toħloq approċċ komuni għall-elementi partikolari tal-politika baġitarja tal-Unjoni, speċjalment dawk li jkunu għadhom kif ġew introdotti, speċifikament l-aspetti tal-prestazzjoni u l-aspetti relatati mal-kapaċità preventiva u korrettiva tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll;

13.  Jikkunsidra li baġit orjentat lejn ir-riżultati jirrikjedi indikaturi qawwija, solidi u li jkun intlaħaq ftehim komuni dwarhom; jinnota, madankollu, li għad hemm bżonn li jintlaħaq il-ftehim dwar dawn l-indikaturi mal-koleġiżlaturi, il-Kummissjoni u permezz ta' konsultazzjoni estensiva mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-partijiet interessati l-oħra; jilqa' f'dan is-sens it-twaqqif tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar ibbaġittjar abbażi tal-prestazzjoni ta' baġit orjentat lejn ir-riżultati li m'ilu xejn li beda bil-ħidma tiegħu; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha involuti biex jaċċeleraw il-ħidma tagħhom filwaqt li jiżguraw li jintlaħaq ftehim dwar sett ta' indikaturi ta' kwalità għolja;

14.  Jissottolinja li l-objettiv prinċipali tal-baġit tal-Unjoni hu li jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini tal-Unjoni u li, b'mod parallel, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jikkonforma mal-obbligi u l-objettivi stabbiliti fit-Trattati; il-benefiċċji jikkonsistu f'appoġġ orjentati lejn l-iżvilupp u fi prijoritajiet attwali kompatibbli mal-kuntest tal-politika ekonomika u l-prestazzjoni ekonomika, filwaqt li titqies ukoll il-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu affrontati s-sitwazzjonijiet ġodda li jistgħu jinqalgħu u l-emerġenzi; il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tirrikjedi l-utilizzazzjoni korretta tan-nefqiet bi qbil mar-regoli u mingħajr żbalji jew frodi; l-approċċ fir-rigward tal-kwittanza għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq bilanċ bejn dawn l-elementi;

15.  Jissottolinja ulterjorment l-obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 17(1) TUE u jitlob lill-Qorti tipprepara rapport speċjali dwar jekk il-Kummissjoni għamlitx użu sew mis-setgħat tagħha ta' appoġġ għall-Istati Membri u ta' kontroll fuqhom meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni;

Ksib ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

16.  Jinnota li l-prinċipju kruċjali għall-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2014 huwa l-korrettezza tal-flussi finanzjarji, u tal-programmi u l-proġetti reali sottostanti għalihom, fid-dawl ta' valutazzjoni tal-utilizzazzjoni ottimali tal-fondi tal-Unjoni f'kull rigward;

17.  Jilqa' l-fatt li l-istruttura u l-kontenut tar-rapport annwali tal-Qorti għall-2014 isegwu l-intestaturi tal-QFP u jqiegħdu aktar enfasi fuq il-prestazzjoni u r-riżultati; japprezza l-fatt li l-kapitoli tar-rapport dwar il-ġestjoni kondiviża jinkludu, bħala eżerċizzju pilota, ir-riżultati preliminari tal-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi;

18.  Hu konxju li t-tranżizzjoni lejn livell ogħla ta' awditjar tal-prestazzjoni ma tistax issir fi stadju wieħed, peress li ma jistax isir progress fir-rigward tal-awditjar tal-prestazzjoni qabel jitfasslu l-atti ġuridiċi bażiċi u l-baġit bl-intenzjoni li l-objettivi politiċi jiġu allinjati ma' indikaturi kwalitattivi jew li jiġu prodotti riżultati li jistgħu jitkejlu;

19.  Jemmen, f'dan il-kuntest, li l-QFP jirrappreżenta pass importanti 'l quddiem peress li introduċa kundizzjonalitajiet ex ante, riżervi għall-prestazzjoni, u aktar possibbiltajiet għal semplifikazzjoni u sinerġiji bejn il-fondi;

20.  Jirrimarka li, peress li l-perjodi koperti mill-istrateġija fuq għaxar snin tal-Unjoni u l-perjodu baġitarju fuq seba' snin tagħha mhumiex allinjati, il-kapaċità tal-Kummissjoni li tissorvelja l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għall-Istrateġija Ewropa 2020 hi limitata għall-ewwel nofs tal-perjodu tal-istrateġija, għalkemm id-data kollha meħtieġa biex jitwettqu l-verifiki annwali hi disponibbli;

21.  Jindika, madankollu, li l-objettivi u l-baġit orjentat lejn ir-riżultati għandhom jiġu adattati għal mal-objettivi stabbiliti fit-Trattati, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki settorjali u ta' koeżjoni, u li jridu jkunu biżżejjed flessibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jinqalgħu, bħall-kriżi ekonomika u/jew il-kriżi tar-rifuġjati;

22.  Jinnota li fl-2014 ir-rata ta' assorbiment għal xi programmi, fondi u strumenti tal-QFP 2014-2020 kienet ta' żero minħabba l-adozzjoni tardiva tar-regolamenti relevanti u l-approvazzjoni tardiva tal-leġiżlazzjoni sekondarja u d-dokumenti ta' programmazzjoni li rriżultat;

23.  Ifakkar li l-QFP 2014-2020 hu l-ewwel wieħed li jqiegħed għad-dispożizzjoni inqas mezzi baġitarji minn dawk ta' qablu u li l-pressjoni fuq il-limiti massimi tal-pagamenti hi ferm aktar milli kienet fil-QFP preċedenti;

24.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu(77) li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' kwittanza, il-Parlament ilu mill-2013 jitlob lill-Kummissjoni biex tiffoka l-implimentazzjoni tagħha tal-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) – fir-rigward tar-rapport ta' valutazzjoni tagħha – fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni fuq għaxar snin għat-tkabbir u l-impjiegi, u fuq il-prestazzjoni u r-riżultati reali tagħha; jilqa' l-fatt li l-Qorti għażlet li tiffoka l-Kapitolu 3 tar-rapport annwali tagħha għall-2014 fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 u jitlob lill-Qorti tkompli u tiżviluppa dan l-approċċ orjentat lejn il-prestazzjoni u r-riżultati;

25.  Jisħaq fuq il-fatt li l-arkitettura tal-Istrateġija Ewropa 2020 hi estremament kumplessa (tinkludi ħames miri ewlenin, seba' inizjattivi emblematiċi u ħdax-il objettiv tematiku għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE)); jinnota li dawn id-diversi strumenti ma ġewx iddisinjati biex jittraduċu l-objettivi politiċi tal-istrateġija f'objettivi operattivi prattiċi permezz ta' sinerġiji;

26.  Jiddispjaċih li, minkejja li l-Qorti semmiet xi progress fir-rapport annwali tagħha tal-2014(78), il-Kummissjoni s'issa rrapportat b'mod limitat biss f'rapport ta' valutazzjoni dwar il-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 (bi qbil mal-Artikolu 318 TFUE); jirrimarka li l-QFP 2007-2013 ma jirrikjedix rapportar komprensiv dwar il-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif kien maħsub qabel ġie adottat;

27.  Jilqa' l-fatt li ġew implimentati xi elementi ta' sistema effikaċi ta' monitoraġġ u rapportar, b'mod partikolari fir-rigward tal-għodda statistika maħluqa minn Eurostat, iżda jiddispjaċih li r-rieżami mill-Kummissjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 ġie pospost sal-bidu tal-2016 u li r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 ma jipprovdu l-ebda feedback sustanzjali għar-rwol tal-finanzjament mill-Unjoni;

28.  Jiddeplora l-fatt li l-objettivi ta' livell għoli tal-Istrateġija Ewropa 2020 għadhom ma ġewx sistematikament tradotti f'objettivi operattivi fi ftehimiet ta' sħubija u programmi; jinnota li l-leġiżlazzjoni attwali ma tirrikjedix li l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) jiġu strutturati madwar objettivi tematiċi;

29.  Jirrimarka li, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni fit-tweġibiet tiegħu għar-rimarki magħmula mill-Qorti(79), l-objettivi tal-Unjoni huma ddefiniti fit-Trattati u għandhom jitwettqu u jiġu rispettati (eż. il-politika agrikola komuni) u, fi ħdan dan il-qafas, il-baġit tal-Unjoni jiġi allokat lid-diversi attivitajiet u jiġi kemm jista' jkun allinjat mal-prijoritajiet ewlenin tal-UE li qed jinbidlu (i.e. l-istrateġija ta' Lisbona, l-Istrateġija Ewropa 2020);

30.  Jiddispjaċih li l-benefiċċji potenzjali mill-ksib ta' sinerġiji bejn il-ħames FSIE billi jitpoġġew taħt kappa waħda ta' qafas regolatorju u ġestjonali u ftehim ta' sħubija wieħed għal kull Stat Membru għadhom ma ġewx realizzati u li għadhom japplikaw regoli differenti fil-livell tal-fondi u għaldaqstant f'dak tal-programmi; jisħaq fuq il-fatt li għandhom jiġu adottati biss dawk il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi li jkunu ġew ikkunsidrati b'attenzjoni b'mod li tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tal-FSIE;

31.  Jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jaqbel li se jkun kompitu iebes biex isiru rapporti konsistenti rigward l-objettivi tematiċi għall-ħames FSIE u għaldaqstant rigward il-kontribut ta' dawn il-fondi għall-Istrateġija Ewropa 2020; jinnota li, fl-2017, jeħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi l-ewwel rapport strateġiku dwar il-kontribuzzjoni għall-Istrateġija Ewropa 2020;

32.  Jissottolinja madankollu li tliet kwarti mill-proġetti taħt il-fondi strutturali kisbu l-għanijiet politiċi tagħhom kompletament jew parzjalment, u li kien biss fi 2 % tal-każijiet li ma ntlaħaq l-ebda wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-programm operattiv jew fil-ftehim ta' għotja;

33.  Josserva li l-Qorti ffokat prinċipalment fuq l-analiżi tal-konsistenza tal-ftehimiet ta' sħubija tal-Istati Membri mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 bħala prerekwiżit għal prestazzjoni aħjar; jitlob lill-Qorti biex, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, tippreżenta informazzjoni dwar it-traduzzjoni tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-kisbiet mistennija taħt il-programmi u l-fondi l-oħra ġestiti direttament mill-Kummissjoni;

34.  Jirrimarka li l-introduzzjoni ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni għal kull fond kieku tkun pass importanti, filwaqt li jiddispjaċih li:

   (a) l-Istati Membri mhumiex rikjesti jinkludu indikaturi komuni fil-programmi tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-FAEŻR, u li l-valutazzjonijiet abbażi tar-riżultati mhumiex parti mill-istadju ta' kontroll inizjali fl-Istati Membri;
   (b) ħlief għal żewġ fondi (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK), l-indikaturi komuni mhumiex kondiviżi bejn fondi differenti;
   (c) stadji intermedji x'jintlaħqu jeżistu biss għall-qafas ta' prestazzjoni, waqt li l-objettivi tista' tonqoshom l-ambizzjoni;
   (d) il-Kummissjoni għad għandha kapaċità limitata biex twettaq il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni;

35.  Jieħu nota li, skont il-Qorti, jeżistu dgħufijiet inerenti fil-qafas ta' prestazzjoni tar-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEIS(80), peress li riżultati fqar ma jwasslux għat-telf tar-riżerva għall-prestazzjoni għall-Istati Membri u peress li s-sanzjonijiet finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni huma limitati; jikkunsidra, madankollu, li qabel ma jintalbu sanzjonijiet, għandha tkun ġiet stabbilita sistema aħjar għall-kejl tal-prestazzjoni, u li s-sanzjonijiet potenzjali għandhom jiġu ppreċeduti minn proċess li jassisti lill-Istati Membri jtejbu l-prestazzjoni;

36.  Jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel użu aktar sħiħ mill-ambitu konċess mil-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tar-riżerva għall-prestazzjoni b'tali mod li ġenwinament toħloq inċentiv finanzjarju biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja fil-prattika; jappella barra minn hekk biex isiru użu akbar tar-riżerva għall-prestazzjoni bħala strument biex jiżdied l-element kundizzjonali fuq il-prestazzjoni meta terġa' tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni(81);

37.  Jieħu nota tal-fatt li l-gwida mogħtija mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni tejbet ir-rapportar annwali dwar il-prestazzjoni mid-direttorati ġenerali (DĠ), iżda jtenni li l-objettivi tad-DĠ mhumiex adatti għal finijiet ġestjonali u li fadal diffikultajiet fir-rigward tal-indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni; jinnota wkoll li l-indikaturi kollha implimentati fis-snin preċedenti biex jitkejjel il-progress tar-riformi tal-Istrateġija Ewropa 2020 kemm fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll fil-livelli nazzjonali tneħħew mir-rapport ta' attività annwali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni fl-2014 u minflok ġew inklużi fil-pjanijiet ġestjonali u fir-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ operattivi;

38.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra li tressaq proposti bil-ħsieb li:

   (a) tallinja aħjar il-QFP mal-Istrateġija Ewropa 2020 u tipproponi r-reviżjoni tiegħu jekk tkun meħtieġa sabiex jiġi jikkorrispondi aħjar mal-Istrateġija Ewropa 2020;
   (b) tirrifletti l-għanijiet politiċi ta' livell għoli tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-objettivi fil-livell tal-Unjoni;
   (c) tiżgura li l-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi jittraduċu l-objettivi fil-livell tal-Unjoni f'objettivi tematiċi li jistgħu jiġu kkollegati mal-objettivi operattivi fil-livell tal-Istati Membri jew fil-programmi ġestiti direttament mill-Kummissjoni;

39.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi lil-leġiżlatur li:

   (a) l-Istati Membri jinkludu fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi tagħhom dikjarazzjoni dwar ir-riżultati kwantifikabbli li l-finanzjament hu intenzjonat biex jikseb, fejn ikun xieraq;
   (b) il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi kollha jinkludu indikaturi tar-riżultati komuni, fejn ikun possibbli kondiviżi bejn fondi differenti, imfassla biex jiġi ssorveljat il-progress fil-livelli lokali, tal-Istati Membri u tal-Unjoni;
   (c) il-qafas ta' prestazzjoni jiġi kemm jista' jkun ibbażat fuq dawn l-indikaturi tar-riżultati komuni;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti ta' valutazzjoni li jmiss previsti fl-Artikolu 318 TFUE, tinkludi analiżi tal-effiċjenza, tal-effikaċja u tar-riżultati miksuba f'termini ta' tkabbir u impjiegi mill-pjan ta' investiment ta' EUR 315-il biljun imħabbra mill-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, fis-26 ta' Novembru 2014 waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament;

Segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni tal-2013

41.  Jiddispjaċih li r-rata ta' żball kumplessiva baqgħet kważi fl-istess livell u li l-pagamenti għadhom materjalment milquta minn żbalji;

Kapitolu

2013

2014

Tranżazzjonijiet

Rata ta' żball(82)

Tranżazzjonijiet

/ EUR

Rata ta' żball

Dħul

55

0,0%

55

0,0%

Kompetittività, Riċerka, Edukazzjoni, Trasport, Programmi Oħra

160

4,0%

166 / 13-il biljun

5,6%

Koeżjoni

343

5,3%

331 / 55,7 biljuni

5,7%

Politika reġjonali u urbana

168

6,4%

161

6,1%

Politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali

175

3,1%

170

3,7%

Riżorsi naturali

360

4,4%

359 / 57,5 biljuni

3,6%

FAEG - Appoġġ għas-suq u appoġġ dirett

180

3,6%

183

2,9%

Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

180

7,0%

176

6,2%

Ewropa Globali

182

2,1%

172 / 7,4 biljuni

2,7%

Amministrazzjoni

135

1,1%

129 / 8,8 biljuni

0,5%

Total

1 180

4,5%

1 157 / 142,4 biljuni

4,4%

42.  Jiddispjaċih li baqgħu jeżistu nuqqas ta' affidabbiltà tal-verifiki fl-ewwel livell imwettqa mill-Istati Membri fil-ġestjoni kondiviża u dgħufijiet fl-esklużjoni ta' art ineliġibbli mis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba'; jirrimarka li, skont ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, kemm l-oqsma taħt ġestjoni kondiviża, kif ukoll kull nefqa operattiva oħra (li fil-biċċa l-kbira tiġi ġestita direttament mill-Kummissjoni), għandhom rata ta' żball stmata ta' 4,6 %; jinnota madankollu li saret ħidma ta' rimedju konsiderevoli;

43.  Jinnota bi tħassib li l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti fil-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2013 għadha pendenti:

   (a) sistema ta' sanzjonijiet fil-każ li l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni u dikjarazzjonijiet inkorretti dwar il-programmi u fil-każ ta' rapportar falz jew inkorrett mill-aġenziji tal-pagamenti, inklużi t-tliet dimensjonijiet li ġejjin, speċifikament l-istatistika dwar l-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet mill-aġenziji tal-pagamenti, u l-ħidma mwettqa mill-korpi ta' ċertifikazzjoni;
   (b) il-pubblikazzjoni, meta tkun ittieħdet deċiżjoni volontarja li jiġu ppreżentati, mhux biss tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali, iżda anke tas-sommarji annwali u d-dikjarazzjonijiet ġestjonali, bħala 'dokumenti kunfidenzjali' fejn ikun applikabbli, sabiex jiġi pprovdut aktar għarfien tal-ġestjoni finanzjarja u jinkiseb titjib reali fiha; madankollu għadu mhux ċar kemm se jkunu effikaċi dawn il-miżuri meta jiġu kkunsidrati d-differenzi fl-istrutturi tal-Istati Membri u r-responsabbiltà politika tal-awtoritajiet nazzjonali differenti;
   (c) analiżi u informazzjoni dwar ir-riżultati preliminari miksuba mill-pjan ta' investiment għall-Ewropa kif tħabbar mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker, f'Novembru 2014 lill-Parlament;

44.  Jinnota bi tħassib li, mill-65 rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Qorti fis-snin 2011-2012, 20 biss ġew implimentati kompletament, 26 qed jiġu implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti, u 19 qed jiġu implimentati f'xi aspetti; jappella lill-Kummissjoni biex tadotta r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti tal-Parlament u tkompli timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

45.  Jisħaq fuq il-fatt li, mill-prospettiva tal-Parlament, mhuwiex sodisfaċenti meta proċeduri akkużatorji jintemmu bit-tislit ta' konklużjonijiet differenti mill-Kummissjoni u l-Qorti; jappella għalhekk liż-żewġ istituzzjonijiet biex jevitaw eżitu ta' dan it-tip;

46.  Jitlob pjan ta' azzjoni mill-Kummissjoni bi skadenzi u objettivi sabiex issaħħaħ il-prevenzjoni ta' dawn l-iżbalji rikorrenti;

Pożizzjoni tal-Qorti: id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti

47.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tagħti opinjoni favorevoli dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2014, kif ilha tagħmel mill-2007, u li l-Qorti tikkonkludi li d-dħul kien ħieles minn kwalunkwe żball materjali fl-2014; jinnota b'sodisfazzjon ukoll li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

48.  Jinnota li r-riżultati kumplessivi jikkorrispondu b'mod ġenerali mal-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti;

49.  Jiddeplora l-fatt li, għal 21 sena konsekuttiva, il-pagamenti kienu materjalment milquta minn żbalji minħabba l-effikaċja parzjali tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll;

50.  Jiddispjaċih li l-pagamenti huma milquta minn rata ta' żball li probabbilment hi ta' 4,4 %; ifakkar li l-istima tar-rata tal-żball l-aktar probabbli għall-pagamenti kienet 4,7 % fis-sena finanzjarja 2013, 4,8 % fis-sena finanzjarja 2012 u 3,9% fis-sena finanzjarja 2011(83); bejn partiti partikolari, l-ogħla livelli ta' żbalji ġew identifikati fl-infiq favur il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (5,7 %) u l-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (5,6 %); min-naħa l-oħra, in-nefqiet amministrattivi huma konnessi mal-aktar stimi baxxi ta' żbalji identifikati (0,5 %);

51.  Jistaqsi jekk ir-rata ta' żball għal tranżazzjonijiet partikolari hijiex ibbażata fuq bażi paragunabbli u għalhekk għandhiex isservi bħala parametru ta' riferiment paragunabbli; jinnota li r-rata ta' żball għall-iskemi ta' rimborż tal-ispejjeż (5,5 %) hi bbażata fuq l-eliġibbiltà tal-ispejjeż, waqt li dik għall-programmi bbażati fuq drittijiet (2,7 %) hija bbażata biss fuq il-ħtieġa li jiġi ssodisfat sett ta' kundizzjonijiet;

52.  Jinnota li, kieku l-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ma kinux ġew applikati għall-pagamenti awditjati mill-Qorti, l-istima tal-livell ta' żball kumplessiv kienet tkun ta' 5,5 % minflok ta' 4,4 %; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet fl-Istati Membri jew lill-awdituri indipendenti jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli sabiex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji possibbli;

53.  Jiħsaq fuq il-fatt li għan-nefqa operattiva, l-istima tal-livell ta' żball għall-infiq taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri tammonta għal 4,6 % (2013: 4,9 %) li jfisser li għadha f'livell għoli ħafna; jinsab preokkupat li għall-forom l-oħra ta' nefqa operattiva fejn il-Kummissjoni għandha rwol ta' tmexxija, l-istima tal-livell ta' żball sparat 'il fuq biex laħqet l-4,6 % (2013: 3,7%);

54.  Jinnota li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-infiq hu milqut minn livell ta' żball materjali, peress li, fir-rapport ta' sinteżi tagħha għall-2014, tippreżenta l-ammont fir-riskju bħala varjazzjoni bejn EUR 3,7 u EUR 5 biljun, li tirrappreżenta bejn it-2,6 % u t-3,5 % tal-pagamenti; jinnota li l-istima tal-Kummissjoni hi li fis-snin li ġejjin se tidentifika u tikkorreġi l-iżbalji għal total ta' madwar EUR 2,7 biljun;

55.  Jappoġġa l-fehma tal-Qorti li, minkejja t-titjib fl-analiżi tagħha tal-impatt tal-azzjoni korrettiva, il-Kummissjoni ma eliminatx ir-riskju li l-impatt tal-azzjonijiet korrettivi qed jiġi sopravvalutat jew għandu rilevanza limitata(84);

56.  Hu tal-opinjoni li, għal aktar minn tliet kwarti tan-nefqa fl-2014, id-DĠ tal-Kummissjoni bbażaw l-istimi tagħhom tal-ammont fir-riskju fuq id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali; jinnota li, fir-rapport ta' sinteżi tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li l-affidabbiltà tar-rapporti ta' kontroll tal-Istati Membri għadha problematika;

57.  Jinnota l-fatt li, għal 12 mid-DĠ tal-Kummissjoni, l-istima tal-kapaċità korrettiva hi ogħla mill-istima tal-ammont fir-riskju, u dan jirrifletti n-natura pluriennali tas-sistemi korrettivi;

58.  Jappella lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità korrettiva f'ħin utli għall-proċedura ta' kwittanza tal-2015;

59.  Jirrimarka li, kull meta l-Kummissjoni jkollha evidenza ta' tnaqqis fil-kapaċità ta' assorbiment fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà tar-Regolament QFP u, bħala l-ewwel pass, tipproponi miżuri biex tegħleb il-kapaċità ta' assorbiment insuffiċjenti qabel tieħu azzjonijiet oħra;

60.  Jirrimarka li aktar minn żewġ terzi tal-korrezzjonijiet finanzjarji rreġistrati għall-koeżjoni fl-2014 huma każijiet fejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri rtiraw nefqa ddikjarata u ssostitwixxewha b'nefqa ġdida; jilqa' l-fatt li t-tali proċeduri huma limitati fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

61.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tivvaluta, għal kull sfera politika u għall-baġit tal-Unjoni kollu kemm hu, il-livell ta' żball li jifdal wara li jkunu ttieħdu l-miżuri korrettivi kollha, waqt li tqis in-natura pluriennali tal-programmi;

62.  Jappella lill-Kummissjoni biex tapplika b'mod strett l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid jekk il-livell ta' żball ikun persistentement għoli, u għaldaqstant biex tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll, tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi azzjoni xierqa fir-rigward tas-semplifikazzjoni, it-titjib tas-sistemi ta' kontroll u t-tfassil mill-ġdid tal-programmi jew is-sistemi ta' forniment qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

63.  Jissottolinja l-osservazzjoni tal-Qorti li, kieku l-Kummissjoni, l-awtoritajiet fl-Istati Membri jew l-awditi indipendenti użaw l-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, kienu jkunu jistgħu jipprevjenu, jidentifikaw jew jikkorreġu proporzjon sinifikanti mill-iżbalji qabel ma jkunu saru; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Kummissjoni ammettiet li tieħu mill-inqas għaxar snin biex tikkorreġi l-iżbalji; jirrimarka li, kieku ntużat l-informazzjoni kollha disponibbli, il-livell ta' żball seta' jitnaqqas bi 3,3 punti perċentwali kemm għall-infiq taħt il-politika reġjonali u urbana (6,1 %), kif ukoll għall-infiq fil-qasam tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd (6,2 %); jisħaq fuq il-fatt li, bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli, il-livell ta' żball seta' jitnaqqas b'2,8 punti perċentwali fil-qasam tal-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, li hu ġestit direttament mill-Kummissjoni;

64.  Jinnota li, fl-2014, tqiegħdet enfasi ġdida fuq ibbaġitjar u analiżi orjentati lejn ir-riżultati, flimkien ma' tibdil fl-approċċi metodoloġiċi; jissottolinja, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jsir stħarriġ ċar u trasparenti tal-kontribut li ta l-baġit tal-Unjoni tal-2014 għar-riżultati li nkisbu f'konnessjoni mal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-objettivi tal-politiki settorjali;

65.  Jinnota wkoll li l-prattika tar-rapporti ta' attività annwali hu mmirata biex tippermetti l-identifikazzjoni tar-riżultati miksuba mill-interventi, imma għadha aktar tqis l-output milli r-riżultati;

66.  Japprova r-riżervi maħruġa mid-Direttur-Ġenerali tad-DĠ REGIO fir-rapport ta' attività annwali tiegħu dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/il-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fi 12-il Stat Membru (77 programm) u l-programmi fil-qasam tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea; hu tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

67.  Japprova r-riżervi maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-rapport ta' attività annwali tiegħu dwar il-partiti ta' nefqa li ġejjin;

   ABB02 – Nefqa għall-Miżuri tas-Suq: fejn hemm EUR 77,7 miljun fir-riskju u tmien elementi ta' riżerva, li jinvolvu 4 skemi ta' għajnuna f'seba' Stati Membri : l-Awstrija, Franza (fejn żewġ miżuri ta' għajnuna huma kkonċernati), in-Netherlands, il-Polonja, Spanja, ir-Rumanija u r-Renju Unit;
   ABB03 – Pagamenti diretti: fejn hemm EUR 831,6 miljun fir-riskju, li jinvolvu 15-il aġenzija tal-pagamenti f'sitt Stati Membri: Spanja (fejn 10 aġenziji tal-pagamenti huma kkonċernati), Franza, ir-Renju Unit (l-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali fl-Ingilterra), il-Greċja, l-Ungerija u l-Portugall;
   ABB04 – Nefqa għall-iżvilupp rurali: fejn hemm EUR 532,5 miljun fir-riskju, li jinvolvu 28 aġenzija tal-pagamenti f'16-il Stat Membru: il-Bulgarija, il-Ġermanja (fejn tliet aġenziji tal-pagamenti huma kkonċernati), id-Danimarka, Spanja (sitt aġenziji tal-pagamenti), Franza (żewġ aġenziji tal-pagamenti), ir-Renju Unit (żewġ aġenziji tal-pagamenti), l-Ungerija, il-Greċja, l-Italja (fejn erba' aġenziji tal-pagamenti huma kkonċernati), il-Litwanja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvezja;
   ABB05 – Nefqa taħt l-IPARD għat-Turkija: fejn hemm EUR 5,07 miljun fir-riskju;

hu tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

68.  Japprova r-riżervi maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ EMPL fir-rapport ta' attività annwali tiegħu; jinnota li r-rapport ta' attività annwali tiegħu jinkludi riżerva relatata mal-pagamenti li saru għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għal ammont fir-riskju ta' EUR 169,4 miljun fl-2014, li jinvolvi nefqa fuq sistemi ta' ġestjoni u kontroll għal 36 programm operattiv speċifiku taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja u r-Renju Unit għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; hu tal-opinjoni li dawk ir-riżervi juru li l-proċeduri ta' kontroll implimentati fil-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kollha fl-oqsma ta' politika korrispondenti;

69.  Jitlob lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ DEVCO jipprovdi assigurazzjoni fejn ir-riskju jkun aktar differenzjat fir-rapport ta' attività annwali tiegħu u jindirizza sussegwentement aktar mir-riżorsi ta' kontroll tagħhom lejn l-oqsma koperti minn riżervi speċifiċi;

70.  Jappella lill-Kunsill biex jadotta pożizzjoni aktar viġilanti fir-rigward tal-kwittanza u jilqa' l-pożizzjoni kritika li ħadu l-Iżvezja u r-Renju Unit meta talbu lill-Kummissjoni u lill-Qorti:

   jiffokaw fuq l-oqsma u l-benefiċjarji b'riskju għoli ta' żbalji minflok ma jżidu aktar kontrolli fuq kulħadd;
   jiffokaw aktar fuq kontrolli ex ante milli fuq kontrolli ex post;
   jippreżervaw il-limiti massimi li ntlaħaq qbil unanimu dwarhom, b'mod partikolari billi jżommu d-dixxiplina fiskali fir-rigward tal-impenji, billi jiddiżimpenjaw b'mod effikaċi l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx sabiex joħolqu spazju għal prijoritajiet u programmi ġodda, billi jżidu t-trasparenza billi jipprovdu previżjonijiet fuq żmien twil, billi jiżguraw bilanċ bejn l-impenji u l-pagamenti u billi jnaqqsu l-bilanċji ta' flus eċċessivi fl-istrumenti finanzjarji, peress li għad fadal aktar minn EUR 14-il biljun f'fondi mhux utilizzati maqfulin fi ħdan strumenti ta' dan it-tip, li jistgħu jintużaw għal ħtiġijiet u prioritajiet aktar urġenti;

jilqa' wkoll -l-eżortazzjoni tal-Iżvezja u r-Renju Unit lill-Istati Membri biex jisfruttaw aħjar l-informazzjoni disponibbli sabiex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni;

Sommarju

71.  Jikkonkludi li l-kwittanza

   (a) għandha prijoritajiet li jinkludu approċċ ibbilanċjat bejn il-metodi tradizzjonali u konċentrazzjoni msaħħa fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, filwaqt li, fi kwalunkwe każ, jitqiesu l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati, il-politiki settorjali u l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu ġestiti avvenimenti imprevisti;
   (b) tirrikjedi titjib fid-disponibbiltà u l-ġestjoni tad-data sabiex jiġu ddikjarati l-prestazzjoni u r-riżultati;
   (c) japprezza kollegament msaħħaħ bejn il-baġit tal-Unjoni u l-istrateġiji u l-kunċetti fundamentali tal-politiki tal-Unjoni (bħall-Istrateġija Ewropa 2020) u l-korrelazzjoni tagħhom ma' politiki settorjali fundamentali;
   (d) tirrispetta metodi ta' ġestjoni u kontroll imtejba bi qbil mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;
   (e) tipprovdi spazju għall-iżvilupp tal-osservazzjonijiet mill-eżerċizzji preċedenti ta' kwittanza fil-forma ta' segwitu regolari;
   (f) jiddispjaċih dwar iż-żieda sinifikanti fl-iżbalji fin-nefqa operattiva ġestita direttament mill-Kummissjoni, li telgħu sa punt fejn issa jikkorrispondu mal-livell ta' żball għall-infiq taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri għall-ewwel darba;
   (a) l-akbar sehem għadu kkontribwit mill-Istati Membri abbażi tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom (ING); fl-2014 din il-kontribuzzjoni kienet tammonta għal EUR 94,9 biljun;
   (b) sorsi oħra jinkludu pagamenti bbażati fuq il-VAT miġbura fl-Istati Membri individwali, li b'kollox jammontaw għal EUR 17,7 biljun;
   (c) id-dazji doganali u agrikoli jirrappreżentaw it-tielet sors sostanzjali, fil-livell ta' EUR 16,4 biljun;

B. Kapitoli speċifiċi

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja ġenerali

72.  Jirrimarka li ġestjoni finanzjarja tajba tirrigwarda r-riżultati reali tal-interventi baġitarji tal-Unjoni, naturalment sakemm jirrispettaw ir-regoli dwar il-legalità u r-regolarità u jikkontribwixxu għall-valur miżjud tal-baġit tal-Unjoni mill-perspettiva tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-minimizzazzjoni tar-rati ta' żball u l-każijiet ta' frodi hi prekundizzjoni meħtieġa biex jiġu rispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

73.  Jissottolinja li l-livell tar-rata ta' żball mhux neċessarjament indikatur ta' każ ta' frodi, ineffiċjenza jew ħela iżda stima tal-flussi finanzjarji li ma misshomx tħallsu għax ma ntużawx bi qbil mar-regoli u r-regolamenti; jenfasizza madankollu li ż-żieda drastika ta' żbalji serji fil-kuntest tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku hi kwistjoni ta' tħassib gravi, peress li l-Istati Membri għandhom snin ta' esperjenza bir-regoli eżistenti dwar l-akkwisti, u jekk diġà qed jaffaċċjaw diffikultajiet fir-rigward ta' dawn ir-regoli, dan ma jawgurax tajjeb għal meta se jkollhom jadattaw il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali għal mad-direttivi l-ġodda dwar l-akkwist u l-konċessjonijiet; jirrikonoxxi li r-rata ta' żball ma tinftiehemx sew miċ-ċittadini tal-Unjoni u jitlob lill-Qorti tniedi f'dan il-kuntest dibattitu mal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati n-nuqqasijiet metodoloġiċi potenzjali u jintlaħaq qbil dwar standards komuni għar-rapporti dwar ir-rata ta' żball;

74.  Jirrakkomanda li r-regoli u r-regolamenti jiġu vverifikati permezz ta' proċess ta' valutazzjoni tal-impatt regolatorju(85) biex tiġi ttestjata l-kompatibbiltà u l-konformità tagħhom mal-ħtiġijiet u l-objettivi tal-Unjoni, kif ġara fil-każ tal-iskemi ta' rimborż tal-ispejjeż, filwaqt li l-eżempji l-iktar tipiċi ta' żbalji jinkludu pagamenti għal spejjeż ineliġibbli (41 %) u żbalji fl-akkwist pubbliku (27 %); jinnota li dawn l-iżbalji jistgħu jkunu differenti minn frodi jew att ta' qerq intenzjonat biex jinkiseb benefiċċju;

75.  Jiġbed l-attenzjoni f'dan ir-rigward għall-fatt li l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tal-2014 ġiet eżerċitata taħt oqfsa regolatorji differenti għax f'dik is-sena kien hemm fis-seħħ żewġ oqfsa għall-perjodi 2007-2013 u 2014-2020;

76.  Jirrimarka li hu korrett u essenzjali li ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' rata ta' żball relatati mat-tipi differenti ta' nefqa baġitarja tal-Unjoni peress li jiġu allokati skont kriterji differenti u għalhekk hu diffiċli ħafna li jsir paragun bejniethom;

77.  Jinnota li, fl-isforz tagħha biex issostni kultura ta' prestazzjoni msaħħa, il-Qorti, fir-rapport annwali tagħha tal-2014, tagħti attenzjoni kbira lill-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-prestazzjoni baġitarja tal-Unjoni peress li ttestjat, bħala eżerċizzju pilota, il-komplementarjetà reali bejn il-finanzjament mill-Unjoni u l-Istrateġija Ewropa 2020; jinnota li l-Qorti ssottolinjat u identifikat interkonnessjoni baxxa u dgħajfa bejn il-ftehimiet ta' sħubija/il-programmi operattivi u l-Istrateġija Ewropa 2020; jiġbed l-attenzjoni madankollu għall-fatt li t-tali komplementarjetà għandha tiġi kkunsidrata fi ħdan il-kuntest kumplessiv tal-missjonijiet speċifiċi għall-fondi skont l-objettivi tagħhom b'bażi fit-Trattati, inkluża l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

78.  Jesprimi tħassib dwar ir-rata ta' assorbiment tal-fondi fl-Istati Membri, li tvarja bejn il-50 % u t-92 %; jappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta analiżi komprensiva dwar x'inhi r-raġuni għala ċerti reġjuni għadhom jeżibixxu rati baxxi ta' assorbiment u tivvaluta modi speċifiċi biex jiġu rrimedjati l-problemi strutturali sottostanti għal dawn l-iżbilanċi;

79.  Japprezza n-natura innovattiva tar-rapport annwali tal-Qorti tal-2014 li inkluda approċċ ibbażat fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni, waqt li vvaluta l-applikazzjoni u l-orjentazzjoni tal-interventi baġitarji tal-Unjoni fil-konfront tal-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; jikkunsidra li approċċ ibbażat fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni għandu jiġi applikat fis-snin li ġejjin meta jkunu qed jitfasslu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi individwali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

80.  Jissottolinja l-fatt li l-osservazzjonijiet fuq il-kisbiet tal-Qorti jevidenzjaw il-bżonn li jiġu applikati miżuri għat-titjib tal-prestazzjoni baġitarja u l-istandards fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża;

Prestazzjoni baġitarja

81.  Jinnota li l-prestazzjoni baġitarja timplika li n-nefqiet baġitarji tal-Unjoni jiġu ffokati b'mod xieraq fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-perjodu partikolari;

82.  Jirrimarka li l-kultura ta' prestazzjoni hi bbażata fuq tliet pilastri fundamentali: strateġija, semplifikazzjoni, u l-proċedura baġitarja;

83.  Jirrakkomanda li jitkompla l-proċess ta' semplifikazzjoni tal-proċeduri u tal-kontenut baġitarju b'mod li jkun hemm tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi eċċessivi u limitazzjonijiet għar-regolamentazzjoni żejda fi Stati Membri partikolari; jisħaq fuq il-fatt li l-proċess ta' semplifikazzjoni m'għandux iwassal għad-deregolamentazzjoni u m'għandux ifisser li l-mekkaniżmi u l-proċeduri ta' kontroll, jiġifieri l-awditi ex ante, jintesew; jissottolinja l-fatt li s-semplifikazzjoni m'għandhiex tikkawża bidliet wisq frekwenti għall-qafas regolatorju, li jwasslu għal piżijiet addizzjonali għall-amministrazzjoni u l-benefiċjarji, biex b'hekk idgħajfu l-iżviluppi pożittivi intenzjonati tas-semplifikazzjoni; jilqa' l-eżistenza tal-grupp ta' livell għoli maħluq mill-Kummissjoni u qed jistenna r-riżultati;

84.  Jirrakkomanda titjib fil-proċedura baġitarja fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni u ġestjoni rigward il-prestazzjoni, inkluża l-effikaċja tal-kontrolli apparagun tal-ispejjeż, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u l-kwittanza, id-databażijiet tal-proġetti u l-komunikazzjoni;

85.  Jappella lill-Kummissjoni biex itejjeb il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-atturi involuti fl-ippjanar baġitarju, l-implimentazzjoni u l-kwittanza, u mal-pubbliku b'mod aktar ġenerali, billi tallinja l-aspettattivi, tikkondividi l-esperjenzi fir-rigward tal-implimentazzjoni u tirrapporta dwar il-kisba ta' riżultati;

86.  Jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tuża għodda bħall-media soċjali, stħarriġ u gruppi fokus biex tkejjel l-għarfien min-naħa tal-pubbliku u tivvaluta l-modi kif tista' ttejjeb l-istrateġija komunikattiva tagħha fil-ġejjieni rigward ir-riżultati tal-proġetti fil-konfront taċ-ċittadini;

87.  Jilqa' l-grupp ta' ħidma interistituzzjonali l-ġdid dwar ibbaġittjar abbażi tal-prestazzjoni sabiex jintlaħaq fehim komuni dwar il-prinċipji ta' bbaġittjar ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati;

88.  Jirrakkomanda titjib korrispondenti f'oqsma bħall-allinjament tal-intensità tal-kontrolli mar-riskju, l-immappjar tar-rapportar dwar il-prestazzjoni jew l-affidabbiltà tar-riżultati tal-kontrolli irrapportati mill-Istati Membri;

89.  Jinnota li l-Kummissjoni ħolqot kapaċità analitika enormi, iffokata l-aktar fuq is-setturi rilevanti għad-DĠ individwali, mingħajr ma analizzat il-kwistjonijiet orizzontali, pluridixxiplinari u r-riżultati reali tal-politiki tagħha (ko)finanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

90.  Jirrakkomanda li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u fuq il-kwistjoni ta' imperfezzjonijiet/fallimenti tas-suq, peress li dan l-approċċ jgħin biex jiffoka l-interventi ta' finanzjament mill-Unjoni fuq l-oqsma fejn jistgħu jiġu akkomodati l-aħjar il-kriterji ta' ekonomija, effiċjenza u effikaċja; jirrimarka li d-disinn għandu jitfassal speċifikament skont sett ta' tipi differenti ta' imperfezzjonijiet/fallimenti tas-suq, wieħed marbut mal-assimetrija tal-informazzjoni u l-ieħor relatat ma' valutazzjonijiet kummerċjali tar-redditu li ġeneralment ma jinkludux l-esternalitajiet pożittivi u l-benefiċċji soċjali aktar estensivi kollha waqt li t-tnejn li huma ġustifikabbilment jiġu sostnuti mill-finanzjament mill-Unjoni;

91.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tadotta kriterju bbażat fuq x'aktarx kien iseħħ kieku il-proġett jew l-attività kkonċernata ma kinux saru jew ma kinux irċevew finanzjament mill-Unjoni, meta tkun qed tevalwa l-valur miżjud tal-Unjoni;

92.  Jappella b'urġenza għal kjarifika dwar kemm tħallsu flus minn fondi tal-Unjoni lil impriżi medjatiċi f'kull Stat Membru, liema impriżi rċevew pagamenti u jekk ir-raġuni kinitx li jiġu ppubbliċizzati l-fondi jew raġuni oħra;

Ġestjoni kondiviża

93.  Ifakkar li l-Istati Membri għandhom responsabbiltà kbira għal allokazzjoni korretta tal-baġit tal-Unjoni, peress li 76 % tan-nefqa issir taħt ġestjoni kondiviża; jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom responsabbiltà importanti għal implimentazzjoni korretta u leċita tal-baġit tal-Unjoni meta jkunu responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

94.  Jisħaq fuq il-fatt li element kruċjali għal allokazzjoni korretta hu d-definizzjoni korretta tal-ħtiġijiet tal-Unjoni flimkien mal-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati Membri;

95.  Jenfasizza li aktar ma l-Istati Membri jħabirku biex jissodisfaw l-objettivi nazzjonali u kkwantifikati tal-Istrateġija Ewropa 2020, aktar jista' jiġi mmirat l-infiq baġitarju tal-Unjoni, u aktar ma dawk l-objettivi jirriflettu l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali reali tal-Unjoni, aktar l-Unjoni Ewropea tkun tista' tiżgura ambjent aħjar għal ġestjoni finanzjarja tajba; jirrakkomanda f'dan il-kuntest li tinħoloq pjattaforma permanenti li tkun tinkludi lill-Kummissjoni, lir-rappreżentanzi tal-gvernijiet nazzjonali, inklużi r-rappreżentanzi permanenti għall-Unjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-awtoritajiet reġjonali;

96.  Jikkondividi l-konklużjoni tal-Qorti li jeħtieġ li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri indipendenti jużaw kull informazzjoni rilevanti disponibbli biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ir-rimborż; jiddikjara b'mod sod li, meta d-data tkun disponibbli, m'għandu jkun hemm l-ebda raġuni biex il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri indipendenti ma jiħdux il-miżuri adegwati biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji;

97.  Jappella lill-Qorti biex, flimkien mal-awtoritajiet ta' awditjar nazzjonali, tiżviluppa sistema li tippermetti li l-Qorti tevalwa s-segwitu li l-Istati Membri jkunu taw għar-rakkomandazzjonijiet tagħha;

98.  Jappella lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri sabiex il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi jittrasponu b'mod aktar komplut l-Istrateġija Ewropa 2020 u anke jimplimentaw il-kunċett ta' indikaturi tar-riżultati komuni kif propost fir-rapport annwali tal-Qorti tal-2014;

99.  Iqis li tkun xi ħaġa utli li l-Parlament u l-Kunsill flimkien isibu mod kif jindirizzaw il-kwistjoni tal-infiq tal-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża;

100.  Japprova l-inklużjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi individwali fil-ftehimiet ta' sħubija;

101.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-negozjati mal-Istati Membri fir-rigward tal-ħtieġa li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali u s-sommarji annwali jiġu ppublikati;

Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri

102.  Jinsab imħasseb li, għall-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl-2014 (ipparagunati mal-pagamenti tal-Unjoni li rċevew), xi Stati Membri laħqu rata tliet darbiet ogħla mill-perċentwal medju ta' 2,3 % (is-Slovakkja 8,7 %, ir-Repubblika Ċeka 8,1 %, il-Greċja 4,7 %);

103.  Jinnota li, għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, EUR 209 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji taħt l-FSE ġew ikkonfermati u EUR 156 miljun ġew implimentati, u minn dawn EUR 95 miljun ġew ikkonfermati fl-2014; jirrimarka li l-Istati Membri bl-ogħla livell ta' korrezzjonijiet huma Spanja (EUR 56 miljun), ir-Rumanija (EUR 43 miljun); il-Polonja (EUR 32 miljun) u Franza (EUR 20 miljun);

104.  Jistqarr li l-ammonti kumulattivi korretti għall-politika ta' koeżjoni fl-2007-2013 jirrappreżentaw 0,9 % mill-allokazzjonijiet baġitarji; jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li hu mistenni li l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2007-2013 se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin hekk kif jibdew jingħalqu l-programmi tagħha;

105.  Jinnota li, għall-programmi FEŻR/FK, il-Kummissjoni imponiet madwar EUR 2 biljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivament minn mindu beda l-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, li jinkludu EUR 782 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Istati Membri qabel jew fl-istess ħin meta ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; josserva bi tħassib li l-Istati Membri prinċipali kkonċernati huma r-Repubblika Ċeka (EUR 719-il miljun), l-Ungerija (EUR 298 miljun), il-Greċja (EUR 257 miljun), Spanja (EUR 237 miljun), is-Slovakkja (EUR 152 miljun), ir-Rumanija (EUR 146 miljun) u l-Italja (EUR 105 miljun);

106.  Jinnota li, għall-FSE, l-Istati Membri bl-ogħla livell ta' ċifri ta' korrezzjoni finanzjarja kumulattiva huma r-Rumanija (EUR 355 miljun), Spanja (EUR 213-il miljun) u l-Polonja (EUR 152 miljun).

107.  Jikkunsidra li l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri huma mezzi effikaċi għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jiddispjaċih madankollu li minħabba l-qafas ġuridiku għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-kumplessità tal-proċeduri relatati u l-għadd ta' saffi ta' kontroll involuti f'ħafna oqsma, l-iżbalji jistgħu jiġu kkoreġuti biss diversi snin wara li jkunu seħħew;

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji

108.  Jissottolinja l-fatt li l-korruzzjoni u l-frodi jnawru l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fid-demokrazija, u jimminaw il-funzjonament tas-suq intern tal-Unjoni; jinnota li hemm bżonn ta' approċċ integrat li permezz tiegħu jkunu jistgħu jaħdmu flimkien l-istituzzjonijiet tal-Unjoni (u l-Istati Membri); jiddispjaċih li diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni (il-Kummissjoni u l-aġenziji, l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi, il-Qorti) jirrapportaw dwar il-frodi b'modi differenti;

109.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqiegħed l-arranġamenti ta' rapportar kollha ġo sistema koerenti waħda sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b'hekk tagħmel il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni aktar effikaċi; ifakkar fl-importanza ta' leġiżlazzjoni koerenti fi ħdan l-Unjoni għal ġlieda effiċjenti kontra l-kriminalità organizzata li topera f'livell transnazzjonali;

110.  Jirrimarka li t-trasparenza hija l-aktar strument effikaċi biex jiġu miġġielda l-abbuż u l-frodi; jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-leġiżlazzjoni f'dan ir-rigward, b'mod li tagħmel obbligatorja l-pubblikazzjoni tad-data relatata mal-benefiċjarji kollha ta' finanzjament mill-Unjoni, inkluża d-data dwar is-sottokuntratti;

111.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tingħaqad mal-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali dwar il-Korruzzjoni (Serje ta' Trattati Ewropej Nru 173) tal-Kunsill tal-Ewropa u tħaffef in-negozjati dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) b'mod li tikkontribwixxi għal-politiki aktar ikkoordinati kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa;

112.  Jappella lill-Kummissjoni biex tassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-irkupru tal-fondi mħallsa indebitament fil-baġit tal-Unjoni u biex tistabbilixxi prinċipji ta' rapportar uniformi fl-Istati Membri kollha bl-għan li tiżgura l-ġbir ta' data paragunabbli, affidabbli u adegwata;

113.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha tal-2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji (PIF), li tfakkar li kemm id-Direttiva PIF u r-Regolament dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Regolament UPPE) "se tikkumplimenta u ssaħħaħ il-qafas ġuridiku u ssaħħaħ b'mod konsiderevoli l-ġlieda kontra l-frodi"; itenni l-fehmiet tiegħu li hemm bżonn urġenti li malajr kemm jista' jkun tiġi adottata d-Direttiva PIF, bil-VAT inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u b'definizzjoni ċara tar-reati fil-qasam tal-PIF, regoli minimi għall-pieni massimi ta' ħabs applikabbli u regoli minimi dwar l-istatut tal-limitazzjonijiet; ifakkar fil-Kawża Taricco, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-frodi fil-qasam tal-VAT hi tabilħaqq inkluża fid-definizzjoni ta' frodi rigward il-PIF fil-Konvenzjoni tal-1995 dwar il-PIF; jappella lill-Kummissjoni biex tiċċara r-relazzjonijiet bejn Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u biex teżamina l-possibbiltà li jkun hemm approċċ b'integrazzjoni aktar qawwija ta' dawn l-aġenziji sabiex l-investigazzjonijiet isiru aktar effikaċi;

114.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex iżżid it-trasparenza billi ttejjeb is-sistema tagħha ta' gruppi esperti, partikolarment fir-rigward tal-proċedura għall-għażla tal-esperti, permezz tal-iżvilupp ta' politika ġdida dwar il-kunflitti ta' interess għall-esperti maħtura f'kapaċità personali, bl-implikazzjoni tal-possibbiltà li l-Parlament jeżerċita kontroll dirett fuq il-ħatriet ta' dan it-tip; jieħu nota tar-rekwiżit li l-esperti jiġu rreġistrati fir-reġistru tat-trasparenza meta dan ikun relevanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, madankollu, biex tqis ir-rakkomandazzjonijiet kemm tal-Ombudsman Ewropew dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi esperti u kemm l-istudju "Kompożizzjoni tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni u l-istatus tar-reġistru tal-gruppi esperti" meta tkun qed tfassal l-emendi għar-regoli orizzontali attwali dwar il-gruppi esperti, b'mod li toħloq approċċ aktar sistematiku u trasparenti; jitlob li l-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu mal-Parlament qabel ma jiġu formalment adottati r-regoli, speċjalment fir-rigward tar-rapport ġejjieni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar din il-kwistjoni; jinkoraġġixxi lill-aġenziji Ewropej jikkunsidraw li jagħmlu riformi f'sens simili;

115.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri mhumiex qed jagħtu segwitu għall-każijiet allegati ta' frodi li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif qed jippreżentahomlhom l-OLAF; jappella lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri xierqa u lill-OLAF biex ikompli jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-prestazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' frodi fil-konfront tal-fondi Ewropej;

116.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' indikaturi stretti u kriterji uniformi; jinsab imħasseb dwar l-affidabbiltà u l-kwalità tad-data li ġejja mill-Istati Membri; jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex tiggarantixxi data komprensiva, preċiża u affidabbli mingħajr ma tinsa l-għan ta' implimentazzjoni sħiħa tal-Iskema ta' Awditu Uniku;

117.  Itenni t-talba tiegħu li, darbtejn fis-sena, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-politiki interni tagħhom kontra l-korruzzjoni, u jistenna b'ħeġġa li jaqra r-rapport li jmiss fil-bidu tal-2016; jitlob lill-Kummissjoni żżid kapitolu dwar il-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni u hu tal-opinjoni li r-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-ġejjieni għandhom dejjem ikopru lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni;

118.  Jesprimi tħassib dwar id-data pprovduta mill-EURODAD dwar il-ħasil tal-flus, li fiha l-Lussemburgu u l-Ġermanja huma fil-quċċata tal-klassifika fir-rigward ta' riskju ta' ħasil tal-flus; iqis li hu essenzjali li l-Istati Membri jittrasponu kompletament id-Direttiva tal-Unjoni dwar il-ħasil tal-flus u jintroduċu reġistru pubbliku bis-sjieda tal-kumpaniji, inklużi trusts;

119.  Jappella biex ikun hemm tranżizzjoni minn reġistru volontarju lejn reġistru obbligatorju tal-Unjoni għall-lobbisti kollha li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-Kummissjoni;

120.  Jikkunsidra li l-ewwel rapport biennali tal-Kummissjoni dwar il-ħidma kontra l-korruzzjoni hu tentattiv promettenti biex il-korruzzjoni tinftiehem aħjar fid-dimensjonijiet kollha tagħha, biex jiġu żviluppati reazzjonijiet effikaċi bil-ħsieb li tiġi affrontata u biex titwitta t-triq biex jissaħħaħ l-obbligu li għandha l-isfera pubblika li tagħti rendikont liċ-ċittadini tal-Unjoni; jafferma mill-ġdid, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-politika tal-UE ta' tolleranza żero għall-frodi, għall-korruzzjoni u għall-kollużjoni; jikkunsidra li hu ta' dispjaċir, madankollu, li dan ir-rapport ma inkludiex il-politiki kontra l-korruzzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni nnifishom;

121.  Jeżiġi li, sa mhux aktar tard milli fit-tieni rapport tagħha dwar il-ħidma kontra l-korruzzjoni, il-Kummissjoni twettaq analiżi ulterjuri kemm fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll f'dak tal-Istati Membri dwar l-ambjent li fih ikunu qed jiġu implementati l-politiki, sabiex tidentifika l-fatturi kritiċi inerenti, l-oqsma vulernabbli u l-fatturi ta' riskju li jiffaċilitaw il-korruzzjoni;

122.  Jappella lill-Kummissjoni biex tissodisfa mingħajr dewmien l-obbligi ta' rapportar tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni;

Ir-rata ta' żball b'mod ġenerali

123.  Jinnota bi tħassib li l-aktar tipi ta' żbalji komuni li ġew identifikati huma l-ispejjeż ineliġibbli inklużi fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż (41 %), żbalji serji fl-akkwist pubbliku (27 %) u dikjarazzjonijiet inkorretti tal-erja mill-bdiewa (20 %);

124.  Jinnota madankollu li l-perċentwal ta' żbalji serji mill-Istati Membri fl-akkwist pubbliku tnaqqas b'mod sinifikanti minn 45 % fl-2013 fil-qasam tal-politika reġjonali, għal 25 % tal-iżbalji kkwalifikati kollha għall-qasam politiku magħqud tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-2014;

125.  Iqis li hu allarmanti l-fatt li, f'ħafna każijiet ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel jaċċettaw in-nefqa; li kieku din l-informazzjoni kollha ntużat għall-korrezzjoni tal-iżbalji, l-istima tal-livell ta' żball setgħet tkun ferm aktar baxxa;

126.  Jinnota li, għall-programmi bbażati fuq drittijiet, l-istima tal-livell ta' żball hi ta' 2,7 % (3 % fl-2013), u għaldaqstant hi ferm inqas milli hi fin-nefqiet għal rimborż fejn l-istima tal-livell ta' żball hi ta' 5,5 % (5,6 % fl-2013); jitlob lill-Kummissjoni tevalwa li taqleb minn skema ta' rimborż għal skema bbażata fuq drittijiet fejn ikun xieraq, bħala mezz ta' semplifikazzjoni;

L-aħjar prattika

127.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-obbligi tagħhom biex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija 2020 tal-Unjoni bl-istess serjetà kif jagħmlu fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi individwali u l-proċedura tas-Semestru Ewropew; dan kieku jirrifletti bidla viżibbli fil-kunċett ta' prestazzjoni, li għandha tiġi segwita ulterjorment bl-implimentazzjoni ta' proċessi evalwattivi b'impatt, bħar-riżerva għall-prestazzjoni għall-benefiċjarji responsabbli u sanzjonijiet u limitazzjonijiet għall-oħrajn;

Evalwazzjoni u analiżi tar-riżultati ewlenin tal-baġit tal-Unjoni għall-2014

128.  Jinnota li total ta' madwar EUR 142,5 biljun fl-2014 jirrappreżenta kważi t-2 % tan-nefqa pubblika totali fl-Istati Membri tal-Unjoni, jew 1 % tal-PDG tal-Unjoni;

129.  Jitlob li l-identifikazzjoni tal-effetti reali tal-utilizzazzjoni baġitarja tal-Unjoni fuq l-indikaturi makroekonomiċi tal-Unjoni ssir suġġett tal-proċeduri ta' kwittanza;

130.  Jiddispjaċih li 47 % biss mill-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja tħallsu lid-destinatarji finali sa tmiem l-2013 f'ġestjoni kondiviża (fi tmiem l-2012 kienu tħallsu 37 %) u li l-livell tal-flus miżmuma fl-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja taħt ġestjoni indiretta baqa' għoli (EUR 1,3 biljun fl-2014; EUR 1,4 biljun fl-2013);

131.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat ir-regolament applikabbli rigward l-estensjoni tal-perjodu ta' eliġibbiltà għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, u t-tweġiba tal-Kummissjoni għaliha;

132.  Jappella lill-Kummissjoni biex, b'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, tikkunsidra, fil-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħha, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità f'ċerti Stati Membri sabiex tevita s-sottoutilizzazzjoni tal-fondi u żżid ir-rati ta' assorbiment, speċjalment fil-qasam tal-FSIE; filwaqt li tirrikonoxxi l-azzjonijiet li ttieħdu s'issa, bħat-twaqqif tat-Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar, li diġà ġġenera titjib;

133.  Jitlob li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex tnaqqas l-impenji pendenti, inkluż l-għeluq f'waqtu tal-programmi 2007-2013 u tnaqqis tal-flus miżmuma mill-fiduċjarji;

134.  Itenni li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kull sena previżjoni fuq żmien twil tal-flussi tal-flus li tkopri l-limiti massimi baġitarji, il-ħtiġijiet ta' pagament, ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità u l-potenzjal li jiġu rtirati l-impenji b'mod li l-ħtiġijiet ta' pagamenti jiġu jikkorrispondu aħjar mal-fondi disponibbli(86);

135.  Hu tal-opinjoni li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2016, hija l-ewwel u l-aqwa opportunità biex il-livell għoli ta' RAL jiġi affrontat fuq bażi strutturali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta biex jiġi riveduti ir-Regolament QFP sabiex, fost affarijiet oħra, tirranġa r-RAL;

Pagamenti pendenti

136.  Jisħaq fuq il-fatt li l-impenji li saru fl-2014 ammontaw għal EUR 109,3 biljun, jiġifieri 76,6 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli u li, bħala riżultat, fl-2015 kien disponibbli livell għoli ħafna ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (b'riport ta' EUR 12,1 biljun, u żieda għal-limitu massimu ta' EUR 16,5 biljun);

137.  Jiddispjaċih li, minkejja l-fatt li l-livell tal-pagamenti kompla jkun ogħla mil-limitu massimu tal-QFP, l-użu tal-marġni ta' kontinġenza għat-talbiet għal pagamenti li ma tħallsux żdied b'EUR 1,4 biljun għal EUR 25,8 biljun; jisħaq fuq l-importanza li tiġi rispettata kompletament id-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament 2015-2016 li ntlaħaq qbil dwaru bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, b'segwitu għall-impenn kondiviż biex l-arretrat ta' talbiet għal pagamenti pendenti għall-programmi ta' koeżjoni 2007-2013 jitnaqqas għal madwar EUR 2 biljun sa tmiem l-2016; hu tal-fehma li f'termini de facto din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 310 TFUE, li jiddikjara li d-dħul u l-ħruġ murija fil-baġit iridu jkunu jaqblu;

138.  Jisħaq fuq il-fatt li hu previst li t-tnaqqis fil-livell tal-impenji pendenti se jkun temporanju minħabba ż-żieda mitluba fil-limitu massimu tal-QFP għall-2015 u s-snin sussegwenti;

139.  Jindika, b'mod partikolari, li sa tmiem l-2014, il-pagamenti lill-Istati Membri FSIE pluriennali għall-2007-2013(87) laħqu EUR 309,5 biljun; jiġifieri 77 % minn EUR 403 biljun għall-programmi operattivi kollha, fejn ħames Stati Membri (speċifikament ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Italja, il-Polonja u r-Rumanija) jirrapreżentaw aktar minn nofs l-impenji li ma ntużawx mill-FSIE pluriennali;

140.  Jiddispjaċih li l-arretrat fl-assorbiment tal-fondi pluriennali hu sinifikanti u jista' joħloq problema reali għal xi Stati Membri(88); jappoġġa u jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-utilità li jiġu applikati alternattivi ta' flessibiltà, minħabba d-dewmien fit-tnedija tal-programmi kollha;

Dħul

141.  Jinnota li l-flussi tad-dħul, fil-prinċipju huma bbażati fuq diversi għejun:

142.  Jilqa' l-fatt li, mit-tliet rakkomandazzjoni magħmula mill-Qorti fl-2011-2012, tnejn qed jiġu implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti tagħhom u waħda qed tiġi implimentata f'xi aspetti tagħha;

ING

143.  Jissottolinja li parametru ING hu fattur kruċjali għall-kwistjoni tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni u jisħaq fuq il-fatt li hi kwistjoni kruċjali, l-unika waħda serja fir-rigward tas-suġġett tad-dħul taħt l-istruttura tal-baġit attwali tal-Unjoni, li dan jitkejjel b'mod korrett u oġġettiv, u li hu importanti ħafna li jkun hemm bażijiet tad-data affidabbli u flessibbli għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri;

144.  Jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex tiddikjara li d-data dwar l-ING imressqa mill-Istati Membri tkun affidabbli u għaldaqstant il-kontribuzzjonijiet tagħhom ikunu korretti;

145.  Ifakkar li, fl-2014, aġġornamenti għad-data dwar l-ING wasslu għal aġġustamenti għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri li kienu ta' daqs mingħajr preċedent u ammontaw għal EUR 9 813-il miljun;

146.  Jisħaq fuq il-fatt li dawn ir-reviżjonijiet importanti għall-bilanċi tal-ING setgħu kien iżgħar kieku kienet ġiet stabbilita politika ta' reviżjoni komuni tal-UE għall-armonizzazzjoni tal-kalendarju għar-reviżjonijiet importanti;

147.  Jiddispjaċih li l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), u b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi “karusell” jew tal-kummerċjant nieqes, tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u ċċaħħad lill-baġits nazzjonali minn riżorsi sinifikanti filwaqt li tipperikola l-baġit tal-Unjoni; jirrimarka li d-diskrepanza tal-VAT u t-telf stmat mill-ġbir tal-VAT fl-2013 ammontaw għal EUR 168 biljun; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda data affidabbli dwar il-VAT u frodi tat-tip karusell; jinnota li s-sistema tal-VAT attwali għadha frammentata u toħloq piżijiet amministrattivi sinifikanti, speċjalment għall-SMEs u kumpaniji onlajn; jinsab imħasseb li s-sistema l-ġdida ta' responsabbiltà għall-VAT bħala riżorsa proprja ma setgħetx tilħaq kompletament l-għan tagħha ta' semplifikazzjoni u jisħaq fuq ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jindirizzaw id-dgħufijiet fil-EUROFISC u jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom dwar ir-reverse charges, jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni u jgħinu fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi emendi leġiżlattivi li jippermettu kontroverifiki effettivi bejn data doganali u tat-taxxa, u tiffoka s-sorveljanza tagħha tal-Istati Membri dwar it-titjib tal-puntwalità tar-risposti tagħhom għat-talbiet għall-informazzjoni u dwar l-affidabbiltà tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT;

Miżuri li għandhom jittieħdu

148.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi dwar il-futur tal-finanzjament tal-Unjoni li tevalwa l-adegwatezza tal-bażi ta' riżorsi proprji;

149.  Jiddispjaċih li l-proposti mressqa mill-Kummissjoni fl-2013 biex tintroduċi politika ta' reviżjoni komuni tal-Unjoni għadhom pendenti, mingħajr ma ttieħdet l-ebda azzjoni oħra mill-Kummissjoni minkejja l-fatt li 19-il Stat Membru indikaw li kienu lesti jallinjaw ruħhom, tal-anqas parzjalment, mal-politika ta' reviżjoni tal-Unjoni sa Settembru 2014;

150.  Jilqa' l-istabbiliment tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji; jilqa' l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni li l-Grupp ippreżenta fi tmiem l-2014 u jaqbel li din is-sistema gradwalment ġiet iddominata minn kontribuzzjonijiet nazzjonali, b'parti li jifdal tar-riżorsi proprji, indipendenti u ġenwinament Ewropej; iqis li s-sistema attwali tar-riżorsi proprji għandha tmur lil hinn mid-dibattitu nazzjonali attwali dwar il-kontributuri u r-riċevituri netti, li huwa 'l bogħod miċ-ċittadini tal-Unjoni, għal sistema li hija tassew fl-interess ġenerali tal-Unjoni u l-politiki tagħha.

151.  Jirrimarka li l-bidliet li rriżultaw mill-ħidma fuq ir-riżervi kienu jiġu mitigati li kieku ċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tal-Kummissjoni kien iqsar u jfakkar li l-Parlament is-sena l-oħra ħeġġeġ lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013:

   (a) tqassar id-durata taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tagħha tal-ING;
   (b) tillimita l-użu tar-riżervi ġenerali għal każijiet eċċezzjonali;

152.  Jinnota bi tħassib profond li l-Kummissjoni ħabbret li ċ-ċiklu ta' verifikazzjoni li jmiss se jitlesta biss fl-2019 u li r-riżervi se jkopru mill-inqas disa' snin, bħal ma ġara f'dak preċedenti;

153.  Jirrimarka li, skont il-Qorti, il-kwalità tal-verifiki magħmula mid-dwani tal-Istati Membri ma tjiebitx; jiddispjaċih li l-verżjoni aġġornata tal-Gwida għall-Awditjar Doganali maħruġa mill-Kummissjoni fl-2014 ma tkoprix uħud min-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati ma' kif għandhom jiġu ttrattati l-importazzjonijiet approvati fi Stati Membri oħra;

154.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   (a) tieħu miżuri biex tnaqqas l-għadd ta' snin koperti minn riżervi fi tmiem iċ-ċiklu ta' verifikazzjoni li jmiss għall-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;
   (b) timplimenta l-arranġamenti meħtieġa sabiex jitnaqqas l-impatt tar-reviżjonijiet tal-metodi u s-sorsi ppreżentati mill-Istati Membri għall-kompilazzjoni tal-ING tagħhom;
   (c) ittejjeb il-gwida eżistenti mogħtija lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-verifiki li jagħmlu (b'mod partikolari l-awditi wara l-approvazzjoni); kif ukoll
   (d) tiżgura li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi xierqa għat-tħejjija u l-ġestjoni tad-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar dazji doganali u imposti fuq iz-zokkor;
   (e) testendi l-kapaċità ta' valutazzjoni tar-riskju tal-Eurofisc biex tkopro s-sistema VIES (sistema transnazzjonali ta' skambju ta' informazzjoni dwar il-VAT);

L-aħjar prattika

155.  Jinnnota li n-naħa tad-dħul mhix milquta minn żbalji materjali, u dan minnu nnifsu hu tip tal-aħjar prattika, kif inhi l-prattika attwali ta' kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri abbażi tal-prinċipju ING li s'issa għadu jagħmel sens; madankollu, biex dan il-mudell jibqa' jiffunzjona, hi rikjesta valutazzjoni permanenti tal-prestazzjoni ekonomika fl-Istati Membri; alternattiva biex tiżdied il-bażi tar-riżorsi proprji għadha kwistjoni rilevanti għall-ġejjieni;

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Kwistjonijiet ġenerali

156.  Jilqa' l-fatt li l-istruttura tar-rapport annwali tal-Qorti ssewgi, għall-ewwel darba, l-intestaturi tal-QFP li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014; fl-2013, il-Kapitolu kien intitolat "Riċerka u politiki interni oħra"; jinnota, madankollu, li din il-bidla strutturali tillimita l-komparabbiltà tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti ma' dawk tas-snin preċedenti;

157.  Jinnota wkoll li r-riċerka u l-innovazzjoni jirrappreżentaw 61 % (EUR 8,1 biljun) tal-infiq, permezz tas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku 2007–2013 (FP7) u Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014–2020 fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (EUR 1,5 biljun), il-programmi spazjali (EUR 1,4 biljun), it-trasport (EUR 0.8 biljun) u azzjonijiet u programmi oħra (EUR 1,5 biljun) jirrappreżentaw il-bqija tad-39 %;

158.  Ifakkar li l-intestatura 1a tal-QFP tnaqqset drastikament matul in-negozjar tal-QFP (- 24 % meta mqabbel ma l-proposta inizjali tal-Kummissjoni); huwa konxju li l-intestatura 1a tinkludi nfiq fuq it-titjib tar-riċerka u l-innovazzjoni, it-titjib tas-sistemi edukattivi u l-promozzjoni tal-impjieg, l-iżgurar ta' suq uniku diġitali, il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, l-immodernizzar tas-settur tat-trasport u t-titjib tal-ambjent tan-negozju, speċjalment għall-SME;

159.  Jenfasizza li 90 % tal-infiq f'dan il-qasam jirrappreżenta għotjiet lil benefiċjarji privati u pubbliċi;

160.  Jilqa' l-fatt li tliet rakkomandazzjonijiet kienu implimentati bis-sħiħ u sitt rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati għall-parti l-kbira tal-aspetti mid-disa' rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fis-snin 2011–2012;

Ewropa 2020

161.  Huwa konxju li t-total kumulattiv tal-ftehimiet ta' għotja għall-FP7 kollu kemm hu huwa ta' 26,078 (li minnhom 9,627 ingħalqu); fl-istess żmien il-Kummissjoni nediet il-programm ta' ħidma 2014–2015 ta' Orizzont 2020, li kien ta' suċċess kbir b'46,097 proposta rċevuti sal-25 ta' Frar 2015: għal 79 sejħa konkluża 25,903 proposta kienu eliġibbli, 3,765 minnhom inżammu għall-finanzjament u ġew iffirmati 1,410 ftehim ta' għotja;

162.  Jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni kienet kapaċi tilħaq il-biċċa l-kbira tal-miri tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPI); jiddubita madankollu, li se tintlaħaq il-mira li, sal-2020, 3 % tal-PDG tal-Unjoni se jiġi investit fir-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jilqgħu l-isfida; jinnota li s-sitwazzjoni tidher li hija partikolarment diffiċli għall-Kroazja, il-Finlandja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja u l-Isvezja; Jistieden lill-Kummissjoni tislet il-konklużjoni meħtieġa li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-QFP li jmiss li għandha tiġi ppreżentata sa tmiem l-2016;

163.  Jilqa' l-impatt tar-riċerka Ewropea (networks) fuq il-ġlieda kontra l-Ebola, fuq it-titjib tat-trattamenti tal-kanċer, fuq il-ħolqien ta' żona sħiħa Ewropea għar-riċerka klinika, fuq il-ġlieda kontra l-għargħar, fuq iż-żieda fis-sigurtà tal-ikel u fuq it-titjib tas-sigurtà tal-bastimenti tal-cruises, biex insemmu xi ftit eżempji;

164.  Jilqa' l-fatt li l-evalwazzjoni ex-post tal-FP7 saret disponibbli f'Novembru 2015; jistenna li l-konstatazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-programmi ta' ħidma ta' Orizzont 2020;

165.  Jinnota b'interess l-ewwel informazzjoni disponibbli dwar ir-"Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Innovazzjoni 2015"(89) li jipprovdi aġġornament dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-34 impenn meħudin fil-kuntest tal-inizjattiva ewlenija tal-Unjoni tal-Innovazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020;

166.  Ifakkar li "l-Isfidi tas-Soċjetà numru 6 (SC6)", b'mod partikolari, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi, kienu ta' prijorità għall-Parlament, li daħħal matul l-iżvilupp ta' Orizzont 2020; ifakkar fl-importanza ta' dan il-komponent fl-oqsma fejn l-Unjoni qed tiffaċċja sfidi, bħalma huma l-ġlieda kontra l-qgħad, ir-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu, l-appoġġ għall-migranti, il-governanza ekonomika u monetarja, u l-ġlieda kontra l-inugwaljanza; huwa mħasseb, għaldaqstant, li matul il-fażi ta' implimentazzjoni tal-programm, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi ġew żgradati bħala prijorità permezz tat-telf tat-tmexxija ddedikata tagħhom u t-tnaqqis ta' 40 % fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tagħhom fi żmien meta kien hemm żieda fil-pakkett globali ta' Orizzont 2020 taħt il-QFP 2014–2020;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

167.  Jirrimarka li:

   (a) il-konklużjonijiet u l-osservazzjonijiet ġenerali għall-prassi ta' ġestjoni kondiviża huma validi għall-kompetittività;
   (b) għalkemm hemm sinerġija u approċċ integrat bejn it-tipi differenti ta' strumenti għall-appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (R&D&I) dawn għandhom jittejbu aktar;
   (c) Orizzont 2020 implimenta regoli aktar sempliċi meta mqabbla mal-FP7; min-naħa l-oħra, hemm żoni appoġġati fl-ambitu ta' Orizzont 2020 li huma potenzjalment aktar riskjużi, bħall-proġetti orjentati lejn l-impriżi li fihom jipparteċipaw l-SMEs u li jużaw strumenti innovattivi ġodda, inklużi dawk finanzjarji;

168.  Jitlob lill-benefiċjarji jagħmlu l-aħjar użu miċ-ċertifikati tal-awditu, peress li ċ-ċertifikati tal-awditu jnaqqsu r-rati ta' żball b'50 % meta mqabbla ma' dikjarazzjonijiet ta' spejjeż mhux ċertifikati; iqis, madankollu, li r-rata ta' żball misjuba minn awditi esterni għandha titjieb sostanzjalment b'kunsiderazzjoni tal-appoġġ speċjalizzat ħafna riċevut mill-Kummissjoni; jilqa' f'dan il-kuntest il-gwidi, seminars, mudelli kollha u l-lista tal-iżbalji l-aktar komuni li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji u tal-korpi ta' awditjar, iżda jappella lill-Kummissjoni tieħu miżuri aktar inċisivi li jassiguraw li ċertifikati tal-awditjar estern jirriflettu r-rata ta' żball b'mod aktar preċiż;

169.  Jappoġġa t-tentattiv tal-Kummissjoni li tiżviluppa aktar il-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tar-riċerka; jilqa', f'dan il-kuntest, il-fatt li għall-awditi ex-post l-għażla tal-parteċipanti li se jiġu sottomessi għall-awditu fil-biċċa l-kbira diġà tieħu kont tar-riskju: il-Kummissjoni tistenna li 83 % tal-awditi mwettqa matul il-perjodu 2012–2016 jintgħażlu skont il-kriterji ta' riskju;

170.  Jilqa' l-ħolqien ta' ċentru ta' appoġġ komuni li jipprovdi għajnuna għas-servizzi ta' riċerka kollha fil-qasam tal-appoġġ legali, l-awditu, il-proċess operattiv, l-IT, u l-informazzjoni u d-data;

171.  Jirrikonoxxi li appoġġ sinifikanti għar-riċerka u l-innovazzjoni qed jiġi inkluż fil-ftehimiet ta' sħubija tal-FSIE u l-programmi operazzjonali tal-Istati Membri u r-reġjuni, u b'hekk joħolqu aktar sinerġiji; l-appoġġ jammonta għal aktar minn EUR 42 biljun għar-riċerka fundamentali u l-innovazzjoni u EUR 118 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni f'sens wiesgħa;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

172.  Jinsab imħasseb ħafna li l-Qorti analizzat 166 tranżazzjoni, li minnhom 79 kienu milquta minn żbalji; jinnota li abbażi tat-53 żball kwantifikat, il-livell ta' żbalji stmat huwa ta' 5.6%;

173.  Iqis allarmanti l-fatt li, f'27 każ ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awdituri indipendenti kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevjenu, jew jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma aċċettaw in-nefqa; li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, il-livell ta' żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun 2.8 punti perċentwali inqas; din is-sitwazzjoni, li baqgħet l-istess għal diversi snin issa, turi nuqqas ta' diliġenza;

174.  Iqis bħala intollerabbli li r-rata ta' żball għall-FP7 ma tjibitx meta mqabbla mal-FP6, u li, skont id-dikjarazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ RTD, se tkun saħansitra agħar; hu tal-fehma li r-rata ta' żball għall-FP7 kellha titjieb fid-dawl tal-esperjenza akbar miksuba fil-ġestjoni tal-proġetti; jiddeplora l-fatt li t-tkabbir drammatiku fir-rata ta' żball fil-qasam tal-"kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" fl-2014 serviet biss biex tenfasizza l-ġestjoni affidabbli tal-programm fis-snin reċenti;

175.  Jiddeplora l-fatt li l-qasam ta' nefqa "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" ra l-ikbar żieda fir-rati ta' żball fl-Unjoni bejn l-2013 u l-2014;

176.  Jiddispjaċih li s-sorsi tal-iżbalji baqgħu l-istess:

   (a) fil-qasam tar-riċerka (Riċerka): kosts tal-persunal ikkalkulati b'mod skorrett, kosts diretti ineliġibbli oħra bħal kosts mhux sostanzjati għall-ivvjaġġar jew għat-tagħmir; kosts indiretti ineliġibbli bbażati fuq rati żbaljati ta' spejjeż ġenerali jew li jinkludu kategoriji ta' kosts ineliġibbli mhux marbuta mal-proġett;
   (b) għal strumenti ta' nfiq ieħor (Oħrajn): spejjeż mhux sostanzjati u ineliġibbli, kif ukoll każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' akkwist pubbliku;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Riċerka

Oħrajn

Kosts tal-persunal ikkalkulati b'mod skorrett;

30,5%

2,5%

Kosts diretti inammissibbli oħra

17,5%

13,5%

Kosts indiretti ineliġibbli

20%

 

Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

 

14%

Sottokuntrattar ineliġibbli

2%

 

Total

70%

30%

177.  Jibqa' konvint li l-Kummissjoni għandha tkompli tfittex bilanċ aċċettabbli bejn kemm il-programmi jkunu attraenti għall-parteċipanti u l-ħtieġa leġittima tar-responsabbiltà u l-kontroll finanzjarju; ifakkar, f'dan il-kuntest, id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali fl-2012 li proċedura li timmira li tikseb rata ta' żball residwu ta' 2 % f'kull sitwazzjoni mhijiex soluzzjoni vijabbli(90);

178.  Jieħu nota li d-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, bħal fis-snin preċedenti, ħareġ riżerva orizzontali rigward ir-rata ta' żball residwu fi ħdan il-pretensjonijiet ta' kosti fl-FP7, implimentata direttament mid-DĠ RTD, u fil-pagamenti għal Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, fejn l-istima tar-riskju residwu hija ta' 3 % u hu stmat li l-impatt huwa ta' EUR 111,39 miljun;

179.  Jirrikonoxxi li ċerti partijiet tan-nefqa taħt l-FP7 ma kinux koperti minn riżerva fejn kien hemm evidenza li r-riskji (u għalhekk rati ta' żball residwu) kienu konsiderevolment aktar baxxi milli għan-nefqa globali; fi ħdan l-RTD, dan japplika għan-nefqa mogħtija lill-Impriża Konġunta Fużjoni għall-Enerġija, Clean Sky u lill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu; barra mid-DĠ RTD dan japplika wkoll għan-nefqa mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka taħt il-programm Marie Curie, u għan-nefqa kollha tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka;

180.  Jikkonkludi li, filwaqt li riżerva orizzontali tista' tkun legalment meħtieġa, tali riżerva tixħet dawl negattiv fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, b'mod partikolari minħabba li d-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jistgħu jagħtu assigurazzjoni sħiħa ta' 97 % ta' dan l-infiq;

181.  Jinnota li, fil-qasam tar-riċerka, il-Kummissjoni ħarġet ordnijiet ta' rkupru, fl-2014 u 2015, b'valur ta' EUR 42 miljun; EUR 31 miljun diġà ġew irkuprati, u l-kumplament għadu mhux irkuprat, jew minħabba falliment jew minħabba li tkun għaddejja l-fażi tal-irkupru infurzat;

182.  Jikkundanna rapporti tal-istampa reċenti li jixħtu dubju fuq l-abbiltà tad-DĠ RTD biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod effikaċi; jappella lill-Kummissjoni tiċċara ċ-ċirkostanzi li ġew iddokumentati sew fil-midja u tindikakaż ċar ta' amministrazzjoni ħażina u ħsara ċara għall-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Unjoni; jappella lill-Ombudsman biex jiftaħ investigazzjoni dwar il-kwistjoni;

183.  Jikkundanna l-fatt li s-simplifikazzjoni neħħiet awditi ex-ante (issa ma hemm l-ebda ċertifikazzjoni ex-ante għall-infiq ta' aktar minn EUR 375 000, pereżempju), li jwasslu għal żbalji kumulattivi li jagħtu lok għal rata ta' żbalji mifruxa u dejjem tikber li ma tantx jidher li se titnaqqas fil-każ ta' Orizzont 2020, fid-dawl taż-żieda ta' korpi responsabbli għall-ġestjoni tal-ispejjeż marbutin mal-FP7;

Kwistjonijiet dwar l-affidabilità tad-data

184.  Jiddispjaċih li hemm problema bl-analiżi tad-data sekondarja meħtieġa għal evalwazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni; jikkunsidra li dan għandu jitqies bħala sfida għall-ġejjieni qrib; ifakkar il-ħtieġa li l-ġestjoni ta' informazzjoni tittejjeb;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

185.  Jinnota li l-effetti reali u r-riżultati tal-R&D&I mil-lat tal-kummerċjalizzazzjoni u l-kontribuzzjoni b'valur miżjud huma ta' importanza sostanzjali;

186.  Jilqa' r-riżultati pożittivi previsti mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli li jwettqu l-evalwazzjoni ex-post tal-FP7, jiġifieri: li l-programm ħoloq direttament aktar minn 1,3 miljun impjieg (permezz ta' proġetti ffinanzjati fuq perjodu ta' 10 snin) u indirettament 4 miljun sena ta' impjieg tul perjodu ta' 25 snin; li kull euro li ntefaq permezz tal-FP7 iġġenera madwar EUR 11 ta' effetti ekonomiċi diretti u indiretti permezz ta' innovazzjonijiet, teknoloġiji u prodotti ġodda u li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu għall-SMEs qabżet il-mira ta' 15 % u laħqet is-17 % (EUR 5 biljun);

187.  Josserva li, għat-tisħiħ tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni, il-Qorti pprovdiet test pijunier dwar l-indikaturi tal-Istrateġija Ewropa 2020, fejn l-infiq R&D għandu rwol importanti;

188.  Jitlob lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-pjan ta' azzjoni ppreżentat lill-Kunsill tal-ITER f'Novembru;

189.  Jinsisti li l-Kummissjoni, sa Ġunju 2016, tibgħatlu aġġornament dwar skeda ta' proġett fuq terminu ta' żmien twil u l-ispejjeż relatati għal ITER bi tħejjija għal deċiżjonijiet baġitarji għas-sena ta' wara; ifakkar li għall-2016 ġiet imwarrba għall-ITER approprjazzjoni ta' pagament fuq livell ta' kważi EUR 475 miljun;

Strumenti finanzjarji

190.  Jinnota li, speċjalment għal Orizzont 2020, l-istrumenti innovattivi ta' strumenti finanzjarji avvanzati ħafna jirrappreżentaw wieħed mis-setturi ewlenin ta' implimentazzjoni prattika; jilqa' f'dan ir-rigward it-tnedija fl-2014 ta' firxa ġdida ta' prodotti taħt "InnovFin - Finanzjament tal-UE għall-Innovaturi" bħala inizjattiva konġunta mnedija permezz tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (l-BEI u l-FEI) f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni;

191.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni fi proċeduri futuri ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-InnovFin li tkopri sehem mill-baġit tal-Unjoni li jieħdu sehem f'dan l-istrument finanzjarju;

192.  Jirrimarka li ċerti setturi u oqsma ta' politika, bħalma huma l-infrastruttura ferrovjarja jew ir-riċerka teoretika jew bażika, huma anqas adattati għal finanzjament permezz ta' strumenti finanzjarji, u b'hekk hemm ir-riskju li jiġu esklużi mill-ambitu tal-attivitajiet tal-Unjoni;

L-aħjar prattika

193.  Jinnota li l-attivitajiet ta' awditjar f'dan il-qasam ġew intensifikati u li l-koordinazzjoni mis-Servizz tal-Awditjar Komuni ittejbet, filwaqt li huwa pprovdut bħala servizz ta' ġestjoni kondiviża għad-DĠ, l-aġenziji eżekuttivi u l-impriżi konġunti kollha involuti fl-infiq għar-riċerka u għall-innovazzjoni;

194.  Iqis is-sottokuntrattar lil aġenziji speċjalizzati abbażi ta' proċeduri speċifiċi jista' jikkostitwixxi prassi tajba fil-kuntest tal-ġestjoni ta' programmi kbar f'dan il-qasam; jispeċifika li, peress li din il-prassi ilha biss ftit żmien implimentata, mhuwiex possibbli li jiġu ddikjarati riżultati konkreti, iżda madankollu, bħala metodu u tal-mudell, tidher li hija ferm innovattiva;

Miżuri li għandhom jittieħdu

195.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) tadotta sett ta' miżuri biex tnaqqas ir-rata ta' żball relattivament għolja f'dan il-qasam, ittejjeb il-ġestjoni tad-data u l-informazzjoni biex tanalizza wkoll il-proġetti R&D&I avvanzati ħafna u tittestja l-impatt reali tagħhom fil-konfront tal-potenzjal ta' Orizzont 2020;
   (b) tippreżenta rapport li jevalwa l-esperjenza attwali mal-prassi l-ġdida li jintużaw aġenziji speċjali f'dan is-segment(91) minn perspettiva baġitarja kif ukoll tirrapporta fuq bażi regolari fuq il-konformità mal-indikaturi rilevanti tal-Istrateġija Ewropa 2020;

196.  Jistieden lid-DĠ RTD biex ittejjeb il-ġestjoni tal-informazzjoni, speċjalment b'mod konformi ma' kultura ta' prestazzjoni li tinkludi l-partijiet interessati kollha, speċjalment dawk ġodda, u ttejjeb il-ġestjoni tal-informazzjoni ma' benefiċjarji fl-Istati Membri; jirrakkomanda aktar inklużjoni ta' awdituri indipendenti li jiffokaw mhux biss fuq l-iżbalji, iżda wkoll fuq iċ-ċiklu ta' prestazzjoni, inkluża evalwazzjoni xierqa tar-riskji; barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet regolatorji għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-impatt;

197.  Jistieden lid-DĠ RTD tippubblika, fir-rapporti ta' attività annwali rispettivi tagħha, il-kontribut tagħha lejn is-CSR b'mod komprensiv u dettaljat, peress li dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom juru kif id-DĠ tiffaċilita l-progress tal-Istati Membri lejn l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020;

198.  Jinnota li l-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar is-simplifikazzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu introdotti f'Orizzont 2020; jitlob informazzjoni dwar kif se jiġu implimentati s-simplifikazzjonijiet addizzjonali;

199.  Jenfasizza li s-simplifikazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-program Orizzont 2020 għandu jkun il-prinċipju li jmexxi l-Ftehim tal-Għotja Annotat; jenfasizza li, bil-kontra tal-FP7, l-ispejjeż fatturati internament għandhom jiġu diviżi u rrapportati skont il-kategoriji differenti ta' kosti, inklużi dawk tal-persunal, taħt Orizzont 2020; jappella, għalhekk, biex il-Kummissjoni tirrevedi l-annotazzjonijiet u tippermetti l-eliġibbiltà tal-kosti fatturati internament bħala spejjeż diretti oħrajn mingħajr tqassim f'kategoriji ta' kosti u mingħajr skedi ta' żmien għas-servizzi;

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Kwistjonijiet ġenerali

200.  Jilqa' l-fatt li l-istruttura tar-rapport annwali tal-Qorti ssewgi, għall-ewwel darba, l-intestaturi tal-QFP li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014; fl-2013, ir-rapport annwali tal-Qorti kien fih żewġ kapitoli distinti: wieħed dwar “Politika reġjonali, trasport u enerġija” u l-ieħor dwar “Impjiegi u affarijiet soċjali”; iqis, madankollu, li din il-bidla fil-politika tillimita l-komparabbiltà tal-kostatazzjonijiet tal-Qorti ma' dawk tas-snin preċedenti;

201.  Jinnota li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tiddistribwixxi mill-ġdid parti sostanzjali tal-baġit tal-Unjoni, li fl-2014 ammontat għal EUR 54,4 biljun; 80 % ta' dan l-ammont ġie allokat għall-politika reġjonali u urbana, prinċipalment permezz tal-FEŻR u l-FK, filwaqt li 20 %, allokati prinċipalment lill-FSE, għall-impjieg u l-affarijiet soċjali;

202.  Jirrimarka li l-FEŻR u l-FK fil-perjodu partikolari appoġġaw prinċipalment oqsma li jinkludu proġetti ta' infrastruttura, il-ħolqien jew il-preżervazzjoni ta' impjiegi, inizjattivi għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali u attivitajiet tal-SMEs (FEŻR) u l-investimenti fl-infrastruttura fl-oqsma tal-ambjent u t-trasport (FK);

203.  Jirrimarka li l-FSE jinvesti fil-kapital uman u l-azzjonijiet intiżi li jtejbu l-adattabbiltà ta' ħaddiema u intrapriżi għall-bidliet f'xejriet ta' xogħol, iżidu l-aċċess għall-impjiegi, jirrinforzaw l-inklużjoni soċjali ta' persuni żvantaġġati u jsaħħu l-kapaċità u l-effiċjenza ta' amministrazzjonijiet u servizzi pubbliċi; iqis li, minkejja l-eżistenza ta' indikaturi tal-prestazzjoni, ir-riżultati tal-investimenti tal-FSE, għalhekk, huma aktar diffiċli biex jiġu kkwantifikati;

204.  Jilqa' l-fatt li tmien rakkomandazzjonijiet ġew implimentati b'mod sħiħ, seba' rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti u rakkomandazzjoni waħda qed tiġi implimentata f'xi aspetti minn total ta' 16-il rakkomandazzjoni magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

Ewropa 2020

205.  Jinnota li, fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana, l-erba' KPI l-aktar importanti jinkludu: in-numru ta' impjiegi maħluqa, l-għadd ta' intrapriżi li jikkooperaw mal-istituzzjonijiet tar-riċerka appoġġati, in-numru ta' intrapriżi li jirċievu appoġġ u l-kapaċità addizzjonali għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli; billi l-kisbiet globali msemmija fir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-Istati Membri mxew 'il quddiem b'medja ta' 29 % meta mqabbla mas-sena preċedenti, minħaba l-kriżi ekonomika mhux se jintlaħqu l-miri kollha, skont il-Kummissjoni; Jistieden lill-Kummissjoni tislet il-konklużjoni meħtieġa li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-QFP li jmiss li għandha tiġi ppreżentata sa tmiem l-2016;

206.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb aktar il-kontribut tal-politika ta' koeżjoni għall-iskrining ta' governanza ekonomika tal-Unjoni tal-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi 2014–2020 kollha sabiex jiġi żgurat li s-CSR rilevanti adottati sa tmiem Ġunju 2014 kienu riflessi b'mod adegwat fl-iżvilupp tal-Istati Membri u l-istrateġiji tal-kompetittività;

207.  Jinnota li, sal-aħħar tal-2015, medja ta' 89 % tal-fondi għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kienu użati (b'kunsiderazzjoni tar-rata ta' assorbiment), fejn l-Italja (79 %), ir-Rumanija (70 %) u l-Kroazja (59 %) baqgħu lura;

208.  Jirrimarka li tnejn mill-aktar indikaturi ta' prestazzzjoni importanti fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali huma r-rata tal-qgħad u l-għadd ta' impjiegi maħluqa u/jew miżmuma; jilqa' l-fatt li l-konklużjonijiet preliminari tal-evalwazzjoni ex post tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013 juru li 8.8 miljun parteċipant tal-FSE kisbu (jew żammu) l-impjieg bħala riżultat tal-interventi tal-FSE matul dan il-perjodu sa tmiem l-2013; jilqa' wkoll il-fatt li aktar minn 300 000 ruħ appoġġati mill-FSE bdew jaħdmu għal rashom u aktar minn 50 000 negozju ġdid ġew appoġġati;

209.  Jagħti importanza partikolari għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jinnota b'sodisfazzjon għalhekk li 110 300 żagħżugħ qiegħed ipparteċipaw f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) fl-2014; EUR 1,3 biljun huma diġà allokati għal proġetti fuq il-post; f'dan il-kuntest jilqa' l-gwida provduta fir-Rapport Speċjali tal-Qorti 3/2015, kif ukoll ir-reazzjoni kostruttiva tal-Kummissjoni għall-konstatazzjonijiet; madankollu, jenfasizza li, f'xi Stati Membri, għad hemm xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fl-iżgurar li jkun hemm proġetti pjanati għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI);

210.  Jieħu nota tal-kostatazzjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), li jindika li, għas-sentejn f'daqqa (2014–2015), 7 636 ħaddiem (44,9 % tal-benefiċjarji) kienu sabu xogħol ġdid fi tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG;

211.  Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li r-rati tal-qgħad (b'mod partikolari l-qgħad fit-tul) u l-perċentwali ta' żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), huma indikazzjonijiet ta' nuqqas ta' ekwilibriju fis-suq tax-xogħol; jinnota li l-ħames pajjiżi bl-ogħla livell ta' qgħad ffit-tul (bħala sehem tal-popolazzjoni attiva) fl-Unjoni huma l-Greċja (19,5 %), Spanja (12,9 %), il-Kroazja (10,1 %), is-Slovakkja (9,3 %) u l-Portugall (8,4 %), meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni ta' 5,1 %; u li l-pajjiżi bl-ogħla rata ta' NEETs huma Ċipru (33,7 %), il-Bulgarija (30,9 %), l-Ungerija (30,3 %), il-Greċja (30,0 %) u r-Rumanija (26,9 %), meta mqabbla mal-medja ta' 16,37 % fl-Unjoni;

212.  Jilqa' l-kisbiet mill-implimentazzjoni għall-programmi tal-FEŻR/FK 2007-2013, illustrati minn indikaturi ewlenin irrapportati kull sena mill-Istati Membri u mir-riżultati tal-valutazzjoni preliminari ta' data reċenti disponibbli li juru li nħolqu madwar 950 000 impjieg, li 36 000 impriża kkooperaw mal-istituzzjonijiet tar-riċerka, li aktar minn 270 000 intrapriża rċevew appoġġ u li l-kapaċità addizzjonali ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli kien ta' aktar minn 4 000 megwatt;

213.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti, għall-ewwel darba, ukoll għamlet ħilitha biex tevalwa l-prestazzjoni tal-programmi fl-ambitu ta' eżerċizzju ta' proġett pilota, u li l-awditu jikkonkludi li 89 mill-186 proġett (48%) laħqu (jew qabżu) il-miri kollha li kienu ġew speċifikati biex titkejjel il-prestazzjoni tal-proġetti; jinnota li għal 56 proġett (30 %) il-Qorti sabet li wieħed jew aktar minn bosta indikaturi speċifikati għall-proġett ma laħaqx jew ma laħqux il-valur ta' mira maħsub għalihom, u li fi 17-il każ (9 %) id-data ta' skadenza għall-ilħuq tal-miri kienet inżammet għal xi wħud mill-miri, iżda mhux għall-miri kollha, saż-żmien tal-awditu; jinkoraġġixxi lill-Qorti tkompli tirfina dan l-eżerċizzju b'mod partikolari għall-programmi fl-ambitu tal-perjodu finanzjarju l-ġdid 2014–2020;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

214.  Jenfasizza li n-nefqa taħt l-intestatura 1b tal-QFP tidħol fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża; f'dan il-qasam, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja li jimplimentaw il-programm operazzjonali u li jipprevjenu, isibu u jikkoreġu nfiq irregolari;

215.  Jenfasizza bil-qawwa li speċjalment għall-koeżjoni, il-portata tal-ġestjoni kondiviża hija sostanzjali u speċifika għal żewġ raġunijiet: il-programmi huma implimentati fl-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom skont ir-regoli komuni tal-Unjoni, iżda bir-rispett tal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; u t-tieni, f'ħafna każijiet hemm ukoll finanzjament kondiviż meta l-proġetti huma kofinanzjati mill-Istati Membri u l-benefiċjarji;

216.  Iqis li huwa inaċċettabbli li f'21 każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru minn benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevienu, jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata tal-iżball stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 1,6 % aktar baxxa; barra minn hekk, il-Qorti sabet li, għal 13-il każ, l-iżball li identifikat kien sar mill-awtoritajiet nazzjonali; dawn l-iżbalji kkontribwixxew 1,7 punti perċentwali għall-istima tal-livell ta' żball; din is-sitwazzjoni, li baqgħet l-istess għal diversi snin issa, turi nuqqas ta' diliġenza;

217.  Jisħaq fuq il-fatt li taħt il-FSE l-aktar tipi komuni ta' kwistjonijiet ta' eliġibbiltà misjuba huwa dawn li ġejjin: nefqa ddikjarata barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà (ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja), salarji ddebitati b'mod eċċessiv (il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Polonja, il-Portugall), spejjeż mhux relatati mal-proġett (in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall), nuqqas ta' konformità mar-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà (il-Polonja) u dħul mhux imnaqqas (l-Awstrija); l-aktar eżempji komuni ta' nuqqasijiet ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku huma dawn li ġejjin: għoti dirett mhux ġustifikat (il-Ġermanja, l-Italja), għoti dirett mhux ġustifikat ta' xogħlijiet/servizzi addizzjonali, l-esklużjoni ta' offerenti illegali, kunflitt ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji (il-Finlandja);

218.  Josserva li l-Qorti analizzat 161 tranżazzjoni fiż-żoni reġjonali u urbani (101 jikkonċernaw il-FEŻR, 55 jikkonċernaw l-FK u 5 jikkonċernaw strumenti finanzjarji) u 170 tranżazzjoni tal-FSE; u li 135 minn 331 tranżazzjoni kienu milquta minn żbalji; jinnota li l-istima tal-Qorti tar-rata ta' żball hi ta' 5,7 % (l-istima tar-rata ta' żball tal-FEŻR u l-FK hi ta' 6,1 %, l-istima tar-rata ta' żball għall-FSE hi ta' 3,7 %);

219.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq strument effikaċi li jikkontribwixxi għat-titjib tal-affidabbiltà tal-attivitajiet ta' kontroll u awditjar ipprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali; ifakkar fl-importanza li tiġi estiża t-trasparenza rigward id-data dwar l-akkwist pubbliku sabiex jittejbu l-aċċessibbiltà u l-kontrolli, billi jiġu ppubblikati d-dettalji tal-kuntratturi u s-sottokuntratturi tagħhom;

220.  Jieħu nota li, skont r-riżultati tal-awditjar kollha disponibbli fi tmiem Novembru 2015, 90 % tal-verifiki tal-ġestjoni tal-programmi tal-FEŻR/l-FK kienu qed jaħdmu tajjeb jew kienu soġġetti għal titjib żgħir; ifakkar li l-kawża ewlenija tal-iżbalji magħmula mill-Istati Membri hi l-istrutturi ta' ġestjoni kumplessi u t-telf tal-għarfien espert bħala konsegwenza tar-rata għolja ta' tibdil fil-persunal jew allokazzjoni insuffiċjenti ta' persunal minħabba restrizzjonijiet baġitarji;

221.  Jappella lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Istati Membri b'inċentivi aktar qawwija għall-promozzjoni tal-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi fil-programmi ta' politika reġjonali, filwaqt li tqis it-tagħlimiet li siltet mill-perjodu 2007-2013 sabiex tevita li l-fondi jiġu imblukkati fi istrumenti finanzjarji;

222.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport Speċjali 10/2015 tal-Qorti "L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni għandhom jiġu intensifikati" u jilqa' r-reazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni għas-sejbiet tal-Qorti;

223.  Jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni ppubblikat dokument intitolat "Akkwist pubbliku - Gwida għall-prattikanti dwar l-evitar tal-iżjed żbalji komuni fi proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej" f'Ottubru 2015; jikkritika, madankollu, il-fatt li s-sors ewlieni ta' żbalji relatati mal-infiq taħt l-intestatura "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" qed ikompli jkun il-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, li jirrappreżenta kważi nofs l-istima tar-rata ta' żball; ifakkar li ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jinkludi l-għoti dirett ta' kuntratti addizzjonali jew xogħlijiet jew servizzi addizzjonali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda ġustifikazzjoni, l-esklużjoni illegali ta' offerenti, il-kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji; iqis li hu essenzjali li jkun hemm politika ta' trasparenza sħiħa fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-iżbalji u l-abbużi tar-regoli;

224.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni waqqfet, f'Novembru 2014, task force għal implimentazzjoni aħjar għall-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Italja (in-Nofsinhar), ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja sabiex jiġi evitat diżimpenn ta' fondi;

225.  Ifakkar li l-qafas legali għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) 2014-2020 introduċa wkoll kundizzjonalitajiet ex ante għall-użu effikaċi u effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni, li jkopru fost l-oħrajn is-sistemi tal-Istati Membri għall-akkwist pubbliku; f'dan il-kuntest, ġew adottati pjanijiet ta' azzjoni għal 12-il pajjiż (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, u s-Slovakkja) u se jiġu vvalutati sal-2016; ifakkar li r-rispett tal-kundizzjonalitajiet ex ante huwa prerekwiżit għall-finanzjament; jitlob it-trasparenza sħiħa meħtieġa fir-rigward tal-finanzjament ta' proġetti infrastrutturali, inkluża l-pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet ex ante u ex post tas-sostenibbilità ekonomika, ambjentali u soċjali tal-proġetti;

226.  Jappella lill-Kummissjoni biex tippubblika d-dokumenti kollha dwar il-proġett biex tinbena linja ferrovjarja ta' veloċità kbira bejn Lyon u Turin, kif ukoll l-arranġamenti ta' finanzjament għall-proġett;

227.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ REGIO wettaq 265 missjoni ta' awditjar mill-2009 'l hawn; id-DĠ REGIO kkonkluda li l-ħidma ta' 42 awtorità tal-awditjar responsabbli mill-awditjar ta' madwar 91 % tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR/l-FK għall-perjodu 2007-2013 hija ġeneralment affidabbli; fir-rigward tad-DĠ EMPL, fl-aħħar tal-2014, ġew ivvalutati 87 awtorità tal-awditjar minn 92 (94,6 %); dawn ikopru 113 mill-118-il programm operattiv, li jirrappreżentaw 99,1 % tal-programmazzjoni finanzjarja tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013;

228.  Jinnota li l-interruzzjonijiet u l-proċeduri ta' qabel is-sospensjoni ikkonċernaw 121 programm tal-FEŻR/l-FK u kważi EUR 7,9 biljun tat-talbiet għal pagamenti mressqa mill-Istati Membri; jinnota wkoll li għall-FSE, il-Kummissjoni bagħtet 11-il ittra ta' twissija u 18-il ittra ta' qabel is-sospensjoni, istitwixxiet 31 interruzzjoni ta' pagament u ssospendiet 11-il programm operattiv, u li b'kollox, EUR 1,3 biljun ta' talbiet għall-pagamenti ġew interrotti;

229.  Jieħu nota li fl-2014 bħala riżultat tal-politika stretta ta' superviżjoni u interruzzjoni tad-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL u l-għadd dejjem jikber ta' pjanijiet ta' azzjoni, ġew ikkonfermati EUR 840 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji, u ġew implimentati EUR 854 miljun għall-FEŻR/l-FK fir-rigward tal-perjodi ta' programmazzjoni kollha (deċiżi fl-2014 u fis-snin preċedenti); u li għall-FSE fil-perjodu 2007-2013, ġew aċċettati/deċiżi EUR 209 miljun ta' korrezzjonijiet finanzjarji u ġew implimentati EUR 155,9 miljun (deċiżi fl-2014 u fis-snin preċedenti);

230.  Josserva b'sodisfazzjon li fl-2014, u bis-saħħa tar-rwol superviżorju tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni applikaw korrezzjonijiet finanzjarji ta' EUR 782 miljun qabel ma ddikjaraw in-nefqiet lill-Kummissjoni fir-rigward tal-FEŻR/l-FK u dan ippreżerva l-baġit tal-UE minn pagamenti ta' nefqiet inkorretti;

231.  jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont il-Qorti, l-Istrateġija Ewropa 2020 mhux qed tiġi tradotta sistematikament permezz ta' objettivi tematiċi fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi; jinnota, madankollu, li ġiet trasposta f'objettivi operattivi fil-livell tal-programmi FSIE permezz ta' objettivi speċifiċi allinjati mal-11-il objettiv tematiku; jikkunsidra li r-riżultati jistgħu biss jiġu evalwati b'mod sinifikanti meta l-objettivi tematiċi u l-programmi operattivi jkunu allinjati u l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-parametri ta' riferimenti jippermettu li jitkejjel il-progress;

232.  Josserva li, minn naħa waħda, il-ftehimiet ta' sħubija u r-regolamentazzjoni ġenerali joħolqu regoli komuni li għandhom jinkoraġġixxu approċċ integrat, waqt li, min-naħa l-oħra, kull fond hu ġestit minn regolamentazzjoni u proċeduri speċifiċi;

233.  Jinnota b'interess li l-Qorti se tippreżenta, fil-futur qarib, awditu speċjali tal-ftehimiet ta' sħubija u tal-qafas iffokat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni;

234.  Jiddispjaċih li l-għadd ta' programmi operattivi soġġetti għal riżerva żdied minn 73 għal 77 għall-programmi operattivi tal-FEŻR/l-FK fl-2014 u, fil-każ tas-36 programm operattiv tal-FSE, baqa' ma nbidilx; l-impatt finanzjarju stmat ta' dawn ir-riżervi naqas minn EUR 423 miljun fl-2013 għal EUR 224 miljun fl-2014 għall-FEŻR/l-FK u żdied minn EUR 123,2 miljun fl-2013 għal EUR 169,4 miljun fl-2014 għall-FSE;

235.  Japprova l-iskema tal-istrateġija ta' awditjar konġunta għall-perjodu 2014-2020 fejn se tingħata prijorità għal awditjar tematiku lil żewġ oqsma: l-affidabbiltà tas-sistemi għar-rappurtar tad-data dwar il-prestazzjoni (elementi ġdid marbut mal-orjentazzjoni tal-politika lejn ir-riżultati) u tal-istrumenti finanzjarji;

236.  Jiddispjaċih li l-Istati Membri għadhom ma ħaddnux kompletament l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż skont il-FSE; Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport "Għażliet Issemplifikati għall-Ispejjeż fil-Fond Soċjali Ewropew" fejn id-DĠ EMPL jipprevedi li, taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020, bħala medja se tintalab 35 % tan-nefqa taħt l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż, rata li se tkun ogħla b'mod sinifikanti f'xi Stati Membri (l-Italja, in-Netherlands, Spanja u l-Isvezja), u aktar baxxa b'mod sinifikanti f'xi Stati Membri oħrajn (il-Bulgarija, l-Ungerija, il-Latvja u s-Slovakkja); jappoġġa l-isforzi tad-DĠ EMPL biex jippromwovi l-użu ta' għażliet ta' għażliet issemplifikati għall-ispejjeż mill-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Istati Membri jħaddnu bis-sħiħ il-potenzjal tal-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż;

237.  Japprezza, f'dan il-kuntest, il-fatt li l-Kummissjoni ħolqot grupp ta' livell għoli dwar is-semplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-FSIE; jixtieq li jirċievi kopji tar-rapporti li l-grupp se jippubblika minn Frar 2016;

238.  Jilqa' l-isforz tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu f'idejhom l-għodda informatika ARACHNE għall-estrazzjoni tad-data, bl-għan li jevitaw attivitajiet frodulenti; ifakkar lill-Istati Membri li din l-għodda informatika hija pprovduta mingħajr ħlas;

239.  Jilqa' l-fatt li fl-2014, il-Kummissjoni nediet l-ewwel sensiela ta' erba' studji li jivvalutaw l-integrazzjoni tal-elementi tal-politika ta' koeżjoni riformata f'dan l-eżerċizzju ta' programmazzjoni għall-perjodu 2014-2020; ifakkar li s-suġġetti tal-erba' studji huma dawn li ġejjin: il-kundizzjonalitajiet ex ante, il-prinċipju ta' sħubija, il-qafas ta' prestazzjoni u "dispożizzjonijiet ġodda" (li jkopru firxa ta' elementi ta' programmazzjoni ġodda, bħalma huma l-valutazzjoni tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-azzjonijiet ippjanati biex dan jitnaqqas, il-prinċipji orizzontali, l-approċċi territorjali eċċ.); jixtieq jirċievi kopji tal-istudji meta jkunu lesti;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żbalji

240.  Jinsab allarmat dwar il-fatt li l-Qorti analizzat 161 tranżazzjoni fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana u 170 tranżazzjoni fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, li minnhom 135 kienu milquta minn żball (75 fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana u 60 fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali); jinnota li, abbażi ta' 25 żball ikkwantifikat, l-istima tal-livell ta' żball se tkun 6,1 % għall-qasam tal-politika reġjonali u urbana u li, abbażi ta' 28 żball ikwantifikat, l-istima tal-livell ta' żball hi ta' 3,7 % għall-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, u dan se jwassal biex ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-koeżjoni kollha kemm se tkun ta' 5,7 %;

241.  Iqis li hu frustranti li f'21 każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru mill-benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni; u li, kieku din l-informazzjoni kollha ntużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, l-istima tal-livell ta' żball għal dan il-kapitolu kienet tkun 1,6 punti perċentwali aktar baxxa; jinnota barra minn hekk, li l-Qorti sabet li, għal 13-il każ, l-iżball li identifikat sar mill-awtoritajiet nazzjonali; dawn l-iżbalji kkontribwixxew 1,7 punti perċentwali għall-istima tal-livell ta' żball; jikkunsidra li din is-sitwazzjoni, li issa ilha l-istess għal diversi snin, tixhed nuqqas ta' diliġenza;

242.  Jikkritika l-fatt l,i bħalma ġara fis-snin finanzjarji preċedenti, ir-rata ta' żball, inkluż fir-rigward ta' xi talbiet għal pagament finali li kienu s-suġġett ta' awditi u verifiki esterni, u jevidenzja l-insuffiċjenza tal-verifiki ex ante fir-rigward tal-FSE; jenfasizza li l-iżbalji li jinvolvu nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u nuqqas ta' dokumenti li jiġġustifikaw in-nefqa jirrappreżentaw kważi terz tal-istima tar-rata ta' żball;

243.  Jisħaq fuq il-fatt li kieku l-verifiki fil-livell tal-Istati Membri kienu aktar affidabbli fiż-żewġ oqsma ta' politika, l-istima tal-livell ta' żball setgħet titnaqqas bi 3,3 punti perċentwali għall-qasam tal-politika reġjonali u urbana u bi 3,2 punti perċentwali għall-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

244.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindika qabel l-1 ta' Lulju xi pjanijiet għandha biex tirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod li ttejjeb b'mod sostanzjali l-ġestjoni finanzjarja fil-livell tal-Istati Membri; jinsab konvint bis-sħiħ li l-kwittanza għandha tiddependi fuq il-progress meħtieġ f'dan il-qasam;

245.  Jiddispjaċih li s-sorsi tal-iżbalji baqgħu l-istess:

   (a) fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana (Reġjonali): nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, dikjarazzjonijiet ta' spejjeż ineliġibbli u ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat;
   (b) fil-qasam tal-politika dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali (Impjiegi): dikjarazzjonijiet ta' spejjeż ineliġibbli, proġetti jew benefiċjarji ineliġibbli, kif ukoll każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; l-aktar tipi komuni ta' kwistjonijiet ta' eliġibbiltà li ġew identifikati huma dawn li ġejjin: nefqa ddikjarata barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà (ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja), salarji ddebitati b'mod eċċessiv (il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Polonja, il-Portugall), spejjeż mhux relatati mal-proġett (in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall), nuqqas ta' konformità mar-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà (il-Polonja) u dħul mhux imnaqqas (l-Awstrija); l-aktar eżempji komuni ta' nuqqasijiet ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku huma dawn li ġejjin: għoti dirett mhux ġustifikat (il-Ġermanja, l-Italja), għoti dirett mhux ġustifikat ta' xogħlijiet/servizzi addizzjonali, l-esklużjoni ta' offerenti illegali, kunflitt ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji (il-Finlandja);

Kontribuzzjoni skont it-tip ta' żball

Reġjonali

Impjiegi

Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

44,9%

2,9%

Spejjeż ineliġibbli

21,5%

5,6%

Għajnuna mill-Istat

21,2%

 

Proġett jew benefiċjarju ineliġibbli

 

3,9%

Total

87,6%

12,4%

246.  Jiddeplora l-fatt li, matul is-snin, baqgħu jiġu identifikati żbalji tal-istess tip, u spiss fl-istess Stati Membri; jirrikonoxxi li s-sospensjoni u l-interruzzjonijiet tal-pagamenti mill-Kummissjoni tiżgura li jitwettqu l-azzjonijiet korrettivi fil-każijiet fejn ikunu ġew identifikati nuqqasijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, abbażi ta' dan li sabet, tintensifika l-monitoraġġ tas-sistemi nazzjonali u reġjonali ta' ġestjoni u ta' kontroll u tiffaċilita l-monitoraġġ f'dawk il-pajjiżi fejn intwera li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll huma affidabbli;

247.  Jinsab imħasseb dwar il-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku matul il-proċedura ta' preżentazzjoni ta' offerti għas-sistemi ta' monitoraġġ informatiku matul il-perjodi ta' finanzjament 2007-2013 u 2014-2020 li ta lok ukoll għal suspett ta' frodi; jinnota li dawn l-iżbalji ġew skoperti mill-awtoritajiet ta' awditjar Ċeki; jappoġġa bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li m'għandu jsir l-ebda pagament sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri korrettivi rispettivi u tkun intemmet l-investigazzjoni tal-pulizija;

248.  Jinnota bi tħassib il-problemi fir-rigward tal-akkwist għas-sistemi ta' monitoraġġ tan-nefqa fil-qasam tal-fondi strutturali fl-2013-2007 u anke fl-2014-2020, u jappella biex jiġi ċċarat għaliex dawn il-problemi jitfaċċaw f'kull perjodu ta' finanzjament, kif ukoll għal kjarifika dwar l-istat attwali tal-investigazzjonijiet ta' frodi u l-irkupru ta' fondi miksuba irregolarment;

249.  Jinnota li, skont iċ-ċifri pprovduti fir-rapport ta' attività annwali tal-2014 tad-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana, ir-riskju ta' żball bħala medja ponderata tal-istima għal kull programm operattiv appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni hu inqas minn 1 % f'9 Stati Membri (fl-2013 - f'6 Stati Membri) u li hu biss f'2 Stati Membri li dan il-perċentwal hu ta' 4 % jew aktar (fl-2013 - f'5 Stati Membri);

250.  Jinnota li, skont iċ-ċifri pprovduti fir-rapport ta' attività annwali tal-2014 tad-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, ir-riskju ta' żball bħala medja ponderata tal-istima għal kull programm operattiv appoġġat mill-FSE hu inqas minn 1 % f'9 Stati Membri, kif kien fl-2013, u li dan il-perċentwal hu 4 % jew aktar f'6 Stati Membri (7,9 % l-ogħla), filwaqt li fl-2013 dan il-perċentwal kien ta' iktar minn 4 % f'5 Stati Membri (8,8 % u 9,3 % l-ogħla);

251.  Jevidenzja l-fatt li l-Qorti ma identifikat l-ebda żball kwantifikabbli relatat mal-użu tal-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż matul dawn l-aħħar tliet snin; dan juri li l-proġetti li jużaw l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż huma inqas suxxettibbli għal żball minn dawk li jużaw l-ispejjeż effettivi;

252.  Huwa tal-fehma li jkun siewi kieku l-Kummissjoni tipprovdi analiżi ffokata tar-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà (kemm għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll għall-perjodu 2014-2020) u li, fuq din il-bażi, tħejji linji gwida għall-Istati Membri rigward is-semplifikazzjoni u l-eliminazzjoni ta' regoli kkumplikati u kumplessi bla bżonn ('gold-plating');

253.  Jinnota li r-rispett tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat jidher li hu suġġett importanti sabiex jiġi mminimizzati l-iżbalji fil-koeżjoni;

254.  Jisħaq fuq l-importanza li xi attenzjoni tiġi ffokata fuq il-kwistjoni ta' rapportar insuffiċjenti tal-iżbalji u rapportar eċċessiv tal-korrezzjonijiet finanzjarji mill-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri;

255.  Jesprimi tħassib dwar il-verifiki mwettqa fuq il-fondi għar-rifuġjati, li ta' spiss jiġu allokati lill-Istati Membri f'emerġenzi u b'mod mhux konsistenti mar-regoli fis-seħħ; iqis li hu essenzjali li l-Kummissjoni tintroduċi verifiki aktar stretti, anke bil-ħsieb li tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati u ta' dawk li qed ifittxu l-ażil jiġu rispettati;

Kwistjonijiet dwar l-affidabbiltà tad-data

256.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-eżattezza tad-data rrapportata għar-rapporti ta' kontroll annwali tal-Istati Membri għall-FEŻR/l-FK u l-FSE tjiebet; jiddispjaċih madankollu li f'xi każijiet il-korrezzjoni tal-Kummissjoni qabżet il-1,5 % u ġiet meqjusa inaffidabbli;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

257.  Jilqa' l-fatt li, fir-rigward tal-evidenza tar-riżultati reali tal-politika u l-prestazzjoni miksuba, il-Qorti għall-ewwel darba użat approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni sabiex tiggarantixxi l-komplementarjetà tal-baġit tal-Unjoni mal-Istrateġija Ewropa 2020; jikkunsidra li r-riżultati miksuba bis-saħħa tal-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija mill-fondi strutturali huma importanti ħafna għall-indikatur ekonomiku ewlieni għall-Unjoni kollha kemm hi ta' "PGD per capita", iżda wkoll għal indikaturi oħrajn;

258.  Jikkunsidra li hu importanti li jiġi vvalutat jekk u sa liema punt il-proġetti tal-FEŻR, il-FK u l-FSE tlestew (sa tmiem l-2014) u l-objettivi tagħhom inkisbu;

259.  Jiddispjaċih li l-arranġamenti ta' finanzjament ibbażati fuq il-prestazzjoni għadhom l-eċċezzjoni aktar milli r-regola jinnota li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, nuqqas li jintlaħqu l-objettivi ta' proġett miftiehma fil-ftehimiet ta' għotja ma kellux impatt fuq il-livell ta' finanzjament tal-Unjoni mogħti;

260.  Ifakkar li hemm bżonn li l-implimentazzjoni ta' 51 proġett prijoritarju fil-Greċja titħaffef; barra minn hekk, 14-il proġett - li jikkonċernaw, fost affarijiet oħrajn, il-katast u r-reġistru nazzjonali - ġew identifikati bħala proġetti b'punti ta' "konġestjoni" u jinsabu f'riskju ta' diżimpenn; jistenna li l-Kummissjoni taġġorna lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni fir-rapport ta' segwitu għall-kwittanza 2014 tal-Kummissjoni;

261.  Ifakkar li r-rapport OPTP/2014/SM/01 tal-Uffiċċju tal-Awditjar Ċek dwar il-proċedura ta' akkwist għas-sistema ta' monitoraġġ għall-2014-2020, li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni f'April 2015, jirreferi għal nefqa mhux iġġustifikat ta' aktar minn EUR 9 miljun; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet ittra ta' twissija dwar il-possibbiltà ta' interruzzjoni tal-pagamenti u appellat lill-awtoritajiet Ċeki biex japplikaw il-korrezzjonijiet finanzjarji adegwati; jixtieq ikun jaf kif l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ivvaluta din is-sitwazzjoni;

Strumenti ta' inġinerija finanzjarja

262.  Jinnota li l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri rrapportaw li, b'kollox, fi tmiem l-2014 kienu qed joperaw 1 025 strument ta' inġinerija finanzjarja (inklużi 73 fond ta' investiment u 952 fond speċifiku): l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-impriżi jirrappreżentaw 90 %, il-proġetti ta' żvilupp urban 6 % u l-fondi għall-effiċjenza enerġetika/enerġiji rinnovabbli 4 %; li dawk l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ġew stabbiliti f'25 Stat Membru u rċevew appoġġ finanzjarju minn 183 programm operattiv; li l-valur totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programmi operattivi mħallsa lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja ammontaw għal EUR 16-il biljun, inklużi EUR 10,9 biljun tal-FEŻR u l-FSE; u li l-pagamenti għall-benefiċjarji aħħarin laħqu EUR 9,19-il biljun sa tmiem l-2014, li minnhom EUR 5,8 biljun kienu Fondi Strutturali, biex b'hekk intlaħqet rata ta' assorbiment ta' kważi 57 % tal-ammonti tal-programmi operattivi;

263.  Jinnota li, skont l-aħħar studju komprensiv ħafna li jevalwa b'mod korrett il-prassi tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja fil-politika ta' koeżjoni fil-perjodu 2007-2013, l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għandhom ħafna vantaġġi, iżda għad fadlilhom xi dgħufijiet li għandhom jingħelbu; l-analiżi madankollu turi li l-użu tagħhom fost l-Istati Membri jvarja radikalment; jappella lill-Kummissjoni biex tanalizza r-raġunijiet ewlenin għal tali differenzi drammatiċi fost l-Istati Membri u biex issib inċentiv effikaċi biex ikunu aktar attivi fl-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja f'dawk l-oqsma fejn intwera li huma ta' suċċess;

264.  Jinnota li hemm differenza viżibbli bejn il-volum tar-riżorsi finanzjarji mdaħħla fl-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja u l-ammont imqassam mill-ġdid lill-benefiċjarji finali; hu tal-opinjoni li dan jista' jfisser li xi ammonti sostanzjali kienu biss "ipparkjati" fl-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja biex jiġi evitat ir-riskju ta' diżimpenn; jitlob ill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta' din il-karatteristika negattiva tal-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja u jqis li l-provvediment il-ġdid għall-2014-2020 għal ħlas lill-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja b'pagamenti parzjali bħala pass pożittiv f'din id-direzzjoni;

265.  Jinnota li l-qabża qawwija fl-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja sejra twassal bilfors għal approċċ kompletament ġdid għall-infiq tal-flus pubbliku min-naħa tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika u tal-korpi tal-awditjar u tal-kontroll, li sa ċertu punt jirrikjedi: "kultura ġdida" fl-ambjent għal strumenti finanzjarji innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni tittestja l-istat ta' tħejjija adegwata ta' dan l-ambjent;

266.  Jinnota li l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-effiċjenza, l-effikaċja u l-ekonomija fl-użu tal-FSIE, jekk jiġu implimentati b'mod għaqli, billi huma naturalment iffukati biex jilħqu riżultat jew jiġġeneraw il-prestazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti wkoll dan it-tip ta' benefiċċju fil-politika ta' nefqa baġitarja tal-Unjoni;

267.  Jieħu nota tal-informazzjoni li, sal-2014, total ta' 53 strument finanzjarju, li huma primarjament limitati għall-appoġġ tal-SME, ġew implimentati madwar 7 Stati Membri ffinanzjati mill-FSE u li total ta' 16 716 SME (li 11 286 minnhom huma mikrointrapriżi) ntlaħqu b'baġit totali tal-FSE ta' EUR 472 miljun;

268.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2013-2007 ħadet iż-żmien, minħabba:

   (a) il-kumplessità tar-regoli
   (b) f'xi każijiet, allokazzjoni żejda ta' riżorsi meta mqabbla mal-ħtiġijiet reali;
   (c) implimentazzjoni fi żmien ta' kriżi finanzjarja;

269.  Jilqa' l-fatt li, matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-qafas regolatorju jipprevedi li l-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja huwa bbażat fuq sistema obbligatorja ta' "evalwazzjoni ex ante" bl-għan li jiġu identifikati bżonnijiet ta' investiment u li tikkontribwixxi biex jiġi evitat l-impenn żejjed tal-fondi tal-Unjoni;

270.  Jilqa' wkoll il-ħolqien, flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment, ta' pjattaforma komuni ta' konsulenza teknika għall-istrumenti finanzjarji (Fi-Compass) għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-FEI matul il-perjodu 2014-2020;

L-aħjar prattika

271.  Jilqa' t-tendenza għas-simplifikazzjoni, it-tnaqqis ta' regolamentazzjoni żejda u t-titjib tal-ġestjoni kondiviża id f'id mal-elementi l-ġodda tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, li tidher li hija l-aħjar prattika metodoloġika u li hija riflessa f'ħafna miżuri konkreti bħat-tfittxija tal-komplementarjetà mal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa permezz ta' koeżistenza prattika tal-FSIE u l-FEIS (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi), l-irduppjar tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FEI, it-tnedija ta' inizjattivi mmirati, pereżempju għall-SMEs, il-ħolqien ta' task forces għal implimentazzjoni aqwa, l-introduzzjoni ta' fokus tematiku dwar tkabbir intelliġenti u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' riċerka u innovazzjoni li tirrispetta l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, jew il-kontribuzzjoni tal-politika ta' koeżjoni lill-politiki rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma bħall-ekonomija diġitali, l-enerġija, l-affarijiet soċjali fost l-oħrajn;

272.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni tal-Kummissjoni li ħolqot grupp ta' livell ogħli dwar is-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji li jgħin fl-identifikazzjoni tal-ostakoli u l-impedimenti għas-simplifikazzjoni u jgħin biex jinstabu mezzi kif jiġu indirizzati; jappella lill-Kummissjoni tistudja proċeduri ta' simplifikazzjoni ta' suċċess rikonoxxuti mill-Qorti, bħal fil-każ tal-Orizzont 2020, u s-simplifikazzjoni ta' kosti indiretti b'rimborżi b'rata fissa, sabiex dan l-approċċ jiġi ġġeneralizzat għal oqsma ta' politika oħra;

273.  Jappella lill-Kummissjoni tivvaluta jew tirrieżamina l-possibilità li s-sistema ta' pagamenti għal intitolamenti tiġi estiża, żvilupp li jwassal għal anqas żbalji mis-sistema ta' rimborż tal-kosti – li hi l-kawża tal-parti l-kbira tal-iżbalji – meta mqabbel ma' programmi oħra;

274.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja kif l-Istati Membri qed itejbu r-regoli dwar l-awditjar u l-kontrolli sabiex tinħoloq bażi komuni għall-qsim tal--aħjar prattiki, partikolarment dwar l-akkwist pubbliku u l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni;

Miżuri li għandhom jittieħdu

275.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) tidentifika l-evidenza tal-impatt tal-interventi tal-FEŻR, il-FSE u l-FK tal-perjodu 2007-2013 biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;
   (b) tiżgura li l-prijoritajiet il-ġodda tal-Unjoni jkunu interkonnessi ħafna aktar mill-qrib mal-politika ta' koeżjoni;
   (c) tkompli, fil-proċess ta' simplifikazzjoni li diġà nbeda, inkluża l-promozzjoni tal-SCO;
   (d) tappoġġa ulterjorment sinerġiji fi ħdan il-politika ta' koeżjoni nnifisha kif ukoll bejn il-politika ta' koeżjoni u interventi baġitarji oħra tal-Unjoni;

276.  Japprova r-riżervi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jitlob li jiġi infurmat dwar l-iżvilupp tal-programmi kkonċernati fir-rapport tal-Kummissjoni wara d-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

277.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tindirizza bir-reqqa d-dgħufijiet tal-"kontrolli tal-ewwel livell" fl-Istati Membri, peress li wħud mill-aktar żbalji importanti huma ġġenerati f'dan il-livell;

278.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar x'użu jkunu għamlu l-Istati Membri mill-SCO fir-rapport tal-Kummissjoni insegwitu għad-deċiżjoni ta' kwittanza tal-2014 tal-Parlament;

279.  Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha testendi lill-Istati Membri kollha l-valutazzjoni tagħha tal-affidabbiltà tal-korrezzjonijiet finanzjarji rapportati mill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni u l-impatt tagħhom fuq il-kalkolu tal-Kummissjoni tar-"rata ta' żball residwu"; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati meta tkun qed tagħti segwitu lid-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

280.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ is-sistema ta' kontroll għall-awtoritajiet tal-awditjar u tirrapporta dwar ir-riżultati fis-segwitu tad-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

281.  Jappella lid-DĠ REGIO u lid-DĠ EMPL jippubblikaw, fir-rapporti ta' attività annwali rispettivi tagħhom, il-kontribut tagħhom għat-tħejjija tar-rakkomanazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSR) tal-Kummissjoni u kif jappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom, peress li dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom juru kif id-DĠ jiffaċilitaw il-progress tal-Istati Membri sabiex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Riżorsi naturali

Kwistjonijiet ġenerali

282.  Jinnota li l-qasam ta' infiq dwar ir-riżorsi naturali jkopri l-aktar tipi differenti ta' attivitajiet taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK), li għandha l-għan li żżid il-produttività tas-settur agrikolu, tappoġġa l-istandards ta' għajxien għall-komunità agrikola, tistabbilizza s-swieq u tiżgura d-disponibbiltà tal-provvisti bi prezzijiet raġonevoli; huwa konxju li hemm żewġ fondi li jwettqu din il-funzjoni: il-FAEG (il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija) jiddistribwixxi mill-ġdid l-għajnuna diretta/pagamenti tal-Unjoni u jipprovdi miżuri tas-suq, u l-FAEŻR (il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) li jikkofinanzja programmi għall-iżvilupp rurali fuq bażi ta' proġetti;

283.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ebda fond tal-UE ma jitqiegħed għad-dispożizzjoni bħala appoġġ dirett jew indirett għas-sarar mat-toru; jikkunsidra li l-approprjazzjonijiet tal-PAK jew ta' kwalunkwe tip ieħor mill-baġit tal-UE m'għandhomx jintużaw għall-finanzjament ta' attivitajiet li jinvolvu t-tortura tal-annimali;

284.  Jinnota li l-oqsma l-oħra jinkludu attivitajiet li jaqgħu taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (FES; il-Fond Ewropew tas-Sajd) u attivitajiet ta' appoġġ ambjentali (il-protezzjoni, it-titjib, u l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali), prinċipalment fi ħdan LIFE (programm għall-ambjent);

285.  Jinnota b'dispjaċir li ħames rakkomandazzjonijiet ġew implimentati bis-sħiħ, erba' rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti, u 12-il rakkomandazzjoni qed jiġu implimentati f'xi aspetti, mill-21 rakkomandazzjoni magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

286.  Jinnota li l-infiq tal-PAK huwa pprovdut permezz ta' ġestjoni kondiviża (kofinanzjament mal-Istati Membri; barra minn hekk, pagamenti diretti jitqassmu permezz ta' aġenziji tal-pagamenti u hemm responsabbiltà għall-eliġibbiltà u għall-għoti ta' pagamenti lil benefiċjarji); li l-FES huwa wkoll ġestit fuq prinċipju ta' tqassim; u li l-ġestjoni tal-LIFE hija pprovduta ċentralment mill-Kummissjoni;

287.  Jenfasizza li l-problema ta' allokazzjoni effiċjenti tikkonsisti wkoll f'affidabbiltà limitata u l-bażi tad-data LPIS, li mhux dejjem tkun aġġornata; jinnota b'sodisfazzjon li d-dgħufijiet fil-LPIS ġew indirizzati fl-Istati Membri awditjati kollha, iżda jiddeplora l-fatt li hemm dgħufijiet importanti li għadhom jippersistu f'ċerti Stati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tuża l-mekkaniżmi msaħħa li għandha taħt il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-PAK(92), f'każ ta' nuqqasijiet sinifikanti u persistenti fis-sistemi nazzjonali;

288.  Jirrimarka li wieħed min nuqqasijiet identifikati jikkonsisti wkoll fi pjanijiet ta' azzjoni imperfetti tal-Istati Membri għall-iżvilupp rurali;

289.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri sabiex tindirizza dawn il-problemi u tikkontribwixxi għal deċiżjonijiet sodisfaċenti min-naħa tagħhom;

290.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet awditu ta' segwitu sabiex tevalwa jekk in-nuqqasijiet osservati fl-Istati Membri mill-2007 sal-2013 fir-rigward tal-LIPS ġewx rimedjati;

291.  Jinnota b'sodisfazzjon li d-dgħufijiet fil-LPIS kienu ġew indirizzati fl-Istati Membri kollha awditjati; madankollu, jiddeplora l-fatt li għadhom jippersistu xi dgħufijiet importanti fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja; jitlob lill-Kummissjoni tuża l-mekkaniżmi msaħħa li għandha taħt il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-PAK f'każ ta' nuqqasijiet sinifikanti u persistenti fis-sistemi nazzjonali;

292.  Jinnota bi tħassib li tista' sseħħ sottovalutazzjoni tal-livell ta' żball rrappurtat għas-sena finanzjarja minn entità taċ-ċertifikazzjoni fil-qafas ta' "proċedura ta' tisħiħ tal-aċċertament"(93); jenfasizza li b'mod ġenerali, għas-sitt Stati Membri li kienu għażlu l-applikazzjoni volontarja ta' din il-proċedura, il-Qorti sabet li d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tagħha jirrendu l-livelli ta' żball irrappurtati bħala mhux affidabbli, u li l-Kummissjoni għandha tapplika pagamenti supplimentari fuq ir-rati ta' żball irrappurtati;

293.  Jiddispjaċih bil-kbir li korp ta' ċertifikazzjoni Grieg issottovaluta b'mod sinifikanti l-livell ta' żball irrapurtat għas-sena finanzjarja 2014 fil-qafas "tat-tisħiħ tal-proċedura ta' assigurazzjoni" u jenfasizza li, b'mod ġenerali għas-sitt Stati Membri li kienu għażlu l-applikazzjoni volontarja ta' din il-proċedura (il-Greċja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit), il-Qorti sabet li, bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu, id-dgħufijiet fl-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri jirrendu l-livelli ta' żball irrappurtati bħala mhux affidabbli;

294.  Jiddispjaċih li l-Qorti fl-2014, meta żaret il-ħames aġenziji tal-pagamenti fl-Irlanda, fl-Italja (Campania), fil-Portugall, fir-Rumanija u fl-Iżvezja, identifikat dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll relatati ma' tranżazzjonijiet fl-iżvilupp rurali u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-kontrolli relatati ma' kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal kundizzjonijiet ambjentali, id-daqs massimu tal-kumpaniji u l-proċeduri ta' akkwist pubbliku;

295.  Jiddeplora l-fatt li, fil-qasam tal-iżvilupp rurali, il-maġġoranza tat-tipi ta' żball u tad-dgħufijiet fis-sistema ma kinux indirizzati mill-pjanijiet ta' azzjoni riveduti mill-Qorti;

296.  Jilqa' l-fatt li, skont is-sejbiet tal-Qorti, il-Kummissjoni mmaniġjat b'mod sodisfaċenti l-proċedura ta' kwittanza finanzjarja 2014;

297.  Jikkunsidra bi tħassib li l-proċeduri ta' konformità kienu għadhom twal iżżejjed fl-2014; jinnota li t-tnaqqis ta' 15 % fl-approprjazzjonijiet pendenti meta mqabbel ma' tmiem l-2013 ma kienx biżżejjed, b'tali mod li wassal għal ammont sinifikanti ta' xogħol b'lura b'180 fajl pendenti sa tmiem l-2014;

298.  Jenfasizza li l-awditu tal-Qorti rigward il-ġestjoni ta' trasferiment tal-għarfien u miżuri konsultattivi wera li numru konsiderevoli ta' servizzi simili huma ffinanzjati minn diversi fondi tal-Unjoni (pereżempju mill-FSE kif ukoll permezz tal-FAEŻR) u dan jimplika r-riskju ta' finanzjament doppju u jirrikjedi d-duplikazzjoni ta' strutturi ta' ġestjoni għaljin;

299.  Jiddeplora s-sejbiet tal-Qorti li l-appoġġ mill-Unjoni għall-infrastruttura rurali ħalla valur biss limitat għall-infiq li sar; jiddispjaċih li l-bżonn ta' finanzjament għall-iżvilupp rurali mill-Unjoni mhux dejjem kien iġġustifikat b'mod ċar u kien hemm koordinament dgħajjef ma' fondi oħrajn u li l-proċedura tal-għażla ma allokatx il-finanzjament b'mod sistematiku lejn il-proġetti l-aktar kosteffikaċi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data rilevanti u affidabbli dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri ffinanzjati, sabiex l-infiq jiġi ġestit skont ir-riżultati;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

300.  Jinsab imħasseb serjament li l-Qorti analizzat 183 tranżazzjoni tal-FAEG li jinvolvu appoġġ għas-suq u għajnuna diretta u 176 tranżazzjoni fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, li minnhom 177 kienu milquta minn żball (93 għall-agrikoltura rigward appoġġ għas-suq u appoġġ dirett u 84 għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd); jinnota li abbażi tat-88 żball kwantifikat, il-livell ta' żball stmat huwa ta' 2.9 % għall-appoġġ għas-suq u għajnuna diretta mill-FAEG u li abbażi tal-41 żball kwantifikat, il-livell ta' żball stmat huwa ta' 6,2 % għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, li jwassal biex ir-rata ta' żball l-aktar probabbli għar-"riżorsi naturali" kumplessivamenti tkun 3,6 %; josserva b'sodisfazzjon li s-sitwazzjoni tjiebet, peress li mingħajr il-kundizzjonalità, ir-rata ta' żball l-aktar probabbli għar-"riżorsi naturali" kumplessivament se tkun 3 %;

301.  Iqis li mhuwiex aċċettabbli li f'26 każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru fl-appoġġ tas-suq u fl-għajnuna diretta tal-FAEG minn benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; josserva li, kieku din l-informazzjoni kollha ntużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata ta' żabll stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 0,6 % anqas; jinnota barra minn hekk, li l-Qorti sabet li għal 34 każ, l-iżball li hija qabdet kien sar mill-awtoritajiet nazzjonali; u li dawn l-iżbalji kkontribwew 0,7 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat; li fi 15-il każ ta' żbalji kwantifikabbli li saru fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, minn benefiċjarji, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni; u li, kieku din l-informazzjoni kollha ntużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata ta' żball stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 3,3 % anqas; jinnota wkoll li l-Qorti sabet li għal tliet każijiet, l-iżball li hija qabdet kienu saru mill-awtoritajiet nazzjonali; li dawn l-iżbalji kkontribwixxew 0,6 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat; iqis li din is-sitwazzjoni, li baqgħet l-istess għal diversi snin issa, turi nuqqas ta' diliġenza;

302.  Jiddispjaċih li s-sorsi tal-iżbalji baqgħu l-istess:

   (a) fis-suq tal-FAEG u appoġġ dirett (għall-agrikoltura): dikjarazzjonijiet mhux preċiżi jew ineleġibbli minn benefiċjarji (bħal dikjarazzjonijiet żejda ta' art agrikola, roqgħat art ineleġibbli), benefiċjarji ineleġibbli, attivitajiet, proġetti jew infiq, ksur tal-kundizzjonalità u żbalji amministrattivi;
   (b) fl-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd (infiq rurali): dikjarazzjonijiet mhux preċiżi jew ineleġibbli minn benefiċjarji (dikjarazzjonijiet żejda ta' art agrikola, roqgħat art ineleġibbli), benefiċjarji, attivitajiet, proġetti jew infiq ineleġibbli, ksur tal-kundizzjonalità, nonkonformità mal-impenji agroambjentali u nonkonformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Agrikoltura

Rurali

Għadd eċċessiv ta' ettari eleġibbli

28%

6%

Benefiċjarji, attivitajiet, proġetti jew infiq ineleġibbli

6%

16%

Ksur tal-kundizzjonalità

15%

1%

Żbalji amministrattivi

15%

 

Nonkonformità ma' impenji agroambjentali

 

10%

Nonkonformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

 

3%

Total

63%

37%

303.  Jinsab partikolarment imħasseb dwar il-każijiet ta' suspett ta' ċirkomvenzjoni intenzjonata tal-kriterji ta' eleġibbiltà; jinnota li dawk il-każijiet kienu ntbagħtu lill-OLAF u jitlob lill-OLAF jirrapporta dwar ir-riżultat tal-investigazzjonijiet tiegħu f'rapport ta' segwitu tal-Kummissjoni;

Kwistjonijiet dwar l-affidabbiltà tad-data

304.  Jisħaq li huwa importanti ħafna li jkun hemm LPIS affidabbli u aġġornata, li għandha tnaqqas l-iżbalji;

305.  Jirrimarka li, billi r-rati ta' żball rappurtati mill-Istati Membri għal kull aġenzija tal-pagamenti mhumiex dejjem affidabbli, id-DĠ AGRI jaġġusta dak il-livell ta' żball prinċipalment fuq l-awditi tal-Kummissjoni u tal-Qorti mwettqa f'dawn l-aħħar tliet snin;

306.  Jenfasizza li filwaqt li fl-2014, il-korpi ta' ċertifikazzjoni taw valutazzjoni pożittiva dwar l-istatistika ta' kontroll kollha tal-FAEG-SIAK irrappurtati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni kellha tikkoreġi 'l fuq ir-rati ta' żball ikkomunikati minn 17 minn fost 69 aġenzija tal-pagamenti b'rata tal-iżball residwu 'l fuq minn 2 %, li minnhom ħamsa kienu ogħla minn 5 %(94), l-aktar fi Spanja (Andalusija, Gżejjer Kanarji, Extremadura u La Rioja) u l-Ungerija; jinnota li b'mod ġenerali, ir-rata ta' żball rappurtata għal pagamenti diretti tal-PAK żdiedet minn 0,55 % għal 2,54 % bħala riżultat ta' aġġustamenti magħmula mid-DĠ AGRI;

307.  Jenfasizza li filwaqt li fl-2014, il-korpi ta' ċertifikazzjoni taw valutazzjoni pożittiva fuq 88 % tal-istatistika ta' kontroll tal-FAEŻR irrappurtati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni kellha tikkoreġi 'l fuq ir-rati ta' żball ikkomunikati minn 43 minn fost 72 aġenzija tal-pagamenti b'rata tal-iżball aġġustat 'l fuq minn 2 % (li minnhom 14 kienu ogħla minn 5 %), fil-Bulgarija, id-Danimarka, Spanja (Andalusija u Valencia), Franza (ODARC u ASP), ir-Renju Unit (l-Ingilterra), il-Greċja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija; jinnota li b'mod ġenerali, ir-rata ta' żball rappurtata għal pagamenti għall-iżvilupp rurali żdiedet minn 1,52 % għal 5,09 % bħala riżultat ta' aġġustamenti magħmula mid-DĠ AGRI;

308.  Jenfasizza li hemm riskju ta' sottovalutazzjoni tar-rata ta' żball aġġustata mill-Kummissjoni fuq livell ta' aġenzija tal-pagamenti individwali, peress li l-aġġustamenti jsiru biss meta l-awditu tal-Kummissjoni jew tal-Qorti jkun disponibbli;

309.  Jinnota madankollu li l-Qorti tikkunsidra l-metodoloġija tal-Kummissjoni bħala approċċ validu li jista' jipprovdi bażi suffiċjenti għal riżervi fil-livell ta' aġenziji individwali tal-pagamenti;

310.  Jirrimarka li l-istruttura tat-twettiq tal-politiki hija frammentata ħafna fl-iżvilupp rurali,(95) li jillimita l-kopertura tal-verifika tal-konformità tal-Kummissjoni għan-nefqa tal-FAEŻR;

311.  Jirrimarka li peress li l-medja tal-korrezzjonijiet finanzjarji matul l-aħħar tliet snin għall-FAEG tikkorrispondi għal 1,2 % tan-nefqa kkonċernata u għall-FAEŻR għal 1 %, il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet finanzjarji li jkopru ftit inqas minn nofs il-livell fir-rata ta' żball aġġustata għall-FAEG (2,6 % fl-2014) u wieħed minn kull ħamsa għar-rata ta' żball aġġustat tal-FAEŻR (5,1 % fl-2014); jinnota wkoll li matul l-aħħar tliet snin, l-irkupri ammontaw għal 0,3 % tan-nefqa għall-FAEG u 0,9 % għall-FAEŻR;

312.  Jenfasizza li, abbażi tad-data kkomunikata mill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri fuq naħa waħda (1,9 % tan-nefqa) u r-rata ta' żball aġġustata aggregata min-naħa l-oħra (5,1 %), iċ-ċifri għall-FAEŻR fl-2014 juru li l-kapaċità korrettiva mhijiex biżżejjed biex jitnaqqas l-infiq fir-riskju taħt il-materjalità sa tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni(96);

313.  Jinnota li d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mibgħuta mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI tinkludi tliet riżervi fir-rigward tal-infiq għall-2014 f'ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri u riżerva waħda fir-rigward ta' ġestjoni indiretta b'total ta' EUR 1 446,9 miljun (EUR 1 451,9 miljun fl-2013); josserva li l-ogħla ammont f'riskju fl-2014 huwa taħt ABB03 (Pagamenti diretti); jilqa' dan ix-xogħol intensiv mid-Direttorat Ġenerali li jimmonitorja u jikkoreġi d-data tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif meħtieġ mill-Artikolu 66 tar-Regolament Finanzjarju; jirrimarka li n-nuqqasijiet u l-korrezzjonijiet fis-sistemi nazzjonali li ġew żvelati b'dan il-mod jirrappreżentaw parti sostanzjali tad-data li fuqha hija bbażata d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb id-data li tifforma l-bażi għal din id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

314.  Jinnota li ġiet identifikata enfasi relattivament b'saħħitha, iżda pjuttost formali fuq kriterji ta' prestazzjoni (skont il-Qorti, anki fi 93 % tal-proġetti eżaminati), filwaqt li b'kuntrast, il-kejl tal-punt sa fejn intlaħqu l-objettivi jidher li kienx daqshekk rigoruż;

315.  Jinnota li skont ir-rapport ta' attività annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI, il-fattur tal-introjtu agrikolu baqa' stabbli fl-2014 (IEP 1); jisħaq li skont il-Kummissjoni(97), l-introjtu agrikolu għal kull ħaddiem huwa influwenzat b'mod pożittiv mit-tnaqqis fil-forza tax-xogħol agrikola; jitlob lill-Kummissjoni tirraporta b'mod sistematiku dwar din il-kwistjoni fir-rapport ta' attività annwali tagħha;

316.  Jinnota b'sorpriża li, skont ir-rapport ta' attività annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI, ir-rata tal-impjiegi f'żoni rurali (IEP 4) kienet stabbli fl-2014, filwaqt li hemm tnaqqis permanenti fl-għadd ta' bdiewa fl-Unjoni;

317.  Jemmen li mhuwiex sostenibbli li skont ir-rapport ta' attività annwali tad-DĠ AGRI(98), 44,7 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-Unjoni huma azjendi agrikoli ta' semisussistenza, jiġifieri li għandhom introjtu ta' inqas minn EUR 4 000 fis-sena; jinnota wkoll li skont ir-rapport dwar id-distribuzzjoni ta' għajnuniet diretti lill-produtturi agrikoli għas-sena finanzjarja 2014 adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2015:

   (a) bħala medja 80 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu madwar 20 % tal-pagamenti, u
   (b) 79 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK jirċievu EUR 5 000 jew inqas fis-sena;

318.  Jitlob lid-DĠ AGRI jirrapporta fir-rapport ta' attività annwali tiegħu tal-2015 dwar taħlita vasta ta' indikaturi ekonomiċi u ambjentali billi tingħata ħarsa bbilanċjata tajba lejn il-qagħda agrikola tal-Unjoni kif ukoll il-kuntest usa' tagħha, sabiex il-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jivvalutaw aħjar il-prestazzjoni tal-PAK u jimpenjaw ruħhom f'riflessjoni infurmata fuq l-orjentament futur tagħha;

319.  Jitlob lid-DĠ AGRI jirrapporta dwar it-tendenza fid-distribuzzjoni tal-appoġġ għall-introjtu agrikolu fir-rapport annwali tiegħu u, b'mod partikolari, jagħti dettalji dwar l-effetti tal-forom ġodda ta' appoġġ, bħall-pagament ridistributtiv, introdott bir-riforma tal-PAK fl-2013;

320.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest ta' eżerċizzju pilota dwar il-prestazzjoni, il-Qorti ffukat fuq 71 proġett ta' żvilupp rurali, li kienu jinkludu investimenti f'assi tanġibbli;

321.  Jilqa' r-riżultati miksuba permezz tal-implimentazzjoni tal-politika tal-iżvilupp rurali 2007-2013 skont id-data preliminari (tmiem l-2014) li tirreferi għal impriżi mikro (73 300) u għal bdiewa żgħażagħ (164 000) li jingħataw appoġġ kif ukoll għall-appoġġ fir-rigward tal-innovazzjoni għall-introduzzjoni ta' prodotti ġodda jew teknoloġiji f'136 000 razzett;

322.  Jiddispjaċih li l-Qorti wriet nuqqasijiet fl-iffukar fuq miżuri u l-għażla tal-proġetti, u li kien hemm nuqqas ta' provi tal-fatt li l-ispejjeż kienu raġonevoli;

323.  Jiddispjaċih li l-Qorti fl-2014, meta żaret il-ħames aġenziji tal-pagamenti fl-Irlanda, fl-Italja (Kampanja), fil-Portugall, fir-Rumanija u fl-Iżvezja, identifikat dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll relatati ma' tranżazzjonijiet fl-iżvilupp rurali u, b'mod partikolari, fir-rigward tal-kontrolli relatati ma' kundizzjonijiet ta' eleġibbiltà għal kundizzjonijiet ambjentali, id-daqs massimu tal-kumpaniji u l-proċedura ta' akkwist pubbliku;

Strumenti ta' inġinerija finanzjarja

324.  Jinnota li l-użu ta' FEI f'dan il-qasam huwa kompletament negliġibbli u pjuttost eċċezzjonali;

325.  Jiddispjaċih li l-Qorti identifikat nuqqasijiet serji f'dak li jirrigwarda l-effetti rotanti u ta' lieva tal-faċilitajiet tal-finanzjament fl-iżvilupp rurali u kkonkludiet li l-FEI ma kellhiex suċċess matul il-perjodu 2007-2013(99); jitlob li l-Kummissjoni timplimenta miżuri biex tipprovdi biżżejjed inċentivi għall-benefiċjarji ħalli jkun hemm valur miżjud sostanzjali;

326.  Jinnota li l-Kummissjoni nediet proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità biex tikseb informazzjoni dettaljata u preċiża dwar ir-riskju ta' kunflitt ta' interess li jikkonċerna l-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka u saħaq li l-fatt li ma jittiħdux il-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni ta' kunflitt ta' interess jista' fl-aħħar mill-aħħar jirrikjedi lill-awtorità kompetenti Ċeka tirtira l-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti u/jew jista' jwassal għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tipproċedi malajr u tirrapporta lill-Parlament dwar din il-kwistjoni sa Ġunju 2016; jitlob lill-OLAF jirrapporta mingħajr dewmien lill-Parlament dwar id-deċiżjoni tiegħu jekk jiftaħx każ jew le;

327.  Jinnota li wara t-tmiem tal-perjodu ta' eleġibbiltà tal-FEI, ir-riżorsi ritornati lill-fondi minn investimenti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri u jsiru riżorsi nazzjonali taħt il-qafas ġuridiku attwali; jiddispjaċih li minħabba f'hekk ir-riżorsi inizjalment marbuta ma' strumenti finanzjarji speċifiċi jistgħu jiġu trasferiti għal setturi differenti u impriżi individwali; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-inċentiv għall-Istati Membri li jonfqu dawn ir-riżorsi fi ħdan l-istess settur;

L-aħjar prattika

328.  Jinnota l-analiżi dettaljata tal-Qorti dwar jekk l-appoġġ tal-Unjoni kienx immirat lejn l-objettivi definiti b'mod ċar li jirriflettu ħtiġijiet strutturali u territorjali identifikati u żvantaġġi strutturali; u li hija ttestjat ukoll il-kriterju tal-prestazzjoni fil-qafas tal-immirar u tal-għażla; iqis li t-titjib tal-Qafas Komuni tal-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni li ġie żviluppat mid-DĠ AGRI, fir-rigward tal-approċċ relatat mal-prestazzjoni, fih sett ta' indikaturi speċifiċi li se jippermettu lill-Kummissjoni tkejjel u tirrapporta dwar il-progress;

Miżuri li għandhom jittieħdu

329.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) tieħu miżuri adegwati biex jissaħħu l-pjanijiet ta' azzjoni fl-Istati Membri biex jiġu identifikati l-kawżi l-aktar frekwenti ta' żball; u tirrevedi l-istrateġija għall-verifiki ta' konformità tal-iżvilupp rurali;
   (b) tanalizza l-impatt tar-riforma tal-PAK f'termini tal-prestazzjoni tal-industrija u l-prijoritajiet tagħha f'dak li jikkonċerna l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni;
   (c) tiffaċilita s-sinerġiji fil-qasam tar-riżorsi naturali sabiex telimina l-eteroġeneità attwali ta' azzjonijiet ta' appoġġ;
   (d) tirrapporta fid-dettall lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-iffissar ta' limitu massimu fil-pagamenti diretti tal-PAK skont kull Stat Membru għalih;

330.  Jitlob li:

   (a) fir-rapport ta' attività annwali tad-DĠ AGRI, il-Kummissjoni tikkunsidra tirrapporta dwar it-tendenza fid-distribuzzjoni ta' appoġġ għad-dħul agrikolu;
   (b) l-Istati Membri jagħmlu sforzi ulterjuri biex jinkludu informazzjoni affidabbli u aġġornata fil-bażi tad-data tal-LPIS tagħhom sabiex jiġu evitati pagamenti għal art ineleġibbli;
   (c) il-Kummissjoni tfassal proposti bil-ħsieb li jiġi sanzjonat ir-rappurtar falz jew inkorrett li jsir mill-aġenziji tal-pagamenti inklużi t-tliet dimensjonijiet li ġejjin, jiġifieri l-istatistika tal-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet mill-aġenziji tal-pagamenti u x-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni;
   (d) il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tirrikjedi li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-iżvilupp rurali jinkludu azzjonijiet ta' rimedju li jindirizzaw ir-raġunijiet ta' żball frekwenti;
   (e) il-Kummissjoni tirrevedi l-istrateġija għall-awditi tagħha tal-konformità fir-rigward tal-iżvilupp rurali sabiex tistabbilixxi jekk id-dgħufijiet fis-sistemi misjuba f'reġjun speċifiku wieħed, għal Stati Membri bi programmi reġjonali, humiex preżenti wkoll fir-reġjuni l-oħra, speċjalment għal miżuri ta' investiment;
   (f) il-Kummissjoni tiżgura li l-proċedura l-ġdida ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, li se ssir obbligatorja mis-sena finanzjarja 2015, tiġi applikata b'mod korrett mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni u tipproduċi informazzjoni affidabbli dwar il-livell ta' żball;
   (g) l-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa li jappoġġaw l-attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien u ta' konsulenza li jkunu diġà fis-suq bi prezz raġonevoli u meta din il-ħtieġa tkun iġġustifikata, li l-Istati Membri jiżguraw li l-ispejjeż tal-attivitajiet appoġġati ma jaqbżux l-ispejjeż ta' attivitajiet simili offruti mis-suq;
   (h) il-Kummissjoni tiżgura l-komplementarjetà bejn il-fondi tal-UE biex jittaffa r-riskju ta' finanzjament doppju u duplikazzjoni ta' amministrazzjoni fit-trasferiment tal-għarfien u miżuri konsultattivi;
   (i) il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu strument finanzjarju uniku li jkun kapaċi jagħti kemm self kif ukoll garanziji, u b'hekk iżidu l-attività u l-massa kritika tiegħu;
   (j) il-Kummissjoni tistabbilixxi standards u objettivi xierqa għall-effetti rotanti u ta' lieva sabiex iżżid l-effikaċja tal-istrumenti finanzjarji għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;
   (k) l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa u l-Ikel tnaqqas, sa fejn ikun possibbli, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati, li ammontaw għal EUR 0,9 miljun (50 %) fl-2014; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2013 il-Qorti għamlet kummenti simili u li l-informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi għadhom mhumiex disponibbli;

Ewropa Globali

Kwistjonijiet ġenerali

331.  Jinnota li l-infiq marbut ma' dan il-qasam politiku jkopri l-attivitajiet tal-politika barranija tal-Unjoni, appoġġ għal pajjiżi kandidati u potenzjonalment kandidati tal-Unjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi ġirien li mhumiex parti mill-attivitajiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ);

332.  Jinnota li l-intestatura 4 ta' Ewropa Globali taħdem b'ammont totali ta' EUR 7,4 biljun fejn l-infiq huwa bbażat fuq strumenti ta' kooperazzjoni u metodi ta' realizzazzjoni;

333.  Jinnota li attwalment hemm bla dubju ta' xejn tliet oqsma rilevanti għall-aġenda tat-tkabbir u tal-viċinat: is-sħubija, it-tkabbir u sinerġiji mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);

334.  Jilqa' l-fatt li erba' rakkomandazzjonijiet ġew implimentati b'mod sħiħ, żewġ rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti u żewġ rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati f'xi aspetti minn total ta' tmien rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

Kwistjonijiet ta' ġestjoni

335.  Jinnota li hemm ġestjoni diretta f'din it-taqsima, meta l-infiq huwa ġestit mill-Kummissjoni u d-DĠ tagħha; hija pprovduta permezz tas-sede fi Brussell jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi partikolari, jew f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

336.  Jinnota b'sorpriża li d-delegazzjonijiet bl-ogħla ammont f'riskju kif imkejjel minn indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni 5 (implimentazzjoni f'waqtha) u 6 (objettiv milħuq) huma differenti minn dawk elenkati li għandhom l-agħar prestazzjoni; iqis li dan iqajjem tħassib dwar il-kwalità u s-serjetà ta' rappurtar ta' xi delegazzjonijiet;

337.  Jinnota bi tħassib kbir li skont l-RĠAE, minn 2 598 proġett immexxijin minn delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   805 proġetti b'valur ta' EUR 13,7 biljun (45,53 % tal-ammont totali) huma suġġetti għal ittardjar,
   610 proġetti b'valur ta' EUR 9,9 biljun (32,96 %) mhux se jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment,
   500 proġett b'valur ta' EUR 8,6 biljun (29 %) huma suġġetti għal ittardjar u lanqas mhuma se jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment,
   915-il proġett b'valur ta' EUR 15 biljun (50%) jew huma suġġetti għal ittardjar jew inkella mhumiex se jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment,
   azzjonijiet ta' appoġġ baġitarju jammontaw għal kważi wieħed minn kull ħames proġetti bl-agħar problemi;

338.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni stabbilixxiet sistema ta' monitoraġġ tal-proġetti li għaddejjin u li r-rapporti tar-RĠAE jipprovdu ħarsa ġenerali fl-aħħar tas-sena tal-proġetti li jew qed jiffaċċjaw xi dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom jew fejn hemm riskji li mhux se jilħqu objettiv wieħed jew aktar stabbiliti inizjalment;

339.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja dawn il-proġetti u tieħu azzjonijiet xierqa sabiex tippermetti lil dawn il-proġetti jilħqu l-objettiv tagħhom fiż-żmien stabbilit; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi rapport aġġornat dwar l-istat ta' dawn il-proġetti u jistedinha tinkludi l-programmi ta' għajnuna tal-politika tal-viċinat f'dak ir-rapport;

340.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-persunal tad-delegazzjonijiet iżur inqas spiss il-proġetti bi problemi ta' implimentazzjoni minn proġetti mingħajr problemi;

341.  Jinnota li abbażi tad-data fir-RĠAE tal-2014, 77 % tal-proġetti mmarkati bl-aħmar għall-KPI-5 kienu miżjura u 23 % ma kinux, li għall-proġetti mmarkati bl-isfar għall-KPI-5, 74 % kienu miżjura u 26 % ma kinux, u li għall-proġetti mmarkati bl-aħdar għall-KPI-5, 71 % kienu miżjura u 29 % ma kinux;

342.  Ifakkar li l-Parlament talab lill-Kummissjoni tippreżenta l-miżuri meħuda sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ippjanar finanzjarju u l-allokazzjoni tar-riżorsi, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-awditjar u tipprovdi l-konklużjonijiet li waslet għalihom mill-RĠAE mal-RĠAEs lill-Parlament;

343.  Jinnota li pjanijiet ta' azzjoni għat-22 delegazzjoni li kisbu l-punt ta' riferiment għal inqas minn 60 % tal-KPIs tagħhom fl-2014 ġew trażmessi uffiċjalment lill-Parlament Ewropew fil-5 ta' Novembru 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-konklużjonijiet misluta minn DĠ DEVCO mir-RĠAE ġew ippreżentati fir-Rapport Annwali tal-Attività ta' DĠ DEVCO għas-sena 2014;

344.  Jinsisti li l-Kummissjoni bl-ebda mod m'għandha tuża l-proċedura kontradittorja prevista mill-Artikolu 163 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex iddewwem jew timblokka l-adozzjoni ta' rapport speċjali tal-Qorti;

345.  Itenni bil-qawwa li l-proċess tal-bini ta' assigurazzjoni jeħtieġ miżuri li jirrinfurzaw ir-responsabbiltà tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni permezz tal-RĠAE mħejjija u ffirmati mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

346.  Iqis l-RĠAE maħruġa mill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni bħala strument utli ta' ġestjoni interna li jippermetti lill-Kummissjoni tidentifika problemi bikrija fir-rigward ta' proġetti u biex dawn jiġu indirizzati anki matul l-implimentazzjoni; jiddispjaċih li dawn ir-rapporti mhumiex annessi mar-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ DEVCO u NEAR kif previst fl-Artikolu (67)3 tar-Regolament Finanzjarju; jiddispjaċih li dawn jiġu sistematikament meqjusa bħala kunfidenzjali filwaqt li skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament Finanzjarju, "għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom";

347.  Jiddispjaċih li l-prestazzjoni ġenerali tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' assistenza esterna kif imkejla minn IEP użat fl-RĠAE tal-2014 marret għall-agħar meta mqabbla mas-sena 2013; jinnota madankollu li dawn ir-rapporti jippreżentaw valutazzjoni tal-proġetti li għaddejjin u li l-prestazzjoni hija influwenzata minn fatturi li huma lil hinn mill-kontroll tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, inkluż il-kwalità tal-governanza fil-pajjiżi benefiċjarji, is-sitwazzjoni ta' sigurtà, il-kriżi politika, l-impenn ta' sħab fl-implimentazzjoni, eċċ;

348.  Jirrikonoxxi li l-valutazzjonijiet li ġejjin mir-rapporti tal-RĠAE jagħtu biss ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni ta' kull proġett fl-aħħar tas-sena u li l-impatt reali tad-diffikultajiet identifikati jistgħu jiġu vvalutati biss sa tmiem il-proġett.

349.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tuża l-RĠAE biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati, b'tali mod li l-proġetti li għaddejjin jilħqu l-objettivi stabbiliti inizjalment; jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li proġetti ta' assistenza esterna huma ppjanati f'kalendarju realistiku sabiex jitnaqqas il-proporzjon ta' proġetti li ttardjaw; jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar azzjoni korrettiva biex titranġa s-sitwazzjoni f'delegazzjonijiet bi problemi serji ta' implimentazzjoni;

350.  Jinnota li parti limitata ħafna tal-proġetti li għaddejjin ġew ivvalutati li għandhom problemi serji li jiġġustifikaw bandiera ħamra; jilqa' l-azzjonijiet korrettivi previsti, li għad jistgħu jipproduċu riżultat pożittiv sa tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni;

351.  Hu wkoll tal-fehma li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu mfakkra b'mod ċar bi dmirijiethom matul il-proċess ta' reklutaġġ u ta' qabel il-ħatra dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom ta' ġestjoni, ir-responsabbiltà tagħhom fl-assigurazzjoni ġestjonali relatata mal-portafolli ta' operazzjonijiet tad-delegazzjoni tagħhom (il-proċessi ġestjonali fundamentali, il-ġestjoni tal-kontrolli, fehim u valutazzjoni adegwati tal-IEP), billi jipprovdu rappurtar kwalitattiv u eżawrjenti fil-kuntest tat-twaqqif tar-rapport ta' attività annwali, u ma jikkonċentrawx biss fuq il-komponent politiku ta' dmirijiethom;

352.  Jesprimi tħassib dwar il-ġestjoni tal-assistenza esterna min-naħa tal-Unjoni f'pajjiżi terzi; jirrimarka li kull tieni euro jitħallas tard (fiż-żmien meta sar l-aħħar rapport, dan affettwa 805 proġetti), kull tielet euro ma rnexxilux jilħaq l-objettiv maħsub tiegħu (dan affettwa 610 proġetti) u li ż-żewġ nuqqasijiet japplikaw għal kull raba' euro (dan affettwa 500 proġett); jinsab imħasseb li fir-rigward tal-appoġġ baġitarju kważi wieħed minn kull ħamsa (18,5 %) tal-miżuri qegħdin tard u ma rnexxilhomx jilħqu l-objettivi, u kważi nofs il-proġetti tal-FEŻ għandhom l-istess problemi ta' implimentazzjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li proġetti li qed jesperjenzaw problemi qed jirċievu żjarat inqas spiss minn dawk mingħajr problemi; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi rapport aġġornat dwar l-istat ta' dawn il-proġetti u jistedinha tinkludi l-programmi ta' għajnuna tal-politika tal-viċinat f'dan ir-rapport;

353.  Jirrikonoxxi li l-impatt attwali tad-diffikultajiet identifikati jistgħu biss jiġu vvalutati sat-tmiem tal-proġett; iqis li l-impatt finanzjarju tad-diffikultajiet u d-dewmien li ġew iffaċjati matul l-implimentazzjoni tal-proġetti għandhom jitkejlu b'attenzjoni u li jista' jirrappreżenta biss parti limitata ħafna tan-nefqa tal-proġett;

354.  Jemmen li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu pprovduti bi gwida ċara fil-linji gwida ġenerali dwar id-definizzjoni tar-riżerva u l-komponenti tagħha;

355.  Jemmen li huwa importanti li jiġu identifikati u konsolidati x-xejriet skont id-delegazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' ġestjoni u ta' IEP sabiex jiġi valutat iċ-ċiklu ta' programmazzjoni għall-benefiċċju tal-prestazzjoni ġenerali jew settorjali tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni;

356.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni żiedet il-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kampijiet ta' Tindouf b'total ta' 24 missjoni ta' monitoraġġ imwettqa fl-2015 u li l-persunal umanitarju tal-Kummissjoni jqatta' sa ġimagħtejn fix-xahar fil-kampijiet; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tiżgura l-użu l-aktar effiċjenti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kampijiet u jirrikonoxxi li ma hemm l-ebda dazju doganali impost fuq l-importazzjonijiet umanitarji fil-każ ta' Tindouf;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

357.  Josserva li l-Qorti analizzat 172 tranżazzjoni, li minnhom 43 kienu milquta minn żbalji; jinnota li abbażi tat-28 żball kwantifikat, il-livell stmat ta' żbalji huwa ta' 2,7 %;

358.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ħarġet rata speċifika ta' żball għan-nefqa ġestita direttament mill-Kummissjoni (it-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju u dawk b'donaturi multipli huma esklużi) u jiddispjaċih li r-rata ta' żball għal dawk it-tranżazzjonijiet speċifiċi ġiet kwantifikata għal 3,7 %; jinsab frustrat li f'seba' każijiet ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha informazzjoni suffiċjenti biex tipprevjeni jew biex tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji qabel ma aċċettat l-infiq; jinnota li, li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata stmata ta' żball għal dan il-kapitolu kienet tkun ta' 0,2 % aktar baxxa;

359.  Jinnota li l-iżbalji prinċipali jinkludu nefqiet ineleġibbli ddikjarati mill-benefiċjarji finanzjarji (li jinvolvu l-perjodu, it-taxxi, in-nonkonformità mar-regola tal-oriġini jew nuqqas ta' dokumentazzjoni) u spazju insuffiċjenti u l-aċċettazzjoni ta' pagamenti mill-Kummissjoni;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Ewropa Globali

Infiq ineleġibbli

57%

Servizzi/xogħlijiet/fornituri mhux provduti

24%

Assenza ta' dokumenti ġustifikattivigħall-ġustifikazzjoni tal-infiq

8%

Nonkonformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku

6%

Kalkolu skorrett tal-infiq iddikjarat

4%

Total

100%

360.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti ħarġet rata speċifika ta' żball għan-nefqa ġestita direttament mill-Kummissjoni, u t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju u b'donaturi multipli huma esklużi; jiddispjaċih li r-rata ta' żball għal dawk it-tranżazzjonijiet speċifiċi ġiet kwantifikata għal 3,7 %;

361.  Jirrimarka li t-tranżazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju eżaminati mill-Qorti kienu ħielsa minn żbalji ta' legalità u ta' regolarità; huwa tal-fehma, madankollu, li l-Kummissjoni għandha tintroduċi monitoraġġ konsistenti ta' fondi allokati fis-sura ta' appoġġ baġitarju, inklużi kontrolli sistematiċi fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jikkwalifikaw għal dan it-tip ta' appoġġ;

362.  Jiddispjaċih li l-Qorti osservat l-iżball sistemiku li jikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta' nfiq ibbażat fuq l-istimi proprji tagħhom aktar milli fuq spejjeż imġarrba, imħallsa u aċċettati li kienet diġà osservat fl-eżerċizzju finanzjarju tal-2013 għal darb'oħra fl-2014; iżda jinnota b'sodisfazzjon li d-DĠ ELARG ikkoreġa approvazzjonijiet li saru skorrettament mill-kontijiet tagħhom għall-2013 u l-2014 f'Mejju 2014 u rriveda wkoll l-istruzzjonijiet stabbiliti fil-manwal tal-ELARG dwar il-kontabbiltà;

363.  Ifakkar li fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tiegħu(100), id-direttur ġenerali ta' Europe Aid iddikjara li l-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi filwaqt li ħareġ riżerva globali rigward il-fatt li r-rata ta' żball kienet ogħla minn 2 %, li juri li l-proċeduri ta' kontroll naqsu milli jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żball materjali;

364.  Iqis li huwa essenzjali li s-sospensjoni tal-finanzjament ta' qabel l-adeżjoni għandha tkun possibbli mhux biss f'każijiet fejn ikun hemm provi tal-approprjazzjoni indebita ta' fondi iżda anke f'każijiet fejn il-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni jiksru b'kull mod id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Kwistjonijiet dwar l-affidabbiltà tad-data

365.  Jinnota li minħabba n-natura tan-nefqiet u t-territorji tal-allokazzjoni tagħhom, il-ġestjoni tad-data f'dan il-qasam hija viżibbilment differenti minn kwalunkwe qasam ieħor tal-baġit tal-Unjoni;

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

366.  Jinnota li minħabba l-karattru ta' appoġġ, anke ġestjoni tar-riskju mtejba u sistemi ta' kontroll imsaħħa jikkontribwixxu sostanzjalment għal fokus fuq il-prestazzjoni;

Strumenti ta' inġinerija finanzjarja

367.  Jinnota li f'dan il-qasam, il-FEI ma jirrappreżentawx suġġett ewlieni. Jekk ikun hemm spazju għal dan it-tip ta' appoġġ, huwa pjuttost jiġi utilizzat permezz tal-azzjonijiet tal-FEŻ;

Miżuri li għandhom jittieħdu

368.  Jikkonkludi li l-Kummissjoni għandha:

   (a) issegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex tistabbilixxi u timplimenta proċeduri ta' kontroll intern sabiex tiżgura li l-pagamenti ta' finanzjament mill-ġdid ikunu msejsa fuq nefqa reali, u li ssaħħaħ il-kontrolli ex ante għal kuntratti ta' għotja, inkluż l-użu tal-ippjanar ibbażat fuq ir-riskju, u segwitu sistematiku permezz ta' żjarat;
   (b) tirrifletti s-sett ta' prijoritajiet attwali li qed jinbidel drastikament biex tipprovdi appoġġ finanzjarju effiċjenti mill-Unjoni biex jiġu segwiti mhux biss l-aspetti territorjali (l-Ukrajna, it-Turkija, il-Balkani tal-Punent, il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fost oħrajn), iżda li fl-istess waqt dawk tematiċi wkoll;

369.  Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi u timplimenta proċeduri ta' kontroll intern biex tiżgura li l-prefinanzjament jiġi approvat fuq il-bażi tal-infiq reali mġarrab bl-esklużjoni tal-impenji ġuridiċi;

370.  Japprova bis-sħiħ l-istruzzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fir-rapport ta' sinteżi tagħha(101) fejn tħeġġeġ lid-DĠ DEVCO "biex ifittex modi biex jiżdied il-limitu li fih huwa r-riżultat tal-kontrolli tagħha jitqies li jipprovdi assigurazzjoni aktar differenzjata tar-riskju u biex sussegwentement jiġu diretti aktar riżorsi ta' kontroll tiegħu lejn oqsma koperti b'riżervi speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż relattivi effikaċja tal-kontrolli varji";

371.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   (a) tipprovdi kull sena lill-Parlament b'valutazzjoni globali tar-RĠAE; kif ukoll
   (b) tindika fir-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR il-miżuri meħuda biex titranġa s-sitwazzjoni fid-delegazzjonijiet bi problemi ta' implimentazzjoni, biex jitnaqqas id-dewmien f'appoġġ baġitarju u biex tissimplifika l-programmi;

Amministrazzjoni

372.  Jinnota li dan l-istess qasam speċifiku huwa relatat man-nefqa ta' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni, u li l-Kummissjoni, f'ħafna każijiet, ikollha hawnhekk rwol ta' fornitur ta' servizzi għall-oħrajn;

373.  Jirrimarka li madwar 60 % tal-ammont totali jirrappreżenta l-ispiża tal-persunal; il-punti l-oħra jinkludu l-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u l-IT fost l-oħrajn;

374.  Jitlob li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni jimplimentaw l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal billi kull sena jippubblikaw l-informazzjoni dwar l-uffiċjali għolja li telqu mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll lista ta' kunflitti ta' interess; jitlob li l-istruttura indipendenti msemmija hawn fuq tivvaluta l-kompatibbiltà ta' wara l-impjieg mal-Unjoni jew is-sitwazzjoni li fiha l-uffiċjali u l-ex Membri tal-Parlament jiċċaqalqu mis-settur pubbliku għal dak privat (il-kwistjoni "revolving door") u l-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess, u jiddefinixxu b'mod ċar il-perjodi ta' preklużjoni, li għandhom ikopru mill-inqas il-perjodu li matulu jingħataw benefiċċji tranżitorji;

375.  Jirrimarka li ħames ex uffiċjali kienu impjegati bħala konsulenti speċjali fl-2014 u f'każ wieħed ingħatat remunerazzjoni għal 43 ġimgħa u fiż-żewġ każijiet oħra għal 30 ġimgħa; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-raġuni għaliex il-kuntratti oriġinali ma ġewx prorogati minflok ma l-ex uffiċjali msemmija hawn fuq tħallsu kuljum, jekk dawk il-kuntratti oriġinali ġewx ikkunsidrati u jekk dan huwa l-każ, kif u jekk il-ħlas tal-pensjonijiet sarx fl-istess ħin;

376.  Jirrimarka li permezz taż-żieda fis-sigħat tax-xogħol minn 37,5 għal 40 siegħa fil-ġimgħa, skont ir-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, jinkiseb l-ekwivalenti ta' madwar 2 900 post u li virtwalment ipaċi t-tnaqqis fl-għadd tal-persunal ta' 5 % fuq diversi snin li ntlaħaq qbil dwaru fir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal; jistieden lill-Kummissjoni tressaq rapport trasparenti b'indikazzjonijiet annwali tat-tnaqqis ippjanat fil-postijiet u biex fih tqis iż-żieda fil-ħin tax-xogħol;

377.  Jenfasizza li għal kull membru tal-Kummissjoni, il-proċedura ta' kwittanza tieħu preċedenza fuq laqgħat oħra billi l-kumitat responsabbli tal-Parlament iqis li kull Kummissarju huwa responsabbli quddiem il-Parlament;

378.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-informaturi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull istituzzjoni tal-Unjoni timplimenta r-regoli dwar il-protezzjoni tal-informaturi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi fl-Unjoni;

379.  Jitlob li dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni li għadhom ma għamlux dan jadottaw b'mod urġenti regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u jieħdu approċċ komuni fil-konfront tal-obbligi tagħhom, b'enfasi fuq il-protezzjoni tal-informaturi; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tas-Sigrieti Kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi leġiżlazzjoni dwar livell minimu ta' protezzjoni għall-informaturi fl-Unjoni; jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji jemendaw ir-Regolamenti tal-Persunal biex jiġi żgurat li dawn mhux biss jobbligaw formalment lill-uffiċjali biex jirrapportaw kull tip ta' irregolarità, iżda wkoll jistabbilixxu protezzjoni xierqa għall-informaturi; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji jimplimentaw l-Artikolu 22(c) tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr dewmien;

380.  Jesprimi tħassib dwar l-għadd ta' suwiċidji fost il-persunal; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-benessri tal-persunal, fi sforz biex jieqfu s-suwiċidji;

381.  Jinnota b'dispjaċir li l-ebda rakkomandazzjoni ma ġiet implimentata bis-sħiħ, 5 rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-parti l-kbira tal-aspetti, u 3 rakkomandazzjonijiet ġew implimentati f'xi aspetti minn tmien rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fis-snin 2011-2012;

382.  Jinnota li l-livell ta' leave tal-mard fil-Kummissjoni jibqa' stabbli; jilqa' t-twaqqif ta' grupp ta' appoġġ psikosoċjali, li ra l-għadd ta' jiem ta' assenza jonqos minn 2 200 fl-2010 għal 772 fl-2014; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-ħtieġa ta' intervent fi 868 każ, għalkemm bi grad ta' sodisfazzjon ta' 95 %;

383.  Jieħu nota dwar il-fatt li aktar minn 250 membru tal-persunal, li ma ttiħdux fil-kabinetti l-ġodda, ġew integrati mill-ġdid jew ospitati fid-DĠ u li madwar 550 membru tal-persunal tal-kabinetti l-ġodda ġew milqugħa fil-Kummissjoni Juncker il-ġdida;

384.  Iqis l-immunità tal-persunal tal-Unjoni mill-ġurisdizzjoni kriminali fl-Istati Membri, li jmur lura 64 sena, huwa privileġġ li ilu ma jgħoddx; jitlob li dan il-privileġġ taħt il-Protokoll għat-Trattat ikun limitat għal persunal tal-Unjoni f'pajjiżi barra mill-UE;

Legalità u regolarità; kwistjonijiet ta' żball

385.  Josserva li l-Qorti analizzat 129 tranżazzjoni, li minnhom 20 kienu milquta minn żbalji; jinnota li abbażi tat-12-il żball kwantifikat il-livell stmat ta' żball huwa ta' 0,5 %;

386.  Jinnota li l-iżbalji prinċipali jinkludu allowances tal-persunal ineleġibbli jew kalkulati ħażin u benefiċċji relatati, pagamenti li saru għal servizzi mhux koperti mill-kuntratt eżistenti u spejjeż oħra mingħajr ġustifikazzjoni xierqa;

Kontribut skont it-tip ta' żball

Amministrazzjoni

Allowances tal-persunal ineleġibbli jew kalkulati ħażin u benefiċċji relatati

70%

Pagamenti magħmula għal servizzi mhux koperti minn kuntratt eżistenti

22%

Spejjeż oħra mingħajr ġustifikazzjoni xierqa

8%

Total

100%

Kodiċi ta' mġiba u kunflitt ta' interess

387.  Jinnota l-attenzjoni qawwija tal-pubbliku u l-midja b'rabta ma' kwistjonijiet ta' integrità, li jimplika li kodiċijiet ta' mġiba li jiffunzjona sew jeħtieġu attenzjoni kontinwa; jenfasizza li kodiċi ta' mġiba huwa biss miżura preventiva effikaċi jekk applikat kif suppost u jekk il-konformità tiġi riveduta b'mod sistematiku, mhux biss f'każijiet ta' inċidenti; jirrimarka li huwa meħtieġ rieżami tal-kodiċi ta' mġiba sa tmiem l-2017;

388.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-Unjoni jtejbu s-sensibilizzazzjoni dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interess fost l-uffiċjali tagħhom, flimkien mal-attivitajiet li għaddejjin ta' sensibilizzazzjoni u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punt obbligatorju li għandu jiġi diskuss matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni; iqis li għandha ssir distinzjoni bejn ir-rappreżentanti eletti u l-uffiċjali pubbliċi fil-leġiżlazzjoni dwar il-kunflitti ta' interess; jemmen li għandu jkun hemm ukoll regolamenti bħal dak fl-Istati Membri għall-uffiċjali pubbliċi u l-impjegati tas-servizz pubbliku involuti fl-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tas-sussidji tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta' bażi ġuridika dwar din il-kwistjoni;

389.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkomunika d-dokumenti b'mod proattiv fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Etika Ad Hoc dwar l-impjiegi wara l-mandat ta' ex Kummissarji, billi teditja l-informazzjoni kummerċjali jew personali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

390.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-kodiċi ta' mġiba tal-Kummissarji sa tmiem l-2017, inkluż billi tiddefinixxi x'jikkostitwixxi "kunflitt ta' interess" kif ukoll l-introduzzjoni ta' kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta' impjieg wara l-mandat u testendi l-perjodu ta' preklużjoni għal tliet snin għall-Kummissarji; jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jindikaw b'mod ċar kwalunkwe kunflitt ta' interessi potenzjali tal-membru kandidat tagħhom tal-Kummissjoni u tispjega kif il-kunflitti ta' interess huma definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; fil-każ ta' interpretazzjonijiet diverġenti ta' kunflitti ta' interess bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli li l-Kummissjoni stess tapplika f'dan ir-rigward, tqis li din l-aħħar interpretazzjoni għandha tiġi segwita mill-Istati Membri;

391.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari f'dan ir-rigward lill-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u tal-prattiki ta' korruzzjoni fil-każ ta' aġenziji deċentralizzati, li huma partikolarment vulnerabbli meta jitqies il-fatt li huma relattivament skonoxxuti mill-pubbliku u jinsabu mferrxin madwar l-Unjoni;

392.  Jirrimarka li pass importanti fir-rigward tal-kunflitti ta' interess huwa li tiżdied it-trasparenza tal-President tal-Kummissjoni, il-kumitat ta' etika ad hoc tal-Kummissjoni u tas-Segretarjat Ġenerali, meta jkunu qed jiġu rieżaminati s-sitwazzjonijiet ta' kunflitt potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod proattiv tippubblika l-opinjonijiet tal-kumitat etiku skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ħalli tippermetti lill-pubbliku jżomm lill-Kummissjoni responsabbli għad-deċiżjonijiet li tieħu; itenni r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament li l-kumitat etiku ad hoc jiġi riformat biex jestendi s-setgħat tiegħu u jinkludi esperti indipendenti;

393.  Jistma li l-kodiċi ta' mġiba għall-Kummissarji għandu jinkludi deskrizzjoni aktar ċara tal-kompitu tal-Kumitat ta' Etika Ad Hoc, u jinkludi r-rekwiżit li l-membri tal-Kumitat ikunu esperti indipendenti;

394.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess f'format miftuħ li jinqara elettronikament;

395.  Iqis li l-impjegati tal-gvern reklutati mal-uffiċċju privat ta' Kummissarju Ewropew preferibbilment m'għandux ikollhom bħala parti mill-inkariġi tagħhom relazzjonijiet mal-Istat Membru tagħhom, sakemm ma jkunux sottoposti għal eżami xieraq kontra kwalunkwe kunflitt ma' interessi leġittimi tal-Kummissjoni;

Kunflitti ta' interess fil-ġestjoni kondiviża u f'pajjiżi terzi b'rabta mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE

396.  Jirrimarka li xi Stati Membri m'għandhomx liġijiet dwar ministri li jeskludu l-possibbiltà ta' detenturi ta' kariga peress li jkunu proprjetarji uniċi jew proprjetarji parzjali ta' negozji;

397.  Jemmen li hemm kunflitt serju ta' interess fil-possibbiltà li negozji li jkunu proprjetà ta' uffiċjali tal-Unjoni jistgħu japplikaw għal fondi tal-Unjoni jew jistgħu jirċievu tali fondi bħala subkuntratturi, filwaqt li s-sidien u d-detenturi ta' kariga stess huma responsabbli kemm għalk-użu xieraq tal-fondi kif ukoll għall-kontroll tal-użu tagħhom;

398.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora klawsola f'liġijiet futuri kollha tal-Unjoni dwar il-pagamenti li jindikaw li n-negozji li huma proprjetà ta' detenturi ta' kariga fl-Istati Membri tal-Unjoni u f'pajjiżi terzi ma jistgħu jitolbu jew jirċievu l-ebda finanzjament mill-Unjoni;

Trasparenza

399.  Jemmen li d-data kollha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fi ħdan l-UE għandha tkun trasparenti u ġustifikabbli permezz ta' pubblikazzjoni, inkluż l-infiq tal-Istati Membri marbut mal-ġestjoni konġunta;

400.  Jenfasizza l-prinċipju li l-Kummissjoni fil-livelli kollha għandha ttemm il-kuntatti ma' lobbisti mhux irreġistrati;

401.  Jistieden lill-Kummissjoni tespandi r-reġistrazzjoni ta' data tal-laqgħat ma' lobbisti għal kull min hu involut fil-proċess ta' tfassil tal-politika tal-Unjoni billi titlob lid-DĠ tagħhom rapporti regolari dwar il-laqgħat li jsiru fi ħdan is-servizzi rispettivi tagħhom, u bl-istabbiliment ta' din l-informazzjoni b'mod faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni;

402.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun obbligata li tirreġistra u tiżvela kull kontribut li jaslilha mil-lobbisti/rappreżentanti ta' interess dwar abbozz ta' politiki u liġijiet bħala "impatt leġiżlattiv"; jissuġġerixxi li dan l-impatt leġiżlattiv għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-lobbisti li l-fehmiet tagħhom kellhom impatt sostanzjali fuq il-proposti tal-Kummissjoni;

403.  Jilqa' l-pubblikazzjoni ta' lista ta' uffiċjali għolja li se jħallu l-Kummissjoni u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-membri kollha tal-Kabinett fid-definizzjoni ta' uffiċjali għolja;

Gruppi esperti

404.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman kontra l-kunflitti ta' interess fi gruppi esperti u tipposponi l-adozzjoni ta' regoli orizzontali, sakemm il-Parlament ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu abbażi tal-ħidma li għaddejja fuq ir-rapport konġunt fuq inizjattiva proprja CONT-JURI;

Oħrajn

Il-migrazzjoni u r-rifuġjati

405.  Jilqa' l-informazzjoni dwar fondi, li tista' tintuża biex ittaffi sitwazzjonijiet ta' kriżi kkawżati minn influss kbir ta' rifuġjati(102);

406.  Huwa tal-fehma li l-fondi tal-Unjoni involuti fil-politika dwar il-migrazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u awditjar fuq il-bażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni;

407.  Jinnota l-kriżi kontinwa tal-migrazzjoni li għaddejja u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata b'soluzzjoni koerenti tal-Unjoni; jinnota l-fondi allokati għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntiera esterna fl-2014, u jitlob lill-Qorti tikkunsidra tħejji malajr rapport speċjali dwar l-effikaċja ta' dawn il-fondi, filwaqt li jinsiltu konklużjonijiet li għandhom jiġu riflessi fil-proċess kontinwu ta' titjib tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri;

408.  Referenza għall-paragrafu 234 u 235 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza 2013; jitlob aġġornament dwar il-kooperazzjoni kontinwa mal-Grupp ta' Ġestjoni Internazzjonali u għal informazzjoni mill-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar kuntratti u pagamenti ġodda u dawk li għadhom għaddejjin;

409.  Jitlob kjarifika dwar liema proġetti tal-Unjoni li ma tlestewx fil-Greċja ma jistgħux jibqgħu jiġu ffinanzjati wara l-31 ta' Diċembru 2015; jitlob li jiġi ċċarat x'għandu jiġri f'kull wieħed minn dawn il-proġetti;

OLAF

410.  Jikkunsidra li l-OLAF hu attur kruċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jemmen li hu tal-akbar importanza li din l-istituzzjonijiet taħdem b'mod effikaċi u indipendenti; jirrakkomanda li, bi qbil mar-Regolament dwar l-OLAF, il-Kumitat Superviżorju tal-OLAF jingħata aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għall-qadieffikaċi tal-mandat tiegħu fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-OLAF u li jingħata indipendenza baġitarja;

411.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri mhumiex qed jagħtu segwitu għall-każijiet allegati ta' frodi li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif qed jippreżentahomlhom l-OLAF; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa u lill-OLAF ikompli u jħaffef l-analiżi tiegħu tar-raġunijiet għalfejn l-Istati Membri ma jatux segwitu għall-każijiet allegati, biex jipprovdi lill-Parlament bis-sejbiet tiegħu f'dan ir-rigward u biex ikompli jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-prestazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' frodi fil-konfront tal-fondi Ewropej;

412.  Jinnota l-isforzi tal-OLAF biex jimplimenta l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Superviżorju (KS) tiegħu(103); jixtieq li jkun infurmat, madankollu, dwar jekk id-differenzi fundamentali dwar jekk ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi ġewx implimentati jew le; jistenna li fil-futur l-OLAF jiddikjara b'mod ċar, fejn u sa liema punt huwa jiddevja mil-linja oriġinali ta' rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitat ta' Sorveljanza; jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena li fiha l-Kumitat Superviżorju ddeċieda li jagħti segwitu lir-rakkomandazzjonijiet maħruġa qabel; jistieden lill-OLAF kif ukoll lill-Kumitat Superviżorju jirrepetu dan l-eżerċizzju fuq bażi annwali;

413.  Iħeġġeġ lill-OLAF jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni diretta tad-Direttur Ġenerali f'investigazzjonijiet, peress li l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 jistipula b'mod ċar li l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew minn persunal maħtur mid-Direttur Ġenerali u mhux mid-Direttur Ġenerali nnifsu, peress li dan jista' joħloq investigazzjonijiet b'objettivi konfliġġenti;

414.  Jistenna li l-OLAF jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal-kumitat superviżorju biex jinkludi l-verifika ta' kwalunkwe kunflitt potenzjali ta' interess bejn id-dmirijiet ta' espert nazzjonali u l-parteċipazzjoni tiegħu f'attivitajiet ta' investigazzjoni fil-fajl tal-każ rispettiv;

415.  Jinsab ferm konvint li l-kumitat superviżorju għandu jiġi infurmat b'kull każ magħluq li fih l-informazzjoni tkun għaddiet lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, sabiex jiġu protetti l-garanziji proċedurali tal-persuni kkonċernati bl-allegazzjonijiet; jitlob lill-OLAF jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Superviżorju mill-aktar fis possibbli;

416.  Jinnota li fl-2014 l-OLAF għalaq total ta' 307 investigazzjonijiet u attivitajiet koordinati; li f'147 minn dawn l-investigazzjonijiet, l-OLAF ħareġ rakkomandazzjoni li twassal għal rata ta' 47 %; jinnota li fis-snin ta' qabel l-2011, ir-rata kienet regolarment 'l fuq minn 50 %; jistenna li l-OLAF jieħu miżuri sabiex jerġa' jikseb l-effikaċja b'mod permanenti billi jtejjeb il-proċedura tal-għażla tiegħu; huwa tal-fehma li l-OLAF għandu jerġa' jikkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 31 tal-Kumitat Superviżorju sabiex iżid l-effikaċja tiegħu;

417.  Jinnota l-isforzi konġunti tal-OLAF u tal-Kumitat Superviżorju biex jintlaħaq qbil dwar arranġamenti ta' ħidma ġodda; itenni t-talba tiegħu relatata mal-baġit tal-2013 għal riżoluzzjoni rapida tal-kwistjonijiet li fadal bejn l-OLAF u l-Kumitat Superviżorju tiegħu, sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effikaċi d-dmirijiet ġuridiċi tagħhom fil-kundizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni attwali limitata tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni twettaq bis-sħiħ ir-rwol tagħha u taħdem b'mod attiv fuq soluzzjoni fit-tul li għandha tiġi stabbilita mingħajr dewmien;

418.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-kulleġġ li jneħħi l-immunità tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, sabiex tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani jinvestigaw ir-reġistrazzjoni possibbilment illegali ta' konversazzjonijiet telefoniċi (miktuba mill-OLAF) bejn xhud (imqanqla mill-OLAF biex issir it-telefonata) u persuna fil-bini tal-OLAF u bl-assistenza tal-investigaturi tal-OLAF;

419.  Jenfasizza li l-Kumitat Superviżorju għandu, bħala kwistjoni ta' konsistenza mal-mandat tiegħu, ikollu persunal awtonomu li jkun separat mill-persunal tal-amministrazzjoni tal-OLAF, kif ukoll awtonomija finanzjarja; jilqa' l-isforzi li għaddejjin tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

420.  Iħeġġeġ lill-OLAF jagħti aċċess għad-dokumenti lill-Kumitat Superviżorju li dan tal-aħħar jikkunsidra meħtieġ biex iwettaq il-kompitu tiegħu skont il-mandat tiegħu skont il-mandat leġiżlattiv;

421.  Jinnota li fl-2014, ittieħdu passi sinifikanti mill-OLAF biex tittejjeb il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri permezz ta' twettiq ta' azzjonijiet ta' prijorità tal-istrateġija kontra l-frodi pluriennali, b'enfasi kemm fuq l-iżvilupp ta' strateġiji kontra l-frodi fil-livell tas-servizz u l-aġenziji tal-Kummissjoni u b'appoġġ għall-Istati Membri biex jiżviluppaw l-istrateġiji kontra l-frodi tagħhom stess;

422.  Jirrimarka li, fl-2014, l-OLAF irrakkomanda ammont rekord ta' rkupri finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, li jammontaw għal EUR 901 miljun, aktar mid-doppju tal-ammont għall-2013; jirrimarka li fl-2014, l-ammont totali rkuprat mill-awtoritajiet rilevanti żdied ukoll b'segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-OLAF biex jiġu rkuprati EUR 206,5 miljun (fl-2013 kien ta' EUR 117-il miljun);

423.  Iħeġġeġ lill-OLAF ifassal regoli interni dwar l-informaturi skont ir-Regolament tal-Persunal il-ġdid tal-2014;

424.  Ifakkar li l-Kummissjoni rċeviet talba biex titneħħa l-immunità tal-persunal tagħha mill-Qrati Belġjani; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tikkoopera b'mod sħiħ mal-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani;

425.  Jisħaq li fir-rapport annwali tal-OLAF tal-2014 hemm speċifikati l-attivitajiet investigattivi u r-riżultati għal kull settur; jitlob li l-OLAF jipprovdi fir-rapport annwali tiegħu li jmiss informazzjoni dettaljata dwar it-tip ta' investigazzjoni u r-riżultati fis-setturi kollha;

Ftehimiet dwar it-tabakk

426.  Ifakkar li f'Mejju 2015, il-Kummissjoni wiegħdet li tippreżenta l-valutazzjoni tagħha ta' ftehim ma' Philip Morris International (PMI) malajr kemm jista' jkun; jenfasizza li l-Kummissjoni pposponiet il-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni diversi drabi u li din fl-aħħar ġiet ippubblikata fl-24 ta' Frar 2016, ġurnata qabel ma l-Parlament kellu jagħmel dibattitu dwar il-kwistjoni fil-plenarja; jikkunsidra b'konvinzjoni li pubblikazzjoni hekk tard tikkostitwixxi nuqqas serju min-naħa tal-Kummissjoni milli taqdi l-obbligi tagħha ta' trasparenza, fil-konfront kemm tal-Parlament kif ukoll taċ-ċittadini, u b'hekk jimmina l-kapaċità tal-Parlament li jesprimi fehmtu f'waqtha dwar din il-kwistjoni kumplessa u delikata;

427.  Jenfasizza li, meta ġie konkluż l-ewwel darba fl-2004, il-Ftehim PMI kien strument innovattiv fl-indirizzar tal-kummerċ illeċitu tat-tabakk, iżda jenfasizza li s-suq u l-ambjent regolatorju ġarrbu bidliet sostanzjali minn dak iż-żmien 'l hawn; jisħaq li l-ftehimiet konklużi mal-kumpaniji tat-tabakk magħrufa bħala "l-erbgħa l-kbar"(104) ma jindirizzawx il-karatteristiċi importanti tal-kummerċ illegali tat-tabakk illum il-ġurnata, b'mod partikolari l-proporzjon għoli ta' kummerċ li issa huwa magħmul minn "cheap whites"; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tressaq pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi miżuri ġodda intiżi biex jindirizzaw din il-problema b'urġenza;

428.  Huwa tal-fehma li l-elementi kollha koperti mill-ftehimiet dwar it-tabakk se jkunu koperti b'qafas ġuridiku ġdid magħmul mid-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk(105) u Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (id-"WHO FCTC");

429.  Ifakkar li l-Parlament, fid-9 ta' Marzu 2016(106), esprima l-fehma li l-ftehim mal-PMI m'għandux jiġġedded, jiġi prorogat jew negozjat mill-ġdid;

430.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-livell tal-Unjoni u sad-data tal-iskadenza tal-Ftehim PMI, timplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex tittraċċa u tirrintraċċċa l-prodotti tat-tabakk PMI, u tistitwixxi proċedimenti ġudizzjarji għal kwalunkwe qbid illegali ta' prodotti ta' dan il-manifattur sakemm id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk isiru infurzabbli bis-sħiħ, b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda lakuna regolatorja bejn l-iskadenza tal-Ftehim PMI u d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk u l-FCTC;

431.  Jistieden lill-PMI tkompli tapplika d-dispożizzjonijiet dwar it-traċċar u r-rintraċċar u dwar id-diliġenza dovuta ("kun af il-klijent tiegħek") li hemm fil-Ftehim tal-lum, indipendentement minn jekk dan jiġix prorogat jew le;

432.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq regolament ġdid u addizzjonali li jistabbilixxi sistema indipendenti ta' traċċar u rintraċċar u li tapplika dispożizzjonijiet ta' diliġenza dovuta ("kun af il-klijent tiegħek") għat-tabakk mhux ipproċessat, għall-filtri u għall-karti użati mill-industrija tat-tabakk, bħala strument addizzjonali fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-prodotti ffalsifikati;

433.  Jiddispjaċih dwar id-dewmien tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni b'rabta mal-ftehimiet dwar it-tabakk; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi dan mill-aktar fis possibbli, fejn tispjega r-riżultati tal-investimenti li saru bl-użu tal-flus imħallsa mill-kumpaniji tat-tabakk skont dawn il-ftehimiet;

434.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew(107), li ddikjara li, bl-eċċezzjoni ta' DĠ HEALTH, il-Kummissjoni ma kinitx qed "timplimenta b'mod sħiħ li r-regoli u l-linji gwida tad-WHO-NU dwar it-trasparenza dwar il-lobbying tal-industrija tat-tabakk"; għalhekk huwa tal-fehma li l-kredibbiltà u s-serjetà tal-Kummissjoni ġew kompromessi;

435.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-Unjoni jimplimentaw l-Artikolu 5.3 tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-linji gwida tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika minnufih il-ftehimiet ta' valutazzjoni ma' kumpaniji tat-tabakk, kif ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

Skejjel Ewropej

436.  Jinnota li l-Iskejjel Ewropej irċevew EUR 164,2 miljun mill-baġit tal-UE, li jikkostitwixxi 59 % tal-baġit operattiv tal-iskejjel;

437.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-konklużjonijiet fir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2014 li jaqra: "Minħabba li ssoktaw in-nuqqasijiet tal-kontabbiltà u tal-kontroll, il-Qorti ma tistax tikkonferma li l-kontijiet ikkonsolidati għall-2014 huma ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali";

438.  Jinnota li d-Direttur Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà (DĠ HR) żammet ir-"riżerva minħabba raġunijiet ta' reputazzjoni" tagħha fir-rapport ta' sinteżi tal-Kummissjoni għall-2014 dwar l-iskejjel Ewropej u li r-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea vvuta kontra l-għoti tal-kwittanza għall-kontijiet tal-2012 u tal-2013 tal-Iskejjel Ewropej; jiddispjaċih li r-rappreżentanti tal-Istati Membri mhumiex qed jieħdu l-problemi daqstant bis-serjetà;

439.  Ifakkar li l-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza tal-Kummissjoni tal-2010 kien diġà kellu dubju dwar "l-istrutturi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' finanzjament tal-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej"; u kien talab li l-Kummissjoni "tesplora mal-Istati Membri reviżjoni ta' dik il-Konvenzjoni u [...] tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2012 dwar il-progress li jkun sar"; jinnota li l-Parlament ma rċieva l-ebda rapport ta' progress;

440.  Japprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti maħruġa fir-rapport tagħha tal-11 ta' Novembru 2015 dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għall-2014, li jinkludi persunal tal-kontabbiltà, il-proċedura ta' akkwist, standard ta' kontroll u kwistjonijiet ta' pagament;

441.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress li sar mill-Iskejjel Ewropej fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2016;

442.  Jistieden lill-awtorità baġitarja tqiegħed fir-riżerva partijiet tal-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għall-Iskejjel Ewropej, bl-għan primarjament fir-rigward tal-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali, matul il-proċedura baġitarja tal-2017 sakemm ikun sar progress suffiċjenti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

Euronews

443.  Jinnota li Euronews rċieva EUR 18-il miljun mill-baġit tal-Unjoni fl-2014, minkejja li l-Kummissjoni mhijiex azzjonista ta' Euronews, jinsab imħasseb li l-istruttura tal-governanza attwali ta' Euronews jaf ma tippermettix l-indipendenza u l-awtonomija sħiħa mill-azzjonisti internazzjonali tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, fil-funzjoni tagħha bħala kontributur finanzjarju ewlieni, biex tiżgura li Euronews jirrispetta l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-ftehimiet ġuridiċi kollha mal-Kummissjoni, inkluża l-karta vinkolanti dwar l-indipendenza editorjali;

Sommarju

444.  Tikkonkludi b'sommarju li:

   (a) il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jirrappreżentaw ir-rekwiżit ewlieni għall-ġestjoni baġitarja tal-Unjoni;
   (b) il-valutazzjonijiet tal-impatt u tar-riskju għandhom jinftiehmu bħala element integrali ta' dan;
   (c) l-istrateġija attwali ta' semplifikazzjoni hija importanti għall-ġestjoni tajba u l-effiċjenza tagħha; hija trid tkun akkumpanjata minn standards għolja ta' dixxiplina baġitarja;
   (d) prattiki ta' ġestjoni kondiviża għad fihom lok għal titjib f'termini ta' kompatibbiltà akbar bejn il-politiki tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri;
   (e) sforz akbar biex jappoġġa l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji huwa kruċjali;
   (f) ir-rata ġenerali ta' żball tibqa' kważi stabbli f'4,4 %, madankollu t-tipi ta' żball huma ferm eteroġenji;
   (g) l-ebda problema serja ma ġiet identifikata fuq in-naħa tad-dħul; il-prinċipju tal-ING jibqa' kruċjali għal dan is-suċċess; l-adegwatezza tad-dħul hija, madankollu, problema;
   (h) rata ta' żball ogħla mill-medja ġiet identifikata fin-nefqa għall-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, minkejja li b'mod parallel, monitoraġġ temporanju f'dan il-qasam wera bl-aktar mod ċar sinjali ta' approċċ ta' prestazzjoni;
   (i) l-appoġġ ta' koeżjoni wera biċ-ċar rata ta' żball viżibbilment ogħla għall-politika reġjonali u urbana meta mqabbel ma' dik għall-affarijiet soċjali; approċċ ta' prestazzjoni huwa barra minn hekk sostnut mill-FEI, speċjalment f'xi Stati Membri;
   (j) it-titjib fil-ġestjoni tad-data u l-ipproċessar bla dubju jikkontribwixxi għal approċċ ta' prestazzjoni aktar avvanzata;
   (k) il-qasam tar-riżorsi naturali għandu l-potenzjal li jiżviluppa appoġġ ibbażat fuq proġetti biex tittejjeb l-effiċjenza tas-sorsi tal-Unjoni; barra minn hekk, hemm ħafna lok għal titjib fil-ġestjoni u l-appoġġ istituzzjonali, speċjalment fuq livell ta' Stati Membri;

Riżultati ġenerali u rakkomandazzjonijiet ta' politika

445.  Iqis li l-kwittanza 2014:

   (a) toħloq mudell ġdid ta' fehim tal-effetti u l-benefiċċji baġitarji tal-Unjoni b'mod aktar komprensiv li jkopri l-aspetti kollha, inklużi żbalji, legalità, assorbiment, prestazzjoni u riżultati bħala sistema; u jistieden lill-Kummissjoni u lill-atturi rilevanti l-oħra jkomplu jiżviluppaw metodoloġija xierqa u qafas ta' prestazzjoni li jsegwu approċċ dejjem aktar rigorużi;
   (b) turi li t-test tal-prestazzjoni użat mal-Istrateġija Ewropa 2020 huwa pass pożittiv fid-direzzjoni t-tajba, għalkemm il-kompatibbiltà tiegħu mal-qafas tal-politika ekonomika tal-Unjoni teħtieġ aktar żvilupp, inkluż CSR b'indikaturi makroekonomiċi rilevanti u prijoritajiet tal-politika ekonomika u soċjali tal-Unjoni regolarment aġġornati;
   (c) tidentifika lok għal titjib fil-ġestjoni baġitarja u jilqa' l-isforz biex tiġi ssemplifikata, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt tagħha; turi li proċess ta' segwitu regolari hu ta' benefiċċju kbir;
   (d) jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jaġġustaw is-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u proċedurali biex jimplimentaw b'suċċess elementi ġodda li ġejjin minn ħtiġijiet baġitarji attwali u futuri tal-Unjoni, li jippermetti lill-baġit tal-Unjoni li jirrealizza l-potenzjal tiegħu bl-aħjar mod.
   EUR 2 616 755 356 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 937 182 847 f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għall-politiki dwar it-trasport, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, is-sigurtà fit-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri, u l-aġenziji ta' trasport,
   EUR 239 313 549 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 71 213 206 f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tat-trasport, inklużi l-Impriżi Konġunti SESAR u Shift2Rail,
   EUR 75 078 470 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 80 731 327 f'approprjazzjonijiet ta' pagament kienu disponibbli għan-nefqa amministrattiva;

C. Opinjonijiet tal-Kumitati

Affarijiet barranin

446.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fir-rata ta' żbalji sinifikanti fl-intestatura 4 għas-sena finanzjarja 2014; jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq segwitu malajr għar-rakkomandazzjonijiet mis-snin preċedenti li għadhom mhumiex implimentati bis-sħiħ;

447.  Jilqa' l-fatt li d-DĠ NEAR irranġa l-iżball sistemiku li affettwa l-infiq tiegħu fl-2013 u għamel il-bidliet sostanzjali lis-sistemi tiegħu meħtieġa mill-Qorti; bl-istess mod jesprimi sodisfazzjon li r-rapport ta' attività annwali tad-DĠ ECHO nstab li kien korrett abbażi tax-xogħol tal-awditjar tal-QEA;

448.  Jinnota bi tħassib l-iżbalji identifikati fil-kuntest tal-verifika tal-infiq għall-kuntratti ta' għotja, li jammontaw għal aktar minn 50 % tal-iżbalji identifikati mill-QEA fl-Intestatura 4; jinnota li l-aktar tip sinifikanti ta' żball jikkonċerna nefqiet ineleġibbli; jenfasizza l-importanza li jiġu pprevenuti jew li jinstabu u jiġu kkoreġġuti l-iżbalji qabel ma jiġu aċċettati n-nefqiet, permezz ta' implimentazzjoni aħjar ta' kontrolli ex ante; jinnota bi tħassib partikolari n-nuqqas ta' Europe Aid li jsib l-iżbalji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-isforzi li saru s'issa biex tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi bil-verifika tal-infiq jiġu intensifikati, u twettaq segwitu bis-sħiħ għar-rakkomandazzjoni dwar is-superviżjoni ta' għotjiet li saret mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha tal-2011;

449.  Jindika l-bżonn ta' valutazzjoni xierqa ex ante f'każijiet fejn il-Kummissjoni, possibbilment permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tiddeċiedi li tiffinanzja proġetti infrastrutturali kbar b'impatt ambjentali qawwi, fejn l-għan tal-eżerċizzju jkun li tiġi vverifikata s-sostenibbiltà finanzjarja, ambjentali u soċjali tagħhom, u jitlob li l-fondi tal-UE f'pajjiżi mhux membri jiġu diretti lejn proġetti li jaggarantixxu s-sostenibbiltà finanzjarja u jkunu wkoll ekonomikament u soċjalment utli;

450.  Jirrikonoxxi l-progress kontinwu tal-Kummissjoni fl-akkreditament tal-missjonijiet kollha tal-politika estera u ta' sigurtà komuni skont il-"valutazzjoni fuq sitt pilastri"; jilqa' b'mod partikolari l-fatt li l-akbar tliet missjonijiet issa saru konformi; jissottolinja l-bżonn li l-Kummissjoni takkredita l-missjonijiet kollha bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti;

451.  Jilqa' l-istabbiliment ta' pjattaforma ta' sostenn għall-missjonijiet (MSP) u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu passi lejn il-ħolqien ta' ċentru ta' servizzi kondiviżi (SSC) ġenwin, flimkien ma' sistema ta' ġestjoni ta' riżorsi integrati (IRMS), bħala mod biex ittejjeb il-ħeffa tal-użu u l-kosteffiċjenza tal-missjonijiet; jipproponi li jiġi aġġornat il-maħżen tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) u jkun ta' servizz ukoll għall-missjonijiet eżistenti tal-PSDK u jkun ġestit mill-SSC futur;

452.  Jiddispjaċih dwar id-dewmien sinifikanti fl-akkwist tat-tagħmir u s-servizzi essenzjali għall-missjonijiet taħt il-PSDK u, bħala konsegwenza, l-effett negattiv fuq il-funzjonament tal-missjonijiet; ifakkar li l-Qorti, fir-rapport speċjali tagħha tal-2012 dwar l-assistenza tal-Unjoni lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt, irrimarkat dwar din l-ineffiċjenza u kkonkludiet li r-regoli dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju "mhumiex imfassla għal missjonijiet tal-PSDK fejn xi kultant huma meħtieġa reazzjonijiet ta' malajr u flessibbli"; jiddeplora l-fatt li r-reviżjoni riċenti tar-Regolament Finanzjarju ma pproduċietx il-bidliet neċessarji għar-regoli finanzjarji; itenni l-fehma tiegħu li l-ġestjoni tal-linji baġitarji rilevanti għandha tingħata lill-kmandant ta' operazzjoni ċivili, bl-istess mod li kien sar għall-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

453.  Ifakkar li l-effiċjenza tat-taħriġ tal-PSDK u tal-missjonijiet konsultattivi hija mfixkla bil-kbir mid-diffikultajiet istituzzjonali tal-Unjoni biex takkumpanja dawn l-azzjonijiet bl-appoġġ ta' tagħmir, anke dak bażiku; jilqa' f'dan il-kuntest l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex timplimenta l-komunikazzjoni konġunta dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet f'appoġġ tas-sigurtà u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr kemm jista' jkun il-proposti leġiżlattivi neċessarji għall-ħolqien ta' fond iddedikat, sabiex dan ikun jista' jiġi inkluż fil-baġit tal-Unjoni matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP;

454.  Jilqa' r-rapporti speċjali tal-Qorti fl-2015 dwar il-EUPOL Afghanistan u l-appoġġ mill-Unjoni għall-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Qorti fil-kuntest ta' dawn ir-rapporti;

455.  Jenfasizza l-importanza li jitqiesu kriterji relatati mal-kuntest meta tiġi evalwata l-effikaċja tal-proġetti tal-Unjoni f'pajjiżi terzi peress li l-attivitajiet ta' għajnuna esterna tal-Unjoni ta' sikwit iseħħu f'reġjuni milquta mill-kriżi u ambjenti li huma politikament diffiċli.

Żvilupp u kooperazzjoni

456.  Ifakkar li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni u n-nefqiet tal-għajnuna umanitarja spiss iseħħu f'ambjenti diffiċli ħafna li jżidu d-diffikultajiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġetti, l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli fuq in-nefqa; l-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja għaldaqstant huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji minn oqsma oħra ta' politika tal-Unjoni;

457.  Jinnota li, skont il-Qorti, 57 % tal-iżbalji huma relatati ma' nefqiet ineleġibbli; jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti lill-EuropeAid biex itejjeb il-kontrolli ex ante u jagħmel użu aħjar miż-żjarat fuq il-post sabiex jidentifika l-iżbalji;

458.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont il-Qorti, il-proċeduri ta' kontroll stabbiliti mid-DĠ ECHO fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji qed jaħdmu b'mod korrett u li s-sistema ta' rappurtar tiegħu hija affidabbli; jifraħ lid-DĠ ECHO għal dan;

459.  Jirrikonoxxi li n-nefqa relatata mas-sigurtà hija importanti għall-iżvilupp u partikolarment rilevanti fl-isforzi attwali sabiex tiġi indirizzata b'mod komprensiv ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp u jintlaħqu riżultati fir-rigward tal-għan nru 16 tal-Aġenda għall-Iżvilupp, iżda jenfasizza li finanzjament bħal dan ma jikkostitwixxix l-għajnuna għall-iżvilupp għall-pajjiżi extra-Ewropej u attwalment ma jistax jinsilet la mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, imwaqqaf mir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u lanqas mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ);

460.  Jirrimarka li fl-2014 żewġ proġetti marbuta mal-ġestjoni tal-fruntieri fil-Libja li swew EUR 12,9 miljun kienu ffinanzjati permezz tal-istrumenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; ifakkar li l-objettiv primarju tal-istrument tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huwa li jitnaqqas il-faqar; itenni t-tħassib kbir tiegħu dwar il-fatt li l-programmi ta' żvilupp jistgħu jintużaw għal skopijiet mhux direttament relatati mal-iżvilupp; ifakkar li approċċ bħal dan mhux se jgħin lill-Unjoni tilħaq l-għan ta' 0,7 % tal-ING li għandu jintuża għal għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp;

461.  Jirrimarka l-valur potenzjali tal-Qafas tar-Riżultati tad-DĠ DEVCO mniedi fl-2015, iżda anke r-riskji assoċjati identifikati mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 21/2015; iqis li hemm bżonn li jiġi evitat ukoll ir-riskju aktar politiku li l-impenn lejn l-għadd limitat ta' riżultati kwantifikabbli inklużi mid-DĠ DEVCO fil-qafas se jkun enfasizzat iżżejjed, a skapitu tal-impenn lejn riżultati oħra fir-rigward tal-objettivi tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni, kif ukoll ta' riżultati kwalitattivi; jenfasizza l-importanza li l-qafas jiġi ttrattat bħala komplement għal arranġamenti oħra ta' monitoraġġ u rappurtar;

462.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport Speċjali Nru 18/2014 tal-Qorti dwar Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid; jistieden lid-DĠ DEVCO biex b'mod urġenti jindirizza d-diversi nuqqasijiet fis-sistemi tiegħu ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ indikati fir-rapport speċjali tal-Qorti, speċjalment dawk relatati ma' nuqqasijiet serji fis-sistema ta' evalwazzjoni tad-DĠ DEVCO; jenfasizza li sistema ta' evalwazzjoni li tiffunzjona ħażin iżżid ir-riskji li jintgħażlu proġetti li tonqsilhom il-kwalità jew li ma jilħqux l-objettivi tagħhom; jirrimarka u jinsab imħasseb dwar l-opinjonijiet diverġenti bejn il-Kummissjoni u l-Qorti f'dak li jirrigwarda informazzjoni affidabbli dwar l-effikaċja tal-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju; jemmen li hemm rabta bejn nuqqas ta' persunal fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u fl-unità tal-evalwazzjoni tad-DĠ DEVCO u l-problemi enfasizzati mill-Qorti; iqis li dan huwa eżempju tal-konsegwenzi detrimentali li t-tnaqqis tal-impjegati jista' jkollu għall-funzjonament effikaċi tal-programmi tal-Unjoni;

463.  Jafda li d-DĠ DEVCO se jindirizza d-diversi nuqqasijiet fis-sistemi ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tiegħu indikati fir-Rapport Speċjali Nru 18/2014 tal-Qorti;

464.  Jitlob l-introduzzjoni ta' setgħat ta' skrutinju formali fir-rigward tal-FEŻ, possibbilment permezz ta' ftehim interistituzzjonali ta' natura vinkolanti skont l-Artikolu 295 tat-TFUE;

465.  Jinsab serjament imħasseb dwar is-sejbiet tar-Rapport Speċjali Nru 11/2015 tal-Qorti dwar il-ġestjoni mill-Kummissjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd (FPAs); jirrimarka li l-Qorti tesprimi dubji dwar is-sostenibbiltà tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd minħabba l-applikazzjoni diffiċli tal-kunċett ta' sajd eċċessiv; jinnota wkoll li l-Qorti serjament tikkontesta l-kwalità tal-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd; jiddispjaċih ukoll li, skont il-Qorti, l-evalwazzjonijiet ex post tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd mhumiex jintużaw biżżejjed għall-istabbiliment ta' ftehimiet ta' segwitu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta kemm jista' jkun malajr il-bosta rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

466.  Ifakkar li nuqqas kbir virtwalment kostanti ta' fondi għall-pagamenti fl-2014 aggrava d-diffikultajiet tad-DĠ ECHO biex iwieġeb b'mod adegwat għall-kriżijiet umanitarji dejjem agħar fil-viċinat tal-Unjoni u lil hinn; jilqa' l-fatt li approprjazzjonijiet adattati aħjar fil-baġits tal-Unjoni tal-2015 u l-2016 fil-biċċa l-kbira solvew il-problema tal-pagamenti tad-DĠ ECHO;

467.  Jiddispjaċih li minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014, pagamenti ta' appoġġ baġitarju għall-Marokk u l-Ġordan li kellhom valur globali ta' EUR 43 miljun ma setgħux isiru fl-2014 kif previst fil-kuntratt; jidhirlu li dan huwa ta' detriment serju għall-kredibbiltà tal-Unjoni;

Impjiegi u affarijiet soċjali

468.  Jinnota bi tħassib li l-livell stmat ta' żball fil-qasam tal-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali huwa ta' 3,7 % fl-2014, li hu kemm kemm ogħla mis-sena preċedenti (3,1 %); jenfasizza li dan jirrappreżenta pass lura fil-proċess biex tintlaħaq rata ta' żball li tkun taħt l-objettiv ta' 2 %;

469.  Jilqa' l-fatt li r-rapport tal-Qorti janalizza l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fid-dawl tal-istrateġija Ewropa 2020; jinnota l-osservazzjoni li l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni mhijiex identifikata separatament fil-kuntest tal-kisba tal-objettivi ewlenin, bħal dawk dwar l-impjieg u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

470.  Jilqa', barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-QFP jeħtieġ li jiġu allinjati aħjar u l-għanijiet politiċi ta' livell għoli jeħtieġ li jiġu tradotti f'objettivi operattivi utli, u jenfasizza l-importanza li tingħata attenzjoni fuq il-prestazzjoni u r-riżultati kif ukoll fuq il-valur miżjud, b'mod partikolari fil-każijiet tal-miri ewlenin fil-qasam soċjali u f'dak tal-impjiegi, fejn il-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenza li toħloq qafas ġuridikament vinkolanti; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar l-indikaturi tar-riżultati u s-sistemi ta' monitoraġġ sabiex tikkumpara r-riżultati mal-objettivi maqbula, sabiex tkun infurmata aħjar meta tkun qed tistabbilixxi l-għanijiet futuri u sabiex iżżid l-effiċjenza tal-infiq tal-UE;

471.  Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar iż-żieda fir-riskju ta' irregolaritajiet f'każijiet ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) li jipparteċipaw fil-programm Orizzont 2020; jappoġġa r-risposta tal-Kummissjoni li l-involviment tal-SMEs fil-programm huwa kruċjali għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi u jinnota l-fatt li r-regoli amministrattivi għall-SMEs ġew issemplifikati, u jenfasizza li semplifikazzjoni ulterjuri kieku twassal għal involviment akbar min-naħa tal-SMEs; jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli permezz tal-SMEs;

472.  Jinnota li l-SMEs huma dawk li joħolqu l-aktar impjiegi fl-Ewropa u jqis li hemm aktar x'jista' jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta' finanzjament tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi aktar miżuri li jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva tal-SMEs, inkluża l-applikazzjoni tal-prinċipju "l-ewwel aħseb fiż-żgħir";

473.  Jinnota li n-natura intanġibbli tal-investimenti fil-kapital uman, id-diversità tal-attivitajiet u l-involviment ta' diversi sħab, li ta' sikwit ikunu fuq skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti għadhom ir-riskji ewlenin għar-regolarità tal-infiq tal-FSE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-azzjonijiet ta' mitigazzjoni speċifiċi, bl-inklużjoni ta' miżuri kemm preventivi kif ukoll korrettivi;

474.  Jinnota s-sejbiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 17/2015 dwar ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE matul il-perjodu 2012-2014; jinnota bi tħassib in-nuqqasijiet fir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar l-impatt ta' dawn il-fondi; iqis li passi ulterjuri lejn politika msejsa fuq ir-riżultati huma vitali biex tiġi żgurata responsabbiltà finanzjarja soda u użu effiċjenti tal-fondi tal-UE;

475.  Jinsab imħasseb li r-rati ta' żball ogħla segwiti minn sospensjonijiet u interruzzjonijiet jistgħu jaffettwaw l-għeluq b'suċċess tal-programmi 2007-2013;

476.  Iqis li l-promozzjoni ta' użu usa' ta' għażliet issemplifikati għall-ispejjeż tista' twassal għal tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi, inqas żbalji u aktar enfasi fuq il-prestazzjoni u r-riżultati; jirrimarka, madankollu, li l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż għandhom jiġu applikati f'ambjent ta' ċertezza tad-dritt u ta' fiduċja, akkumpanjati minn valutazzjoni tal-benefiċċji u bl-involviment sħiħ tal-partijiet interessati fil-livelli kollha; jenfasizza li l-għażliet issemplifikati għall-ispejjeż għandhom jibqgħu alternattiva għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri;

477.  Jinsisti li l-Istati Membri jevitaw aktar kumplikazzjonijiet tar-regoli u r-rekwiżiti relatati mal-implimentazzjoni tal-FSE li jimponu piżijiet addizzjonali fuq il-benefiċjarji u jżidu r-riskju ta' żbalji;

478.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li minn 178 tranżazzjoni eżaminata mill-Qorti fil-qasam tal-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, 62 (34,8 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 12 kienu żbalji kwantifikabbli li jaqbżu l-20 % (6,7 %); iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta miżuri korrettivi u tapplika proċeduri stretti biex tnaqqas ir-riskju ta' irregolaritajiet f'dan il-qasam ta' politika kif ukoll tagħti segwitu għall-każijiet ta' nefqa ineleġibbli identifikati mill-Qorti;

479.  Jiddispjaċih li l-għadd ta' programmi tal-FSE b'rata ta' żball ta' aktar minn 5 % żdied minn 18,8 % fl-2013 għal 22,9 % fl-2014 u li l-volum ta' pagamenti milquta minn dawn ir-rati żdied b'mod drammatiku minn 11,2 % għal 25,2 %;

480.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-osservazzjoni ripetuta tal-Qorti li l-perċentwal ta' żball kien ikun inqas kieku l-awtoritajiet nazzjonali għamlu użu aħjar mit-tagħrif disponibbli qabel ma bagħtu l-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni; f'dan ir-rigward, jinsisti li l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali jwettqu verifiki aktar bir-reqqa u jevitaw milli jitolbu għal rimborż ta' nefqiet inkorretti;

481.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw l-għodda ta' valutazzjoni tar-riskju Arachne u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi lill-Istati Membri b'linji gwida rilevanti u assistenza teknika għall-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta' ġestjoni u kontroll fil-perjodu 2014-2020; jinsisti li l-Kummissjoni ttejjeb l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri;

482.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti sabiex tiżgura li l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tikkontribwixxi aħjar għall-kisba tal-objettivi ewlenin fil-qasam soċjali u tal-impjiegi tal-Istrateġija Ewropa 2020; f'dan ir-rigward, jistenna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw indikaturi ta' prestazzjoni aħjar u jtejbu r-rappurtar dwar ir-riżultati miksuba matul il-perjodu 2014-2020;

Ambjent, saħħa pubblika u sikurezza tal-ikel

483.  Jixtieq itenni li, f'konformità mat-TFUE, il-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit wara li jkun eżamina l-kontijiet, ir-rapport finanzjarju, ir-rapport ta' valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE, ir-rapport annwali tal-Qorti flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu awditjati, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u kwalunkwe rapport speċjali rilevanti ieħor mill-Qorti;

484.  Ifakkar li l-2014 se tkun l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-QFP l-ġdid, li għandu l-għan li jiddetermina d-daqs u d-distribuzzjoni tan-nefqa tal-Unjoni għall-perjodu mill-2014 sal-2020, u li, bħala riżultat ta' dan, il-livell ta' implimentazzjoni hu aktar baxx milli fis-snin ta' qabel;

485.  Jieħu nota tal-preżentazzjoni tal-oqsma ta' politika dwar l-ambjent u s-saħħa fir-rapport annwali tal-Qorti rigward is-sena finanzjarja 2014; hu mħasseb li l-oqsma ta' politika dwar l-ambjent u l-klima jidhru wkoll fil-kapitolu ddedikat għall-iżvilupp rurali u għas-sajd; itenni l-kritika tiegħu dwar il-kompożizzjoni illoġika tal-oqsma ta' politika f'dan il-kapitolu speċifiku; mhuwiex tal-opinjoni li l-Qorti għandha tieħu d-deċiżjoni politika li tiġbor flimkien l-oqsma ta' politika; iħeġġeġ lill-Qorti tirrevedi l-approċċ tagħha fir-rapport annwali li jmiss;

486.  Jikkunsidra, f'dan il-kuntest, li hu notevoli li l-kapitolu dwar l-iżvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa jidher bl-ogħla rata ta' żball fir-rapport tal-QEA għall-2014 b'6,2 % meta mqabbla mal-4,4 % bħala medja; jinnota, barra minn hekk, fir-rigward tan-nuqqasijiet prinċipali li nstabu mill-QEA, li bosta kienu simili ħafna għal dawk diġà rrapportati fit-tliet snin preċedenti;

487.  Jinnota li hemm fehmiet differenti bejn il-Qorti u l-Kummissjoni rigward il-mod ta' kif għandhom jiġu kkalkulati l-iżbalji; jinnota li l-Kummissjoni tqis li r-rata ta' żball rappreżentattiva annwali tal-Qorti għandha titqies fil-kuntest tan-natura pluriennali tal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji netti;

488.  Jinnota li l-Qorti ma għamlet ebda kumment dwar il-ġestjoni tal-politiki dwar is-"Saħħa Pubblika", is-"Sikurezza tal-Ikel" u l-"Ambjent u l-Azzjoni Klimatika";

489.  Fir-rigward tal-implimentazzjoni kumplessiva tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2014, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jinsab sodisfatt; ifakkar għal darb'oħra li anqas minn 0,5 % tal-baġit tal-Unjoni hu ddedikat għal dawk l-istrumenti politiċi, waqt li jżomm f'moħħu l-valur miżjud ċar għall-Unjoni f'dawn l-oqsma, u l-appoġġ miċ-ċittadini Ewropej għall-politiki ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, kif ukoll għas-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel;

490.  Jinsab sodisfatt bil-ħidma mwettqa mill-ħames aġenziji deċentralizzati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, u li jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw politiki fil-qasam tal-ambjent, il-klima, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll bil-mod kif ġew implimentati l-baġits tagħhom;

Ambjent u azzjoni klimatika

491.  Jissottolinja l-fatt li kienu disponibbli EUR 352 041 708  għad-DĠ ENV f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li minnhom ġew implimentati 99,7 %; jinnota li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament, il-fatt li ntużaw 95,03% mill-ammont disponibbli ta' EUR 290 769 321 hu sodisfaċenti; jinnota li, barra minn hekk, in-nefqa amministrattiva fuq LIFE+ ġiet eżegwita fuq sentejn finanzjarji (permezz ta' riporti awtomatiċi), u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqiesx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq 99,89 %;

492.  Jieħu nota tal-fatt li d-DĠ CLIMA żied ir-rata ta' implimentazzjoni tiegħu għal 99,7 % ta' EUR 102 694 032 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 93,1 % ta' EUR 32 837 296 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqiesx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq 98,5 %;

493.  Jinsab sodisfatt bl-implimentazzjoni kumplessiva tal-baġit operattiv ta' LIFE+, li laħqet 99,9 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 97,4 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014; jinnota li fl-2014, EUR 283 121 194 ġew iddedikati għal sejħiet għal proposti għal proġetti fl-Istati Membri, EUR 40 000 000 intużaw biex jiffinanzjaw operazzjonijiet fil-qafas tal-istrumenti finanzjarji Faċilità ta' Finanzjament Kapitali Naturali (NCFF) u l-Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE), EUR 8 952 827 appoġġaw l-attivitajiet operattivi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma attivi fil-ħarsien u t-titjib tal-ambjent fil-livell tal-Unjoni u li huma involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u EUR 49 502 621 ntużaw għal miżuri maħsuba biex jappoġġaw ir-rwol ta' inizjattiva u monitoraġġ tal-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-politiki u l-leġiżlazzjoni; jinnota li ammont ta' EUR 20 914 622 ntuża għall-appoġġ amministrattiv għall-programm LIFE u għall-appoġġ operattiv lill-Aġenzija EASME;

494.  Jinsab konxju mill-fatt li r-rata ta' pagamenti għall-azzjonijiet tal-programm LIFE+ dejjem tkun kemxejn aktar baxxa meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta' impenn, iżda b'rata għolja ta' implimentazzjoni;

495.  Jirrikonoxxi li ġie allokat ammont ta' EUR 4 350 000 bħala kontribuzzjonijiet għal konvenzjonijiet, protokolli u ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hi firmatarja tagħhom, jew li l-Unjoni tkun involuta f'ħidma preparatorja relatata magħhom;

496.  Jikkunsidra li l-progress fl-implimentazzjoni ta' tnax-il proġett pilota (PP) u ta' sitt azzjonijiet preparatorji (AP) li flimkien jammontaw għal EUR 2 950 000 hu sodisfaċenti; jinsab konxju mill-fatt li l-eżekuzzjoni ta' dawk l-azzjonijiet tista' tkun ta' piż għall-Kummissjoni minħabba l-ammonti żgħar disponibbli fir-rigward tal-proċeduri meħtieġa għall-eżekuzzjoni (eż. pjan ta' azzjoni, sejħiet għal proposti); iħeġġeġ lill-awtorità baġitarja biex fil-futur tiffoka fuq PP u AP b'valur miżjud reali għall-Unjoni;

Saħħa pubblika

497.  Ifakkar li l-2014 hija l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda: il-programm fil-qasam tas-Saħħa ġie adottat fil-11 ta' Marzu 2014 (Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(108)), filwaqt li l-qafas finanzjarju komuni għall-għalf u l-ikel ġie adottat fis-27 ta' Ġunju 2014 (Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(109));

498.  Jinnota li fl-2014 id-DĠ SANTE kellu r-responsabbiltà li jimplimenta EUR 244 221 762 li jikkorrispondu għal linji baġitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika, li minnhom 96,6 % ġew impenjati b'mod sodisfaċenti; jinsab konxju mill-fatt li madwar 75 % minn dak il-baġit ġie trasferit direttament lejn tliet aġenziji deċentralizzati (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini); jieħu nota wkoll li l-livell ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn hu ogħla minn 98,9 % għal-linji kollha ħlief għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li għaliha s-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tikkorrispondi għall-eżitu tal-2013 li ntuża mill-ġdid fis-sena 2015;

499.  Jinnota wkoll li l-livell ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa ta' 98,8 %, li jirrifletti rata ta' implimentazzjoni tajba ħafna;

500.  Jinnota li l-livell ta' implimentazzjoni fil-programm saħħa pubblika 2008 – 2014 huwa tajjeb ħafna wkoll (99,7 % kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'dawk ta' pagament) u li l-krediti mhux użati li fadal prinċipalment jirrigwardaw dħul assenjat li għadu jista' jintuża fl-2015;

501.  Jinsab sodisfatt li l-implimentazzjoni tal-għaxar PP u l-ħames AP fil-qasam tas-saħħa pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' DĠ SANTE huma fi stadju avvanzat ħafna u li l-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti kollha (EUR 6 780 000) intużaw;

Sikurezza tal-ikel, saħħa u benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti

502.  Jirrikonoxxi l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni għas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti hija ta' 96,8 %; jinnota, madankollu, li jekk jitqies ir-riport mhux awtomatiku ta' EUR 6 800 000, ir-rata ta' implimentazzjoni tilħaq 100 % tal-krediti disponibbli;

503.  Jinnota li, bħal fis-sena preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi kontra t-tuberkulożi kienet l-akbar waħda u li, min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programmi kontra l-marda tal-ilsien blu baqgħet baxxa;

504.  Jirrikonoxxi li l-fatturi ewlenin li wasslu għas-sottoimplimentazzjoni ta' EUR 8 100 000 fil-kapitolu "Sikurezza tal-ikel u l-għalf, saħħa tal-annimali, benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti" jistgħu, fil-biċċa l-kbira, jiġu spjegati kif ġej: EUR 500 000 huma relatati mad-dħul assenjat għall-programmi differenti li jista' jintuża fl-2015 (jiġifieri l-ebda sottoimplimentazzjoni), EUR 800 000 fi dħul assenjat li teknikament ma jistax jerġa' jintuża fl-2015 (relatat ma' krediti C5 ta' programmi qodma) u EUR 6 800 000 li huma relatati mal-Fond ta' Emerġenza; jieħu nota tal-fatt li dan l-ammont tal-aħħar ġie riportat għall-2015 (għal miżuri kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja fl-2014);

505.  Jirrikonoxxi, li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-2014, ir-rata ta' implimentazzjoni għall-kapitolu tal-baġit dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti hija ta' 99,0 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir meta mqabbla mal-2013 (99,9 %); jifhem li, matul l-eżerċizzju ta' trasferiment globali, intalbu approprjazzjonijiet ta' pagament ulterjuri iżda tali talba ma ġietx milqugħa, u li, sal-aħħar tas-sena, pagament wieħed biss ma setax jinħareġ kompletament, iżda li, bi qbil mal-Istati Membri, il-bilanċ dovut tħallas fil-bidu ta' Jannar 2015;

506.  Jinsab sodisfatt li l-implimentazzjoni tat-tliet PP u l-AP fil-qasam tas-saħħa pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' DĠ SANTE huma fi stadju avvanzat sew u li l-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti kollha (EUR 1 250 000) intużaw;

507.  Hu tal-opinjoni, abbażi tad-data disponibbli u r-rapport ta' implimentazzjoni, li l-kwittanza tista' tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa fl-oqsma tal-politika ambjentali u klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel għas-sena finanzjarja 2014.

Trasport u turiżmu

508.  Jinnota li, fil-baġit tal-2014, kif finalment ġie adottat u emendat matul is-sena, speċifikament fir-rigward tal-politiki dwar it-trasport, ammont totali ta' EUR 2 931 147 377 ġie inkluż fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 1 089 127 380 kienu disponibbli bħala approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota wkoll li minn dawn l-ammonti:

509.  Jilqa' r-rata għolja ta' implimentazzjoni fl-2014 ta' 98,2 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-politiki dwar il-mobilità u t-trasport, u r-rata konsiderevolment għolja ta' implimentazzjoni ta' 95,2 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li l-ammont ta' impenji pendenti żdied b'EUR 1 653 372 424 fl-2014 fir-rigward tal-ammont kumplessiv ta' EUR 5 647 143 046 u li ż-żieda fl-ammonti pendenti normalment tkun ogħla fil-bidu tal-QFP l-ġdid peress li l-pagamenti għal proġetti ġodda se jitwettqu aktar tard; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-proġetti fil-qasam tat-trasport jiġu implimentati kif dovut;

510.  Jiddispjaċih li, għall-qasam "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", li għalih jappartjeni s-settur tat-trasport u li fir-rigward tiegħu t-trasport jikkonsisti mill-iżgħar ammont awditjat mill-Qorti (EUR 0,8 biljun) meta mqabbel mal-popolazzjoni awditjata kollha kemm hi (EUR 13-il biljun), il-livell ta' żball stmat kien ta' 5,6 % fl-2014 (ogħla mir-riżultati ekwivalenti fl-2013 (4,0 %)), ikkawżat fil-biċċa l-kbira mir-rimborż ta' spejjeż ineleġibbli fil-proġetti ta' riċerka iżda anke minn nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jappella lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tirrettifika din is-sitwazzjoni (anke billi twettaq verifiki ex ante b'aktar reqqa sabiex tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji qabel ir-rimborż);

511.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2014 l-ebda proġett ma kien iffinanzjat fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa peress li l-ewwel sejħa għal proposti għal proġetti għalqet f'Marzu 2015 u l-fatt li l-istrument ta' dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li kellu jiġi ġestit mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ma ġiex approvat qabel tmiem l-2014; jinnota li fl-2014 il-Qorti eżaminat sitt tranżazzjonijiet fis-settur tat-trasport (DĠ Mobilità u Trasport) u sabet li tnejn mis-sitt tranżazzjonijiet kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli; jinsab għalhekk sodisfatt minħabba t-tnaqqis fil-perċentwali ta' tranżazzjonijiet milquta fl-2014 (33 %) meta mqabbla ma' dawk tal-2013 (62 %) u l-2012 (49 %); jappella lill-Kummissjoni u lill-atturi rilevanti l-oħra jiżguraw konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-eleġibilità tal-ispejjeż tal-proġetti tat-trasport fil-ġejjieni;

512.  Jinnota li, skont l-istrateġija ta' kontroll pluriennali użata mill-Kummissjoni, li tqis l-irkupri, il-korrezzjonijiet u l-effetti tal-kontrolli u l-awditjar matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-programm, ġie kkalkulat li r-rata tal-iżball residwu għat-TEN-T hi ta' 0,84 %;

513.  Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd kbir ta' proġetti ta' kwalità għolja li ma setgħux jiġu adottati fis-sejħiet fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa-Trasport tal-2014 minħabba nuqqas ta' fondi disponibbli; jemmen li hemm bżonn jiġi żgurat finanzjament biżżejjed għall-proġetti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa-Trasport; jiddispjaċih li l-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tnaqqas bil-finanzjament ipprovdut għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); ifakkar madankollu li l-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(110) jipprevedi flessibbiltà ta' 10 % biex jiżdied il-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-proċedura baġitarja annwali u li din il-flessibbiltà teżisti irrispettivament mill-finanzjament għall-FEIS; jinsisti li l-implimentazzjoni tal-proġetti li ntlaħaq qbil dwarhom mill-Parlament u l-Kunsill fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(111) kieku tiġġustifika t-tali żieda fil-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

514.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji innovattivi biex jiġi ġenerat l-effett ta' lieva għall-investiment tal-Unjoni u jiġu attirati sorsi ġodda ta' finanzjament għal proġetti infrastrutturali TEN-T, bħall-Fond Marguerite, Self u Garanziji għal dejn (LGTT) u l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti, u biex tiżgura li l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni għal dawn l-istrumenti tiġi ġestita u tintuża kif jixraq;

515.  Jinnota li hemm informazzjoni disponibbli dwar il-proġetti fil-qasam tat-trasport u t-turiżmu f'diversi bażijiet tad-data, bħas-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja, il-bażi tad-data INEA tal-proġetti TEN-T, il-proġetti kofinanzjati permezz tal-fondi ta' koeżjoni u dawk reġjonali, kif ukoll CORDIS għall-proġetti tal-Istrateġija Orizzont 2020; jappella biex tiġi integrata l-informazzjoni proġettwali minn dawn l-għodod sabiex ikun jista' jagħti ħarsa ġenerali aħjar lejn il-proċess ta' allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, fil-fażijiet preċedenti u sussegwenti tiegħu; itenni l-importanza li annwalment tiġi ppubblikata lista faċilment aċċessibbli tal-proġetti fl-oqsma tat-trasport u t-turiżmu u li jkun hemm bażi tad-data online li fiha jista' jsir tiftix, tal-proġetti kofinanzjati mill-Unjoni fejn ikun stabbilit l-ammont eżatt tal-finanzjament sabiex tissaħħaħ it-trasparenza;

516.  Jindika li l-proġetti tat-trasport fl-2014-2020 se jiġu ffinanzjati minn diversi sorsi, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-FEIS; jappella, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sinerġiji li jippermettu li dawn is-sorsi ta' finanzjament differenti jallokaw il-fondi disponibbli b'mod aktar effiċjenti;

517.  Jirrikonoxxi li, fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni, il-prinċipju "użahom jew titlifhom" jista' jwassal biex l-Istati Membri jipproponu proġetti b'impatt baxx għall-għażla; jinsab imħasseb dwar il-fatt li n-nuqqasijiet fl-għażla tal-proġetti wasslu biex l-Unjoni ffinanzjat investimenti fil-qasam tat-trasport li rendew kwalità baxxa meta mqabbla mal-ispejjeż imġarrba; jilqa' l-qafas ġuridiku l-ġdid għall-2014-2020 li jsaħħaħ il-proċess ta' valutazzjoni tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u ta' rieżami tal-proġetti;

518.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta Shift2Rail ġiet stabbilita f'Ġunju 2014 bil-ħsieb li ssaħħaħ il-kompetittività tal-industrija ferrovjarja Ewropea; jinnota li, ladarba ssir finanzjarjament awtonoma fis-snin li ġejjin, se jitwettqu proċeduri ta' kwittanza separati fir-rigward tal-Impriża Konġunta Shift2Rail; jiddeplora, madankollu, id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-Impriża Konġunta u l-fatt li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju qed isibuha diffiċli ħafna li jiksbu aċċess għaliha;

519.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza sħiħa fil-ġestjoni tal-fondi, filwaqt li tiżgura li l-interess pubbliku jkun protett u, dejjem u fi kwalunkwe ċirkostanza, jieħu preċedenza fuq kull interess privat;

520.  Jinnota li, fil-baġit tal-2014, kif finalment ġie adottat u emendat matul is-sena, speċifikament fir-rigward tat-turiżmu, ammont totali ta' EUR 11 226 160 ġie inkluż fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 6 827 266 kienu disponibbli bħala approprjazzjonijiet ta' pagament; jappella lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti ffinanzjati b'mod li tiddefinixxi aħjar prijoritajiet ta' nfiq futuri li jkunu konformi mal-pożizzjoni tal-Unjoni bħala d-destinazzjoni turistika ewlenija fid-dinja u li tippermetti li s-settur tat-turiżmu ikun qasam ta' tkabbir potenzjali kruċjali għall-ekonomija tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni tinkludi r-riżultati tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji fl-ippjanar baġitarju għas-sena d-dieħla u tipprovdi lista annwali faċilment aċċessibbli tal-proġetti f'dan il-qasam;

521.  Jipproponi li, fejn jidħlu s-setturi li għalihom hu responsabbli l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014.

Żvilupp reġjonali

522.  Jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti tal-10 ta' Novembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-2014 tal-Unjoni Ewropea sab li r-rata ta' żball fil-politika ta' koeżjoni kienet stmata li hi 5,7 % li tirrappreżenta żieda meta mqabbla mal-2013 (5,3 %); jesprimi t-tħassib tiegħu għal din iż-żieda, li hi partikolarment sinifikanti fir-rigward ta' żbalji b'implikazzjonijiet finanzjarji u għall-effetti negattivi serji fuq il-baġit; jenfasizza li nofs ir-rata ta' żball stmata fil-politika ta' koeżjoni hi dovuta għall-kumplessità tar-regoli tal-akkwist pubbliku u tal-għajnuna tal-Istat, kif ukoll ksur ta' dawk il-proċeduri, bħall-għoti dirett ta' kuntratti mhux ġustifikat, kunflitti ta' interess u kriterji tal-għażla diskriminatorji;

523.  Jirrikonoxxi t-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rapport tal-Qorti li t-tnaqqis medju fir-rata ta' żball meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 hu dovut għal titjib fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni f'waqtha u taħriġ lill-awtoritajiet dwar l-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; f'dan il-kuntest, jilqa' l-istabbiliment tal-pjan ta' azzjoni dwar l-akkwist pubbliku; jinnota l-applikazzjoni tal-inizjattiva ta' patti ta' integrità u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ex ante adegwata rigward il-potenzjal tagħhom biex tassew itejbu t-trasparenza u l-effiċjenza fl-akkwist pubbliku fir-rigward tal-fondi SIE; jistieden lill-Istati Membri jissodisfaw il-kundizzjonalità ex ante dwar l-akkwist pubbliku sa tmiem l-2016 u jittrasponu d-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku tal-2014 fis-sistemi ġuridiċi tagħhom sa April 2016, sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effikaċi tal-proġetti, kif ukoll il-ksib tar-riżultati previsti u b'hekk l-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja dan il-proċess b'mod strett u tipprovdi l-gwida u l-assistenza teknika rispettivi lill-Istati Membri fil-kuntest tat-traspożizzjoni korretta ta' dawn id-Direttivi fid-dritt nazzjonali;

524.  Ifakkar li mhux l-irregolaritajiet kollha huma frodi u li l-irregolaritajiet mhux frawdolenti għandhom jiġu differenzjati mill-irregolaritajiet frawdolenti; meta jiġi kkunsidrat li l-irregolaritajiet mhux frawdolenti huma spiss frott sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll finanzjarju dgħajfin, in-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva, relatata kemm mal-għarfien tar-regoli kif ukoll mal-kompetenza teknika relatata max-xogħlijiet jew mas-servizzi speċifiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm sistemi ta' ġestjoni u kontroll finanzjarju xierqa, effiċjenti u effikaċi stabbiliti skont ir-regoli rilevanti tal-qafas regolatorju, li tqis is-sitwazzjoni regolatorja nazzjonali;

525.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jiżguraw li l-benefiċjarji jiġu pprovduti b'informazzjoni konsistenti dwar kundizzjonijiet ta' finanzjament, b'mod partikolari dwar l-eleġibbiltà tan-nefqa u l-limiti massimi rilevanti għar-rimborż;

526.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni fl-Istati Membri tinvolvi, skont is-sistema istituzzjonali tagħhom, livell sostanzjali ta' proċeduri u regoli nazzjonali u reġjonali, li jikkostitwixxu saff addizzjonali, jistgħu joħolqu irregolaritajiet u, konsegwentement, it-telf ta' Fondi SEI u t-twessigħ tad-disparitajiet fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għas-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali, filwaqt li jiġu rispettati l-karatteristiċi istituzzjonali tal-Istati Membri u jingħataw l-kjarifiki meħtieġa biex jimplimentaw ir-regolamenti; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament "Lejn semplifikazzjoni u orjentament tal-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020" u l-bżonn li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jitrażżan aktar il-piż regolatorju u amministrattiv għal-livell minimu meħtieġ, biex b'hekk ikun jista' jkun hemm assorbiment aħjar tal-Fondi SEI u jiġu evitati l-iżbalji mill-benefiċjarji finali, speċjalment l-SMEs; jiddispjaċih li l-Kummissjoni eskludiet rappreżentanti tal-Istati Membri mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Monitoraġġ tas-Semplifikazzjoni għall-Benefiċjarji tal-Fondi SIE, u b'hekk ma ġietx inkluża l-opinjoni tagħhom għat-titjib tas-sistema;

527.  Iqis li l-kapaċità amministrattiva hija essenzjali għal użu regolari u effiċjenti tal-Fondi SEI u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambju tal-għarfien u tal-prattiki tajba dwar temi speċifiċi ta' implimentazzjoni (pereżempju, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat, il-kriterji ta' eleġibbiltà u r-rendikont tal-entrati) b'mod partikolari għal benefiċjarji potenzjali li għandhom anqas kapaċitajiet amministrattivi u finanzjarji; jissuġġerixxi, f'dan il-kuntest, l-organizzazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi imma komprensivi biex jedukaw lill-ħaddiema tas-settur pubbliku u lill-awtoritajiet li qed jaħdmu fuq proġetti tal-Fondi SEI kif ukoll il-benefiċjarji (eż. korsijiet ta' taħriġ u ta' aġġornament, seminars, jew l-għoti ta' appoġġ tekniku u amministrattiv);

528.  Jilqa' l-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-għodda "Taiex Regio Peer 2 Peer" biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni bejn il-pari bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni, ċertifikazzjoni u awditjar tal-Istati Membri, bl-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tagħhom; jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi fil-ħatra ta' awtoritajiet, li hija prerekwiżit għat-tressiq ta' talbiet għal ħlas, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-programmi u tal-fluss tar-riżorsi; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha timplimenta, b'mod effiċjenti u effikaċi, l-għodod kollha disponibbli għall-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni ta' riskji fil-politika ta' koeżjoni, u aktar speċifikament għodod għall-estrazzjoni ta' data, bħal ARACHNE, għall-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni tar-riskju fi proċedura ta' akkwist pubbliku; billi l-kuntest tal-attivitajiet tat-Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar jinkludi wkoll attivitajiet li jistgħu jtejbu l-effiċjenza, l-effikaċja u l-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni għal proġetti li diġà ġew implimentati, il-Kummissjoni hija msejħa biex tivvaluta dawn l-aspetti permezz ta' indikaturi kwalitattivi;

Agrikoltura u żvilupp rurali

529.  Jemmen li l-PAK, bħala waħda mill-politiki Ewropej oriġinali, hija għodda importanti tal-Unjoni b'impatt wiesa', mhux biss f'termini ta' produzzjoni tal-ikel u s-servizzi tal-ekosistema, u f'termini ta' titjib reali u potenzjali ambjentali, soċjoekonomiċi u tal-ġeneru imma wkoll sforzi biex tiġi miġġielda d-depopolazzjoni fiż-żoni rurali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żviluppat il-kunċett ta' ekonomija ċirkolari; iqis li l-PAK tikkontribwixxi għall-bilanċ bejn ir-reġjuni tal-Unjoni, tagħti appoġġ finanzjarju u għodda importanti li tgħin lill-bdiewa żgħażagħ li jibdew fil-biedja u tiġi żgurata l-kontinwità ġenerazzjonali;

530.  Jinnota li d-DĠ AGRI għamel ammont konsiderevoli ta' xogħol fl-2014 mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u għalhekk huma dejjem aktar kapaċi jevitaw l-iżbalji fl-infiq agrikolu u jimplimentaw il-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom, jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tad-DĠ AGRI li jidher fir-rapporti annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-2014, u jemmen li, flimkien mal-Istati Membri, l-azzjonijiet tagħhom għandhom jipprovdu bażi tajba għal aktar titjib matul is-snin ewlenin għall-perjodu tal-infiq 2014-2020;

531.  Iħeġġeġ, f'każijiet estremi, biex b'mod konsistenti, l-aġenziji tal-pagamenti bi prestazzjoni baxxa għandu jitneħħielhom l-akkreditament tagħhom;

532.  Jemmen li l-prestazzjoni u t-twettiq koerenti huma kruċjali għall-PAK, li tiżgura produzzjoni sikura u konsistenti tal-ikel tagħna, topera fl-Unjoni kollha, b'effett pożittiv fil-livell soċjali, ambjentali u ekonomiku, u tkopri l-produzzjoni ta' prodotti tal-għelejjel u oġġetti tal-ikel ta' kull tip;

533.  Jinnota li l-introjtu tal-fattur agrikolu għal kull ħaddiem fl-Istati Membri li aderixxu mal-UE fl-2004 jew aktar tard (UE-N13) huwa biss kwart tal-introjtu tal-fattur agrikolu ġġenerat fl-UE-15(112);

534.  Jilqa' t-titjib taċ-ċifri tar-rapport annwali tal-2013 u jinnota li l-Qorti kkonkludiet li sa fejn għandha x'taqsam il-politika tal-agrikoltura, il-proporzjon ta' tranżazzjonijiet ittestjati rriżulta f'rata ta' żball imnaqqsa meta mqabbla mal-2013, jinnota li r-rata ta' żball l-aktar probabbli għall-2014 hija ta' 2,9 % (meta mqabbel mat-3,6 % fl-2013) għall-FAEG awditjati fi 17-il Stat Membru; u 6,2 % (tnaqqis minn 7 % għall-2013) għall-iżvilupp rurali, l-ambjent u s-sajd awditjati fi 18-il Stat Membru u rata medja għall-kapitolu "Riżorsi naturali" kollu kemm hu ta' 3,6 %;

535.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata metodoloġija komuni biex tiġi kkalkulata r-rata ta' żball fi sforz biex jiġi garantit li tkun preċiża u li biex jiġi żgurat li ma jidhrux differenzi sinifikanti bejn ir-rata ta' żball indikata mill-Kummissjoni u dik stabbilita mill-Qorti;

536.  Jiġbed l-attenzjoni għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni(113) li l-iżbalji tal-kundizzjonalità (pereżempju dikjarazzjonijiet fil-ħin ta' moviment tal-annimali, id-dati tal-laqgħat jew l-iskadenzi) ma jaffettwawx l-eleġibbiltà tal-pagamenti (diġà kkonfermat mill-Qorti) u jekk ir-rata ta' żbalji ta' kundizzjonalità titnaqqas mir-rata ta' żbalji globali għal iktar ċarezza;

537.  Jirrimarka li differenzi fil-mod kif ir-regoli dwar il-pagamenti akkoppjati huma implimentati fl-Istati Membri hija distorsjoni tal-kompetizzjoni, pereżempju fis-settur tal-ħalib;

538.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni introduċiet linji gwida ġodda għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża għal nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku(114);

539.  Jinnota li l-2014 kienet sena ta' tranżizzjoni, li kienet tinvolvi ħlasijiet sinifikanti għall-aħħar parti tal-perjodu ta' finanzjament 2007-2013 u li matulha l-aħħar elementi (l-atti ta' implimentazzjoni u delegati) daħlu fis-seħħ f'nofs is-sena għall-PAK għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020; jinnota wkoll li s-snin 2015 u 2016 għandhom ukoll ikunu kkunsidrati bħala snin tranżizzjonali, li fihom bidliet ta' politika sinifikanti ekoloġiċi u oħrajn kellhom jiġu implimentati kemm mill-bdiewa kif ukoll mill-awtoritajiet tal-Istati Membri b'mod sħiħ, għall-ewwel darba regoli ġodda u kumplessi, li jinvolvu numru għoli ta' applikanti ġodda għall-pagamenti diretti, peress li ħafna miżuri pluriennali tal-Istati Membri tal-pjanijiet ta' żvilupp rurali (PŻR) se jibdew jiġu implimentati biss fl-2016, u jeħtieġu attenzjoni speċjali fuq għodod ġodda introdotti skont ir-riforma;

540.  Jilqa' t-tnaqqis fir-rati ta' żbalji meta mqabbel mal-2013 u jirrikonoxxi l-isforzi kbar u r-riżorsi ddedikati biex dan jinkiseb, b'mod partikolari permezz ta' informazzjoni u appoġġ tekniku mill-Kummissjoni għall-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni, u jemmen, madankollu, li sempliċi miżura ta' żball fiha nnifisha mhijiex miżura ta' prestazzjoni jew ta' riżultati;

541.  Ifakkar lill-Kummissjoni li r-riskju ta' żbalji mhux intenzjonali minħabba regolamentazzjoni kumplessa fl-aħħar mill-aħħar jinġarr mill-benefiċjarju; jappella għal politika raġonevoli, proporzjonali u effikaċi dwar sanzjonijiet biex jappoġġaw dan l-approċċ, bħal li jiġi evitat l-irduppjar ta' sanzjonijiet għall-istess żball kemm fl-ambitu tal-iskema ta' pagament kif ukoll il-kundizzjonalità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aħjar il-proporzjonalità ta' penali fir-rigward tat-tip ta' żball; jappella għal strumenti aktar inċentivati, immexxija mill-ksib tar-riżultati li jistgħu joffru rati ta' żball u spezzjoni mnaqqsa u jagħmluha aktar possibbli li ssir distinzjoni bejn żball u frodi, filwaqt li jiġi żgurat li l-bdiewa xorta għadhom jistgħu jwasslu l-produzzjoni tal-ikel vitali fil-qalba tal-politika; jemmen li l-fatt li jiġu indirizzati l-kumplessità u l-integrazzjoni tal-PAK huwa wieħed mill-elementi ewlenin biex jiġu attirati parteċipanti ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u biex huma u l-ħiliet tagħhom jinżammu fih sabiex jiġi żgurat is-suċċess tas-settur agrikolu tal-UE fil-futur;

542.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti qed teżamina kif tista' titkejjel il-prestazzjoni fir-rapport annwali tagħha, b'mod partikolari minħabba li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li l-infiq tagħha jkun iffukat fuq ir-riżultati, jinnota madankollu d-diffikultà biex jiġi vvalutat l-għoti ta' programmi ta' finanzjament pluriennali, issa l-metodu preferut ta' tqassim ta' miżuri ambjentali fil-Pilastru II, permezz ta' għodda li teżamina sena waħda u jistieden lill-Qorti biex tispjega l-orjentament tal-prestazzjoni tagħha b'mod speċifiku rigward l-infiq għall-agrikoltura; iħeġġeġ lill-Qorti madankollu tqis diversi objettivi tal-politika ta' żvilupp rurali b'valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha sabiex jiġi evitat l-użu ta' indikaturi sempliċi u biex jiġi evitat li dan jirriżulta f'interpretazzjonijiet ħżiena;

543.  Jinnota l-fehma tal-Qorti, mill-awditi tagħha stess, li s-SIAK tagħti kontribut sinifikanti fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ żball fl-iskemi li tapplika għalihom(115), u jinnota l-kumment li d-dgħufijiet fl-LPIS kienu ġew indirizzati fl-Istati Membri kollha awditjati permezz ta' azzjoni ta' rimedju(116);

544.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal semplifikazzjoni tal-IACS permezz ta' kontrolli preliminari li jippermettu lill-amministrazzjonijiet nazzjonali jidentifikaw id-diffikultajiet rigward l-applikazzjonijiet tal-bdiewa, jagħmlu l-korrezzjonijiet u għandhom jirriżultaw f'rata aktar baxxa ta' penali;

545.  Itenni r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Qorti: l-Istati Membri jiżguraw informazzjoni u stampi affidabbli u aġġornati fuq l-LPIS biex jitnaqqas ir-riskju ta' żbalji relatati ma' art eleġibbli ddikjarata b'mod eċċessiv; il-Kummissjoni tirrikjedi li l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri jkunu jinkludu azzjoni ta' rimedju biex jiġu indirizzati l-kawżi l-aktar frekwenti ta' żball, tirrevedi l-istrateġija tagħha stess għall-awditu ta' konformità dwar l-iżvilupp rurali, u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-proċedura ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet li se tkun obbligatorja mill-2015;

546.  Jinnota l-ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Qorti li n-nefqa għall-iżvilupp rurali tkun irregolata minn regoli kumplessi u kundizzjonijiet ta' eleġibbiltà, parzjalment minħabba n-natura politika u l-eteroġeneità tar-reġjuni Ewropej, jappella għat-tisħiħ tal-miżuri preventivi u ta' semplifikazzjoni inklużi fir-regoli 2014-2020 u jitlob, barra minn hekk, li dik is-semplifikazzjoni titwassal fil-livell tal-Istati Membri skont il-programmi l-ġodda tal-Iżvilupp Rurali bħala prijorità u bħala mezz importanti kif jitnaqqsu r-rati ta' żball u jittejbu l-effiċjenza u l-flessibbiltà, u b'hekk tiżdied il-kapaċità ta' assorbiment, partikolarment fejn programmi fuq skala żgħira setgħu attiraw inqas interess u/jew urew b'mod konsistenti rati għolja ta' żball minħabba r-riġidità tagħhom fil-passat;

547.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta fi żmien debitu pjan dettaljat għat-tnaqqis tal-burokrazija fil-kuntest tal-PAK;

548.  Iħeġġeġ kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jkomplu jindirizzaw u jnaqqsu l-kumplessitajiet fir-rigward ta' pagamenti diretti kull fejn ikun possibbli u jagħti prijorità għolja għal semplifikazzjoni ta' miżuri ta' tħaddir, u b'mod partikolari jekk ikun hemm ħafna livelli differenti involuti fl-amministrazzjoni tal-fondi tal-FAEG u tal-fondi għall-Iżvilupp Rurali fi ħdan l-Istati Membri, b'approċċi differenti għaż-żewġ pilastri, fejn meħtieġ; jenfasizza l-fatt li d-differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'termini ta' pagamenti diretti wessa' d-distakk fil-kompetittività bejn il-bdiewa li jaħdmu fis-suq uniku;

549.  Jistenna li l-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u b'mod urġenti mill-proċess ta' semplifikazzjoni tal-PAK, speċjalment fir-rigward tal-piż u r-regolamenti kumplessi li jirregolaw il-kundizzjonalità u t-tħaddir li fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw lill-bdiewa fl-Ewropa kollha; jenfasizza li l-proċess ta' semplifikazzjoni għandu jiffoka fuq it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u m'għandux jipperikola l-prinċipji u r-regoli miftiehma taħt l-aħħar riforma tal-PAK, li għandhom jibqgħu kif inhuma; iqis li tali semplifikazzjoni m'għandhiex timplika reviżjoni tan-nefqa tal-PAK għall-perjodu 2013-2020;

550.  Jinnota li bħala riżultat tax-xiri ta' art agrikola minn investituri żgħar, l-impriżi mmexxija mill-proprjetarju qed jiġu dejjem aktar taħt pressjoni u li proporzjon ta' pagamenti diretti qed isir biex jindirizza tħassib internazzjonali;

551.  Jenfasizza l-importanza ta' indikaturi ta' prestazzjoni u ċifri paragunabbli għall-istess tip ta' programmi f'postijiet differenti, u jistenna b'interess li jsir titjib f'dan il-kuntest fil-perjodu 2014-2020 bl-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja aħjar tal-PAK li tkun imsejsa fuq il-ħtiġijiet ta' kull Stat Membru;

552.  Jirrimarka li l-PAK għandha rwol sinifikanti fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali - speċjalment iżda mhux biss permezz ta' sforzi kooperattivi - fit-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali permezz tal-ħolqien ta' impjiegi, mil-LEADER u billi jiġu stabbiliti servizzi u infrastrutturi ġodda jew imtejba; jitlob li ssir analiżi tal-effett globali taż-żewġ pilastri tal-PAK f'żoni rurali, dwar fejn u kif il-fondi jkunu allokati u li tiffoka fuq il-benefiċjarji finali reali;

553.  Jinnota li l-infiq huwa mistenni li jiġġenera benefiċċji kemm għaż-żoni rurali kif ukoll għall-konsumaturi b'mod ġenerali, u jfakkar li l-benefiċjarji finali jonfqu flus fuq prodotti jew servizzi fil-komunitajiet lokali tagħhom jew billi jiġu impjegati persuni fl-azjendi tagħhom, u b'hekk jgħinu biex iżommu l-persuni fis-settur f'reġjuni fejn l-agrikoltura u l-forestrija huma ta' spiss il-muturi ekonomiċi ewlenin f'żoni iżolati jew rurali;

554.  Jinnota li l-impatt tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli, li seħħet f'nofs l-2014, huwa sfida kbira; jippromwovi ġestjoni aħjar fil-fażi bikrija ta' kwalunkwe miżura ta' emerġenza biex jiġi żgurat immirar ta' fondi jew, fejn meħtieġ, irkupru fil-pront ta' ammonti illegalment mitluba; f'dan il-kuntest jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tidentifika mezzi kummerċjali alternattivi għal prodotti agrikoli żejda, u jappoġġa setturi affettwati mill-projbizzjoni; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tidentifika mezzi kummerċjali alternattivi għal prodotti agrikoli żejda u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforzi konġunti sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-espansjoni ta' żbokki fis-suq; jenfasizza l-importanza tal-ftehim TTIP, li jista' jikkumpensa għall-għeluq ta' numru ta' swieq tal-kambju tradizzjonali;

555.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi skemi ta' għajnuna eċċezzjonali għal pajjiżi li jsofru telf fis-settur tal-prodotti tal-ħalib u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra aktar miżuri ta' għajnuna għal setturi li qed jiffaċċjaw problemi simili;

556.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li n-nisa fiż-żoni rurali ta' bosta Stati Membri għandhom biss aċċess limitat għas-suq tax-xogħol u jitlob lill-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta' prijorità fl-inizjattiva futura tagħha għall-iżvilupp, biex tassumi l-kompitu li ttejjeb u żżid l-aċċess għas-suq tax-xogħol għan-nisa fiż-żoni rurali u biex talloka fondi adegwati għal "garanzija Ewropea għan-nisa rurali", simili għall-programm Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, filwaqt li tistabbilixxi objettivi separati għan-nisa fiż-żoni rurali;

557.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, partikolarment fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, u aktar minn hekk biex tqassar id-dewmien tal-awditjar tal-Kummissjoni, sabiex tingħata ċertezza tad-dritt lill-benefiċjarji u jiġu evitati żbalji mhux meħtieġa;

558.  Fid-dawl tal-għan tat-Trattat(117) li jiġi żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli, iqis li l-aċċess ġust għall-konsumaturi kollha jkun f'riskju fejn ikun hemm impożizzjoni eċċessiva tal-VAT fuq l-ikel u li l-frodi tal-VAT issir aktar probabbli;

559.  Jemmen li l-għanijiet tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għadhom objettivi importanti, u li l-Unjoni għandha tiffoka fil-perjodu attwali fuq it-titjib tal-vijabbiltà tal-impriżi agrikoli u s-settur agrikolu, il-promozzjoni ta' bilanċ aħjar tal-katina tal-ikel bil-għan li jiġu kkonsolidati u msaħħa l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-appoġġ għal skemi ta' kwalità, katini qosra tal-provvista, il-kooperattivi soċjali, is-swieq lokali, is-servizzi tal-ekosistemi u żvilupp territorjali bbilanċjat, strettament f'żoni rurali f'PŻR ġodda, filwaqt li jiġu evitati aspettattivi u spejjeż ambjentali irraġonevoli;

560.  Ifakkar li fl-awditi kollha mwettqa mill-Qorti fuq in-nefqa tal-2014, kienu biss tliet każijiet li ġew riferuti lill-OLAF għal investigazzjoni(118) taħt suspett ta' "ħolqien artifiċjali ta' kundizzjonijiet biex tinkiseb l-għajnuna" (entitajiet ġodda stabbiliti minn kumpaniji stabbiliti sew jew gruppi ta' persuni) u wieħed kien diġà ġie identifikat preċedentement bħala riskjuż mill-awtoritajiet nazzjonali qabel l-awditu tal-Qorti;

561.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-politika tista' tkompli titjieb; jinsisti għalhekk li għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe titjib f'termini ta' kif jiġu indirizzati u jintlaħqu l-objettivi ta' politika u konformità;

562.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja tal-pagamenti biex jippromwovu l-bejgħ f'pajjiżi terzi u tiżgura li dawn il-miżuri ma joħolqux ostakli li jwasslu għat-tkeċċija tal-produtturi lokali mis-suq lokali;

563.  Jinnota li fi żmien li tħejja r-Rapport tal-Attività Annwali tal-2014 minn DĠ AGRI, kien hemm għadd ta' elementi tal-IPARD għal liema informazzjoni ma kinitx disponibbli u inkluża fir-Rapport tal-Attività Annwali u li l-informazzjoni jeħtieġ li tiġi aġġornata (l-għadd ta' azjendi agrikoli appoġġati, iż-żieda fil-valur gross, l-għadd ta' azjendi agrikoli li jintroduċu standards tal-Unjoni), filwaqt li jaħseb li l-analiżi kostanti hija mistennija fil-perjodu ta' finanzjament il-ġdid;

564.  Jinnota li r-rapport annwali tal-Qorti 2014 juri riżultati tajbin, iżda madankollu jistieden lill-Qorti tinforma lill-Parlament dwar il-passi li biħsiebha tieħu biex toħloq metodoloġija ta' eżami aktar multiannwali filwaqt li tiżviluppa l-approċċ iktar orjentat lejn il-prestazzjoni previst.

Sajd

565.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014; jieħu nota wkoll tar-rapport annwali tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2014; jieħu nota tar-rapport annwali tal-attività 2014 tad-DĠ MARE; jieħu kont tar-rapport speċjali Nru 11/2015 tal-Qorti dwar ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd;

566.  Jieħu nota tal-opinjonijiet tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jinnota l-opinjoni negattiva tal-Qorti dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament, b'rata ta' żball globali ta' 4,4 % iżda mingħajr ebda rata ta' żball speċifika li tikkonċerna s-sajd; jitlob li s-sajd jiġi ttrattat separatament u mhux amalgamat mal-agrikultura, sabiex tiġi garantita aktar trasparenza fil-qasam tas-sajd;

567.  Josserva r-riżerva tad-DĠ MARE fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-programmi tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) f'xi Stati Membri;

568.  Huwa konvint li s-sistema ta' kontroll intern implimentata mid-DĠ MARE tipprovdi biżżejjed assigurazzjoni biex jiġi ġestit b'mod adegwat ir-riskju li jirrigwarda l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

569.  Jinnota li l-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2014 ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża għall-FEMS u Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) oħra wasslet għal reviżjoni teknika tal-QFP sabiex approprjazzjonijiet mhux użati mill-2014 jiġu trasferiti għas-snin sussegwenti;

570.  Jesprimi d-dispjaċir kbir tiegħu dwar il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri bagħtu l-programm operattiv tagħhom dwar il-FEMS tard ħafna, li kkawża dewmien kbir fil-mobilizzazzjoni tal-fondi; ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta' krediti b'ġestjoni kondiviża;

571.  Huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom itejbu l-istrumenti u l-mezzi li jużaw biex jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni; jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżerċita aktar pressjoni fuq l-Istati Membri biex iressqu data affidabbli;

572.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi l-appoġġ kollu possibbli għall-Istati Membri bl-għan li tiżgura użu tajjeb u sħiħ tar-riżorsi tal-FEMS, b'rati għoljin ta' implimentazzjoni, skont il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, b'mod partikolari rigward l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd;

Aġenzija Eżekuttiva għall-Impriżi Żgħar u Medji

573.  Jilqa' l-inkarigu tal-Aġenzija dwar l-FEMS mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem; jieħu nota tal-Memorandum ta' qbil iffirmat bejn id-DĠ MARE u l-Aġenzija fit-23 ta' Settembru 2014; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm promozzjoni ta' appoġġ ta' kwalità għolja mill-Aġenzija lill-benefiċjarji kollha tagħha fuq id-19-il azzjoni tal-FEMS;

Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Kwittanza 2014): Il-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd huma mmaniġġjati tajjeb mill-Kummissjoni?

574.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

575.  Jilmenta dwar il-kost finanzjarju ġġenerat min-nuqqas ta' użu tal-kwoti ta' tunnellaġġ li kienu adottati fil-protokolli reċenti; jipproponi li l-pagamenti għad-drittijiet ta' aċċess jintrabtu aktar mill-qrib mal-qabdiet effettivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iżborż tal-appoġġ settorjali jkun konsistenti ma' pagamenti oħra għall-appoġġ baġitarju u jitlob li jkun hemm titjib tar-riżultati miksuba mill-pajjiżi sħab fl-implimentazzjoni tal-matriċi ta' azzjonijiet maqbula fuq bażi komuni;

576.  Jenfasizza, kif indikat il-Qorti, li l-komplementarjetà u l-konsistenza fost l-FPAs innegozjati fi ħdan l-istess reġjun jistgħu jiġu mtejba, sabiex jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom fil-livell reġjonali;

577.  Jenfasizza li l-informazzjoni mogħtija minn evalwazzjonijiet ex post indipendenti mhux dejjem kienet kompluta, konsistenti jew komparabbli biżżejjed, u b'hekk tnaqqset l-utilità tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u n-negozjati; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-evalwazzjonijiet ma jivvalutawx biżżejjed sa liema punt l-FPAs jilħqu l-objettivi tagħhom, peress li pereżempju ma jagħmlu ebda referenza għall-impjiegi fir-reġjuni tal-Unjoni li jiddependu mis-sajd, u ma jagħtu ebda informazzjoni dwar il-provvista tal-ħut fis-suq tal-Unjoni;

578.  Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli, verifikabbli u aċċessibbli dwar l-istokkijiet tal-ħut u dwar l-isforz tas-sajd tal-flotot tas-sajd nazzjonali, jew ta' flotot barranin oħrajn li wkoll ingħataw aċċess, peress li wieħed mill-objettivi prinċipali tal-FPAs huwa li jinstadu stokkijiet eċċessivi biss u ġie ppruvat li dan hu diffiċli ħafna li jiġi implimentat;

579.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja aktar mill-qrib l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali biex tiżgura l-effikaċja tiegħu;

580.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm monitoraġġ effikaċi tal-attivitajiet iffinanzjati mill-Unjoni li jipprovdu appoġġ settorjali fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali, permezz tal-użu ta' matriċijiet li jkunu ddettaljati kemm jista' jkun possibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li jeħtieġ li jsir appell għal żieda fil-proporzjon tal-appoġġ settorjali; jinsab ċert li l-partijiet kummerċjali tal-ftehimiet għandhom fl-aħħar mill-aħħar isiru soġġetti għal appoġġ settorjali li jkun sostanzjali, effikaċi u immonitorjat b'mod xieraq;

581.  Jinnota bi tħassib li l-protokolli li bħalissa huma fis-seħħ għadhom ma jipprovdux għall-possibbiltà ta' pagamenti parzjali meta r-riżultati jkunu ntlaħqu parzjalment biss; jirrikonoxxi li, meta ma jinkisbux riżultati jew meta r-riżultati miksuba jkunu limitati, il-pagament tal-appoġġ settorjali għas-sena ta' wara għandu jiġi sospiż sakemm jintlaħqu l-objettivi; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni biex, fejn possibbli, fil-protokolli l-ġodda tinkludi l-possibbiltà ta' pagamenti parzjali tal-appoġġ settorjali;

Kwittanza

582.  Jipproponi, abbażi tad-data disponibbli, li tingħata kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq tagħha fl-oqsma tal-affarijiet marittimi u tas-sajd għas-sena finanzjarja 2014.

Kultura u edukazzjoni

583.  Jinnota b'apprezzament li fl-ewwel sena tiegħu l-programm Erasmus+ baqa' essenzjalment iffukat fuq it-tisħiħ tal-ħiliet u l-impjegabbilità, laħaq l-għan intenzjonat tiegħu li joħloq rabtiet eqreb bejn il-programmi tal-Unjoni u l-iżviluppi ta' politika fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-isport u ż-żgħażagħ, rawwem l-azzjoni tal-Unjoni b'tali mod li jwieġeb aħjar għall-għan tat-tagħlim tul il-ħajja u għen biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, ekonomiċi u territorjali billi laħaq lil ħafna ċittadini tal-Unjoni; jirrimarka, madankollu, li hemm għadd ta' problemi fit-taqsima taż-Żgħażagħ ta' Erasmus+ relatati mal-aċċess għall-finanzjament, meta mqabbel mal-programm preċedenti Żgħażagħ fl-Azzjoni; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma allokatx baġit biżżejjed fi ħdan il-programm Erasmus+ sabiex jikkomunika aħjar dwar it-tibdiliet globali fil-linji l-ġodda tal-programm biex ikun jista' jaċċetta numru akbar ta' proġetti tal-iskejjel;

584.  Huwa tal-fehma li minkejja li ż-żieda fid-deċentralizzazzjoni tal-iżborżi ta' finanzjament għal Erasmus+ hija aktar kapaċi li tissodisfa xi wħud mir-rekwiżiti nazzjonali u lokali tal-programm, skont l-Azzjonijiet Prinċipali, tali deċentralizzazzjoni teħtieġ tiġi vvalutata sabiex jiġi pprevenut li din tkun ta' ostaklu biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi ta' Erasmus+, b'mod partikolari fir-rigward tat-taqsima tagħha taż-Żgħażagħ;

585.  Jinnota li l-programm Erasmus+ jgħin biex iż-żgħażagħ Ewropej jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, tiġi promossa l-impjegabbilità, u jiġu żviluppati ħiliet ġodda; li jsaħħaħ inizjattivi fl-oqsma taċ-ċittadinanza, il-volontarjat, u l-internazzjonalizzazzjoni taż-żgħażagħ u l-isport; li jgħin biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ formali u informali, u t-tagħlim tul il-ħajja; u li jsaħħaħ is-sens ta' ċittadinanza Ewropea bbażata fuq il-fehim u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

586.  Jesprimi tħassib kbir dwar is-sospensjoni de facto tal-iżborż ta' finanzjament taż-Żgħażagħ ta' Erasmus+ fil-Greċja, kif enfasizzat fir-rapport tal-2015 tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ dwar l-implimentazzjoni tal-programm;

587.  Jinnota d-diffikultajiet rappurtati mid-DĠ Edukazzjoni tal-Kummissjoni u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) fl-ewwel fażi ta' implimentazzjoni tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u Ewropa għaċ-Ċittadini, b'mod partikolari fir-rigward ta' xi dewmien fil-ftuħ ta' sejħiet għal proposti u l-iżborż tal-finanzjament; jittama li dawn huma ċirkostanzi eċċezzjonali u jinsab ħerqan, għalhekk, għas-snin li ġejjin, meta dawn il-programmi se jidħlu f'fażi ta' stabbiltà akbar meta mqabbla ma' din l-ewwel sena tal-implimentazzjoni; jirrakkomanda li l-programm Erasmus+ jaċċetta iktar proġetti fuq skala żgħira, li huma l-qalba tal-esperjenzi innovattivi fit-tliet taqsimiet li huma: l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport;

588.  Jilqa' l-passi meħuda lejn mudelli ta' finanzjament ibbażati fuq somom f'daqqa u spejjeż unitarji, li t-tnejn li huma jissimplifikaw il-ġestjoni finanzjarja kemm għal dawk li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE kif ukoll għall-UE nnifisha; jinnota, madankollu, b'mod partikolari fit-taqsima taż-Żgħażagħ ta' Erasmus+, li dawn is-somom f'daqqa huma wkoll insuffiċjenti biex jiffinanzjaw in-nefqa operattiva ewlenija tal-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-NGOs; isostni li għandu jiżdied aktar l-investiment tal-Unjoni fil-programm;

589.  Ifakkar li d-dewmien fil-pagamenti finali mill-EACEA jaffettwa b'mod dirett lid-drittijiet tal-benefiċjarji, u b'hekk jitfa' f'periklu l-assoċjazzjonijiet u l-proġetti kulturali, il-kreattività u d-diversità tas-soċjetà ċivili kulturali; jinkoraġġixxi lill-EACEA ttejjeb aktar is-sistemi ta' kontroll u ta' pagament tagħha;

590.  Jesprimi tħassib rigward il-fatt li l-Iskejjel Ewropej ma indirizzawx il-kwistjonijiet imtennija mill-Qorti u għaldaqstant jenfasizza r-rakkomandazzjoni lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej biex jimplimenta sistema ta' rotazzjoni għall-postijiet fl-organigramma sensittivi u jindirizza dgħufijiet oħra li jistgħu jqiegħdu f'riskju l-prinċipji bażiċi tat-trasparenza u tal-ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota l-adozzjoni fl-2014 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid għall-Iskejjel Ewropej bħala wieħed mill-mezzi – jekk jiġi implimentat tajjeb – sabiex iwieġeb għall-kwistjonijiet kritiċi identifikati mill-Qorti; jistieden lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jikkunsidra jiċċentralizzax ċerti postijiet fl-organigramma li bħalissa huma deċentralizzati, bħalma hu l-post ta' kontabilista, u jikkunsidra jrawwem is-separazzjoni tar-rwoli tal-awtorizzazzjoni, l-eżekuzzjoni u l-kontroll tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' żball u frodi; jemmen li rieżami komprensiv tal-governanza, il-ġestjoni u l-organizzazzjoni tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej se jkun f'waqtu minħabba l-preokkupazzjonijiet li tqajmu u l-fatt li 60 % tal-baġit tal-Iskejjel Ewropej, EUR 177 miljun, jiġu mill-baġit Ewropew;

591.  Jinnota li n-nuqqas ta' qbil bejn il-programmazzjoni ta' seba' snin tal-QFP u l-programmazzjoni ta' għaxar snin tal-prijoritajiet politiċi u strateġiċi tal-Unjoni jista' jaffettwa b'mod ħażin il-valutazzjoni konsistenti tar-riżultati miksuba mill-programmi tal-Unjoni; jinnota li r-reviżjoni tal-QFP li se ssir dalwaqt hija punt ewlieni fil-ġestjoni tal-infiq tal-Unjoni billi tiżgura li l-programmi ta' investiment tal-Unjoni jibqgħu effiċjenti; jinsisti fuq semplifikazzjoni bir-reqqa tal-formoli ta' applikazzjoni u l-kriterji, speċjalment għal proġetti fuq skala żgħira, kemm fil-programm Erasmus+ kif ukoll fil-programm Ewropa Kreattiva;

592.  Jinsab imħasseb dwar il-ħlasijiet li hemm b'lura tal-Kummissjoni, li kienu jammontaw għal EUR 26 biljun fl-2014 – fejn nofshom kienu meqjusa "anormali", jiġifieri mhux determinati minn fatturi ġġenerati fl-aħħar tas-sena finanzjarja, kif muri mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew – u għall-Erasmus+ waħdu il-ħlasijiet b'lura kienu ta' EUR 202 miljun; jinnota li dawn il-ħlasijiet b'lura huma kkawżati parzjalment minn QFP inflessibbli żżejjed, li ma jippermettix li l-finanzjament jiġi allokat mill-ġdid u għandu marġini stretti, parzjalment minħabba n-nuqqas min-naħa tal-Istati Membri li jilħqu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament;

593.  Jenfasizza li l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini jservi bħala pont uniku u dirett bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha sabiex jiġu appoġġati l-azzjonijiet, il-petizzjonijiet u d-drittijiet ċivili; iqis il-livell preżenti ta' finanzjament bħala wieħed baxx wisq u jenfasizza li l-programm għandu jiġi implimentat fi ħdan il-kontenut tiegħu u b'hekk ikun mogħni b'aktar inizjattivi li jagħtu s-setgħa lill-valuri taċ-Ċittadinanza Ewropea; jopponi bil-qawwa kwalunkwe tnaqqis fil-baġit jew kwalunkwe dewmien tal-pagament għall-programm Ewropa għaċ-Ċittadini tal-2014-2020;

Libertajiet ċivili, ġustizzja u intern

594.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-kontijiet konsolidati tal-Unjoni jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2014; jesprimi, madankollu, tħassib dwar il-fatt li, għall-21 sena konsekuttiva, is-sistemi ta' kontroll u superviżjoni finanzjarji kienu biss parzjalment effikaċi fl-iżgurar tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

595.  Jinsab imħasseb, madankollu, li l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ġew milquta minn rata ta' żball lil hinn mil-limitu ta' materjalità; ifakkar, għalhekk, fil-bżonn ta' ġestjoni baġitarja attenta u jitlob li jsiru sforzi ulterjuri biex titnaqqas ir-rata ta' żball;

596.  Jinnota l-preżentazzjoni l-ġdida tar-rapport tal-kontijiet annwali tal-Qorti dwar l-infiq skont l-Intestatura QFP 3 "Sigurtà u ċittadinanza"; jitlob li dan jiġi inkluż is-sena d-dieħla, b'kunsiderazzjoni taż-żieda fil-baġit; jaqbel li hemm bżonn approċċ ġdid sabiex il-baġit tal-UE jiġi investit u mhux minfuq;

597.  Jiddispjaċih għall-fatt li f'xi Stati Membri, il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kunflitti ta' interess tal-membri tal-parlament, il-membri tal-gvern u l-membri tal-kunsilli lokali hija vaga u insuffiċjenti; jitlob lill-Kummissjoni teżamina din is-sitwazzjoni u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposti f'dak ir-rigward; iqis li proposti simili għandhom japplikaw ukoll għall-membri eżistenti u kandidati tal-Kummissjoni;

598.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat il-valur għall-flus u li jinsiltu l-lezzjonijiet mill-proġetti tal-passat fejn id-dgħufijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni wasslu għal dewmien u għal infiq eċċessiv, kif seħħ bl-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), li waslet sitt snin aktar tard milli kien ippjanat u li swiet tmien darbiet aktar mill-baġit inizjali;

599.  Jinnota li, għalkemm il-Fond għall-Fruntieri Esterni kkontribwixxa għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-valur miżjud tal-fond kien limitat; jikkonstata li r-riżultat ġenerali ma setax jitkejjel minħabba dgħufijiet fil-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet assenjati u minħabba nuqqasijiet serji min-naħa tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-valutazzjonijiet tagħhom.

Kwistjonijiet relatati mal-ġeneru

600.  Ifakkar li, kif jgħid l-Artikolu 8 tat-TFUE, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija waħda mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u li l-Unjoni tippromwovi; iqis li l-ugwaljanza tal-ġeneru trid tiġi integrata fil-politiki kollha, u għalhekk dan il-fatt irid jitqies fil-proċeduri tal-baġit;

601.  Ifakkar lill-Kummissjoni li jista' jkun li xi linji baġitarji qed ikabbru l-inugwaljanza tal-ġeneru b'mod indirett, billi jkollhom effetti ħżiena fuq in-nisa meta jiġu implimentati; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tuża analiżi ta' bbaġitjar li jqis il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru kemm rigward linji baġitarji ġodda kif ukoll rigward dawk eżistenti u, fejn possibbli, tagħmel il-bidliet meħtieġa fil-politika biex tiżgura li l-inugwaljanza tal-ġeneru ma sseħħx b'mod indirett;

602.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenn ġdid tagħha favur l-ibbaġitjar għar-riżultati u jtenni t-talba tal-Parlament li fis-sett komuni ta' indikaturi tar-riżultati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jiġu inklużi wkoll indikaturi skont il-ġeneru, li jippermettu valutazzjoni aħjar tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-ġeneru;

603.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni tal-impatt li l-finanzjament tal-Unjoni kellu fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneru;

604.  Jistieden lill-Unjoni żżid is-sehem tal-FSE mmirat biex jiżviluppa servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja bi prezzijiet li jintlaħqu għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' adulti dipendenti (li xorta waħda huma n-nisa li jieħdu ħsiebhom fil-parti l-kbira tal-każijiet) b'kont meħud ukoll tal-provi fornuti mill-Indiċi tal-Ugwaljanza tal-Ġeneru, żviluppat reċentement mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE);

605.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw taħriġ sħiħ ta' uffiċjali pubbliċi involuti f'deċiżjonijiet ta' nfiq, biex jiżguraw li dawn jifhmu bis-sħiħ l-effetti li d-deċiżjonijiet tagħhom ikollhom fuq l-ugwaljanza tal-ġeneru;

606.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jivvalutaw jekk hemmx parità ġenwina fir-rigward tad-distribuzzjoni ta' postijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b'tali mod li jipprovdu statistika ġeneru b'ġeneru dwar in-numri u l-gradi tal-persunal bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza.

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(6) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(7) ĠU L 51, 20.2.2014.
(8) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(9) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 2.
(10) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 73.
(11) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(14) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(15) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(16) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(17) ĠU L 51, 20.2.2014.
(18) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(19) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 9.
(20) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 90.
(21) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(22) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(23) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(24) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(25) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(26) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(27) ĠU L 51, 20.2.2014.
(28) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(29) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 2.
(30) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 56.
(31) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(32) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(33) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(34) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(35) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(36) ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(37) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(38) ĠU L 51, 20.2.2014.
(39) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(40) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 12.
(41) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 247.
(42) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(43) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(44) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(45) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(46) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(47) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(48) ĠU L 51, 20.2.2014.
(49) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(50) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 10.
(51) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 379.
(52) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(53) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(54) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(55) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(56) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(57) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(58) ĠU L 51, 20.2.2014.
(59) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(60) ĠU C 367, 5.11.2015, p. 10.
(61) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 362.
(62) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(63) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(64) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(65) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(66) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(67) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(68) ĠU L 51, 20.2.2014.
(69) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(70) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(71) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(72) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(73) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(74) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(75) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2016)0148.
(76) Fost l-oħrajn, l-Istrateġija Ewropa 2020, is-Semestru Ewropew, is-"Six-Pack" u t-"Two-Pack" kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi; f'dan il-kuntest, iż-żamma preċiża mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi bħala kriterju għall-allokazzjoni effiċjenti ta' fondi mill-baġit tal-UE tista' tkun effikaċi.
(77) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi (ĠU L 308, 16.11.2013, p. 27, paragrafu 328; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (ĠU L 266, 5.9.2014, p. 32, paragrafi 314-315; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 27), paragrafu 305.
(78) Ir-Rapport annwali tal-Qorti tal-2014, punt 3.10.
(79) Ir-Rapport annwali tal-Qorti tal-2014, punt 3.5.
(80) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320)".
(81) Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-2014, punt 3.65.
(82) Iċ-ċifri għall-2013 ġew ikkalkulati mill-ġdid biex jikkorrispondu mal-istruttura tar-rapport annwali tal-2014 b'mod li hekk jista' jsir tqabbil bejn is-sentejn.
(83) Skont ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, hu stmat li l-livell ta' żball paragunabbli għall-2013 u l-2012 hu ta' 0,2 u 0,3 punti perċentwali aktar baxx għax il-Qorti aġġornat il-mod kif tikkwantifika ksur serju tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.
(84) Ir-rapport annwali tal-Qorti, punti 1.54 u 1.65.
(85) Peress li l-valutazzjonijiet tal-impatt regolatorju jirrappreżentaw strument effikaċi ħafna biex il-ġestjoni finanzjarja ssir verament tajba.
(86) Il-pjan ta' pagament li ġie adottat mill-Kummissjoni f'Marzu 2015 u li jippreżenta miżuri fuq żmien qasir biex jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa mhuwiex l-għodda t-tajba; il-livell għoli ta' impenji pendenti jirrikjedi perspettiva fuq żmien itwal;
(87) Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), sors ir-rapport annwali tal-Qorti 2014.
(88) Ir-rata ta' assorbiment tvarja minn 50 % sa 92 % fl-Istati Membri.
(89) Tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub addizzjonali lill-Kummissarju Moedas, mistoqsija 3.
(90) rapport tal-attività annwali għall-2012 tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, p. 45 et seq.
(91) pereżempju l-INEA.
(92) Tnaqqis u sospensjoni ta’ pagamenti kull xahar u interim; ara l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(93) Ara r-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, mill-punt 7.44 sal-punt 7.50.
(94) Ara t-tabella: Anness 10- 3.2.8 dwar ir-rapport ta' attività annwali 2014 tad-DĠ AGRI.
(95) Il-politika għall-iżvilupp rurali hija implimentata permezz ta' 46 miżura, u dawn il-miżuri permezz ta' programmi ta' żvilupp rurali mmexxija fil-livell nazzjonali jew reġjonali.
(96) Ir-rapport annwali tal-Qorti għall-2014, punt 7.71.
(97) Ara t-tweġiba tal-Kummissarju Hogan għall-mistoqsija bil-miktub 7b. Seduta ta' smigħ CONT tal-14 ta' Jannar 2016.
(98) Ir-rapport ta' attività annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI p. 17.
(99) Rapport Speċjali Nru 5/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta' suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali.
(100) Ara r-rapport ta' attività annwali tal-Europe Aid 2014, p. 115.
(101) Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2014 (COM(2015)0279), p. 21).
(102) Tweġibiet għal mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarju Thyssen, il-mistoqsijiet 48 u 49.
(103) Ara s-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali tal-2014 tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF, adottat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Settembru 2015.
(104) Philip Morris International, British American Tobacco, Japan Tobacco International, u Imperial Tobacco Limited.
(105) Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li jħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).
(106) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-Ftehim dwar it-tabakk (il-Ftehim PMI (Testi adottati, P8_TA(2016)0082).
(107) http://www.ombudsman.europa.eu/en/press/release.faces/mt/61027/html.bookmark.
(108) Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).
(109) Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(110) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(111) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(112) DĠ AGRI - rapport annwali 2014 - paġna 12.
(113) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - tweġiba għall-paragrafu. 7.15.
(114) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - tweġiba għall-paragrafu. 7.32.
(115) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - para. 7.35.
(116) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - para. 7.40.
(117) Artikolu 39(1), punt (e) tat-TFUE.
(118) Rapport annwali tal-Qorti tal-2014 - paragrafu. 7.30.


Kwittanza 2014: Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-Kwittanza 2014 tal-Kummissjoni
PDF 674kWORD 319k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2206(DEC))
P8_TA(2016)0148A8-0127/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri mfassla skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0267/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni(5) u r-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti, li hija parti integrali minn din id-deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05583/2016 – C8-0042/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0127/2016),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi l-programmi permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

B.  billi r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jinkludu informazzjoni dwar aspetti importanti relatati mal-implimentazzjoni tal-fondi u, għaldaqstant, huma utli għall-Parlament fl-eżerċitar tar-rwol tiegħu ta' awtorità ta' kwittanza;

C.  billi l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tal-Parlament tat-28 ta' April 2016 imsemmija hawn fuq dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III - Il-Kummissjoni,

Parti I – Rapport Speċjali Nru 18/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn irriżultati, talEuropeAid"

1.  Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għall-evalwazzjoni tas-sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati tal-EuropeAid, u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Kummenti ġenerali

2.  Jinsab serjament imħasseb dwar l-affidabbiltà insuffiċjenti tas-sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati tal-EuropeAid, dwar il-livell inadegwat ta' superviżjoni u ta' monitoraġġ tal-evalwazzjoni tal-programmi, u anke dwar il-fatt li l-EuropeAid ma jistax jiżgura li r-riżorsi umani u finanzjarji jkunu xierqa u allokati b'mod effiċjenti lid-diversi attivitajiet ta' evalwazzjoni;

3.  Jindika li hu indispensabbli li l-Parlament, bħala l-awtorità għall-kontroll baġitarju, jingħata stampa ċara tal-livell reali sa fejn ikunu nkisbu l-objettivi prinċipali tal-Unjoni;

4.  Jemmen li seduti ta' smigħ, mhux biss ma' uffiċjali tal-Kummissjoni u tas-SEAE, iżda wkoll ma' benefiċjarji u esperti indipendenti se jipprovdu valutazzjoni aktar komprensiva tal-kontribut tal-EuropeAid għall-għanijiet tal-Unjoni;

5.  Ifakkar li għandhom jiġu pprovduti spunti esterni, oġġettivi u imparzjali dwar ir-rendiment tal-proġetti u l-programmi ta' għajnuna tal-Kummissjoni bħala parti mill-impenn tal-Kummission favur assigurazzjoni tal-kwalità;

6.  Jikkunsidra li l-eżiti tal-evalwazzjonijiet huma elementi fundamentali li għandhom jiġu integrati fil-proċess ta' politika u r-rieżami politiku sabiex jiġu aġġustati l-objettivi politiċi strateġiċi u tissaħħaħ il-koerenza kumplessiva mal-politiki l-oħra tal-Unjoni; jemmen f'dan ir-rigward li huwa kruċjali li l-evalwazzjonijiet ikunu indipendenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku;

7.  Jemmen li l-investiment fl-analiżi u l-aggregazzjoni tar-riżultati minn tipi differenti ta' evalwazzjoni mhux biss jibni stampa kumplessiva tat-tendenzi, iżda jippermetti li jinsiltu tagħlimiet li jsaħħu l-effikaċja aħħarija tal-proċess ta' evalwazzjoni, filwaqt li jiġġeneraw ukoll bażi evidenzjali aħjar għat-teħid tad-deċiżjonijiet, it-tfassil tal-politiki u t-tkomplija tal-proġetti eżistenti fir-rigward tal-istrumenti speċifiċi ta' għajnuna;

8.  Jikkunsidra li l-kondiviżjoni tal-għarfien permezz tal-mezzi u tal-għodda kollha hi kruċjali mhux biss għall-iżvilupp ta' kultura ta' evalwazzjoni iżda fuq kollox għat-trawwim ta' kultura ta' rendiment effikaċi;

9.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti teżamina l-mekkaniżmi ta' finanzjament kollha tal-EuropeAid sabiex tiżgura li jkun hemm valur għall-flus u li l-finanzjament tal-UE jkun effiċjenti biex javvanza l-għanijiet u l-valuri tal-Unjoni; jemmen li l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni għandhom ikunu allinjati mal-għanijiet ta' politika tal-Unjoni fil-pajjiżi ġirien, filwaqt li titqies ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji, u li l-flejjes tal-UE huma funġibbli;

10.  Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rigward tas-sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir‑riżultati, tal‑EuropeAid;

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

11.  Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, il-prijoritizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-evalwazzjonijiet, l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll tal-kwalità, il-wiri tar-riżultati miksuba, is-segwitu li jingħata għas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet u tal-MOR, u t-tixrid tagħhom;

12.  Jikkunsidra li l-EuropeAid għandu jżomm prattiki adegwati għall-ġestjoni tal-informazzjoni u jivvaluta ħtiġijietu fuq bażi regolari sabiex jiżgura allokazzjoni informata tar-riżorsi finanzjarji u umani b'segwitu għall-evalwazzjonijiet tal-programmi u l-eżerċizzji ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati;

13.  Jikkunsidra li l-EuropeAid għandu, sabiex jiżgura li l-evalwazzjonijiet imwettqa jirriflettu l-prijoritajiet tal-organizzazzjoni:

   jiddefinixxi kriterji ta' għażla ċari għall-prijoritizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet tal-programmi u jiddokumenta kif dawn ġew applikati fl-istabbiliment tal-pjanijiet ta' evalwazzjoni, filwaqt li titqies il-komplementarjetà mal-monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati;
   itejjeb b'mod sinifikanti s-sistema tiegħu ta' monitoraġġ u rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' evalwazzjoni, anke billi jipprovdi analiżi tar-raġunijiet għad-dewmien u deskrizzjoni tal-miżuri adottati biex jiġu indirizzati;
   isaħħaħ is-superviżjoni kumplessiva tal-attivitajiet ta' evalwazzjonijiet tal-programmi mill-EuropeAid;

14.  Jikkunsidra li l-EuropeAid għandu, sabiex jiżgura l-kwalità tal-evalwazzjonijiet tal-programmi u tal-monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati:

   jinsisti li l-unitajiet operazzjonali u d-delegazzjonijiet japplikaw ir-rekwiżiti ta' kontroll tal-kwalità, inkluż, għall-evalwazzjonijiet tal-programmi, l-użu ta' grupp ta' referenza u d-dokumentazzjoni tal-kontrolli tal-kwalità mwettqa;
   jiċċekkja, fuq bażi regolari, l-applikazzjoni ta' dawn il-kontrolli.

15.  Jikkunsidra li l-EuropeAid għandu, sabiex isaħħaħ il-kapaċità tas-sistema ta' evalwazzjoni li tipprovdi informazzjoni adegwata dwar ir-riżultati miksuba:

   japplika b'mod aktar rigoruż id-dispożizzjonijiet regolatorji li jirrikjedu l-użu ta' objettivi SMART (speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin) u ta' indikaturi verifikabbli;
   jimmodifika s-sistema ta' monitoraġġ sabiex tkompli tipprovdi data dwar programmi sa mill-anqas tliet snin wara l-ikkompletar tagħhom; kif ukoll
   iżid b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' evalwazzjonijiet ex post tal-programmi.

Parti II - Rapport Speċjali Nru 22/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Ilksib ta' ekonomija: inżommu l-ispejjeż tal-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-UE taħt kontroll"

16.  Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-Qorti bit-titolu "Il‑ksib ta' ekonomija: inżommu l-ispejjeż tal-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-UE taħt kontroll" u japprova l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

17.  Jinnota li l-politika tal-UE għall-iżvilupp rurali hija kruċjali għat-trawwim tal-kompetittività tal-agrikoltura, għall-iżgurar ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, u għall-promozzjoni tal-azzjoni klimatika; jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp territorjali tal-ekonomiji u l-komunitajiet rurali, inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi;

18.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni la offriet gwida u lanqas ma xerrdet prattika tajba fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013, u ma żguratx li s-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri kienu effikaċi qabel bdew japprovaw l-għotjiet; jissottolinja li mill-2012 'l hawn, il-Kummissjoni adottat approċċ aktar attiv u koordinat;

19.  Jinnota li nstabu ħafna dgħufijiet fir-rigward tal-kontroll mill-Istati Membri tal-ispejjeż tal-għotjiet għall-iżvilupp rurali; jinnota li l-Kummissjoni taqbel li jista' jsir iffrankar billi jkun hemm kontroll aħjar tal-ispejjeż fl-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali filwaqt li xorta jinkisbu l-istess eżiti u riżultati u jintlaħqu l-istess objettivi; jilqa' l-fatt li ġew identifikati approċċi vijabbli u kosteffikaċi li jistgħu jiġu applikati b'mod aktar estensiv, li l-Kummissjoni taċċetta s-sejbiet tal-Qorti u li esprimiet l-intenzjoni tagħha li taħdem mal-Istati Membri biex ittejjeb il-kontroll tal-ispejjeż għall-iżvilupp rurali fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020;

20.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jivverifikaw minn kmieni fil-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid li s-sistemi ta' kontroll joperaw b'mod effiċjenti u li huma effettivi fid-dawl tar-riskji;

21.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jużaw il-lista ta' kontroll u l-kriterji żviluppati mill-Qorti u li jinsabu fl-Anness I(7);

22.  Jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-approċċi segwiti għall-programmi kollha fil-qasam tal-iżvilupp rurali jissodisfaw il-kriterji stabbiliti mill-Qorti biex jiġi vvalutat jekk is-sistemi ta' kontroll jindirizzawx ir-riskji ta' speċifikazzjoni eċċessiva, prezzijiet mhux kompetittivi u bidliet fil-proġett, u jekk humiex immirati lejn l-oqsma bl-akbar riskju; jikkunsidra li valutazzjoni ex ante tas-sistemi ta' kontroll mis-servizzi ta' awditjar intern tal-awtoritajiet tal-Istati Membri (jew minn korpi oħra ta' spezzjoni jew awditjar) għandha tkun parti minn dan il-proċess;

23.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom: japplikaw b'mod aktar estensiv l-approċċi kosteffikaċi li diġà ġew identifikati; jivvalutaw l-ispejjeż fil-konfront tal-eżiti jew ir-riżultati mistennija; jivverifikaw jekk kostijiet standard jirriżultawx f'pagamenti żejda; jużaw il-prezzijiet reali fuq is-suq bħala prezzijiet ta' referenza għal tagħmir u makkinarju eċċ. u mhux il-prezzijiet elenkati mill-fornituri; jivverifikaw li l-ispejjeż ikunu raġonevoli anki meta jkunu ġew segwiti proċeduri ta' akkwist pubbliku; jimplimentaw rekwiżiti u/jew verifiki aktar stretti għall-miżuri b'rati għolja ta' għajnuna eċċ.;

24.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi gwida dwar il-kontrolli u l-penali fil-kuntest tal-iżvilupp rurali, inkluża taqsima speċifika dwar kemm huma raġonevoli l-ispejjeż u lista ta' kontroll għall-awtoritajiet maniġerjali annessa mar-rapport speċjali; jinnota li t-taħriġ u l-kondiviżjoni ta' esperjenzi se jkunu parti mill-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fil-perjodu 2014–2020;

Parti III – Rapport Speċjali Nru 23/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Żbalji fin-nefqa għall-iżvilupp rurali: x'jikkawżahom, u kif qed jiġu indirizzati?"

25.  Jinsab imħasseb dwar ir-rata għolja ta' żbalji misjuba mill-Qorti fil-politika ta' żvilupp rurali; jinnota, madankollu, it-tnaqqis żgħir li kien hemm f'dawn l-aħħar tliet snin;

26.  Jirrikonoxxi l-isforz li sar mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni bil-għan li jitnaqqsu l-iżbalji fl-infiq għall-iżvilupp rurali, b'mod speċjali f'dan iż-żmien ta' diffikultajiet ekonomiċi u awsterità fiskali;

27.  Jinnota li, abbażi tas-sejbiet tal-awditi mwettqa mill-Istati Membri u minnha stess, il-Kummissjoni implimentat jew tinsab fil-proċess li timplimenta miżuri korrettivi f'ħafna mill-oqsma identifikati fir-rapport speċjali tal-Qorti;

28.  Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja indikat fir-rapporti annwali tagħha li f'bosta każijiet l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni, li kien inaqqas ir-rata ta' żbalji b'mod sinifikanti;

29.  Josserva li aktar ma jkunu faċli biex jiġu implimentati r-regoli, anqas iseħħu żbalji; jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rata ta' żbalji tista' terġa' tiżdied fis-snin li ġejjin minħabba l-kumplessità tar-regoli l-ġodda tal-PAK riformata; jitlob għalhekk semplifikazzjoni reali tal-PAK, flimkien ma' linji gwida iktar ċari għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-bdiewa;

30.  Jikkunsidra li l-ispejjeż ta' ġestjoni u ta' kontroll (EUR 4 biljuni) għall-PAK kollha kemm hi huma sustanzjali u li l-enfasi għandha tkun fuq it-titjib tal-effiċjenza tal-kontrolli u mhux fuq iż-żieda fin-numru tagħhom; jappella f'dan il-kuntest lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffukaw fuq il-kawżi ewlenin tal-iżbalji fin-nefqa fil-qasam tal-iżvilupp rurali; jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet preventivi u korrettivi li ġejjin, fejn ikun rilevanti:

   (a) Akkwist pubbliku

Fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-kundizzjonalità ex ante, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jipprovdu gwida dettaljata lill-benefiċjarji dwar kif għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

L-awtoritajiet nazzjonali li jispeċjalizzaw fil-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku għandhom jiġu involuti f'dan il-proċess; l-attenzjoni għandha tkun fuq it-tliet vjolazzjonijiet ewlenin tar-regoli: għotjiet diretti mhux ġustifikati mingħajr proċedura kompetittiva xierqa; każijiet ta' applikazzjoni ħażina tal-kriterji għall-għażla u għall-għoti u nuqqas ta' trattament indaqs tal-offerenti;

   (b) Tidwir intenzjonat tar-regoli

Abbażi tal-kriterji speċifiċi għall-eliġibbiltà u għall-għażla mill-programmi tagħhom fil-qasam tal-iżvilupp rurali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida biex jgħinu lill-ispetturi tagħhom jidentifikaw indikaturi ta' azzjonijiet potenzjalment frodulenti;

   (c) Pagamenti agroambjentali

L-Istati Membri għandhom jestendu l-ambitu tal-kontrolli amministrattivi tagħhom biex jinkludu verifiki tal-impenji abbażi ta' evidenza dokumentarja, li bħalissa jsiru biss fil-5 % tal-każijiet fejn isiru l-verifiki fuq il-post; barra minn hekk, is-sistema ta' tnaqqis u ta' sanzjonijiet għandha titfassal b'mod li jkollha effett dissważiv sinifikanti fuq min potenzjalment se jikser ir-regoli;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi fil-qasam tal-iżvilupp rurali, u tqis l-awditi tagħha dwar il-konformità tar-regoli applikabbli, inklużi dawk adottati fil-livell nazzjonali fejn ikun rilevanti, b'mod li tnaqqas ir-riskju li jiġu ripetuti d-dgħufijiet u l-iżbalji misjuba matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013;

32.  Jemmen li għad fadal ħafna inkonsistenzi fil-metodoloġiji għall-kalkolu tar-rata ta' żbalji, mhux biss bejn dawk li jużaw il-Kummissjoni u l-Istati Membri, iżda anke bejn dawk li jintużaw fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, u li dan jagħmel l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali xierqa fl-Istati Membri saħansitra aktar diffiċli; jappella lill-Kummissjoni biex tapplika metodoloġija uniformi għall-kalkolu tar-rata ta' żbalji li tista' tiġi kompletament riflessa fil-metodoloġiji tal-Istati Membri;

33.  Jappoġġa użu aktar intensiv tal-metodi ta' spejjeż issemplifikati fejn ikun rilevanti u konformi mar-regoli leġiżlattivi, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw sa liema punt il-karatteristiċi ta' ambitu aktar iffukat, kriterji ta' eliġibbiltà limitati u l-użu ta' alternattivi ta' spejjeż issemplifikati jistgħu jiġu rreplikati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' għadd akbar ta' miżuri ta' appoġġ, mingħajr ma jiġu kompromessi l-objettivi kumplessivi ta' dawk il-miżuri;

34.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri janalizzaw kif jistgħu jtejbu l-iskema għall-appoġġ tal-investimenti fl-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, u janalizzaw ukoll il-miżura dwar il-pagamenti agroambjentali sabiex, sa fejn ikun possibbli, l-impenji jkunu jistgħu jiġu kkontrollati permezz ta' verifiki amministrattivi mill-Istati Membri;

35.  Jappella lill-Kummissjoni twettaq analiżi dettaljata tal-kawżi tal-korrelazzjonijiet negattivi bejn ir-rata ta' eżekuzzjoni finanzjarja u r-rata ta' żbalji;

Parti IV – Rapport Speċjali Nru 24/2014 bit-titolu "L-appoġġ mill-UE għall-prevenzjoni u r-restawr ta' ħsara għall-foresti kkawżata minn nirien u diżastri naturali huwa mmaniġġjat tajjeb?"

36.  Jappella lill-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji komuni sabiex tidentifika l-iskala tar-riskju ta' nar fil-foresti Ewropej, sabiex ittemm id-definizzjoni arbitrarja u inkonsistenti ta' żoni b'riskju għoli ta' nar u magħha l-evalwazzjoni defiċjenti u l-proċess ta' għażla mill-Istati Membri;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħżlu l-azzjonijiet preventivi tagħhom skont il-ħtiġijiet realita' riskju ta' nar u bi qbil mar-rekwiżiti tal-miżura 226 minflok objettivi ambjentali jew ekonomiċi oħra; jinsisti f'dan ir-rigward fuq il-ħtieġa li l-benefiċjarji jagħtu prova inkondizzjonata u jiddokumentaw b'mod preċiż ħtiġijiethom għal appoġġ taħt din il-miżura; jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li tingħata prijorità lill-azzjonijiet fl-aktar foresti ambjentalment prezzjużi bħaż-żoni forestali tan-netwerk Natura 2000;

38.  Jeżiġi, fid-dawl tas-sejbiet allarmanti tal-Qorti rigward l-ispejjeż medji għal azzjonijiet simili f'reġjuni differenti, limitu massimu raġonevoli u verifikabbli għall-appoġġ u ġustifikazzjoni motivata b'mod komprensiv f'każ ta' kwalunkwe tibdil fih;

39.  Jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw u jistrutturaw aħjar il-politiki tagħhom dwar in-nirien forestali; jappoġġa l-ħolqien ta' pjattaforma Ewropea għall-benefiċjarji biex jikkondividu u jippromwovu l-aħjar prattiki;

40.  Jiddeplora b'mod speċjali l-fatt li l-Qorti sabet li għad fadal nuqqasijiet serji fil-perjodu 2014-2020 minħabba qafas ta' monitoraġġ konsistentement inadegwat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata sabiex ittejjeb is-sistema ta' monitoraġġ u kontroll tagħha;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa t-twassil ta' data armonizzata dwar ir-rwol multifunzjonali tal-foresti u tar-riżorsi tal-foresti, billi tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' sistema ta' informazzjoni Ewropea dwar il-foresti bbażata fuq data nazzjonali u l-integrazzjoni tagħha fi pjattaforma tad-data Ewropea;

42.  Jinsisti barra minn hekk li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' kontroll soda li tinkludi ż-żamma tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti; jappella f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni tiżgura li l-appoġġ jingħata biss f'dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri jkunu stabbilixxew tali sistema ta' kontroll xierqa u rieżaminabbli;

43.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrappurtaw regolarment dwar l-effetti tal-azzjonijiet imwettqa u t-tnaqqis fl-għadd ta' nirien jew diżastri naturali u ż-żoni li ssirilhom ħsara;

Parti V – Rapport Speċjali Nru 1/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Trasport minn Passaġġi fuq lIlma Interni flEwropa: Lebda titjib sinifikanti fissehem modali u filkundizzjonijiet ta' navigabbiltà mill-2001 'il hawn"

44.  Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-Qorti bit-titolu "Trasport minn Passaġġi fuq l‑Ilma Interni fl‑Ewropa: L-ebda titjib sinifikanti fis-sehem modali u fil-kundizzjonijiet ta' navigabbiltà mill-2001 'il hawn'' u jappoġġa s-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

45.  Jinnota li s-settur tat-trasport tal-UE huwa kruċjali għall-ikkompletar tas-suq uniku, il-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u t-tkabbir ekonomiku kumplessiv fl-Ewropa;

46.  Jikkonkludi li l-iżvilupp tal-mod ta' trasport permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni baqa' lura meta mqabbel mar-ritmu tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija minkejja deċennju ta' investiment; iħeġġeġ biex ikun hemm żieda sustanzjali fl-isforzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri;

47.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw pjanijiet direzzjonali għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għas-settur tal-ilmijiet navigabbli interni bħalma jagħmlu f'setturi oħrajn u biex f'dan l-isforz jinkludu l-infrastruttura u t-tagħmir tal-portijiet, sabiex jiġi żgurat li l-iżviluppi tekniċi jkunu kompatibbli ma' rekwiżiti ta' modi tat-trasport oħra, u b'hekk jiġi żgurat trasport multimodali;

48.  Jikkunsidra li l-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti fil-white paper tal-2001, ir-rieżami ta' nofs it-terminu tagħha tal-2006, kif ukoll il-programmi NAIA­DES (Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni) tal-2006 u l-2013 kienet ineffikaċi parzjalment minħabba nuqqas ta' impenn min-naħa tal-Istati Membri;

49.  Jinnota li l-interess tal-Istati Membri biex jinvestu f'politika ta' trasport komunitarja naqas, li huma jagħtu preferenza lill-finanzjament ta' proġetti nazzjonali, reġjonali u lokali u li l-proċessi ta' għażla għall-proġetti huma deċentralizzati u dan jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tipprijoritizza proġetti eliġibbli;

50.  Jissottolinja l-fatt li l-Istati Membri impenjaw ruħhom legalment li jipprovdu finanzjament nazzjonali għall-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni sabiex il-passaġġi fuq l-ilma ta' importanza strateġika fl-Ewropa jiġu ttrasformati f'kurituri ta' trasport b'kapaċità għolja;

51.  Josserva li r-rwol ta' koordinament strateġiku tal-Kummissjoni ddgħajef, u dan wassal għal asimmetrija bejn il-proġetti implimentati u l-prijoritajiet fil-livell tal-Unjoni;

52.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li permezz tar-riċerka bbażata fuq ir-rapporti speċjali tal-Qorti(8), wieħed jista' jasal għal konklużjonijiet simili għal dawk li jikkonċernaw l-passaġġi fuq l-ilma interni jfir-rigward tal-oqsma ta' trasport oħrajn iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni; jinnota li f'tali żoni ta' trasport pubbliku urban u infrastrutturi ta' ajruporti, il-proġetti spiss ibatu minn:

   (a) valur miżjud baxx wara l-implimentazzjoni;
   (b) kejl insuffiċjenti tal-eżiti;
   (c) enfasi insuffiċjenti fuq il-kosteffiċjenza;
   (d) nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt;
   (e) pjanijiet reġjonali, nazzjonali u supranazzjonali inkoerenti;
   (f) sottoutilizzazzjoni tal-infrastruttura b'mod li jitnaqqas l-effett kumplessiv;
   (g) nuqqas ta' sostenibbiltà:
   (h) dgħufijiet fit-tfassil tal-proġetti u l-politika dwar il-mobbiltà;
   (i) nuqqas ta' politika soda dwar il-mobbiltà;
   (j) kooperazzjoni diffiċli bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri;

53.  Jikkunsidra li l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq, flimkien mal-osservazzjonijiet dwar it-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni, jindikaw kwistjonijiet orizzontali komuni madwar l-Unjoni; jikkunsidra li l-eżiti tal-finanzjament tal-Unjoni għat-trasport b'mod ġenerali jiddgħajfu mis-sitwazzjoni xejn sodisfaċenti tal-ippjanar strateġiku u min-nuqqas ta' koerenza, eżiti sostenibbli, effiċjenza u effikaċja;

54.  Jemmen li huwa possibbli li jinkisbu eżiti politiċi sostenibbli permezz ta' kooperazzjoni intensiva bejn l-Istati Membri fuq naħa, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitħares l-iżvilupp tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni;

55.  Jirrakkomanda li kemm il-Kummissjoni u kemm l-Istati Membri jqisu l-impenji komuni bl-akbar attenzjoni peress li s-settur tat-trasport tal-Unjoni jopera f'ambjent kumpless ta' elementi ekonomiċi, politiċi u ġuridiċi, fejn l-istabbiliment ta' netwerks multimodali qed jiffaċċja ostakli u xkiel relatati ma' prijoritajiet diverġenti u involviment inkonsistenti;

56.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiffukaw fuq proġetti rigward passaġġi fuq l-ilma interni li jkunu relatati direttament mal-kurituri tan-netwerk ewlieni b'mod li jipprovdu l-akbar impatt u l-aktar benefiċċji immed­jati għat-titjib tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni;

57.  Jirrakkomanda li, meta l-Istati Membri jinvestu fit-trasport minn passaġġi fuq l-ilma, għandu jiġi applikat il-prinċipju "inqas għal iktar": ir-riżorsi limitati tal-Unjoni għandhom jiġu ffukati fuq il-proġetti bl-ogħla prijorità b'mod li jitneħħew b'mod effikaċi l-punti ta' konġestjoni u tiġi stabbilita sistema integrata fil-livell tal-Unjoni tan-netwerk tal-passaġġi tal-ilma;

58.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jqisu r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) (ir-Regolament TEN-T) u r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) (ir-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) bħala għodda essenzjali għar-razzjonalizzazzjoni tal-proġetti sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti mill-Kummissjoni sa mill-2001;

59.  Jirrakomanda li l-istrument TEN-T u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jintużaw intensivament bħala opportunità għal investiment b'enfasi fuq il-kurituri ta' importanza strateġika għall-Unjoni (netwerk ewlieni u komprensiv), b'rekwiżiti infrastrutturali standardizzati u speċifiċi għat-tul kollu tan-netwerk, bi skadenzi legalment vinkolanti għall-implimentazzjoni tal-proġetti;

60.  Jirrakkomanda li jintużaw approċċi u ppjanar strateġiċi u komprensivi għas-sinkronizzazzjoni tal-finanzjament mill-FSIE, TEN-T u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa sabiex jinkisbu b'mod effikaċi u effiċjenti l-objettivi tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni;

61.  Jirrakkomanda li l-istabbiliment ta' ċentri ta' trasport intermodali tul in-Netwerk Ewlieni jiġi kkunsidrat bħala fattur kruċjali li jippermetti l-bidla mit-trasport tal-prodotti u l-merkanzija mit-toroq għal fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni;

62.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol ta' koordinament tal-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti strateġiċi fit-tul bħall-kurituri tan-netwerk ewlieni;

63.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tidentifika u tanalizza l-kwistjonijiet orizzontali kollha, waqt li tiffoka estensivament fuq l-ippjanar strateġiku, il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u bejniethom u l-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti, b'mod li tippermetti li l-konklużjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni matul il-perjodu ta' programmazzjoni attwali;

64.  Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha bżonn tipprovdi assistenza teknika intensiva u gwida lill-Istati Membri, qabel jippreżentaw proposti għal proġetti u matul il-fażi ta' implimentazzjoni kollha sabiex telimina l-ostakli li identifikat għat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma;

65.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiffoka l-finanzjamenti tagħha fuq dawk il-proġetti li jkunu l-aktar rilevanti għat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni u toffri pjanijiet komprensivi sabiex telimina l-punti ta' konġestjoni;

66.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti prijorità lill-finanzjament tal-proġetti u l-inizjattivi fl-Istati Membri li jkollhom l-għan li jtejbu t-trasport minn passaġġi fuq l-ilma permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi bħal teknoloġija avvanzata ta' navigazzjoni, fjuwils alternattivi u bastimenti effiċjenti; iqis li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ ukoll l-għarfien Ewropew multilaterali u programmi ta' skambju ta' għarfien bejn portijiet differenti tal-Unjoni;

67.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni ttejjeb l-għarfien fost l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom rigward l-istrumenti ta' finanzjament disponibbli għall-appoġġ tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiġu eliminati l-punti ta' konġestjoni eżistenti tul il-kurituri ewlenin;

68.  Jikkunsidra li l-koordinament fost l-Istati Membri għall-iżvilupp tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni għandu jittejjeb b'mod sinifikanti permezz tal-faċilitazzjoni u ta' impenji u kundizzjonijiet aktar vinkolanti, li jservu ta' qafas għall-ħidma fuq il-kurituri multimodali tan-netwerk ewlieni stabbiliti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u r-Regolament TEN-T;

69.  Jikkunsidra li azzjonijiet speċifiċi u li jistgħu jintlaħqu biex jeliminaw il-punti ta' konġestjoni għandhom jiġu nnegozjati mill-Kummissjoni u jintlaħaq qbil dwarhom mill-Istati Membri fil-forma ta' skeda ta' implimentazzjoni;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-għanijiet u r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi tagħha għall-passaġġi fuq l-ilma interni u tipproponi strateġija u pjan ta' azzjoni għall-passaġġi fuq l-ilma interni għall-2020'il quddiem;

71.  Jirrakkomanda li l-evalwazzjoni ex ante tal-operazzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni dwar it-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni tivvaluta l-eżiti fil-kuntest tal-objettivi kumplessivi stabbiliti mill-2001 'l hawn u r-realizzazzjoni tan-Netwerk Ewlieni;

Parti VI – Rapport Speċjali Nru 2/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Finanzjament millUE ta' impjanti tatTrattament talIlma Urban Mormi filbaċin taxXmara Danubju: aktar sforzi huma meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw għajnuna sabiex jilħqu l-objettivi tal-UE għall-politika tal-ilma mormi"

72.  Jemmen li r-rappurtar dwar l-adegwatezza tat-trattament tal-ilma mormi għandu jkun rikjest għall-agglomerazzjonijiet b'ekwivalenza ta' popolazzjoni (e.p.) ta' inqas minn 2 000 li jkollhom fis-seħħ sistemi ta' ġbir dovuti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE(11) (id-Direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, il-UWWTD); jinnota li, għall-agglomerazzjonijiet fejn is-sistemi ta' ġbir ma jeżistux, ir-rappurtar għandu jinkludi informazzjoni dwar jekk ġewx inklużi miżuri adegwati fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar;

73.  Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tawditja r-rappurtar mill-Istati Membri dwar l-għadd ta' agglomerazzjonijiet b'e.p. ogħla u anqas minn 2 000 fejn kien hemm bidliet sinifikanti, b'mod partikolari minn kategorija għall-oħra;

74.  Jevidenzja l-ħtieġa li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jistabbilixxu obbligi ġuridiċi ċari biex l-unitajiet domestiċi jiġu konnessi man-netwerks tad-drenaġġ eżistenti, fil-każ fejn tali obbligi jkunu għadhom ma jeżistux jew ikunu marbuta ma' dati ta' skadenza vagi;

75.  Jinnota li ż-żmien meħtieġ għall-valutazzjoni tal-konformità mal-UWWTD għandu jitqassar billi l-Istati Membri jiġu rikjesti jirrappurtaw id-data fi żmien sitt xhur mid-data ta' referenza tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli biex tidentifika kwistjonijiet relatati ma' perjodi ta' rappurtar twal taħt direttivi oħra relatati mal-ambjent;

76.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jitħaffef l-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni għall-investimenti fil-qasam tal-ilma mormi mill-Istati Membri, peress li ġie nnutat dewmien għall-Istati Membri koperti minn dan ir-rapport u l-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni sar bil-mod; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi għajnuna teknika, ġuridika u amministrattiva lill-benefiċjarji sabiex tiżgura l-ikkompletar tal-proġetti li għaddejjin bħalissa fiż-żmien dovut;

77.  Jinnota li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-rata ta' assorbiment fi tmiem l-2013 fl-Istati Membri kollha kkonċernati kienet pjuttost baxxa, u għalhekk jeżisti r-riskju ta' diżimpenn fil-livell tal-programmi (l-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(12)); jisħaq fuq il-fatt, madankollu, li jeżistu raġunijiet oġġettivi għal dan, bħal bżonn li tissaħħaħ il-kapaċita teknika, ġuridika u amministrattiva fl-Istati Membri kkonċernati; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni tindika li l-pagamenti għall-biċċa l-kbira tal-proġetti normalment isiru matul l-aħħar snin ta' implimentazzjoni (jiġifieri fl-2014 u fl-2015 għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013);

78.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom jintalbu jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-ammonti ta' fondi addizzjonali li se jkollhom bżonn sabiex jiżguraw li d-dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni stabbiliti fil-UWWTD jistgħu jintlaħqu, kemm għall-agglomerazzjonijiet b'e.p. ogħla minn 2 000 kif ukoll għal dawk b'e.p. anqas minn 2 000, li jkollhom fis-seħħ sistemi ta' ġbir; jilqa' l-introduzzjoni tal-għodda ta' rapportar dwar il-Qafas Strutturat ta' Implimentazzjoni u ta' Informazzjoni li għandha ttejjeb il-proċess ta' rappurtar fil-livell nazzjonali;

79.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu l-proġetti neċessarji fl-Istati Membri biex tiġi żgurata l-konformità tal-agglomerazzjonijiet li ma jikkonformawx mal-UWWTD;

80.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-servizzi tal-ilma ffinanzjati mill-Unjoni u li l-Kummissjoni tagħmel sforzi akbar biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata u tinforza d-dati ta' skadenza biex jintlaħqu l-objettivi tal-UWWTD; jikkunsidra li għandha tiġi żgurata protezzjoni ambjentali ekwivalenti fl-Unjoni kollha;

81.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jesploraw u jxerrdu informazzjoni dwar il-possibilitajiet li jkun hemm iffrankar fl-ispejjeż, bħal pereżempju billi jintuża l-potenzjal ta' produzzjoni tal-enerġija tal-ħama tad-drenaġġ jew billi l-ħama tad-drenaġġ jintuża bħala materja prima prezzjuża għall-irkupru tal-fosforu;

82.  Jinnota li l-pagamenti finali għal "proġetti kbar" approvati taħt programm operattiv għandhom ikunu suġġetti għall-eżistenza ta' soluzzjoni xierqa għall-użu mill-ġdid tal-ħama tad-drenaġġ; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jsegwu l-istess approċċ għall-proġetti approvati fil-livell nazzjonali;

83.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jimplimentaw politika tariffarja responsabbli rigward l-ilma mormi, u jadattaw, fejn meħtieġ, id-dispożizzjonijiet ġuridiċi fil-qasam tal-ipprezzar tal-ilma biex jevitaw tariffi li jkunu aktar baxxi mill-koeffiċjent ta' affordabbiltà ta' 4 % li hu aċċettat b'mod komuni;

84.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw li s-sidien pubbliċi ta' impjanti għat-trattament tal-ilma mormi, bħall-muniċipalitajiet, jagħmlu disponibbli finanzjament suffiċjenti fuq żmien twil għall-manutenzjoni u t-tiġdid meħtieġa tal-infrastruttura tal-ilma mormi;

Parti VII - Rapport Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "IlGaranzija għażŻgħażagħ talUE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni"

85.  Jilqa' r-rapport speċjali tal-Qorti bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni" u jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

86.  Jinnota li l-Qorti qed tivvaluta l-inizjattiva f'nofs l-implimentazzjoni tagħha u jilqa' l-ambizzjoni tal-Qorti li tibda tevalwa l-użu tal-fondi tal-Unjoni fi stadju aktar bikri;

87.  Jenfasizza l-fatt li l-"Garanzija għaż-Żgħażagħ" hija aspett kruċjali tar-rispons għall-qgħad fost iż-żgħażagħ; jilqa' l-fatt li l-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-Unjoni ddeċidew li jallokaw EUR 6,4 biljun f'fondi tal-Unjoni (EUR 3,2 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew u EUR 3,2 biljun minn linja baġitarja ġdida) lill-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jindika li dan huwa punt ta' tluq tajjeb, iżda mhux biżżejjed biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tirnexxi; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tiżgura li jistgħu jinstabu fondi ulterjuri bħala sostenn għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ matul il-perjodu ta' seba' snin;

88.  Jinnota li finanzjament għall-impjieg taż-żgħażagħ jinkludi l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) kif ukoll strumenti bħal Erasmus+, Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ u programmi oħra; jissottolinja li jeħtieġ li tinkiseb sinerġija aħjar bejn is-sorsi kollha disponibbli;

89.  Iqis li l-finanzjament tal-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ hu kumpless ħafna minħabba d-diversi għażliet ta' finanzjament disponibbli permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI); jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-awtoritajiet tal-Istati Membri filwaqt li tikkunsidra li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi differenti meta jimplimentaw l-iskema u għalhekk jirrikjedu linji gwida speċifiċi;

90.  Huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni ddedikat ħafna riżorsi biex tiżgura li din il-miżura tkun effettiva fl-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; jiddispjaċih, madankollu, li ġiet iddedikata ħafna inqas enerġija fl-iżgurar tal-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri;

91.  Jindika li, apparti d-disponibbiltà tal-finanzjament, l-assorbiment b'suċċess tal-fondi wkoll huwa kundizzjoni meħtieġa għal implimentazzjoni effikaċi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jiddispjaċih għalhekk li f'diversi reġjuni madwar l-Ewropa, il-kapaċità ta' assorbiment tal-fondi mill-FSE hija baxxa ħafna; jappella lill-Istati Membri biex jipprovdu r-riżorsi amministrattivi u umani meħtieġa biex jużaw il-fondi pprovduti biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tiġi rrealizzata b'mod xieraq;

92.  Hu tal-opinjoni li, minkejja l-ħtieġa li jtejbu l-kapaċità ta' assorbiment, l-Istati Membri għandhom ukoll jiffukaw fuq l-eżiti meta jkunu qed jimplimentaw l-iskema, bħalma għandha tagħmel il-Kummissjoni fir-rwol ta' monitoraġġ tagħha, sabiex jiġu żgurati l-effetti fuq żmien twil mill-fondi investiti;

93.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' monitoraġġ komprensiva li tinkludi sett ta' standards għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tevalwa s-suċċess tagħhom fl-Istati Membri; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra l-inklużjoni ta' miri obbligatorji għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew;

94.  Jikkunsidra li hu fundamentali li l-implimentazzjoni effikaċi tal-fondi disponibbli mill-Istati Membri tingħaqad ma' assistenza estensiva mill-Kummissjoni biex jiġu eliminati d-distakki fl-implimentazzjoni;

95.  Jinnota li l-Unjoni m'għandha l-ebda kompetenza biex timponi regoli vinkolanti fil-qasam tal-politiki attivi rigward is-suq tax-xogħol, iżda jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'eżempji tal-aħjar prattiki dwar kif għandhom jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, b'mod partikolari dawk il-prattiki identifikati min-Netwerk Ewropew tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi;

96.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-finanzjament tal-Unjoni u jimpenjaw irwieħhom favur riformi bil-għan li jiġu megħluba d-distakki fl-edukazzjoni, fit-taħriġ dwar ħiliet, fl-istabbiliment ta' sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u fit-tisħiħ tas-servizzi għall-impjiegi u l-aċċessibbiltà tagħhom;

97.  Jitlob lill-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata u impatt pożittiv fuq żmien twil, jagħtu bidu għal tibdil istituzzjonali fejn ikun meħtieġ u jrawmu l-kooperazzjoni bejn il-komunitajiet lokali, l-awtoritajiet tal-edukazzjoni, l-uffiċċji pubbliċi għall-impjiegi, l-industrija u n-negozju lokali, it-trade unions u l-assoċjazzjonijiet għaż-żgħażagħ; jemmen li dan hu kruċjali biex jinkiseb ippjanar aħjar tal-kapaċità u użu strateġiku orjentat lejn ir-riżultati tad-diversi sorsi ta' finanzjament disponibbli;

98.  Ifakkar lill-Istati Membri li għandhom jimpenjaw irwieħhom biex jestendu l-finanzjament nazzjonali bħala element komplementari għall-approprjazzjonijiet tal-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ sabiex jiżguraw l-ispinta meħtieġa favur l-impjieg taż-żgħażagħ;

99.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) dwar il-Fond Soċjali Ewropew, b'mod li jiżdied l-ammont ta' prefinanzjament inizjali imħallas għall-programmi operattivi appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, biex b'hekk il-prefinanzjament inizjali fl-2015 jiżdied minn madwar 1 % għal 30 % għall-allokazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jindika li l-Kummissjoni nnifisha għandha timpenja ruħha li tħallas l-ammont ta' prefinanzjament lill-Istati Membri immedjatament wara li jidħol fis-seħħ ir-Regolament emendatorju, sabiex issir possibbli l-implimentazzjoni fil-pront tal-programmi operattivi appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ;

100.  Jitlob lill-Kummissjoni tuża skema ta' monitoraġġ komprensiv li tinkludi l-Qafas Indikatur għall-Monitoraġġ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, flimkien mal-indikaturi tar-riżultati ppjanati, filwaqt li tiffoka l-attenzjoni fuq ir-riżultati u tivvaluta s-sitwazzjoni ta' impjieg tal-individwi li jibbenefikaw mill-miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ;

101.  Hu tal-opinjoni li hemm bżonn li l-politiki dwar is-suq tax-xogħol min-naħa tal-provvista jiġu kkunsidrati flimkien mal-politiki dwar l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u s-servizz soċjali, kif ukoll fil-kuntest makroekonomiku usa';

102.  Jinnota li r-rapport ta' implimentazzjoni annwali tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u r-rapporti speċjali li ġejjin tal-Qorti rigward l-impjieg taż-żgħażagħ huma opportunitajiet kbar biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet eżistenti, kemm fil-livell tal-Kummissjoni u kemm fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

Parti VIII - Rapport Speċjali Nru 4/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Lassistenza teknika: x'kontribut tat għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali?"

103.  Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara l-ambitu u l-applikazzjoni tal-assistenza teknika lill-Istati Membri fil-qasam tal-iżvilupp rurali; iqis b'mod partikolari, li l-Kummissjoni għandha tiċċara d-distinzjoni bejn in-nefqa operattiva/in-nefqa għall-"bini tal-kapaċità" u l-ispejjeż amministrattivi/l-ispejjeż ta' "appoġġ baġitarju" eliġibbli, b'mod partikolari fil-każ tal-pagi;

104.  Jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-assistenza teknika min-naħa tal-Istati Membri;

105.  Jitlob lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li n-nefqa amministrattiva ġenerali, bħall-manutenzjoni regolari tal-informatika, ma tiġix iddebitata fuq il-linji baġitarji tal-assistenza teknika;

106.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrikjedi fil-ġejjieni li l-Istati Membri jirrappurtaw l-ispejjeż amministrattivi/l-ispejjeż ta' "appoġġ baġitarju" għall-iżvilupp rurali b'mod separat, b'mod li jsir aktar trasparenti l-fatt li parti mill-finanzjament ta' assistenza teknika qed tintnefaq fuq appoġġ ta' dan it-tip;

107.  Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi, flimkien mal-Istati Membri, qafas ta' prestazzjoni xieraq għall-finanzjament ta' assistenza teknika; jikkunsidra, b'mod partikolari, li l-ħtiġijiet ta' assistenza teknika tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għandhom jiġu vvalutati b'mod xieraq u li għandu jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu biex jiġu ssettjati l-objettivi u jitkejjel il-progress lejhom;

Parti IX – Rapport Speċjali Nru 5/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta' suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali?"

108.  Jitlob li l-Kummissjoni tidentifika l-isfidi, il-karatteristiċi speċifiċi u l-ostakli ffaċċjati fl-iżvilupp rurali sabiex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu u jivvalutaw aħjar id-domanda baġitarja għall-istrumenti finanzjarji u jevitaw kapitalizzazzjoni eċċessiva, li tinvolvi l-impenn ta' fondi mingħajr ma jagħtu kontribut għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE; jitlob ukoll li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-benefiċjarji aħħarin b'mod li ssir possibbli implimentazzjoni aktar attiva tal-istrumenti finanzjarji fil-livell reġjonali, b'mod partikolari apparagun mal-għotjiet;

109.  Jitlob li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni kwantifikabbli affidabbli b'mod li jippermettu li jiġi ddeterminat it-tip xieraq ta' fondi u li jiġu allokati r-riżorsi finanzjarji bi qbil ma' dan; jitlob ukoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw sistemi ta' monitoraġġ li jippermettu li tiġi evalwata l-effikaċja tal-istrumenti finanzjarji;

110.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi gwida u tippromwovi b'mod attiv valutazzjonijiet ex ante obbligatorji ta' kwalità ogħla għall-istrumenti finanzjarji, bħal dawk introdotti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, b'mod li jiġu identifikati d-dgħufijiet speċifiċi u tiġi evitata kapitalizzazzjoni eċċessiva; jitlob, barra minn hekk, li l-Istati Membri jistabbilixxu koeffiċjent ta' esponiment għar-riskju permezz ta' analiżi teknika xierqa;

111.  Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-istandards u l-objettivi xierqa għall-effetti ta' ingranaġġ u ta' rotazzjoni sabiex tiżdied l-effikaċja tal-istrumenti finanzjarji għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020; jitlob ukoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni bir-reqqa qabel l-użu u l-iżvilupp fil-ġejjieni ta' strumenti finanzjarji fil-qasam tal-iżvilupp rurali abbażi tal-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u l-effikaċja għall-benefiċjarji;

112.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiddeċiedu dwar regoli tranżitorji ċari bejn il-perjodi ta' programmazzjoni sabiex jippromwovu l-effetti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-istrumenti finanzjarji;

113.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu strument finanzjarju uniku li jkun kapaċi jipprovdi kemm self u kemm garanziji, biex b'hekk jiżdiedu l-attività u l-massa kritika tiegħu;

114.  Jitlob li l-Istati Membri jsibu modi kif jegħlbu d-dgħufijiet fl-għażla fir-rigward tal-ġestjoni tal-għotjiet għall-miżuri ta' investiment, li jistgħu jirriżultaw f'piż kbir jew effetti ta' spostament; jitlob għal din ir-raġuni, li l-Istati Membri japplikaw indikaturi xierqa u definiti b'mod ċar, bħar-redditu fuq l-investiment u rapporti dwar il-flussi ta' flus previsti b'mod li jiżguraw il-vijabbiltà tal-proġetti;

115.  Jitlob li l-Istati Membri jeżaminaw kif l-għotjiet u l-istrumenti finanzjarji jistgħu jingħaqdu fil-programm operattiv sabiex jipprovdu l-aħjar valur għall-flus, billi jottimizzaw l-effetti ta' ingranaġġ u ta' rotazzjoni;

116.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi regoli ta' implimentazzjoni operattivi definiti b'mod ċar, inkluż il-politika dwar il-ħruġ, fiż-żmien dovut u qabel l-għeluq tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013;

Parti X — Rapport Speċjali Nru 6/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-integrità u l-implimentazzjoni tal-EU ETS"

117.  Jinsab diżappuntat li ma kienx possibbli tinkiseb analiżi sħiħa tal-effiċjenza tad-diversi sistemi ta' allokazzjoni implimentati mill-Istati Membri matul it-tieni fażi tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS) (2008-2012), li kienet tkun tal-akbar importanza sabiex jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet politiċi abbażi tar-riżultati tal-awditjar tal-Qorti;

118.  Jinnota li l-valutazzjoni tal-Qorti ffukat fuq l-implimentazzjoni tat-tieni fażi tal-EU ETS (2008-2012), filwaqt li għat-tielet fażi tal-ETS tal-UE (2013-2020) ġew deċiżi u implimentati riformi sinifikanti, inklużi miżuri ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni;

119.  Jilqa' l-fatt li ġie implimentat titjib sinifikanti fil-qafas għall-protezzjoni tal-integrità tal-ETS, inkluż il-biċċa l-kbira mis-suq spot għal kwoti fid-Direttiva dwar l-Istrumenti Finanzjarji(14) u d-direttiva draw l-abbuż tas-suq(15) u r-regolamentazzjoni(16); jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri komplementari f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, inklużi miżuri li jkopru l-konformità negozjanti;

120.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw trasparenza u sorveljanza effikaċi fil-livell tal-UE tas-suq tal-emissjonijiet, u proċeduri għall-kooperazzjoni li jinvolvu regolaturi nazzjonali u l-Kummissjoni;

121.  Iqis li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, għandha tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni fl-Istati Membri u tagħti assistenza aktar komprensiva tul il-proċess; jemmen li hemm bżonn ta' bilanċ tajjeb bejn monitoraġġ robust, rappurtar u verifika u l-piż amministrattiv; iqis li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-prevedibbiltà tad-deċiżjonijiet ġuridiċi u ċ-ċertezza ġuridika, u b'hekk tqis il-gwida tal-Kunsill Ewropew;

122.  Jinnota li l-Qorti vvalutat l-integrità u l-implimentazzjoni tal-EU ETS, iżda anke li hemm bżonn ta' analiżi tal-effiċjenza tas-sistema ETS u ta' kisbietha, inkluża evalwazzjoni tal-interazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni Ewropea u dik nazzjonali bħal fl-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli u l-miżuri ta' effiċjenza enerġetika, li jkollhom bl-istess mod effett profond fuq l-emissjonijiet ta' CO2 u b'hekk fuq is-suq tal-karbonju;

123.  Jitlob li l-Qorti tinkludi fl-analiżi tagħha s-setturi industrijali milquta, speċjalment fir-rigward taċ-ċertezza ġuridika u l-prevedibbiltà, u sa liema punt huwa żgurat qafas ġuridiku affidabbli u kif l-aġġustamenti reċenti tal-qafas tal-ETS possibilment affettwaw l-effikaċja tas-sistema;

124.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, waqt l-awditu, ir-riskju ta' frodi tal-VAT fl-ETS kien għadu mhuwiex indirizzat bis-sħiħ, billi terz tal-Istati Membri kien għadhom ma implimentawx leġiżlazzjoni dwar il-mekkaniżmu tar-reverse charge; jistieden lill-Istati Membri kollha jagħmlu dan mingħajr aktar dewmien;

125.  Jemmen li hu kruċjali li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi evitat il-ħruġ tal-karbonju u tiġi żgurata kompetittività internazzjonali ġusta tal-miżuri eżistenti għal allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet; jitlob valutazzjoni mill-Kummissjoni tas-setturi u l-kumpaniji industrijali li huma vulnerabbli għall-ħruġ tal-karbonju, biex tidentifika b'mod ċar l-oqsma fejn kien hemm telf ta' negozju għall-industrija Ewropea fil-konfront ta' pajjiżi mingħajr leġiżlazzjoni stretta dwar il-klima;

Parti XI — Rapport Speċjali Nru 7/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-missjoni tal-pulizija tal-UE fl-Afganistan: riżultati mħallta"

126.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) japplikaw dak li tgħallmu mhux biss mill-missjoni EUPOL fl-Afganistan iżda anke minn missjonijiet oħra tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) bil-għan li jiffaċilitaw it-trasferiment tal-għarfien u l-effetti ta' sinerġija bejn il-missjonijiet differenti; jappella għal gwida orizzontali aktar ċara mis-SEAE għall-missjonijiet PSDK fejn ikun xieraq; jindika li l-koordinament fost l-atturi involuti kollha min-naħa tal-Unjoni, inklużi l-Istati Membri, kif ukoll mal-atturi internazzjonali l-oħra hu fundamentali għas-suċċess tal-missjonijiet preżenti u futuri;

127.  Jitlob li s-SEAE jagħti rendikont aħjar dwar l-użu tal-istrument finanzjarju prinċipali tiegħu fl-Afganistan, il-Fond Fiduċjarju għall-Ordni Pubbliku fl-Afganistan (LOTFA) immexxi mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), li qed jiġi kkritikat minħabba ġestjoni ħażina u nuqqas ta' trasparenza; itenni, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-kanali xierqa kollha ta' finanzjament għall-missjonijiet PSDK fil-ġejjieni, inklużi l-Fondi Fiduċjarji tal-UE, jintużaw b'mod effiċjenti sabiex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi politiċi tal-missjoni u ġestjoni finanzjarja tajba;

128.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE joħolqu sinerġiji u riferimenti trasversali fost l-attivitajiet proġettwali, kif ukoll kollegamenti b'saħħithom u effiċjenti bejn l-objettivi tal-missjonijiet u l-istadji intermedji stabbiliti fil-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Missjoni;

129.  Iqis li hemm bżonn li suġġetti bħalma huma l-ġeneru, l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-edukazzjoni jiżvolġu rwol importanti fil-kurrikuli ta' taħriġ tal-EUPOL u ta' missjonijiet PSDK oħra; jinnota f'dan il-kuntest li l-EUPOL fil-biċċa l-kbira kellha suċċess fl-attivitajiet relatati mat-taħriġ, iżda mhux daqshekk fl-attivitajiet ta' mentoring u konsulenza;

130.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jikkoordinaw il-missjonijiet PSDK b'aktar reqqa minn qabel ma' missjonijiet bilaterali oħra tal-Unjoni u ma' sforzi internazzjonali oħra b'objettivi simili; jappella, f'dan ir-rigward, għal aktar kooperazzjoni u koordinament bejn l-Unjoni u l-Istati Membri għall-promozzjoni tas-sinerġiji taħt qafas Ewropew; jitlob li l-mandat għall-missjonijiet PSDK attwali u futuri jiddetermina b'mod ċar ir-responsabilitajiet għall-koordinament mal-atturi l-oħra tal-Unjoni, inklużi l-Istati Membri;

131.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jagħtu attenzjoni partikolari lill-proċeduri ta' akkwist biex jiżguraw li jwieġbu għall-bżonnijiet operattivi tal-PSDK; jindika li l-implimentazzjoni tal-proġetti sofriet minn proċeduri ta' akkwist ineffiċjenti li wasslu għal nuqqas ta' prestazzjoni u li l-użu ta' proċeduri ssemplifikati jew flessibbli wassal għal żieda fil-proċeduri li jaslu fil-fażi ta' finalizzazzjoni tal-kuntratti;

132.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jżidu ulterjorment l-effikaċja tal-missjonijiet PSDK tagħhom billi jtejbu s-sostenibbiltà fit-tul tal-eżiti miksuba; jirrikonoxxi, madankollu, li l-appoġġ mill-Unjoni u mill-komunità internazzjonali hu fattur deċisiv għall-kisba ta' dawn l-għanijiet fit-tul;

133.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE josservaw il-kisbiet tal-Unjoni b'segwitu għat-tneħħija gradwali tal-EUPOL sa tmiem l-2016, inkluża l-possibbiltà ta' impenn ulterjuri war l-2016;

134.  Jitlob li l-Kummissjoni u s-SEAE jiżviluppaw linji gwida dettaljati minn ferm qabel fir-rigward tat-tnaqqis fid-daqs tal-missjonijiet u l-għeluq tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-likwidazzjoni tal-assi tal-missjonijiet;

Parti XII – Rapport Speċjali Nru 8/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ finanzjarju tal-UE qed jindirizza l-ħtiġijiet ta' mikroimprendituri b'mod adegwat?"

135.  Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-Qorti bit-titolu "L-appoġġ finanzjarju tal-UE qed jindirizza l-ħtiġijiet ta' mikroimprendituri b'mod adegwat?", u, fil-prinċipju, jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet inklużi fih;

136.  Josserva li l-mikrokreditu, allavolja għadu meqjus immatur, qiegħed jikber b'rata konsistenti fl-Unjoni u għandu impatt fuq il-ħolqien ta' aktar minn 250 000 impjieg (ċifra tal-2013);

137.  Hu tal-opinjoni li jeżistu differenzi sustanzjali bejn l-istrumenti finanzjarji tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress, li għandhom tendenza li jservu finijiet differenti; iqis li mekkaniżmi differenti ta' appoġġ jistgħu jkunu xierqa għal kundizzjonijiet differenti tas-suq;

138.  Jinnota li l-Qorti f'dan l-awditu tqabbel żewġ strumenti finanzjarji li mhumiex simili u li għandhom approċċi u objettivi differenti; jisħaq fuq il-fatt li l-FSE u l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress ivarjaw f'bosta aspetti, speċifikament fl-istruttura, fir-regoli u fil-gruppi destinatarji, bil-Faċilità esklużivament iddedikata għall-mikrofinanzjament waqt li l-Fond ikopri firxa ta' aspetti ferm aktar estensiva;

139.  Jevidenzja l-fatt li dawn iż-żewġ faċilitajiet finanzjarji huma komplementari u jġibu magħhom benefiċċji kbar lil min jissellef mikrokrediti permezz tat-tliet strumenti finanzjarji li huma l-għotjiet, is-self u l-garanziji; jikkunsidra li l-għotjiet - li jiġu pprovduti biss permezz tal-FSE - huma fundamentali għall-mikrokreditu daqs kemm huma ż-żewġ strumenti l-oħra u l-prestazzjoni tagħhom għandha tiġi vvalutata fid-dawl tar-rwol komplementari tagħhom;

140.  Jisħaq fuq l-importanza tal-objettivi tal-mikrofinanzjament fit-titjib tal-inklużjoni soċjali, fil-ġlieda kontra l-qgħad u fl-estensjoni tal-aċċess għall-finanzjament għall-persuni qiegħda, persuni żvantaġġati oħra u l-mikroimpriżi; jikkunsidra, f'dan ir-rigward, li l-għotjiet u l-istrumenti finanzjarji jrid ikollhom ir-responsabbiltà primarja li jgħinu lin-nies u lill-mikromprendituri jegħlbu d-diffikultajiet biex jilħqu dawk l-objettivi;

141.  Hu tal-opinjoni li l-għotjiet huma fundamentali biex jintlaħqu l-objettivi ta' tkabbir, inklużjoni u impjiegi stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd – Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti għal kulħadd" (COM(2006)0249) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Impenn Komuni għall-Impjiegi" (COM(2009)0257) u fir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI);

142.  Jissottolinja l-ħtieġa għal sistema msaħħa ta' mikrofinanzjament li tkun strument għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali li jsostni l-ħtiġijiet ta' dawk verament fil-bżonn;

143.  Iqis li l-attenzjoni relattivament baxxa li qed tingħata lill-istrumenti finanzjarji biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-gruppi vulnerabbli hemm bżonn tinbidel fl-EaSI għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

144.  Hu tal-fehma li ma kienx hemm biżżejjed komplementarjetà bejn il-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u l-FSE biex jiġi rrispettat ir-rekwiżit li kull min jipprovdi mikrokreditu jrid jaħdem mal-entitajiet, partikolarment bl-appoġġ tal-FSE, li jipprovdu servizzi ta' taħriġ u mentoring;

145.  Jilqa' l-fatt li bosta mid-dgħufijiet li nstabu u r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti diġà ġew indirizzati mill-Kummissjoni fil-qafas regolatorju l-ġdid (2014-2020);

Parti XIII – Rapport Speċjali Nru 9/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Appoġġ mill-UE għall-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt"

146.  Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għall-appoġġ tal-Unjoni għall-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

147.  Ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem huma l-pedament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u tar-relazzjonijiet bilaterali u multilaterali tagħha; jemmen li, bħala prijorità kruċjali tal-UE, għandhom jirċievu attenzjoni kontinwa;

148.  Jenfasizza li l-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ favur il-prevenzjoni u l-qerda ta' kull forma ta' tortura u trattament ħażin ieħor, u favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; jinnota li l-istrument prinċipali użat għal dan l-għan huwa l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), li jipprovdi għotjiet lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-implimentazzjoni ta' proġetti;

149.  Jinnota li, fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, EUR 100,9 miljun fi ħdan il-qafas tal-EIDHR ġew allokati għal proġetti relatati mal-ġlieda kontra t-tortura u l-piena tal-mewt; jindika, madankollu, li dan l-ammont ta' flus hu relattivament żgħir meta jitqiesu l-objettivi ambizzjużi tal-istrument u l-ambitu ġeografiku globali tiegħu;

150.  Jisħaq fuq il-fatt li finanzjament imqassam estensivament wisq - li jiġi applikat f'aktar minn 120 pajjiż madwar id-dinja - jiddilwixxi l-impatt tal-EIDHR; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprijoritizza aħjar u tiffoka aktar l-attenzjoni tagħha biex ittejjeb ir-riżultati; jevidenzja l-fatt li r-riżorsi għandhom jiffukaw fuq il-pajjiżi bi ħtiġijiet u problemi sustanzjali li effettivament ikollhom il-potenzjal għal titjib; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni diġà bdiet taħdem biex il-fokus tas-sejħa tagħha għal proposti għall-2015 ikun aktar immirat;

151.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-proġetti ffinanzjati ħafna drabi ma jkunux ikkoordinati sew mal-azzjoni l-oħra tal-Unjoni, bħall-appoġġ għall-iżvilupp tradizzjonali u d-djalogu mal-pajjiżi sħab, ma kinux parti minn approċċ koerenti u strateġiku u ma kkomplementawx sew lil xulxin; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija globali sabiex tikkomplementa l-attivitajiet li jikkondividu l-istess objettivi u tevita finanzjament doppju;

152.  Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiffukaw l-attenzjoni u jqiegħdu l-impetu politiku fuq l-oqsma fejn l-aktar ikunu meħtieġa, filwaqt li jtejbu l-kapaċità tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq il-post, b'mod li jiġu approfonditi l-effikaċja, ir-riżultati u jkollhom impatt fuq il-kultura fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tal-politiki dwar id-demokrazija;

153.  Jappella lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex itejbu u jintegraw l-effikaċja tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-istrateġiji għal kull pajjiż u l-linji gwida speċifiċi billi jiżguraw li drittijiet tal-bniedem fundamentali bħall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u l-ġlieda kontra t-tortura jitqajmu sistematikament fil-livelli kollha tat-tfassil ta' politiki ma' pajjiżi terzi;

154.  Jemmen li għandu jkun hemm aktar programmazzjoni u monitoraġġ konġunti bejn is-SEAE u l-Kummissjoni rigward kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem sabiex isiru aktar konformi mal-istrateġiji lokali politiċi u fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

155.  Jitlob l-implimentazzjoni ta'approċċ aktar kwalitattiv u strateġiku fil-proċess ta' għażla kumplessiv fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jaslu fil-kuntest ta' sejħiet għal proposti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika dan l-istrument b'mod konformi ma' viżjoni fit-tul ibbażata fuq objettivi konkreti u li jistgħu jitkejlu;

156.  Iħeġġeġ lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jagħtu attenzjoni regolari lill-iżviluppi jew il-kontratempi fil-pajjiżi kollha, u jużaw il-mezzi kollha ta' influwenza; jappoġġa r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-analiżi u t-tiswir tal-politiki, fir-rwol ta' koordinament u fil-funzjonijiet ta' rappurtar;

157.  Jevidenzja l-fatt li l-istrument hu eżerċizzju ta' inventarju tajjeb biex jiġu analizzati l-qagħda u l-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; jindika li l-preżenza u l-interess kostanti tal-Unjoni jistgħu jwasslu għal bidla fejn għandhom x'jaqsmu t-tortura u l-piena tal-mewt; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li hemm bżonn li l-Kummissjoni tiżviluppa approċċ strateġiku għal din il-kwistjoni;

158.  Jinnota li l-Kummissjoni tikseb informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi oħra permezz ta' diversi kanali u li tuża l-informazzjoni biex tiddefinixxi l-prijoritajiet; jinnota bi tħassib li, għalkemm il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha strateġiji speċifiċi għal kull pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jinkludu analiżi komprensiva tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi kkonċernati u jipprovdu prijoritajiet kruċjali fil-qasam, dawn ma ġewx ikkunsidrati kif jixraq meta kienet qed talloka l-fondi u tikkoordina azzjonijiet oħra tal-Unjoni; jindika li l-valur miżjud tal-istrateġiji għal kull pajjiż huwa limitat minħabba n-natura strettament kunfidenzjali tagħhom; jappella lill-Kummissjoni biex tagħti aċċess għall-istrateġiji lill-assessuri tal-proġetti sabiex tiżgura l-ogħla valur miżjud possibbli;

159.  Jilqa' l-approċċ immexxi mid-domanda għall-finanzjament ta' proġetti u jikkunsidra li hu mod tajjeb ta' kif jiġu involuti organizzazzjonijiet ta' esperjenza u mmotivati li jipproponu proġetti ta' kwalità tajba; jinnota b'sodisfazzjon li dan l-approċċ minn isfel għal fuq jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jfasslu l-proġetti tagħhom bi qbil mal-kapaċitajiet amministrattivi, operattivi u ġeografiċi tagħhom u mal-istrateġija tagħhom stess;

160.  Jiddispjaċih li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali ta' daqs iżgħar jistgħu jkunu żvantaġġati meta jitolbu għotjiet minħabba proċeduri ta' applikazzjoni li jkunu twal u kkumplikati, rekwiżiti lingwistiċi u/jew rekwiżiti ta' esperjenza; jappella lill-Kummissjoni biex tħaffef u tissemplifika l-proċess ta' applikazzjoni sabiex tinkoraġġixxi applikazzjonijiet għal proġetti ta' kwalità;

161.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni torganizza seminars u sessjonijiet ta' taħriġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, tippromwovi s-sħubijiet u tippermetti l-għotjiet f'kaskata (sub-granting), u ilha dawn l-aħħar erba' snin torganizza seminar għas-soċjetà ċivili qabel it-tnedija tas-sejħiet globali għal proposti biex tipprovdi l-opportunità li jiġi introdott l-EIDHR;

162.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li nuqqas ta' organizzazzjonijiet awtosostenibbli jipperikola l-kontinwità tal-attivitajiet tagħhom, bir-riskju li jintilef għarfien espert; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tipprova ttaffi d-dipendenza finanzjarja ta' tali organizzazzjonijiet billi tippermettilhom jimpjegaw uffiċjali responsabbli għall-ġbir ta' fondi fi ħdan il-qafas tal-EIDHR;

163.  Jindika li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti, ġeneralment kien diffiċli li jitkejlu l-eżiti tal-proġetti peress li l-impatt mixtieq spiss ikun intanġibbli, ma jkun stabbilit l-ebda objettiv għall-indikaturi ta' prestazzjoni u r-rapporti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lill-Kummissjoni jikkonċentraw fuq l-attivitajiet;

164.  Jieħu kont tal-fatt li l-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt huma proċessi li se jiżvolġu fuq żmien twil, li hu diffiċli li jiġu kkwantifikat l-impatt u r-riżultati, li l-EIDHR qed jindirizza kwistjonijiet sensittivi f'kuntesti politiċi diffiċli u li l-implimentazzjoni tiegħu tirrikjedi ġestjoni bir-reqqa u li tieħu l-ħin;

165.  Jindika f'dan ir-rigward li s-sistemi li jkejlu l-impatti huma wkoll pjuttost dgħajfa minħabba li l-oqfsa loġiċi għall-proġetti ma jkunux ċari u ma jkollhomx punti ta' riferiment u objettivi ddefiniti sew; jappella lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rekwiżiti fl-oqfsa loġiċi għall-proġetti sabiex ittejeb ir-riżultati u l-valur miżjud;

166.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji valutazzjoni profonda tal-impatt tal-finanzjament taħt l-EIDHR u tislet konklużjonijiet minn din l-analiżi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tqis l-impatt u r-riżultati ta' forom ta' proġetti differenti matul il-proċedura tal-għażla; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni diġà qed taħdem fuq valutazzjoni mtejba tal-impatt tal-proġetti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi r-riżultati mal-awtorità tal-kwittanza;

167.  Jinnota li l-valutazzjonijiet tal-proġetti huma bbażati fuq sistema ta' għoti ta' punti u tabelli ta' evalwazzjoni standardizzati bi kriterji li jikkonċernaw it-tfassil, ir-rilevanza, il-kapaċità, il-fattibbiltà, l-effikaċja, is-sostenibbiltà, l-kosteffikaċja tal-proġett, u li l-għotjiet jingħataw lill-proġetti bl-ogħla punteġġ; jinnota li, skont il-Qorti, it-tabelli ta' evalwazzjoni standardizzati għandhom għadd ta' nuqqasijiet f'termini tal-gwida biex jingħataw il-punti skont dawn il-kriterji; jappella lill-Kummissjoni biex tiċċara l-gwida u jistedinha tikkunsidra li ttejjeb it-tabelli ta' evalwazzjoni standardizzati;

168.  Jitlob li l-Kummissjoni ttaffi n-nuqqasijiet fil-valutazzjoni tagħha evidenzjati mill-Qorti; jilqa' madankollu l-eżistenza ta' ċerta flessibbiltà fil-valutazzjoni tal-proġetti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, li ma tistax tiġi kkunsidrata purament bħala eżerċizzju burokratiku; jevidenzja l-fatt li hemm bżonn jintuża s-sens komun, kif diġà nnotat l-awtorità tal-kwittanza;

169.  Jinnota li, skont il-Qorti, l-objettivi tal-biċċa l-kbira tas-sejħiet għal proposti ġew deskritti b'mod ġenerali; jinnota l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li l-istrateġija ppreferuta tagħha hi li tuża approċċ olistiku għas-sejħiet għal proposti; jappella, madankollu, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-fondi tal-EIDHR jintużaw b'mod effikaċi billi tiggarantixxi l-fattibbiltà, il-vijabbiltà u l-valur miżjud tal-proġetti, u dan jista' jsir billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għar-riżultati tal-proġett fis-sejħiet għal proposti;

170.  Jilqa' l-fatt li l-ewwel pass għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili interessati li jirċievu l-għotja hu li jissottomettu dokument kunċettwali li jiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-proġett li jkunu qed jipproponu; jikkunsidra li d-dokument kunċettwali hu soluzzjoni effikaċi f'termini ta' spejjeż u ta' ħin għall-preselezzjoni tal-proġetti;

171.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-għażla tal-proġetti kienet iddokumentata sew iżda kienet nieqsa mir-rigorożità u li d-dgħufijiet fil-proġetti ma ġewx irrimedjati wara li ġew identifikati; jinnota b'sodisfazzjon li l-konklużjonijiet kumplessivi tal-bordijiet ta' evalwazzjoni ġew irrapportati b'biżżejjed dettall; jilqa' l-fatt li l-attivitajiet tal-proġetti ġeneralment twettqu kif ippjanat u kienu kosteffikaċi; jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-konsistenza tal-evalwazzjonijiet tal-proġetti;

172.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-organizzazzjonijiet benefiċjarji għandhom interpretazzjonijiet differenti ta' x'inhu kopert mill-ammont li jingħata b'rata fissa biex ikopri l-ispejjeż indiretti, u dan jista' jirriżulta li tiġi sottovalutata l-ħidma tal-organizzazzjoni jew li jiġu koperti spejjeż ineliġibbli; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli dwar l-ammont li jingħata b'rata fissa;

173.  Jilqa' l-pjan ta' azzjoni ġdid tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għall-perjodu 2015-2019 bħala impenn politiku mġedded biex jiġu żviluppati aktar koerenza u konsistenza fi ħdan il-firxa sħiħa ta' politiki esterni u strumenti finanzjarji tal-Unjoni;

174.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni diġà bdiet timplimenta approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u dan se tkompli tagħmlu billi tassimilah fil-proċeduri u l-mudelli, billi tfassal pjanijiet direzzjonali u billi torganizza sessjonijiet ta' taħriġ;

Parti XIV – Rapport Speċjali Nru 10/2015 bit-titolu "L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni għandhom jiġu intensifikati"

175.  Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti bit-titolu "L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni għandhom jiġu intensifikati";

176.  Jinnota li, b'total ta' EUR 349 biljun f'allokazzjonijiet bejn l-2007 u l-2013, il-politika ta' koeżjoni hija l-politika kruċjali għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni fl-Ewropa; jevidenzja għalhekk l-importanza ta' proċessi xierqa fl-ambitu tal-akkwist pubbliku meta hu l-proċess ta' akkwist li ġie identifikat mill-Qorti bħala sors ewlieni tal-iżbalji fin-nefqa tal-UE għall-koeżjoni;

177.  Jenfasizza li 40 % tal-proġetti implimentati bejn l-2007 u l-2013 kien fihom żbalji fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku u li l-iżbalji ewlenin kienu għotjiet diretti inġustifikati, applikazzjoni ħażina tal-kriterji tal-għażla u parzjalità fl-għażla;

178.  Jinnota li s-sorsi prinċipali tal-iżbalji kienu nuqqas ta' kapaċità amministrattiva, traspożizzjoni inkorretta ta' Direttivi tal-Unjoni min-naħa tal-Istati Membri, interpretazzjoni inkonsistenti tal-leġiżlazzjoni u ppjanar insuffiċjenti;

179.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kumplessità tal-qafas ġuridiku u amministrattiv għall-akkwist pubbliku hi meqjusa bħala waħda mill-kawżi tal-iżbalji; jinnota li 90 % minn 69 awtorità tal-awditjar sostnew li l-livell attwali ta' kumplessità hu ogħla milli jeħtieġ li jkun; jinnota li kważi 50 % indikaw li l-qasam prinċipali fejn jistgħu jittejbu l-prattiki ta' akkwist pubbliku jista' jkun is-semplifikazzjoni tal-proċeduri;

180.  Jappella għalhekk lill-Istati Membri biex jevitaw regoli li jmorru lil hinn mid-Direttivi tal-UE; jemmen li dan kieku anke jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku;

181.  Jinnota li l-konklużjoni prinċipali tal-Qorti kienet li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma kinux qed jagħmlu biżżejjed sforz biex iwettqu analiżi regolari u sistematika tal-akkwist pubbliku u li, minħabba n-nuqqas ta' data koerenti u dettaljata, l-analiżi, l-indirizzar u l-prevenzjoni ta' dawn l-iżbali saru impossibbli;

182.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa bażi ta' data biex tanalizza l-frekwenza, il-gravità u l-kawżi tal-iżbalji fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tiżgura li tikseb informazzjoni konsistenti u affidabbli dwar l-irregolaritajiet mingħand l-Istati Membri;

183.  Jilqa' l-approċċ proattiv li ħadet il-Kummissjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, li għandu l-għan li jappoġġa l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali li għandhom jiġu implimentati sal-2016 permezz ta' gwida, monitoraġġ u assistenza teknika; jirrikonoxxi li, permezz ta' dan l-approċċ proattiv, il-Kummissjoni biħsiebha tnaqqas ir-riskju tal-possibbiltà ta' sospensjoni tal-pagamenti għall-programmi operattivi wara l-2016;

184.  Jistenna li l-Kummissjoni tissospendi l-pagamenti u timponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq dawk l-Istati Membri li jkunu naqsu milli jilħqu dawn l-objettivi biss meta ma jkun għad fadal l-ebda alternattiva oħra, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi l-oħrajn kollha ta' prevenzjoni, korrezzjoni u assistenza;

185.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ilha li indirizzat il-problemi tal-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku li kienu evidenti fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni, iżda li issa dan qed tagħmlu b'mod aktar koordinat taħt il-kappa tal-pjan ta' azzjoni dwar l-akkwist pubbliku; jappella f'dan il-kuntest lill-Kummissjoni biex tmexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan u tirraporta dwar il-progress tiegħu kull sena;

186.  Jistenna li l-Kummissjoni twaqqaf grupp ta' livell għoli biex jipprovdi tmexxija fl-affrontar tal-problemi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tippromwovi s-semplifikazzjoni tiegħu;

187.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jisfruttaw l-opportunitajiet li joffri l-akkwist elettroniku, li għandu potenzjal kbir biex itejjeb it-trasparenza u jwessa' l-aċċess għall-offerti anki għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u biex jipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi;

188.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom fil-qasam tal-iskambju ta' esperjenza u tal-aħjar prattika;

189.  Jilqa' l-għodda informatika ta' twissija kontra l-frodi ARACHNE u jappella lill-Istati Membri kollha biex jikkodifikaw data komprensiva u ta' kwalità li tgħin dan il-programm jaħdem kif suppost;

Parti XV – Rapport Speċjali Nru 11/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "IlFtehimiet ta' Sħubija dwar isSajd huma mmaniġġjati tajjeb millKummissjoni?"

190.  Jilqa' l-qafas ġuridiku aktar stabbli li joffru l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd meta mqabbla mal-ftehimiet privati; jinnota li sidien il-bastimenti Ewropej esprimew preferenza għall-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd u talbu lill-Kummissjoni testendi n-netwerk ta' ftehimiet;

191.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta aħjar il-klawsola ta' esklużività; jinnota li, għalkemm uħud mill-fatturi ma jiddependux fuq il-Kummissjoni, għandha tibda l-proċess għan-negozjar ta' protokoll ġdid ferm qabel jiskadi dak attwali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqassar iż-żmien tan-negozjati kull fejn ikun possibbli;

192.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-konsistenza bejn il-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd u inizjattivi oħra tal-UE u sorsi ta' finanzjament fis-settur tas-sajd fi ħdan l-istess reġjun, kif ukoll tiddefinixxi strateġiji reġjonali għall-iżvilupp tal-governanza fil-qasam tas-sajd u tiżgura li l-protokolli nnegozjati fi ħdan l-istess reġjun ikunu konsistenti mal-istrateġija reġjonali rilevanti u ma' finanzjament ieħor tal-Unjoni;

193.  Jitlob li l-Kummissjoni tiffoka aktar fuq il-kundizzjonijiet tekniċi restrittivi, bħad-definizzjoni stretta taż-żoni tas-sajd; jevidenzja l-fatt li dan jista' jaffettwa l-profitabbiltà tal-flotta esterna tal-Unjoni;

194.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-użu tal-protokolli preċedenti u tagħmel ħilitha biex tikkollega b'mod aħjar il-pagamenti għad-drittijiet ta' aċċess mal-qabdiet effettivi, filwaqt li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ma jintlaqtux ħażin;

195.  Jinnota bi tħassib li l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd innegozjati mill-Kummissjoni ġew jiswew relattivament aktar meta mqabbla mar-rati fl-imgħoddi; jitlob lill-Kummissjoni tqis il-prinċipji ta' ekonomija, effiċjenza u effikaċja meta tkun qed tħejji n-negozjati għall-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sabiex tiggarantixxi kwalità fil-konfront tal-ispejjeż li jsiru u konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

196.  Jinnota li l-evalwazzjonijiet ex post għandhom jiġu ffokati sabiex tinkiseb analiżi konsistenti u paragunabbli tar-redditu fuq il-flus pubbliċi li ntefqu taħt il-protokolli, kif ukoll analiżi komprensiva u kritika tal-effikaċja tagħhom għall-Unjoni u għall-pajjiż sieħeb ikkonċernat;

197.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-setgħa ta' negozjar tagħha; jissottolinja l-importanza tal-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Unjoni lill-pajjiżi sħab;

198.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-aktar data riċenti għar-rapport ex post tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati fi żmien debitu;

199.  Jappella lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-aċċettazzjoni ta' liċenzji elettroniċi jew ta' lista ta' bastimenti awtorizzati fil-pajjiżi sħab għall-perjodu sħiħ għal kemm idumu validi l-liċenzji; jevidenzja l-ħtieġa li jitnaqqas id-dewmien fil-proċess ta' applikazzjoni għal liċenzja; jappella lill-Kummissjoni biex tidentifika u tnaqqas l-punti ta' konġestjoni proċedurali;

200.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-bażi ta' data l-ġdida dwar il-qabdiet tintuża kompletament mill-Istati Membri tal-bandiera u tipprovdi data affidabbli dwar il-qabdiet li tkun tista' tiġi kkonsolidata, issorveljata u miżmuma aġġornata;

201.  Jinnota li l-Kummissjoni implimentat bażi ta' data għall-ġestjoni tad-data dwar il-qabdiet; jinnota, barra minn hekk, li din id-bażi ta' data għandha tinkludi data dwar il-qabdiet ta' kull ġimgħa mill-Istati Membri mqassma skont iż-żoni tas-sajd; jinnota bi tħassib li din id-bażi ta' data kienet għadha mhix operattiva fi żmien l-awditu tal-Qorti u li l-Istati Membri kienu għadhom ma kkonformawx mar-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrimedja din il-kwistjoni bi sħab mal-Istati Membri u tinkludi data ċara u konsistenti rigward il-qabdiet finali effettivi, b'mod li jiġu evitati l-konsegwenzi finanzjarji negattivi possibbli meta l-qabda finali tkun akbar mit-tunnellaġġ ta' riferiment;

202.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja aktar mill-qrib l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali biex tiżgura l-effikaċja u l-kosteffikaċja tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura koordinament effikaċi tal-azzjonijiet implimentati mill-pajjiżi sħab; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-protokolli kundizzjonijiet formali ta' eliġibbiltà għall-azzjonijiet iffinanzjati;

203.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-iżborżjar tal-appoġġ settorjali jkun konsistenti ma' pagamenti oħra ta' appoġġ baġitarju u abbażi tar-riżultati miksuba mill-pajjiżi sħab fl-implimentazzjoni tal-matriċi tal-azzjonijiet li jkun intlaħaq qbil komuni dwarhom;

204.  Jinnota bi tħassib li, għalkemm il-pagamenti għall-appoġġ settorjali għandhom jitħallsu ladarba l-pajjiżi sħab ikunu jistgħu juru r-riżultati miksuba, il-protokolli fis-seħħ bħalissa għadhom ma jiddisponux għall-possibbiltà ta' pagamenti parzjali meta r-riżultati jinkisbu biss parzjalment; jirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li, meta ma jinkisbux riżultati jew meta r-riżultati miksuba jkunu limitati, il-pagament tal-appoġġ settorjali għas-sena ta' wara jiġi sospiż sakemm jintlaħqu l-objettivi; jappella, madankollu, lill-Kummissjoni biex, fejn ikun possibbli, tinkludi fil-protokolli l-ġodda l-possibbiltà ta' pagamenti parzjali għall-appoġġ settorjali;

Parti XVI – Rapport Speċjali Nru 12/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Ilprijorità talUE li tippromwovi ekonomija rurali bbażata fuq lgħarfien ġiet affettwata minn ġestjoni ħażina ta' miżuri ta' trasferiment talgħarfien u ta' konsulenza"

205.  Jitlob li l-Istati Membri jdaħħlu proċeduri fis-seħħ biex janalizzaw il-ħtiġijiet fir-rigward ta' għarfien u ħiliet li jkollhom l-operaturi rurali u li jmorru lil hinn mid-definizzjoni ta' temi ġenerali, b'mod partikolari għall-perjodi ta' sejħiet għal proposti jew offerti, u li l-Kummissjoni tipprovdi gwida addizzjonali dwar kif l-Istati Membri għandhom iwettqu t-tali analiżijiet rikorrenti, billi jiġu fformulati f'termini speċifiċi aktar milli ġenerali;

206.  Jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-appoġġ għall-istabbiliment ta' servizzi ta' konsulenza ġodda jingħata biss fejn ikun intwera li hemm defiċit fis-servizzi rilevanti fil-qasam ikkonċernat u fejn teżisti l-ħtieġa ta' finanzjament għal persunal, faċilitajiet u/jew tagħmir ġodda;

207.  Jappella lill-Istati Membri biex jagħżlu l-fornituri ta' servizzi li jirċievu fondi pubbliċi permezz ta' kompetizzjoni ġusta u trasparenti, irrispettivament minn jekk jużawx sejħiet għal proposti jew proċeduri formali ta' akkwist pubbliku;

208.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri biex iqisu l-gwida għall-prattikanti għall-akkwist pubbliku dwar l-evitar tal-iżjed żbalji komuni fi proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

209.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi gwida speċifika addizzjonali dwar il-forniment intern, is-sottokuntrattar u l-valutazzjoni tal-forniment ta' servizz minn konsorzji u tissorvelja b'mod adegwat il-proċeduri tal-Istati Membri biex tiżgura li l-għażla tal-attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien u ta' konsulenza tkun kompetittiva, ġusta u trasparenti;

210.  Jappella lill-Istati Membri biex jivvalutaw il-ħtieġa li jappoġġaw l-attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien u ta' konsulenza li jkunu disponibbli faċilment fis-suq bi prezz raġonevoli u, jekk din il-ħtieġa tkun iġġustifikata, biex jiżguraw li l-ispejjeż tal-attivitajiet appoġġati ma jaqbżux l-ispejjeż ta' attivitajiet simili offruti mis-suq;

211.  Jitlob li l-Kummissjoni tibni fuq l-ewwel passi li ttieħdu sabiex tiżgura l-komplementarjetà bejn il-fondi tal-UE biex jittaffa r-riskju ta' finanzjament doppju u duplikazzjoni ta' xogħol amministrattiv;

212.  Jappella lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sistemi ta' spunti li jużaw l-informazzjoni mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni biex itejbu s-sejħiet għal proposti jew il-proċeduri tal-akkwist fil-ġejjieni u jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif jistgħu jeżegwixxu tali proċeduri ta' spunti u li tissorvelja jekk l-Istati Membri jkunux implimentawhom;

213.  Jitlob li l-Kummissjoni żżid, mingħajr dewmien, il-profil tar-riskju tal-miżuri ta' trasferiment tal-għarfien u ta' konsultazzjoni u ssaħħaħ is-superviżjoni u l-ġestjoni tagħha b'mod korrispondenti;

214.  Jappella lill-Istati Membri biex jikkondividu l-aħjar prattiki tagħhom u jkomplu fl-evalwazzjoni tagħhom tal-proġetti sabiex ikollhom bażi tajba għall-perjodu ta' implimentazzjoni 2014-2020;

215.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika valutazzjoni komprensiva ta' servizzi ta' konsulenza b'enfasi fuq ir-riżultati u l-effetti netti sabiex tevita approċċ purament kwantitattiv għall-evalwazzjoni ta' investiment;

216.  Jitlob li l-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba rigward l-approċċi metodoloġiċi permezz ta' attivitajiet ta' netwerking;

Parti XVII – Rapport Speċjali Nru 13/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ tal-UE lil pajjiżi li jipproduċu l-injam taħt il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT"

217.  Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għall-appoġġ tal-Unjoni lil pajjiżi li jipproduċu l-injam taħt il-Pjan ta' Azzjoni tal-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

218.  Jikkunsidra li l-inizjattiva FLEGT hi essenzjali biex tittejjeb il-governanza tal-foresti, biex il-foresti jiġu ppreżervati u biex jiġi żgurat l-infurzar tal-liġi, b'mod partikolari billi jintużaw il-mezzi kollha possibbli, inter alia, il-ftehimiet ta' sħubija volontarja jew id-diliġenza finanzjarja dovuta, sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni globali tal-qtugħ illegali ta' siġar u tiġi żgurata l-esportazzjoni tal-injam lejn l-UE;

219.  Jiddeplora, madankollu, in-nuqqasijiet kumulattivi li ġew identifikati fil-fażi ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u l-proġetti FLEGT, li issa jirrikjedu evalwazzjoni rapida u komprensiva;

220.  Jemmen bis-sħiħ li wasal iż-żmien, wara li ġew allokati EUR 300 miljun matul l-2003-2013 għall-appoġġ relatat mal-FLEGT, li ssir analiżi serja tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji tal-proċess FLEGT għat-tnaqqis tal-qtugħ illegali ta' siġar u l-kummerċ relatat, iżda anke li jiġi ssemplifikat id-disinn tal-mekkaniżmi eżistenti sabiex isiru aktar effikaċi f'termini ta' eżiti u impatti;

221.  Jiddeplora d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' zzjoni FLEGT, l-adozzjoni tardiva tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) (ir-Regolament tal-Unjoni dwar l-Injam) u d-dewmien tal-Kummissjoni biex tislet tagħlimiet mill-finanzjament kumplessiv għall-FLEGT;

222.  Jappella lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-isforzi ta' għajnuna tagħha permezz ta' objettivi u kriterji ċari; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni ma tibqax issawwar il-finanzjament tal-Unjoni minn baġits differenti u tikkunsidra li tuża baġit wieħed li jkun definit b'mod ċar;

223.  Jappella lill-Kummissjoni biex issaħħaħ malajr l-oqsfa ta' trasparenza u responsabbiltà permezz ta' monitoraġġ u rappurtar regolari, inkluża valutazzjoni xierqa tal-progress; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tissorvelja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-regolament tal-Unjoni dwar l-injam fl-Istati Membri u tieħu l-azzjonijiet ġuridiċi meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni tiegħu;

224.  Jappella lill-Kummissjoni tissemplifika u tikkoordina aħjar l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali ta' siġar fil-politiki differenti tal-Unjoni u s-servizzi involuti;

225.  Ifakkar li t-traċċabbiltà tal-prodotti tal-injam permezz ta' sistema ta' liċenzjar operattiva u stabbilita legalment bejn l-Unjoni u l-pajjiżi li jesportaw l-injam għandha titqies bħala objettiv ewlieni rikorrenti, b'mod partikolari fid-dawl tal-fatturi identifikati mill-Qorti, bħall-korruzzjoni mifruxa, infurzar dgħajjef tal-liġi u valutazzjoni insuffiċjenti tar-riskji u r-restrizzjonijiet fil-proġetti;

226.  Jappella lill-Kummissjoni biex tinnegozja standards għall-importazzjoni tal-injam fil-ftehimiet relatati mal-kummerċ fuq livell bilaterali jew multilaterali fil-ġejjieni, b'mod li ma jiddgħajfux is-suċċessi li nkisbu permezz tal-Pjan ta' Azzjoni FLEGT flimkien mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam;

227.  Jikkunsidra li dawn il-lakuni fil-governanza fis-sistema FLEGT għandhom jiġu indirizzati jew f'evalwazzjoni esterna tal-azzjoni FLEGT jew fuq bażi ad hoc mill-Kummissjoni.

Parti VII - Rapport Speċjali Nru 14/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "IlFaċilità ta' Investiment talAKP: tipprovdi valur miżjud?"

228.  Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għall-valur miżjud tal-Faċilità ta' Investiment tal-Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) bħala eżempju konkret u pożittiv ta' segwitu mill-Qorti għall-proċedura ta' kwittanza tal-2012 u 2013, fejn il-Parlament talab li jitħejja rapport speċjali dwar il-prestazzjoni u l-allinjament mal-politiki tal-Unjoni dwar l-iżvilupp u l-objettivi tal-attivitajiet ta' self lejn l-estern mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-mandat estern tal-BEI u qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-faċilità ta' investiment;

229.  Jikkunsidra li l-inklużjoni fil-pjan ta' ħidma tal-Qorti tat-tali awditu rigward il-Faċilità ta' Investiment għall-AKP hi prattika tajba f'termini tal-kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Qorti u l-ħidma tagħhom ta' skrutinju kollaborattiv;

230.  Jemmen li dan ir-rapport ta' awditjar huwa stadju importanti f'dan il-proċess, peress li huwa l-ewwel awditu li wettqet il-Qorti f'dan il-qasam speċifiku; jiddeplora l-fatt li l-Faċilità ta' Investiment għall-AKP ma taqax fl-ambitu tal-awditu tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni annwali tal-Qorti;

231.  Jinnota l-konklużjonijiet pożittivi rigward il-koerenza tal-Faċilità ta' Investiment għall-AKP mal-objettivi tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni u l-effett katalitiku tagħha; jilqa' l-kooperazzjoni tajba bejn il-BEI u l-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-għażla tal-proġetti;

232.  Jiddispjaċih madankollu li l-Qorti ma setgħetx tidentifika b'mod aktar preċiż il-valur miżjud li ġie ġġenerat permezz tal-Faċilità ta' Investiment għall-AKP; jistieden għalhekk lill-Qorti biex, fir-rapporti speċjali fil-ġejjieni, tagħti eżempji aktar konkreti u tispeċifika wħud mill-proġetti sabiex tispjega b'mod aħjar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha; jistieden lill-Qorti tibbenefika minn din l-ewwel esperjenza biex tkompli tirfina l-mezzi biex tivvaluta l-effett ta' ingranaġġ u dak katalitiku u l-valur miżjud ta' tali faċilitajiet; jistieden ukoll lill-Qorti tikkunsidra l-valur miżjud mhux biss mil-lenti tat-Trittiku klassiku (Ekonomija, Effiċjenza u Effikaċja) iżda anke f'sens aktar estensiv, inkluż Trittiku ieħor (Ekoloġija, Ugwaljanza u Etika);

233.  Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jappella għalhekk lill-Kummissjoni biex tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fil-proposti leġiżlattivi u n-negozjati tagħha fil-ġejjieni, bħal pereżempju fir-reviżjoni tal-mandat estern tal-BEI jew il-ftehim li jsegwi dak ta' Cotonou;

234.  Jirrakkomanda li l-Faċilità ta' Investiment u l-politika tal-BEI jiġu adattati rapidament skont l-eżitu tal-COP 21 u l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju possibbli wara l-2015 bħala kwistjoni ta' konsistenza politika min-naħa tal-Unjoni; jemmen li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u l-konsegwenzi diretti u indiretti kollha tagħha, b'mod speċjali fl-ifqar pajjiżi tad-dinja, għandhom jingħataw prijorità akbar;

235.  Jemmen li huwa kruċjali li l-BEI jinvesti ħin kontinwament fid-diliġenza dovuta flimkien ma' għodda għall-valutazzjoni tar-riżultati b'mod li jikseb għarfien aħjar tal-profil tal-intermedjarji finanzjari u l-benefiċjarji u anke biex jevalwa aħjar l-impatt tal-proġetti fuq il-benefiċjarji aħħarin; jappella lill-BEI jieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti bis-serjetà u jtejjeb il-prattiki attwali b'mod li jsaħħaħ il-valur miżjud tal-Faċilità ta' Investiment għall-AKP;

236.  Jemmen li m'għandux ikun hemm flus mill-kontribwenti tal-Unjoni li ma jkunux soġġetti għall-kwittanza tal-Parlament; għaldaqstant, itenni u jemmen bis-sħiħ li l-Faċilità ta' Investiment għall-AKP ġestita mill-BEI f'isem l-Unjoni għandha tkun soġġetta għall-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament, peress li l-faċilità ta' investiment hi ffinanzjata bi flus il-kontribwenti tal-Unjoni jew tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

237.  Jinnota li l-Ftehim Tripartitiku msemmi fl-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jirregola l-kooperazzjoni bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-modalitajiet għall-kontrolli eżerċitati mill-Qorti fuq l-attività tal-BEI fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-fondi tal-Istati Membri wasal biex jiġġedded fl-2015; itenni l-pożizzjoni tal-Parlament li l-qasam ta' responsabbiltà tal-Qorti f'dan il-kuntest għandu jiġi aġġornat billi jiġi inkluż kwalunkwe strument finanzjarju ġdid tal-BEI li jinvolvi fondi pubbliċi mill-Unjoni jew mill-FEŻ;

Parti XIX — Rapport Speċjali Nru 15/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Lappoġġ taħt ilFaċilità għallEnerġija AKP–UE għal enerġija rinnovabbli flAfrika talLvant"

238.  Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għall-appoġġ taħt il‑Faċilità għall‑Enerġija AKP-UE għal enerġija rinnovabbli fl‑Afrika tal‑Lvant u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

239.  Jilqa' l-fatt li, mit-tieni sejħa għal proposti taħt il-Faċilità għall-Enerġija, l-inklużjoni ta' analiżi preliminari tal-fattibbiltà saret obbligatorja; jenfasizza li t-tali analiżijiet tal-fattibbiltà għandhom ikunu bbażati fuq xenarji eżatti u realistiċi; jenfasizza wkoll li x-xenarji għandhom diġà jinkludu stimi dwar kif il-komunitajiet lokali jistgħu jiġu inklużi fl-implimentazzjoni tal-proġett sabiex jittejbu s-sjieda lokali u l-promozzjoni tal-proġett;

240.  Hu tal-fehma li r-rabta bejn il-fattibbiltà tal-proġett u s-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali tiegħu għandha tiġi stabbilita aħjar sabiex tiġi żgurata mhux biss l-effiċjenza, il-koerenza u l-viżibbiltà tal-proġetti ta' investiment tal-Faċilità għall-Enerġija, iżda anke l-effikaċja u r-riżultati f'livell aktar estensiv tagħhom fir-reġjuni kkonċernati;

241.  Jikkunsidra li l-monitoraġġ tal-proġetti u r-riskji assoċjati għandu jitwettaq regolarment u jiġi akkumpanjat b'miżuri ta' mitigazzjoni rapida bil-ħsieb li, jekk ikun hemm bżonn, jiġu aġġustati l-istrateġija ta' akkwist u l-proċessi ta' għażla u ta' implimentazzjoni; jikkunsidra li s-sejbiet fir-rapporti ta' monitoraġġ għandhom jintużaw fl-implimentazzjoni tas-sejħiet għal proposti sussegwenti;

242.  Jappella lill-Faċilità għall-Enerġija biex tiżgura li l-partijiet interessati lokali, bħall-organizzazzjonijiet mhux governattivi jew il-komunitajiet lokali jiġu involuti tul il-ħajja sħiħa tal-proġetti, mit-tnedija sal-fażi wara t-tlestija, waqt li tieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti ta' proġetti speċifiċi; jappella biex jitkompla l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċità fil-livell lokali, permezz ta' offerta ta' taħriġ xieraq tul il-ħajja ta' proġett, bl-għan prinċipali li tittejjeb ulterjorment is-sjieda lokali u li jiġi promoss il-koordinament b'mod li l-proġett ikun vijabbli u sostenibbli wara li jiskadi l-perjodu ta' finanzjament;

243.  Jappella lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO) biex jiżgura li s-sħab implimentattivi jwieġbu għat-talbiet kollha għal informazzjoni addizzjonali rigward l-implimentazzjoni tal-proġett(i); jappella lid-DĠ DEVCO biex jiffoka b'mod speċjali fuq l-attivitajiet li potenzjalment jinvolvu korruzzjoni u/jew frodi mis-sħab implimentattivi, filwaqt li jevita piżijiet amministrattivi addizzjonali bla bżonn; u, fil-każ ta' korruzzjoni u/jew frodi, jappella lid-DĠ DEVCO biex itemm kif dovut il-kuntratti u jfittex sħab ġodda fir-reġjun;

244.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura koerenza politika u kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi l-oħra fil-qasam, speċjalment il-korpi tan-NU u l-inizjattiva SE4ALL (Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd), iżda mhux biss fil-qasam tal-enerġija, bil-ħsieb li tikseb l-aħjar riżultati possibbli għal min jgħix fir-reġjun u għall-ambjent; jikkunsidra li s-sinerġiji ma' proġetti oħra fuq il-post, inklużi l-proġetti fil-fażi ta' ppjanar kull meta jkun possibbli, għandhom kemm jista' jkun jiġu sfruttati mill-proġetti kollha;

Parti XX – Rapport Speċjali Nru 16/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija: jinħtieġu sforzi akbar"

245.  Sabiex jinkiseb funzjonament korrett u kontinwu tas-suq intern tal-enerġija, jappella lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-investimenti tagħhom fl-infrastruttura tal-enerġija u l-mod kif jirregolaw is-swieq tal-enerġija tagħhom, sabiex jiżguraw il-kwalità ottimali fil-konfront tal-ispejjeż li jsiru mill-UE;

246.  Jikkunsidra li r-riformi tas-suq tal-enerġija jibdew fil-livell tal-Istati Membri; jikkunsidra li l-implimentazzjoni tal-pakketti li jkun intlaħaq qbil konġunt dwarhom fil-qasam tal-enerġija, b'mod speċjali it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, kieku toħloq il-kundizzjonijiet għar-realizzazzjoni tas-suq intern tal-enerġija;

247.  Jikkunsidra l-approċċ reġjonali futur lejn is-sigurtà tal-enerġija, jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri individwali jkunu jistgħu jiżguraw l-infrastruttura meħtieġa għall-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-enerġija iżda wkoll biex jaġixxu bħala pajjiż ta' tranżitu għall-gass u l-elettriku;

248.  Jenfasizza li l-proġetti tal-enerġija futuri kollha tal-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ma' prinċipji tal-Unjoni tal-Enerġija: id-diversifikazzjoni, l-aċċessibbiltà, is-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà;

249.  Jikkunsidra li t-tisħiħ u t-titjib tal-interkonnessjonijiet ma' Stati Membri ġirien għandhom jitqiesu bħala prijorità; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' kapaċità bidirezzjonali (flussi bidirezzjonali) f'kull interkonnessjoni transkonfinali bl-involviment tal-Istati Membri li minnhom jgħaddu l-kurituri;

250.  Jikkunsidra li l-implimentazzjoni ta' proġetti infrastrutturali strateġiċi tikkontribwixxi għal aspetti fuq żmien medju u fuq żmien twil tas-sigurtà tal-enerġija;

251.  Jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex talloka aktar riżorsi finanzjarji u setgħat meħtieġa lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u jikkunsidra li l-Aġenzija għandha titħalla timpjega persunal addizzjonali sabiex tippermetti implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tal-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija;

Parti XXI – Rapport Speċjali Nru 17/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Appoġġ mill-Kummissjoni għat-timijiet ta´ azzjoni għaż-żgħażagħ: ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE nkiseb, iżda ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq ir-riżultati"

252.  Jilqa' r-rapport tal-Qorti, jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tagħha u jinsab kuntent li l-Kummissjoni taċċettahom u se tqishom fil-ġejjieni; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni implimentat dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-qafas ġuridiku tagħha għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għall-perjodu 2014-2020, biex b'hekk tiżgura kwalità aħjar fil-konfront tal-ispejjeż li jsiru, jiġifieri permezz ta' qafas u riżerva ta' prestazzjoni, kundizzjonijiet ex ante, u indikaturi komuni tar-rendiment u tar-riżultati;

253.  Jinnota li l-qgħad fost iż-żgħażagħ hu problema serja madwar l-Unjoni u li għandhom jiġu ddedikati r-riżorsi xierqa fil-livell tal-Unjoni biex dan jiġi indirizzat; jinkoraġġixxi bis-sħiħ lill-Istati Membri biex jużaw l-appoġġ disponibbli tal-Unjoni;

254.  Jinnota li t-timijiet ta' azzjoni għaż-żgħażagħ kienu prinċipalment eżerċizzju politiku u hekk tħabbru mill-bidu, intenzjonati biex jikkonvinċu lill-gvernijiet nazzjonali jorjentaw mill-ġdid il-fondi li ma jkunux intużaw sabiex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, filwaqt li fl-istess ħin la jimponu proċeduri amministrattivi jew/u proċeduri ġuridiċi addizzjonali u lanqas ma jallokaw fondi ġodda;

255.  Jinnota n-natura politikament diffiċli ta' dan il-kompitu u jirrikonoxxi l-ħidma tajba mwettqa mit-timijiet ta' azzjoni għaż-żgħażagħ biex iżidu l-kuxjenza fl-ogħla livell politiku, iqarrbu lil diversi awtoritajiet politiċi u amministrattivi u jikkonvinċuhom jagħtu prijorità lill-impjiegi għaż-żgħażagħ fuq inizjattivi oħra;

256.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-prestazzjoni u r-riżultati u jinsab kuntent li l-qafas regolatorju l-ġdid għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jinkludi dispożizzjonijiet għar-rappurtar dwar ir-riżultati mill-Istati Membri;

257.  Jinnota li, ħafna drabi, l-Istati Membri li l-aktar li jeħtieġu l-fondi huma wkoll l-aktar li qed ibatu minn kapaċità amministrattiva dgħajfa li twassal għal enfasi fuq il-ġestjoni tal-proġett, minflok il-ġestjoni tal-miri tal-investiment;

258.  Jinnota li l-effetti tal-investiment, fil-parti l-kbira, għadhom qed jiġu mmonitorjati permezz ta' indikaturi kwantitattivi, li ma jirriflettux l-aspetti kollha ta' valutazzjoni prattika tajba; jinnota li l-produzzjoni u r-riżultat mhumiex indaqs;

259.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija bikrija kontra approprjazzjonijiet mhux utilizzati tal-FSIE sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed ħin biex jerġgħu jallokaw il-fondi għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ;

260.  Jistenna bil-ħerqa r-rapport tal-Qorti dwar "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE - L-Implimentazzjoni fl-Istati Membri", li għandu jitlesta fil-bidu tal-2017 u jissuġġerixxi li l-eżitu għandu jitqies għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju plurennali;

Parti XXII – Rapport Speċjali Nru 20/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-kosteffettività tal-appoġġ taħt l-Iżvilupp Rurali tal-UE għal investimenti mhux produttivi fl-agrikoltura"

261.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw l-investimenti mhux produttivi (NPIs) b'aktar sinerġija ma' miżuri oħra ta' żvilupp rurali u/jew skemi ambjentali u li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Istati Membri rilevanti permezz tar-rapporti annwali ta' implimentazzjoni tagħhom mill-2017;

262.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar il-kriterji tal-għażla tal-NPIs għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 u tivverifika li japplikaw proċeduri xierqa għall-għażla tal-proġetti; jirrakkomanda wkoll, f'dan il-kuntest, li l-Istati Membri jiżguraw li l-proċeduri tal-għażla tal-NPIs ikunu trasparenti, pubbliċi u implimentati b'mod effikaċi, u li jivverifikaw b'mod effikaċi l-konformità ma' dawn il-kriterji;

263.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni tiżgura li l-kontribuzzjoni tal-NPIs għall-kisba tal-objettivi agroambjentali tal-UE tiġi mmonitorjata, jew għall-inqas evalwata b'mod speċifiku, waqt l-evalwazzjonijiet tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

264.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tassisti lil dawk l-Istati Membri fejn l-appoġġ għall-NPIs huwa sinifikanti biex jiddefinixxu indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-NPIs li l-aktar spiss jiġu ffinanzjati ħalli jiġi żgurat titjib fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-NPIs għall-kisba tal-objettivi agroambjentali tal-UE; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar dawn l-indikaturi fir-rapporti annwali ta' implimentazzjoni tagħhom minn Ġunju 2016 u jinkludi l-valutazzjoni tar-riżultati tal-NPIs fil-pjanijiet ta' evalwazzjoni tagħhom;

265.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprovdi aktar gwida dwar id-definizzjoni ta' kriterji li jiddeterminaw il-karatteristiċi remunerattivi tal-NPIs li jibbenefikaw mill-ogħla rati ta' għajnuna u li l-Istati Membri jistabbilixxu tali kriterji mingħajr dewmien u jużawhom biex jimmodulaw l-intensità tal-appoġġ;

266.  Jitlob li l-Istati Membri jimplimentaw, mingħajr dewmien, proċeduri biex jiżguraw li l-ispejjeż relatati mal-appoġġ tal-NPIs ma jaqbżux l-ispejjeż ta' tipi simili ta' prodotti, servizzi jew xogħlijiet offruti mis-suq; jikkunsidra li f'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu valuri u/jew spejjeż ta' referenza xierqa li l-ispejjeż tal-NPIs jiġu vverifikati magħhom b'mod sistematiku bħala parti mill-kontrolli amministrattivi tagħhom;

267.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar il-kontrollabbiltà u l-verifikabbiltà tal-miżuri għall-approvazzjoni tal-PŻR tagħhom għall-2014-2020 biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jiddefinixxu u jimplimentaw proċeduri adegwati dwar ir-raġonevolezza tal-ispejjeż, u biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni effikaċi, min-naħa tal-Istati Membri, tal-kontrolli previsti f'dan ir-rigward; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajbin bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-istabbiliment ta' proċeduri għal verifiki tar-raġonevolezza tal-ispejjeż;

268.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiddefinixxu, qabel ma jitwettqu l-ewwel kontrolli fuq il-post għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, metodu ta' konsolidazzjoni u analiżi f'waqthom tal-kawża tal-iżbalji li jinstabu matul dawn il-kontrolli, u jieħdu l-miżuri neċessarji għat-titjib tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-iskemi tal-NPIs;

269.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni tikkunsidra d-dgħufijiet identifikati mill-Qorti fil-qasam tal-infiq tal-NPIs u tieħu l-miżuri rilevanti flimkien mal-Istati Membri biex tiżgura ġestjoni finanzjarja xierqa għal investimenti ta' dan it-tip.

Parti XXIII — Rapport Speċjali Nru 22/2015 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Is-superviżjoni tal-Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu mill-UE — stabbilita tajjeb iżda għadha mhix kompletament effettiva"

270.  Jenfasizza li l-objettiv tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) (CRAR) huwa li jintroduċi "(...) approċċ regolatorju komuni sabiex itejjeb l-integrità, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-governanza tajba u l-indipendenza ta' attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu, jikkontribwixxi għall-kwalità tal-gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fl-Unjoni u għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur u għall-investitur" (Artikolu 1 tal-CRAR);

271.  Jirrikonoxxi li l-Qorti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) qablu dwar ħafna mill-aspetti tal-verifika u r-rakkomandazzjonijiet;

272.  Jilqa' l-fatt li l-ESMA stabbilixxiet sisien tajba għal sorveljanza effettiva tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu fl-Unjoni f'perjodu qasir ta' żmien; jinnota, madankollu, li l-Qorti tqis li l-proċedura hi ineffiċjenti, minħabba d-diviżjoni bejn il-fażi ta' kompletezza u l-fażi ta' konformità, kif mitlub minn dan ir-regolament;

273.  Jikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li tul il-proċess ta' reġistrazzjoni, l-ESMA għandha tiddokumenta b'mod adegwat l-evalwazzjoni tagħha tal-ħtiġiet regolatorji kollha fir-rigward tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, u l-provi tal-proċess ta' approvazzjoni għandha tinħażen mhux biss f'korrispondenza interna iżda wkoll ġo fajls apposta tal-każijiet;

274.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti u l-ESMA jaqblu dwar approċċ ibbażat fuq ir-riskju tal-ESMA; iqis li l-identifikazzjoni tar-riskju għandha tkun proċess trasparenti, komprensibbli u traċċabbli;

275.  Huwa tal-fehma li l-investigazzjonijiet kollha għandhom jiġu dokumentati b'mod xieraq biex jintwera u jiġi żgurat li l-konklużjonijiet kollha huma appoġġati minn analiżi adegwata tal-evidenza; jinnota li, għal dan il-għan, il-Qorti tirrakkomanda li tiddaħħal għodda ta' sorveljanza ddedikata tal-IT; jinnota l-argument tal-ESMA li l-għodod ta' monitoraġġ attwali tagħha kienu effettivi; jibqa' konvint, madankollu, li għodda ddedikata tal-IT tkun l-aħjar mod biex tiġi ġestita l-informazzjoni b'mod trasparenti, komprensibbli u traċċabbli b'kont meħud tar-rati normali ta' tibdil fil-persunal; jitlob għalhekk lill-ESMA tipprevedi l-introduzzjoni ta' tali għodda tal-IT fl-ippjanar baġitarju tagħha;

276.  Ifakkar li wieħed mill-għanijiet u r-responsabbiltajiet tal-CRAR huwa li tiġi żgurata l-indipendenza u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess (ara l-Anness 1 tal-CRAR); jemmen, għalhekk, li s-CRAs għandhom jivverifikaw ukoll l-attivitajiet kummerċjali tal-analisti tal-klassifikazzjoni; iqis, madankollu, li l-ESMA għandha tissorvelja, b'mod strutturat, is-sistemi stabbiliti mis-CRAs biex jiġu trattati każijiet ta' kunflitti ta' interessi;

277.  Jindika l-Artikolu 23 tal-CRAR, li jiddisponi: "Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-ESMA, il-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità pubblika ta' Stat Membru ma għandhomx jinterferixxu mal-kontenut ta' gradazzjonijiet tal-kreditu jew ta' metodoloġiji."; iqis, għaldaqstant, li l-implimentazzjoni tal-metodoloġiji tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tista' tiġi mmonitorjata biss ladarba r-reġistrazzjoni tkun lesta, permezz tal-proċeduri superviżorji attwali f'dak iż-żmien;

278.  Jaqbel li l-ESMA għandha teżamina l-aspetti importanti kollha tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-metodoloġiji tas-CRAs li għadhom ma ġewx koperti; jinsab imħasseb li dan il-kompitu ma jistax jitwettaq minħabba nuqqas ta' riżorsi;

279.  Jiddispjaċih li s-sistema attwali ma tiggarantixxix protezzjoni effettiva tas-swieq f'każ li toħroġ xi informazzjoni u jitlob lill-ESMA biex ittejjeb is-sistema ta' kontroll tagħha sabiex jiġu evitati u miġġielda azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet fis-swieq;

280.  Jiddispjaċih li r-regoli attwali li jirregolaw l-euro ma jiżgurawx li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati mal-ESMA huma kollha fuq l-istess livell; jitlob lill-Bank Ċentrali Ewropew u lil-leġiżlatur Ewropew jirrimedjaw din is-sitwazzjoni kemm jista' jkun malajr;

281.  Jifhem li r-repożitorju ċentrali se jiġi integrat fil-pjattaforma Ewropea tal-klassifikazzjoni (Artikolu 11a tal-CRAR) maħluqa fl-2013 u li bħalissa qed isir xogħol fuqha; jitlob lill-ESMA tiżgura l-korrettezza tad-data rrapportata mis-CRAs;

282.  Jistieden lill-ESMA ittejjeb u tarmonizza ulterjorment il-prattiki ta' divulgazzjoni tas-CRAs kollha;

283.  Jilqa' l-intenzjoni tal-ESMA biex tkompli ttejjeb is-sit web tagħha u, b'mod partikolari, tippubblika l-leġiżlazzjoni applikabbli u d-dokumenti rilevanti kollha u tkun aktar faċli biex tintuża mill-utenti;

284.  Jinnota li xi terminoloġija użata fir-regolament tal-CRAR (jiġifieri l-metodoloġija) tista' tagħti lok għal interpretazzjoni u għalhekk jista' jkollha effett negattiv fuq l-implimentazzjoni tar-regolament; jistieden, għalhekk, lill-ESMA u lill-QEA biex jittrasmettu lill-Kummissjoni u lil-leġiżlatur lista ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jistgħu jibbenefikaw minn kjarifiki ulterjuri;

Parti XXIV — Rapport Speċjali Nru 2/2016 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri"

285.  Jilqa' l-fatt li 23 minn 44 rakkomandazzjoni ġew implimentati b'mod sħiħ;

286.  Jilqa' wkoll il-fatt li l-Kummissjoni, b'mod ġenerali, aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet addizzjonali tal-Qorti fir-rapport speċjali attwali;

287.  Jinnota, madankollu, li l-Qorti ikkunsidrat li 18 minn 44 rakkomandazzjoni ġew implimentati parzjalment, ma ġewx implimentati għalkollox jew ma setgħux jiġu vverifikati:

   (a) fil-qasam tal-politika agrikola (10 rakkomandazzjonijiet) is-sewgitu tar-rakkomandazzjonijiet ta' spiss kien jikkonċerna lill-Kummissjoni u l-Istati Membri u tal-ewwel kienet tal-opinjoni li ssodisfat ir-responsabbiltà tagħha;
   (b) fil-qasam tal-politika soċjali (2 rakkomandazzjonijiet), li jaqa' taħt il-ġestjoni kondiviża, il-Qorti kkunsidrat li l-prestazzjoni u l-effikaċja ma tkejlux b'mod suffiċjenti;
   (c) fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni (3 rakkomandazzjonijiet) il-Kummissjoni għandha tivvaluta direttament ir-raġonevolezza tal-ispejjeż tal-proġetti u tiddependi inqas fuq l-għarfien tas-suq ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; u li l-Kummissjoni missha tejbet il-kwalità u s-sigurtà tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS); kif ukoll
   (d) fil-qasam tal-kompetizzjoni (3 rakkomandazzjonijiet) il-Qorti hija tal-opinjoni li l-investigazzjonijiet preliminari għandhom ikunu ġestiti aħjar, li l-għadd ta' ilmenti bla bażi għandhom jitnaqqsu u li għandha titjieb l-Interfaċċa ta' Rappurtar tal-Għajnuna mill-Istat (SARI).

288.  Jisħaq fuq il-fatt li, mill-perspettiva tal-Parlament, mhuwiex sodisfaċenti meta proċeduri akkużatorji jintemmu b'konklużjonijiet differenti mill-Kummissjoni u l-Qorti; jistieden għalhekk liż-żewġ istituzzjonijiet biex jevitaw tali sitwazzjonijiet;

289.  Jistieden lill-Qorti biex fir-rakkomandazzjonijiet tagħha tindika b'mod ċar liema tip ta' azzjoni hija mistennija mill-Kummissjoni u liema tip ta' azzjoni hija mistennija mill-Istati Membri;

290.  Jappella lill-Qorti biex, flimkien mal-awtoritajiet ta' awditjar nazzjonali, tiżviluppa sistema li tippermetti li l-Qorti tevalwa s-segwitu li l-Istati Membri jkunu taw għar-rakkomandazzjonijiet tagħha;

291.  Jenfasizza li qatt ma rċieva spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex matul is-snin il-Kummissjoni qieset bħala importanti ħafna li d-direttorati ġenerali jiddisponu mill-kapaċitajiet ta' awditjar intern tagħhom stess, biex imbagħad jerġgħu jingħaqdu flimkien mill-ġdid il-kapaċitajiet ta' awditjar intern taħt is-Servizz tal-Awditjar Intern minn April 2015.

o
o   o

292.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje  L).

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0147.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) Fl-Anness I tar-Rapport Speċjali tista' tara l-lista ta' kontroll żviluppata mill-Qorti għall-valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta' kontroll fid-dawl tar-riskji assoċjati mal-ispejjeż għall-iżvilupp rurali.
(8) Rapport speċjali Nru 1/2014 bit-titolu "L-effettività tal-proġetti għat-trasport urban pubbliku appoġġati mill-UE" u r-rapport speċjali Nru 21/2014 bit-titolu "Infrastrutturi tal-ajruporti ffinanzjati mill-UE: valur baxx għall-flus".
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(10) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(11) Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(12) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).
(13) Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
(14) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(17) Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).
(18) Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.)


Kwittanza 2014: it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ
PDF 352kWORD 88k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2203(DEC))
P8_TA(2016)0149A8-0137/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0379 – C8-0248/2015),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2015)0295),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014 (05219/2016 – C8-0036/2016, 05220/2016 – C8-0037/2016, 05223/2016 – C8-0038/2016, 05224/2016 – C8-0039/2016),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194 u SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(3) u emendat f'Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta' Ġunju 2010(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(13),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0137/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2203(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0379 – C8-0248/2015),

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2015)0295),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt it-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni(14),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(15) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014 (05219/2016 – C8-0036/2016, 05220/2016 – C8-0037/2016, 05223/2016 – C8-0038/2016, 05224/2016 – C8-0039/2016),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194 u SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(16) u emendat f'Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta' Ġunju 2010(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha iffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(20),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(21),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u tas-26 ta' Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(22),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(23),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(24),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(25),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp(26),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0137/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp huma kif jidhru fit-Tabella 2 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 289.
(2) ĠU C 379, 13.11.2015, p. 124.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(5) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(7) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(8) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(9) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(10) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(11) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(12) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(13) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.
(14) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 289.
(15) ĠU C 379, 13.11.2015, p. 124.
(16) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(17) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(18) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(19) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(20) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(21) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(22) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(23) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(24) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(25) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(26) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 712kWORD 276k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2015/2155(DEC))
P8_TA(2016)0150A8-0135/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0200/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-27 ta' April 2005 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0135/2016),

A.  billi l-President tiegħu adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2014 fit-8 ta' Lulju 2015;

B.  billi s-Segretarju Ġenerali tiegħu , bħala l-uffiċjal awtorizzanti b'delega ewlieni, iċċertifika, fit-18 ta' Settembru 2015, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskop maħsub tagħhom u bi qbil mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

C.  billi l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa sabiex taġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2015/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0135/2016),

A.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali tal-2014, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li l-ebda kwistjoni li tirrikjedi riserva ma tressqet għall-attenzjoni tiegħu,

B.  billi, permezz tal-awditu tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-awditu ma identifika l-ebda dgħufija sinifikanti fis-sistemi magħżula u r-rapporti ta' attività annwali tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet,

C.  billi, bi qbil mal-proċedura tas-soltu, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet waslu għand il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u ġew diskussi minnu fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-Baġit, tas-Segretarju Ġenerali u tal-Awditur Intern,

D.  billi dejjem hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u hemm bżonn ta' skrutinju biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni u t-tmexxija politika tal-Parlament jagħtu rendikont ta' għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni,

Il-kontijiet tal-Parlament Ewropew

1.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2014 ammontaw għal EUR 1 755 631 742, jew 20,13 % fl-ambitu tal-intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) allokati għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-2014 fit-totalità tagħhom u jirrappreżentaw żieda ta' 0,3 % fuq il-baġit għall-2013 (EUR 1 750 463 939);

2.  Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2014 kien ta' EUR 174 436 852 (2013: EUR 158 117 371), inklużi EUR 26 979 032 minn dħul assenjat (2013: EUR 25 991 783);

3.  Ifakkar li fl-2014 erba' kapitoli rrappreżentaw 72 % tat-total tal-impenji: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari);

4.  Jieħu nota taċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2014, speċifikament:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2014:

1 755 631 742

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2013:

734 000

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2013:

277 774 604

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2014:

26 979 032

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2013:

106 934 452

Total:

2 168 053 830

(b)  Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2014 (EUR)

impenji:

2 138 652 789

pagamenti li saru:

1 742 390 229

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

383 988 975

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

0

approprjazzjonijiet ikkanċellati:

39 918 558

(c)  Dħul tal-baġit (EUR)

miġbur fl-2014:

174 436 852

(d)  Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2014 (EUR)

1 476 824 398

5.  Jinnota li, b'kollox, ġew trasferiti EUR 71 500 000 minn intestaturi b'approprazzjonijiet provviżorji u minn sorsi oħra, sabiex jgħinu fil-finanzjament għal pagamenti tal-kera annwali tal-bini Konrad Adenauer f'Lussemburgu u l-estensjoni u l-modernizzazzjoni tiegħu; jirrimarka li dan jammonta għal 4 % tal-approprjazzjonijiet finali għall-2014;

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2014 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

6.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri twettaq valutazzjoni speċifika tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor bħala grupp ta' politiki uniku għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, inkluż il-Parlament Ewropew u li, b'mod ġenerali, l-evidenza mill-awditjar tindika li l-infiq għall-amministrazzjoni mhuwiex affettwat minn livell ta' żball materjali; jieħu nota tal-fatt li l-verifiki tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-livell stmat ta' żball għall-intestatura 5 tal-QFP dwar l-amministrazzjoni huwa ta' 0,5 % (li jirrappreżenta tnaqqis mill-1 % fl-2013);

7.  Ifakkar li l-awditu involva eżami ta' kampjun ta' 129 tranżazzjoni ta' pagament, inklużi 92 pagament ta' salarji u pensjonijiet, allowances relatati u spejjeż oħra għall-persunal, 14-il pagament fir-rigward ta' kuntratti relatati ma' bini u 23 pagament marbuta ma' nefqa oħra (enerġija, komunikazzjoni, teknoloġija tal-informazzjoni, eċċ.); jenfasizza li mill-129 tranżazzjoni awditjata, 20 (jew 15,5 %) kienu milquta minn żball; jieħu nota li għal 12-il żball kwantifikabbli, il-livell stmat ta' żball huwa ta' 0,5 %;

8.  Jissottolinja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri biex il-Parlament Ewropew isaħħaħ il-verifiki tiegħu fuq l-ispejjeż rimborżati mill-partiti politiċi Ewropej lill-organizzazzjonijiet affiljati tagħhom, jiżviluppa regoli xierqa għall-partiti politiċi Ewropej dwar l-akkwist pubbliku, u jissorvelja l-applikazzjoni tagħhom permezz ta' verifiki xierqa u gwida aħjar; jinsisti fuq trasparenza totali rigward in-nefqa min-naħa tal-partiti politiċi Ewropej u li l-kumitat kompetenti jeżamina u jiddiskuti din l-informazzjoni fid-dettall fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza ordinarja;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

9.  Jinnota li, waqt il-laqgħa tal-kumitat kompetenti mal-awditur intern li saret fil-25 ta' Jannar 2016, l-awditur intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu ffirmat fis-16 ta' Lulju 2015, li fih iddikjara li, fl-2014, huwa wettaq dan ix-xogħol ta' awditjar fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament:

   segwitu trasversali għall-azzjonijiet pendenti mir-rapporti ta' awditjar intern - fażijiet I u II ta' xogħlu fl-2014;
   inkarigu konsultattiv dwar il-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll interni fid-Direttorat għas-Sostenn għad-Demokrazija (DĠ EXPO);
   rieżami perjodiku tal-proġett tal-Bini Konrad Adenauer - ara "Fażi 2: stima, rappurtar u kontroll tal-ispejjeż tal-proġett tar-rapport";
   awditjar tal-pagi u l-allowances tranżitorji tal-Membri;
   awditjar tal-proċess tal-għotjiet fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM);
   awditjar tas-sistemi ta' informazzjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet tal-IT - ara "Inkarigu 1 - l-ewwel rapport: ottimizzazzjoni tar-riżorsi u kontinwità tal-IT";
   awditjar tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu, fir-rigward tas-servizzi ta' interpretazzjoni,

10.  Jenfasizza li fl-awditjar tiegħu dwar il-proċess tal-għotjiet, l-awditur intern ikkonkluda li hemm lok sinifikanti għal titjib ta' ċerti proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll, biex b'hekk tingħata aktar assigurazzjoni li l-programm tal-għotjiet jilħaq l-objettivi tiegħu billi:

   jiġi żgurat li l-programm tal-għotjiet pluriennali jkun allinjat kompletament u jappoġġa bis-sħiħ l-objettivi fit-tul tal-istrateġija tal-istituzzjoni għall-komunikazzjoni;
   jiġi żgurat li l-valur miżjud tal-programm huwa mkejjel bi strumenti u indikaturi tal-prestazzjoni xierqa;
   jiġu konklużi ftehimiet ma' għadd aktar limitat ta' sħab strateġiċi li jkunu kapaċi li jipproponu pjan ta' azzjoni li jkun ikopri l-perjodu kollu tal-ftehim ta' sħubija;
   titjieb l-evalwazzjoni tal-proġetti proposti billi tiġi definita metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tagħhom mill-kumitati tal-evalwazzjoni kollha;
   titjieb l-evalwazzjoni finanzjarja u operattiva tal-proġetti mlestija fl-istadju finali tal-pagament, jiġifieri li l-azzjonijiet twettqu f'konformità mal-objettivi inizjali tagħhom;

Awditjar tal-Qafas ta' Kontroll Intern tal-Parlament

11.  Josserva li fi tmiem l-2014, wara progress sostanzjali, erba' azzjonijiet biss baqgħu ma tlestewx mill-452 azzjoni ta' qafas ta' kontroll intern li kien hemm qbil dwarhom inizjalment; jistieden lill-awditur intern iżomm lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit informat dwar il-progress miksub fir-rigward ta' dawk l-azzjonijiet li għad baqa';

Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2013

12.  Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013(9), mogħtija lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit fil-15 ta' Ottubru 2015; jilqa' l-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar id-diversi mistoqsijiet u talbiet magħmula mill-Parlament fl-imsemmija riżoluzzjoni u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa;

13.  Josserva li kien hemm inkonsistenza bejn id-dati tal-preżentazzjoni tal-abbozz ta' rapport għall-kwittanza tal-Parlament u l-ambitu għat-tressiq ta' mistoqsijiet addizzjonali indirizzati lis-Segretarju Ġenerali;

14.  Jikkonstata t-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali dwar l-aċċessibbiltà tal-applikazzjoni ePetitions għall-Membri u għall-pubbliku ġenerali; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinforma lill-Parlament bl-eżitu tal-konsultazzjoni tas-Servizz Legali u jivvaluta kemm se tiġi tiswa, f'termini tekniċi u baġitarji, l-espansjoni tal-aċċessibbiltà tal-applikazzjoni;

15.  Ifakkar li s-servizzi tal-kantins għandhom l-għan li jipprovdu servizzi ta' ristoranti rapidi lill-Membri u lill-persunal; jinsab imħasseb bl-ispazju limitat tal-kantins fil-perjodi meta jikkonkorru ħafna nies, partikolarment matul il-ġimgħat tal-plenarja fi Strasburgu; jilqa' pożittivament id-disponibbiltà tal-ispazju estern il-ġdid li se jtaffi, parzjalment, din is-sitwazzjoni meta t-temp ikun jippermetti; jistieden lill-amministrazzjoni tkompli ttejjeb il-kantin ta' Strasburgu billi tagħmel użu aktar effiċjenti tal-ispazju disponibbli kollu;

16.  Jinnota li l-Parlament beda japplika "kuntratti ta' prezz fiss" għas-servizzi tal-forniment tal-ikel; jirrimarka li l-mezzi baġitarji meħtieġa għas-servizzi tal-forniment tal-ikel kienu pjuttost limitati, u jammontaw biss għal 0,23 % tal-baġit annwali; jistenna li l-prezzijiet fiċ-ċentri tal-forniment tal-ikel fil-Parlament jibqgħu stabbli wara ż-żidiet ripetuti u konsiderevoli fil-prezzijiet tal-menujiet offruti;

17.  Josserva l-fatt li l-kuntratti l-ġodda għal attivitajiet ta' forniment tal-ikel fi Brussell, li ġew konklużi fl-2015, m'għadhomx jipprevedu esklużività għal fornitur tal-ikel wieħed; jistenna li ċ-ċentri ż-żgħar tal-forniment tal-ikel ippjanati fi Brussell joperaw b'tali mod u manjiera li jinkludu lill-SMEs u jippromwovu d-diversità fost il-fornituri tal-ikel, bil-għan li jiġi żgurat servizz ta' kwalità bi prezzijiet raġonevoli;

18.  Jinnota bi tħassib li, minħabba l-fatt li l-livelli tal-prezzijiet żdiedu, dan wassal għal prezzijiet sfavorevoli inġustifikati, speċjalment għall-assistenti, it-trainees u l-viżitaturi; jenfasizza li ż-żidiet ifissru li l-prezzijiet fil-Parlament bħalissa huma prattikament ekwivalenti għal dawk tar-ristoranti u tal-barijiet tal-madwar; jinnota bi tħassib, madankollu, li filwaqt li l-prezzijiet għolew, il-kwalità tal-ikel naqset notevolment;

19.  Iqis li bosta ġimgħat riservati għall-attivitajiet esterni kif ukoll tas-sessjoni plenarja jirrappreżentaw perjodi li matulhom il-faċilitajiet tar-ristoranti u tal-kantins ma jkunux qed jintużaw kompletament; jissuġġerixxi li l-ftehimiet mal-fornituri tal-ikel iqisu l-għażla li l-persunal ta' dawn is-servizzi jiġi impjegat band'oħra matul il-ġimgħat meta mhux il-kantins u l-kaffetteriji kollha huma miftuħin;

20.  Jistieden lill-amministrazzjoni tevalwa u tipproponi skema ta' prezzijiet li tgħaqqad ir-regoli l-ġodda filwaqt li tiżgura l-possibbiltà ta' skontijiet għat-trainees, b'xelta ta' menù bi prezzijiet raġonevoli;

21.  Hu diżappuntat li l-amministrazzjoni mhijiex fil-qagħda li tipprovdi data dwar l-għadd varjabbli ta' ikliet servuti matul il-jiem u l-ġimgħat parlamentari differenti; jistaqsi kif jista' jiġi eżerċitat xi kontroll fuq il-fornituri kuntrattwali jekk informazzjoni bażika bħal din mhijiex disponibbli; jistieden lill-amministrazzjoni tqiegħed il-kuntratt ta' forniment tal-ikel li daħal fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015 għad-dispożizzjoni tal-kumitat kompetenti u tforni d-dettalji tal-ikliet servuti;

22.  Jenfasizza li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri adottat fil-11 ta' Lulju 2014 jiddikjara li potenzjalment, kieku l-Parlament jiċċentralizza l-attivitajiet tiegħu, jiffranka madwar EUR 114-il miljun fis-sena; itenni l-appell tiegħu lill-Parlament u lill-Kunsill biex jieħdu ħsieb il-bżonn ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif jiddikjara l-Parlament f'bosta riżoluzzjonijiet preċedenti, bil-għan li jiffranka r-riżorsi fit-terminu twil;

Kwittanza għas-sena finanzjarja 2014

23.  Jirrikonoxxi l-kwalità tal-iskambju ta' fehmiet bejn il-Viċi President responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fil-preżenza tal-Membru tal-Qorti tal-Awdituri u l-Awditur Intern, fl-4 ta' Frar 2016; jilqa' b'sodisfazzjon id-disponibbiltà tas-Segretarju Ġenerali u jappella għal żieda fil-frekwenza tal-opportunitajiet ta' dibattitu miegħu fi ħdan il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar materji b'impatt fuq il-baġit tal-Parlament;

24.  Josserva l-iffirmar tal-ftehim ta' kooperazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u mal-Kumitat tar-Reġjuni li sar fil-5 ta' Frar 2014; jitlob li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati speċifiċi dwar il-funzjonament tas-servizzi kondiviżi mit-tliet istituzzjonijiet; jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-ftehim trid tkun ibbilanċjata u ta' ġid għat-tliet istituzzjonijiet b'mod indaqs; jitlob li fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-ftehim għandha tkun inkluża valutazzjoni ta' kull istituzzjoni dwar l-impatt li l-ftehim qiegħed iħalli f'termini ta' riżorsi umani, sinerġiji, valur miżjud u sustanza, u jforni analiżi fid-dettall tar-riżorsi ffrankati u/jew taż-żieda fin-nefqa baġitarja li jirriżultaw mill-ftehim, b'attenzjoni partikolari għall-kapitoli li jittrattaw il-persunal; jitlob li jkompli jiġi informat dwar is-segwitu mogħti lill-ftehim;

25.  Ifakkar li massimu ta' 80 uffiċjali mill-KESE u mill-Kumitat tar-Reġjuni (mis-servizz ta' traduzzjoni u mill-assistenti) se jkunu trasferiti fil-Parlament skont dan il-ftehim, u se jaħdmu għas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) il-ġdid; huwa tal-fehma li tali trasferiment għandu jippermetti li l-produttività interna tal-Parlament tiżdied b'inqas mezzi baġitarji ddedikati lill-esternalizzazzjoni ta' studji, valutazzjonijiet jew evalwazzjonijiet; jinnota bi tħassib li, sal-lum, 25 uffiċjal mill-KESE u 24 uffiċjal mill-Kumitat tar-Reġjuni ġew trasferiti fl-EPRS, fil-parti l-kbira tagħhom kienu viċin ħafna l-età tal-irtirar, bir-riżultat li ż-żewġ istituzzjonijiet se jiffrankaw riżorsi sinifikanti fil-kapitoli dwar il-persunal filwaqt li l-baġit tal-Parlament se jiżdied konsiderevolment kemm fi żmien qasir (salarji) kif ukoll fit-tul (pensjonijiet);

26.  Jilqa' pożittivament il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-fornituri ta' servizzi fil-homepage ta' kull Membru, flimkien mad-dettalji tal-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) u tal-assistenti lokali impjegati mill-Membri;

27.  Jiddeplora t-trasferiment tar-responsabbiltajiet mill-amministrazzjoni għall-uffiċċji tal-Membri; jappella għal rieżami minn u dwar l-amministrazzjoni li tivverifika liema obbligi (pereżempju r-responsabbiltà ta' assigurazzjoni għat-trainees) jistgħu jingħataw lura lill-amministrazzjoni;

28.  Jisħaq fuq il-bżonn li xogħol il-korpi deċiżjonali interni tal-Parlament, partikolarment il-Bureau, isir aktar trasparenti u aċċessibbli; jappella għall-pubblikazzjoni tal-aġendi u tal-minuti tal-laqgħat fl-Internet u biex dawn jintbagħtu lill-Membri sistematikament u fi żmien utli;

29.  Jirrimarka li l-piż amministrattiv għall-uffiċċji tal-Membri żdied ukoll f'termini ġenerali u jitlob razzjonalizzazzjoni tal-formoli li għandhom jintużaw għall-proċeduri parlamentari interni, bħar-reklutaġġ ta' assistenti ġodda;

30.  Jinnota li wara dewmien konsiderevoli, r-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġew adottati u daħlu fis-seħħ f'Jannar 2016; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' protezzjoni mogħtija lill-informaturi u jistieden lill-Parlament jiżgura li drittijiethom jiġu difiżi bis-sħiħ; jistieden lill-Bureau testendi r-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta lill-APA u jappella biex il-leġiżlazzjoni nazzjonali ekwivalenti tiġi applikata għall-assistenti lokali;

31.  Jitlob kjarifika marbuta mal-forma tal-kooperazzjoni uffiċjali u mhux mal-OLAF għal dak li għandu x'jaqsam mal-kontijiet tal-Membri; jissenjala li almenu f'każ wieħed l-informazzjoni għaddiet għand terzi; iqis dan bħala ksur tal-indipendenza tal-mandati tal-Membri;

32.  Jinnota li kien diffiċli li wieħed jiddistingwi kompletament l-attivitajiet politiċi tal-President mit-tħejjija tiegħu bħala "Spitzenkandidat" biex imexxi lill-Partit tiegħu fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, u li kien diffiċli wkoll li ssir differenzjazzjoni għal "Spitzenkandidaten" oħra; iqis li ma saritx distinzjoni inekwivoka bejn iż-żewġ rwoli; jappella għal segregazzjoni ċara tal-funzjonijiet tal-uffiċjali fil-kariga mill-kandidaturi għall-kampanji elettorali Ewropej; jiddispjaċih bl-użu indirett, tal-anqas, tal-persunal tal-Parlament sabiex jgħin fil-preparamenti għall-kampanja u jappella għal azzjoni bil-għan li tiżgura li dan ma jerġax jiġri fil-ġejjieni; jiddispjaċih f'dan ir-rigward li l-President ittrasforma l-profil Twitter tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew fil-profil personali tiegħu u użah matul il-kampanja;

33.  Jinkariga lill-EPRS iwettaq analiżi komparattiva tal-qafas ġuridiku li jirregola l-kompatibbiltajiet tal-kandidati li joħorġu għall-kampanji elettorali fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn kif ukoll fl-Istati Membri (elezzjoni ta' Prim Ministru, ta' Segretarju Ġenerali, ta' Kanċillier, eċċ.);

34.  Jinnota li fil-perjodu bejn it-22 ta' Jannar u t-18 ta' April, il-missjonijiet internazzjonali uffiċjali li wettaq il-President kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom ma' gvernijiet u rappreżentanzi uffiċjali affiljati ma' partiti u organizzazzjonijiet soċjalisti; jappella għal aktar informazzjoni f'dan ir-rigward;

35.  Jitlob aktar informazzjoni dwar il-kampanji ta' kull "Spitzenkandidat", b'mod partikolari jekk dawn kinux akkumpanjati minn uffiċjali u minn persunal statutorju ieħor mhux bil-leave waqt il-kampanja elettorali; jilqa' pożittivament l-informazzjoni komplementari mogħtija mill-Parlament u jitlob l-istess livell ta' trasparenza mill-kandidati l-oħra;

Allowance għan-nefqa ġenerali

36.  Ifakkar li l-allowance għan-nefqa ġenerali hija maħsuba biex tkopri n-nefqa fl-Istat Membru tal-elezzjoni, bħal pereżempju l-kera tal-uffiċċji tal-Membri, tagħmir, fornituri, dokumentazzjoni jew organizzazzjoni loġistika ta' avvenimenti; jieħu nota li sistema komprensiva ta' kontroll tal-allowance tal-mandat parlamentari tal-Membru kieku tirrappreżenta minn 40 sa 75 post amministrattiv ġdid, li jmur kontra l-iskema ta' tnaqqis tal-persunal;

37.  Jappoġġa trasparenza sħiħa fir-rigward tal-allowance għan-nefqa ġenerali sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jiġu informati dwar in-nefqa ġenerali tal-Membri tal-Parlament Ewropew; iħeġġeġ lill-Bureau jirrevedi l-lista ta' spejjeż li jistgħu jitħallsu mill-allowance għan-nefqa ġenerali;

38.  Itenni l-appell għal aktar trasparenza rigward l-allowance għan-nefqa ġenerali għall-Membri; jistieden lill-Bureau jaħdem fuq definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont tan-nefqa awtorizzata fl-ambitu ta' dan l-allowance, mingħajr ma jiġu ġġenerati spejjeż addizzjonali u piż amministrattiv għall-Membri;

39.  Ifakkar lill-Bureau dwar il-ħtieġa urġenti li jsir awditu tal-allowance għan-nefqa ġenerali;

Il-ġestjoni tal-iskema ta' sussidju għall-gruppi ta' viżitaturi

40.  Jilqa' favorevolment titjib fl-allinjament tas-sussidji tal-Parlament għall-gruppi ta' viżitaturi mal-ispejjeż reali inkorsi f'dan ir-rigward; jinsab inkwetat ferm, madankollu, li din hija l-unika azzjoni kritika identifikata mil-awditur intern tal-Parlament;

41.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-finanzjament għall-gruppi ta' viżitaturi fl-2014, fil-maġġor parti għadu qed jitħallas bi flus kontanti: nefqa ta' EUR 24 593 928,16 fl-2013 tħallset b'dan il-mod: 73,14 % bi flus kontanti u 26,86 % permezz ta' trasferiment bankarju, filwaqt li nefqa ta' EUR 22 281 749,46 fl-2014 tħallset b'dan il-mod: 71,15 % bi flus kontanti u 28,85 % permezz ta' trasferiment bankarju;

42.  Jieħu nota tas-sejba tal-Qorti tal-Awdituri fl-analiżi panoramika tagħha tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri li l-prattika li jsiru pagamenti bi flus kontanti għar-rimborż tal-ispejjeż lill-gruppi ta' viżitaturi tqajjem "tħassib b'riskju għoli"; jitlob għalhekk li l-pagamenti bi flus kontanti jiġu limitati kemm jista' jkun meta jsir rimborż tal-ispejjeż għall-gruppi ta' viżitaturi; jindika r-riskju għoli għar-reputazzjoni tal-Parlament u r-riskju sinifikanti għas-sigurtà involuti meta jsiru pagamenti għall-gruppi ta' viżitaturi bi flus kontanti; jirrikonoxxi t-tħassib prattiku u jitlob li ssir valutazzjoni ta' metodi alternattivi u effiċjenti għall-pagamenti qabel l-adozzjoni ta' regoli ġodda dwar l-akkoljenza tal-gruppi ta' viżitaturi;

Ir-reġistru ta' trasparenza u l-kunflitti ta' interess

43.  Japprezza l-fatt li l-Kummissjoni tat bidu għal proċedura ta' konsultazzjoni pubblika fir-rigward tar-reviżjoni tar-reġistru ta' trasparenza attwali tal-Kummissjoni u tal-Parlament u l-estensjoni tagħha għall-Kunsill; jitlob li immedjatament wara l-konsultazzjoni pubblika jitwaqqaf grupp ta' ħidma interistituzzjonali bil-għan li jipprepara l-proposti dwar ir-reviżjoni tar-reġistru, il-kodiċi ta' kondotta li jmur miegħu kif ukoll il-funzjonament tiegħu;

44.  Jappella barra minn hekk għal rapport mill-amministrazzjoni tal-Parlament dwar liema ex diriġenti, uffiċjali kapijiet eżekuttivi, diretturi u membri ta' bordijiet f'diversi NGOs Ewropej rilevanti issa huma Membri tal-Parlament;

45.  Jitlob rapport mill-amministrazzjoni tal-Parlament dwar l-użu tal-istabbilimenti tal-Parlament min-naħa tal-gruppi ta' interess u tal-organizzazzjonijiet esterni l-oħra; jistieden lill-Bureau jeżamina l-kompatibbiltà ta' dawn l-avvenimenti max-xogħol parlamentari filwaqt li jiżgura li l-Parlament jibqa' istituzzjoni miftuħa għall-iskambju mas-soċjetà ċivili u għad-dibattitu pubbliku;

46.  Ifakkar fl-obbligu tal-Membri li jinformaw minnufih lill-amministrazzjoni b'kull bidla fid-dikjarazzjonijiet ta' interessi tagħhom; jiddispjaċih li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-Membri eletti fl-2014 ittellgħu fis-sit web tal-Parlament tard ħafna;

47.  Iħeġġeġ lill-Parlament jadotta regoli sabiex jiżvela kull kontribut li jasallu mil-lobbisti/rappreżentanti ta' interess dwar l-abbozzi ta' politiki, liġijiet u emendi bħala "impronta leġiżlattiva";

48.  Jistieden lill-Bureau joħloq il-possibbiltà teknika għal dawk il-Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu dan biex jippubblikaw il-kalendarji tagħhom fuq il-paġna web uffiċjali tagħhom u b'mod partikolari l-laqgħat tagħhom mal-lobbisti;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni u d-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni

49.  Josserva li l-ispejjeż tad-delegazzjonijiet, tal-assemblej parlamentari konġunti, tad-delegazzjonijiet ad hoc u tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali barra mill-Unjoni fl-2014 ġew limitati minn EUR 5 794 360 (2013) għal EUR 1 351 212 (2014) b'segwitu għall-osservazzjonijiet li għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija qabel għas-sena finanzjarja 2013 u bħala r-riżultat ta' tnaqqis fil-vjaġġi uffiċjali matul il-bidla minn leġislatura għall-oħra, meta ma saret l-ebda żjara ta' delegazzjoni għal bosta xhur; jikkritika l-fatt, madankollu, li xi missjonijiet tal-Parlament qamu flejjes kbar, speċjalment għal dak li jirrigwarda destinazzjonijiet imbiegħda; jistenna li tali spejjeż tingħatalhom spjegazzjoni ulterjuri u jitnaqqsu fil-futur qrib u jappella li d-dettalji dwar kemm qamet flus kull missjoni jiġu ppubblikati fir-rapport ta' attività annwali;

50.  Jemmen għandu jkun hemm riflessjoni dwar il-mod kif l-istrumenti tal-IT, bħall-vidjokonferenzi, jistgħu jintużaw biex jitnaqqas in-numru ta' żjarat tad-delegazzjonijiet;

51.  Jagħmel appell għall-iżvilupp tas-siti web tad-delegazzjonijiet interparlamentari u biex dawn jiġu mgħammra urġentement b'kontenut; jikkunsidra wkoll li hi xi ħaġa essenzjali li, jekk il-baġit ikun jippermetti, il-laqgħat pubbliċi tad-delegazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi f'xandira diretta fuq l-Internet, kif isir għal-laqgħat tal-kumitati parlamentari;

Id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari

52.  Ifakkar li s-servizz ta' riċerka għall-Membri l-ġdid beda bil-għan li jipprovdi kapaċità ta' riċerka ddedikata għall-Membri individwali permezz ta' pubblikazzjonijiet ta' informazzjoni dwar il-politiki prinċipali kollha; jindika li fl-ewwel sena sħiħa ta' attività, is-servizz ta' riċerka ġġenera aktar minn 450 pubblikazzjoni, wieġeb 1 675 talba għal riċerka mill-Membri u ttratta 745 talba simili minn klijenti oħra tal-Parlament; jinnota li din il-faċilità tagħti aċċess għal ammont kbir ta' informazzjoni rilevanti li għandha tnaqqas b'mod sinifikanti li wieħed jirrikorri għal għarfien espert estern, u li dan jirrappreżenta ffrankar konsiderevoli; jitlob li kull tgħarrif dwar temi f'oqsma prinċipali jiġi tradott bil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri;

53.  Jitlob definizzjoni aktar ċara tal-kompiti tad-diversi oqsma ta' servizz (is-servizz ta' riċerka, il-valutazzjoni tal-impatt) u li dawn l-oqsma ta' responsabbiltà jiġu mgħarrfa lill-Membri;

54.  Jitlob li l-Unità tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ex Ante ttejjeb il-viżibbiltà tagħha, permezz ta' l-email, fir-rigward tas-servizzi eċċellenti li tipprovdi lill-Membri tal-Kumitati u r-rapporteurs, kif ukoll għal metodi ta ' ħidma tagħha; u r-regoli tal-ingaġġ tagħhom permezz tal-posta elettronika; jinkoraġġixxi t-tkomplija ta' sessjonijiet ta' taħriġ għall-konsulenti u l-assistenti tal-Membri; jitlob titjib sostanzjali fir-riżorsi tal-persunal disponibbli f'dan il-qasam, peress li dan se jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex il-Parlament ikun jista' jipparteċipa bħala sieħeb ugwali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

55.  Jilqa' pożittivament il-fatt li sal-lum ma kien hemm l-ebda lment dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt unilaterali u jistieden lill-unità tkompli tiggarantixxi n-newtralità f'dan ir-rigward;

56.  Iħeġġeġ lid-DĠ EPRS jiddifferenzja ulterjorment il-pubblikazzjonijiet tiegħu mill-pożizzjonijiet uffiċjali tal-Parlament bil-għan li jkun evitat taħwid fil-pubbliku u fil-mezzi ta' komunikazzjoni; japprezza l-introduzzjoni taċ-ċaħda f'kull pubblikazzjoni; jistieden lid-DĠ EPRS jagħmel din iċ-ċaħda aktar viżibbli u mhux biss fil-qoxra ta' wara, u jdaħħal elementi addizzjonali li jippermettu li ssir distinzjoni faċli mill-pożizzjonijiet uffiċjali adottati mill-Parlament;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

57.  Jinnota li VoteWatch rċeviet żewġ għotjiet (EUR 149 172 fl-2012 u EUR 350 000 fl-2013) għall-kofinanzjament ta' proġetti speċifiċi marbutin mal-elezzjonijiet Ewropej; jitlob li ssir valutazzjoni tal-valur miżjud ta' dawn il-proġetti;

58.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' riżultati reali mill-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Parlament, meta jiġi kkunsidrat il-perċentwal dejjem aktar baxx ta' nies li joħorġu jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej, kif ukoll dwar in-nuqqas ġenerali ta' għarfien fi ħdan is-soċjetà tar-rwol tal-Parlament u tal-attivitajiet tiegħu;

59.  Jikkritika l-preżentazzjoni ta' data statistika dwar l-ispjegazzjonijiet tal-vot, l-interventi fil-plenarja, il-mistoqsijiet parlamentari, il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, il-mistoqsijiet bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fis-sit web tal-Parlament, li tidher li hija maħsuba biex turi liema Membri tal-Parlament suppost huma "attivi" fuq pjattaformi bħal MEPRanking; jistieden lill-Parlament jieqaf jipprovdi numri mhux ittrattati f'forma statistika u biex jikkunsidra kriterji aktar xierqa biex jidentifika Membru bħala ''attiv'';

60.  Jinnota li d-DĠ COMM qiegħed isemma' ħafna leħnu meta jappella għal tnaqqis fl-infiq u li ssir aktar enfasi fuq l-effiċjenza; jappella għal enfasi akbar fuq l-użu effikaċi aktar milli l-użu għali ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT); jinnota li minkejja l-ammonti kbar ta' flus li ntefqu fuq is-sit web tal-Parlament, dan għadu kumpless, diffiċli biex tużah u ma jiġġenerax il-viżibbiltà mixtieqa; jissuġġerixxi rieżami tal-istrateġija tal-marketing; jenfasizza li sit web trasparenti u aċċessibbli huwa fundamentali għall-involviment taċ-ċittadini;

61.  Jitlob magna tat-tiftix tas-sit web tal-Parlament ġdida u effiċjenti li tipprovdi kemm ottimizzazzjoni b'saħħitha tal-magna tat-tiftix u paġna tar-riżultati tal-magna tat-tiftix kompletament komprensiva, flimkien ma' sforz iddedikat għat-titjib fl-aċċess għas-sit web, permezz ta' rikonoxximent imtejjeb tal-kliem ewlieni użat għat-tiftix; jirrakkomanda kooperazzjoni interistituzzjonali intensa biex jiġu kkollegati l-bażijiet ta' data tas-siti web kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li dan se jiżgura iktar trasparenza tal-attivitajiet tal-Unjoni għaċ-ċittadini kollha;

Dar l-Istorja Ewropea

62.  Baqa' ddiżappuntat meta sar jaf li x-xogħlijiet fil-Bini Eastman, li se jospita Dar l-Istorja Ewropea, komplew jakkumulaw dewmien; jappella għal pjan ta' komunikazzjoni/proġetti ta' promozzjoni u sit web/pjan ta' marketing li jispjegaw fid-dettall kif Dar l-Istorja Ewropea se tikiseb il-livell ta' impatt mixtieq;

63.  Ifakkar li x-xogħlijiet kellhom jitlestew sa tmiem l-2014; jistenna li l-baġit totali li ntlaħaq qbil dwaru inizjalment għall-kostruzzjoni tal-proġett jiġi rrispettat, minkejja d-dewmien, u li l-ewwel wirja tiftaħ fl-aħħar tal-2016;

64.  Jappella għal separazzjoni stretta mill-kontenut tal-informazzjoni pprovduta fil-Parlamentarium li diġà jeżisti; iwissi mill-ġdid dwar ir-riskju ta' spejjeż sussegwenti għolja żżejjed, li ma jkunu bl-ebda mod proporzjonati mal-ikkummissjonar tal-faċilità;

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew

65.  Jilqa' l-fatt li l-Parlamentarium huwa wieħed mill-attrazzjonijiet turistiċi li l-aktar jirċievi viżitaturi fi Brussell u li laqa' 340 500 viżitatur fl-2014 (fl-2013 kienu 337 000); jisħaq fuq l-importanza li l-awtoritajiet Belġjani jiġu informati dwar dawn iċ-ċifri u l-benefiċċji li jġibu magħhom;

66.  Jinsab imħasseb li l-linja baġitarja għaċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew żdiedet b'24 % fuq dik tas-sena ta' qabel, meta mqabbla maż-żieda fl-għadd ta' viżitaturi li kienet biss ta' 1 %;

67.  Jirrakkomanda li l-Istat Membru fejn jiġu stabbiliti l-faċilitajiet tal-Parlamentarium jiffinanzja parzjalment l-istabbiliment u l-ispejjeż operattivi tagħhom;

Il-Premju LUX

68.  Jinnota li n-nefqa għall-Premju Ċinematografiku LUX, stess fl-2014 kienet tammonta għal EUR 391 506, somma li tirrappreżenta tnaqqis sinifikanti meta mqabbla mas-snin preċedenti (2013: EUR 448 000; 2012: EUR 434 421) u li tkopri l-għażla uffiċjali, il-kompetizzjoni inklużi s-sottotitolar fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u l-istampar għall-wiri tal-films fit-28 Stat Membru, kif ukoll iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju; ifakkar li l-għan tar-reklamar u l-promozzjoni tal-Premju Ċinematografiku LUX, flimkien mal-premju Sakharov u mad-drittijiet tan-nisa, huwa li juru l-impenn tal-Parlament favur valuri kunsenswali, bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà, kif ukoll l-impenn tiegħu favur id-diversità kulturali u lingwistika; jiddispjaċih dwar il-fatt li r-riżultat ta' stħarriġ tal-għarfien dwar il-premju LUX u l-impatt tiegħu, li ntalbu fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2013, għadhom mhumiex disponibbli; jappella biex ir-riżultati ta' dan l-istudju jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku sa nofs Mejju 2016 u biex issir preżentazzjoni uffiċjali tar-riżultati lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tiegħu;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

69.  Jieħu nota li, fl-2014, ġew irreklutati 309 uffiċjali u aġenti temporanji oħra fi ħdan is-Segretarjat u 8 aġenti temporanji fil-gruppi politiċi; jieħu nota li, sal-31 ta' Diċembru 2014, b'kollox, 6 040 uffiċjal u aġent temporanju kienu impjegati fil-Parlament (5 295 fis-Segretarjat u 745 fil-gruppi politiċi); jisħaq fuq il-fatt li, għall-2013, dawn iċ-ċifri kienu rispettivament: 6 105 (totali), 5 308 (Segretarjat) u 797 (gruppi politiċi);

70.  Jitlob li r-rekwiżiti ta' kwalifiki għall-persunal ikunu aktar ċari, b'mod partikolari fir-rigward ta' funzjonijiet sensittivi bħal, pereżempju, fis-segretarjati tal-kumitati jew id-dipartiment għal studji tal-impatt ex ante; jitlob li jiġu eżaminati mill-ġdid ir-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tan-newtralità ideoloġika u politika tal-persunal; jitlob li l-Parlament jiġi ppreżentat bil-kriterji għall-għażla tal-persunal;

71.  Jindika li, fl-2014, il-Parlament irrekluta 114-il ex membru tal-persunal interim għas-sessjonijiet plenarji ta' Strasburgu bħala aġenti kuntrattwali; jissottolinja li, minnha nnifisha, is-sentenza ta' qorti Franċiża rigward dawn l-"intérimaires" ma tistax tiġġustifika d-deċiżjoni li dawn jiġu rreklutati skont ir-regolamenti tal-persunal;

72.  Jisħaq fuq il-fatt li, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-2014 tar-regolamenti tal-persunal u l-QFP attwali, sal-1 ta' Jannar 2014 kienu tħassru 67 post (66 permanenti u 1 temporanju) mill-pjan ta' stabbiliment sabiex jinkiseb it-tnaqqis ta' 5 % fl-għadd ta' postijiet matul il-perjodu mill-2013 sal-2017, bl-esklużjoni tal-gruppi politiċi;

73.  Jindika li ż-żieda fis-sigħat tax-xogħol minn 37,5 għal 40 siegħa fil-ġimgħa skont ir-reviżjoni tar-regolamenti tal-persunal hi ekwivalenti għal aktar minn 350 post żejjed u li virtwalment tikkumpensa għat-tnaqqis fl-għadd tal-persunal ta' 5 % fuq diversi snin li ntlaħaq qbil dwaru bħala parti mir-riforma tar-regolamenti tal-persunal; jappella lill-Parlament biex jippreżenta rapport trasparenti b'indikazzjonijiet annwali tat-tnaqqis ippjanat fil-postijiet u biex, meta jagħmel dan, iqis iż-żieda fil-ħin tax-xogħol;

74.  Jinnota li l-proporzjon ta' uffiċjali nisa għadu għoli ħafna u żdied għal 59,2 % fi tmiem l-2014, meta imqabbel ma' dak ta' 58,8 % fi tmiem l-2013; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' parità fl-amministrazzjoni, fejn 30 % biss mill-kapijiet ta' unità, 34 % biss mid-diretturi u 18,2 % biss mid-diretturi ġenerali huma nisa; jappella biex jiġi introdott programm għall-opportunitajiet indaqs, b'mod partikolari fir-rigward tal-postijiet maniġerjali, bil-għan li dan l-iżbilanċ jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli; ifakkar li 1 mit-8 diretturi u 9 mill-31 kap ta' unità li ġew irreklutati fl-2014 kienu nisa; hu tal-opinjoni li l-proċedura ta' reklutaġġ għandha tkun ibbilanċjata; itenni l-appell tiegħu għall-ħtieġa li n-nisa jiġu rrappreżentati b'mod aktar ibbilanċjat fil-postijiet maniġerjali superjuri;

75.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Parlament għadu ma ppubblikax informazzjoni fuq bażi annwali dwar l-uffiċjali superjuri li telqu mill-amministrazzjoni tal-Parlament, kif ukoll lista tal-każijiet potenzjali ta' kunflitti ta' interess li ġew indirizzati, kif rikjest mill-Artikolu 16(4) tar-regolamenti tal-persunal;

76.  Jieħu nota tal-fatt li fi tmiem l-2014 kien hemm 1 686 (2013: 1763) APAs jaħdmu mal-Parlament u 4 453 assistent lokali kellhom kuntratt ta' impjieg ma' Membru;

77.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-għadd ta' assistenti lokali impjegati jvarja ħafna bejn Membru u ieħor, varjazzjoni ta' bejn 0 u 46 fl-2014 b'kuntrast mal-varjazzjoni bejn 0 u 43 li kien hemm fl-2013; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 91 Membru impjegaw aktar minn 10 assistenti fl-2014 b'kuntrast ma' 84 fl-2013;

78.  Jilqa' l-fatt li, fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Bureau adotta ġabra ġdida ta' regoli għall-ġestjoni tal-allowances għal assistenza parlamentari, b'mod li saħħaħ ir-rekwiżiti għar-rimborż tal-kuntratti tal-assistenti lokali, speċifikament billi tiġi allokata mill-anqas 25 % tal-allowance għal assistenza parlamentari biex tkopri n-nefqa fuq l-assistenti akkreditati;

79.  Jinnota li, fi tmiem l-2014, l-assistenti parlamentari akkreditati kienu jikkostitwixxu 26,7 % mill-persunal tal-Parlament; ifakkar li l-kuntratti ta' madwar 1 700 assistent parlamentari akkreditat impjegati matul is-seba' leġiżlatura waslu fi tmiemhom f'Lulju 2014 u li, qabel tmiem l-2014, tfasslet operazzjoni importanti li twettqet mid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal għar-reklutaġġ ta' 1 686 assistent parlamentari akkreditat biex jaħdmu mal-Membri matul it-tmien leġiżlatura;

80.  Jenfasizza li l-allowances għas-sussistenza li jirċievu l-assistenti parlamentari akkreditati li jivvjaġġaw lejn Strasburgu huma mill-inqas 21 % aktar baxxi minn dawk li jirċievi persunal ieħor; jiddeplora l-fatt li l-Bureau ma weġibx għat-talba li għamel il-Parlament fil-paragrafu 74 tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015; jappella għal darba oħra lill-Bureau biex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkorreġi din l-inugwaljanza u biex l-allowances tal-assistenti parlamentari akkreditati iġibhom konformi ma' dawk ta' persunal ieħor;

81.  Jiddeplora l-fatt li l-Bureau ma rnexxielu jieħu l-ebda azzjoni bi tweġiba għall-paragrafu 71 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta' April 2015; jappella lill-Bureau biex, b'urġenza, jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-kompożizzjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol li hu responsabbli għall-assistenti parlamentari akkreditati tkun ibbilanċjata u li l-kumitat ikun jinkludi mill-inqas żewġ rappreżentanti tal-assistenti parlamentari akkreditati;

82.  Jinnota b'sodisfazzjon il-miżuri li ttieħdu biex tiġi organizzata l-ġestjoni tal-kuntratti tal-assistenti parlamentari akkreditati fil-prospettiva tal-bidu tat-tmien leġiżlatura, u b'mod partikolari l-funzjonament bla xkiel tal-applikazzjoni APA People; jikkunsidra li, madankollu, missu ġie assenjat aktar persunal amministrattiv għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati f'ċerti oqsma biex jiġu żgurati aktar ħeffa u effiċjenza; jindika li r-riżorsi umani u dawk tekniċi ma kinux biżżejjed biex jiġu evitati dewmien fl-iffirmar tal-kuntratti għal xi assistenti, interruzzjoni ta' kuntratti, kif ukoll dewmien fil-kalkolu tal-ispejjeż u ta' allowances oħra u għaldaqstant fil-ħlas tas-salarji; jirrikonoxxi madankollu li l-proċess tjieb b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' dak tal-2009, filwaqt li jinnota wkoll li jeħtieġ li l-Parlament jirsisti fl-isforzi tiegħu biex iżid il-ħeffa u l-effiċjenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu;

83.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau biex jeżaminaw u jsolvu l-problemi fir-rigward tal-APAs, bħal pereżempju dewmien fl-iffirmar tal-kuntratti fil-bidu tal-leġiżlatura preżenti, interruzzjoni ta' kuntratti, l-implikazzjonijiet ta' elezzjonijiet bikrin għall-Parlament Ewropew fuq il-perjodi minimi ta' ħlas tal-kontribuzzjonijiet, eċċ., u jappella biex ir-rappreżentanti tal-APAs jiġu involuti fit-tfittxija għal soluzzjonijiet;

84.  Jinnota l-progress li sar fl-adattament tal-korsijiet ta' taħriġ għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-assistenti parlamentari akkreditati; jikkunsidra madankollu, li hu essenzjali li jsir progress ulterjuri f'din id-direzzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' taħriġ speċifiku, orarji mfassla speċifikament u l-korsijiet tal-lingwi intensivi, li jiġu organizzati biss fi żminijiet meta l-biċċa l-kbira tal-assistenti parlamentari akkreditati jkollhom jieħdu l-leave annwali tagħhom; jappella biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-assistenti parlamentari akkreditati fir-rigward taż-żmien meta jiġu ppjanati l-attivitajiet organizzati biex iżidu l-benesseri fuq il-post tax-xogħol (mindfulness), il-konferenzi ta' nofsinhar, eċċ;

85.  Jieħu nota tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar l-Istatut għall-Assistenti li sar mill-Parlament u li ġie ppreżentat f'Lulju 2015; jiddeplora l-fatt li r-rapport hu pratikament limitat għal evalwazzjoni tar-riżultati tal-applikazzjoni APA-People u għal indikazzjoni ta' wħud mill-problemi li ltaqgħet magħhom l-amministrazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Istatut u r-regoli interni dwar l-implimentazzjoni ; juri li mhuwiex sodisfatt u li hu kompletament ma jaqbilx ma' xi ġudizzji valorattivi inklużi fit-tieni parti tar-rapport; iqis għaldaqstant li l-evalwazzjoni mwettqa ma tissodisfax l-objettivi tagħha ħlief fil-każ tal-applikazzjoni APA-People; jitlob għalhekk lill-Parlament iwettaq evalwazzjoni globali u komprensiva tal-Istatut u tar-regoli dwar l-implimentazzjoni qabel tintemm din is-sena; din l-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll dawk l-aspetti kollha ta' natura ġuridika li joħolqu diffikultajiet, b'mod li jkunu jistgħu jitqiegħdu l-pedamenti għal titjib, adattament u riforma tar-regoli partikolari fil-futur qarib; jitlob ukoll li f'dan il-proċess jiġu inklużi r-rappreżentanti uffiċjali tal-assistenti parlamentari akkreditati, fuq kollox minħabba r-rwol tant pożittiv li żvolġew fl-ewwel reviżjoni;

86.  Jitlob biex, f'ġieħ it-trasparenza, ir-rapport annwali tal-Parlament ikopri l-attivitajiet organizzati u ffinanzjati mill-Kumitat tal-Persunal mill-baġit tal-istituzzjoni, fejn jiġu speċifikati t-tipi ta' attività, l-ispejjeż li saru u l-konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

87.  Jitlob li jingħata s-sejbiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni APA People għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati li ġiet introdotta fil-bidu tal-leġiżlatura attwali;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika

88.  Jenfasizza li l-istrateġija immobiljari l-ġdida fuq żmien medju se tinvolvi sforzi biex jinstab bini ġdid li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Parlament fi ħdan perimetru stabbilit qrib il-binjiet ewlenin; jisħaq fuq il-fatt li l-ippjanar pluriennali għal xogħlijiet ta' rinnovament għandu jiġi bbażat fuq previżjonijiet realistiċi u dettaljati kemm fir-rigward tal-parametri finanzjarji tagħhom u kemm fir-rigward tal-kalendarji għalihom; ifakkar li l-Parlament huwa s-sid ta' 81 % mis-superfiċji kollha li jokkupa u li hemm bżonn li l-ħtiġijiet baġitarji jiġu protetti fil-konfront tal-ispejjeż għar-rinnovament ta' binjiet li qed jiqdiemu f'waħda mill-isfidi ewlenin li se jiffaċċja l-Parlament fis-snin li ġejjin;

89.  Jindika li, fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu, il-Parlament jokkupa bini b'superfiċje totali ta' 1,1 miljun m2; jikkunsidra li hu tal-ogħla importanza li jiġu stabbiliti miżuri li jiżguraw li l-binjiet tal-Parlament jibqgħu sostenibbli fid-dawl tal-ispejjeż ta' manutenzjoni li qegħdin dejjem jogħlew;

90.  Jinsisti fuq prudenza assoluta qabel ma jimpenja ruħu għal akkwisti jew kirjiet ġodda u fuq il-ħtieġa li jkun hemm monitoraġġ u aġġustament regolari tal-pjan strateġiku dwar l-akkomodazzjoni; jikkunsidra li l-kunċetti fil-qafas ta' eżekuzzjoni strateġika għandhom jipprovdu wkoll l-opportunità għall-Parlament li jnaqqas il-ħtieġa għal binjiet ġodda, peress li jġiegħel lill-organizzazzjoni tiffoka aktar fuq ir-riżultati u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal; jindika li teknoloġiji u prattiki faċilment disponibbli, bħat-telexogħol, jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal użu iktar effiċjenti tal-ħin u għal Parlament li jirrispetta aktar l-ambjent;

91.  Jinnota li, minn Ġunju 2014, madwar 1 000 membru tal-persunal mid-DĠ IPOL, id-DĠ EXPO u d-DĠ EPRS bdew jaħdmu fil-bini Square de Meeûs; ifakkar li dan iċ-ċaqliq kien l-ewwel fażi kruċjali fil-proċess biex aktar spazju jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri fil-binjiet ewlenin tal-Parlament; jixtieq li jinżamm informat dwar il-passi li jmiss jieħu l-Parlament, b'kalendarju konkret għal meta se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni l-uffiċċji addizzjonali;

92.  Jappella lill-amministrazzjoni biex torganizza faċilitajiet fil-binjiet ewlenin tal-Parlament għall-persunal li jaħdem fil-bini Square De Meeûs, inkluża sala fejn il-Membri jistgħu jikkonsultaw id-dokumenti b'restrizzjoni tal-aċċess;

93.  Jiddispjaċih li għadu ma kienx possibbli li jkun hemm ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni rigward il-ġestjoni konġunta ta' Djar l-Ewropa; iħeġġeġ liż-żewġ istituzzjonijiet isibu ftehim reċiprokament aċċettabbli li jistabbilixxi qafas għax-xiri jew il-kiri ta' proprjetà u jissemplifikaw il-proċeduri amministrattivi u finanzjarji għall-ġestjoni ta' kuljum ta' Djar l-Ewropa; jappella biex, jekk ikun hemm bżonn, tintervjeni l-ġerarkija politika;

94.  Iqis li r-rinnovament tal-bini Paul-Henri Spaak, inkluża estensjoni tal-binja u espansjoni tal-swali għas-seminars għall-viżitaturi u l-ispazji għall-uffiċċji għall-Membri tal-Parlament missu ilu li sar; jappoġġa l-ippjanar tal-amministrazzjoni, iżda jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li jsir abbażi tal-għadd attwali ta' Membri attwali u mhux fuq l-għadd f'każ ta' tkabbir possibbli - u mhux realistiku - tal-Unjoni;

95.  Jeżiġi ppjanar konkret u previżjonijiet tal-ispejjeż għax-xogħlijiet ta' rinnovament; iħeġġeġ favur aktar trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-Membri individwali fid-deċiżjonijiet li jkollhom influwenza deċiżiva fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji tal-istituzzjoni; iqis li l-informazzjoni mogħtija u l-ftehimiet minn qabel konklużi fil-livell tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Bureau huma insuffiċjenti; jitlob li d-dokumenti strateġiċi kollha dwar l-organizzazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Parlament jitqassmu lill-Membri kollha tiegħu;

96.  Jinsab imħasseb dwar il-proposta biex is-servizz tax-xufiera jiġi internalizzat u dwar l-ispejjeż addizzjonali li se jirriżultaw, li se jwasslu għal żieda ta' aktar minn 50 % fl-2017 meta mqabbla mal-2016;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi u d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

97.  Jinnota li l-kalkolu li għamel il-Parlament juri li l-ammont medju ta' sigħat fil-ġimgħa li l-interpreti interni qattgħu fil-kabini tagħhom jagħtu servizzi ta' interpretazzjoni fl-2014 kien ta' 10,7 sigħat fil-ġimgħa; jinnota madankollu li s-sigħat li jqattgħu fil-kabini jirrappreżentaw biss parti mill-ħidma tal-interpreti, li jridu wkoll iħejju l-laqgħat, jitgħallmu l-lingwi u jmantnu l-livell lingwistiku tagħhom, jibqgħu disponibbli għal li jista' jkun jiġi bżonnhom il-Parlament, kif ukoll jieħdu taħriġ dwar suġġetti speċifiċi u taħriġ speċjalizzat ieħor; jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jipprovdi indikaturi li jkejlu l-attivitajiet kollha li jwettqu l-interpreti; jiddeplora l-varjazzjoni fit-twettiq tal-kompiti ta' interpretazzjoni minn interpreti individwali ta' bejn 6 u 16-il siegħa fil-ġimgħa bħala medja annwali, li twassal biex mhux l-interpreti kollha jkollhom l-istess ammont ta' xogħol; jirrikonoxxi li, minħabba l-elezzjonijiet, l-2014 ma kinitx sena tipika fir-rigward tal-volum ta' attività parlamentari;

98.  Jinnota bi tħassib li l-metodu ta' kalkolu fir-rigward tal-istatistika ma ġiex iċċarat u jappella lill-amministrazzjoni biex tikkomunika aħjar il-proċessi tagħha lir-rappreżentanti rilevanti tal-interpreti;

99.  Jappella lill-amministrazzjoni biex teskludi l-leave u l-leave għal mard meta tikkalkula l-għadd medju ta' sigħat li l-interpreti jqattgħu fil-kabina;

100.  Itenni l-importanza tal-multilingwiżmu għal-leġittimità demokratika tal-istituzzjoni; jilqa' l-fatt li, bħala riżultat tal-politika dwar multilingwiżmu li jagħmel użu aktar effiċjenti mir-riżorsi li adottat il-Bureau fl-2011 u tar-riformi organizzattivi sussegwenti, ġew iffrankati riżorsi min-nefqa fuq il-linji baġitarji ddedikati għall-interpretazzjoni; jitlob li l-kundizzjonijiet ta' xogħol jinkludu salvagwardji maħsuba biex jipproteġu kemm il-kwalità tal-interpretazzjoni, kif ukoll is-saħħa tal-interpreti, filwaqt li jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet li jirriżultaw minn bidliet fl-andament tal-ħidma parlamentari u minn użu effiċjenti tar-riżorsi; jappella lis-Segretarju Ġenerali biex ikompli bl-isforzi tiegħu f'ħidma mill-qrib mal-interpreti;

101.  Jinsisti li, fil-forniment ta' servizz ta' interpretazzjoni, għadu possibbli li jinkisbu żidiet kbar fl-effiċjenza, b'mod speċjali billi tissaħħaħ l-effiċjenza ta' servizz li bħalissa mxekkel minn regoli li ilhom fis-seħħ mill-2005 u li m'għadhomx kompatibbli mal-andament attwali tal-laqgħat tal-istituzzjoni; jitlob li jsir eżami dwar jekk iż-żidiet fl-effiċjenza jistgħux jinkisbu wkoll fl-unitajiet ta' appoġġ amministrattiv tad-DĠ INTE;

102.  Jitlob li jsir rieżami biex jiġi evalwat jekk, anke waqt il-ġranet tax-xogħol ewlenin, hux iggarantit għadd xieraq ta' interpreti interni;

103.  Jappella lid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi biex jieħu l-miżuri maniġerjali kollha meħtieġa biex itejjeb l-għodda informatika u l-appoġġ tekniku għall-interpreti b'mod li jiġu jikkorrispondu ma' dawk tal-Kummissjoni, biex iżid il-produttività f'termini tal-kompiti ta' interpretazzjoni, biex jallinja mill-ġdid l-ammont ta' xogħol ta' interpretazzjoni li jkollhom jagħmlu l-interpreti individwali, biex jiżgura li interpreti interni jkunu preżenti u disponibbli waqt il-ġranet tax-xogħol ewlenin tal-Parlament, filwaqt li jirrispetta kompletament id-drittijiet soċjali tagħhom; jitlob finalment lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta kunċett ġdid bl-għan li jkun hemm użu effiċjenti u kosteffikaċi tal-persunal, u dan il-kunċett għandu wkoll jiġi bbażat fuq ftehim mal-interpreti;

104.  Hu tal-fehma li titjib fil-forniment tas-servizzi ta' interpretazzjoni, b'mod partikolari flimkien mal-Kummissjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni istituzzjonali, kieku jgħin biex jiżgura li dawn is-servizzi jintużaw b'mod iktar effiċjenti;

105.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni tal-laqgħat u tgħall-ġestjoni tal-konferenzi hija mxerrda madwar diversi DĠ;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi

L-aġenzija tal-ivvjaġġar

106.  Jilqa' l-fatt li l-istruzzjonijiet tad-DĠ FINS lill-aġenzija tal-ivvjaġġar biex tfittex l-aħjar prezzijiet qed jiġu implimentati b'mod effikaċi; jinkoraġġixxi ulterjorment lill-aġenzija tal-ivvjaġġar biex tikkumpara b'mod aktar intensiv u tipprova tilħaq ftehimiet mal-linji tal-ajru ewlenin għal aktar flessibbiltà u prezzijiet aktar ekonomiċi filwaqt li tiżgura l-possibilità li l-arranġamenti għal vjaġġi jistgħu jiġu mmodifikati jew jitħassru; jappella lill-aġenzija tal-ivvjaġġar biex tfittex attivament biljetti anqas għaljin meta tagħmel ir-riżervazzjonijiet u biex, b'mod ġenerali, toffri prezzijiet aktar kompetittivi waqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-linji tal-ajru kollha; jappella lid-DĠ FINS biex ifassal stħarriġ fost l-utenti dwar il-livell ta' sodisfazzjon bis-servizz tal-aġenzija tal-ivvjaġġar sabiex jidentifika l-oqsma ta' titjib ulterjuri;

107.  Jieħu nota tad-diffikultajiet biex jiġu ġestiti t-talbiet għal arranġamenti għal vjaġġi ta' istituzzjoni bid-daqs u d-dmirijiet tal-Parlament u l-partikolaritajiet (flessibbiltà, kanċellazzjonijiet tal-aħħar minuta) inerenti għan-natura ta' xogħlu;

108.  Jappella lid-DĠ FINS biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mad-DĠ SAFE u d-DĠ COMM, jivvaluta mill-ġdid il-pjanijiet ta' kontinġenza għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza biex jindirizza aħjar it-theddid ġdid għas-sigurtà, b'mod partikolari għall-missjonijiet bejn is-siti differenti tal-istituzzjoni;

Fond pensjonistiku volontarju

109.  Jinnota li l-fond pensjonistiku volontarju żied id-defiċit attwarju stmat tiegħu, li jiġi kkalkolat abbażi tal-assi tal-fond, għal EUR 270,3 miljun fi tmiem l-2014 (fl-2013: EUR 207,9 miljun); jisħaq fuq il-fatt li dan iqajjem tħassib dwar it-tberbiq prematur tal-kapital tal-fond;

110.  Jindika li l-obbligazzjonijiet futuri ipproġettati tal-fond huma mifruxin fuq bosta deċennji; jappella lill-Bureau biex jikkunsidra alternattivi biex itejjeb il-likwidità tal-fond;

111.  Jappella biex ir-riżultati tal-valutazzjoni esterna mitluba mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 jiġu pprovduti mingħajr dewmien ulterjuri; iqis li l-bord tal-fond pensjonistiku volontarju hu prinċipalment responsabbli għal-livell tad-defiċit tal-fond; jappella biex ikun hemm kunċett uniku għall-fond pensjonistiku privat, b'mod li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet ta' dan il-fond; jappella lill-Bureau biex ifassal proposta għal pjan ta' azzjoni komprensiv biex jindirizza r-responsabbiltajiet tal-Parlament immedjatament wara li jirċievi l-valutazzjoni esterna; iqis li hemm bżonn li jitnaqqsu l-benefiċċji għall-irtirar għall-membri parteċipanti tal-fond;

112.  Jappella lill-Bureau biex, malajr kemm jista' jkun, jagħmel valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-fond pensjonistiku;

L-assistenza parlamentari

113.  Jilqa' r-regoli ġodda u aktar stretti li japplikaw għall-assistenti lokali u l-fornituri ta' servizzi; jinnota li wħud mill-punti tar-regoli l-ġodda għadhom vagi u huma sors ta' interpretazzjoni żbaljata; jappella għal kjarifika ulterjuri ta' dawn il-punti, speċjalment fir-rigward tal-attivitajiet sekondarji tal-assistenti lokali u l-fornituri ta' servizzi; jisħaq fuq il-fatt li ż-żewġ gruppi għandhom ikunu taħt skrutinju strett ħafna;

114.  Jilqa' l-ħolqien tal-portal elettroniku għall-Membri; jikkunsidra li dan jikkostitwixxi għodda kosteffiċjenti u effikaċi għal rieżami tal-finanzi bi qbil mal-politika li qed isegwi l-Parlament biex jimminimizza l-użu tal-karti; jappella lid-DĠ FINS biex jippromwovi b'mod attiv l-użu tal-portal fost il-Membri kollha tal-PE;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku

115.  Jinnota li l-politika tal-Parlament dwar is-sigurtà tal-informazzjoni tirrikjedi strateġija kkoordinata u armonizzata dwar is-sigurtà korporattiva;

116.  Jappella għal sistemi għas-sigurtà tal-informazzjoni aktar b'saħħithom biex jipproteġu l-informazzjoni minn aċċess mhux awtorizzat filwaqt li jiżguraw l-iżvelar, kif ukoll jipproteġuha milli titħarbat, tiġi mmodifikata jew tinqered, b'mod li jiġu pprovduti l-integrità, il-kunfidenzjalità u d-disponibbiltà;

117.  Jappella biex tinħoloq sistema ta' twissija bikrija ta' emerġenza li tippermetti li DĠ ITEC, f'kollaborazzjoni mad-DĠ SAFE, jibgħat komunikazzjonijiet rapidi permezz ta' SMS jew email lill-Membri u lill-persunal li jagħżlu li jkunu parti minn lista ta' komunikazzjoni ta' dan it-tip li għandha tintuża f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza speċifiċi fil-qasam tas-sigurtà;

118.  Jinnota li l-awditu estern tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni twettaq minn parti terza indipendenti kif rikjest matul il-kwittanza tal-2013; jinnota wkoll li l-objettiv ta' dan l-awditu kien il-valutazzjoni tal-kapaċitajiet fil-qasam tas-sigurtà tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-Parlament u ta' kemm is-sistemi tiegħu huma potenzjalment esposti għat-theddid ċibernetiku, bil-ħsieb li jiġi żviluppat pjan ta' titjib għas-sigurtà tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni li jinkludi pjan direzzjonali ssuġġerit biex isaħħaħ il-livell tas-sigurtà globali tal-Parlament; jappella biex jiġi adottat regolament dwar iċ-ċibersigurtà li jiggarantixxi li l-Parlament ikun jista' jipproteġi s-sistemi ta' informazzjoni tiegħu b'mod effikaċi u jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-Membri kontra attakki ċibernetiċi;

119.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-valutazzjoni tal-organizzazzjoni, il-maturità u l-kapaċitajiet ta' sigurtà tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-Parlament, li saret skont l-istandards ISO 27002:2013 u l-aħjar prattiki fil-livell internazzjonali, uriet li l-livell ta' maturità tas-sigurtà organizzattiva hu relattivament dgħajjef;

120.  Jappella biex regolarment isiru simulazzjonijiet ta' kriżi għas-sistemi ta' sigurtà tal-Parlament fil-qasam tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni;

121.  Jinnota li l-Bureau adotta politika dwar is-sistemi ta' sigurtà tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Settembru 2015; jisħaq fuq l-urġenza li tiġi implimentata politika dwar is-sigurtà tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni li tkun konsiderevolment aktar robusta, bi qbil mal-pjan direzzjonali tal-Parlament għal strateġija globali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni;

Id-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni

122.  Jieħu nota tal-fatt li l-internalizzazzjoni tas-servizzi ta' sigurtà tlestiet f'Diċembru 2014 fi Brussell u fl-1 ta' Lulju 2015 fi Strasburgu, b'segwitu għall-adozzjoni ta' kunċett tas-sigurtà globali; jisħaq fuq il-fatt li, minħabba l-kuntest reċenti fil-qasam tas-sigurtà, għandhom jiddaħħlu miżuri ulterjuri fil-qasam tas-sigurtà u għandha ssir reviżjoni urġenti tal-kunċett tas-sigurtà globali kif ġie adottat mill-Bureau fl-2011;

123.  Jesprimi tħassib fir-rigward tal-approċċi differenti li ħadu l-awtoritajiet ta' Brussell u Strasburgu għas-sigurtà tal-bini parlamentari; jikkunsidra li ħidma mill-qrib mal-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi hi indispensabbli biex jitqawwa l-perimetru ta' sigurtà madwar il-bini tal-Parlament;

124.  Jappella biex isir tgħarbil effikaċi tal-membri kollha tal-persunal fil-qasam tas-sigurtà bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkollhom id-dispożizzjoni biex jikkompletaw il-kompiti tagħhom kemm f'termini ta' affidabbiltà u kemm f'termini ta' kompetenza professjonali;

125.  Jinsisti biex it-tisħiħ tas-sigurtà tal-bini tal-Parlament u d-dwarijiet immedjati tiegħu jingħata l-ogħla prijorità; jikkunsidra li hemm bżonn jiġi żgurat tagħmir u kundizzjonijiet ta' xogħol xierqa għall-persunal fil-qasam tas-sigurtà fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali f'dal-qasam;

126.  Jappella biex issir reviżjoni tal-miżuri għas-sigurtà tal-bini u biex ikun hemm aktar kontroll fl-entrati tal-parkeġġi tal-Parlament permezz ta' sistema għar-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-karozzi; jirrikjedi l-implimentazzjoni ta' punt ta' kontroll estern ċentrali biex jikkontrolla lill-fornituri esterni kollha li jidħlu fil-bini tal-Parlament;

127.  Ifakkar fl-inċidenti ta' serq li seħħew f'uffiċċji ta' Membri tal-PE; jappella lid-DĠ INLO u lid-DĠ SAFE biex jiżguraw aktar sigurtà u trasparenza fir-rigward tal-kuntratturi u l-persunal ta' manutenzjoni li jkollhom aċċess għall-uffiċċji;

128.  Jikkunsidra li hu fundamentali li jkun hemm tgħarbil robust qabel xi ħadd jiġi impjegat, proċeduri vinkolanti li jirregolaw it-tluq tal-persunal, strutturi xierqa għall-ġestjoni tas-sigurtà u taħriġ adegwat dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet;

129.  Ifakkar fl-inċident li seħħ fis-7 ta' Ottubru 2014 bl-involviment ta' dimostranti Kurdi; jappella biex issir valutazzjoni komprensiva u kunfidenzjali tas-servizzi ta' sigurtà tal-Parlament; jilqa' l-fatt li, bħala pass inizjali, ġie stabbilit grupp ta' livell għoli magħmul minn rappreżentanti tal-Parlament, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-istat Belġjan biex isaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà; jappella għal kooperazzjoni ulterjuri mas-servizzi ta' sigurtà nazzjonali u internazzjonali;

130.  Jinsisti li hemm bżonn ta' livelli ta' kooperazzjoni akbar bejn id-DĠ SAFE u d-DĠ ITEC, bil-ħsieb li jiżguraw il-livell xieraq ta' protezzjoni għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-Parlament;

131.  Jinnota li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, meta jindirizzaw l-isfidi tal-lum dwar is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, juru riżorsi segregati, regoli differenti u tipi ta' tagħmir diverġenti, li mhumiex kompatibbli; iqis li din is-sitwazzjoni mhux biss timplika dgħufija fil-ġestjoni ta’ riżorsi fi ħdan l-amministrazzjonijiet rispettivi (il-baġit annwali għal infiq relatat mas-sigurtà għall-Kummissjoni u l-Parlament jammonta għal madwar EUR 40 miljun għal kull istituzzjoni, filwaqt li l-Kunsill għandu madwar EUR 15-il miljun u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu aktar minn EUR 5 miljun għas-sigurtà fil-kwartieri ġenerali tagħhom fi Brussell biss), iżda wkoll tista' żżid il-vulnerabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

132.  Huwa mħasseb dwar l-ambjent ta’ sigurtà kurrenti, fejn theddida terroristika gravi testendi madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, b'mod partikolari wara l-attakki koordinati fi Brussell u f'Pariġi u l-attakk li kien ippjanat imma ġie mfixkel fuq il-ferrovija Thalys; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni b’mod proattiv jippromwovu kooperazzjoni msaħħa bejniethom, kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi ospitanti fejn huma bbażati, għandhom uffiċċji jew delegazzjonijiet, jew iwettqu l-kompiti tagħhom;

133.  Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali, kif ukoll lill-awtoritajiet amministrattivi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, tas-SEAE u tal-kumitati parlamentari biex jesploraw il-bażijiet possibbli ta’ Politika Komuni Interistituzzjonali ta' Sigurtà, inkluż pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta' elementi komuni bħal assi u metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskji, persunal u mezzi għall-protezzjoni tal-awtoritajiet politiċi u tal-VIP mistednin rispettivi, sillabu tat-taħriġ u riżorsi għall-persunal tas-sigurtà, tagħmir u teknoloġiji ta’ kontroll tal-aċċess, iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-komunikazzjoni, kif ukoll il-ġestjoni tar-riżorsi speċjalizzati, li għandhom ikunu f’sinerġija mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi ospitanti tas-siti ewlenin tal-Unjoni, tal-uffiċċji esterni u tad-delegazzjonijiet;

Parlament li jirrispetta l-ambjent

134.  Jilqa' s-sejbiet inkoraġġanti tal-awditjar li sar fl-2013 u l-2014 mill-Qorti tal-Awdituri, li ddikjarat li, mill-14-il istituzzjoni Ewropea li awditjat, il-Parlament kellu l-aktar strateġija ambizzjuża biex inaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju;

135.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-vidjokonferenzi u t-telexogħol jistgħu jgħinu biex jiżguraw li l-ħin jintuża b'mod aktar effiċjenti f'Parlament li jirrispetta aktar l-ambjent, u fl-istess ħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tal-vjaġġi;

136.  Jevidenzja f'dan il-kuntest il-ħtieġa li jiġi implimentat il-prinċipju ta' Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għall-kuntratti u s-sejħiet għal offerti kollha; jappella biex jiġu stabbiliti objettivi vinkolanti u ambizzjużi għall-kuntratti ekoloġiċi, b'mod speċifiku fl-oqsma tal-ikel u l-forniment tal-ikel, il-vetturi u t-trasport, it-tagħmir sanitarju u tal-ilma, il-karti, il-ġestjoni tal-iskart, it-tagħmir informatiku u għall-ipproċessar ta' immaġnijiet, it-tidwil, it-tindif u l-għamara;

L-akkwist pubbliku ekoloġiku u l-EMAS

137.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex ifassal pjan biex inaqqas l-għadd ta' bagolli disponibbli għall-vjaġġi parlamentari; jissuġġerixxi li tiġi introdotta "sistema ta' bagolli fuq talba" jew "sistema għall-kondiviżjoni tal-bagolli", biex b'hekk jiġu jiswew anqas f'termini finanzjarji u tal-impronta tal-karbonju;

138.  Jilqa' l-miżuri addizzjonali bħala kumpens għall-emissjonijiet li ma jistgħux jiġu evitati; jappella lill-Parlament biex jiżviluppa politiki ulterjuri ta' kumpens għall-emissjonijiet ta' CO2;

Il-gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

139.  Jinnota li, fl-2014, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:

Grupp

L-ewwel semestru tal-2014

L-aħħar semestru tal-2014

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati*

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2015)

PPE

11 147

7 813

11 311

101 %

7 649

8 772

7 744

6 485

74 %

9 960

S&D

7 956

4 619

8 415

106 %

4 160

7 663

4 194

6 435

84 %

5422

ECR

2 128

1 053

2 731

128 %

450

2 886

457

1 745

60 %

1598

ALDE

3 401

1 759

3 644

107 %

1 516

2 813

1 531

1 847

66 %

2498

GUE/NGL

1 374

417

1 519

111 %

272

2 153

272

1 170

54 %

1255

Verts/ALE

2 211

1 388

2 689

122 %

911

2 081

912

1 707

82 %

2 146

EFDD

1 229

1 137

1 544

126 %

822

2 002

827

1 164

58 %

1287

Membri mhux affiljati

753

441

715

95 %

92

1 238

92

566

46 %

533

Total

30 200

18 626

32 567

 

15 872

29 608

16 030

21 118

 

29 442

* l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

140.  Jinnota li, fl-2014, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej(10):

Partit

Taqsira

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ favorevoli mid-dħul (trasferiment għar-riżervi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

2.126

9.327

13.605

85%

345

Partit Soċjalista Ewropew

PSE

1.083

5.297

7.864

85%

78

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

759

2.813

3.582

85%

173

Partit tal-Ħodor Ewropej

PĦE

575

1.918

2.493

84%

50

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AKRE

373

1.943

2.376

85%

0

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

282

1.219

1.501

85%

54

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

123

565

730

85%

13

Demokratiċi tal-UE

DUE

49

274

340

85%

0

Alleanza Ħielsa Ewropea

ALE

126

526

708

85%

0

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

73

388

475

85%

4

Alleanza Ewropea għal-Libertà

AEL

93

521

614

84%

-3

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

117

363

480

85%

37

Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

MELD

124

635

941

85%

5

Total

 

5.903

25.789

35.709

85%

756

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

141.  Jinnota li, fl-2014, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3 ntużaw kif ġej(11):

Fondazzjoni

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tan-nefqa eleġibbli (massimu 85 %)

 

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

EPP

831

4.203

5.034

85%

 

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

636

3.087

3.723

85%

 

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

169

941

1.110

85%

 

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

174

914

1.088

85%

 

Nittrasformaw l-Ewropa

NE

XE

111

587

698

85%

 

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

43

265

308

85%

 

Ċentru Maurits Coppieters

ĊMC

ALE

48

216

264

85%

 

Direzzjoni Ġdida – Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

AKRE

195

915

1.110

85%

 

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

FEL

AEL

45

244

289

85%

 

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea

OKIE

DUE

21

135

156

85%

 

Fondazzjoni Politika Kristjana għall-Ewropa

FPNE

MPKE

37

187

224

85%

 

Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

FELD

MELD

62

271

333

85%

 

Identitajiet u Tradizzjonijiet Ewropej

ITE

AEMN

42

174

216

85%

 

Total

 

 

2.414

12.139

14.553

85%

 

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

 

-

157.229

158.325

159.554

85%

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 247, 28.7.2015, p. 1.
(4) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(5) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) PE 349.540/Bur/ann/fin.
(8) PE 422.541/Bur.
(9) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 3).
(10) Sors: PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.295/BUR) u PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.297/BUR) punt 12.
(11) Sors: PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.295/BUR) u PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.297/BUR) punt 12.


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 429kWORD 96k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2015/2156(DEC))
P8_TA(2016)0151A8-0101/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0201/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0101/2016),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2015/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0101/2016),

A.  billi t-trasparenza u l-iskrutinju ġenerali tal-kontijiet pubbliċi huma prinċipji demokratiċi ġenerali li japplikaw ukoll għall-Unjoni;

B.  billi l-proċedura ta' kwittanza hija parti mill-kunċett ta' demokrazija rappreżentattiva;

C.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament Ewropew għandu r-responsabbiltà esklussiva li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

D.  billi l-baġit tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni Ewropea;

E.  billi skont l-Artikolu 319(2) tat-TFUE, il-Kummissjoni jeħtiġilha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa u tal-operat tas-sistemi ta' kontroll finanzjarju;

F.  billi, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha awtonomija amministrattiva, u skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament Finanzjarju") l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;

G.  billi mingħajr l-informazzjoni meħtieġa, il-Parlament ma jistgħax ikun fil-pożizzjoni li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta' kwittanza;

H.  billi esperti legali u akkademiċi qablu dwar id-dritt tal-Parlament għall-informazzjoni fis-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament Ewropew dwar id-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza lill-Kunsill li saret fis-27 ta' Settembru 2012;

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, ikkonkludiet li l-pagamenti b'mod ġenerali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi ma kellhomx żbalji materjali;

2.  Jieħu nota tal-fatt li, fir-rapport annwali tagħha għall-2014, il-Qorti tal-Awdituri osservat li għadd żgħir ta' żbalji relatati mal-kalkolu tal-ispejjeż tal-persunal u xi dgħufijiet fil-ġestjoni ta' allowances tal-familja nstabu fir-rigward tas-suġġetti awditjati għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill;

3.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill itejbu l-ġestjoni tad-dgħufijiet identifikati u jikkoreġu l-iżbalji osservati mill-Qorti;

4.  Jinnota li fl-2014, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom baġit globali ta' EUR 534 200 000 (EUR 535 511 300 fl-2013), b'implimentazzjoni ta' 91,3 %; jinnota żieda fir-rata ta' użu fl-2014;

5.  Jieħu nota tat-tnaqqis ta' EUR 1,3 miljun (-0,2 %) fil-baġit tal-Kunsill għall-2014;

6.  Jibqa' mħasseb dwar rata għolja ta' nfiq inqas li tkopri kważi l-kategoriji kollha; itenni l-appell tiegħu għall-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jitjieb l-ippjanar baġitarju;

7.  Jinsab imħasseb dwar in-numru għoli ħafna ta' approprjazzjonijiet li ġew riportati mill-2014 għall-2015, b'mod partikolari dawk relatati mal-proprjetà, impjant u tagħmir; jemmen bis-sħiħ li x-xejra ripetuta ta' approprjazzjonijiet riportati tmur kontra l-prinċipji tal-annwalità u tal-ġestjoni finanzjarja tajba tar-Regolament Finanzjarju;

8.  Iqis li trasferimenti kbar min-naħa tal-Kunsill fi ħdan il-linji baġitarji jistgħu jiġu evitati permezz ta' programmar baġitarju aħjar;

9.  Itenni li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jkun separat bl-għan li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u titjieb ir-responsabbiltà taż-żewġ istituzzjonijiet;

10.  Jinsisti li l-Kunsill jeħtieġ li jinżamm politikament responsabbli u jkun trasparenti, bħalma huma l-istituzzjonijiet l-oħra, u jistieden lill-Kunsill jidħol fir-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni;

11.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill biex jibagħtu lill-Parlament ir-rapport annwali tal-attività tagħhom b'analiżi komprensiva tar-riżorsi umani kollha disponibbli għaż-żewġ istituzzjonijiet, imqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, iċ-ċittadinanza u t-taħriġ professjonali;

12.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-Unjoni jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabbiltà politika u l-integrità; jappella lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-Unjoni jinkludu kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapporti annwali tagħhom;

13.  Iqis li huwa ta' dispjaċir li l-Kunsill għadu ma adottax kodiċi ta' kondotta; huwa tal-fehma li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni għandhom jaqblu dwar kodiċi komuni ta' kondotta, peress li dan huwa indispensabbli għat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità ta' dawn l-istituzzjonijiet; jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li għad ma għandhomx kodiċi ta' kondotta sabiex jiżviluppaw tali dokument mill-aktar fis possibbli;

14.  Jistieden lill-Kunsill jimplimenta r-regoli interni dwar żvelar ta' informazzjoni protetta mingħajr aktar dewmien;

15.  Jappella sabiex dikjarazzjoni ċara tal-interessi finanzjarji tal-Membri tal-Kunsill tiġi ppubblikata fuq l-internet;

16.  Jinnota bi tħassib li ma hemmx regoli dwar l-integrità, dikjarazzjonijiet dwar il-kunflitti ta' interess u informazzjoni bijografika fir-rigward tal-President tal-Kunsill Ewropew u tal-membri tal-kabinett tiegħu; jinnota wkoll li ma hemmx regoli komuni dwar l-integrità fir-rigward tar-rappreżentanti nazzjonali fil-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jintroduċi miżuri li jirrimedjaw is-sitwazzjoni u jirrapporta dwar dan lill-awtorità ta' kwittanza;

17.  Jilqa' l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jiddetermina l-emolumenti ta' detenturi ta' karigi pubbliċi għolja tal-Unjoni u l-iffrankar tal-ispejjeż ippjanat skont dan ir-regolament;

18.  Jistieden lill-Kunsill jiżviluppa linji gwida dettaljati kontra l-korruzzjoni u politiki indipendenti fi ħdan l-istrutturi tiegħu;

19.  Jinnota bi tħassib li hemm nuqqas inkwetanti ta' trasparenza fir-rigward tal-proċess leġiżlattiv, tan-negozjati, tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri u tal-laqgħat fi ħdan il-Kunsill; iħeġġeġ lill-Kunsill jiddivulga d-dokumenti rilevanti u jdaħħal fis-seħħ sistema ċara ta' rapportar li tippermetti lill-pubbliku jsegwi l-proċeduri leġiżlattivi b'mod miftuħ u trasparenti;

20.  Jinsab imħasseb bin-nuqqas ta' trasparenza fit-trilogi u fil-laqgħat ta' konċiljazzjoni; jistieden lill-Kunsill jżid b'mod sistematiku t-trasparenza u l-integrità fir-rigward tan-negozjati;

21.  Jirrikonoxxi r-riżultati miksuba permezz tal-kumitat tal-ftehim interistituzzjonali għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fl-istabbiliment ta' metodoloġija armonizzata li tippermetti tqabbil dirett tal-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-istituzzjonijiet kollha; jilqa' l-fatt li l-Kunsill ipprovda data skont din il-metodoloġija;

22.  Jenfasizza li wieħed mill-objettivi finanzjarji ewlenin tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għall-2014 ma ntlaħaqx – it-tlestija tal-bini Europa sa tmiem l-2015; jiddispjaċih dwar id-dewmien u jitlob li jiġi infurmat dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-posponiment;

23.  Itenni l-appell tiegħu li l-politika tal-Kunsill dwar il-bini tinhemeż mar-rapport annwali ta' attività tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif xieraq u mhux eċċessivi;

Raġunijiet għad-differiment tad-deċiżjoni dwar l-għoti ta' kwittanza

24.  Itenni li l-Kunsill għandu jkun trasparenti u kompletament responsabbli lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-fondi fdati lilu billi jieħu sehem b'mod sħiħ u in buona fede fil-proċedura annwali ta' kwittanza, bħalma jagħmlu l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; iqis, f'dan ir-rigward, li s-superviżjoni effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tirrikjedi kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill permezz ta' ftehim ta' ħidma; jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li nqalgħu fil-proċedura ta' kwittanza sal-ġurnata tal-lum; jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-kapaċità għal djalogu bejn iż-żewġ istituzzjonijiet sabiex tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr li se tippermetti konformità mal-mandat tat-Trattati u responsabbiltà lejn iċ-ċittadini;

25.  Jinnota li l-proċedura ta' għoti ta' kwittanza separata lill-istituzzjonijiet u lill-korpi individwali tal-Unjoni hija prattika li ilha stabbilita, u li żviluppat sabiex tiggarantixxi t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lejn il-kontribwenti tat-taxxi fi ħdan l-Unjoni; jissottolinja li dan jiggarantixxi b'mod effikaċi d-dritt u d-dmir tal-Parlament li jagħmel skrutinju tal-baġit tal-Unjoni kollu kemm hu;

26.  Jinnota wkoll li fl-ittra tagħha tat-23 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni esprimiet il-fehma li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet rilevanti fit-TFUE u fil-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti;

27.  Jenfasizza li l-Kummissjoni fl-ittra tagħha ssostni wkoll li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjonijiet oħra u li l-fatt li tagħti risposta għal mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni biex timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit;

28.  Ifakkar li kull istituzzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament Finanzjarju, għandha l-awtonomija li timplimenta t-taqsima tagħha tal-baġit skont l-Artikolu 55 ta' dak ir-Regolament; jafferma li, skont il-prassi u l-interpretazzjoni tar-regoli attwali, u sabiex tinżamm it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lejn il-kontribwenti tat-taxxi tal-Unjoni, il-Parlament jagħti l-kwittanza lil kull istituzzjoni fuq bażi individwali;

29.  Jissottolinja s-setgħa tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE u l-Artikolu 55 u l-Artikoli 164 sal-167 tar-Regolament Finanzjarju; iqis li dawn id-dispożizzjonijiet huma bażi legali suffiċjenti biex jiġi eżerċitat id-dritt tal-Parlament li jieħu deċiżjoni separata ta' kwittanza fir-rigward tal-Kunsill, minbarra d-dritt tiegħu li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni; jafferma li l-għoti jew in-nuqqas ta' għoti ta' kwittanza huwa dritt u dmir li l-Parlament għandu lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

30.  Jenfasizza li mill-2009 l-Kunsill irrifjuta li jikkoopera mal-proċedura ta' kwittanza kif implimentata mill-Parlament, billi naqas milli jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa, milli jwieġeb għal mistoqsijiet bil-miktub u milli jattendi seduti ta' smigħ u dibattiti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu stess, u li għalhekk, bħala riżultat, aktar minn EUR 3 biljun f'fondi pubbliċi ntefqu mingħajr skrutinju xieraq; iqis li dan huwa sinjal negattiv mibgħut liċ-ċittadini tal-Unjoni;

31.  Itenni li mingħajr il-kooperazzjoni tal-Kunsill, il-Parlament mhuwiex f'pożizzjoni li jagħmel deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta' kwittanza;

32.  Huwa tal-fehma li dan jikkostitwixxi nuqqas serju ta' rispett tal-obbligi stabbiliti mit-Trattati, b'mod partikolari l-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-istituzzjonijiet, u li għandha tinstab soluzzjoni malajr sabiex ikun jista' jsir skrutinju tal-baġit kollu tal-Unjoni; f'dan ir-rgward, jirreferi wkoll għall-Artikolu 15 tat-TFUE, li jipprevedi li kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni għandha tiżgura li l-proċeduri tagħha jkunu trasparenti;

33.  Itenni li l-kontroll baġitarju effikaċi huwa possibbli biss li jiġi implimentat jekk ikun hemm kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li l-elementi ewlenin tiegħu għandhom jinkludu laqgħat formali bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsill u tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit, jitwieġbu mistoqsijiet magħmula mill-membri tal-kumitat abbażi ta' kwestjonarju bil-miktub u jiġu sottomessi dokumenti li jservu bħala materjal ta' sfond għall-kontrolli baġitarji, meta jiġi hekk mitlub;

34.  Ifakkar li l-Parlament jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra wara li jikkunsidra d-dokumenti pprovduti u r-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet tiegħu; jiddispjaċih li l-Parlament ripetutament jiltaqa' ma' problemi biex jirċievi risposti mill-Kunsill;

35.  Jieħu nota tal-ittra mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill b'risposta għall-istedina tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit biex jattendi skambju ta' fehmiet fil-11 ta' Jannar 2016; jenfasizza li l-ittra la tirrispondi għall-istedina u lanqas għall-kwestjonarju bil-miktub mibgħut lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fil-25 ta' Novembru 2015 b'mistoqsijiet mill-Membri tal-Parlament, iżda sempliċiment ittenni l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni finanzjarja li diġà ġiet espressa fil-passat;

36.  Jemmen li l-proċedura ta' kwittanza hija strument importanti ta' responsabbiltà demokratika lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

37.  Jitlob lill-Kunsill biex jidħol f'negozjati mal-Parlament Ewropew bl-għan li jiġi żgurat li dan tal-aħħar ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu ta' aċċess għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill; jemmen li dan jirriżulta f'obbligu tal-Kunsill li jagħti l-informazzjoni mitluba;

38.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li mhux l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jirrispettaw l-istess standards dwar it-trasparenza u jemmen li l-Kunsill għandu jagħmel titjib f'dan ir-rigward;

39.  Huwa tal-fehma li, filwaqt li sadattant, is-sitwazzjoni tista' titjieb permezz ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fi ħdan il-qafas tat-Trattati, reviżjoni tat-Trattati tista' fl-aħħar mill-aħħar tkun meħtieġa biex il-proċedura ta' kwittanza ssir aktar ċara, fis-sens li l-Parlament jingħata l-kompitu espliċitu li jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha b'mod individwali;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni temenda r-Regolament Finanzjarju biex tikkjarifika l-objettivi tal-proċedura ta' kwittanza u tiddefenixxi b'mod ċar sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' ottemperanza tar-regolamenti; jenfasizza li dan għandu jsir sabiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinżammu responsabbli bl-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni; jenfasizza li ma għandu jkun hemm ebda eċċezzjoni.

(1) ĠU L 51, 20.02.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 5.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
PDF 346kWORD 81k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (2015/2157(DEC))
P8_TA(2016)0152A8-0123/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0202/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0123/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (2015/2157(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0123/2016),

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha tal-2014, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-"Qorti tal-Ġustizzja");

2.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jinnota li fl-2014, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 355 367 500 (EUR 354 880 000 fl-2013), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 99 %; jilqa' ż-żieda fir-rata ta' użu fl-2014 meta mqabbla mas-96,3 % fl-2013;

4.  Jieħu nota li l-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa wieħed purament amministrattiv, b'aktar minn 75 % minnu jintuża għan-nefqa tal-persunal li jaħdem mal-istituzzjoni u l-bqija jintuża għall-bini, għamara, tagħmir u spejjeż oħra;

5.  Jilqa' l-produttività tal-attività ġudizzjarja tal-Qorti fl-2014, b'1691 kawża mressqa quddiem it-tliet qrati u b'1685 kawża magħluqa f'dik is-sena;

6.  Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja għalqet 719-il kawża fl-2014 (701 kawża magħluqa fl-2013), u tressqu quddiemha 622 kawża ġdida (699 fl-2013); japprova r-riżultati statistiċi pożittivi u jemmen li l-prestazzjoni tista' titjieb fil-futur;

7.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2014, il-Qorti Ġenerali rċeviet 912-il kawża ġdida, ittrattat 814-il kawża u kellha 1423 kawża pendenti, li jirrappreżenta żieda ġenerali fl-għadd ta' proċedimenti meta mqabbla mal-2012 u l-2013;

8.  Jirrimarka li l-ħolqien ta' disa' karigi ta' segretarju fuq bażi temporanja fil-Qorti Ġenerali fl-2014 saħħaħ it-tim ġudizzjarju, żgura l-effiċjenza tagħha u żied ir-rata ta' prestazzjoni;

9.  Jinnota li fl-2014, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għalaq 152 kawża, meta mqabbel mal-184 kawża fl-2013, u kellu 216 -il kawża pendenti; jinnota li fl-2014 it-Tribunal kien inqas effiċjenti fl-attività ġudizzjarja ġenerali tiegħu;

10.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tkompli ttejjeb l-użu tar-riżorsi eżistenti; huwa tal-fehma li r-riformi interni implimentati fl-2014, jiġifieri r-riforma tar-Regoli ta' Proċedura li jirregolaw il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-IT sabiex it-trattament tal-kawżi u l-komunikazzjoni jsiru aħjar, ikkontribwew għall-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi;

11.  Jilqa' l-pjan tal-Qorti tal-Awdituri li twettaq rieżami tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tagħha, wara t-talba li għamel il-Parlament fil-kuntest tal-kwittanza għall-2013;

12.  Jinnota l-informazzjoni, li ngħatat f'Jannar 2016, dwar il-lista tal-attivitajiet esterni li għamlu l-imħallfin wara li saret talba għaliha matul l-iskambju ta' fehmiet li sar fil-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit dwar l-eżerċizzju tal-kwittanza tal-2014; jiddispjaċih li mhuwiex imsemmi l-għadd ta' mħallfin li pparteċipaw fl-avvenimenti differenti; jitlob biex issir ħarsa ġenerali tal-attivitajiet esterni kollha li saru minn kull imħallef, inklużi lectures, taħdidiet, avveniment oħra u tħejjija għalihom matul is-siegħat ta' ħidma, u mhux biss ta' attivitajiet approvati uffiċjalment; jitlob li jkunu żvelati r-riżorsi kollha użati relatati mal-attivitajiet esterni tal-imħallfin, pereżempju servizzi tat-traduzzjoni, skrivani u xufiera tal-qorti;

13.  Huwa tal-fehma li l-informazzjoni kollha dwar l-attivitajiet esterni ta' kull imħallef għandha tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali; jitlob li dik l-informazzjoni tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-Qorti tal-Ġustizzja u inkluża fir-rapporti annwali tal-attività tagħha (AARs);

14.  Jitlob għal dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tal-imħallfin biex tkun imdaħħla fis-sit web tal-Qorti tal-Ġustizzja;

15.  Jistenna li r-riforma li għaddejja tal-Qorti Ġenerali ssirilha valutazzjoni tal-impatt sabiex jiġi stabbilit li din kienet xierqa u ssimplifikat is-sistema ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja;

16.  Jinnota b'sodisfazzjon it-titjib li sar fl-applikazzjoni e-Curia u ż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri li bdew jużawha fl-2014; jiddispjaċih, madankollu, li għad baqa' tliet Stati Membri li mhumiex inklużi fil-lista tal-utenti;

17.  Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tadotta aktar teknoloġiji ġodda sabiex tnaqqis akbar fin-numru ta' kopji stampati kif ukoll fin-numru ta' laqgħat li jeħtieġu traduzzjoni u interpretazzjoni jkun possibbli mingħajr ma jiġi ppreġudikati r-responsabbiltajiet tal-Qorti;

18.  Jieħu nota li l-attivitajiet tad-direttorat tat-traduzzjoni ġew meqjusa bħala sodisfaċenti; jemmen li xorta waħda jista jsir iffrankar f'dak li għandu x'jaqsam ma' atti mhux ġudizzjarji, billi jiġi applikat reġim ristrett ta' traduzzjoni;

19.  Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu sehem fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Attività Interistituzzjonali u Indikaturi ta' Prestazzjoni Ewlenin (KIAPI) li janaliżżaw fost affarijiet oħra kwistjonijiet dwar l-ispejjeż tat-traduzzjonijiet; jiddispjaċih li l-Qorti għadha mhix tipprovdi data skont il-metodoloġija armonizzata maqbula fi ħdan il-KIAPI;

20.  Itenni t-talba tiegħu biex l-aġenda tal-laqgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja tiġi annessa fl-AARs tagħha;

21.  Jinnota li għad hemm nuqqas ta' nisa f'karigi ta' responsabbiltà fil-Qorti tal-Ġustizzja u jappella sabiex dan l-iżbilanċ jiġi rettifikat malajr kemm jista' jkun;

22.  Iqis ir-risposta li ngħatat mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-mistoqsija Nru 26 (Pensjonijiet) tal-Parlament bħala insoddisfaċenti; jitlob mill-Qorti risposta ċara u dettaljata, kif taw istituzzjonijiet oħra; iqis li l-Qorti għandha tagħti risposta għall-mistoqsijiet kollha mibgħuta mill-Parlament u jistieden lill-Qorti tkun kompletament trasparenti fir-rigward tal-pensjonijiet;

23.  Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha 75 vettura uffiċjali fil-flotta tagħha bi spiża ta' EUR 1 168 251; jinnota li s-salarji tax-xufiera ammontaw għal EUR 2 434 599 fl-2014; iqis dan bħala spiża eċċessiva, li tmur kontra x-xejra ġenerali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li tillimita l-użu tal-vetturi uffiċjali; itenni l-appell tiegħu lill-Qorti biex tnaqqas l-għadd ta' karozzi uffiċjali għad-dispożizzjoni tal-Membri u tal-persunal tagħha; jenfasizza li l-ispejjeż tas-servizzi privati estensivi pprovduti mis-sewwieqa qegħdin jitħallsu mit-taxxi taċ-ċittadini tal-Unjoni; jirrakkomanda li l-Qorti teżamina dawn il-kwistjonijiet f'kuntest interistituzzjonali u jħeġġiġha biex b'mod attiv tippromovi l-mobbiltà ekoloġika;

24.  Jilqa' l-miżuri li ħadet il-Qorti tal-Ġustizzja biex tissodisfa l-prinċipju ta' akkwist pubbliku ekoloġiku u jappoġġa t-tisħiħ ta' din l-istrateġija;

25.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-politika tal-Qorti tal-Ġustizza dwar il-bini hija annessa mar-rapport ta' attività annwali;

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
PDF 351kWORD 86k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2015/2158(DEC))
P8_TA(2016)0153A8-0107/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0203/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2015/2158(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2016),

1.  Jinnota li l-eżerċizzju tal-awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") isir minn awditur estern indipendenti – PricewaterhouseCoopers SARL – bl-għan li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont li tapplika hi stess fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tagħha; jieħu nota tal-opinjoni tal-awditur li r-"rapporti finanzjarji jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti";

2.  Jenfasizza li fl-2014, il-Qorti tal-Awdituri kellha approprjazzjonijiet finali li jammontaw għal total ta' EUR 133 498 000 (EUR 142 761 000 fl-2013) u li r-rata ta' implimentazzjoni globali għall-baġit kienet ta' 98,8 %, apparagun ta' 92 % fl-2013; jilqa' t-titjib fir-rata ta' eżekuzzjonijiet b'baġit imnaqqas;

3.  Jenfasizza li l-baġit tal-Qorti huwa purament amministrattiv, b'ammont kbir li qed jintuża għall-ispiża relatata ma' persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni;

4.  Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-Qorti biex jiġi żgurat infiq aħjar u aktar intelliġenti tal-fondi tal-Unjoni; ifakkar li l-Qorti hija f'pożizzjoni preeminenti biex tipprovdi lil-leġiżlatur u l-awtorità tal-baġit b'opinjonijiet siewja dwar ir-riżultati u l-eżiti miksuba mill-politiki tal-Unjoni, bil-għan li jitjiebu l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-attivitajiet iffinanzjati mill-Unjoni;

5.  Jilqa' l-proġett ta' riforma tal-Qorti li beda fl-aħħar tal-2014 li għandu l-għan li jissimplifika l-proċess tal-awditjar, jittrasforma l-Qorti f'organizzazzjoni bbażata fuq il-kompiti u jwessa' l-ambitu tal-ħidma tagħha; jistieden lill-Qorti tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-objettivi milħuqa u dwar l-impatt identifikat b'segwitu għal dik ir-riforma;

6.  Ifakkar lill-Qorti li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu fil-punt 54 tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati mill-2012 li l-aspetti kollha ta' awditjar estern esternalizzat "jibqgħu taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-QEA, li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa amministattivi u ta' akkwist u tiffinanzjahom, kif ukoll kwalunkwe spiża oħra assoċjata mal-awditjar estern esternalizzat, mill-baġit proprju tagħha"; jiddispjaċih ħafna li l-approċċ il-ġdid ta' awditjar li jinvolvi awdituri tas-settur privat wassal għal żieda fil-piż amministrattiv għall-aġenziji deċentralizzati; jinnota bi tħassib li dan wassal biex il-piż amministrattiv żdied b'85%, għal aktar minn 13 000 siegħa apparagun tal-awditjar preċedenti ġestit mill-Qorti, u li dan jikkorrispondi għal medja ta' 3,5 ekwivalenti full time; jiddispjaċih li ż-żmien użat fuq l-akkwist u l-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar ħoloq aktar minn 1 400 siegħa ta' xogħol addizzjonali għall-aġenziji deċentralizzati, u li t-total tan-nefqa addizzjonali tal-awditjar estern tas-settur privat fl-2014 kien jammonta għal EUR 550 000; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex issegwi l-approċċ komuni u tikkuntratta u tħallas għall-awdituri esterni tal-aġenziji u biex tipprovdi gwida aħjar lill-awdituri privati sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti qed tippjana li twettaq rieżami tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tagħha, wara t-talba li għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu tad-29 ta' April 2015 għas-sena finanzjarja 2013(6);

8.  Abbażi ta' din il-kooperazzjoni tajba, jitlob lill-Qorti tipprepara rapport speċjali dwar jekk il-Kummissjoni għamlitx użu sew mis-setgħat tagħha ta' appoġġ għall-Istati Membri u ta' kontroll fuqhom meta jkunu qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni;

9.  Jappoġġa lill-Qorti fl-isforzi tagħha biex tiddedika aktar riżorsi għall-awditjar tal-prestazzjoni; jistenna li l-organizzazzjoni bbażata fuq il-kompiti tal-persunal tal-awditjar tippermetti li l-Qorti tkun tista' talloka r-riżorsi b'mod aktar flessibbli mingħajr ma ddgħajjef il-missjoni tagħha; hu tal-opinjoni li, skont l-Artikolu 287(3) tat-TFUE, għandha tiġi segwita kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Qorti u l-istituzzjonijiet ta' awditjar supremi nazzjonali, partikolarment b'rabta mat-twettiq tar-rapporti ta' awditjar tal-prestazzjoni (valur għall-flus) ta' politiki u programmi differenti tal-Unjoni u l-awditjar ta' arranġamenti ta' ġestjoni kondiviża; jistenna riżultati konkreti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kondiviżjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Qorti;

10.  Jinnota l-inizjattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriforma s-sistema tagħha tal-awli; jixtieq li jkun jaf iktar dwarha;

11.  Jieħu nota li, skont il-Qorti, is-sena 2014 tikkorrispondi għal rekord fl-output tal-istituzzjoni; jilqa' karatteristiċi ġodda bħalma hija l-analiżi panoramika;

12.  Jinnota li ż-żmien meħtieġ għall-produzzjoni tar-rapporti speċjali tnaqqas mill-2008, għalkemm għadha ma ntlaħqetx il-mira ta' 18-il xahar; jenfasizza li l-mira għandha tkun realistika, sabiex ma tikkompromettix il-kwalità tar-rapporti;

13.  Iħeġġeġ lill-Qorti teżamina r-relazzjoni bejn l-għadd u tempesitività tar-rapporti speċjali;

14.  Jisħaq li r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapporti speċjali ta' spiss ma jkunux ċari u huwa tal-opinjoni li għandhom jiżvelaw b'mod konsistenti l-aspett tal-imġiba pożittiva u negattiva tal-pajjiżi kkonċernati;

15.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-obbligu ta' tnaqqis tal-persunal b'5 % qed jiġi implimentat mingħajr impatt negattiv fuq il-politika tal-Qorti għat-tisħiħ tas-servizzi ta' awditjar tagħha; jitlob lill-Qorti tiżgura li t-tnaqqis ulterjuri mhux se jaffettwa l-kwalità tar-rapporti tagħha;

16.  Jistieden lill-Qorti biex tiżgura l-bilanċ ġeografiku tal-persunal tagħha, b'mod partikolari f'karigi maniġerjali u direttorjali, flimkien mal-mertu u l-kompetenza;

17.  Japprezza l-isforzi magħmula mill-Qorti biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal tagħha; jissottolinja u jilqa' kemm iż-żieda fl-għadd ta' awdituri nisa, li bla ebda dubju għandha riperkussjonijiet f'termini tal-preżenza tagħhom f'karigi ta' responsabilità f'dak is-settur, kif ukoll il-ħolqien ta' netwerk ta' awdituri nisa; jenfasizza l-ħtieġa li l-ħidma f'din id-direzzjoni titkompla;

18.  Japprezza l-isforzi mwettqa mill-Qorti b'rabta mat-taħriġ professjonali għall-awdituri tagħha, bil-għan li l-ġestjoni u l-aġġornament tal-għarfien isiru iktar effikaċi; jifraħ lill-Qorti għall-kollaborazzjoni tagħha mal-Università ta' Metz/Nancy fil-ħolqien ta' korsijiet speċjalizzati fl-awditjar Ewropew, u jħeġġeġ lill-Qorti tistabbilixxi kuntatti ma' universitajiet Ewropej oħra bl-istess skop;

19.  Jieħu nota li l-bilanċ tal-fondi disponibbli fil-kuntratt maħluq għall-ħlas tal-bini K3 se jintuża biex jiġi ffinanzjat l-ammeljorament tal-bini K2; huwa jixtieq li jkun jaf iktar dwar il-firxa ta' dawk ix-xogħlijiet;

20.  Itenni t-talba tiegħu biex il-politika dwar il-bini tal-Qorti tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tagħha;

21.  Jirrikonoxxi li l-Qorti qed tagħmel sforzi biex tnaqqas l-ispejjeż tat-traduzzjoni; jemmen li l-konklużjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni għat-traduzzjoni - bħal dawk li għandhom il-kumitati konsultattivi mal-Parlament - jista' jitqies bħala parti mill-istrateġija 2013-2017 tal-Qorti biex ittejjeb l-effiċjenza u tnaqqas l-ispejjeż; jistieden lill-Qorti tikkunsidra l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni bħala mod ieħor kif tiffranka l-ispejjeż;

22.  Jirrikonoxxi r-riżultati miksuba mill-kumitat interistituzzjonali għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fil-ftehim dwar metodoloġija armonizzata li tippermetti t-tqabbil dirett tal-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-istituzzjonijiet kollha; jilqa' l-fatt li l-Qorti qed tipprovdi data skont din il-metodoloġija;

23.  Jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti annwali tal-attività tagħha tinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

24.  Jinnota li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-servizz ta' awditjar intern għar-rieżami tar-regoli inklużi fil-gwida għall-missjonijiet ġiet posposta minħabba raġunijiet tekniċi;

25.  Jinnota l-ewwel passi tal-Qorti lejn ambjent mingħajr karti; jappoġġa l-inizjattiva tal-Qorti iżda jistenna li l-Kumitat Parlamentari għall-Kontroll tal-Baġit ikompli jirċievi xi kopji stampati tar-rapporti tal-Qorti; japprova l-istrateġija ambjentali implimentata s'issa mill-Qorti, inkluża l-attenzjoni tagħha fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, l-użu iktar mifrux tal-vidjokonferenzi, l-istallazzjoni ta' sistema għall-irkupru tal-ilma tax-xita u l-promozzjoni ta' mobilità sostenibbli;

26.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib fiċ-ċarezza tal-messaġġi tal-Qorti permezz tal-midja; jistenna li dan it-titjib jitkompla;

27.  Japprezza l-kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-Kumitat Parlamentari għall-Kontroll tal-Baġit u jilqa' l-feedback regolari tal-Qorti b'reazzjoni għat-talbiet tiegħu.

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 5.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 123).


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
PDF 419kWORD 94k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2015/2159(DEC))
P8_TA(2016)0154A8-0111/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0204/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0111/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2015/2159(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 1770/2013/JF kontra l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0111/2016),

1.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

2.  Jinnota bi tħassib li fir-rapport annwali 2014 tagħha, il-Qorti tal-Awdituri osservat dgħufijiet fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) f'erba' każijiet mill-15-il proċedura ta' akkwist li eżaminat;

3.  Jilqa' l-fatt li, b'reazzjoni għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Awdituri, il-KESE waqqaf servizz ta' appoġġ speċifiku għall-akkwist pubbliku biex jgħin lid-direttorati, apparti d-Direttorat għal-Loġistika, li diġà għandu dan is-servizz; jistenna li dan is-servizz ikun qed jopera bis-sħiħ fit-tieni nofs tal-2016;

4.  Jieħu nota li fl-2014 il-baġit tal-KESE kien jammonta għal EUR 128 559 380 (EUR 130 104 400 fl-2013), ammont li jikkorrispondi għal tnaqqis b'1,19 % meta mqabbel mal-baġit annwali tal-2013, b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 95,6 %; jinnota ż-żieda fir-rata ta' utilizzazzjoni fl-2014 iżda jiddispjaċih li għadha ma laħqitx is-96,8 % tal-2012;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-KESE huwa wieħed purament amministrattiv, li minnu ammont kbir jintuża għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni filwaqt li l-bqija tintuża għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji;

6.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet ta' segwitu mehmuża mar-rapport ta' attività annwali tal-KESE fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tad-29 ta' April 2015 għas-sena finanzjarja 2013(6);

7.  Jinnota li l-KESE pproduċa anqas rapporti u opinjonijiet fl-2014 u organizza anqas laqgħat ta' ħidma leġiżlattiva; jinsab, madankollu, sorpriż biż-żieda fl-għadd ta' opinjonijiet ġuridiċi maħruġa mill-unità legali f'dak il-perjodu; jitlob li jkun infurmat dwar ir-raġunijiet għal din l-espansjoni;

8.  Jinnota li fil-5 ta' Frar 2014 ġie ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-KESE u l-Parlament, b'żewġ annessi dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-impatt baġitarju, flimkien ma' ftehim parallel bejn il-Parlament u l-Kumitat tar-Reġjuni, bil-għan li tiġi żviluppata kooperazzjoni politika u amministrattiva;

9.  Jilqa' r-reazzjoni tal-KESE għat-talba tal-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu msemmija hawn fuq għas-sena finanzjarja 2013 biex jagħmel valutazzjoni individwali tal-impatt li l-ftehim ta' kooperazzjoni qed ikollu f'termini kemm ta' riżorsi umani kif ukoll ta' nefqa, sinerġiji, valur miżjud, u kwalità sostantiva;

10.  Iqis li għad hemm lok għal titjib fi ħdan il-ftehim ta' kooperazzjoni, b'mod partikolari fl-isfera politika; jemmen li l-Parlament, il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjini huma kapaċi jiżviluppaw sinerġiji ulterjuri li se jtejbu l-produttività fil-livelli kollha fl-oqsma ta' kooperazzjoni u jappella biex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati speċifiċi dwar il-funzjonament tas-servizzi komuni għat-tliet istituzzjonijiet; jitlob li l-membri tal-KESE jiġu mistħarrġa dwar is-sodisfazzjon tagħhom fir-rigward tas-servizzi pprovduti lilhom mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew; jitlob li jinżamm infurmat dwar is-segwitu għall-ftehim ta' kooperazzjoni;

11.  Jitlob li r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-ftehim ta' kooperazzjoni jkun jinkludi analiżi dettaljata għal kull istituzzjoni tal-iffrankar u taż-żieda fl-ispejjeż baġitarji li jirriżultaw minnu;

12.  Jieħu nota li l-KESE implimenta r-regoli l-ġodda dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri abbażi tal-ispejjeż reali, insegwitu tat-talbiet speċifiċi tal-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza għall-2013 tas-sena li għaddiet; jilqa' l-fatt li s-sistema saret operattiva għal kollox mal-bidu tal-mandat il-ġdid attwali tal-KESE fil-ħarifa tal-2015;

13.  Jinnota bi tħassib li t-total tar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-allowances imħallsa lill-benefiċjarji tal-KESE kien jammonta għal EUR 17 375 864; iħeġġeġ lill-istituzzjoni tiżviluppa strateġija sistematika biex tnaqqas dawk l-ispejjeż u allowances b'mod sostanzjali;

14.  Jieħu nota li fl-2014 il-KESE kellu bilanċ pożittiv ta' EUR 1 560 000 skont il-ftehim ta' kooperazzjoni; jinnota bi tħassib li 36 uffiċjal mill-KESE u 24 uffiċjal mill-Kumitat tar-Reġjuni, kollha kemm huma mis-servizzi ta' traduzzjoni u li fil-parti l-kbira tagħhom kienu viċin ħafna tal-età tal-irtirar, ġew trasferiti skont dan il-ftehim ta' kooperazzjoni, bir-riżultat li ż-żewġ istituzzjonijiet se jiksbu ffrankar sinifikanti fil-kapitoli dwar il-persunal (salarji u pensjonijiet) filwaqt li l-ispejjeż tal-Parlament se jiżdiedu b'mod konsiderevoli kemm fi żmien qasir (salarji) u kemm fit-tul (pensjonijiet);

15.  Jiddispjaċih għaż-żieda tal-ispejjeż tal-missjoni tal-persunal minn EUR 338 366 fl-2013 għal EUR 387 481 fl-2014 (14,5 %);

16.  Iħeġġeġ l-inklużjoni ta' ħarsa ġenerali lejn il-persunal b'kariga maniġerjali mqassma skont in-nazzjonalità, is-sess u l-kariga fir-rapport ta' attività annwali;

17.  Jilqa' l-kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni fit-tfassil tar-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta peress li wħud mis-servizzi u mill-membri tal-persunal huma komuni għat-tnejn li huma; iqis li l-KESE ħa wisq żmien biex japprova dawn ir-regoli; jilqa', madankollu, il-fatt li r-regoli qed jiġu infurzati retroattivament;

18.  Jinnota t-titjib ċkejken fl-2014 fl-għadd ta' wieħed miż-żewġ sessi b'karigi maniġerjali (40 %; 39 % fl-2013); jiddispjaċih, madankollu, għad-diskrepanza li għadha tippersisti u li ma tinstabx fil-kategoriji l-oħra; jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti għanijiet fuq terminu medju li bis-saħħa tagħhom ikun jista' jintlaħaq il-bilanċ meħtieġ, u jħeġġeġ it-tkomplija ta' ħidma attiva lejn dan il-għan;

19.  Jilqa' t-tnedija ta' kors speċifiku min-naħa tal-KESE dwar it-tema "Etika u Integrità" maħsub biex itejjeb l-għarfien u s-sensibbiltà dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-persunal; iqis, madankollu, li dan il-kors m'għandux ikun obbligatorju biss għall-membri tal-persunal il-ġodda iżda għall-persunal kollu;

20.  Jiddispjaċih li l-KESE għadu ma implimentax il-miżuri kollha mitluba mill-Parlament fil-paragrafu 24 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu msemmija hawn fuq għall-2013; iqis li meta ma bagħatx informazzjoni dwar żewġ sentenzi tal-Qorti kontra l-KESE lill-Bureau tal-Parlament u lill-membri u l-persunal tiegħu stess u minflok għażel li jinkludi tali informazzjoni f'pubblikazzjonijiet oħra ta' natura ġenerali, il-KESE ma ġabx ruħu kif suppost; jittama li ommissjonijiet ta' dan it-tip se jiġu solvuti permezz tal-iżvilupp tar-regoli l-ġodda dwar l-informaturi u li konsegwentement, f'dan il-każ speċifiku, jistgħu jiġi regolarizzati retroattivament;

21.  Jittama li bl-infurzar tar-regoli l-ġodda dwar l-informaturi, il-KESE se jieħu, minnufih u b'mod effiċjenti, il-miżuri meħtieġa biex jiżgura r-rikonoxximent, ir-rispett u l-kunsiderazzjoni tal-informaturi f'każijiet rikonoxxuti bħala tali mill-Qorti Ġenerali qabel l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli; jappella biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jintemmu darba għal dejjem l-attakki li qed isiru kontra dawk l-informaturi permezz ta' diversi pubblikazzjonijiet tal-KESE;

22.  Jiddeplora l-fatt li fid-deċiżjoni msemmija hawn fuq li tagħlaq l-inkjesta 1770/2013/JF kontra l-KESE, l-Ombudsman tiddikjara li l-KESE aċċetta biss parti mill-proposta magħmula biex tissewwa l-amministrazzjoni ħażina; jiddeplora l-fatt li l-KESE ma rrikonoxxiex l-amministrazzjoni ħażina u ma rrikonoxxa l-ebda żball fid-deċiżjoni tiegħu li jassenja mill-ġdid lill-persuna li ressqet l-ilment; jiddeplora l-fatt li l-KESE ma qabilx li jirrikonoxxi dawk l-iżbalji bi prinċipju, għalkemm fil-prattika aċċetta wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman li jagħti lill-persuna li ressqet l-ilment kumpens għall-inġustizzji li saru;

23.  Jieħu nota tal-informazzjoni pprovduta mill-KESE fis-segwitu għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza msemmija hawn fuq għall-2013 dwar l-użu tal-għodod tal-vidjokonferenzi; jitlob li jinżamm infurmat dwar il-progress miksub f'din il-kwistjoni; jemmen li l-użu tal-vidjokonferenzi u teknoloġiji simili se jippermetti lill-KESE tnaqqas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-laqgħat b'mod sinifikanti;

24.  Jinnota li n-numru ta' laqgħat li jużaw l-għodod tal-vidjokonferenzi rdoppja meta mqabbel mal-2013; jinnota li l-għodda tal-vidjokonferenzi ntużat fl-laqgħat fejn m'hemmx bżonn ta' interpretazzjoni; iħeġġeġ lill-KESE juża t-taħriġ fil-lingwi b'mod effikaċi sabiex jiżgura li jkollu bżonn anqas interpretazzjoni u li, b'hekk, il-ħidma tagħha tkun aktar effettiva u effiċjenti;

25.  Jinkoraġġixxi lill-KESE jsaħħaħ il-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu kif ukoll il-preżenza tiegħu fil-midja soċjali;

26.  Jinnota l-isforzi tal-KESE biex jgħolli l-profil tiegħu permezz ta' politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni effikaċi; jaqbel miegħu li jiffoka fuq l-ixprunar tal-kooperazzjoni interistituzzjonali sabiex itejjeb il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà kif ukoll fuq it-tisħiħ tal-preżenza tal-membri ta' istituzzjonijiet fil-livell nazzjonali, u jinkoraġġixxi lill-KESE jkompli jaħdem f'din id-direzzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, kwalunkwe sforz ulterjuri sabiex itejjeb il-fluss ta' informazzjoni u, b'hekk, it-trasparenza;

27.  Jinnota b'sodisfazzjon ix-xejra 'l isfel fir-rata tas-servizzi tal-interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati minn 5,1 % fl-2013 għal 4,3 % fl-2014; jistenna li t-termini nnegozjati skont il-ftehim ta' kooperazzjoni jiżguraw tnaqqis ulterjuri fl-ispejjeż ta' interpretazzjoni;

28.  Jinsab sorpriż bit-tnaqqis ta' 1 % fit-traduzzjoni esternalizzata meta mqabbel mal-2013; jistenna li din it-tendenza tinbidel wara l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni, li jipprevedi aktar esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni wara t-trasferiment tal-persunal tat-traduzzjoni lejn il-Parlament;

29.  Jirrikonoxxi r-riżultati miksuba mill-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-istabbiliment ta' metodoloġija armonizzata li tippermetti l-ipparagunar dirett tal-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-istituzzjonijiet kollha; jilqa' l-fatt li l-KESE qed jipprovdi data skont din il-metodoloġija;

30.  Jiddispjaċih li fl-2014 kellu jiġi pospost avveniment ewlieni; itenni t-talbiet tiegħu lill-KESE biex jippjana aħjar l-organizzazzjoni tal-avvenimenti interni;

31.  Jilqa' l-inklużjoni tar-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi fl-2014 fir-rapport ta' attività annwali;

32.  Jappoġġa d-deċiżjoni tal-KESE li jehmeż il-politika immobiljari tiegħu mar-rapport ta' attività annwali;

33.  Jieħu nota tal-kooperazzjoni bejn il-KESE u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju ta' kwittanza.

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 128).


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
PDF 444kWORD 103k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2015/2160(DEC))
P8_TA(2016)0155A8-0132/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0205/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0132/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2015/2160(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0132/2016),

1.  Jinnota li fir-Rapport Annwali 2014 tagħha, il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat tar-Reġjuni (il-"Kumitat");

2.  Jinnota li l-Qorti, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, ikkonkludiet li l-pagamenti b'mod ġenerali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn kwalunkwe żball materjali;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li fl-2014, il-Kumitat kellu baġit approvat ta' EUR 87 600 000 (EUR 87 373 000 fl-2013), li minnhom EUR 86 300 000 kienu approprjazzjonijiet ta' impenn, b'rata ta' użu ta' 98,5 %; jilqa' ż-żieda fir-rata ta' użu fl-2014;

4.  Jinnota li l-Objettiv 4 tad-Direttorat għall-Amministrazzjoni u l-Finanzi ­ "li jiżgura ambjent ta' kontroll intern effikaċi u jwettaq il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti Finanzjarji" ­ ma ntlaħaqx għal tnejn mit-tliet indikaturi tal-impatt: ir-rata ta' redditu għall-korrezzjoni ta' impenji jew pagamenti legali jew baġitarji taqa' taħt il-mira ta' 4 %, filwaqt li n-numru ta' eċċezzjonijiet finanzjarji żdied b' 6 % fl-2014, minflok naqas bi 3 %;

5.  Jinsab imħasseb biż-żieda fin-numru ta' rapporti ta' eċċezzjoni: 87 eċċezzjoni finanzjarja u tliet eċċezzjonijiet amministrattivi; jenfasizza li dawk it-tliet eċċezzjonijiet amministrattivi kienu relatati man-nuqqas ta' konformità ma' proċeduri interni; jinnota li l-erba' derogi li saru fl-2014 (meta mqabblin ma' waħda fl-2013) dwar regoli ta' akkwist / jew ġestjoni tal-kuntratt u li l-parti l-kbira tar-rapporti ta' deroga (58 minn 81) huma relatati ma' nuqqas jew insuffiċjenza ta' impenji legali; jitlob informazzjoni dettaljata dwar kif seħħew dawk id-derogi u dwar l-ammonti involuti; jeħtieġ rapport sħiħ dwar il-miżuri korrettivi meħudin sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili fl-aħħar ta' Ġunju 2016;

6.  Jinnota t-13-il trasferiment minn linja baġitarja għal oħra matul is-sena finanzjarja 2014; huwa tal-fehma li t-trasferimenti fir-rigward tal-baġit għall-komunikazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-istampar f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea setgħu ġew previsti fil-baġit li ġie inizjalment approvat;

Iffrankar u nefqa amministrattiva

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kumitat huwa wieħed purament amministrattiv u li ammont kbir minnu huwa użat għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji;

8.  Jinnota, madankollu, li total ta' EUR 8 277 556 fl-2014 intefaq biss fuq l-allowances għall-ivvjaġġar u l-laqgħat tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat flimkien ma' EUR 409 100 f'missjonijiet u spejjeż tal-vjaġġar tal-persunal; iqis li n-numru ta' missjonijiet huwa wieħed estremament għoli (787), hekk kif inhi n-nefqa ġġenerata mill-membri għal allowances għall-ivvjaġġar u l-laqgħat; iqis li l-missjonijiet li jitwettqu mill-Membri għandhom jiġu deskritti b'mod ċar fir-rapport ta' attività (AAR), bi spejjeż dettaljati u analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji; jenfasizza li r-referenza għall-missjonijiet tal-membri hija vaga, impreċiża u ma tipprovdix ċifri ċari; iħeġġeġ lill-Kumitat biex dejjem jinkludi data dwar il-missjonijiet tal-membri fl-AAR tiegħu;

9.  Iqis l-ammont totali ta' EUR 9 594 089 li tħallas mill-Kumitat għal spejjeż ta' kiri (lokaturi esterni) fl-2014 huwa għoli wisq; ifakkar li anke wara li titneħħa l-kontribuzzjoni ta' EUR 1 181 382 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ("il-KESE"), l-ammont nett imħallas mill-Kumitat baqa' ogħla mil-limitu tas-sehem tal-kontabbiltà ta' dawk il-pagamenti tal-kiri, filwaqt li d-differenza ġiet irreġistrata bħala spejjeż tal-bini (EUR 852 464); jenfasizza li l-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-Kumitat jirriżultaw minn tranżazzjonijiet iġġenerati minn binjiet mikrija (95,6 % fl-2014), u li, fi tmiem l-2014, il-pretensjoni tal-kera finanzjarja kienet tammonta għal EUR 65 051 695; jistieden lill-Kumitat jidentifika soluzzjonijiet b'mod konġunt mal-Parlament u l-Kummissjoni, bħall-użu konġunt estensiv ta' bini u kmamar tal-laqgħat u tal-konferenzi, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż;

10.  Jitlob li l-politika immobiljari tal-Kumitat tinhemeż mal-AAR tiegħu, speċjalment billi hu importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li ma jkunux eċċessivi;

11.  Jinnota l-iffrankar magħmul fis-servizzi ta' interpretazzjoni; jiddispjaċih li informazzjoni dettaljata dwar r-rata ta' użu u ta' kanċellazzjoni tas-servizzi ta' interpretazzjoni ma ġietx ipprovduta fl-AAR tal-Kumitat; jitlob li dik id-data tiġi inkluża fl-AAR tal-Kumitat għall-2015;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kumitat inkluda informazzjoni dwar is-servizzi ta' interpretazzjoni mhux użati fl-AAR għall-2013; iqis b'mod pożittiv li r-rata ta' servizzi ta' interpretazzjoni mhux użati naqset minn 3,23 % fl-2012 għal 2,51 % fl-2013 u jemmen li dik ir-rata tista' tiġi mtejba ulterjorment; jistieden lill-Kumitat jippjana l-laqgħat tiegħu aħjar;

13.  Jinnota ż-żieda fl-użu tal-vidjokonferenzi mill-Kumitat; jiddispjaċih, madankollu, għad-dewmien fl-introduzzjoni ta' faċilitajiet ta' vidjokonferenza portabbli u jitlob li jiġi informat dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward fl-AAR tal-Kumitat għall-2015; jieħu nota li, skont il-Kumitat, l-għodda għall-vidjokonferenzi intużat f'dawk il-laqgħat fejn m'hemm l-ebda bżonn ta' interpretazzjoni; iħeġġeġ lill-Kumitat juża t-taħriġ tal-lingwa b'mod effikaċi sabiex jiżgura li jkun hemm bżonn anqas interpretazzjoni u b'hekk il-ħidma tal-Kumitat tkun aktar effikaċi u effiċenti; jistieden lill-Kumitat jipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'aġġornament f'dan ir-rigward sa tmiem Ġunju 2016;

14.  Iħeġġeġ użu estensiv ta' vidjokonferenzi u l-għodod relatati kollha sabiex l-ispejjeż jitnaqqsu b'mod sinifikanti; ma jistax jifhem kif numru daqshekk għoli ta' missjonijiet lejn il-Greċja u l-Italja (77 u 125, rispettivament) jissarraf f'valur miżjud għaċ-ċittadini ta' dawk il-pajjiżi jew għal ċittadini oħra tal-Unjoni;

Kooperazzjoni u ftehimiet

15.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Karta għall-Governanza f'Diversi Livelli fl-Ewropa fl-2014, imnedija b'impenn li jiġu żviluppati forom ġodda ta' djalogu u sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi kollha fi ħdan l-Unjoni, sabiex jiġu ottimizzati l-politiki pubbliċi u l-infiq pubbliku u tiżdied l-implimentazzjoni tal-politika; jitlob li jiġi infurmat dwar l-istrateġija tal-proġett f'dak ir-rigward u r-riżultati tagħha;

16.  Jinnota li ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament, il-Kumitat u l-KESE ġie ffirmat fil-5 ta' Frar 2014 bil-għan li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni politika; jinnota li ntlaħaq ftehim ukoll fuq Anness dwar il-kooperazzjoni amministrattiva;

17.  Iqis li għad hemm lok ta' titjib fir-rigward tal-kollaborazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat abbażi tal-ftehim ta' kooperazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-aspetti politiċi; jistieden liż-żewġ istituzzjonijiet jeżaminaw jekk jistgħux jinstabu aktar sinerġiji li jtejbu l-produttività fl-oqsma koperti mill-ftehim ta' kooperazzjoni u jitlob li jiġi infurmat dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward; jistieden għall-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet speċifiċi u dettaljati dwar il-funzjonament tas-servizzi kondiviżi mill-Parlament, il-Kumitat u l-KESE;

18.  Jitlob li l-membri tal-Kumitat jiġu mistħarrġa dwar is-sodisfazzjon tagħhom fir-rigward tas-servizzi pprovduti lilhom mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew; jitlob li jkompli jiġi infurmat dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-ftehim ta' koperazzjoni;

19.  Jitlob li fir-rieżami ta' nofs it-terminu tiġi inkluża analiżi dettaljata għal kull istituzzjoni tal-iffrankar baġitarju u taż-żidiet fl-ispejjez baġitarji li jirriżultaw mill-ftehim ta' kooperazzjoni;

20.  Jinnota li fl-2014 il-Kumitat u l-KESE kellhom pożizzjoni baġitarja pożittiva fil-qafas tal-ftehim ta' kooperazzjoni; jinnota bi tħassib li 24 uffiċjal mill-Kumitat u 36 uffiċjal mill-KESE, kollha kemm huma mis-servizzi ta' traduzzjoni u li fil-parti l-kbira tagħhom kienu viċin ħafna tal-età tal-irtirar, ġew trasferiti skont dan il-ftehim, bir-riżultat li ż-żewġ istituzzjonijiet se jwettqu ffrankar sinifikanti fil-kapitoli tal-baġit għall-persunal (salarji u pernsjonijiet) filwaqt li l-ispejjeż tal-Parlament se jiżdiedu b'mod konsiderevoli kemm fi żmien qasir (salarji) u kemm fit-tul (pensjonijiet);

21.  Jieħu nota tal-fatt li l-ftehim bilaterali ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-KESE ġie ffirmat fl-2015; jitlob li jinżamm informat dwar dik il-kooperazzjoni bilaterali fil-kuntest tal-valutazzjoni ta' nofs it-terminu;

22.  Jinnota tal-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju ta' kwittanza;

Ġestjoni tar-riżorsi umani

23.  Jiddispjaċih li l-Objettiv 2 tad-Direttorat għat-Traduzzjoni - "it-titjib tal-metodi ta' ħidma u l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji" - ma ntlaħaqx; jinsab imħasseb dwar ir-rata baxxa ta' eżekuzzjoni għal-linja baġitarja 1420 (l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni u l-għodod tat-traduzzjoni); jinnota, b'mod partikolari, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit għal diversi linji ta' traduzzjoni kienet taħt il-medja sew meta mqabbla mas-snin preċedenti;

24.  Jirrikonoxxi r-riżultati miksuba permezz tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-istabbiliment ta' metodoloġija armonizzata li tippermetti tqabbil dirett tal-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-istituzzjonijiet kollha; jilqa' l-fatt li l-Kumitat ipprovda data skont din il-metodoloġija;

25.  Jinnota n-nuqqas rikorrenti ta' nisa f'karigi għoljin fil-Kumitat; jitlob li jiġi stabbilit pjan favur l-opportunitajiet indaqs, b'mod partikolari fir-rigward ta' karigi maniġerjali, bil-għan li dan l-iżbilanċ jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli;

26.  Jiddispjaċih li anqas minn 35 % tal-maniġers huma nisa filwaqt li aktar minn 60 % tal-persunal hu kompost min-nisa; jenfasizza, għalhekk, li 28 % biss tal-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri huma okkupati min-nisa; jistieden lill-Kumitat jirrimedja din is-sitwazzjoni ta' żbilanċ fir-rigward tan-nisa;

Ġestjoni tal-akkwist u tal-kuntratti

27.  Jenfasizza li l-kumitat tal-awditjar analizza l-prattiki ta' akkwist attwali tal-Kumitat u għamel rakkomandazzjonijiet relatati mat-titjib taċ-ċirkwiti finanzjarji, flimkien ma' 15-il miżura biex jissaħħu s-sistemi ta' kontroll; jitlob informazzjoni dettaljata dwar il-grupp tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-akkwist u l-effikaċja tagħha kif ukoll deskrizzjoni u segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar f'dan ir-rigward sa tmiem Ġunju 2016;

28.  Jiddispjaċih li l-għadd ta' derogi fir-rigward tar-regoli tal-akkwist jew il-ġestjoni tal-kuntratti żdied minn waħda fl-2013 għal 4 fl-2014; jinnota li deroga waħda partikolari ħarġet minn żball proċedurali fi proċedura konġunta bejn il-Kumitat u l-Parlament dwar il-kontinwità tas-servizzi tal-IT; jistieden lill-Kumitat jieħu l-miżuri meħtieġa biex sitwazzjoni bħal din ma tirrepetix ruħha; jitlob lill-Kumitat jindirizza mingħajr dewmien il-kwistjoni kontinwa tar-rapporti kollha ta' eċċezzjoni dovuti għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju jew mar-regoli ta' proċedura interni; jinnota, madankollu li n-numru ta' eċċezzjonijiet jirrappreżenta 0,4 % tal-operazzjonijiet konċernati;

Awditu intern

29.  Jinnota li l-kumitat tal-awditjar, li nħoloq fl-2013, iltaqa' darbtejn fl-2014; jinsab imħasseb dwar ir-riżultati tas-segwitu tal-awditu dwar il-prestazzjoni ta' proġetti tal-IT; iqis li l-prestazzjoni ta' proġetti u applikazzjonijiet tal-IT jippreżentaw dgħufija identifikata b'mod ċar, li ftit li xejn ittieħdu miżuri għaliha; jiddispjaċih ħafna li waħda biss mill-15-il rakkomandazzjoni tal-awtorità tal-awditjar ġiet magħluqa; jitlob analiżi tal-impatt ta' dawk il-proġetti tal-IT u l-valur miżjud tagħhom għaċ-ċittadini tal-Unjoni sa tmiem Ġunju 2016;

30.  Jinnota b'sodisfazzjon li 16 mit-18-il rakkomandazzjoni magħmula mill-awdituri dwar il-prestazzjoni tal-komunikazzjoni esterna bil-miktub issa ngħalqu u, li skont it-tieni rapport ta' segwitu, ir-riskji ta' nuqqas ta' effiċjenza u effikaċja minħabba r-rakkomandazzjonijiet pendenti li fadal huma kkunsidrati baxxi;

31.  Jinnota l-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali fl-2015 tal-awditu dwar l-adegwatezza tas-sistema ta' definizzjoni tad-drittijiet statutorji u jitlob tagħrif supplimentari dwar id-19-il rakkomandazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-proċeduri ta' sottodelega, it-titjib ta' proċeduri ta' analiżi tar-riskju b'rabta mar-riżultati ta' verifika, id-definizzjoni jew ir-reviżjoni ta' proċeduri u listi ta' kontroll, l-applikazzjoni tal-politika ta' taħriġ u l-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ħatriet, trasferimenti u status; iħeġġeġ lill-Kumitat iressaq, sal-aħħar ta' Ġunju 2016, pjan ta' azzjoni mfassal mis-servizz awditjat, li għandu jinkludi dati ta' skadenza dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi meħtieġa;

Regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, kunflitti ta' interess u sitwazzjonijiet ta' "revolving doors"

32.  Jilqa' l-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Kumitat li tistabbilixxi regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta(6), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016; iqis, madankollu, li ħa wisq żmien biex jistabbilixxi dawk ir-regoli; jistieden lill-Kumitat biex jippubblikhom u biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħhom fil-ARR tiegħu; jilqa', madankollu, il-kollaborazzjoni stretta bejn il-Kumitat tar-Reġjuni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fit-tfassil tar-regoli interni tagħhom dwar l-iżvelar, minħabba li jikkondividu xi servizzi u persunal; jilqa' wkoll il-fatt li dawk ir-regoli qed jiġu infurzati retroattivament;

33.  Iqis li hu inaċċettabbli li l-Kumitat ilu jittratta l-istess każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta sa mill-2003 u li, minkejja s-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-2013(7) u tal-2014(8), u r-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tad-29 ta' April 2015(9), għadu ma kkonformax ma dawk is-sentenzi, ma rrikonoxxiex l-azzjoni tar-rikorrent bħala leġittima u ma spiċċax biex jagħlaq il-każ; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isolvi din is-sitwazzjoni mingħajr aktar dewmien u pubblikament jammetti li s-sejbiet tal-informatur kienu korretti, kif indikat mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u korpi oħra tal-Unjoni; jistieden lill-Kumitat jaġġorna lill-Parlament dwar il-progress fir-rigward tal-każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta sa tmiem Ġunju 2016;

34.  Jirrikonoxxi li, skont il-Kumitat, ma seħħet l-ebda sitwazzjoni ta' kunflitti ta' interess matul is-sena finanzjarja 2014; iħeġġeġ lill-Kumitat biex jippubblika CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-Membri kollha u tal-persunal maniġerjali superjuri u biex jadotta politika interna u regoli ċari dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u sitwazzjonijiet ta' "revolving doors", f'konformità mal-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni; jistenna li l-Kumitat jipprovdi dawn is-CVs, dikjarazzjonijiet ta' interess u regoli lill-Parlament sa tmiem Ġunju 2016;

Prestazzjoni globali, ippjanar u ġestjoni strateġika

35.  Jinnota tal-isforzi u l-kisbiet tal-Kumitat fl-intensifikazzjoni tal-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu; jinkoraġġixxi lill-Kumitat biex jagħti spinta lill-kooperazzjoni interistituzzjonali bil-għan li jtejjeb il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, kif ukoll li jsaħħaħ il-preżenza ta' Membri tal-istituzzjonjiet fil-livell nazzjonali; jilqa', f'dan ir-rigward, kwalunkwe sforz ulterjuri min-naħa tal-Kumitat sabiex itejjeb il-fluss ta' informazzjoni u, b'hekk, it-trasparenza;

36.  Jenfasizza li r-riskji identifikati fl-awditi u fl-analiżijiet tar-riskji li saru, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja u kwistjonijiet operattivi jew organizzattivi, jeħtieġ li jiġu indirizzati mingħajr dewmien; jitlob preżentazzjoni dettaljata tal-miżuri ta' mitigazzjoni li qed jipproponi l-Kumitat, u kalendarju ċar għall-implimentazzjoni tagħhom, sa tmiem Ġunju 2016;

37.  Jistieden lill-Kumitat jinforma lill-Parlament dwar l-azzjonijiet meħuda biex "iħeġġeġ l-involviment" taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħal sitwazzjonijiet fejn saru skambji reċiproċi maċ-ċittadini u l-involviment tagħhom seħħ u fejn riżultati diretti - li jistgħu jitkejlu, iffokati u b'impatt viżibbli - ġew miksuba permezz ta' tali parteċipazzjoni;

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Id-Deċiżjoni Nru 508/2015 tal-Kumitat tar-Reġjuni, tas-17 ta' Diċembru 2015, li tistabbilixxi regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta.
(7) Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Mejju 2013, Robert McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (Każ F-86/11; ECLI:EU:F:2013:56).
(8)Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Novembru 2014, Robert McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (Każ F-156/12; ECLI:EU:F:2014:247).
(9) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 132).


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
PDF 374kWORD 108k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2015/2163(DEC))
P8_TA(2016)0156A8-0136/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0208/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99 u 164 sa 167 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0136/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2015/2163(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0136/2016),

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) kompla jimplimenta l-baġit tiegħu mingħajr ma jiġi affettwat minn żbalji kbar u li l-livell ġenerali ta' żbalji fil-baġit amministrattiv ġie stmat mill-Qorti tal-Awdituri li huwa 0,5 %;

2.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fis-sistemi magħżula u fir-rapport ta' attività annwali;

3.  Jistieden lis-SEAE jtejjeb is-sistemi ta' monitoraġġ tiegħu għall-aġġornament f'waqtu tas-sitwazzjoni personali tal-membri tal-persunal, li jista' jkollha impatt fuq il-kalkolu tal-allowances tal-familja; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-allowances għall-persunal diġà kienu punt ta' tħassib u kienu soġġetti għal żbalji fis-snin preċedenti; jitlob li jsiru kontrolli aktar stretti rigward din il-kwistjoni f'isem is-SEAE mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali;

4.  Jistieden lis-SEAE jkompli bl-isforzi tiegħu biex jappoġġja u jissorvelja l-implimentazzjoni ta' regoli tal-akkwist u proċeduri fid-delegazzjonijiet permezz ta' aċċess għal pariri, taħriġ u gwida mill-kwartieri ġenerali, speċjalment għall-akkwist ta' servizzi ta' sigurtà;

5.  Jirrikonoxxi l-isforzi biex jiġu strutturati aħjar il-kontrolli ex-ante u ex-post ta' operazzjonijiet fi ħdan is-SEAE; jistieden lis-SEAE, f'dan il-kuntest, inaqqas ir-rata ta' żball li nstabet fuq l-impenji u l-pagamenti taħt verifika, li bħalissa hija stmata li hi ta' 18 %;

6.  Jinnota li l-baġit finali għas-sena 2014 għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE kien ta' EUR 518,6 miljun, li jirrappreżenta żieda ta' 1,9 % meta mqabbel mas-sena finanzjarja ta' qabel, u l-baġit kien maqsum kif ġej: EUR 212,9 miljun għall-kwartieri ġenerali tas-SEAE u EUR 305,7 miljun għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li, minbarra l-baġit proprju tas-SEAE, il-Kummissjoni kkontribwixxiet EUR 271 miljun f'kumpens għall-ġestjoni tal-persunal tal-Kummissjoni fin-netwerk tad-delegazzjonijiet tal-UE;

7.  Jieħu nota tal-fatt li, fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE, 65 % tal-baġit hu maħsub għall-ħlas tas-salarji u d-drittijiet l-oħra tal-persunal statutorju u ta' dak estern (jiġifieri EUR 138,2 miljun) u 14 % (jew EUR 29,9 miljun) għall-bini u l-ispejjeż assoċjati u s-sistemi tal-kompjuter (inklużi s-sistemi u t-tagħmir tal-informazzjoni klassifikata li jammonta għal 12,7 % (jiġifieri EUR 27,1 miljun));

8.  Jinnota li, fir-rigward tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, EUR 305,7 miljun inqasmu bejn EUR 103,4 miljun (33,7 %) relatati mar-remunerazzjoni u l-intitolamenti ta' persunal statutorju, EUR 59,8 miljun (19,6 %) huma għall-persunal estern u servizzi minn barra, EUR 19-il miljun (6,2 %) għal infiq ieħor relatat mal-persunal, EUR 103,1 miljun (33,8 %) għall-bini u EUR 20,4 miljun (6,7 %) għal infiq amministrattiv ieħor;

9.  Jinnota li s-SEAE issa huwa kompletament responsabbli għall-ispejjeż amministrattivi kollha marbuta mal-funzjonament tad-delegazzjonijiet ħlief għad-delegazzjonijiet f'pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP); ifakkar li proċess baġitarju adegwat u b'mod partikolari simplifikazzjoni tal-istruttura baġitarja jibqgħu sfida ewlenija fuq medda qasira ta' żmien sabiex jiġu ssimplifikati ċ-ċirkwiti finanzjarji u tiġi megħjuna l-konsolidazzjoni tal-funzjonament tas-SEAE;

10.  Jistieden lis-SEAE jissimplifika l-arranġamenti tal-baġit attwali u jagħmilhom inqas riġidi, sabiex jippermetti użu flessibbli iżda effikaċi tal-persunal tad-delegazzjonijiet fl-interessi tal-Unjoni;

11.  Jieħu nota tal-organigramma l-ġdida u r-razzjonalizzazzjoni korrispondenti ta' struttura ta' ġestjoni li kellha ammont sproporzjonat ta' karigi tal-ogħla livell favur anqas livelli ġerarkiċi; madankollu jinnota b'dispjaċir li l-qafas finanzjarju u amministrattiv intern tas-SEAE għadu kumpless wisq u riġidu; josserva li l-istruttura attwali ma tippermettix lis-SEAE jirreaġixxi għal kriżijiet b'mod f'waqtu u li, bl-istess mod, il-perjodu ta' żmien biex jaċċessa informazzjoni kruċjali huwa twil; jistieden lis-SEAE jħejji, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-Istati Membri, riforma oħra sabiex jissimplifika l-proċessi interni tiegħu u l-istruttura tiegħu;

12.  Jibqa' mħasseb dwar l-iżbilanċi kontinwi fil-profil tal-persunal tas-SEAE rigward is-sess u n-nazzjonalità; jilqa' l-progress reċenti, iżda jinnota li l-iżbilanċi bejn is-sessi, partikolarment fi gradi ogħla u fil-maniġment, jibqgħu konsiderevoli; jiddispjaċih dwar il-perċentwal baxx ta' waħda miż-żewġ sessi f'pożizzjonijiet maniġerjali għoljin fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE (16 %) u f'karigi ta' kapijiet tad-delegazzjonijiet (23 %) u jistenna li jara titjib fil-bilanċ bejn is-sessi f'rapporti annwali futuri; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-għadd sproporzjonat ta' karigi ta' grad għoli fis-SEAE;

13.  Iħeġġeġ lis-SEAE jirrevedi l-formula tal-persunal billi jistabbilixxi l-bilanċ bejn persunal mill-Istati Membri u dak mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinsisti fuq il-fatt li din il-formula għandha tapplika għal kull livell tal-ġerarkija, partikolarment għall-kapijiet tad-delegazzjonijiet fejn id-diplomatiċi tal-Istati Membri huma rrappreżentati żżejjed wisq, b'59 minn 128 kap ta' delegazzjoni ġejjin minn Stati Membri (jiġifieri 46 %) li minnhom 20 biss minn Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004, fl-2007 u fl-2013; iqis din ir-rappreżentanza żejda bħala sinjal ħażin mibgħut lill-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni mill-2004 lil hawn; huwa tal-fehma li huwa meħtieġ bilanċ aħjar bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u saħansitra fost l-Istati Membri, sabiex tkun rappreżentata u riflessa d-diversità fi ħdan l-Unjoni;

14.  Jenfasizza li bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, xorta għandu jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni mill-2004 lil hawn, li issa jirrappreżentaw 18 % tal-persunal fil-livell ta' "amministratur" (AD) fil-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet, meta mqabbla mas-sehem tagħhom fil-popolazzjoni tal-Unjoni ta' 21 %, li għalihom għadu ma kienx hemm progress;

15.  Jinnota li fl-2014, is-SEAE naqqas l-għadd ta' persunal fil-kwartieri ġenerali tiegħu bi 17-il kariga bħala riżultat tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal ta' 5 %;

16.  Jinnota li l-objettiv statutorju li mill-inqas terz tal-persunal fil-livell ta' AD fi ħdan is-SEAE għandu jiġi minn fost id-diplomatiċi mill-Istati Membri ntlaħaq fl-2013 u nqabeż bi ftit fl-2013, bi 33,8 %;

17.  Jinnota, madankollu, l-għadd relattivament għoli ta' esperti nazzjonali sekondati mill-Istati Membri (407 fl-2014 bi 350 fil-kwartieri ġenerali u 57 fid-delegazzjonijiet) u jitlob aktar kjarifiki dwar l-intitolamenti tagħhom, l-ispejjeż finanzjarji għall-baġit tas-SEAE u l-kwistjoni potenzjali tal-kunflitti ta' interess; jemmen li għandha tiġi żviluppata aktar politika ċara relatata mal-esperti nazzjonali sekondati;

18.  Iħeġġeġ lis-SEAE jkompli bil-proċess ta' riflessjoni li qed isir fih dwar il-futur tar-rappreżentanti speċjali tal-UE u r-relazzjoni tagħhom mal-mibgħuta speċjali u s-SEAE;

19.  Jenfasizza l-importanza li jittieħdu passi biex ir-rappreżentanti speċjali tal-UE jiġu integrati aħjar u aktar mill-qrib fl-istruttura amministrattiva u l-ġestjoni superjuri tas-SEAE ħalli jiżdiedu l-interazzjoni u l-koordinazzjoni, jiġu sfruttati s-sinerġiji u tiġi żgurata l-kosteffikaċja; jilqa' l-isforzi li saru biex tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġu integrati b'mod aħjar ir-rappreżentanti speċjali tal-UE u l-informazzjoni li s-SEAE qed jinnegozja mal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni; jitlob li jinżamm infurmat dwar aktar żviluppi dwar dik il-kwistjoni;

20.  Jenfasizza li t-trasparenza u r-responsabbiltà huma rekwiżiti essenzjali mhux biss għal skrutinju demokratiku iżda anke għall-funzjonament xieraq, u l-kredibbiltà tal-missjonijiet imwettqa taħt il-bandiera tal-Unjoni; itenni l-importanza mogħtija mill-Parlament li jkun hemm sorveljanza fuq il-missjonijiet u l-operazzjonijiet differenti tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK);

21.  Jinnota l-ħolqien ta' ċentri ta' servizzi kondiviżi bħala mezz biex jitjieb kemm l-appoġġ ċentralizzat amministrattiv u dak fil-qasam tal-loġistika u tal-akkwist għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK u għar-rappreżentanti speċjali tal-UE kif ukoll ir-rapidità tar-realizzazzjoni ta' dawk il-missjonijiet u l-kosteffiċjenza tagħhom; jirrimarka wkoll li bħalissa qed tiġi stabbilita pjattaforma ta' sostenn għall-missjonijiet u li madankollu ma toħloqx duplikazzjoni tal-funzjonijiet;

22.  Jilqa' l-fatt li proġetti ta' kolokazzjoni ta' delegazzjonijiet tal-Unjoni mal-Istati Membri komplew jiġu żviluppati fl-2014 bl-iffirmar ta' 17-il memoranda ta' fehim għal kolokazzjoni, li jġib l-għadd totali ta' arranġamenti ta' kolokazzjoni għal 50; jitlob lis-SEAE jkompli b'din ix-xejra u jirrapporta regolarment lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar din il-kwistjoni;

23.  Jenfasizza li l-kapijiet tad-delegazzjoni tal-Unjoni qed ikomplu jiġu mgħobbija żżejjed b'kompiti amministrattivi minħabba l-inflessibbiltà tar-regolament finanzjarju; jistqarr li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet għandhom jingħataw l-għodod adegwati biex jiġġestixxu u jissorveljaw b'mod effikaċi lid-delegazzjonijiet mingħajr ma jiġġeneraw piż amministrattiv eċċessiv; jilqa' f'dan il-kuntest, id-diskussjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kompiti li jistgħu jsiru b'mod remot u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ċentri reġjonali ta' appoġġ amministrattiv li se jtaffu xi wħud minn dawk il-piżijiet u jistgħu jagħmlu parti minn soluzzjoni futura usa'; itenni t-talba tiegħu lis-SEAE u lill-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw is-soluzzjonijiet kollha għal din il-kwistjoni minħabba l-ekonomiji ta' skala;

24.  Iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ il-koordinazzjoni u s-superviżjoni tal-Kooperazzjoni Konsulari Lokali fost l-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri tal-Unjoni u jkompli jikkunsidra l-possibbiltà li jipprovdi servizzi konsulari permezz tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lis-SEAE sabiex iħejji analiżi dettaljata dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji u l-iffrankar tal-ispejjeż li jkunu saru;

25.  Iħeġġeġ lis-SEAE jistabbilixxi kooperazzjoni, koordinazzjoni u sinerġiji aktar mill-qrib ta' attivitajiet bejn id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-ambaxxati tal-Istati Membri barra mill-pajjiż;

26.  Jinsab imħasseb dwar l-effiċjenza u l-isforzi tal-ħidma tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni barra mill-pajjiż; iħeġġeġ lis-SEAE biex regolarment isegwi l-programm ta' evalwazzjoni tiegħu għad-delegazzjonijiet u sabiex fir-rapport ta' attività annwali tiegħu jipprovdi sinteżi tad-dgħufijiet u d-diffikultajiet prinċipali li wieħed jiltaqa' magħhom waqt il-funzjonament tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni abbażi tal-pjan ta' azzjoni stabbilit għal kull delegazzjoni bħala riżultat tal-missjoni ta' valutazzjoni;

27.  Huwa tal-fehma li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu mfakkra b'mod regolari dwar dmirijiethom matul il-proċess ta' reklutaġġ u ta' qabel il-ħatra dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom ta' ġestjoni u sorveljanza fl-assigurazzjoni ġestjonali relatata mal-portafoll ta' operazzjonijiet tad-delegazzjoni tagħhom (il-proċessi ġestjonali fundamentali, il-ġestjoni tal-kontrolli, fehim u valutazzjoni adegwati tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni) u li m'għandhomx jipprevalu jew jikkonċentraw biss fuq il-komponent politiku ta' dmirijiethom;

28.  Jinnota li tmien delegazzjonijiet ħarġu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni b'riżerva minħabba kwistjonijiet ta' akkwist, nuqqas ta' riżorsi umani u/jew restrizzjonijiet ta' sigurtà lokali estremi;

29.  Jemmen li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jingħataw gwida ċara fir-rigward tal-linji gwida ġenerali operattivi dwar id-definizzjoni tar-riżervi u l-komponenti tagħhom, l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati biex tinħareġ riżerva, bħal-livell tar-riskji finanzjarji u r-riskji għar-reputazzjoni involuti, id-dgħufijiet operattivi, il-limitazzjonijiet interni u esterni identifikati u l-impatt relatat fuq il-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' pagament; ifakkar li l-ħruġ potenzjali ta' riżerva għandha tidentifika b'mod ċar il-proċess li qed jiltaqa' ma' dgħufijiet rikorrenti jew temporanji filwaqt li jiġi korrelatat mal-funzjonament, l-adegwatezza u l-prestazzjoni tas-sett ta' standards ta' kontroll intern;

30.  Jilqa' l-implimentazzjoni effikaċi tal-istandards ta' kontroll intern bħala l-konklużjoni tal-istħarriġ intern imwettaq fl-2014 fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tas-SEAE, bl-eċċezzjoni tal-kwistjoni tal-kontinwità tan-negozju li għad teħtieġ titjib rapidu fil-proċeduri tal-ġestjoni; iqis utli li jittieħed approċċ dinamiku u olistiku għat-trattament tal-informazzjoni tal-ġestjoni, tal-indikaturi ta' prestazzjoni u tal-istandards ta' kontroll intern peress li kull tip ta' informazzjoni, ibbażata fuq prattika tajba internazzjonali biex jinkisbu għanijiet ta' politika u operattivi definiti b'mod ċar, tikkontribwixxi għall-kwalità globali u l-eżawrjenza tal-proċessi tal-ġestjoni u l-effiċenzja u l-effikaċja fil-ġestjoni tal-politiki tal-Unjoni;

31.  Jistieden lis-SEAE u lill-EuropeAid isaħħu s-superviżjoni tal-kapijiet tad-delegazzjoni fil-kapaċità tagħhom bħala uffiċjali awtorizzanti mis-sottodelegazzjoni għall-Kummissjoni bl-għan li tiżdied ir-responsabbiltà tagħhom fi ħdan l-assigurazzjoni tal-katina globali billi jipprovdu rappurtar kwalitattiv u eżawrjenti (bl-hekk imsejjaħ Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna) fil-kuntest tar-rapporti ta' attività annwali tas-SEAE u tal-EuropeAid rispettivi;

32.  Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-EuropeAid jiżguraw li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jindirizzaw b'mod attiv in-nuqqasijiet identifikati fil-programmi u l-proġetti ta' assistenza esterna diġà matul il-fażi ta' implimentazzjoni, sabiex programmi u proġetti li għaddejjin jilħqu l-għanijiet tagħhom u jevitaw id-dewmien;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi u tnaqqas l-impenji pendenti (jitnaqqsu l-impenji pendenti (reste à liquider - RAL), ir-RAC (reste à contracter) u r-RAP (reste à payer) u jitnaqqas il-perjodu medju tal-implimentazzjoni tal-proġetti;

34.  Jilqa' l-fatt li l-linji gwida mtejba u aktar komprensivi li jsaħħu s-superviżjoni tal-kapijiet tad-delegazzjoni, li jkopru r-rekwiżiti kemm tar-responsabbiltà kif ukoll tar-rappurtaġġ, inħarġu fil-qafas tal-eżerċizzju tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) li jkopri s-sena 2015;

35.  Jirrikonoxxi li l-valutazzjonijiet li ġejjin mill-RĠAE jipprovdu biss idea tas-sitwazzjoni ta' kull proġett fl-aħħar tas-sena u li l-impatt reali tad-diffikultajiet identifikati jista' jiġi vvalutat biss sa tmiem il-proġett;

36.  Jilqa' l-iffirmar ta' ftehim amministrattiv bejn l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u s-SEAE skont ir-regolament il-ġdid tal-OLAF li daħal fis-seħħ;

37.  Jiddeplora l-fatt li r-regoli u l-linji gwida operattivi applikabbli għall-istatus ta' informatur għadhom ma ġewx finalizzati taħt il-politika estera u ta' sigurtà komuni; iħeġġeġ lis-SEAE jiffinalizza u jadotta dawk ir-regoli sa tmiem l-2016;

38.  Iqis li s-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw funzjonijiet ta' appoġġ sabiex jgħinu fir-realizzazzjoni rapida, effiċjenti u konsistenti tal-missjonijiet tal-PSDK, li jipprovdu taħriġ għall-persunal kollu qabel titneda l-missjoni dwar proċeduri u politiki tal-Unjoni, linji gwida komprensivi dwar kompiti operattivi, filwaqt li jagħmlu użu massimu mit-tagħlimiet misluta minn missjonijiet preċedenti tal-PSDK ħalli jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-għarfien u l-effetti ta' sinerġija fost missjonijiet differenti;

39.  Jistieden lis-SEAE jagħti rendikont dwar l-istrument finanzjarju prinċipali tiegħu fl-Afganistan, il-Fond Fiduċjarju għall-Ordni Pubbliku fl-Afganistan immexxi mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (u fondi fiduċjarji multidonatur f'pajjiżi terzi oħra), li qed jiġi kkritikat minħabba ġestjoni ħażina u nuqqas ta' trasparenza; itenni, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-kanali xierqa kollha ta' finanzjament għall-missjonijiet PSDK fil-ġejjieni, inklużi l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni, jintużaw b'mod effiċjenti sabiex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi politiċi tal-missjoni u ġestjoni finanzjarja tajba;

40.  Jenfasizza li xi missjonijiet tal-PSDK jinvolvu spejjeż estensivi relatati mas-sigurtà; jenfasizza, fl-istess ħin, li ambjent tax-xogħol sikur huwa essenzjali sabiex jiġu implimentati proġetti b'mod effikaċi u jiġi reklutat persunal kwalifikat; jistieden lis-SEAE jqis l-ispejjeż relatati mas-sigurtà fil-baġit għall-missjonijiet sabiex jipprovdi mezzi finanzjarji suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-mandat reali tal-missjoni;

41.  Jistieden lis-SEAE u l-Kummissjoni jagħtu attenzjoni partikolari lill-proċeduri ta' akkwist u tar-riżorsi umani biex jiżguraw li huma jwieġbu għall-bżonnijiet operattivi tal-PSDK; jirrimarka li l-implimentazzjoni ta' proġetti sofriet minn proċeduri ta' akkwist onerużi li wasslu għal prestazzjoni baxxa;

42.  Iħeġġeġ lis-SEAE jtejjeb is-sostenibbiltà tal-eżiti tal-missjonijiet tal-PSDK, sabiex jiżgura li l-aspetti ta' sostenibbiltà jiġu kkunsidrati fl-ippjanar operattiv tal-attivitajiet kollha tal-missjoni tagħha billi jivvaluta sistematikament il-ħtiġijiet u l-kapaċità lokali għas-sostenn tal-eżiti;

43.  Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkoordinaw il-missjonijiet PSDK b'aktar reqqa minn qabel ma' sforzi tal-Unjoni, missjonijiet bilaterali u sforzi internazzjonali oħra b'objettivi simili; jappella, f'dan ir-rigward, għal aktar kooperazzjoni u koordinament bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha permezz tal-promozzjoni ta' sinerġiji;

44.  Itenni l-ħtieġa li titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-politika estera u ta' sigurtà tagħhom sabiex jiġu ffrankati l-ispejjeż; jenfasizza li dan huwa ta' importanza kruċjali għall-Istati Membri biex ikunu jistgħu jirreaġixxu b'mod deċiż għall-isfidi ta' sigurtà komuni fi żmien meta dawn l-isfidi qed jiżdiedu b'mod sinifikanti;

45.  Josserva b'dispjaċir li s-SEAE għadu nieqes minn strateġija globali u viżjoni għall-istituzzjoni li tagħmilha diffiċli biex jirreaġixxi malajr għal avvenimenti mhux mistennija fid-dinja li qed tiżviluppa b'mod rapidu; jistieden lis-SEAE jiċċara l-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni sabiex jagħti direzzjoni lill-missjoni tiegħu, li l-implimentazzjoni tagħha inkella se tkun dgħajfa, u jipprovdi appoġġ ta' kwalità għolja lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri fit-twettiq tal-politika barranija; f'dan ir-rigward jistieden lis-SEAE jiżviluppa l-kompetenza dwar kwistjonijiet globali bħat-tibdil fil-klima u s-sigurtà tal-enerġija;

46.  Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jimplimentaw it-tagħlimiet meħuda mill-każ ta' Eulex f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Parlament, filwaqt li b'mod konġunt jesploraw modi biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport Jacqué kkummissjonat mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni pendenti;

47.  Jappella lill-Qorti tal-Awdituri biex, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, tinkludi rieżami tas-segwitu mogħti mis-SEAE għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament magħmula f'din ir-riżoluzzjoni.

(1) ĠU L 51, 20.02.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 5.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
PDF 413kWORD 85k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2015/2161(DEC))
P8_TA(2016)0157A8-0121/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0206/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0121/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2015/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0121/2016),

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-Rapport Annwali 2014 tagħha, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tal-elementi awditjati b'relazzjoni mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Ombudsman Ewropew (l-"Ombudsman");

2.  Jenfasizza l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 marbuta man-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn kwalunkwe żball materjali;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Ombudsman huwa wieħed purament amministrattiv u li fl-2014 kien jammonta għal EUR 9 857 002 (EUR 9 731 371 fl-2013), b'EUR 7 977 702 allokati għat-Titolu I (nefqa relatata mal-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni), EUR 1 346 800 attribwiti għat-Titolu 2 (bini, tagħmir u nefqa mixxellanja tal-operat) u EUR 532 500 għat-Titolu 3 (nefqa li tirriżulta minn funzjonijiet speċjali li jsiru mill-istituzzjoni);

4.  Jieħu nota tal-fatt li, mill-approprjazzjonijiet totali, ġew impenjati 97,87 % (98,20 % fl-2013) u ġew imħallsa 93,96 % (91,82 % fl-2013) b'rata ta' użu ta' 97,87 % (98,20 % fl-2013), li tirrapreżenta tnaqqis fir-rata ta' użu;

5.  Jinnota żieda partikolari fl-impenji fl-2014 relatati mal-Membri tal-istituzzjoni; jitlob lill-Ombudsman tagħti deskrizzjoni komprensiva ta' dawk l-ammonti fir-rapport ta' segwitu tagħha għall-kwittanza tal-2014;

6.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li f'konformità mal-Istrateġija lejn l-2019 ġdida tiegħu, l-Ombudsman segwiet inkjesti fuq inizjattiva proprja, billi ħadet approċċ aktar sistemiku ta' kwistjonijiet kumplessi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha; iqis li dan huwa għodda effikaċi u jitlob lill-Ombudsman tinforma regolarment lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impatt ta' dawk l-inkjesti u tidentifika b'mod ċar il-kompiti tal-koordinatur; jirrimarka, madankollu, li l-prijorità tal-Ombudsman għandha tkun li tindirizza l-ilmenti taċ-ċittadini fi żmien raġonevoli u li l-inkjesti fuq inizjattiva proprja fl-ebda ċirkostanza m'għandhom imorru kontra dan l-objettiv;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' kariga ġdida magħrufa bħala "koordinatur ta' inkjesta fuq inizjattiva proprja"; iqis li dan huwa pass lejn xogħol aktar effiċjenti u jistieden lill-Ombudsman tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-prestazzjoni, l-impatt u l-effiċjenza ta' din il-kariga;

8.  Jistieden lill-Uffiċċju tal-Ombudsman biex josserva il-prinċipju ta' trasparenza, b'mod partikolari rigward l-identifikazzjoni u l-assenjazzjoni ta' linji ċari ta' responsabbiltà, u jiżgura li s-sit web tal-Ombudsman ikun aġġornat regolarment u li jirrifletti b'mod preċiż l-organigramma tal-istituzzjoni;

9.  Jinnota li l-Istrateġija lejn l-2019 introduċiet indikaturi ġodda ewlenin ta' prestazzjoni, b'miri speċifiċi ħafna; u li dak, skont it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, uħud minn dawk il-miri ma ntlaħqux; jirrimarka f'dan ir-rigward li l-Ombudsman ġabet punteġġ iktar baxx f'termini tal-proporzjon ta' inkjesti magħluqa fi żmien 12 u 18-il xahar u aktar minn hekk fil-proporzjon ta' każijiet li fihom id-deċiżjoni dwar l-ammissibilità tittieħed fi żmien xahar; jistieden lill-Ombudsman tiżviluppa strateġija li tindirizza l-mitigazzjoni ta' kwalunkwe nuqqas potenzjali f'dan ir-rigward u żżommlill-awtorità ta' kwittanza informata dwar kwalunque żvilupp;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proporzjon ta' inkjesti magħluqa għal dawk li għadhom għaddejjin fi tmiem l-eżerċizzju preċedenti (2013), laħaq l-ogħla livell li qatt kien hemm b'punteġġ ta' 1,4 inkjesti magħluqa għal kull waħda li għada għaddejja, kontra l-mira ta' 1,1; jisħaq li fl-2014, il-proporzjon ta' inkjesti magħluqa fi żmien 12 u 18-il xahar naqas; jirrikonoxxi li, skont l-Ombudsman li l-Istrateġija lejn l-2019 l-ġdida, inkluż it-twettiq ta' inkjesti fuq inizjattiva proprja, kellha impatt fuq l-għadd ta' każijiet magħluqa; jitlob lill-Ombudsman tagħti spjegazzjoni aktar ċara dwar dan l-impatt lill-awtorità ta' kwittanza fir-rapport ta' segwitu li jmiss dwar il-kwittanza;

11.  Jisħaq li l-għadd ta' lmenti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-mandat tal-Ombudsman għadu għoli ħafna, speċjalment minn ċittadini ta' xi Stati Membri bħal Spanja u l-Polonja, li bla dubju joħloq ħafna frustrazzjoni fost iċ-ċittadini fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni b'mod ġenerali u tal-Ombudsman b'mod partikolari; għaldaqstant, jistieden lill-Ombudsman ittejjeb il-politika tagħha fir-rigward tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u toħloq rabtiet aktar b'saħħithom għal kooperazzjoni regolari u mingħajr xkiel man-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen u mal-ombudsmen nazzjonali u reġjonali sabiex tirrimedja din il-problema;

12.  Jinnota li, skont it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, l-livell ta' sodisfazzjon fost il-persunal tal-Ombudsman kien iktar baxx minn dak immirat; jirrikonoxxi li din is-sitwazzjoni kienet prinċipalment relatata ma' bidliet kruċjali fl-istruttura tal-Ombudsman u minn dakinhar ġiet solvuta permezz ta' ċertu għadd ta' miżuri; jistieden lill-Ombudsman tkompli tiżgura livell għoli ta' sodisfazzjon tal-persunal;

13.  Jilqa' r-rapport annwali tal-attività li huwa strutturat tajjeb, ċar u faċli biex jinqara, ippreżentat mill-Ombudsman; jilqa' l-istrateġija intensifikata tal-komunikazzjoni esterna u l-preżenza aktar qawwija tagħha fuq il-midja soċjali;

14.  Jistenna li l-Ombudsman tkompli tistinka għall-konsistenza fir-rapport annwali tal-attività u li dan ir-rapport tagħmlu kompletament komprensiv, peress li huwa għodda importanti għall-valutazzjoni tal-ħidma tagħha;

15.  Jinnota l-għadd kbir ta' missjonijiet tal-persunal tal-Ombudsman bejn Brussell u Strasburgu (212 b'kollox, li jammontaw għal EUR 126 000 flimkien ma' madwar EUR 60 000 f'ħin tax-xogħol mitluf waqt l-ivvjaġġar); jistieden lill-Ombudsman tnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' missjonijiet tal-persunal tagħha u tagħmel użu massimu ta' vidjokonferenzi u mezzi tekniċi oħra relatati, kif diġà qed jagħmlu istituzzjonijiet oħra, sabiex jiġi evitat l-ivvjaġġar u jitnaqqsu l-ispejjeż b'mod sinifikanti; ifakkar lill-Ombudsman, barra minn hekk, dwar l-impatt ambjentali tal-emissjonijiet tas-CO2 iġġenerati minn dan l-ivvjaġġar u li għalhekk huwa importanti li tassumi r-responsabbiltajiet tagħha f'dan ir-rigward u tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress li tkun għamlet;

16.  Jinsab imħasseb dwar il-politika ta' reklutaġġ tal-Ombudsman, li involviet l-użu dirett ta' proċeduri ta' emerġenza biex jiġu impjegati dawk li kienu apprendisti b' kuntratti qosra; jiddeplora l-fatt li tliet membri tal-persunal temporanju ġew reklutati fl-2014 mingħajr ma għaddew mill-proċedura ta' għażla; jistieden lill-Ombudsman iġġib f'konformità, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-kriterji tal-għażla tal-persunal tagħha mal-istandards ta' kwalità ta' trasparenza, ta' oġġettività u ta' opportunitajiet indaqs tas-servizz ċivili Ewropew;

17.  Jilqa' l-progress li sar mill-Ombudsman fl-2015 dwar il-bilanċ bejn is-sessi; jenfasizza, madankollu, li d-data disponibbli għall-2014 għadha turi disparitajiet kbar, b'mod partikolari fil-karigi AST (21/9) u l-pożizzjonijiet maniġerjali (9/2), u jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti objettivi fuq medda ta' żmien medju li jiksbu l-bilanċ meħtieġ, u li tkompli l-ħidma b'mod attiv fuq din id-direzzjoni;

18.  Jitlob lill-Ombudsman, bil-ħsieb li tiġi żgurata trasparenza akbar, biex tinkludi tabella tar-riżorsi umani kollha mqassmin skont in-nazzjonalità, is-sess u l-grad fir-rapport annwali tal-attività tagħha; jistieden lill-Ombudsman twieġeb id-domandi mqajma mill-Parlament u mill-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-pensjonijiet;

19.  Iġedded is-sejħa tiegħu li saret is-sena l-oħra, għall-Ombudsman biex tiddikjara, fir-rapport annwali tal-attività tagħha għall-2015, ir-rata tas-servizzi ta' interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati għall-2014;

20.  Jilqa' l-iffrankar fuq il-linji baġitarji għat-traduzzjoni u l-pubblikazzjonijiet;

21.  Itenni t-talbiet tiegħu, fir-rapporti annwali tal-attività tagħha, fuq l-Ombudsman tinkludi, f'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-Ombudsman jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett ta' investigazzjoni;

22.  Jieħu nota tal-kalkoli tal-Ombudsman fir-rigward ta' ffrankar potenzjali ta' EUR 195 000 jekk ikollha biss sede waħda; iqis li s-sede tal-Ombudsman hija marbuta mas-sede tal-Parlament u għalhekk iqis li jeħtieġ li l-Ombudsman tiġi inkluża fi kwalunkwe dibattitu dwar iċ-ċentralizzazzjoni tas-sede tal-Parlament; jisħaq li din iċ-ċentralizzazzjoni għandha tkun promossa b'mod attiv.

(1) ĠU L 51, 20.02.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 5.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1


Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
PDF 341kWORD 77k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2015/2162(DEC))
P8_TA(2016)0158A8-0109/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0207/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0109/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2015/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0109/2016),

1.  Jikkonstata l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ("il-Kontrollur") kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor kienu effikaċi;

2.  Jikkonstata li fir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), il-Qorti osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija serja fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kontrollur;

3.  Jikkonstata li, fl-2014, il-Kontrollur kellu baġit allokat totali ta' EUR 8 012 953 (EUR 7 661 409 fl-2013), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 92 % (84,7 % fl-2013); jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li sar;

4.  Jiddispjaċih li r-rapport tal-Qorti kien iddikjarat bħala kunfidenzjali fir-rapport ta' attività annwali ("RAA") tal-Kontrollur għall-2014;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kontrollur huwa wieħed purament amministrattiv u li ammont kbir minnu huwa użat għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji;

6.  Jikkonstata li r-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha magħmula ms-Servizz tal-Awditjar Intern ingħalqu fl-2014, inkluża dik dwar is-sigurtà tad-data li tinsab fl-ilmenti;

7.  Jinnota li b'segwitu għal rakkomandazzjonijiet ta' awditjar intern u skont il-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-Kontrollur, ġie adottat Pjan ta' Akkwist għall-ewwel darba għas-sena 2014; iħeġġeġ lill-Kontrollur itejjeb l-awtonomija finanzjarja tiegħu;

8.  Jiddispjaċih li l-Kontrollur ma għamilx mezz li tkun disponibbli l-informazzjoni kollha dwar il-politika tiegħu marbuta mal-kunflitti ta' interess; iħeġġeġ lill-Kontrollur josserva r-regoli koperti mill-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, jiddefinixxi regoli vinkolanti ċari fir-rigward tar-"revolving doors" skont il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni u li jagħmel dik-informazzjoni disponibbli għall-Parlament fir-RAA tiegħu għall-2015;

9.  Jikkonstata li l-Kontrollur adotta deċiżjoni dwar regoli interni rigward l-iżvelar ta' informazzjoni protetta mill-Kontrollur fl-2015; jitlob lill-Kontrollur jinkludi tali informazzjoni fir-RAA tiegħu għall-2015 u jiżgura konformità sħiħa mal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

10.  Jikkonstata li verament ftit informazzjoni hija disponibbli dwar il-proċeduri ta' akkwist u l-kriterji tal-għażla ta' kuntratturi; josserva li, għall-2014, deċiżjoni ta' għoti ta' kuntratt waħda biss hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kontrollur; jistieden lill-Kontrollur jinkludi lista tal-kuntratti kollha mogħtija li pparteċipa fihom, anki jekk imnedija minn istituzzjonijiet oħra, kif ukoll il-proċeduri u l-kriterji tal-għażla tagħhom fuq is-sit web tagħhom u fir-RAA tiegħu għall-2015;

11.  Jikkonstata l-ftehim miksub fi tmiem l-2015 mill-Parlament u l-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku ġdid tal-protezzjoni tad-data, propost mill-Kummissjoni fil-25 ta' Jannar 2012;

12.  Itenni t-talba tiegħu biex ikun infurmat dwar l-użu tal-faċilitajiet ta' vidjokonferenzi fl-2014; jilqa' l-aħbar dwar l-użu ta' apparati ġodda, bħall-VoxBox tal-Parlament;

13.  Jappoġġa l-użu ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-użu effiċjenti ta' riżorsi; jistieden lill-Kontrollur ikompli jforni tabella ta' valutazzjoni fir-RAA tiegħu;

14.  Itenni t-talba tiegħu magħmula fl-2015 biex il-politika immobiljari tal-Kontrollur tkun annessa mar-RAA tiegħu, speċjalment meta jitqies li hu importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif xieraq u ma jkunux eċċessivi; jistieden għalhekk lill-Kontrollur iforni lill-awtorità ta' kwittanza l-politika immobiljari tiegħu fir-RAA tiegħu għall-2015;

15.  Itenni t-talba tiegħu magħmulafl-2015 li jkollu tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur, imqassma skont il-grad, is-sess u n-nazzjonalità; jikkonstata li din it-tabella għandha tkun inkluża awtomatikament fir-RAA tal-Kontrollur; jistieden lill-Kontrollur għaldaqstant iforni lill-Parlament b'tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha kif ġie deskritt f'dan il-paragrafu fir-RAA tiegħu għall-2015;

16.  Jikkonstata li approprjazzjonijiet allokati għal missjonijiet, vjaġġi u spejjeż oħra anċillari tal-Membri u l-persunal tiegħu nżammu l-istess matul l-2014; jistieden lill-Kontrollur inaqqas din in-nefqa, meta jkun possibbli, mingħajr ma jdgħajjef ir-rwol tiegħu;

17.  Jistieden lill-Kontrollur jipprovdi, sal-aħħar ta' Mejju 2016, informazzjoni dettaljata dwar il-missjonijiet imwettqa mill-Membri u l-persunal tiegħu fir-RAA, inklużi l-ispejjeż ta' kull missjoni;

18.  Jikkonstata t-tnaqqis fil-linji baġitarji għat-traduzzjoni, il-pubblikazzjonijiet u l-attivitajiet tal-Kontrollur.

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2014: Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014
PDF 458kWORD 121k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014: prestazzjoni, ġestjoni finanzajrja u kontroll (2015/2205(DEC))
P8_TA(2016)0159A8-0080/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2015)0505) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2015)0194, SWD(2015)0195),

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali speċifiċi tal-Qorti tal-Awdituri(1) dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji deċentralizzati għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0080/2016),

A.  billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi, għal kull korp imsemmi fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kummenti trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' kwittanza bi qbil mal-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew;

1.  Itenni l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-aġenziji u l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni; itenni wkoll l-importanza tal-awtonomija tal-aġenziji, b'mod partikolari dik tal-aġenziji regolatorji u ta' dawk li għandhom il-funzjoni tal-ġbir indipendenti tal-informazzjoni; ifakkar li r-raġuni ewlenija għat-twaqqif tal-aġenziji kienet għall-fini li jitwettqu valutazzjonijiet indipendenti ta' natura teknika jew xjentifika;

2.  Jinnota mis-sommarju tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-riżultati tal-awditi annwali tagħha għall-2014 tal-aġenziji tal-Unjoni u korpi oħra (is-"Sommarju tal-Qorti") li l-baġit tal-aġenziji għall-2014 ammonta għal madwar EUR 1,9 biljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta' madwar 5 % meta mqabbel mal-2013, u madwar 1,4 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; jirrimarka li madwar 63 % (EUR 1,2 biljun) ġejjin minn finanzjament tal-Unjoni, filwaqt li l-bqija huwa dħul minn tariffi jew minn sorsi oħra;

3.  Jieħu nota li l-aġenziji jimpjegaw 6 578 bejn uffiċjali permanenti u temporanji li jirrappreżentaw żieda ta' 0,64 % meta mqabbla mas-sena preċedenti u 14 % tat-total tal-uffiċjali tal-Unjoni awtorizzati taħt il-baġit ġenerali tal-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-aġenziji jħaddmu madwar 3 200 membru tal-persunal kuntrattwali jew issekondat; jirrimarka li ż-żieda fil-persunal hija primarjament ikkonċentrata f'dawk l-aġenzji li ngħataw kompiti addizzjonali, f'dawk b'responsabbiltà superviżorja għall-industrija finanzjarja, u fl-aġenziji eżekuttivi b'responsabbiltajiet addizzjonali taħt Orizzont 2020 u programmi oħra;

Approċċ komuni u pjan direzzjonali tal-Kummissjoni

4.  Ifakkar li f'Lulju 2012 il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati ("l-Approċċ Komuni"), qbil politiku dwar il-ġestjoni futura u r-riforma tal-aġenziji; jieħu nota li l-Kummissjoni hija responsabbli biex tagħti segwitu għal dan il-qbil;

5.  Jirrikonoxxi r-rapport ta' progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni, kif ukoll l-isforzi li saru b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-aġenziji deċentralizzati, li wasslu biex sar progress dimostrabbli; iqis li dan se jiżgura governanza aktar ibbilanċjata, effiċjenza u responsabbiltà mtejba u aktar koerenza. jirrikonoxxi, barra minn hekk, abbażi ta' informazzjoni min-netwerk tal-aġenziji tal-Unjoni ("in-Netwerk"), li l-aġenziji għamlu progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Approċċ Komuni, li laħqet rata ta' 99 % fl-ikkompletar tal-azzjonijiet speċifiċi għall-aġenziji fil-pjan direzzjonali;

6.  Jilqa' f'dan ir-rigward il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-aġenziji dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni bil-għan li jivvalutaw ir-riżultati miksuba mid-diretturi eżekuttivi tal-aġenziji u l-linji gwida żviluppati mill-Kummissjoni għall-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni tal-aġenziji relatati mar-reklutaġġ ta' persunal tal-karrieri; jistenna li dawn se jgħinu lill-aġenziji biex jarmonizzaw il-proċessi u b'hekk jiffrankaw il-ħin u r-riżorsi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

7.  Ifakkar li l-prinċipju tal-annwalità huwa wieħed mit-tliet prinċipji bażiċi tal-kontabbiltà, flimkien ma' dawk tal-unità u tal-bilanċ, li huma indispensabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni; jieħu nota mis-sommarju tal-Qorti li livell għoli ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għadu l-aktar kwistjoni frekwenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u li din il-kwistjoni kienet tikkonċerna 28 aġenzija; jirrimarka, madankollu, li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikabbli minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jirrikonoxxi l-fatt li l-ammonti riportati li jirriżultaw minn dawn il-programmi operattivi huma, f'ħafna każijiet, ippjanati minn qabel mill-aġenziji u jkunu kkomunikati lill-Qorti tal-Awdituri, b'mod li jiffaċilita d-distinzjoni espliċita bejn ir-riporti ppjanati u dawk mhux ippjanati;

8.  Jieħu nota li l-Qorti kkonstatat tmien każijiet ta' livell għoli ta' kanċellazzjonijiet ta' riporti minn snin preċedenti; josserva li tali riporti jindikaw li l-approprjazzjonijiet riportati saru fuq il-bażi ta' stimi ogħla mill-ħtiġijiet reali jew ma kinux ġustifikati b'xi mod ieħor; iħeġġeġ lil dawn l-aġenziji biex jieħdu azzjoni ħalli jevitaw din il-kwistjoni fil-ġejjieni; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni min-Netwerk, li l-livell ta' kanċellazzjonijiet huwa indikattiv ta' kemm l-aġenziji antiċipaw sewwa l-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, u li dan huwa indikatur aqwa ta' ppjanar baġitarju tajjeb milli huwa l-livell ta' riporti; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni min-Netwerk, li l-aġenziji kkonċernati implimentaw diversi miżuri biex itejbu s-sistemi ta' monitoraġġ baġitarju tagħhom u jindirizzaw din il-kwistjoni;

9.  Ifakkar lill-aġenziji li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (Regolament Finanzjarju ta' Qafas) jipprevedi rapport annwali tal-attività kkonsolidat (RAAK) li jiġbor flimkien informazzjoni mir-rapporti annwali tal-attività, ir-rapporti ta' awditjar intern u estern kif ukoll ir-rapporti finanzjarji li għandhom jintbagħtu sal-1 ta' Lulju ta' kull sena lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-awtorità ta' kwittanza; jitlob li l-aġenziji li għadhom m'għamlux dan jinkludu informazzjoni dettaljata dwar awditi interni u esterni fir-RAAK tagħhom;

10.  Jinnota mill-informazzjoni min-Netwerk li l-implimentazzjoni prattika tar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas mill-aġenziji f'ħafna każijiet joħloq sfidi għall-infiq effiċjenti u simplifikat tal-baġit, b'mod partikolari fl-oqsma tal-akkwist pubbliku, l-ipprogrammar pluriennali, il-ġestjoni tal-għotjiet indiretti u d-dokumentazzjoni kkumplikata għall-pakkett ikkonsolidat tal-kontijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lin-Netwerk jesploraw aktar il-possibilità li jissimplifikaw ir-regoli, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet diverġenti tal-aġenziji;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-kontijiet finali tal-aġenziji deċentralizzati kollha jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta' Diċembru 2014, kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti finanzjarji applikabbli u r-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li, għall-aġenziji deċentralizzati kollha, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

13.  Huwa mħasseb li ċerti aġenziji huma parzjalment iffinanzjati permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija, meta dawn ir-rabtiet finanzjarji jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tagħhom; jistieden lill-aġenziji kollha sabiex jistabbilixxu miżuri biex jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-attivitajiet interni u esterni tagħhom;

Kooperazzjoni fost l-aġenziji u ma' istituzzjonijiet oħra – servizzi u sinerġiji komuni

14.  Jirrikonoxxi min-Netwerk li 93 % tal-aġenziji ddikjaraw li huma jikkondividu servizzi ma' aġenziji u istituzzjonijiet oħrajn; jinnota li 75 % tal-aġenziji diġà għandhom ftehimiet ta' kooperazzjoni, memoranda ta' fehim u arranġamenti ta' ħidma għal kooperazzjoni ma' aġenziji, istituzzjonijiet u Stati Membri oħra; jieħu nota li l-ftehimiet ġenerali qed jiġu implimentati fuq bażi annwali u b'azzjonijiet individwali aktar konkreti fl-oqsma tas-servizzi amministrattivi u servizzi operattivi speċifiċi; jinkoraġġixxi lill-aġenziji biex jagħmlu aktar servizzi kondiviżi fejn dan jirriżulta fl-iffrankar ta' spejjeż u aktar effiċjenza; jenfasizza li meta s-servizzi jiġu kondiviżi, l-ispejjeż għandhom jinqasmu b'mod ġust bejn aġenziji jew istituzzjonijiet parteċipanti sabiex jiġi evitat li parti waħda titgħabba bl-ispejjeż kollha tas-servizz;

15.  Jissuġġerixxi li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkunsidraw il-lokalizzazzjoni ta' aġenziji ġodda li jistgħu jkunu meħtieġa fil-futur qrib ħafna ta' aġenziji oħra sabiex ikunu jistgħu jikkondividu s-servizzi aktar faċilment;

16.  Jieħu nota tal-opinjoni tan-Netwerk dwar l-amalgamazzjoni ta' aġenziji; ifakkar il-mandat tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati biex jikkunsidra l-effiċjenzi f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għal analiżi tal-impatt fit-tul dwar l-amalgamazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati li joperaw fl-istess qasam ta' politika wiesa' jew iwettqu kompiti simili;

17.  Jilqa' l-linji gwida għal proċeduri ta' akkwist bejn l-aġenziji u għall-parteċipazzjoni tal-aġenziji fi proċeduri ta' akkwist immexxija mill-Kummissjoni; jirrikonoxxi l-benefiċċji mhux biss għall-aġenziji iżda wkoll għall-Kummissjoni li jinħolqu sinerġiji u ppuljar tal-proċeduri tal-akkwist fil-qafas tal-Approċċ Komuni; jiddispjaċih f'dan il-kuntest li l-Kummissjoni qed tippjana li tibda timponi tariffi amministrattivi lill-aġenziji għas-servizzi tagħha; ifakkar lill-Kummissjoni li l-aġenziji huma mħallsa mill-istess baġit tal-Unjoni u li dawn it-tariffi jistgħu jirriżultaw f'inqas parteċipazzjoni fi proċeduri ta' akkwist konġunti; jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tikkunsidra l-introduzzjoni ta' tariffi għall-aġenziji għall-proċeduri ta' akkwist immexxija mill-Kummissjoni;

Ġestjoni tar-riżorsi umani

18.  Ifakkar li l-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5) jitlob tnaqqis progressiv ta' 5 % tal-persunal fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha li jrid isir bejn l-2013 u l-2017; jinnota l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji diġà laħqu jew qabżu t-tnaqqis ta' 5 % abbażi tal-pjanijiet tal-istabbiliment rispettivi tagħhom għall-2012; ifakkar li l-Kummissjoni bdiet timplimenta t-tnaqqis ta' 5 % fil-pjanijiet ta' stabbiliment tal-2013 tagħha, billi tibbaża l-kalkoli fuq il-livell ta' karigi fl-2012; jiddikjara li l-Kummissjoni applikat imposta addizzjonali ta' 5 % tal-persunal għall-aġenziji sabiex toħloq pul ta' riallokazzjoni minn fejn talloka l-karigi lill-aġenziji bkompiti ġodda fdati lilhom jew waqt fażi ta' tnedija; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel analiżi SWOT dwar il-mandati tal-aġenziji u l-programmi ta' ħidma annwali sabiex tasal għal deċiżjoni infurmata dwar liema Aġenziji għandhom bżonn aktar persunal u liema m'għandhomx;

19.  Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-proċedura tal-baġit li l-persunal iffinanzjat minn tariffi magħmula mill-industrija, u konsegwentement mhux iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni, m'għandux jintlaqat mit-tnaqqis annwali ta' 1 % applikat mill-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittratta bħala każ separat l-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-baġit tal-Unjoni, u tressaq qafas speċifiku għall-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-industrija, li għandu jkun proporzjonali għas-servizzi mogħtija mill-aġenzija kkonċernata;

20.  Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha biex jipprovaw isibu bilanċ bejn is-sessi fil-pożizzjonijiet amministrattivi għolja; jinnota li f'ċerti aġenziji ċ-ċifri huma partikolarment insodisfaċenti; jistieden lin-Netwerk biex jagħti rapport dettaljat lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġi żgurat il-bilanċ bejn is-sessi fil-pożizzjonijiet amministrattivi għolja fl-aġenziji deċentralizzati kollha; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovaw isibu bilanċ bejn is-sessi meta jaħtru l-membri tal-bordijiet;

Kunflitti ta' interess u trasparenza

21.  Jirrikonoxxi min-Netwerk li iktar minn 80 % tal-aġenziji deċentralizzati kollha għandhom strateġija kontra l-frodi fis-seħħ; jinnota li, mill-erba' aġenziji li fadal, tlieta ġew stabbiliti biex jiżviluppaw u jadottaw strateġija kontra l-frodi matul l-2016 filwaqt li r-raba', l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, tapplika l-prinċipji u l-istandards definiti fl-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni, flimkien ma' mudell finanzjarju qawwi li jinvolvi attivitajiet ta' verifika ex-ante u ex-post kontinwi; jieħu nota li l-istrateġiji kollha adottati jqisu l-metodoloġija u l-gwida tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi għall-istrateġiji kontra l-frodi;

22.  Jirrikonoxxi l-opinjoni tal-aġenziji li l-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni hija tal-ogħla importanza; jinnota li l-aġenziji introduċew għadd ta' miżuri u għodod konkreti sabiex jindirizzaw b'mod adegwat ir-riskji ta' kunflitti ta' interess effettivi u perċepiti; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu strateġija dwar kif jistgħu joqorbu lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni; jinnota li l-aġenziji kollha diġà adottaw politiki għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u li dawn il-politiki huma allinjati mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fl-aġenziji deċentralizzati tal-UE; jinnota li dawn il-politiki jinkludu, inter alia, miżuri għall-identifikazzjoni tar-riskji potenzjali fi stadju bikri, l-identifikazzjoni tal-aħjar prattika f'entitajiet oħra bħalma huma l-Kummissjoni, aġenziji oħra u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, kif ukoll il-politiki tal-kunflitti ta' interess għall-persunal u l-kollaboraturi li mhumiex koperti mir-Regolamenti tal-Persunal; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jkun hemm regolamenti komuni li jirregolaw il-kunflitti ta' interess;

23.  Jitlob li jkun hemm titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni, u t-taqbida kontriha, fis-settur pubbliku, u speċjalment fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku aħjar għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, l-introduzzjoni jew it-tisħiħ tar-reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi li jkunu biżżejjed għall-miżuri ta' infurzar tal-liġi, kif ukoll permezz ta' koperazzjoni mtejba fost l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

24.  Jinnota bi tħassib li ċerti aġenziji għad iridu jadottaw linji gwida dwar l-informaturi; jeżiġi li dawk l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni li għadhom ma għamlux dan jadottaw b'mod urġenti regoli interni dwar l-informaturi u jieħdu approċċ komuni lejn l-obbligi tagħhom, b'fokus fuq il-protezzjoni tal-informaturi; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi leġiżlazzjoni dwar livell minimu ta' protezzjoni għall-informaturi fl-Unjoni; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji biex jiżguraw li dawn mhux biss formalment jobbligaw lill-uffiċjali biex jirrapportaw kull tip ta' irregolarità, iżda wkoll jistabbilixxu protezzjoni xierqa għall-informaturi; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji biex jimplimentaw l-Artikolu 22(c) tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr aktar dewmien;

25.  Jikkonstata min-Netwerk li 16-il aġenzija (52 %) jużaw gruppi ta' esperti, panels u kumitati xjentifiċi u kważi kollha jqisu t-tħassib imqajjem mill-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman Ewropew (OI/6/2014/NF) li bdiet fit-12 ta' Mejju 2014 fil-politiki tagħhom dwar l-impjieg ta' persunal għal dawn il-gruppi; iħeġġeġ lil dawk li ma jkunux diġà jqisu dawn il-fatturi biex jagħmlu dan mingħajr dewmien; jistieden lill-aġenziji japplikaw ir-regoli l-ġodda li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni dwar il-gruppi ta' esperti;

26.  Jagħraf li 29 aġenzija ('il fuq minn 90 %) għandhom fis-seħħ politiki dwar il-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija, tal-persunal maniġerjali u tal-esperti esterni u interni tagħhom; barra minn hekk jinnota li 23 aġenzija (74 %) jippubblikaw is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom fuq il-websajts tagħhom; jinnota bi tħassib li ċerti aġenziji għandhom problema dwar il-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tagħhom, peress li m'hemm l-ebda mekkaniżmu li jobbliga lill-membri tal-bord ta' tmexxija jipprovdu dawn id-dokumenti; iħeġġeġ lill-membri tal-bordijiet tat-tmexxija tal-aġenziji li għadhom ma pprovdewx dokumenti li jikkonfermaw in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess biex jippreżentaw dawn id-dokumenti sabiex jiġu ppubblikati fuq il-websajts tal-aġenziji rispettivi mingħajr dewmien sabiex tiżdied it-trasparenza;

27.  Jitlob li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni jimplimentaw l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal billi jippubblikaw l-informazzjoni dwar l-uffiċjali anzjani li telqu mis-servizz u lista ta' kunflitti ta' interess kull sena; jitlob li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni jivvalutaw il-kompatibbiltà ta' wara l-impjieg mal-UE jew is-sitwazzjoni fejn l-uffiċjali u l-ex Membri tal-Parlament Ewropew jiċċaqalqu mis-settur pubbliku għal dak privat (il-kwistjoni "revolving door") u l-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess, u jiddefinixxu b'mod ċar il-perjodi ta' preklużjoni, li għandhom ikopru mill-inqas il-perjodu li matulu jingħataw benefiċċji tranżitorji;

28.  Jissottolinja l-ħtieġa li titjieb l-integrità u jitjieb il-qafas etiku permezz ta' implimentazzjoni aħjar tal-kodiċijiet ta' kondotta u l-prinċipji etiċi ħalli tissaħħaħ kultura komuni u effikaċi ta' integrità għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;

29.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' kondotta, inkluż lill-Parlament, biex jintensifikaw il-miżuri tagħhom ta' implimentazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

30.  Jistieden lill-aġenziji kollha sabiex jużaw il-qafas li għandu jinħoloq skont il-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid dwar Reġistru Obbligatorju tat-Trasparenza u jużawh biex jiggwida l-interazzjoni tagħhom ma' organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni sabiex tinħoloq aktar trasparenza fejn jidħlu l-attivitajiet ta' lobbying;

Prestazzjoni

31.  Jinnota li l-prinċipju ta' "valur għall-flus" u "valur miżjud tal-UE" jgħodd ukoll għall-aġenziji, li għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu infurmati tajjeb dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tal-aġenziji; jinnota li l-kisba tar-riżultati hija importanti; jenfasizza li ħafna aġenziji ma jinkludux espliċitament fir-rapporti annwali tagħhom l-informazzjoni dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom b'mod responsabbli; itenni li huwa importanti għan-Netwerk li jsir membru tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar il-Prestazzjoni l-ġdid sabiex jilħaq fehim komuni dwar il-prinċipji tal-ibbaġittjar ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati, kif ukoll biex jidentifika titjib possibbli għall-mudelli ta' prestazzjoni attwalment applikati fl-aġenziji; jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi evalwazzjoni tal-prestazzjoni u r-riżultati tal-aġenziji f'ħin utli għar-rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali fl-2016;

Komunikazzjoni u viżibilità

32.  Jikkonstata min-Netwerk li kważi l-aġenziji kollha inkludew fuq il-websajts tagħhom id-dikjarazzjoni li huma aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, li tgħid li hija korp konsultattiv indipendenti għall-Parlament, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni; barra minn hekk, jinnota li 50 % tal-aġenziji diġà ppubblikaw informazzjoni fuq il-websajt tagħhom fil-lingwi kollha tal-Unjoni, erba' aġenziji offrew informazzjoni fi 23 lingwa tal-Unjoni, 22 % joffru informazzjoni f'mill-inqas żewġ lingwi u 9 % tal-aġenziji għandhom websajts disponibbli biss bl-Ingliż, b'xi wħud li qed jippjanaw li jespandu d-disponibilità għall-Ġermaniż; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li approċċ multilingwi sħiħ għall-aġenziji kollha mhuwiex fattibbli għalissa minħabba l-ħtieġa ta' riżorsi addizzjonali; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu li jużaw għodod tal-midja soċjali, stħarriġ u gruppi fokus fuq temi speċifiċi biex ikejlu l-għarfien pubbliku u jevalwaw il-modi kif jistgħu jtejbu l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħhom fil-ġejjieni;

33.  Jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tan-Netwerk li l-aġenziji huma impenjati bis-sħiħ biex iżidu l-preżenza tagħhom fuq il-midja soċjali; jinnota li kienu biss ftit l-aġenziji li għadhom mhumiex preżenti fil-midja soċjali iżda li huma impenjati li jinvolvu ruħhom f'tali komunikazzjoni fil-futur qrib; josserva li l-attivitajiet promozzjonali permezz tal-midja soċjali jinkludu rapporti, avvenimenti, opportunitajiet ta' xogħol u akkwisti; jinnota, barra minn hekk, li l-attivitajiet tal-midja soċjali huma integrati ma' għodod oħra ta' komunikazzjoni tal-aġenziji;

34.  Jappella lill-aġenziji biex ikomplu jsaħħu l-isforzi tagħhom u jtejbu l-politiki tagħhom dwar il-komunikazzjoni, biex jestendu l-viżibilità tagħhom permezz ta' għodod differenti fil-qasam tal-midja soċjali, biex iqajmu għarfien dwar l-attivitajiet u l-kisbiet tagħhom u biex jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati sew dwar xogħolhom.

Kummenti oħra

35.  Jinnota li fuq il-bażi tal-kontributi tal-aġenziji, il-Kummissjoni elaborat linji gwida b'dispożizzjonijiet standard għall-ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-aġenziji deċentralizzati u l-Istati Membri ospitanti; jinnota li sa Jannar 2016, erba' aġenziji kienu għadhom fil-proċess li jinnegozjaw mal-Istat Membru ospitanti tagħhom, meta mqabbla ma' 10 aġenziji fis-sena preċedenti; itenni l-importanza ta' dawn il-ftehimiet għall-operazzjonijiet u s-sigurtà tal-aġenziji; iħeġġeġ l-aġenziji u l-Istati Membri li ma jkunux daħlu fi ftehim dwar kwartieri ġenerali sabiex jagħmlu dan mingħajr iżjed dewmien;

36.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-aspetti soċjali tal-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tal-aġenziji mal-pajjiż ospitanti tagħhom, bħall-prevedibilità tal-kondizzjonijiet soċjali u tal-għajxien tal-persunal (miżati skolastiċi, kwistjonijiet dwar status, eċċ.);

37.  Jinnota bi tħassib li ċerti aġenziji għandhom żewġ sedi, u jqis li hu essenzjali li l-każi kollha fejn hemm żewġ sedi li ma joffru l-ebda valur miżjud operattiv għandhom jitneħħew mill-aktar fis possibbli;

38.  Jitlob lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni biex japplikaw strettament il-miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u biex japplikaw il-kriterji ta' esklużjoni sabiex iħalli l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitti ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

39.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-Paragrafu 54 tal-Approċċ Komuni li l-aspetti kollha tal-awditjar estern esternalizzat jibqgħu taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-[Qorti], li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa amministattivi u ta' akkwist; jitlob lill-Kummissjoni tikkonferma b'mod urġenti li l-Approċċ Komuni għadu japplika; jiddispjaċih ħafna li l-approċċ ta' awditjar il-ġdid li jinvolvi l-awdituri tas-settur privat irriżulta f'żieda ta' 85 % fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji, li hija ekwivalenti għal aktar minn 13 000 siegħa addizzjonali jew medja ta' 3,5 ekwivalenti ta' ingaġġ full-time (FTE) imqabbla mal-awditjar preċedenti mmexxi mill-Qorti tal-Awdituri; jiddispjaċih li ż-żmien użat fuq l-akkwist u l-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar ħoloq aktar minn 1 400 siegħa ta' xogħol addizzjonali għall-aġenziji deċentralizzati, u li t-total tan-nefqa addizzjonali tal-awditjar estern tas-settur privat fl-2014 kien jammonta għal EUR 550 000; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi gwida aħjar lil awdituri privati b'tali mod li tnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv miżjud;

40.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni biex itejbu l-proċeduri u l-prattiki tagħhom immirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jikkontribwixxu attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

41.  Jissuġġerixxi li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu l-amalgamazzjoni ta' aġenziji iżgħar li jwettqu kompiti simili jew interkonnessi; isostni li dan jista' jipprovdi żidiet fl-effiċjenza fuq perjodu twil;

42.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-Unjoni jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabbiltà politika u l-integrità; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni biex jinkludu kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapporti annwali tagħhom;

43.  Jinnota l-pubblikazzjoni simultanja ta' pjanijiet direzzjonali li jagħtu bidu għar-reviżjoni tar-regolamenti li jistabbilixxu t-tliet aġenziji tripartitiċi tal-Unjoni, is-CEDEFOP, l-EU-OSHA u l-Eurofound; jenfasizza li r-reviżjonijiet għandhom jippreservaw ir-rwoli ewlenin ta' dawn l-aġenziji ta' fama tajba ħafna u n-natura tripartitika tagħhom, filwaqt li jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali, it-trejdunjins u r-rappreżentanti tal-impjegaturi fil-governanza u l-funzjonament tagħhom;

44.  Itenni li d-diskussjoni dwar l-abbozz tal-programmi ta' ħidma annwali u dwar l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji fil-kumitati kompetenti tal-Parlament tgħin biex jiġi żgurat li l-programmi u l-istrateġiji jirriflettu l-prijoritajiet politiċi reali iżda jenfasizza l-ħtieġa li ċ-ċiklu baġitarju tal-UE jiġi allinjat mal-Istrateġija UE 2020 bil-għan li jkun jista' jkun hemm sorveljanza sħiħa u rappurtar komprensiv dwar il-prestazzjoni ta' kull aġenzija fil-kuntest tal-kontribuzzjoni tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi UE 2020;

45.  Jirrikonoxxi l-prattika tajba ta' kollaborazzjoni fost l-aġenziji, fl-oqsma tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien, it-taħriġ vokazzjonali u s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, li timmasimizza s-sinerġiji u l-kooperazzjoni u ssaħħaħ il-komplementarjetà; jilqa' u jħeġġeġ ukoll it-tkomplija tal-iskambju ta' prattiki tajba bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji;

o
o   o

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji soġġetti għal din il-proċedura ta' kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 1.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(3) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(4) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
PDF 535kWORD 102k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2191(DEC))
P8_TA(2016)0160A8-0087/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0089/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0089/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-''Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 10 880 000, ammont li jfisser tnaqqis ta' 8,80 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ittieħdet azzjoni korrettiva fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti u li huma mmarkati bħala "Għadhom għaddejjin" fir-rapport 2013 tal-Qorti, u ż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma issa mmarkati bħala "Ikkompletati"fir-rapport tal-Qorti; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u żewġ kummenti minnhom huma issa hija mmarkata bħala ''Ikkompletati'' filwaqt li l- wieħed huwa mmarkat bħala "Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija:

   livell għoli ta' bilanċ fi flus kontanti ta' EUR 5 500 000 fi tmiem is-sena, li jirriżulta parzjalment minn meta ġie rċevut baġit emendatorju relatat mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) ("REMIT"), ġie bbilanċjat fl-2014 u mnaqqas għal EUR 3 300 000 fl-aħħar tal-2014; jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport tal-Qorti jindika l-azzjoni ta' segwitu bħala "Ikkompletata";
   il-politika riveduta tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ġiet adottata mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija fil-31 ta' Jannar 2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li din il-politika l-ġdida hija applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija, għall-membri u s-sostituti ta' kull wieħed mit-tliet bordijiet tal-Aġenzija, kif ukoll għall-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-Grupp ta' Ħidma tal-Aġenzija ("AWG"), u l-persuni responsabbli mit-Task Force, li huma f'pożizzjoni li jmexxu l-ħidma tal-AWGs;
   is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija, tal-Presidenti u l-Viċi-Presidenti tal-AWG, u tal-persuni responsabbli mit-Task Force kienu fil-biċċa l-kbira ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrevedi u tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess rimanenti mingħajr dewmien, kif previst fil-politika tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95 %, li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira ppjanata tagħha u li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,53 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 69,84 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 14,84 % meta mqabbla mal-2013; jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament hija taħt il-mira tal-Aġenzija ta' 75 %, prinċipalment minħabba t-tiġdid jew negozjar tal-kuntratti annwali tal-Aġenzija lejn tmiem is-sena kif ukoll minħabba n-natura multiannwali tal-implimentazzjoni tar-REMIT;

4.  Jiddispjaċih li ma ntlaħaq l-ebda ftehim għal kwalunkwe kontribuzzjoni lejn l-Aġenzija mill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, peress li t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għadu jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

Impenji u riporti

5.  Jirrikonoxxi li r-riporti relatati mat-Titolu II, approprjazzjonijiet dwar nefqa amministrattiva, ammontaw għal EUR 980 000, li jirrappreżentaw 41 % tal-approprjazzjonijiet għan-nefqa amministrattiva taħt it-Titolu II; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' studji għall-implimentazzjoni tar-REMIT kif ukoll għal kuntratti annwali mġedda lejn tmiem is-sena;

6.  Jieħu nota tal-fatt li total ta' EUR 1 570 000 mill-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu III ġie riportat għall-2015, li jirrapreżenta 62 % tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa operattiva; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' riporti tat-Titolu III tnaqqset b'29 % meta mqabbla mas-sena 2013; jenfasizza li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-attività multiannwali kumplessa tal-implimentazzjoni tar-REMIT, li għalihom ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014(14) ġie adottat fis-17 ta' Diċembru 2014;

7.  Jirrikonoxxi li skont r-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija għamlet żewġ pagamenti ta' prefinanzjament fi tmiem l-2014 li jirriżultaw mill-approprjazzjonijiet riċevuti permezz ta' baġit emendatorju lejn l-aħħar tal-2013 u li jammontaw għal EUR 1 560 000; jinnota li dawk il-ħlasijiet kienu assoċjati ma' kuntratti għall-provvista ta' servizzi relatati mar-REMIT fil-perjodu 2015 sal-2017; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija kellha tissospendi parti mill-implimentazzjoni tar-REMIT minħabba li l-adozzjoni tar-Regolament REMIT seħħet iktar tard milli mistenni oriġinarjament; jifhem li dawn il-pagamenti se jippermettu lill-Aġenzija tiffinanzja l-attivitajiet futuri tagħha relatati mar-REMIT u l-kuntratti mogħtija kif ippjanat oriġinarjament; jisħaq, madankollu, li għalkemm l-implimentazzjoni tar-REMIT hija ta' natura kumplessa u multiannwali, riporti għoljin u pagamenti ta' prefinanzjament huma kontradittorji għall-prinċipju baġitarju ta' annwalità; jinnota li l-Aġenzija għandha tkompli ttejjeb l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija adottat il-politika riveduta tagħha dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-ħidma tal-Bordijiet tal-Għażla f'April 2014; jinnota, barra minn hekk, li din il-politika tinkludi kundizzjonijiet speċifiċi għall-intervisti u l-eżamijiet bil-miktub, kif ukoll dispożizzjonijiet stretti biex tiġi żgurata l-anonimità tal-kandidati; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li din il-politika tiżgura pass 'il quddiem fl-impenn tagħha għal trasparenza u trattament ugwali tal-persunal tagħha;

Kontrolli interni

9.  Jirrikonoxxi li r-reviżjoni tal-istatus tal-Aġenzija tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern ("ICS") ma uriet l-ebda dgħufija sinifikanti li saret evidenti fl-2014; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li, wara r-reviżjoni tal-istatus, l-Aġenzija tqis lilha nnfisha li hi konformi mar-rekwiżiti minimi sottostanti għal ICS kollha; jistieden lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ il-kontrolli interni tagħha u tiżgura li l-kontrolli introdotti jaħdmu b'mod effikaċi u jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tagħha;

Awditu intern

10.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ("IAS") wettaq awditu tal-Aġenzija skont il-Pjan Strateġiku ta' Awditjar tal-Aġenzija għall-2013 sal-2015 dwar is-suġġett "L-Iżvilupp ta' Linji Gwida ta' Qafas u Opinjoni dwar il-Kodiċi tan-Netwerk"; jieħu nota tal-fatt li, matul l-awditu, l-IAS identifika oqsma għal titjib u pprovda rakkomandazzjoni waħda indikata bħala "importanti ħafna" kif ukoll ħames rakkomandazzjonijiet indikati bħala "importanti";

11.  Jiżgura li, b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-IAS, l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet; jinnota li l-IAS aċċetta li l-pjan ta' azzjoni jindirizza b'mod adegwat ir-riskji identifikati;

12.  Jinnota li 10 mill-11-il rakkomandazzjoni magħmula mill-IAS fl-awditu tagħha tal-2013 huma magħluqa, filwaqt li rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala "importanti" fl-awditu tal-2013 hija mmarkata bħala “parzjalment implimentata” u trid tiġi kkompletata matul is-sena 2015;

Prestazzjoni

13.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija rrevediet is-sistema tagħha tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs), li biha introduċiet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-KPIs maħsuba biex jagħtu indikazzjoni aktar ċara lill-management dwar jekk l-għanijiet globali tal-Aġenzija kinux qed jintlaħqu; jinnota li s-sistema l-ġdida kellha tiġi applikata fl-2015, fi ħdan l-istruttura l-ġdida tal-Programm ta' Ħidma tal-Aġenzija;

14.  Jilqa' l-fatt li sabiex tirreġistra u żżomm rekord tat-tranżazzjonijiet baġitarji, l-Aġenzija tuża l-ABAC, l-istess sistema finanzjarja użata mill-Kummissjoni, bis-sistema SAP integrata bħala back-end għall-parti kontabilistika;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

15.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fil-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

Kummenti oħra

16.  Jirrimarka li skont il-Ftehim dwar is-Sede bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti, għandha tiġi stabbilita Skola Ewropea fl-Istat Membru ospitanti; jiddispjaċih li aktar minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dak il-ftehim, ma twaqqfet ebda Skola Ewropea; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li l-gvern tal-Istat Membru ospitanti qiegħed jivvaluta l-emendi u l-arranġamenti legali meħtieġa sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni; jinkoraġixxi lill-Aġenzija u lill-Istat Membru ospitanti jsolvu din il-kwistjoni u jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istat attwali tan-negozjati;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrità u jittejjeb il-qafas etiku bl-implimentazzjoni aħjar ta' kodiċi ta' mġiba u ta' prinċipji etiċi, sabiex tissaħħaħ kultura komuni u effikaċi ta' integrità;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Uffiċju BEREC)
PDF 441kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2192(DEC))
P8_TA(2016)0161A8-0093/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0090/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0093/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċju(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0090/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0093/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0093/2016),

A.  billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 4 162 874, li jirrappreżenta żieda ta' 17 % meta mqabbel mal-2013; billi din iż-żieda rriżultat primarjament mill-inklużjoni ta' dħul intern assenjat minn snin preċedenti,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni lill-baġit tal-Uffiċċju għall-2014 kienet tammonta għal EUR 3 617 948, li tirrappreżenta żieda ta' 1,74 % meta mqabbla mal-2013,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwalital-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Uffiċċju:

   introduċa proċedura dettaljata ta' monitoraġġ kull xahar li wasslet għal rati ta' implimentazzjoni baġitarja mtejba sabiex jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tiegħu kif ukoll tal-programm ta' ħidma annwali tiegħu;
   emenda l-Politika tiegħu dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni sabiex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati wara l-awditu ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni; jinnota b'sodisfazzjon it-tħejjija ta' Ftehim dwar il-Livell ta' Servizz ("FLS") bejn l-Uffiċċju u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ("ENISA"), li għandu jnaqqas ir-riskji relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni tal-Uffiċċju;
   ħa diversi azzjonijiet biex itejjeb il-proċess għar-rimborż tal-esperti u jnaqqas in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-pagamenti tard; jilqa' l-introduzzjoni ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni f'kull pass tal-proċess u t-taħriġ addizzjonali tal-atturi fiċ-ċirkwit finanzjarju u b'mod partikolari; jinnota b'sodisfazzjon l-esternalizzazzjoni ta' parti mill-proċess tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali ("PMO"), li aċċellerat kumplessivament il-proċedura ta' rimborż;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,91 %, li tirrappreżenta żieda ta' 8,36 % meta mqabbla mal-2012; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 75,66 %, li tfisser tnaqqis ta' 0,92 % meta mqabbla mal-2013;

Impenji u riporti

3.  Jinnota b'sodisfazzjoni li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati żdied minn 87 % fl-2013 għal 98 % fl-2014; jinnota, madankollu, li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati żdied għal EUR 900 000 (23 %), meta mqabbel mal-EUR 500 000 (13 %) fl-2013, l-aktar minħabba l-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju, bħal studji li għadhom għaddejjin dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

Trasferimenti

4.  Jaċċerta, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Uffiċċju, li huwa għamel għadd ta' trasferimenti baġitarji matul is-sena 2014, li biddlu b'mod konsiderevoli l-istruttura tal-baġit inizjali, sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet addizzjonali għan-nefqa operattiva; jinnota b'mod partikolari li dawk it-trasferimenti kienu prinċipalment relatati mal-istudju "Net Neutrality Study" kif ukoll mal-proġetti "BEREC net"; jinnota li l-finalizzazzjoni ta' dawn il-proġetti matul is-sena 2014 kienet inċerta fil-mument tat-tħejjija tal-baġit;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jilqa' l-fatt li fl-2014, għall-ewwel darba sa mill-istabbiliment tiegħu, l-Uffiċċju organizza proċedura ta' akkwist pubbliku għall-istudju "Net Neutrality Study" dwar il-valur tan-newtralità tan-netwerk għall-konsumaturi fl-Unjoni; jinnota li r-riżultati finali ta' dan l-istudju għandhom jintużaw bħala kontribut għall-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju;

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-sitwazzjoni ta' għadd komplut tal-persunal intlaħqet fi tmiem l-2014; jinnota, barra minn hekk, li fl-2014 l-Uffiċċju organizza 11-il proċedura ta' reklutaġġ u ffinalizza żewġ proċeduri ta' reklutaġġ imnedija fis-sena preċedenti; jirrikonoxxi l-fatt li opportunitajiet ta' sekondar, li kienu diffiċli li jimtlew, kienu koperti għalkollox sal-aħħar tal-2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jinnota li l-Uffiċċju ġie inkarigat bil-ġestjoni tad-dokumenti kollha li nħolqu matul il-kors tal-attivitajiet tal-BEREC, kif ukoll biż-żamma ta' reġistru pubbliku tad-dokumenti, minħabba li l-BEREC m'għandux personalità ġuridika; jinnota, barra minn hekk, li sabiex tiġi żgurata aktar trasparenza, l-Uffiċċju stabbilixxa subtaqsima fir-reġistru pubbliku speċifikament għall-politika tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess;

8.  Jitlob lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' kondotta, inkluż lill-Parlament, biex jintensifikaw il-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

9.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Uffiċċju jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, r-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Uffiċċju jinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

10.  Jinnota l-ħolqien ta' għodda ta' kollaborazzjoni li sservi bħala pjattaforma interna għall-iskambju u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, l-aħjar prattiki u l-għarfien espert, sabiex il-ħidma tal-korpi preparatorji titmexxa b'mod aktar effiċjenti;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju huwa impenjat li jtejjeb is-sit web tiegħu u jagħmlu aktar faċli għall-utenti; jinnota, barra minn hekk li, skont il-pjan ta' komunikazzjoni tiegħu, l-Uffiċċju stabbilixxa kont uffiċjali fuq Twitter u stazzjon fuq YouTube;

Kontrolli interni

12.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-istandards ta' kontroll intern rilevanti kollha ġew adottati mill-Kumitat ta' Tmexxija tiegħu; jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern għadha mhijiex kompluta; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jsir f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota li l-Uffiċċju żviluppa gwida dettaljata dwar il-ġestjoni tar-riskju sabiex jistabbilixxi u jimplimenta proċess sistematiku tal-ġestjoni tar-riskju; jilqa' l-fatt li din il-gwida ġiet żviluppata bl-appoġġ tal-ENISA;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju wettaq l-ewwel eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni tar-riskju fi ħdan il-qafas tal-ftehim dwar il-livell ta' servizz (FLS) bejn l-Uffiċċju u l-ENISA għall-kondiviżjoni tal-funzjoni ta' Assistent Koordinatur ta' Kontroll Intern; jinnota li t-tmexxija tal-Uffiċċju eżaminat l-eżitu tal-eżerċizzju u identifikat ir-riskji li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru tar-riskju;

Awditjar intern

15.  Jinnota li fl-2014 l-eżerċizzju ta' awditjar tas-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) iffoka fuq is-segwitu tar-rieżami limitat tal-2013 bl-għan li jivvaluta l-istat ta' konformità mal-istandards ta' kontroll intern; jinnota li l-IAS għalaq tnejn minn18-il rakkomandazzjoni abbażi ta' riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS eżamina 16-il rakkomandazzjoni miftuħa li fadal matul is-segwitu u kkonkluda li 14-il rakkomandazzjoni ġew implimentati kompletament;

Kummenti oħra

16.  Jieħu nota tal-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-baġit tal-2014 għal kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles ("EFTA") li għandhom status ta' osservatur fil-BEREC ma mmaterjalizzawx fin-nuqqas ta' ftehimiet mal-pajjiżi tal-EFTA; jirrikonoxxi l-fatt li l-baġit tal-2015 tal-Uffiċċju ġie korrett kif xieraq; jistieden lill-Uffiċċju biex jibqa' prudenti meta jiġi biex ibassar il-kontribuzzjonijiet relatati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-pajjiżi tal-EFTA;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
PDF 434kWORD 90k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2170(DEC))
P8_TA(2016)0162A8-0084/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0068/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0068/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 56 268 041, li jirrappreżenta żieda ta' 7,81 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

   ġie ffirmat Ftehim dwar kwartieri ġenerali bejn iċ-Ċentru u l-gvern tal-Istat Membru ospitanti;
   dan se jissimplifika l-aċċess għal dokumentazzjoni marbuta mal-Bord ta' Tmexxija tiegħu bħala parti mill-pjan ta' tfassil mill-ġdid tal-websajt tiegħu għall-2017;
   hu għamel żewġ rifużjonijiet lill-klijenti sa mill-2013 - li jammontaw għal EUR 4 900 000 - bħala parti mill-miżuri implimentati sabiex jitnaqqas il-bilanċ favorevoli tal-baġit;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 79,34 %, li tfisser tnaqqis ta' 4,13 % meta mqabbla mas-sena 2013; jaċċerta li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 71,97 %, li tfisser tnaqqis ta' 5,71 % meta mqabbla mas-sena 2013;

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-flus kontanti u d-depożiti għal żmien qasir miżmuma miċ-Ċentru żdiedu minn EUR 40 000 000 fl-aħħar tal-2013 għal EUR 44 000 000 fl-aħħar tal-2014; josserva li l-bilanċ pożittiv u r-riżervi żdiedu minn EUR 37 500 000 għal EUR 40 400 000, li jindika lok għal tnaqqis fil-prezzijiet; jinnota bi tħassib li l-bilanċ pożittiv hu fenomenu rikorrenti għaċ-Ċentru; jirrikonoxxi, madankollu, l-azzjonijiet pożittivi meħuda miċ-Ċentru biex treġġa lura din ix-xejra;

4.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-prezz medju għal kull paġna tnaqqas bi 2 % mill-2013 għat-tieni nofs tal-2014; jinnota, madankollu, li t-tariffa għal kull paġna ta' "reviżjoni" żdiedet bi 23 % matul l-istess perjodu; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-kriterji li wasslu biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet matul is-sena finanzjarja 2014; jitlob li ċ-ċentru jipprovdi aġġornament dwar it-tariffi, id-depożiti u l-bilanċi pożittivi attwali;

Awditu intern

5.  Jinnota miċ-Ċentru li fil-bidu tal-2014, ħames rakkomandazzjonijiet, li nħarġu mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS), baqgħu pendenti; jaċċerta miċ-Ċentru li ċ-Ċentru implimenta azzjonijiet korrettivi u għalaq żewġ rakkomandazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li mit-tliet rakkomandazzjonijiet pendenti (tnejn ikklassifikati bħala "importanti ħafna" u waħda hija kklassifikata bħala "importanti") kienu se jiġu implimentati; jitlob liċ-Ċentru biex jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet malajr kemm jista' jkun u biex iżomm l-awtorità tal-kwittanza infurmata;

Kontrolli interni

6.  Jinnota li ċ-Ċentru huwa konformi ma' 80 % tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS), għax għamel sforzi konsiderevoli biex jimplimenta l-azzjonijiet pendenti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-ICS; jinnota, barra minn hekk, li l-ġarr taċ-Ċentru lejn il-Bini Drosbach irrikjeda abbozzar mill-ġdid konsiderevoli tal-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju taċ-Ċentru; jinnota li t-tluq ta' diversi membri ewlenin tat-tmexxija taċ-Ċentru kellu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni f'waqtha tal-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju tiegħu, bir-riżultat li kien hemm dewmien fir-reviżjoni u fl-aġġornament tal-analiżi tal-impatt tan-negozju tiegħu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

7.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ċ-Ċentru jinsab fil-proċess li jistabbilixxi u jimplimenta strateġija kontra l-frodi bbażata fuq "Metodoloġija u linji gwida għal strateġiji kontra l-frodi għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE" tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF); jistieden liċ-Ċentru jaqsam il-kisbiet f'dan ir-rigward mal-awtorità tal-kwittanza;

8.  Jiddikjara li r-rapporti annwali taċ-Ċentru jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden liċ-Ċentru jinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

Prestazzjoni

9.  Jinnota b'sodisfazzjon is-sinerġiji li nħolqu miċ-Ċentru permezz tal-kondiviżjoni tas-servizzi ma' aġenziji oħra; ifaħħar, b'mod partikolari, il-ftehim ta' kooperazzjoni stabbilit bejn iċ-Ċentru u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA), li permezz tiegħu ċ-Ċentru jospita s-sistema tal-irkupru mid-diżastri tal-ERA, u jippermetti li jsir iffrankar ta' flus filwaqt li jipprovdi livell ogħla ta' sigurtà liż-żewġ korpi;

10.  Jilqa' l-implimentazzjoni min-naħa taċ-Ċentru ta' approċċ komuni għall-ipproċessar ta' qabel għall-marki kummerċjali Komunitarji mal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) bil-għan li jkun hemm kondiviżjoni tal-memorji tat-traduzzjoni u armonizzazzjoni tal-flussi ta' ħidma rispettivi sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-effiċjenza tal-proċess; jinnota li ma setgħetx tittieħed deċiżjoni finali tul is-sena finanzjarja 2014; jirrikonoxxi li ż-żewġ aġenziji qablu li jipproċedu bil-proġett fl-2015; jappoġġa ftehim ta' dan it-tip u jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi fir-rigward ta' din l-inizjattiva;

Kummenti oħra

11.  Jinnota b'sodisfazzjon il-proġett ta' adattabbiltà taċ-Ċentru, li beda fl-2014, u li jiffoka fuq it-titjib tal-adattabbiltà tal-persunal tiegħu u li jnaqqas il-ħiliet nieqsa nnotati fost tal-persunal; jinnota li ċ-Ċentru identifika lista ta' persuni li jħarrġu u beda l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' taħriġ identifikati; josserva li fl-aħħar tal-2015 saret analiżi tal-ħiliet li mill-inqas għandhom tnejn min-nies f'kull taqsima li turi li l-perċentwali żdied b'mod konsiderevoli u hija ta' 76,50 % meta mqabbel mal-65,46 % fl-2014;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon l-interess taċ-Ċentru fit-titjib tal-assigurazzjoni tal-kwalità tat-traduzzjonijiet u s-sistema ta' feedback tal-klijenti tiegħu, kif ukoll il-workshop organizzat miċ-Ċentru għal tradutturi freelance sabiex jiffamiljarizzahom mal-metodi ta' ħidma taċ-Ċentru;

13.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ċ-Ċentru implimenta għodda ġdida ta' ppjanar u monitoraġġ tal-baġit li ntużat għat-tħejjija tal-baġit tal-2015, sistema ġdida tal-ġestjoni tax-xogħol tat-traduzzjoni "e-CdT" u għodda ġdida għat-traduzzjoni bl-assistenza ta' kompjuter;

o
o   o

14.  Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(4) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
PDF 439kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2164(DEC))
P8_TA(2016)0163A8-0082/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0062/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0082/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2164(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0062/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0082/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2164(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0082/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 17 275 766, li jfisser tnaqqis ta' 3,62 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jilqa' l-miżuri stabbiliti miċ-Ċentru b'reazzjoni kemm għall-kummenti tal-Qorti fis-sena preċedenti, kif ukoll għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit tul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,93 %, fl-istess livell tal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,68 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,29 % meta mqabbla mal-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

3.  Japprezza t-tkomplija tal-effiċjenza tas-servizzi ta' appoġġ taċ-Ċentru fl-2014; jinnota li 95 minn 98 kariga fl-organigramma u l-puntwalità medja tal-pagamenti baqgħet stabbli;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitt ta' interessi u t-trasparenza

4.  Jinnota li f'Ottubru 2014 il-Bord Governattiv taċ-Ċentru adotta politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess adattata għas-sitwazzjoni taċ-Ċentru u li tinkludi sitwazzjonijiet rilevanti ta' kunflitti ta' interess potenzjali li jaf jinqalgħu fiċ-Ċentru; jilqa' s-sessjonijiet regolari ta' taħriġ organizzati miċ-Ċentru intiżi biex jissensibilizzaw il-persunal tiegħu dwar l-implimentazzjoni korretta ta' dik il-politika; josserva li l-ewwel sessjonijiet ta' taħriġ saru f'Ġunju 2015;

5.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru ffirmaw id-dikjarazzjonijiet ta' assenza ta' kunflitt ta' interess; jinnota, barra minn hekk, li dawk id-dikjarazzjonijiet ġew ippubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru wara l-kunsens tal-membri kkonċernati; iħeġġeġ lill-membri tal-Bord Governattiv li għadhom ma ffirmawx id-dikjarazzjoni biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;

6.  Jieħu nota tal-fatt li f'Ottubru 2014, iċ-Ċentru adotta strateġija kontra l-frodi bbażata fuq l-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE żviluppat mill-Kummissjoni bħala mezz biex jiġi pprovdut sostenn għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tar-riskji ta' frodi u biex jissaħħu l-proċeduri interni xierqa għar-rapportar u l-ġestjoni tal-każijiet ta' frodi u l-eżiti tagħhom;

7.  Jiddikjara li r-rapporti annwali taċ-Ċentru jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden liċ-Ċentru jinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

Awditu intern

8.  Jirrikonoxxi li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ("IAS") wettaq awditu fuq waħda mill-erba' temi inklużi fil-Pjan ta' Awditjar Strateġiku tal-IAS mill-2013 sal-2015; josserva li, fir-rapport tal-awditjar finali tiegħu, l-IAS ħareġ rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala "importanti ħafna" u erba' rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "importanti"; jirrikonoxxi li, billi r-rakkomandazzjoni "importanti ħafna" diġà kienet ġiet implimentata lejn tmiem is-sena, il-klassifikazzjoni tar-rakkomandazzjoni ġiet iddeklassifikata għal "importanti"; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-pjan ta' azzjoni mfassal b'riżultat tal-awditu qed jiġi implimentat kif ippjanat;

Kontrolli interni

9.  Jinnota li ċ-Ċentru jwettaq b'mod regolari valutazzjoni tar-riskji u jħejji pjan ta' ġestjoni tar-riskji sabiex jidentifika r-riskji li jistgħu jaffettwaw l-ilħuq tal-objettivi taċ-Ċentru; jinnota bi tħassib li l-pjan ta' ġestjoni tar-riskji jindika li jeżisti riskju li ċ-Ċentru ma jkunx jista' jipproċessa talbiet esterni u mhux previsti minn partijiet ikkonċernati minħabba li r-riżorsi disponibbli tiegħu diġà qed jiġu sfruttati żżejjed; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru qiegħed isegwi mill-qrib dawn il-bidliet fil-programm ta' ħidma tiegħu bl-għan li jadattah għar-riżorsi disponibbli jew biex jintegra l-attivitajiet li jirriżultaw mill-bidliet b'mod xieraq;

Prestazzjoni

10.  Jinnota li l-evalwazzjoni perjodika esterna taċ-Ċentru tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jiżviluppa u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu; jinnota, barra minn hekk, li f'April 2014 iċ-Ċentru fassal pjan ta' azzjoni biex jagħti segwitu għal dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ġie ppreżentat lill-Bord Governattiv; josserva li 7 minn 23 rakkomandazzjoni u l-azzjonijiet relatati ngħalqu sa tmiem l-2014; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

11.  Josserva li l-evalwazzjoni perjodika esterna eżaminat ukoll is-sinerġiji possibbli bejn iċ-Ċentru, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (l-"ETF"), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol ("EUROFOUND") u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ("EU-OSHA"); jirrikonoxxi li, skont il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, iċ-Ċentru ma dduplika l-attivitajiet ta' ebda attur ieħor fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali;

12.  Jinnota l-kooperazzjoni mill-qrib taċ-Ċentru mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u l-EUROFOUND, li hija fformalizzata fi ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn dawn l-aġenziji kif ukoll fi programmi ta' ħidma annwali miftiehma preċedentement;

13.  Jinnota l-ħidma taċ-Ċentru biex iżid il-viżibbiltà tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Unjoni u tar-rwol tiegħu permezz tas-sit web tiegħu, il-midja soċjali, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti differenti fl-Istat Membru ospitanti kif ukoll permezz tal-kollaborazzjoni mal-Kummissjoni f'diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet mal-istampa;

Kummenti oħra

14.  Jesprimi dispjaċir li x-xogħlijiet ta' tiswija li qed isiru fuq il-binja taċ-Ċentru fil-Greċja ma tlestewx sa tmiem l-2014; jirrikonoxxi, madankollu, li x-xogħlijiet ta' tiswija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern tal-Istat Membru ospitanti u li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni rilevanti kellhom jiġu sospiżi minħabba s-sitwazzjoni ekonomika fl-Istat Membru ospitanti; jinnota li l-bqija tax-xogħlijiet kellhom jitlestew sa tmiem l-2015, u jitlob liċ-Ċentru jkompli jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar din il-kwistjoni;

15.  Japprezza li ċ-Ċentru ffoka l-attività tiegħu fuq il-kontribut u l-appoġġ għall-politiki li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifaħħar, b'mod partikolari, kemm il-previżjonijiet u l-analiżi tal-kompetenzi taċ-Ċentru kif ukoll ix-xogħol li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-apprendistati; jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li l-informazzjoni mill-iskedi ddettalljati għal kull pajjiż fl-oqsma tal-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ippreparati miċ-Ċentru għall-Istati Membri kollha, kienet riflessa fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2014 tas-Semestru Ewropew;

16.  Jemmen li ċ-Ċentru għandu jassisti lill-Istati Membri li jiffaċċjaw l-isfida ta' għadd akbar ta' rifuġjati biex jisfruttaw l-opportunitajiet ta' taħriġ vokazzjonali sabiex jiġu integrati fis-swieq tax-xogħol;

17.  Jilqa' l-fatt li ż-żjarat fis-sit web tal-Europass amministrat miċ-Ċentru u disponibbli f'27 lingwa, fl-2014 laħqu l-21,7 miljun utent, żieda ta' 8 % fuq iċ-ċifri tal-2013;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
PDF 442kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2180(DEC))
P8_TA(2016)0164A8-0088/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0078/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 543/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0088/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0078/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 543/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0088/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0088/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija ("il-Kulleġġ") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 8 575 859, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 1,48 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Kulleġġ huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet immarkata bħala "Pendenti" fir-rapport 2012 tal-Qorti u bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2013 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ kummenti fir-rapport tal-Qorti hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li għal dak li għandu x'jaqsam ma' tliet kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet immarkata bħala "Pendenti" jew "Għadha għaddejja" fir-rapport 2013 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ kummenti fir-rapport tal-Qorti hija mmarkata bħala "Ikkompletata", filwaqt li għal kumment wieħed hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja"; jinnota li għat-tliet noti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għal tnejn minnhom hija mmarkata fir-rapport tal-Qorti bħala "Għadha għaddejja" filwaqt li għal waħda hija mmarkata "Mhux applikabbli";

2.  Jirrikonoxxi mill-Kulleġġ li:

   f'konformità mal-politika tal-Kulleġġ dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u mad-dikjarazzjoni ta' privatezza kkomunikati lis-suġġetti tad-data, il-Kulleġġ ippubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta' interess tad-direttur, il-viċi direttur, il-kap tas-servizzi korporattivi u l-membri tal-bord ta' tmexxija tiegħu; jirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet ta' interess iffirmati mill-persunal tal-Kulleġġ, l-esperti nazzjonali ssekondati u individwi oħra li jikkollaboraw direttament mal-Kulleġġ mhumiex disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġi limitat l-esponiment bla bżonn ta' data personali;
   serje ta' miżuri ġew stabbiliti wara r-rilokazzjoni tal-Kulleġġ minn Bramshill lejn il-kwartieri ġenerali li għadhom kif ġew immodernizzati f'Budapest sabiex jiġi żgurat li l-ambjent tax-xogħol tal-Kulleġġ ikun wieħed kosteffikaċi u ekoloġiku;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,40 %, rata li tirrappreżenta żieda ta' 2,51 % minn 94,89 % fl-2013; jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 82,40 %, rata li tirrappreżenta tnaqqis ta' 6,74 % minn 89,14 % fl-2013;

Impenji u riporti

4.  Jinnota mill-kontijiet finali tal-Kulleġġ li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli fil-livell ta' EUR 1 287 094, ammont li jirrappreżenta 15 % tal-baġit ġenerali 2014 u żieda ta' 4 % meta mqabbel mal-2013; josserva mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' riporti kien għoli għat-Titolu II (Nefqa amministrattiva) fil-livell ta' EUR 383 940 (59 %), ammont li juri żieda ta' 29 % meta mqabbel ma' dak ta' EUR 145 414 (30 %) fl-2013; jirrikonoxxi, madankollu, li l-livell ta' riporti huwa ogħla mis-sena ta' qabel, prinċipalment minħabba r-rilokazzjoni tal-kwartieri ġenerali li saret f'Ottubru 2014 u fatturi relatati ma' taħriġ dovuti f'Jannar-Frar 2015 li ma waslux qabel l-għeluq tas-sena finanzjarja;

5.  Jinnota bi tħassib ir-rata ta' kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 fil-livell ta' EUR 129 828 (15 %); jindika li r-rata ta' kanċellazzjoni għolja rriżultat prinċipalment mill-kanċellazzjoni tal-proġett Matrix kif ukoll minn spejjeż inqas milli stmati li kellhom jiġu rimborżati skont il-ftehimiet ta' għotja 2013; jistieden lill-Kulleġġ biex iħejji analiżi xierqa għall-utenti għal proġetti simili u biex jikseb informazzjoni aktar preċiża mingħand il-benefiċjarji tiegħu meta jiġu stmati l-ispejjeż tal-għotja; jindika li l-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet relatati ma' spejjeż inqas milli stmati li kellhom jiġu rimborżati skont il-ftehimiet ta' għotja tas-sena preċedenti huwa fenomenu rikorrenti fil-ġestjoni baġitarja tal-Kulleġġ u għaldaqstant dan għandu jiġi eżaminat mill-Kulleġġ aktar bir-reqqa; jinnota, barra minn hekk, li 14 % tal-approprjazzjonijiet riportati għat-Titolu III, li jikkonsistu prinċipalment f'korsijiet u attivitajiet ta' komunikazzjoni, ġew diżimpenjati;

6.  Jindika li l-Kulleġġ tejjeb is-sistema ta' monitoraġġ baġitarju tiegħu billi implimenta rapporti tal-baġit ta' kull xahar u laqgħat minn żmien għal żmien bejn l-atturi kollha fiċ-ċirkwitu finanzjarju sabiex jiġu analizzati u minimizzati r-riporti potenzjali; jinnota li, bħala riżultat, l-aħħar ħames snin urew tnaqqis kontinwu f'punti perċentwali tal-livell ta' riporti u kanċellazzjonijiet; jistieden lill-Kulleġġ biex inaqqas ulterjorment il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena sussegwenti u biex iżomm tali livell baxx kemm jista' jkun;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jikkonstata mill-Kulleġġ li dan adotta linji gwida għall-klassifikazzjoni tal-applikanti kif ukoll matriċi ta' preselezzjoni, li t-tnejn li huma jintużaw mill-Kumitat ta' Selezzjoni fi proċeduri ta' reklutaġġ u jorbtu l-punteġġi limiti mal-ġustifikazzjoni sottostanti; jinnota li dawn il-linji gwida ġew applikati għas-sessjonijiet ta' reklutaġġ li bdew f'April 2014; jistieden lill-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-valutazzjoni finali tal-linji gwida hekk kif dawn jiġu evalwati mill-Qorti u mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kulleġġ jinkorpora kwalunkwe titjib meħtieġ fil-linji gwida tiegħu mingħajr dewmien;

8.  Jitlob lill-Kulleġġ biex japplika strettament il-miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u biex japplika l-kriterji ta' esklużjoni biex il-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitti ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jinnota li s-sħab u l-partijiet interessati li l-Kulleġġ jikkoopera magħhom favur il-kisba tal-objettivi tiegħu huma rappreżentati minn korpi tal-Unjoni fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u oqsma relatati oħra, kif ukoll korpi ta' taħriġ fl-Ewropa, bl-iżvolġiment ta' rwol sinifikanti min-naħa ta' kulleġġi nazzjonali għat-taħriġ tal-pulizija; jirrikonoxxi mill-Kulleġġ li, b'kont meħud tan-natura tal-attività tiegħu u l-kuntest speċifiku li jopera fih, ma jaħdimx mal-lobbyists f'attivitajiet leġiżlattivi jew attivitajiet oħra relatati;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Kulleġġ jistgħu jiżvolġu rwol importanti fil-garanzija tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Kulleġġ jinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

11.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implimentazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

12.  Jitlob l-adozzjoni ta' strateġija ċara dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u regoli kontra l-prattika ta' "revolving doors". ifakkar lill-Kulleġġ li jeħtieġlu jadotta regoli interni vinkolanti dwar l-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

Awditu intern

13.  Jirrikonoxxi mir-rapport annwali tal-Kulleġġ li r-rakkomandazzjonijiet ta' awditjar kollha maħruġa mill-IAS ġew indirizzati; jinnota li, wara li rċieva informazzjoni dwar titjib mill-Kulleġġ, l-IAS ikkonferma tnejn mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bħala magħluqin, filwaqt li r-reazzjoni fuq it-tliet rakkomandazzjonijiet pendenti għandha tiġi kkomunikata wara l-ewwel rieżami dokumentarju jew awditu ta' segwitu; jistieden lill-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżiti ta' dan ir-rieżami malli dawn ikunu disponibbli;

Prestazzjoni

14.  Jinnota li l-ispiża ta' rilokazzjoni tal-Kulleġġ mir-Renju Unit lejn l-Ungerija ġiet stmata għal EUR 1 006 515, li minnhom 43 % ġew iffinanzjati mill-Kulleġġ permezz ta' ffrankar dovut għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni aktar baxx applikat għall-intitolamenti tal-persunal fl-Ungerija; jikkonstata li l-ammont li jifdal ġie ffinanzjat b'mod ugwali minn kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni u r-Renju Unit;

15.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014 il-bord ta' tmexxija tal-Kulleġġ esternalizza s-servizzi ta' kontabilità tiegħu lill-Kummissjoni biex inaqqas l-ispejjeż amministrattivi tiegħu; jinnota li l-ħatra tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kulleġġ daħlet fis-seħħ f'April 2014;

Kummenti oħra

16.  Jistieden lill-Kulleġġ biex itejjeb il-proċeduri u l-prattiki tiegħu mmirati lejn is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(5) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 5.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
(9) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(12) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 5.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
PDF 541kWORD 110k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2175(DEC))
P8_TA(2016)0165A8-0095/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0073/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0095/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2175(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0073/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0095/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2175(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0095/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 181 179 098, li jfisser żieda ta' 8,47 % meta mqabbel mal-2013; billi 21,1 % tal-baġit tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti") stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni mill-Aġenzija, li:

   din ħadet azzjoni korrettiva biex tifformalizza u tiddokumenta l-kriterji użati biex testernalizza parti mis-servizzi ta' ċertifikazzjoni tagħha lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali u entitajiet kwalifikati; jinnota li l-Aġenzija aġġornat il-mudelli tad-dokumenti ġustifikattivi biex ittejjeb it-trasparenza tal-proċess ta' esternalizzazzjoni;
   din rieżaminat u vverifikat għadd kbir ta' dikjarazzjonijiet tal-interessi sabiex tiżgura li hi konformi mal-politika tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota barra minn hekk li ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta' ''revolving door''; jiddispjaċih, madankollu, li l-ispjegazzjonijiet dwar il-kunflitti ta' interess min-naħa ta' diversi membri tal-bord u persunal amministrattiv għadhom iridu jiġu pprovduti jew ivverifikati; jenfasizza l-fatt li, fl-interess ta' aktar trasparenza, dan għandu jseħħ kemm jista' jkun malajr;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,1 %, li tfisser tnaqqis ta' 0,9 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 91,1 %, li tfisser tnaqqis ta' 6,17 % meta mqabbla mal-2013;

3.  Jinnota li terz biss mill-baġit tal-Aġenzija ġej mis-settur pubbliku, u li ż-żewġ terzi l-oħra ġejjin mill-industrija; jesprimi t-tħassib tiegħu billi dawn ir-rabtiet finanzjarji mal-industrija jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tal-Aġenzija; jappella lill-Aġenzija toħloq salvagwardji sabiex tiżgura l-indipendenza tagħha u l-evitar ta' kunflitti ta' interess;

Impenji u riporti

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija kompliet tnaqqas il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati, minn EUR 10 100 000 (11 %) fl-2012 u EUR 7 200 000 (7,7 %) fl-2013 għal EUR 5 900 000 (6,2 %) fl-2014; jinnota li r-riporti kienu ta' EUR 3 600 000 (22 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 2 000 000 (38,1 %) għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li dawn ir-riporti kienu relatati man-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija; jinnota barra minn hekk li r-riporti inklużi fil-kampjun tal-Qorti kienu ġġustifikati kif xieraq;

5.  Jinforma lill-Aġenzija li din għandha żżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena ta' wara baxx kemm jista' jkun, u dan fl-interess tat-trasparenza u r-responsabbiltà;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-ippjanar tal-akkwisti tal-Aġenzija għandu jittejjeb, b'mod partikolari fir-rigward ta' kuntratti qafas; jindika li fl-2014, tliet proċeduri li kellhom jieħdu post kuntratti qafas eżistenti hekk kif dawn jiskadu, tnedew tard wisq; jinnota barra minn hekk li ġew estiżi żewġ kuntratti qafas eżistenti sa ma ġew stabbiliti dawk ġodda, u f'każ ieħor tnediet proċedura ta' akkwist innegozjata sabiex jimtela l-vojt u tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma kinitx konformi mar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija(13) minħabba l-bidla fit-tul ta' żmien tal-kuntratt inizjali u l-użu ta' proċedura nnegozjata, li taffettwa l-kompetizzjoni ġusta; jagħraf mill-Aġenzija li din introduċiet pjan ta' akkwist rivedut biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kif inhu għaddej dan;

7.  Jinnota li l-Aġenzija eżaminat mill-ġdid l-organigramma tagħha tal-2014 approvat mill-awtoritajiet baġitarji fil-bidu tal-2014, u kkonkludiet li t-tqassim AST/AD u t-tqassim tal-gradi kellu jiġi adattat sabiex jirrifletti aħjar il-ħtiġijiet tal-Aġenzija; jinnota li l-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, adotta l-organigramma immodifikata li affettwat il-bilanċ bejn l-AD/AST u l-klassifikazzjoni ta' 64 kariga iżda mhux l-għadd totali ta' karigi jew il-volum ta' approprjazzjonijiet tal-persunal previsti fil-baġit 2014;

8.  Jinnota r-riżultati tal-ewwel eżerċizzju għall-istabbiliment ta' parametri riferenzjarji dwar impjiegi fl-Aġenzija, li wrew li 14 % tal-impjiegi kienu ddedikati għall-appoġġ u l-koordinazzjoni amministrattivi, 78,7 % għall-kompiti operattivi u 7,3 % għall-kompiti ta' kontroll u finanzjarji; iqis li lista tal-persunal imqassma skont il-kategorija u s-settur kif ukoll skont is-sorsi ta' finanzjament għall-attivitajiet tagħhom (miżati u imposti vs. sussidji tal-Unjoni) għandha wkoll tiġi inkluża fir-Rapport Annwali li jmiss sabiex tkun disponibbli stampa aktar dettaljata tar-riżorsi meħtieġa li jkollhom impatt fuq il-baġit tal-UE;

9.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu, kif iddikjarata fil-qafas tal-proċedura baġitarja, fir-rigward tal-membri tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom huma ffinanzjati minn miżati mħallsa mill-industrija u għaldaqstant mhux mill-baġit tal-UE, li t-tali persunal tal-Aġenzija ma għandux jiġi affettwat mit-tnaqqis ta' 2 % applikat kull sena mill-Kummissjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

10.  Jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija tistabbilixxi r-responsabbiltajiet, l-objettivi u l-azzjonijiet tal-Aġenzija f'termini ta' prevenzjoni, identifikazzjoni, investigazzjoni u korrezzjoni tal-frodi; jieħu nota tal-fatt li fl-2014 inħatar uffiċjal kontra l-frodi u ġie stabbilit pjan ta' azzjoni fil-kuntest tal-istrateġija kontra l-frodi, b'miżuri li għandhom jiġu implimentati għas-snin 2015 u 2016; jinnota li matul l-2014 ma ġie identifikat l-ebda każ ta' frodi taħt l-istrateġija ta' kontra l-frodi;

11.  Jinnota li fl-2014 l-Aġenzija adottat proċedura kunfidenzjali ta' rappurtar ta' sikurezza li tindirizza informazzjoni mingħand informaturi relatata ma' allegati prattiki ħżiena u irregolaritajiet fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni rrappurtati minn individwi esterni; josserva li fl-2014 kien hemm 66 każ relatat ma' din il-proċedura; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija għandha stabbilita proċedura għall-informaturi u li fl-2014 ġie irreġistrat każ wieħed u ma wasal l-ebda appell;

12.  Josserva li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Diretturi u l-Kapijiet tad-Dipartiment kollha tal-Aġenzija huma ppubblikati fuq is-sit web tagħha; jinnota barra minn hekk li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija kif ukoll tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha wkoll ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija;

13.  Jinnota li l-Aġenzija diġà stabbiliet u implimentat politika komprensiva dwar il-prevenzjoni u t-taffija tal-kunflitti ta' interess kif ukoll dwar ''ir-Rigali u l-Ospitalità'' fil-''Kodiċi ta' Kondotta għall-persunal tal-EASA'' tagħha; jinnota li din il-politika tinkludi fost oħrajn l-istabbiliment ta' Kumitat tal-Etika biex jivvaluta d-dikjarazzjonijiet tal-interessi li saru u sabiex jittratta kull każ relatat mal-Kodiċi ta' Kondotta, kif ukoll l-istabbiliment ta' taħriġ obbligatorju dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri kollha tal-persunal tal-Aġenzija; jirrikonoxxi li ġie adottat ukoll kodiċi ta' kondotta li jinkludi politika dwar il-prevenzjoni u t-taffija tal-kunflitti ta' interess għall-membri tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija u għall-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha; jinnota li l-Aġenzija waslet biex teżamina mill-ġdid u taġġorna l-politiki tagħha dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-istatus tal-aġġornament tal-politika;

14.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

15.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni, u fil-ġlieda kontriha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

Awditu intern

16.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq rieżami fl-2014 u ħareġ seba' rakkomandazzjonijiet; josserva li matul l-awditi tal-IAS l-ebda sejba ma ġiet ikklassifikata bħala ''Kritika'' u li matul tliet awditi li saru bejn l-2009 u l-2013, erba' sejbiet ġew ikklassifikati bħala ''Importanti ħafna''; jinnota li l-Aġenzija ħadet azzjonijiet korrettivi relatati mar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi tal-IAS, u mmarkathom bħala ''lesti għal rieżami'' fit-tħejjija tal-awditu ta' segwitu tal-IAS; jinnota li fl-2014 l-IAS ma wettaqx valutazzjoni formali dwar il-progress li sar mill-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jinnota li abbażi tal-informazzjoni mill-Aġenzija, fi Frar 2016 l-IAS irrapporta li l-erba' rakkomandazzjonijiet kollha ibbażati fuq is-sejbiet u kkalssifikati bħala ''importanti ħafna'' kienu mmarkati bħala ''implimentati'';

Kontrolli interni

17.  Jinnota li fl-2014 il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija wettqet tmien inkarigi ta' assigurazzjoni, ħarġet 56 rakkomandazzjoni u identifikat tliet riskji inerenti bi probabbiltà ta' okkorrenza immarkata bħala ''għolja'' u impatt potenzjali immarkat bħala ''sinifikanti''; jinnota, barra minn hekk, li mis-sitt azzjonijiet li tħejjew mill-Aġenzija biex jittaffa l-livell ta' riskju, tnejn ingħalqu u l-erbgħa l-oħra kienu skedati biex jiġu implimentati sa Settembru 2016; jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tal-azzjonijiet li fadal;

Prestazzjoni

18.  Jinnota li fl-2014 l-Aġenzija tat bidu għal bidliet fundamentali fil-mod kif taħdem sabiex tippermetti approċċ aktar proporzjonat u bbażat fuq il-prestazzjoni għas-sikurezza, u li rrieżaminat l-istruttura organizzattiva tagħha biex tħejji lilha nnifisha għall-bosta sfidi li se tiffaċċja fis-snin immedjati li ġejjin;

Kummenti oħra

19.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Aġenzija biex taqsam u tipprovdi servizzi għal aġenziji oħra sabiex jinħolqu sinerġiji; jinnota b'mod partikolari li l-Aġenzija toħroġ liċenzji mingħajr ħlas għall-iżvilupp ta' għodod tar-riżorsi umani u li tospita s-segretarjat permanenti tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni; jinnota li l-Aġenzija tuża l-kuntratti ta' qafas tal-Kummissjoni, servizzi tal-IT u oħrajn relatati u tiddependi fuq għadd partikolari ta' servizzi oħra tal-Kummissjoni; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tuża akkwisti konġunti ma' aġenziji oħra tal-Unjoni kull fejn possibbli sabiex tiġġenera ffrankar fl-ispejjeż;

20.  Jirrikonoxxi l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex tagħmel titjib fl-effiċjenza u jkun hemm iffrankar; jieħu nota b'mod partikolari tal-proġett ta' organizzazzjoni mill-ġdid tal-Aġenzija li kien immexxi mill-persunal intern tagħha għal perjodu ta' seba' xhur, filwaqt li proġett ekwivalenti mmexxi minn kumpanija esterna kieku kien jiġġenera spejjeż ħafna aktar ogħla;

21.  Jinnota bi tħassib li mill-2004 'l hawn mindu bdiet topera l-Aġenzija, din qed taħdem biss abbażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti; jinnota madankollu li għadu ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti; jinnota madankollu li tali ftehim ikun jippromwovi t-trasparenza u s-sigurtà fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi tal-Aġenzija u l-persunal tagħha; jirrikonoxxi li l-gvern tal-Istat Membru ospitanti dan l-aħħar beda diskussjonijiet informali mal-Aġenzija dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Aġenzija u lill-Istat Membru ospitanti jindirizzaw din il-kwistjoni bl-akbar urġenza u jinfurmaw lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress tan-negozjati;

22.  Jistieden lill-Aġenzija tipprovdi informazzjoni dwar jekk ir-rilokazzjoni tagħha se tikseb l-għan ta' kosteffiċjenza;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-opportunità disponibbli din is-sena biex temenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) li jistabblixxi l-Aġenzija, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u b'hekk l-Aġenzija tkun tista' topera mingħajr xkiel; jistieden, għaldaqstant, lill-Aġenzija tinnotifikah rigward id-deċiżjoni finali dwar il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija;

24.  Jiddikjara li l-objettiv tal-Aġenzija huwa s-sikurezza tal-avjazzjoni, li huwa meqjus bħala ben pubbliku; iħeġġeġ lill-Aġenzija żżomm dan l-objettiv fl-istrateġija tal-Aġenzija u fid-deċiżjonijiet tal-ibbaġitjar u l-ġestjoni bbażati fuq il-prestazzjoni, u dan bħala prinċipju ewlieni fir-rigward tal-partijiet interessati tagħha li m' għandu qatt jiġi ssagrifikat għal raġunijiet ta' kompetittività, effiċjenza jew deregolazzjoni;

25.  Jenfasizza r-rwol fundamentali li għandha l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza fl-avjazzjoni fl-Ewropa kollha; jirrikonoxxi li s-sena 2014, minħabba l-għajbien tal-ajruplan MH370, l-inċident drammatiku tal-ajruplan MH17, it-tiġrif tal-ajruplan QZ8501 tal-Air Asia u l-interferenzi tar-radar fuq l-Ewropa Ċentrali, kienet sena ta' sfida għall-Aġenzija u għas-sikurezza tal-avjazzjoni b'mod ġenerali, u li b'hekk kien jeħtiġilha tittratta ma' dispożizzjonijiet ġodda implimentattivi u ta' superviżjoni dwar il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir; jenfasizza li, fil-kuntest ta' settur tal-avjazzjoni ċivili li qed jiżviluppa b'rata mgħaġġla, l-Aġenzija għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq b'suċċess il-kompiti regolatorji u eżekuttivi tagħha, fl-oqsma tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali, filwaqt li ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha;

26.  Jenfasizza l-involviment tal-Aġenzija fl-appoġġ tal-iżvilupp tal-istrumenti relevanti meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tal-ftehimiet bilaterali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

o
o   o

27.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 81.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 81.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 81.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 81.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) https://easa.europa.eu/system/files/dfu/EASA%20MB%20Decision%2014-2013%20amending%20the%20FR_Final_signed_Annex.pdf
(14) Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
PDF 442kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2194(DEC))
P8_TA(2016)0166A8-0133/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0092/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0133/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0092/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0133/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0133/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 15 663 975; billi 94 % tal-baġit tal-Uffiċċju huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapporti 2012 u 2013 tal-Qorti rispettivament hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja"; jinnota, barra minn hekk, li l-azzjoni korrettiva għal tliet kummenti li saru fir-rapporti 2012 u 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja" filwaqt li l-azzjoni korrettiva għal tliet kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala "Mhux Applikabbli";

2.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li:

   inkluda l-informazzjoni dwar id-dovuti għall-ispejjeż tal-persunal fil-formoli xierqa, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet meħtieġa għas-sena finanzjarja 2014;
   ġew stabbiliti miżuri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet rikorrenti ta' stima ħażina tal-ħtiġijiet baġitarji u l-pagamenti tard kif ukoll il-kwistjonijiet ta' trasparenza u kunflitti ta' interess;
   ġiet approvata politika dwar il-kunflitt ta' interess mill-Bord ta' Tmexxija sa tmiem l-2013 u l-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll id-Direttur Eżekuttiv iffirmaw il-formola tal-kunflitt ta' interess tal-Uffiċċju u kkonfermaw in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju għamel riport ta' EUR 1 300 000 bħala impenji baġitarji li ma kinux koperti minn impenji legali; ifakkar lill-Uffiċċju li dan jikkontradixxi r-Regolament Finanzjarju; jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-Uffiċċju li jikkoreġi dawn ir-riporti irregolari fis-sistema ta' ġestjoni baġitarja fl-2015, minħabba li l-perjodu finanzjarju diġà ngħalaq għas-sena finanzjarja 2014;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 84,69 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,65 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 71,33 %, li tfisser tnaqqis ta' 15,85 % meta mqabbla mal-2013;

5.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 1 062 pagament, li jirrappreżentaw 28,6 %, saru wara l-limitu taż-żmien stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, u jirrappreżentaw żieda ta' 10,6 % meta mqabbla mal-2013; jinnota bi tħassib li d-dewmien medju għall-pagamenti tard żdied bi tlett ijiem għal 24 jum mill-2013 għall-2014; jinnota mill-Uffiċċju li ġiet introdotta sensiela ta' miżuri maħsuba biex inaqqsu l-pagamenti tard kif ukoll li r-rata ta' pagamenti tard fl-2015 tnaqqset fl-2015; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw din il-kwistjoni;

6.  Jinnota mill-Uffiċċju li, mit-tieni tliet xhur tal-2015 'il quddiem, se jagħmel rieżami tal-baġit annwali tiegħu mill-anqas darbtejn fis-sena, bil-għan li jtejjeb l-ippjanar baġitarju u l-proċess ta' implimentazzjoni, kif ukoll li jnaqqas l-ammont sproporzjonat ta' riporti; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju introduċa format ġdid għar-rapporti dwar l-istatus tal-baġit ta' kull xahar kif ukoll sessjonijiet ta' ħidma interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effikaċja tal-miżuri meħuda;

Impenji u riporti

7.  Jieħu nota li 21,2 % (EUR 146 417) tal-approprjazzjonijiet impenjati mhux differenzjati riportati mill-2013 ġew ikkanċellati fl-2014, rata li tirrappreżenta żieda ta' 4,7 % meta mqabbla mal-2013; josserva li dawn il-kanċellazzjonijiet huma prinċipalment relatati ma' servizzi interim, korsijiet ta' taħriġ tal-persunal, appoġġ amministrattiv u spejjeż għat-traduzzjoni; ifakkar lill-Uffiċċju li dawn il-kanċellazzjonijiet mhumiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità u li ammont għoli ta' kanċellazzjonijiet ta' riporti mis-sena preċedenti jindika dgħufijiet fl-ippjanar baġitarju; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li ġew stabbiliti miżuri biex jittejbu l-ippjanar baġitarju u l-proċess ta' implimentazzjoni tiegħu u biex jitnaqqas kwalunkwe riport sproporzjonat fi tmiem is-sena finanzjarja;

8.  Jieħu nota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) li ġie riportat għall-2015 kien għoli, fil-livell ta' 27,9 %; jinnota li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mas-servizzi konsultattivi u ta' konsulenza tal-IT li saru fl-2014 minkejja li ma ġewx fatturati jew ma sarux matul l-2015;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

9.  Jieħu nota tal-politika aġġornata ta' reklutaġġ li tirrifletti l-bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li fl-2015 huwa rreveda l-linji gwida tar-reklutaġġ u tas-selezzjoni billi introduċa passi u kontrolli ulterjuri biex jiżgura t-trasparenza u t-trattament ugwali; jinnota bi tħassib li l-azzjoni korrettiva għall-kumment dwar it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, imqajjem fir-rapport 2012 tal-Qorti, hija mmarkata bħala "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti; jistieden lill-Uffiċċju jipprovdi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effikaċja tal-miżuri meħuda; jistenna bil-ħerqa l-awditu li jmiss tal-Qorti u l-evalwazzjoni tagħha fir-rigward tal-azzjonijiet korrettivi meħuda;

10.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-Uffiċċju għandu rata għolja ta' bidla fil-persunal, b'14-il membru tal-persunal li telqu fl-2014, inklużi erbgħa f'pożizzjonijiet ewlenin; jaqbel mal-Qorti li din ir-rata għolja ta' bidla fil-persunal tirrappreżenta riskju konsiderevoli għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-programm annwali u multiannwali tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li huwa impjega sostituti għall-membri tal-persunal li telqu fl-2014, kif ukoll li issa jew il-karigi kollha huma okkupati jew il-proċeduri ta' reklutaġġ qegħdin jitwettqu; jitlob lill-Uffiċċju jinvestiga r-raġunijiet għal-livell għoli ta' bidla fil-persunal u jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex jindirizza dan il-fatt;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju naqas milli jagħmel disponibbli pubblikament kemm il-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess kif ukoll il-formoli tal-kunflitt ta' interess iffirmati mill-membri tal-Bord ta' Tmexxija u mid-Direttur Eżekuttiv; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jtemm din l-azzjoni malajr kemm jista' jkun;

12.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

13.  Jitlob lill-Uffiċju jadotta regoli ċari dwar l-informaturi u kontra każijiet ta' "revolving doors";

Kontrolli interni

14.  Jieħu nota li mis-sitt Standards ta' Kontroll Intern pendenti u mhux implimentati bis-sħiħ, tnejn ġew implimentati; jikkonstata li l-implimentazzjoni tal-erba' Standards ta' Kontroll Intern li fadal għadha għaddejja b'assistenza minn konsulenza esterna; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istandards ta' Kontroll Intern pendenti;

Awditu intern

15.  Jieħu nota li, wara r-rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern li sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, ħdax-il rakkomandazzjoni ġew innotati bħala implimentati b'mod adegwat u kellhom jingħalqu mill-IAS; jinnota, barra minn hekk, li seba' rakkomandazzjonijiet minn snin preċedenti baqgħu miftuħa, erbgħa mmarkati bħala "importanti ħafna", u tlieta bħala "importanti"; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

Kummenti oħra

16.  Jirrikonoxxi d-diffikultajiet fil-ġestjoni tal-kriżi attwali tar-rifuġjati; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-kompiti tal-Uffiċju aktarx se jkomplu jiżdiedu u li konsegwentement se jkun meħtieġ li jiżdiedu l-baġit u l-livelli tal-persunal tiegħu; jitlob, għaldaqstant, lill-Uffiċju jżid l-isforzi tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu, u biex jippreżenta pjan ta' azzjoni biex ikun jista' jaħdem bl-aħjar mod fis-snin li ġejjin;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
PDF 448kWORD 104k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2188(DEC))
P8_TA(2016)0167A8-0090/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0086/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0090/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2188(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0086/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0090/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2188(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0090/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 33 599 863, li jfisser żieda ta' 29,39 % meta mqabbel ma' dak għall-2013, u dan minħabba l-fatt li l-Awtorità ġiet stabbilita reċentement; billi l-Awtorità hija ffinanzjata mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni (40 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri (60 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 u mmarkat li ''Għadu għaddej'' fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u fil-maġġor parti tagħhom huma ffinalizzati, u l-kumment issa huwa mmarkat bħala ''Ikkompletat"; jinnota barra minn hekk li żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2013 issa huma mmarkati bħala ''Mhux applikabbli'';

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,81 %, li tfisser żieda ta' 2,28 % meta mqabbla mal-2013, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,94 %, li tfisser żieda ta' 8,60 %; jirrikonoxxi mill-Awtorità li ż-żieda fir-rati ta' eżekuzzjoni tal-baġit irriżultat minn titjib fl-ippjanar u l-monitoraġġ baġitarju;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li l-Awtorità kompliet tnaqqas ir-rata globali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati minn 16,50 % fl-2013 għal 15,90 % fl-2014; jirrikonoxxi li l-approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II kienu jammontaw għal EUR 3 431 070, u fil-maġġor parti kienu relatati maċ-ċaqliq tal-Awtorità lejn il-bini l-ġdid tagħha f'Diċembru 2014;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità ġabet il-kuntratti tal-IT tagħha aktar konformi mas-sena finanzjarja sabiex jitnaqqas il-livell ta' riporti marbutin mal-akkwist ippjanat ta' infrastruttura u servizzi tal-IT; jindika li r-rata perċentwali tar-riporti relatata ma' kuntratti tal-IT naqset b'9 % meta mqabbla mal-2013;

5.  Jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 kienet ta' 92 %; jindika li l-mira tal-Awtorità ta' 95 % ma ntlaħqitx biss minħabba tnaqqis fil-prezz tas-servizzi tagħha tal-infrastruttura tal-IT;

Trasferimenti

6.  Jinnota mill-kontijiet annwali tal-Awtorità li l-Bord Maniġerjali tagħha approva ħames trasferimenti baġitarji implimentati matul l-2014 li qabżu l-limitu msemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota mill-kontijiet annwali tal-Awtorità li l-għadd ta' postijiet mimlija huwa 146; jilqa' l-enfasi tal-Awtorità li talloka r-riżorsi tagħha lill-oqsma kummerċjali ewlenin tagħha; jindika li għal kull erba' postijiet marbuta mal-implimentazzjoni diretta tal-mandat tal-Awtorità, hemm biss post amministrattiv wieħed;

8.  Jitlob lill-Awtorità tapplika strettament il-miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki xierqa dwar il-preċedenti mwettqa f'kull każ, u li tapplika l-kriterji tal-esklużjoni ħalli l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitti ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet ta' intenzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri u l-osservaturi tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, il-Bord Maniġerjali u l-maniġment tal-Awtorità ġew ippubblikati fuq is-sit web tagħha; jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi għall-persunal jinġabru kull sena u huma evalwati minn uffiċjal tal-etika;

10.  Iħeġġeġ lill-Awtorità tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin, u li tinkludi l-integrità u t-trasparenza bħala punt obbligatorju li jrid jiġi diskuss matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;

11.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

12.  Jinnota li l-istrateġija ta' kontra l-frodi tal-Awtorità ġiet adottata f'April 2015 u li se tiġi implimentata bejn l-2015 u l-2017;

13.  Jinnota li l-proċessi relatati mal-politika dwar l-indipendenza u l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet ġew implimentati mill-Awtorità sabiex ikun żgurat li l-membri u l-osservaturi ġodda jipprovdu d-dikjarazzjonijiet meħtieġa; jinnota barra minn hekk li l-membri u l-osservaturi li rriżenjaw huma mfakkra dwar l-obbligi kontinwi tagħhom;

14.  Jitlob li l-Awtorità timplimenta l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal billitippubblika l-informazzjoni dwar l-uffiċjali anzjani li telqu mis-servizz, u lista ta' kunflitti ta' interess kull sena;

Awditu intern

15.  Jinnota li fl-2014 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq rieżami limitat tal-ġestjoni tal-proġetti tal-IT tal-Awtorità; jinnota barra minn hekk li minn erba' sejbiet identifikati, l-ebda waħda minnhom ma kienet meqjusa kritika; jirrikonoxxi li l-pjan ta' azzjoni miftiehem li jindirizza dawn is-sejbiet diġà ġie implimentat bis-sħiħ mill-Awtorità; jirrikonoxxi li matul l-2014, ma nħarġet jew ingħalqet l-ebda rakkomandazzjoni kritika u li fl-1 ta' Jannar 2015 ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika miftuħa;

Prestazzjoni

16.  Jieħu nota tal-fatt li l-Awtorità tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fil-funzjonijiet ta' appoġġ kollha sabiex l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kull fejn possibbli, jiġu sfruttati s-sinerġiji u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki; jistenna bil-ħerqa sforzi ulterjuri min-naħa tal-Awtorità għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' aġenziji deċentralizzati oħra;

17.  Jinnota li l-Awtorità tuża s-sistemi ta' kontabilità pprovduti mill-Kummissjoni, li ġew ivvalidati mill-uffiċjal tal-kontabilità abbażi tax-xogħol imwettaq minn kumpanija tal-kontabilità indipendenti li tkopri s-sistemi, iċ-ċirkwiti finanzjarji u rieżami ta' skemi tal-kontabilità; jinnota madankollu li matul l-2014 u bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza ta' dawn is-sistemi, ġew implimentati l-bidliet għall-implimentazzjoni ta' pagamenti tal-massa għall-missjonijiet u ġie introdott u ttestjat b'suċċess it-twassil elettroniku tal-fatturi;

Kummenti oħra

18.  Ifakkar li l-Parlament kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien, bħala parti mis-sistema SESF, tal-Awtorità fl-2011;

19.  Jissottolinja li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni fis-suq intern huwa essenzjali biex tiġi żgurata stabbiltà finanzjarja, suq finanzjarju integrat aħjar, aktar effiċjenti u sikur, kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni billi tippromwovi l-korrettezza u t-trasparenza fis-suq tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji;

20.  Jenfasizza li l-ħidma tal-Awtorità hija ta' natura purament teknika u li deċiżjonijiet politiċi ewlenin huma l-prerogattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni;

21.  Jindika li l-Awtorità, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari sabiex iżżomm is-sikurezza u s-solidità tas-settur finanzjarju, tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji; jissottolinja li l-Awtorità, fuq dik il-bażi, trid tistinka ħalli tikseb riżultati mhux ambigwi, konsistenti, koerenti u ħielsa minn kumplessità superfluwa;

22.  Jindika li huwa ta' importanza partikolari li d-dispożizzjonijiet abbozzati mill-Awtorità jitfasslu b'mod li jippermettu li jiġu applikati ugwalment minn entitajiet iżgħar;

23.  Jenfasizza li, għall-kwistjonijiet kollha marbuta mar-riżorsi tal-Awtorità, irid ikun żgurat li l-mandat jista' jiġi sodisfatt konsistentement u li l-limiti prattiċi ta' superviżjoni indipendenti, affidabbli u effikaċi ma jiġux stabbiliti minn restrizzjonijiet baġitarji;

24.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti fir-rapport speċjali tagħha Nru 2014/05, li, b'mod ġenerali, l-Awtorità ma kellhiex biżżejjed riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha matul il-fażi tal-bidu tagħha sabiex tkun tista' twettaq il-mandat; jirrikonoxxi li l-fażi tal-istabbiliment tas-SESF għadha ma tlestietx u għaldaqstant jinnota li l-kompiti diġà fdati lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti addizzjonali previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal, kemm f'termini kwantitattivi kif ukoll ta' kwalifiki, kif ukoll ta' finanzjament li jippermetti superviżjoni sodisfaċenti; jenfasizza li, sabiex tinżamm il-kwalità tal-ħidma superviżjorja, spiss jiġri li espansjoni tal-kompiti trid tiġi abbinata ma' espansjoni tar-riżorsi; jenfasizza madankollu, li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tiġi spjegata bir-reqqa u akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni kull fejn hu possibbli;

25.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu bis-sħiħ, l-Awtorità trid iżżomm bir-reqqa mal-kompiti assenjati lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li de facto twessa' l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat; jenfasizza li, meta twettaq il-ħidma tagħha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-istandards tekniċi u l-konsulenza teknika, l-Awtorità jeħtiġilha tinforma lill-Parlament fil-ħin, b'mod regolari u komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih li fil-passat dan mhux dejjem seħħ;

26.  Jenfasizza li, meta tabbozza leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, linji gwida, mistoqsijiet u tweġibiet jew miżuri simili, l-Awtorità dejjem trid tirrispetta l-mandat attribwit mil-leġiżlatur tal-Unjoni u ma tridx tipprova tistabbilixxi standards f'oqsma li fihom għad hemm proċessi leġiżlattivi pendenti;

27.  Jiddispjaċih ikollu jirrikonoxxi li l-Awtorità ma rnexxilhiex iżżomm lil-leġiżlatur tal-Unjoni infurmat b'mod suffiċjenti u komprensiv dwar id-dettalji kollha tal-ħidma li qed twettaq;

28.  Jiddispjaċih ikollu jirrikonoxxi li f'xi okkażjonijiet, id-dokumenti għaddew għand il-leġiżlatur tal-Unjoni biss wara li kienu ġew żvelati lill-pubbliku, u jqis li dan mhuwiex aċċettabbli;

29.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità, li jiddependi ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, hu inadegwat, inflessibbli, oneruż u ta' theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex fil-White Paper ippjanata għat-tieni trimestru tal-2016 u fi proposta leġiżlattiva li għandha tiġi ppreżentata sal-2017 tniedi arranġament finanzjarju differenti bbażat fuq linja baġitarja separata fil-baġit tal-Unjoni u fuq is-sostituzzjoni totali tal-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali b'tariffi mħallsa mill-parteċipanti tas-suq;

30.  Jistieden lill-Awtorità tissupplimenta l-komunikazzjoni mal-Parlament dwar abbozzi ta' pariri jew standards tekniċi relatati mal-kalibrazzjoni ta' formuli prudenzjali, b'deskrizzjoni sħiħa tad-data u l-metodoloġija użati f'tali kalibrazzjonijiet;

31.  Jilqa' ż-żieda fit-trasparenza b'rabta mal-laqgħat tal-Awtorità mal-partijiet ikkonċernati;

o
o   o

32.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 111.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 111.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 111.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 111.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(14) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA-PROV(2016)0159.


Kwittanza 2014: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
PDF 444kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2177(DEC))
P8_TA(2016)0168A8-0103/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0075/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0103/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0075/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0103/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0103/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ('iċ-Ċentru') għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 60 486 000, li jirrappreżenta żieda ta' 3,72 % meta mqabbel ma' dak għall-2013; billi 97 % tal-baġit taċ-Ċentru jinsilet mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ('il-Qorti'), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014 ('ir-rapport tal-Qorti'), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

   l-istrateġija ta' verifika ex post tiegħu ġiet implimentata u l-awditi ex post li jkopru l-perjodu 2012-2013 saru fl-2014 billi ntuża l-kuntratt qafas interistituzzjonali dwar l-awditjar;
   intgħażlu żewġ awditi għall-pjan tiegħu għall-verifika tal-għotjiet u tlestew fl-2014; jinnota li għal awditu minnhom intalab rkupru ta' 2,9 % tal-ispejjeż imħallsa u għall-awditu l-ieħor ma kien hemm bżonn l-ebda rkupru;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,77 %, li tirrappreżenta żieda ta' 5,81 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti; tgħallem li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,37 %, li tirrappreżenta żieda ta' 6,23 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti;

3.  Jirrikonoxxi li, minħabba li ż-żieda fil-fattur ta' ponderazzjoni għall-Iżvezja bejn l-2010 u l-2013 kellha impatt baġitarju totali ta' EUR 5 miljun fuq il-baġit għall-2014 taċ-Ċentru, iċ-Ċentru talab ammont addizzjonali ta' EUR 2 miljun mill-baġit tal-Unjoni sabiex ikun jista' jkopri ż-żieda fl-ispejjeż, u li, b'riżultat ta' dan, ammont addizzjonali ta' EUR 2 miljun, li ġie mill-eżitu pożittiv taċ-Ċentru għall-2013, ingħata b'mod eċċezzjonali liċ-Ċentru fl-2014;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta' 25 % (EUR 1 600 000) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 49 % (EUR 8 100 000) għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi li r-riporti għat-Titolu II kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ippjanat ta' ħardwer u softwer informatiku fit-tieni nofs tal-2014, li l-pagament tagħhom ma kienx dovut qabel l-2015. jirrikonoxxi, barra minn hekk, li r-riporti għat-Titolu III kellhom x'jaqsmu mal-proġetti pluriennali taċ-Ċentru, it-teknoloġija informatika bħala appoġġ għall-attivitajiet operattivi u konsulenza esperta;

5.  Jirrikonoxxi t-titjib fl-ippjanar u fl-eżekuzzjoni baġitarji tal-laqgħat operattivi, b'mod partikolari l-użu tal-medja tal-prezzijiet effettivi tat-titjiriet minflok limiti massimi biex jiġi kkalkolat il-baġit għall-avvenimenti u l-implimentazzjoni ta' diżimpenji immedjati b'segwitu għal-laqgħat; jinnota li ċ-Ċentru għandu jissorvelja mill-qrib l-ispejjeż għal-laqgħat operattivi sabiex jevita riporti jew kanċellazzjonijiet bla bżonn billi jimplimenta sistema ta' rieżami trimestrali tal-programm tal-laqgħat taċ-Ċentru u jintroduċi proċess ta' approvazzjoni għall-ġestjoni tal-bidliet u ż-żidiet għall-programmi tal-laqgħat;

6.  Jappella liċ-Ċentru sabiex sa fejn ikun possibbli jkompli jnaqqas il-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati fil-ġejjieni permezz tal-miżuri kollha disponibbli, pereżempju billi jadotta l-aħjar prassi użata fl-aġenziji l-oħra;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.  Jieħu nota li, fl-2014, iċ-Ċentru rrekluta 16-il membru tal-persunal filwaqt li telqu 10; jinnota li, fi tmiem is-sena, iċ-Ċentru kellu total ta' 182 aġent temporanju, 92 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu u l-Kroazja, huma rappreżentati fost il-persunal taċ-Ċentru;

8.  Jinnota li, fir-rigward tal-proċeduri ta' akkwist tiegħu, iċ-Ċentru ffoka speċifikament l-attenzjoni fuq l-iiżgurar tal-konsistenza fid-dokumenti ta' sejħa għal offerti kollha; jenfasizza li l-Kumitat dwar l-Akkwist, il-Kuntratti u l-Għotjiet rivedut taċ-Ċentru qed jipprovdi mekkaniżmu ta' kontroll tal-kwalità addizzjonali; jappella liċ-Ċentru biex b'mod partikolari jwettaq verifiki bir-reqqa tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tas-sejħiet għal offerti, l-akkwist, ir-reklutaġġ u l-kuntratti sabiex isaħħaħ it-trasparenza;

9.  Jitlob liċ-Ċentru japplika strettament il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, bit-twettiq ta' verifiki xierqa tal-preċedenti f'kull każ, u japplika l-kriterji ta' esklużjoni biex, f'każ ta' kunflitt ta' interess, il-kumpaniji ma jiġux ammessi, peress li dan hu essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

10.  Jieħu nota li fl-2014 l-għadd totali tal-membri tal-persunal statutorji naqas minn 287 għal 277, minħabba t-tnaqqis mitlub ta' 10 % tal-karigi fil-Pjan ta' Stabbiliment sal-2018;

11.  Jinnota li ċ-Ċentru qed jiddedika 75,5 % tar-riżorsi umani tiegħu għal attivitajiet operattivi; jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jagħmel progress ulterjuri f'din id-direzzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

12.  Jilqa' l-iżvilupp fl-2014 ta' strateġija kontra l-frodi skont il-linji gwida maħruġa mill-Ufficju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

Kontrolli interni

13.  Jinnota li ċ-Ċentru eżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern tiegħu fl-2014; jinnota b'sodisfazzjon li, mill-Istandards ta' Kontroll Intern, tlieta ġew kważi kompletament implimentati filwaqt li l-bqija ġew implimentati għal kollox;

Awditu intern

14.  Jinnota li, fl-2014, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu rigward 'Taħriġ fis-settur tas-saħħa pubblika' u ssottometta r-rapport tiegħu li kien jinkludi osservazzjoni waħda mmarkata bħala 'Importanti ħafna' u sitt rakkomandazzjonijiet immarkati bħala 'Importanti'; jinnota li l-pjan ta' azzjoni mħejji miċ-Ċentru ġie aċċettat mill-IAS u attwalment qed jiġi implimentat.

Kummenti oħra

15.  Jilqa' l-iżvilupp u t-tnedija tal-Atlas għas-Sorveljanza ta' Mard li Jittieħed ('l-Atlas') fuq il-portal taċ-Ċentru fuq l-internet; jinnota li, sa tmiem l-2014, iċ-Ċentru kien qed jippubblika data fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' xi data fil-livell internazzjonali għal erba' tipi ta' mard permezz tal-Atlas u jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jkompli b'dal-proġett; jiddispjaċih fl-istess ħin li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni taċ-Ċentru fil-biċċa l-kbira kienu ristretti għal pubblikazzjonijiet fuq is-sit taċ-Ċentru fuq l-internet u li ċ-Ċentru ma ġiex identifikat mill-midja tal-UE bħala fornitur ta' informazzjoni kruċjali; jappella liċ-Ċentru biex jieħu passi biex itejjeb il-preżenza medjatika;

16.  Jirrikonoxxi li r-rapporti kollha mfassla u ppubblikati miċ-Ċentru tqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq il-portal taċ-Ċentru fuq l-internet minn fejn jistgħu jitniżżlu bħala dokumenti, kif ukoll il-fatt li ċ-Ċentru qiegħed jippubblika dejjem aktar data, graffs, mapep u infografika b'mod li jistgħu jitniżżlu minn fuq l-internet; jinnota li, fl-2014, żdiedet taqsima ġdida 'Data and Tools' (Data u Għodda) fuq il-portal taċ-Ċentru fuq l-internet b'mod li ġie pprovdut punt ta' aċċess ċentralizzat għal data interattiva, mapep u riżorsi simili oħra; jiddispjaċih li l-informazzjoni ma tqegħditx għad-dispożizzjoni fuq il-portal bil-lingwi kollha tal-Unjoni;

17.  Jappella liċ-Ċentru biex iqawwi l-proċeduri u l-prattiki tiegħu mmirati lejn is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

18.  Ifakkar li, bħala aġenzija tal-UE, iċ-Ċentru għandu baġit denominat f'euro, iżda għandu ħafna spejjeż f'munita oħra (krona Żvediża (SEK)) minħabba li hu bbażat f'pajjiż li mhux fiż-żona tal-euro; jinnota li, lejn il-bidu tal-2014, iċ-Ċentru kellu jimplimenta rata tal-kambju riveduta minn EUR għal SEK u kellu jaġġusta 'l fuq il-kost f'EUR ta' spejjeż f'SEK li jmorru lura għall-2011, u dan wassal għal bosta reviżjonijiet tal-programm ta' ħidma tiegħu; jilqa' l-fatt li, minkejja dan, sa tmiem is-sena 2014, iċ-Ċentru wettaq madwar 85 % tar-riżultati tanġibbli ppjanati fil-programm ta' ħidma tiegħu għall-2014, kif ukoll wettaq 117-il intervent ta' emerġenza fir-rigward tal-emerġenza ewlenija ta' kontroll tal-mard fl-2014, speċifikament, l-epidemija bla preċedent tal-Ebola li faqqgħet fl-Afrika tal-Punent u sussegwentement evolviet fi kwistjoni ta' tħassib globali;

19.  Jirrikonoxxi li l-ġestjoni ġenerali fit-tieni nofs tal-2014 kienet iddominata minn kwistjonijiet ta' kontinwità tal-operat, bħall-ħtieġa li jsiru għażliet bilanċjati u li l-ippjanar jiġi allinjat mill-ġdid sabiex jindirizza theddid ta' prijorità għolja, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-kontinwità ta' servizzi u proġetti fundamentali; jilqa' l-fatt li, ftit jew wisq, il-kwalità tal-interventi taċ-Ċentru baqgħet f'livell għoli minkejja dawn il-kwistjonijiet;

20.  Jieħu nota li, matul l-emerġenza tal-Ebola, aktar minn 100 membru tal-persunal taċ-Ċentru ħadmu biex jappoġġaw ir-rispons fil-livell tal-Unjoni għall-Ebola, u jilqa' l-flessibbiltà, l-orjentament lejn is-servizz u l-impenn favur l-eċċellenza xjentifika li wera ċ-Ċentru f'din l-okkażjoni;

o
o   o

21.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
PDF 450kWORD 105k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2184(DEC))
P8_TA(2016)0169A8-0118/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0082/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0118/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0082/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0118/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0118/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 114 112 193, somma li tirrappreżenta żieda ta' 6,37 % meta mqabbla mal-2013;

B.  billi l-Aġenzija rċeviet sussidji tal-Unjoni ta' EUR 6 513 623 mill-Kummissjoni, kif ukoll kontribuzzjonijiet u finanzjamenti oħrajn mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 1 244 421;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

1.  Ifakkar li, sa mill-2012, l-Aġenzija ġiet fdata bil-kompitu ta' ġestjoni u ta' twettiq tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali(13) ("ir-Regolament BPR"), kif ukoll kompiti simili relatati mal-esportazzjoni u mal-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi(14) ("ir-Regolament PIC");

Segwitu għall-kwittanza 2013

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li ppubblikat id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-korpi formali kollha kif ukoll dawk tal-eżekuttiv tagħha u l-Bord tal-Appell fuq is-sit web tagħha għall-iskrutinju pubbliku; jinnota li kemm il-persunal estern kif ukoll dak interim huma koperti mill-proċeduri tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,08 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,46 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament żdiedet bi 3,28 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

4.  Josserva li n-nefqa għal proċeduri marbuta mal-implimentazzjoni l-ġdida tar-Regolament BPR kellha tkun koperta minn ħlasijiet ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-prodotti bijoċidali; jirrikonoxxi li l-ħlasijiet miġbura fl-2014 koprew biss 17 % ta' din in-nefqa u l-bqija ġiet iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Aġenzija mill-Unjoni u mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA); jikkonstata l-kumment mingħand l-Aġenzija dwar l-assunzjoni inkorretta tal-Kummissjoni dwar in-natura ta', fil-maġġor parti, awtofinanzjament tal-Aġenzija rigward il-kostijiet relatati mal-BPR;

5.  Jinnota d-diffikultajiet tal-Aġenzija, fin-nuqqas ta' riżerva finanzjarja, biex tikseb sussidji addizjonali f'dawk is-snin meta d-dħul finanzjarju mill-ħlasijiet fuq is-sustanzi bijoċidali se jkun aktar baxx minn dak stmat; jieħu nota tat-tħassib tal-Aġenzija li jekk din is-sitwazzjoni tkompli u ma tiġix ikkumpensata b'sussidju ogħla, se jkun estremament diffiċli għaliha li tkompli twettaq l-obbligi kollha tagħha li mhumiex relatati mal-ħlasijiet;

6.  Jenfasizza li fl-2014 l-Aġenzija rċeviet kontribuzzjoni tal-UE għar-Regolament PIC li ammontat għal EUR 1,3 miljun, kontribuzzjoni li ppermettitilha li tiffinalizza l-attivitajiet preparatorji u tiżgura d-dħul fis-seħħ b'suċċess tar-Regolament PIC fl-1 ta' Marzu 2014;

7.  Jinnota li d-dħul mill-ħlasijiet u mill-ispejjeż fir-rigward tal-attivitajiet REACH u l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ ta' sustanzi u taħlitiet (CLP) fl-2014 ammonta għal EUR 27,8 miljun (li jirriżulta minn dħul mid-drittijiet tar-reġistrazzjonijiet REACH, ħidma ta' verifika tal-SMEs, u dħul mill-imgħax mir-riżervi) u b'hekk qabeż il-previżjonijiet;

8.  Ifakkar li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(15) ("ir-Regolament REACH"), l-Aġenzija hija ffinanzjata mill-ħlasijiet li jsiru mill-industrija għar-reġistrazzjoni tas-sustanzi kimiċi, u minn, possibbilment, sussidju tal-Unjoni li jibbilanċja, skont l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(16) ("ir-Regolament Finanzjarju"); jinnota, barra minn hekk, li fl-2014, għar-raba' sena konsekuttiva, l-Aġenzija kienet iffinanzjata kompletament mid-dħul mill-ħlasijiet mill-operazzjonijiet REACH u CLP;

9.  Jifraħ lill-Aġenzija talli kompliet tiżviluppa r-rappurtar tagħha, u tissemplifika l-proċessi finanzjarji tagħha;

Impenji u riporti

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' 35 % għat-Titoli III, IV u V (nefqa operattiva), livell li jirrappreżenta tnaqqis ta' 11 % meta mqabbel mal-2013; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti prinċipalment irriżultaw min-natura pluriennali tal-proġetti ta' żvilupp ippjanati fis-settur informatiku, mill-ispejjeż ta' traduzzjonijiet ordnati iżda mhux ikkonsenjati sa tmiem is-sena u mill-valutazzjonijiet tas-sustanzi bi skadenza regolatorja fl-2015;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

11.  Jistabbilixxi mill-Aġenzija li fl-2014, fl-implimentazzjoni tal-baġit tagħha, din iffirmat 736 kuntratt, fosthom 548 taħt kuntratti qafas u 188 bħala riżultat ta' akkwist; jinnota li 23 kuntratt inklużi f'din l-aħħar kategorija ġew iffirmati bħala riżultat ta' proċeduri nnegozjati eċċezzjonali u 11 minn dawk it-23 jirreferu għal servizzi legali;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014 l-objettiv ta' reklutaġġ tal-Aġenzija nkiseb b'97 % ta' postijiet temporanji u 94 % ta' pożizzjonijiet ta' aġenti kuntrattwali okkupati fi tmiem dik is-sena; jinnota barra minn hekk li fi tmiem l-2014 kien hemm 479 membru ta' persunal temporanju u 106 membri ta' persunal kuntrattwali diġà reklutati jew li kienu qed jiġu reklutati; jirrikonoxxi li ġiet approvata politika ġdida għall-mobilità interna, lejn il-bidu tas-sena 2014 fil-qasam tal-iżvilupp professjonali, bil-għan li ttejjeb il-possibbiltajiet ta' mobilità interna u li l-proċess isir aktar dinamiku;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon li wara l-implimentazzjoni tal-politika ta' prevenzjoni tal-fastidju, erba' konsulenti kunfidenzjali oħra ġew innominati u mħarrġa matul l-2014;

14.  Jinnota li l-Aġenzija qiegħda tiddedika 78 % tar-riżorsi umani tagħha għall-attivitajiet operattivi; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timxi aktar 'il quddiem fuq din it-triq;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

15.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat ir-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 15/2012 dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess f'aġenziji magħżula tal-UE; jinnota barra minn hekk li l-Aġenzija regolarment tirrevedi u taġġorna l-politiki tagħha dwar il-kunflitti ta' interess;

16.  Jinnota mill-Aġenzija li din għandha erba' kumitati xjentifiċi, stabbiliti skont ir-regolament fundatur tagħha, li joħorġu opinjonijiet formali u rakkomandazzjonijiet; jieħu nota li dawk il-kumitati jikkonsistu f'esperti, li kważi kollha huma uffiċjali pubbliċi, nominati jew maħtura mill-Istati Membri, filwaqt li l-partijiet interessati jitħallew jieħdu sehem biss bħala osservaturi; jirrikonoxxi li l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għal dawk il-membri tal-kumitati hija strettament ġestita mill-proċedura tal-Aġenzija għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess potenzjali, inklużi dikjarazzjonijiet tal-interessi annwali u dikjarazzjonijiet orali fil-bidu ta' kull laqgħa;

17.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li ddeċidiet li tissottoponi l-membri tal-gruppi ta' ħidma informali, il-gruppi ta' esperti u l-forums ta' diskussjoni tagħha għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, li tinkludi dikjarazzjonijiet tal-interessi annwali u dikjarazzjonijiet orali fil-bidu ta' kull laqgħa;

18.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

Kontrolli interni

19.  Jinnota li wara d-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija adotta regoli ġodda ta' implimentazzjoni li ilhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015; jinnota barra minn hekk li dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni jistabbilixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tal-evalwazzjoni ex ante u ex post tal-programmi, il-proġetti u l-attivitajiet; josserva li s-sistema attwali ta' kontroll intern tal-Aġenzija tagħmel enfasi qawwija fuq il-kontroll ex ante, filwaqt li l-evalwazzjoni ex post twettqet prinċipalment għall-proġetti tal-IT, skont il-metodoloġija PRINCE2 applikabbli għall-governanza tal-proġetti fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżiti tal-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli ġodda;

20.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-Bord ta' Tmexxija tagħha adotta strateġija kontra l-frodi f'Diċembru 2014; jinnota li tali strateġija tkopri s-snin 2015-2016 u fiha pjan ta' azzjoni b'azzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu implimentati matul dak il-perjodu ta' żmien; jieħu nota li l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi interna li ppreċeda l-adozzjoni ta' tali strateġija wera li l-profil tar-riskju tal-Aġenzija huwa wieħed baxx; jinnota li l-għan ewlieni ta' tali strateġija huwa l-iżvilupp ta' kultura kontra l-frodi mifruxa fl-Aġenzija, b'enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni;

Awditjar intern

21.  Jinnota mill-Aġenzija li, fl-2014, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni" biex jivvaluta u jipprovdi assigurazzjoni dwar jekk is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll intern maħsubin biex imexxu l-proċess ta' "Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni" humiex adegwati u effikaċi biżżejjed ħalli jkun żgurat li l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati sal-iskadenzi stabbiliti; jinnota li l-awditu wassal għal ħames rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "importanti" u li ma ħarġet l-ebda rakkomandazzjoni "kritika" jew "importanti ħafna";

22.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-IAS għalaq l-azzjonijiet kollha pendenti mill-awditu dwar il-"Ġestjoni tal-Kumitati fl-Aġenzija" li twettaq fl-2013;

23.  Jieħu nota li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija wettqet awditi ta' assigurazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-verifika tat-talbiet għall-kunfidenzjalità, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-persunal kif ukoll awditu konsultattiv dwar il-proċessi tal-BPR; jinnota li l-pjanijiet ta' azzjoni ġew elaborati f'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u tal-IAC;

Kummenti oħra

24.  Jirrikonoxxi li l-awditu dwar iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001:2008 kkonkluda li l-proċeduri u l-istruzzjonijiet ta' ħidma għall-proċessi relatati ma' REACH u mas-CLP fis-sistema ta' ġestjoni integrata tagħha kienu deskritti tajjeb; jinnota mill-Aġenzija li din qed tkompli taħdem biex iżżid l-effiċjenza u l-effikaċja tal-operazzjonijiet tagħha, u jinnota wkoll li l-Aġenzija se tapplika għall-istess ċertifikazzjoni għall-attivitajiet tagħha relatati mal-PIC u l-BPR; jinnota li l-Aġenzija se tipproċedi bl-integrazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali fis-sistema tagħha ta' ġestjoni tal-kwalità;

o
o   o

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(14) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.
(15) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(16) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(17) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
PDF 441kWORD 100k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2168(DEC))
P8_TA(2016)0170A8-0100/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0066/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0100/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2168(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0066/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0100/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2168(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0100/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 52 573 071, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,70 % meta mqabbel mal-2013; billi 76,81 % tal-baġit tal-Aġenzija jinsilet mill-baġit tal-Unjoni; billi ż-żieda hija fil-biċċa l-kbira relatata mal-infiq operattiv għal azzjonijiet strateġiċi;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li fl-2014 l-Aġenzija nediet sejħa għall-forniment ta' servizzi ta' konsulenza dwar l-IT u s-Sistemi ta' Informazzjoni Ġeografika (GIS) għall-implimentazzjoni tal-komponent ta' Aċċess għad-Data ta' Referenza (RDA), u biex jingħata appoġġ lill-Aġenzija f'attivitajiet oħrajn relatati mal-programm Copernicus; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-hekk imsejħa 'nuqqasijiet magħrufa' – aspett importanti tas-sejħa għall-offerti – ma ġewx definiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; jirrikonoxxi, iżda, ir-risposta tal-Aġenzija li "n-nuqqasijiet magħrufa" ġew deskritti fit-taqsima 6.3.2 tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,19 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,19 %;

Impenji u riporti

3.  Jirrikonoxxi li l-awditu annwali tal-Qorti ma sab xejn partikolari fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati fl-2014; jinnota li, għalkemm il-livell totali ta' riporti mill-2014 għall-2015 huwa ogħla minn dak tas-sena ta' qabel, 69,36 % ta' dan l-ammont jirreferi għall-pagament finali tal-kontribuzzjoni tal-2014 għaċ-Ċentri Tematiċi Ewropej (ETC) li, skont il-ftehimiet, kellha titħallas wara l-preżentazzjoni tar-raba' rapport ta' progress trimestrali fl-2015;

Trasferimenti

4.  Jinnota li fl-2014 b'kollox saru 24 trasferiment; jinnota li dawn it-trasferimenti kienu taħt il-limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fuq il-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment u kienu jammontaw għal EUR 268 128 (0,64 % tal-approprjazzjonijiet totali); jinnota li 40 % tat-trasferimenti saru fuq approprjazzjonijiet differenzjati u għalhekk mhumiex inklużi fil-kalkolu tal-10 %;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jinnota li l-Aġenzija naqqset l-ammont ta' persunal b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja(13), u dan wassal għat-tnaqqis ta' tliet pożizzjonijiet temporanji għas-sena 2014; jirrikonoxxi li l-Aġenzija qed issibha dejjem aktar diffiċli taġġusta l-istruttura organizzattiva tagħha – biex tagħmel it-tnaqqis li hemm bżonn fl-ammont ta' persunal – mingħajr ma dan ikollu effett negattiv fuq il-kapaċità tagħha li twettaq il-punti prinċipali tal-programm ta' ħidma pluriennali tagħha, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis addizzjonali antiċipat fil-persunal lil hinn mil-limitu stipulat fil-Ftehim Interistituzzjonali; jinnota li skont l-aħħar evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija l-ispejjeż amministrattivi tagħha huma aktar baxxi minn dawk ta' aġenziji simili;

6.  Jitlob li l-Aġenzija tapplika strettament il-miżuri li jirrigwardaw id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u li tapplika l-kriterji tal-esklużjoni ħalli l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitt ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

7.  Jinnota li f'Novembru 2014 il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija adotta l-istrateġija tagħha kontra l-frodi, bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni xierqa fi kwistjonijiet ta' kunflitt ta' interess u li jiġu żviluppati attivitajiet bħala parti mill-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment permezz tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); jinnota li, bi qbil mal-'Metodoloġija u gwida għal strateġiji kontra l-frodi għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE' tal-OLAF, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju ta' frodi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha bbażata fuq il-probabbiltà ta' frodi u l-impatt li dan jista' jkollu;

8.  Jitlob li l-Aġenzija timplimenta l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal billi kull sena tippubblika l-informazzjoni dwar l-uffiċjali għolja li jkunu telqu mis-servizz u lista ta' kunflitti ta' interess;

9.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, pari passu mal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin diġà, u tinkludi l-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

10.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, fosthom il-Parlament, biex itejbu l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

11.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni, u fil-ġlieda kontriha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, l-introduzzjoni jew it-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għall-miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

12.  Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat fuq is-sit tagħha d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tagħha, li żdiedu mas-CVs li diġà kienu ġew ippubblikati; jinnota li s-CVs tal-membri tal-Bord li qablu li jipprovduhom tqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija;

Kontrolli interni

13.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Aġenzija bdiet timplimenta politika ġdida ta' kontrolli ex ante u ex post għall-għotjiet; jinnota li, meta sar l-awditu tal-Qorti, il-proċeduri ta' verifika kienu għadhom ma ġewx dokumentati; jirrikonoxxi, mir-risposta tal-Aġenzija, li meta f'Mejju 2014 bdiet timplimenta l-politika l-ġdida dwar il-kontrolli, hija tat prijorità lil-linji gwida għall-benefiċjarji fir-rigward tat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet relatati mal-ispejjeż; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dawn il-linji gwida tfasslu u tqassmu lill-uffiċjali tar-riżorsi inkarigati mill-verifiki ex ante tal-għotjiet u huma applikabbli mis-sena finanzjarja 2016 'il quddiem;

14.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, id-dgħufijiet identifikati fil-verifiki ex ante u ex post tal-Aġenzija; jirrimarka li f'każ partikolari kien hemm dokumenti li ntalbu u ma ngħatawx, u f'każ ieħor idaħħlet nefqa li ma kinitx eliġibbli iżda l-ammont sħiħ mitlub xorta ġie approvat; jirrikonoxxi r-risposta tal-Aġenzija li, wara l-osservazzjonijiet tal-Qorti, hija bdiet tirkupra l-ammont inkwistjoni mingħand il-benefiċjarju kkonċernat fit-tieni każ; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tiddokumenta b'mod rigoruż kwalunkwe każ ta' inosservanza tal-kontrolli jew ta' devjazzjonijiet mill-politiki u l-proċedura stabbiliti li jista' jkun hemm fil-futur;

15.  Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, li għalkemm il-verifiki ex ante u ex post huma kompiti inkompatibbli, l-awditur intern kien involut fit-tnejn; jirrikonoxxi, mir-risposta tal-Aġenzija, li se tiġi żviluppata strateġija formali dwar il-verifika ex post li tiżgura kompatibbiltà mal-kompiti tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija; jirrikonoxxi li l-awditur intern tal-Aġenzija se jwettaq kontrolli ex post biss, biex b'hekk jiġu koperti kemm il-verifiki fuq il-post kif ukoll l-effikaċja tal-proċess ta' verifika ex ante tal-Aġenzija; jistenna li l-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress magħmul fir-rigward tal-miżuri implimentati f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika tal-kontrolli ex-ante u ex-post;

Awditu intern

16.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-ġestjoni tad-data/tal-informazzjoni, inkluż il-komponent tal-IT, li beda fl-2014 u tlesta fl-2015; jistenna b'interess ir-riżultati tal-verifika li se jiġu ppreżentati fir-Rapport Annwali tal-Aġenzija għall-2015;

17.  Jinnota li, minħabba tibdil fir-regolament finanzjarju tal-Aġenzija, il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija ddefinixxa u approva Karta ġdida għall-eżerċizzju ta' awditjar intern; jinnota li l-Bord tat-Tmexxija huwa d-destinatarju l-ġdid tar-rapporti tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC), u li l-Bord tat-Tmexxija se jkun ukoll qed japprova l-pjan ta' ħidma annwali u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-IAC;

Kummenti oħra

18.  Jinnota li l-Aġenzija kkonludiet ftehim dwar servizzi ta' backup fl-IT, inklużi servizzi tal-email, ma' fornitur ta' servizzi ta' cloud computing permezz ta' kuntratt interistituzzjonali pprovdut mill-Kummissjoni; jinnota li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma jiddefinixxux b'mod adegwat il-lokalizzazzjoni tad-data tal-Aġenzija, li jfisser li hemm riskju li l-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li l-Aġenzija hija suġġetta għalihom, ma jkunux garantiti, u li l-fornitur tas-servizz ma jirrispettax bis-sħiħ il-garanziji ta' privatezza mogħtija mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jirrikonoxxi, mir-risposta tal-Aġenzija, li wara li rċeviet kjarifiki u garanziji mingħand il-fornitur tas-servizz, hija tqis li r-riskji residwi identifikati huma aċċettabbli u huma indirizzati b'mod adegwat permezz tal-klawsoli kuntrattwali miftiehma; jinnota li l-Aġenzija, madankollu, se tagħmel verifiki perjodiċi tal-implimentazzjoni tal-kuntratt bil-għan li tivvaluta r-riskji mill-ġdid u, jekk tinħass il-ħtieġa, tadotta miżuri xierqa u azzjonijiet korrettivi;

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 143.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 143.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 143.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 143.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
PDF 440kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2183(DEC))
P8_TA(2016)0171A8-0104/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0081/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0104/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0081/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0104/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0104/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (l-''Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 9 217 150; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ kummenti issa huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Mhux applikabbli";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,09 %, rata li tfisser tnaqqis ta' 0,45 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,43 %, rata li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira tagħha u li tirrapreżenta żieda ta' 4,58 % meta mqabbla mal-2013;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evalwata l-possibbiltà li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin;

Impenji u riporti

4.  Jinnota b'sodisfazzjon ir-rati ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati mwettqa mill-Aġenzija; jinnota, b'mod partikolari, li r-rati ta' riporti għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u għat-Titolu III (nefqa operattiva) kienu ta' 25 % u 30 % rispettivament, u li dawn jirrappreżentaw tnaqqis ta' 13 % għal kull Titolu meta mqabbla mas-sena 2013;

5.  Jilqa' r-rata ta' impenji kkanċellati riportati mis-sena 2013, li kienet ta' 4,3 %, rata li tirrappreżenta tnaqqis ta' 46 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel;

Trasferimenti

6.  Iqis li l-ammont ta' EUR 360 233 ġie trasferit mit-Titolu I għat-Titolu II; jirrikonoxxi li s-sinerġiji fl-organizzazzjoni ta' laqgħat u ż-żieda fil-koordinazzjoni remota kif ukoll it-tnaqqis fil-missjonijiet tal-persunal tal-Aġenzija ppermettew li l-bilanċ pożittiv tal-baġit jiġi ddedikat għal linji baġitarji oħra;

7.  Jistieden lill-Aġenzija biex iżżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena ta' wara baxx kemm jista' jkun, u biex tiżvela trasferimenti ta' approprjazzjonijiet għal intestaturi oħra tal-baġit, sabiex b'hekk taqdi d-dmir ta' responsabbiltà tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

8.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija adottat il-politika tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi f'Ottubru 2014; josserva li l-politika dwar il-kunflitti ta' interessi titlob li l-membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija u l-membri tal-persunal maniġerjali tagħha jipprovdu dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess; jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interessi ffirmati mill-membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija u mill-persunal maniġerjali tagħha kienu disponibbli pubblikament; jieħu nota li l-pubblikazzjoni tas-CVs tal-persunal maniġerjali tal-Aġenzija ġiet dikjarata bħala fakultattiva skont il-politika dwar il-kunflitti ta' interessi u li l-erba' membri tal-maniġment tal-Aġenzija kollha pprovdew is-CVs tagħhom għall-pubblikazzjoni; iħeġġeġ lill-membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija jippreżentaw mingħajr dewmien id-dikjarazzjonijiet tagħhom tal-kunflitti ta' interessi għal pubblikazzjoni ulterjuri fuq is-sit web tal-Aġenzija sabiex jimxu skont id-dmirijiet ta' trasparenza u ta' responsabbiltà tal-Aġenzija;

9.  Jitlob lil dawk l-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

Kontrolli interni

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju bil-ħsieb li tqawwi l-effiċjenza fl-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet finanzjarji, li kkonkludiet li l-proċessi ta' verifika u awtorizzazzjoni għal ċerti tranżazzjonijiet ta' valur baxx jistgħu jiġu amalgamati; jinnota li f'Awwissu 2014 ġie implimentat fluss tax-xogħol tal-validazzjoni mnaqqas għal dawk it-tranżazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ddefiniet metodoloġija tal-verifika ex post kull tliet xhur, u b'hekk it-tranżazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux ġew ivverifikati ex ante ġabithom soġġetti għal proċedura ta' verifika formali ex post; jilqa' l-fatt li l-ewwel eżerċizzju ta' verifika ex post ikkompletat f'Novembru 2014 wassal għal rata ta' żball ipproġettata ta' 0,25 %;

11.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Aġenzija li tissorvelja l-eċċezzjonijiet u d-devjazzjonijiet mill-politiki u l-proċeduri stabbiliti irrispettivament mill-ammont ikkonċernat, filwaqt li tiżgura li dawn l-eċċezzjonijiet u d-devjazzjonijiet ikunu ġustifikati u dokumentati kif xieraq;

12.  Jinnota li, fl-aħħar tal-2014 l-Aġenzija kienet konformi ma' 10 Standards ta' Kontroll Intern (ICS), kienet konformi b'mod parzjali ma' ħames ICS u ma kinitx konformi ma' ICS wieħed; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni ta' dawk l-ICS;

Awditu intern

13.  Jinnota li l-Aġenzija li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni awditja l-Aġenzija bi qbil mal-Pjan ta' Awditjar Strateġiku tal-IAS għall-perjodu 2013-2015, u li dan ħareġ sitt rakkomandazzjonijiet, fosthom waħda mmarkata bħala "Importanti Ħafna"; jinnota li l-Aġenzija fasslet pjan ta' azzjoni komprensiv biex tindirizza dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

Prestazzjoni

14.  Jinnota l-isforzi magħmula mill-Aġenzija biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta' kontroll ikunu koordinati u strutturati kif jixraq fl-Istati Membri differenti, b'mod partikolari permezz ta' passi differenti miftiehma mal-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qafas tal-Gruppi ta' Tmexxija Reġjonali tal-Aġenzija;

15.  Jieħu nota ta' żewġ riskji kritiċi identifikati mill-Aġenzija fl-eżerċizzju annwali tagħha ta' valutazzjoni tar-riskju fl-2014; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li għal kull riskju hija ddefiniet pjan ta' azzjoni sabiex tiżgura l-mitigazzjoni sa livell aċċettabbli ta' riskju residwu; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014 ma mmaterjalizza ebda riskju prominenti;

16.  Jagħraf li l-Aġenzija għandha timplimenta kompiti ġodda fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) b'baġit iffriżat fil-livelli tal-2013 u bi tnaqqis tal-persunal, u jenfasizza l-ħtieġa ta' bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal;

17.  Jirrimarka li l-objettivi politiki tal-PKS riformata jfissru li l-kontroll u l-koordinament ta' dawk l-objettivi se jiżvolġu rwol kruċjali u li għaldaqstant jeħtieġ li jissaħħu r-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli għall-Aġenzija;

18.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija fil-kuntest tal-isfidi dejjem jiżdiedu biex issaħħaħ il-mudell kummerċjali tagħha billi tirrazzjonalizza, tissemplifika u tottimizza l-organizzazzjoni;

Kummenti oħra

19.  Jinnota li l-Aġenzija hija impenjata li f'parti mis-sit web tagħha tippreżenta l-Aġenzija bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u li, minħabba l-lok tas-sede tagħha, il-Galizjan ġie inkluż bħala l-lingwa lokali; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex, fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, tipproċedi sabiex ittejjeb il-viżibbiltà u r-reputazzjoni tagħha;

20.  Jitlob lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

21.  Jinnota l-isforzi li għamlet l-Aġenzija sabiex tħarreġ l-ispetturi tal-Unjoni, l-uffiċjali tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi, fatt li wassal għal żieda konsiderevoli fin-numru ta' uffiċjali mħarrġa li qed jieħdu sehem fi spezzjonijiet koordinati mill-Aġenzija fil-qafas ta' pjanijiet ta' żvilupp konġunti; jinnota, barra minn hekk, li kien hemm żieda f'dawn l-spezzjonijiet għal madwar 12 700, bl-identifikazzjoni ta' aktar minn 700 każ ta' ksur suspettat;

22.  Jirrikonoxxxi l-kontribut importanti li l-Aġenzija kellha fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-PKS riformata; jilqa' l-ħidma mill-qrib tal-Aġenzija mal-Istati Membri biex jorganizzaw il-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt billi jtejbu l-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni, jippromwovu l-interoperabbiltà u jibnu kapaċitajiet komuni;

23.  Ifakkar l-importanza li jissaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija sabiex jiġu stabbiliti attivitajiet operattivi konġunti ma' aġenziji tal-Unjoni oħra fis-settur marittimu bi-għan li jiġu evitati d-diżastri fuq il-baħar u jiġu kkoordinati l-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta Ewropej;

o
o   o

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
PDF 454kWORD 115k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2176(DEC))
P8_TA(2016)0172A8-0086/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0074/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0074/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 79 701 222, li jirrappreżenta żieda ta' 2,11 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Awtorità ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,69 %, li tfisser żieda ta' 0,86 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,31 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,48 % meta mqabbla mal-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

2.  Jinnota li fi tmiem l-2014, 449 kariga mill-474 disponibbli kienu okkupati, li kienu jinkludu uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali kif ukoll esperti nazzjonali ssekondati; jinnota li l-medja annwali tar-rata ta' okkupazzjoni tal-karigi fl-organigramma(aġenti temporanji u uffiċjali) hija ta' 95,1 %, filwaqt li dik għall-aġenti kuntrattwali hija ta' 92,4 %;

3.  Jitlob lill-Awtorità tapplika b'mod rigoruż il-miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u li tapplika l-kriterji tal-esklużjoni sabiex l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitt ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

4.  Ifakkar lill-Awtorità li l-ewwel objettiv tal-politika tagħha dwar l-indipendenza għandha tkun ir-reputazzjoni tagħha u għaldaqstant biex tiżgura li l-Awtorità hija ħielsa minn kunflitti ta' interess reali jew ipperċepit, b'mod partikolari fir-rigward tas-setturi ekonomiċi li de facto hija tirregola;

5.  Jinnota li l-Awtorità stabbiliet proġett biex ittejjeb l-effiċjenza u l-konformità tal-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet permezz ta' strateġija ċentralizzata, l-introduzzjoni ta' proċessi u strutturi ta' ppjanar, monitoraġġ u rapportar, kif ukoll permezz ta' proċessi u strutturi ċentralizzati ta' finanzjament u ta' akkwist; jinnota b'sodisfazzjon li dan il-proġett ser jippermetti lill-Awtorità twettaq il-mandat tagħha b'mod aktar effiċjenti, tnaqqas iż-żmien meħtieġ biex tipproduċi riżultati u l-għadd ta' persuni involuti, li jirriżulta fi tnaqqis ekwivalenti għal 14-il membru tal-persunal full-time fl-2015;

6.  Jilqa' l-fatt li, fl-2014, l-Awtorità implimentat programm ta' ġestjoni tat-talenti biex tottimizza l-użu tar-riżorsi umani tagħha (persunal u esperti);

7.  Huwa partikolarment konxju tal-interess pubbliku fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-Awtorità, li jsir skont ir-rwol u r-responsabbiltajiet ġuridiċi tagħha; jenfasizza l-fatt li regoli kredibbli dwar l-integrità huma essenzjali u, barra minn hekk, li l-komunikazzjoni u d-disponibbiltà għall-midja huma fundamentali; jinnota li l-Awtorità qed talloka 74 % tar-riżorsi umani tagħha għal attivitajiet xjentifiċi, evalwazzjoni u ġbir u komunikazzjoni ta' data; iħeġġeġ lill-Awtorità tagħmel progress ulterjuri f'dan is-sens;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità nediet proġett biex tibdel il-mod li bih teżamina u tipproċessa d-dikjarazzjonijiet annwali ta' interess sabiex tiżgura koerenza aħjar u konformità ġenerali mar-regoli tagħha dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess; jinnota, barra minn hekk, li din is-sistema ġdida, li mistennija titlesta matul l-2016, tipprevedi eżami ċentralizzat tad-dikjarazzjonijiet annwali ta' interess u t-trasferiment ta' responsabbiltà mid-dipartimenti xjentifiċi tal-Awtorità għad-dipartiment legali u regolatorju tagħha; ;

9.  Jinnota li sabiex tkun tista' taħdem mal-akkademiċi ewlenin fl-industrija kif ukoll ikollha l-aktar politika effikaċi possibbli dwar il-kunflitti ta' interess, l-Awtorità tuża sistema biex tivvaluta l-interessi tal-esperti, li tieħu kont tar-rwol tal-esperti u l-mandat tal-grupp jew bord ta' ħidma xjentifiku li tiegħu l-espert ikun membru skont għadd ta' kriterji differenti; jinnota, barra minn hekk, li fl-2016, l-Awtorità se twettaq eżami tas-sistemi li għandha fis-seħħ sabiex tidentifika kunflitti ta' interess bħala parti minn ċiklu ta' rieżami regolari tal-politika tagħha dwar l-indipendenza; jitlob lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżiti tar-rieżami u l-aġġustamenti meħtieġa għall-proċeduri għall-għażla tal-esperti u għall-verifika tal-kredenzjali tagħhom;

10.  Jitlob lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' kondotta, inkluż il-Parlament, biex itejbu l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

11.  Itenni t-talba tiegħu biex l-Awtorità tapplika perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn; ma jaċċettax il-ġustifikazzjoni tal-Awtorità dwar ir-rifjut tagħha li timplimenta t-talbiet ripetuti tal-awtorità ta' kwittanza biex tistabbilixxi tali perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn għall-interessi materjali kollha relatati mal-kumpaniji li hija tirregola;

12.  Jilqa' l-fatt li, biex ittejjeb il-politika tagħha dwar l-indipendenza u l-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-gruppi ta' esperti, fl-2014 l-Awtorità wettqet analiżi ex-post tar-regoli tagħha dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi; jinnota li din l-analiżi wasslet għal rieżami u adozzjoni ta' verżjoni ġdida, aktar sempliċi u aktar sofistikata ta' dawn ir-regoli; jistieden lill-Awtorità twettaq analiżijiet tal-politiki tagħha fuq bażi regolari sabiex tiżgura l-iżvilup kostanti tal-indipendenza tagħha;

13.  Ifakkar lill-Awtorità dwar id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tiddikjara li l-Awtorità "għandha tirrevedi r-regoli tagħha dwar il-kunflitt ta' interess" biex tiżgura li l-esperti li jaħdmu għall-akkademja jiddikjaraw l-informazzjoni relevanti kollha lill-Awtorità; huwa tal-fehma li jekk dan jaffettwa madwar terz tal-esperti kif iddikjarat mill-Awtorità, allura l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali għall-kwistjoni u taħdem fuq miżuri speċifiċi flimkien mal-istituzzjonijiet akkademiċi kkonċernati biex tissalvagwardja l-integrità taż-żewġ istituzzjonijiet;

14.  Jieħu nota li l-proġett pilota żviluppat fl-2015 kellu l-għan li jesplora l-aħjar mod kif tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza sabiex il-proċess ta' validazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interess jiġi ċċentralizzat; josserva li dan il-proġett pilota tlesta b'suċċess fl-istess sena u li ċentralizzazzjoni sħiħa mistennija li tiġi implimentata sa tmiem l-ewwel semestru tal-2016; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni b'suċċess ta' din iċ-ċentralizzazzjoni;

15.  Josserva li matul l-2014 l-Awtorità rċeviet għadd ta' kontributi dwar kwistjonijiet relatati mal-indipendenza minn partijiet interessati u organizzazzjonijiet mhux governattivi; jinnota, barra minn hekk, li dawn kkontribwew għar-rieżami tar-regoli ta' implimentazzjoni tal-politika dwar l-indipendenza;

16.  Jitlob li jkun hemm titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku aħjar għad-dokumenti u b'regoli aktar rigorużi dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

17.  Jinkoraġġixxi lill-Awtorità tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politiki dwar il-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin, u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;

18.  Jirrimarka li diversi regoli tal-Unjoni, inkluż fost oħrajn il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jagħtu lill-individwi d-dritt ta' aċċess għal dokumenti pubbliċi; ifakkar lill-Awtorità li r-rigorożita xjentifika tkun żgurata bl-aħjar mod jekk ikun hemm it-trasparenza u r-responsabbiltà tar-riżultati; jenfasizza li l-Awtorità għandha għalhekk tara li d-data użata biex jintlaħqu konklużjonijiet xjentifiċi tkun pubblika f'format li jista' jinqara minn magna sabiex tippermetti l-iskrutinju xjentifiku u l-progress kostanti;

19.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Awtorità biex ittejjeb it-trasparenza tal-ħidma tagħha kif ukoll id-data li ntużat għal dik il-ħidma; jirrikonoxxi l-limitazzjonijiet legali eżistenti li hija taffaċċja biex iżżid it-trasparenza tad-data; jenfasizza li l-għan tad-divulgazzjoni tad-data huwa li tagħmilha possibbli li tiġi riprodotta l-ħidma tal-Awtorità u għalhekk il-miżuri meħuda lejn proċess trasparenti fil-valutazzjoni tar-riskju huma meqjusa bħala l-ewwel pass pożittiv, iżda għandha wkoll tiġi żgurata dik t-trasparenza tad-data; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tnedija, f'Jannar 2013, tal-inizjattiva favur it-trasparenza; jilqa', f'dan il-kuntest, il-preżentazzjoni u l-aċċessibbiltà mtejba tal-informazzjoni u d-dokumenti fil-homepage tal-Awtorità u azzjoni oħra meħuda, bħal opinjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-impatt li għandhom fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni, favur "EFSA miftuħa"; jinkoraġġixxi lill-Awtorità tagħmel progress ulterjuri f'dan is-sens;

20.  Jieħu nota li l-persunal tal-Awtorità huwa marbut legalment li jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal rigward impjieg futur; jinnota, barra minn hekk, li l-valutazzjoni tal-impjieg futur tal-persunal ssir fuq bażi sistematika, u li jekk l-impjieg jitqies bħala kunflitt ta' interess potenzjali, l-ebda ħatra ma għandha ssir sakemm il-kunflitt potenzjali jkun ġie riżolt abbażi ta' kriterji ċari, trasparenti u verifikabbli; jirrimarka li fl-2013, mid-29 membru tal-persunal statutorju li ħallew l-impjieg tagħhom mal-Awtorità, tlieta marru fis-settur kimiku/farmaċewtiku b'firxa ta' restrizzjonijiet stabbiliti għal dawn l-individwi; jirrikonoxxi li l-Awtorità tqis li diġà hemm fis-seħħ qafas legali u ta' governanza ċar dwar bibien iduru (revolving doors);

21.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità wettqet eżerċizzju intern biex tivvaluta l-impatt li titneħħa l-possibbiltà li esperti janonimizzaw ċerti interessi fid-dikjarazzjonijiet tal-interess tagħhom; jinnota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Awtorità, li l-prattika li interessi jiġu anonimizzati ftit li xejn intużat fil-passat; jinnota, barra minn hekk, li fl-aħħar tiġdid tal-membri tal-bord li sar fl-2015, l-ebda espert xjentifiku ma għażel li janonimizza l-interessi tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità m'għadhiex taċċetta interessi anonimizzati u neħħiet din l-għażla għall-esperti meta jimlew id-dikjarazzjoni tal-interess tagħhom; jitlob lill-Awtorità tivverifika d-dikjarazzjonijiet sottomessi mill-esperti li nħatru qabel l-2015 u li għażlu l-possibbiltà li janonomizzaw l-interessi tagħhom;

22.  Jitlob li l-Awtorità timplementa l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Persunal billi tippubblika l-informazzjoni dwar l-uffiċjali għolja li ħallew is-servizz u l-elenku ta' kunflitti ta' interess fuq bażi annwali;

23.  Jistenna bil-ħerqa r-riżultati tar-rieżami sistemiku tal-Awtorità tal-politika tagħha dwar l-indipendenza u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet xjentifiċi fl-2016; jilqa' l-impenn tal-Awtorità li tikkunsidra l-pubblikazzjoni tar-remunerazzjonijiet tal-attivitajiet dikjarati tal-esperti;

24.  Jistieden lill-Awtorità tagħmel aktar użu estensiv mill-istatus il-ġdid għas-smigħ tal-esperti billi ssegwi l-eżempju tal-esperti mistiedna mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-użu ta' esperti fil-qasam tas-seduti tas-smigħ;

25.  Jenfasizza li l-esperti f'aġenziji regolatorji jeħtieġ li jitħallsu għall-ħidma tagħhom sabiex ikunu indipendenti mis-settur li jirregolaw; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-mezzi finanzjarji lill-Awtorità biex din tħallas lill-esperti esterni u tiżviluppa riċerka interna ħalli tiżgura l-indipendenza;

26.  Jitlob lill-korp responsabbli tal-Awtorità jimplimenta l-istrateġija kontra l-frodi mill-aktar fis possibbli;

Awditjar intern

27.  Jinnota li sitt rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) u mmarkati bħala "Importanti ħafna" infetħu fil-bidu tal-2014; jirrikonoxxi li erbgħa mir-rakkomandazzjonijiet importanti ħafna ġew irrappurtati bħala implimentati mill-Awtorità u bħalissa qed jistennew li jingħataw segwitu mill-IAS; josserva li t-tnejn li għad baqa' ngħalqu mill-IAS wara l-introduzzjoni tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal fis-sena finanzjarja 2014; jistenna bil-ħerqa r-rieżami li jmiss tal-IAS dwar l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet implimentati;

28.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità wettqet simulazzjoni biex tivvaluta l-impatt tal-applikazzjoni ta' perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn għal ċerti interessi ta' esperti li jaħdmu fil-bordijiet tal-Awtorità; jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità għandha tintroduċi perjodi ta' preklużjoni ta' sentejn fir-rigward tal-interessi msemmija hawn fuq qabel it-tiġdid li jmiss tal-bord; jieħu nota li fir-rigward ta' perjodi ta' preklużjoni għall-finanzjament tar-riċerka, l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ sistema li tillimita l-finanzjament tar-riċerka minn sorsi privati għal massimu ta' 25 % tal-baġit totali tar-riċerka taħt kontroll ta' espert tal-Awtorità;

Kontrolli interni

29.  Jirrikonoxxi li r-rieżami tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Awtorità mwettaq fl-2014 ikkonkluda li s-sistema ta' kontroll intern tagħha hija konformi ma' dawn l-istandards; jinnota, madankollu, li jeżistu oqsma fejn jista' jsir titjib biex tissaħħaħ il-kwalità tas-sistema ta' kontroll intern, b'mod partikolari rigward l-evalwazzjoni u l-iżvilupp tal-persunal, l-istruttura operattiva u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet; jistieden lill-Awtorità tipprovdi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li għandhom jindirizzaw din il-kwistjoni u l-progress li sar f'dan ir-rigward;

30.  Jaċċerta li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern tal-Awtorità tqis li s-sistema ta' kontroll intern fis-seħħ tagħti assigurazzjoni raġonevoli dwar il-kisba tal-objettivi kummerċjali stabbiliti għall-proċessi awditjati, ħlief għall-monitoraġġ tad-drittijiet ta' aċċess għall-utent mogħti fis-sistema tal-kontabbiltà ABAC u l-ħatra formali tal-atturi finanzjarji; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward;

31.  Jinnota li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern segwiet l-azzjonijiet korrettivi kollha pendenti fl-oqsma tal-ġestjoni tad-data, tal-kontinwità kummerċjali u tas-sigurtà tal-IT; jinnota b'mod partikolari li l-azzjonijiet li jikkonċernaw il-ġestjoni tad-data u s-sigurtà tal-IT ġew implimentati bis-sħiħ; jieħu nota li, rigward il-kontinwità kummerċjali, il-maġġoranza tal-azzjonijiet ġew implimentati u l-azzjonijiet li għad baqa' huma ppjanati li jiġu implimentati sa tmiem l-2016;

Kummenti oħra

32.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, b'segwitu għall-emendar tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(13), dawn jinkludu dispożizzjonijiet biex ir-remunerazzjoni futura tal-uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 m'għandhiex tkun inqas minn dik skont ir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità miegħu, fil-każ ta' tmienja mill-71 uffiċjal impjegati dak iż-żmien, li wassal għal pagament insuffiċjenti ta' EUR 87 000 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014; jinnota li l-Awtortià se tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tirrimedja din il-kwistjoni fi żmien debitu;

33.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità żviluppat numru ta' miżuri għall-appoġġ kemm tal-għanijiet ta' ftuħ u trasparenza kif ukoll għad-djalogu mal-partijiet interessati, inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; jieħu nota li l-Awtorità nediet inizjattivi ġodda biex is-soċjetà tipparteċipa aktar fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskji tal-Awtorità, bħal laqgħat plenarji fi Brussell b'sessjoni ddedikata biex tinteraġixxi ma' osservaturi u partijiet interessati, konsultazzjonijiet pubbliċi ta' dokumenti preliminari għal dokumenti ta' gwida, konsultazzjonijiet pubbliċi dwar abbozzi ta' opinjonijiet segwiti minn laqgħat iddedikati mal-partijiet interessati u preżenza fil-midja soċjali;

34.  Jirrikonoxxi li parti kbira tad-diffikultajiet li l-Awtorità taffaċċja biex tiżgura l-indipendenza tagħha tirriżulta mill-fatt li l-Kummissjoni tirrifjuta b'mod konsistenti li tallokalha biżżejjed mezzi operattivi għall-ħidma tagħha biex tiddefendi s-sigurtà tal-ikel għaċ-ċittadini tal-Unjoni b'mod indipendenti mill-influwenza tal-industrija regolata;

35.  Jilqa' l-isforzi tal-Awtorità biex timplimenta azzjonijiet korrettivi wara l-kummenti preċedenti tal-Qorti, partikolarment it-titjib li sar fil-programm ta' ħidma annwali tagħha biex dan jinkludi aktar dettalji dwar l-akkwisti u l-għotjiet ippjanati;

o
o   o

36.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 160.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 160.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 160.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 160.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 Li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
PDF 437kWORD 93k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2187(DEC))
P8_TA(2016)0173A8-0085/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0085/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0085/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Istitut(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0085/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0085/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0085/2016),

A.  billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 7 340 081, li jfisser tnaqqis ta' 3,08 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

1.  Ifakkar li l-Istitut twaqqaf biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jsaħħaħha, inkluż qabel kollox, permezz tal-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali li jirriżultaw, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u biex ikattar l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014, l-Istitut kiseb 95 % tar-riżultati li kellu ppjanati; jisħaq li l-objettivi u l-kompiti tal-Istitut jirrikjedu li fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni tinżamm entità ddedikata separata;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja għolja ta' 99,04 %, li turi li l-impenji saru f'waqthom; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 71,91 %, li tfisser żieda ta' 1,75 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kompla jonqos, minn EUR 2 500 000 (32 %) fl-2012 u EUR 2 200 000 (29 %) fl-2013 għal EUR 1 900 000 (27 %) fl-2014; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' riporti kien għoli fl-ammont ta' EUR 1 800 000 (54 %) għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi li r-raġunijiet prinċipali għal dawn ir-riporti kienu d-dewmien fl-akkwist ta' stħarriġ u studji, kif ukoll studji li għadhom għaddejjin u li kienu mistennija li jiġu ffinalizzati fl-2015 kif ippjanat; jifhem li r-raġunijiet għad-dewmien fl-istudji taħt l-approprjazzjonijiet operattivi spiss ikunu jirrigwardaw ċirkostanzi li ma jkunux fil-kontroll tal-Istitut; jistieden madankollu lill-Istitut ikompli bl-isforzi tiegħu biex inaqqas l-ammont ta' riporti fil-baġit operattiv biex jirrispetta l-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

4.  Jinnota li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 2 167 128; jinnota b'sodisfazzjon li 1.76 % biss tar-riporti tal-2013 ġew ikkanċellati;

5.  Jistieden lill-Istitut biex fil-futur iżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena sussegwenti baxx kemm jista' jkun;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota li l-kuntratti tal-akkwist pubbliku tal-Istitut kienu offruti fuq bażi kemm jista' jkun wiesgħa, filwaqt li għall-proċeduri negozjati dwar kuntratti ta' valur baxx l-għadd ta' kandidati mistiedna ġie stabbilit biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-pubbliċità u l-proporzjonalità; jinnota barra minn hekk li twettqu 47 proċedura ta' akkwist operattiv għall-ammont ta' EUR 3 217 653, filwaqt li l-bqija tal-baġit operattiv għall-2014 intefaq fuq traduzzjonijiet, benefiċċji għall-għajxien ta' kuljum imħallsa lill-esperti, missjonijiet tal-persunal u xiri okkażjonali b'fatturi;

7.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem is-sena, l-Istitut kellu 29 kariga fl-organigramma tiegħu, li kollha kienu mimlijin; jikkonstata li fl-istennija għat-tnaqqis fil-persunal u prijoritajiet tax-xogħol li qed jevolvu, l-Istitut naqqas l-għadd ta' karigi tiegħu b'wieħed meta mqabbel mas-sena ta' qabel, filwaqt li huwa previst it-tnaqqis ta' żewġ karigi temporanji oħra għall-perjodu 2016-2017; josserva li b'kollox dan it-tnaqqis se jammonta għal tnaqqis totali ta' 10 % tal-organigramma tiegħu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jindika li l-Istitut irid jiskrutinja d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-membri, il-persunal amministrattiv u l-esperti tiegħu u jippubblika r-rapport ikkonċernat mingħajr dewmien;

Awditjar intern

9.  Jirrikonoxxi li f'Diċembru 2014 l-Istitut ippreżenta lis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) pjan ta' azzjoni li jindirizza oqsma ta' riskju għoli identifikati matul l-analiżi tar-riskju tal-IAS li saret fl-2013; jirrikonoxxi li, fi tmiem is-sena, il-proċessi kollha ġew implimentati kif xieraq fil-limitu taż-żmien stabbilit;

10.  Jinnota li f'Marzu 2014 l-IAS wettaq Rapport Annwali tal-Awditjar Intern fl-Istitut għas-sena finanzjarja 2013; jinnota b'sodisfazzjon li l-IAS ma ħareġ l-ebda rakkomandazzjoni mmarkata bħala ''Kritika'' jew ''Importanti ħafna''; jieħu nota tal-fatt li wara eżerċizzju ta' valutazzjoni sħiħ tar-riskju, l-IAS ħejja Pjan Strateġiku tal-Awditjar Intern 2015-2017, li ġie approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut; jikkonstata li l-IAS, fir-rapport tiegħu ta' April 2015, ikkonferma li l-ebda rakkomandazzjoni miftuħa ma kienet ikklassifikata bħala ''Kritika'', u li rakkomandazzjoni miftuħa waħda kienet ikklassifikata bħala ''Importanti ħafna'';

Kontrolli interni

11.  Jaċċerta li l-Istitut, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern tiegħu, ikkonċentra fuq l-adozzjoni tal-qafas ta' ġestjoni tal-kwalità, l-implimentazzjoni ta' sistema ta' kontroll ex-ante, it-tisħiħ ta' ambjent kontra l-frodi u kontra l-fastidju kif ukoll fuq l-iżvilupp tal-Pjan ta' Kontinwità tan-Negozju tiegħu; jinnota li xi miżuri ġew implimentati b'mod effettiv sal-2014 filwaqt li oħrajn kienu skedati li jkomplu matul l-2015;

Kummenti oħra

12.  Jinnota li l-Istitut regolarment jikkonsulta l-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar suġġetti definiti, permezz ta' kuntatti diretti mal-membri tiegħu jew permezz ta' intermedjarji; jinnota barra minn hekk li l-Istitut jieħu sehem fil-gruppi ta' ħidma tal-Kummissjoni (Eurostat) biex jesplora sinerġiji, iżda wkoll biex jipprovdi pariri dwar kwistjonijiet tekniċi, il-perspettiva tas-sessi tal-ġbir tad-data u l-armonizzazzjoni; jieħu nota tal-fatt li l-Istitut jaħdem mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound); josserva li dan huwa rifless fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi u fir-rapporti ta' Beijing tal-Istitut għall-Presidenza tal-Kunsill;

13.  Jistieden lill-Istitut itejjeb il-proċeduri u l-prattiki tiegħu intiżi sabiex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istitut qed ifittex sinerġiji billi jaqsam ċerti kompiti u jintroduċi servizzi kondiviżi ma' aġenziji oħra; jinnota b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) fil-qasam ta' kontrolli ex-post;

15.  Jilqa' l-kooperazzjoni produttiva li għaddejja bejn l-Istitut u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jappella għal aktar interazzjoni bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-riċerka tal-Istitut, filwaqt li jitqies ukoll l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi żviluppat mill-Istitut;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014 - L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
PDF 453kWORD 106k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2189(DEC))
P8_TA(2016)0174A8-0091/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0087/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0091/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0087/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0091/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0091/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 21 582 772, li jirrappreżenta żieda ta' 15 % meta mqabbel mal-2013, u dan minħabba li l-Awtorità ġiet stabbilita dan l-aħħar; billi 40 % tal-baġit tal-Awtorità ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

1.  Ifakkar li l-Parlament kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien tal-Awtorità, bħala parti mis-sistema SESF, fl-2011;

2.  Jissottolinja li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni fis-suq intern huwa essenzjali biex jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, suq finanzjarju integrat aħjar, aktar trasparenti, aktar effiċjenti u aktar sikur, kif ukoll livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni;

3.  Jenfasizza li l-ħidma tal-Awtorità hija ta' natura purament teknika u li deċiżjonijiet politiċi ewlenin huma l-prerogattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni;

Segwitu għall-kwittanza 2013

4.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 u mmarkat bħala "Pendenti", fir-rapport tal-Qorti tal-2013 issa huwa mmarkat bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata barra minn hekk li, għal-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa dawk iż-żewġ kummenti huma mmarkati bħala ''Ikkompletati'', filwaqt li wieħed hu mmarkat bħala ''Mhux applikabbli'';

5.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li ġew stabbiliti arranġamenti ta' approvazzjoni supplimentari sabiex tiġi evitata l-ambigwità fl-awtorizzazzjoni ta' impenji ġuridiċi; jinnota b'mod partikolari r-reviżjoni regolari taċ-ċirkwiti finanzjarji tal-Awtorità, l-introduzzjoni ta' taħriġ speċifiku dwar il-finanzi u dwar l-akkwist għall-persunal kollu tal-Awtorità involut f'ċirkwiti finanzjarji kif ukoll it-tisħiħ tal-proċessi finanzjarji u baġitarji b'enfasi fuq il-konformità maċ-ċirkwiti finanzjarji;

Impenji u riporti

6.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta' 26 %, u b'mod partikolari għat-Titolu III kien ta' 66 %; jinnota li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' investimenti pluriennali fl-IT maħsuba biex jiżviluppaw il-kapaċità tal-informazzjoni tal-Awtorità u jippermettu lill-Aġenzija l-implimentazzjoni xierqa tal-kalendarju diffiċli tad-Direttiva Solvibbiltà II(13);

7.  Jinnota li t-tnaqqis sostanzjali fil-baġit tal-2015 tal-Awtorità ħoloq il-ħtieġa ta' razzjonalizzazzjoni tal-baġit tal-2014 sabiex ir-riżorsi disponibbli jintużaw b'mod effikaċi u effiċjenti u sabiex jitnaqqas l-impatt fuq proġetti tal-IT li għadhom għaddejjin;

8.  Jinnota mill-Awtorità li l-maġġoranza tal-kwistjonijiet relatati ma' riporti ser jonqsu matul l-2016, meta huwa mistenni livell avvanzat ta' maturità fil-kapaċità tal-IT tal-Awtorità; jinnota b'mod partikolari li l-maġġoranza tar-riporti huma relatati mal-obbligi kuntrattwali li l-Awtorità ħadet fl-2014, filwaqt li s-servizzi għalihom parzjalment ingħataw fl-2015; jinnota wkoll li, minbarra l-proġetti tal-IT, ir-riporti koprew ir-rimborżi tal-esperti taħt il-proġett "Kultura Superviżorja Komuni", kif ukoll laqgħat, missjonijiet u traduzzjonijiet bi skop operattiv; jistieden lill-Awtorità biex fil-futur ittejjeb il-ġestjoni tal-kuntratti esterni u tirrikonċiljaha mal-prinċipji ta' sostenibbiltà u ta' ġestjoni baġitarja stabbli;

9.  Iħeġġeġ lill-Awtorità biex fil-futur iżżomm l-għadd ta' riporti għas-sena finanzjarja li jmiss kemm jista' jkun baxxi ;

Trasferimenti

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li parti mill-impenji riportati kienet relatata ma' trasferimenti baġitarji li saru f'Novembru u Diċembru 2014; josserva li dawk it-trasferimenti jirreferu għal żieda fil-baġit operattiv ta' EUR 1 100 000 (19 %), permezz ta' trasferimenti ta' EUR 858 828 mil-linja tal-baġit tal-persunal u ta' EUR 266 360 min-nefqa amministrattiva; jirrikonoxxi li dawk it-trasferimenti kienu maħsuba biex jikkumpensaw għan-nuqqasijiet fil-baġit tal-Awtorità tal-2015 wara tnaqqis baġitarju sostanzjali;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

11.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 100 %, li tfisser li l-Awtorità laħqet il-mira ppjanata tagħha kif ukoll żieda ta' 3,26 % meta mqabbla mal-2013; jinnota wkoll li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 74,1 %, jiġifieri 6 % inqas mill-mira ppjanata u żieda ta' 5,21 % meta mqabbla mal-2013;

12.  Jirrikonoxxi li l-baġit u l-proċessi baġitarji u ta' akkwist tal-Awtorità ġew riveduti biex tkun garantita integrazzjoni sħiħa fil-proċessi ġenerali ta' ppjanar u ta' koordinament, u dan għandu jintegra aħjar il-fondi baġitarji disponibbli għal sena partikolari;

13.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità, li jiddependi ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, hu inadegwat, inflessibbli, oneruż u ta' theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha, speċjalment meta 60 % tal-baġit tagħha hu ffinanzjat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tniedi fil-White Paper ippjanata għat-tieni trimestru tal-2016 u fi proposta leġiżlattiva li se tkun preżentata sal-2017, arranġament finanzjarju differenti bbażat fuq linja baġitarja separata fil-baġit tal-Unjoni u il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jiġu sostitwiti minn tariffi mħallsa mill-parteċipanti tas-suq;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

14.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità laħqet il-100 % tal-organigramma tagħha; jinnota li b'kollox, tnedew 49 kampanja ta' reklutaġġ, u 27 membru tal-persunal ġdid bdew jaħdmu mal-Awtorità, li għaldaqstant iwassal għal total ta' 129 membru tal-persunal b'26 nazzjonalità differenti;

15.  Jinnota li l-mira għall-Indikatur Ewlieni ta' Prestazzjoni (KPI) dwar it-taħriġ tal-persunal kienet ta' 100 %, għalkemm 80 % biss tal-persunal setgħu jattendu t-taħriġ relatat mal-impjieg; jiddispjaċih li l-Indikatur Ewlieni ta' Prestazzjoni tat-taħriġ tal-persunal ma tkompliex fl-2015 b'riżultat ta' tnaqqis fil-baġit li kellu impatt fuq il-baġit tat-taħriġ tal-Awtorità u fuq il-kapaċità tagħha li twettaq tali impenn fil-ġejjieni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

16.  Jinnota li l-Awtorità ppubblikat fuq is-sit web tagħha s-CVs, id-dikjarazzjonijiet ta' intenzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet ta' kunflitt ta' interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali tagħha, kif ukoll dawk tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri tagħha;

17.  Jitlob li l-Awtorità tagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi (whistleblowers) fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta' know-how riservat u ta' informazzjoni u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;

18.  Jitlob lill-Awtorità ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

19.  Iħeġġeġ lill-Awtorità tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interessi, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u mal-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;

20.  Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li l-Awtorità ma rnexxilhiex iżżomm lil-leġiżlatur tal-Unjoni infurmat b'mod suffiċjenti u komprensiv dwar id-dettalji kollha tal-ħidma li qed twettaq;

21.  Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li f'xi okkażjonijiet, id-dokumenti għaddew għand il-leġiżlatur tal-Unjoni biss wara li kienu ġew żvelati lill-pubbliku u jqis li dan huwa inaċċettabbli;

22.  Jistieden lill-Awtorità ssegwi l-Awtorità Bankarja Ewropea f'aktar trasparenza billi tiddivulga l-laqgħat kollha li jkollha mal-partijiet interessati ta' partijiet terzi;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li l-Awtorità implimentat ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti kollha li nħarġu mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rieżami limitat tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Awtorità; jinnota l-progress li sar mill-Awtorità fil-qasam tal-kontroll intern, b'mod partikolari l-proċessi msaħħa ta' ppjanar, ta' evalwazzjoni u ta' rapportar, il-miżuri addizzjonali ta' sigurtà u l-iżvilupp ta' strateġija kontra l-frodi għall-2015-2017; jinnota, madankollu, li l-introduzzjoni ta' Sistema ta' Ġestjoni tad-Dokumenti bi proċeduri ta' akkumpanjament kif ukoll l-implimentazzjoni tal-bqija tal-elementi kostituttivi tal-kapaċità ta' kontinwità tan-negozju tal-Awtorità kellhom jiġu finalizzati fl-2015; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet;

Awditu intern

24.  Jinnota li fl-2014 l-IAS wettaq verifika tal-proċessi tal-ippjanar u tal-baġit tal-awtorità, u ħareġ sitt rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom kienet immarkata bħala "Importanti Ħafna"; jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità żviluppat pjan ta' azzjoni apposta biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-IAS;

25.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-aħħar tal-2014 l-ebda azzjoni kritika jew importanti ħafna minn verifiki preċedenti li saru mill-IAS ma kienet għadha miftuħa;

Kummenti oħra

26.  Jinnota li l-Awtorità, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari biex tħares is-sigurtà u s-solidità tas-settur finanzjarju, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji; jissottolinja li l-Awtorità, fuq dik il-bażi, trid tistinka ħalli tikseb riżultati mhux ambigwi, konsistenti, koerenti u ħielsa minn kumplessità superfluwa;

27.  Jirrimarka li huwa partikolarment importanti li d-dispożizzjonijiet abbozzati mill-Awtorità jkunu mfassla b'tali mod li jippermettilhom ikunu applikati b'mod ugwali minn entitajiet iżgħar;

28.  Jenfasizza li, fil-kwistjonijiet kollha marbuta mar-riżorsi tal-Awtorità, irid ikun żgurat li l-mandat jista' jintlaħaq b'mod konsistenti u li l-limiti prattiċi ta' superviżjoni indipendenti, affidabbli u effikaċi ma jkunux determinati minn restrizzjonijiet baġitarji;

29.  Jirrikonoxxi li l-fażi tal-istabbiliment tas-SESF għadha ma tlestitx u għaldaqstant jinnota li l-kompiti diġà fdati lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti addizzjonali previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal, f'termini kemm kwantitattivi kif ukoll ta' kwalifiki, u livell adegwat ta' fondi biex b'hekk ikun hemm lok għal superviżjoni sodisfaċenti; jenfasizza li, sabiex tinżamm il-kwalità tal-ħidma superviżjorja, spiss jiġri li espansjoni tal-kompiti trid tiġi kkomplementata minn espansjoni tar-riżorsi; jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tiġi spjegata fil-fond u akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni kull fejn hu possibbli;

30.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu bis-sħiħ, l-Awtorità trid iżżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li de facto twessa' l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat; jenfasizza li, meta twettaq il-ħidma tagħha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-istandards tekniċi u l-konsulenza teknika, l-Awtorità jeħtiġilha tinforma lill-Parlament Ewropew fil-ħin, b'mod regolari u komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih li fil-passat dan mhux dejjem seħħ;

31.  Jenfasizza li meta tabbozza leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, linji gwida, mistoqsijiet u tweġibiet jew miżuri simili l-Awtorità trid dejjem tirrispetta l-mandat fdat lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li tistabbilixxi standards f'oqsma fejn il-proċessi leġiżlattivi jkunu għadhom pendenti;

32.  Jitlob lill-Awtorità tissupplimenta l-komunikazzjoni mal-Parlament dwar abbozz ta' konsulenza jew ta' standards tekniċi relatati mal-kalibrazzjoni tal-formoli prudenzjali b'deskrizzjoni sħiħa tad-data u l-metodoloġija użati f'tali kalibrazzjonijiet;

o
o   o

33.  Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) ĠU L 153, 22.05.2014, p. 1.
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
PDF 443kWORD 106k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2193(DEC))
P8_TA(2016)0175A8-0117/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0091/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Istitut(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0091/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 233 115 437, li jirrappreżenta żieda ta' 65,54 % meta mqabbel ma' dak tal-2013; billi ż-żieda rriżultat prinċipalment miż-żieda fil-portafoll tiegħu u l-għadd ta' benefiċjarji, kif ukoll mill-bidla fir-regolament fundatur tal-Istitut,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2014 ammontat għal EUR 169 807 303, li tirrappreżenta żieda ta' 81,69 % meta mqabbla ma' dik għall-2013;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Osservazzjonijiet

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-limitu ta' 25 % ġie rrispettat fin-nefqa globali għall-"Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni" ("KKI"), benefiċjarji tal-għotjiet tal-Istitut matul l-ewwel ħames snin; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut kiseb ċertifikati ta' awditjar dwar l-ispejjeż tal-attivitajiet komplementari tal-KKI ("KCA") mġarrba bejn l-2010 u l-2014; jieħu nota tal-fatt li wettaq rieżami tal-portafoll tal-KCAs sabiex jiġi żgurat li jkunu biss dawk l-attivitajiet li huma konformi mar-rekwiżiti legali u operattivi tal-KCAs, inkluż ir-rekwiżit li jkun hemm rabta mal-attivitajiet b'valur miżjud tal-KKI ffinanzjati mill-Istitut, li jiġu aċċettati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju tal-Istitut tul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 94,13 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,84 % meta mqabbla ma' dik tal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,79 %, li tfisser tnaqqis ta' 4,07 % meta mqabbla mal-2013;

3.  Jirrikonoxxi li l-Istitut kellu jaffaċċa inċertezzi rigward il-baġit annwali tiegħu tal-2014 minħabba n-negozjati li għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 u Orizzont 2020 tul is-sena 2013; jinnota li l-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut iddeċieda li jieħu approċċ prudenti fl-ippjanar tal-baġit billi alloka biss parti mill-baġit għall-ftehimiet ta' għotja tal-2014 bħala porzjon inizjali; jinnota, madankollu, li ammont kbir ta' approprjazzjonijiet ta' impenn baqgħu ma ntużawx; josserva li dan kien dovut għal talba baxxa għal għotjiet min-naħa tal-KKI, kif ukoll minħabba li l-għoti ta' ammonti ogħla kien ipoġġi f'riskju l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjanijiet ta' direzzjoni tal-attivitajiet tal-KKI; jirrikonoxxi li l-attivitajiet operattivi tal-Istitut u tal-KKI huma ta' natura pluriennali, u li dan huwa rifless f'deroga li hi speċifika għall-Istitut li tippermetti li jerġgħu jiddaħħlu fil-baġit tiegħu fit-tliet snin suċċessivi kwalunkwe approprjazzjonijiet ikkanċellati;

4.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Istitut issopravaluta l-ħtiġijiet baġitarji tiegħu għall-2014 b'EUR 13 100 000 u li EUR 220 000 000 biss mill-EUR 233 100 000 disponibbli ġew impenjati; jinnota li din kienet prinċipalment relatata ma' approprjazzzjonijiet mhux użati għal għotjiet (EUR 11 400 000) biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-KKI; josserva li l-pjanijiet ta' direzzjoni tal-attivitajiet tal-KKI, li abbażi tagħhom ġew iffirmati ftehimiet ta' għotja, ma kinux jeħtieġu l-użu tal-approprjazzjonijiet totali disponibbli għall-Istitut fl-2014 u l-approprjazzjonijiet mhux użati se jerġgħu jiddaħħlu fil-baġits tal-Istitut għas-snin 2015-2017, kif stipulat fir-regolamenti finanzjarji tal-Istitut;

5.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, filwaqt li l-KKI għandhom jiżviluppaw strateġiji għas-sostenibbiltà finanzjarja, sa issa, u fil-ħames sena ta' eżistenza tagħhom, huma jibqgħu kompletament dipendenti fuq finanzjament mill-Istitut u mis-sħab tal-KKI; jirrikonoxxi li, wara li l-Istitut adotta l-prinċipji dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-KKI, il-KKI kollha ffissaw dan l-objettiv bħala wieħed mill-objettivi prijoritarji tagħhom u l-attivitajiet qed jiġu riveduti kif xieraq biex jinħoloq dħul minn attivitajiet, kif ukoll l-istabbiliment ta' diversi flussi ta' dħul; Jinnota li l-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut adotta sett ta' prinċipji f'Marzu 2015 li fihom iddikjara li l-kontribuzzjoni massima tal-Istitut lil KKI individwali se titnaqqas minn massimu ta' 100 % wara 10 snin ta' deżinjazzjoni ta' KKI għal medja ta' 80 % fis-sena 11 u, wara dan, tnaqqis progressiv għal: 60 % fis-sena 12, 40 % fis-sena 13, 20 % fis-sena 14 u 10 % fis-sena 15; jinkoraġġixxi lill-Istitut jikkunsidra skeda aktar stretta għat-tnaqqis; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut se jkompli l-monitoraġġ tal-progress tal-KKI lejn is-sostenibbiltà finanzjarja u jieħu azzjonijiet korrettivi speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ;

6.  Josserva, barra minn hekk, li l-Istitut għamel reviżjoni tal-proċeduri, taċ-ċirkwiti u tal-mudelli interni tiegħu, bil-għan li jirrispetta totalment ir-regoli rispettivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, b'attenzjoni speċjali għall-ippjanar sod u għall-istima tal-bżonnijiet; jirrikonoxxi li fl-2015 l-Istitut irrekluta uffiċjal ieħor għall-akkwisti u wettaq sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-akkwist indirizzati lill-persunal tiegħu;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Istitut ilu mill-ħolqien tiegħu fl-2009 ibati minn tibdil frekwenti ta' persunal u nuqqas ta' stabbiltà fil-livell maniġerjali; josserva li f'Ġunju 2014, il-Bord tat-Tmexxija ddeċieda li jissekonda lid-Direttur tal-Istitut fuq missjoni ta' riċerka fit-tul fl-Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze għall-11-il xahar li kien għad fadal fil-mandat tiegħu; josserva li d-Direttur interim beda jaqdi dmirijietu f'Awwissu 2014, ftit wara r-reklutaġġ u l-ħatra tiegħu bħala Uffiċjal Kap Operattiv, u kien ir-raba' persuna li okkupat il-post ta' Direttur f'perjodu ta' sitt snin; jirrikonoxxi li l-avviż ta' pożizzjoni vakanti għar-reklutaġġ ta' Direttur ġdid ġie ppubblikat f'Lulju 2015; jinnota li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-proċess ta' reklutaġġ; jitlob lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dan ir-rigward;

8.  Jirrikonoxxi l-azzjonijiet meħuda mill-Istitut bl-għan li tittaffa r-rata għolja ta' tibdil frekwenti tal-persunal, b'mod partikolari permezz tal-fatt li l-Istitut introduċa titjib fil-ġestjoni ta' karigi battala li kellhom jiġu implimentati skont il-pjan ta' azzjoni tagħha u li għaliha l-Istitut stabbilixxa sistema ta' valutazzjoni u ta' riklassifikazzjoni fil-ħarifa tal-2014 biex jipprovdi prospettiva professjonali aħjar għall-persunal u jsaħħaħ il-livell maniġerjali tan-nofs; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut irriveda u tejjeb l-politika ta' taħriġ tiegħu, kif ukoll li issa qed isiru intervisti ta' tmiem l-impjieg mal-membri kollha tal-persunal, fejn jiġu analizzati r-raġunijiet għat-tluq; jirrikonoxxi li, bħala riżultat tal-azzjonijiet implimentati, it-tibdil fil-persunal tal-Istitut niżel għal 12 % fl-2014 meta mqabbel ma' 20 sa 25 % fil-perjodu 2012-2013; jirrikonoxxi li f'Ġunju 2015 kien hemm biss seba' pożizzjonijiet vakanti mis-60 awtorizzati fl-Istitut u li kien maħsub li l-pożizzjonijiet vakanti li fadal jimtlew tul l-2015;

9.  Jifhem li waħda miż-żewġ karigi ta' Kapijiet ta' Unità li ssemmew fir-rapport tal-Qorti li ilhom vakanti mill-2013 imtelew f'Awwissu 2015 u li l-pożizzjoni l-oħra ġiet irreklamata u l-proċess tal-għażla għaddej bħalissa, u l-pożizzjoni vakanti mistennija timtela fl-ewwel nofs tal-2016; jikkonstata, mir-rapport tal-Qorti, li waħda mill-pożizzjonijiet okkupati ad interim mill-2013 'l hawn hi f'kontradizzjoni mar-Regolamenti tal-Persunal li jistipulaw perjodu massimu ta' sena; jirrikonoxxi li fl-2014 kariga waħda kienet okkupata mill-Uffiċjal Kap Operattiv li serva bħala Direttur temporanju fl-istess ħin u li għalhekk issodisfa tliet rwoli fl-istess ħin; jirrikonoxxi li sar progress fuq dawn il-kwistjonijiet u li l-pożizzjonijiet maniġerjali qegħdin jimtlew gradwalment; jistieden lill-Istitut jipproċedi b'mod ambizzjuż fl-isforz tiegħu biex itejjeb il-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu u biex jieħu aktar miżuri biex tiġi indirizzata l-instabbiltà fil-livell maniġerjali sabiex tiġi żgurata kontinwità operattiva aħjar; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward tar-reklutaġġ;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

10.  Jilqa' l-adozzjoni, min-naħa tal-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut, ta' reviżjoni komprensiva tal-Kodiċi ta' Kondotta Tajba applikabbli għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija f'Ġunju 2015; jinnota li, skont il-Kodiċi ta' Kondotta l-ġdid, id-dikjarazzjonijiet ta' interessi annwali u dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut ġew ippubblikati fuq is-sit web tiegħu; jirrikonoxxi il-pjan tal-Istitut li jippubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-maniġment superjuri bħala parti mir-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta applikabbli għall-persunal tiegħu; jistieden lill-Istitut jipproċedi b'din l-azzjoni u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza ladarba tkun tlestiet;

Awditjar intern

11.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu ta' segwitu fi Frar 2014 sabiex tiġi rieżaminata l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jirriżultaw mill-"analiżi limitata" li wettqet fl-2012; jinnota li l-IAS ħareġ rapport ta' segwitu finali f'Ġunju 2014, fejn irrikonoxxa l-progress li sar mill-Istitut, għalaq żewġ rakkomandazzjonijiet mis-sitta li kien hemm inizjalment u kklassifika waħda mill-ġdid minn "kritika" għal "importanti ħafna"; josserva li l-IAS qies għadd ta' azzjonijiet bħala miftuħin; jistieden lill-Istitut biex, bla dewmien, jitlestew l-azzjonijiet inkwistjoni u tiġi informata l-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-IAS li jmiss rigward l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

Kontrolli interni

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Istitut gradwalment tejjeb il-verifika finanzjarja tad-dikjarazzjoni ta' spejjeż tal-KKI; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-verifika operattiva tar-riżultati mistennija waqgħet lura u li l-pjanijiet ta' direzzjoni tal-attivitajiet annwali tal-KKI għadhom jinkludu definizzjoni inadekwata tar-riżultati, kif ukoll nuqqas ta' rabta ċara bejn ir-riżultati tanġibbli ppjanati u l-ispiża eliġibbli għal kull sieħeb u l-kategorija ta' spejjeż; jinsab imħasseb dwar il-każijiet li ġew identifikati mill-Qorti fejn l-ammont sħiħ tal-għotja mill-Istitut tħallas anke jekk xi wħud mill-objettivi ssettjati fil-pjan ta' direzzjoni tal-attivitajiet ma nkisbux; jirrikonoxxi mill-Istitut li l-livell ta' dettall tekniku tal-valutazzjoni ex-ante dwar l-implimentazzjoni ta' attivitajiet tal-KKI tjieb b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' dak tas-snin preċedenti u li issa hemm metodoloġija b'saħħitha biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-KKI fuq il-bażi tar-rapportar;

13.  Jirrikonoxxi li l-istandards ta' kontroll intern tal-Istitut ġew, fil-biċċa l-kbira, implimentati; jinnota, madankollu, li hemm bżonn ta' titjib ulterjuri f'ċerti oqsma bħalma huma l-ġestjoni ta' għotjiet, l-akkwisti u l-IT; jinnota li l-Istitut ipprepara reġistru komprensiv tar-rakkomandazzjonijiet ta' awditjar u ta' tip ieħor li jirrikjedu azzjoni ulterjuri; jistieden lill-Istitut jinforma l-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet;

14.  Jikkonstata li l-kapaċità ta' awditjar intern tal-Istitut (IAC) ħarġet 39 rakkomandazzjoni, inkluża waħda dwar il-politika tal-Istitut dwar il-kunflitti ta' interessi li ġiet kklassifikata bħala "kritika", kif ukoll 23 rakkomandazzjoni kklassifikati bħala "importanti ħafna" li jikkonċernaw il-ġestjoni ta' pożizzjonijiet vakanti, l-akkwist u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi u ta' karigi sensittivi; jieħu nota tal-fatt li l-Istitut aċċetta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-kapaċità ta' awditjar intern u ħejja pjanijiet ta' azzjoni għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom;

Prestazzjoni

15.  Jinnota li, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġu promossi l-aħjar prattiki fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-Istitut jipparteċipa f'għadd ta' proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali tal-Kummissjoni; jinnota li l-Istitut u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija ffirmaw Memorandum ta' Ftehim fl-2014 minħabba l-prossimità ġeografika tagħhom, bil-ħsieb li jikkondividu proċeduri konġunti ta' akkwist;

16.  Jinnota l-Istrateġija ta' Komunikazzjoni tal-Istitut, il-preżenza tiegħu fuq il-media soċjali u t-tixrid tal-attivitajiet tiegħu; jinnota, barra minn hekk, is-sit web il-ġdid tal-Istitut, dinamiku u interattiv, ġie mniedi fl-2014 u li għandu jżomm il-partijiet interessati esterni infurmati, iżid il-viżibbiltà u jilħaq iċ-ċittadini tal-Unjoni b'mod aktar effettiv;

17.  Jistieden lill-Istitut itejjeb il-proċeduri u l-prattiki tiegħu intiżi biex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
PDF 452kWORD 110k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2171(DEC))
P8_TA(2016)0176A8-0114/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0069/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0114/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0069/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0114/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0114/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 282 474 000, li jirrappreżenta żieda ta' 12,29 % meta mqabbel ma' dak għall-2013; billi 12,53 % tal-baġit tal-Aġenzija jinsilet mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti''), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 u li kien immarkat bħala "Għadu għaddej" fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi, u li issa dak il-kumment huwa mmarkat bħala "Ikkompletat" fir-rapport tal-Qorti;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-Regolament dwar it-Tariffi tal-Aġenzija(13) jistipula d-dati għall-ġbir ta' tariffi mingħand l-applikanti u għall-ħlasijiet relatati mill-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; jinnota li dawn id-dati ta' skadenza ma ġewx irrispettati għall-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li din fasslet mill-ġdid u ssimplifikat il-proċessi operattivi ewlenin tagħha, inklużi l-awtorizzazzjonijiet finanzjarji u l-ġbir ta' tariffi; jieħu nota li kien ippjanat li awtomatizzazzjoni ulterjuri ta' dawn il-proċessi tiġi implimentata mill-Aġenzija sa tmiem l-2015; jitlob li l-Aġenzija tieħu l-passi ulterjuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura li taqdi bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet ta' farmakoviġilanza tagħha u li tirrapporta effettivament lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri implimentati bħala rimedju għal din il-kwistjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Ifakkar li, kif stipulat fir-regolament finanzjarju tagħha, id-dħul tal-baġit tal-Aġenzija huwa bbażat fuq flus riċevuti għal kontribuzzjonijiet mill-Unjoni, tariffi għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti farmaċewtiċi u għal attivitajiet wara l-awtorizzazzjoni, kif ukoll għal diversi attivitajiet amministrattivi;

4.  Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 94,32 %; jiddispjaċih, madankollu, li din ir-rata tirrappreżenta tnaqqis ta' 2.44 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 82,30 %; jiddispjaċih li, hawnhekk ukoll, din ir-rata tirrappreżenta tnaqqis ta' 3,98 %;

5.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet ikkanċellati fl-2014 ammontaw għal EUR 16 054 189 (5,68 % tal-approprjazzjonijiet finali); jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija hija dipendenti fuq id-dħul mit-tariffi u li l-livell ta' approprjazzjonijiet ikkanċellati ma jindikax dewmien fl-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Aġenzija; jirrimarka li dawn il-kanċellazzjonijiet jikkorrelataw ma' EUR 10 688 070 f'approprjazzjonijiet ta' dħul mhux miġbura sa tmiem is-sena, b'mod li joħloq bilanċ pożittiv tar-riżultat globali ta' 1,90 % tal-approprjazzjonijiet finali;

Impenji u riporti

6.  Jinnota b'sodisfazzjon ir-rati ta' approprjazzjonijiet impenjati u riportati li ġew realizzati mill-Aġenzija; jinnota, b'mod partikolari, li r-riporti awtomatiċi għas-sena finanzjarja 2015 ammontaw għal 17,7 % tal-approprjazzjonijiet impenjati, u jinnota wkoll l-assenza ta' riporti mhux awtomatiċi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-awditu annwali tal-Qorti ma sab l-ebda kwistjoni notevoli fir-rigward tal-livell tar-riporti fl-2014, u jfaħħar lill-Aġenzija għall-konformità tagħha mal-prinċipju tal-annwalità u għall-eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tagħha;

7.  Jitlob li l-Aġenzija kemm jista' jkun tnaqqas il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati fil-ġejjieni sabiex issaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà;

Trasferimenti

8.  Jinnota li, skont ir-rapport annwali dwar l-attività, kif ukoll skont is-sejbiet tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li matul is-sena 2014 għamlet disa' trasferimenti li jammontaw għal EUR 29 811 800 jew 11,85 % tal-approprjazzjonijiet finali; jinnota, b'mod partikolari, li l-approprjazzjonijiet trasferiti ntużaw primarjament għal infiq fuq l-iżvilupp tal-informatika, ħlasijiet lir-relaturi u aġġustamenti oħra għal partiti tal-baġit amministrattiv;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

9.  Jieħu nota mill-Aġenzija li, sabiex iżżid il-livell ta' riżorsi umani allokati għal kompiti operazzjonali, qed tkompli ttejjeb il-proċeduri tagħha għar-reklutaġġ u l-ippjanar tar-riżorsi; jikkonstata mir-Rapport tal-Qorti li, fl-2014, l-Aġenzija kkonkludiet kuntratt ta' qafas ta' EUR 15 000 000 għal servizzi ta' konsulenza maniġerjali ta' livell għoli li jkopru l-perjodu 2014-2017; jinnota li l-objettivi u l-attivitajiet li kellhom jitwettqu ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jiġġustifikaw id-deċiżjoni ta' akkwist jew il-volum tal-kuntratt; jitlob li l-Aġenzija, għaldaqstant, f'ġieħ it-trasparenza u r-responsabbiltà, tiżgura li l-objettivi u l-attivitajiet li għandhom jitwettqu jkunu fil-fatt speċifikati; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti ma sabet l-ebda evidenza li l-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija kien ġie kkonsultat rigward id-deċiżjoni dwar l-akkwist; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li f'dan il-każ, ir-regoli finanzjarji ma kinux jirrikjedu li l-Bord ta' Tmexxija jiġi kkonsulat;

10.  Jitlob li l-Aġenzija tapplika strettament miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni rigward l-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u li tapplika l-kriterji tal-esklużjoni ħalli l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitt ta' interessi, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

11.  Jikkonstata li l-Aġenzija qawwiet it-trasparenza rigward il-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha billi tippubblika l-istatus ta' proċeduri esterni li jkunu għaddejjin, kif ukoll l-istatus tal-listi ta' riżerva, fis-sit web estern tal-Aġenzija, u li tejbet ukoll id-dokumentazzjoni relatata mal-proċeduri ta' reklutaġġ;

12.  Jinnota li l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti (KKAK), stabbilit fl-2012 biex jeżamina l-kuntratti ta' akkwist qabel ma jiġu ffirmati f'isem l-Aġenzija, eżamina 73 fajl matul is-sena 2014; jieħu nota li, tul l-2014, l-Aġenzija kkonkludiet 28 kuntratt ta' akkwist ġdid b'valur ta' aktar minn EUR 25 000 kull wieħed wara proċeduri ta' akkwist, meta mqabbla ma' 30 kuntratt fl-2013 u 43 kuntratt fl-2012,

13.  Jikkonstata li l-Aġenzija tuża s-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Kummissjoni u li għandha aċċess għal database li jippermettilha twettaq kontrolli dwar l-istatus finanzjarju ta' kuntratturi potenzjali; jinnota li kwalunkwe riskju li jiġi identifikat jiġi avżat lill-KKAK u lill-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti; jilqa' l-ħolqien ta' Uffiċċju Ċentrali għall-Akkwisti f'Diċembru 2014, li huwa intiż biex itejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ġestjoni tal-Aġenzija rigward l-akkwisti u l-kuntratti, filwaqt li jiżgura l-konformità mar-Regolament rilevanti;

14.  Jilqa' l-fatt li 580 mill-599 post disponibbli kienu mtlew sa tmiem l-2014, u li 210 aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi ġew impjegati mill-Aġenzija; jilqa' l-fatt li r-rata ta' okkupazzjoni żdiedet meta mqabbla mal-2013; jinnota li l-proporzjon ta' aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi żdied meta mqabbel mal-2013; jifraħ lill-Aġenzija talli ddedikat madwar 79 % tar-riżorsi umani tagħha għal kompiti operazzjonali, u jinnota li dan jirrappreżenta tnaqqis żgħir meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u trasparenza

15.  Jinnota, mill-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li f'Novembru 2014 ippubblikat il-politika riveduta tagħha, li daħlet fis-seħħ f'Jannar 2015, dwar it-trattament tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri u tal-esperti tal-Kumitat Xjentifiku; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ddefiniet x'jikkostitwixxi interessi diretti u indiretti, u ordnat li l-esperti kollha jiddikjaraw kull interess dirett jew indirett fid-dikjarazzjoni tal-interessi annwali tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li lill-esperti li jiddikjaraw interessi diretti jew indiretti jsirulhom restrizzjonijiet, li jiddependu fuq l-attività li jkunu involuti fiha, b'tali mod li tinżamm id-distinzjoni tal-politika bejn dawk l-interessi bi qbil mal-leġiżlazzjoni rilevanti;

16.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interessi, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u mal-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;

17.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra tagħha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitt ta' interessi, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

18.  Jitlob lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

19.  Jinnota li, f'Diċembru 2014, il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija adotta strateġija kontra l-frodi, li ġiet żviluppata fil-qafas tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati, adottat f'Lulju 2012 mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-ambitu tal-istrateġija kontra l-frodi ma jħaddanx il-"frodi regolatorja", li tiġi ttrattata permezz ta' mekkaniżmi oħra, bħal spezzjonijiet; jikkonstata, mill-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li se jerġa' jiġi kkunsidrat jekk l-ambitu tal-istrateġija għandux jitwessa' sabiex ikopri dan it-tip ta' frodi;

20.  Jitlob li l-Aġenzija tagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;

21.  Jissottolinja li l-Aġenzija għandha tiggarantixxi l-ogħla livell ta' trasparenza fl-għoti ta' aċċess għar-rapporti kliniċi, u jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Aġenzija li tippubblika b'mod proattiv id-data dwar il-provi kliniċi;

Kontrolli interni

22.  Jieħu nota li, fl-2014, l-Aġenzija wettqet proċedura amministrattiva rigward id-Diviżjoni tal-Informazzjoni, Komunikazzjoni u Teknoloġija (ICT) tagħha; jinnota li ġew irrappurtati dgħufijiet sinifikanti fil-kontroll tal-maniġment, li jimplikaw riskji operazzjonali u finanzjarji konsiderevoli għall-Aġenzija; jinnota, mill-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, li l-ebda riskju finanzjarju konsiderevoli ma ġie rrappurtat lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija fl-inkjesta amministrattiva; josserva li ġie stabbilit u implimentat pjan ta' azzjoni biex jindirizza l-kwistjoni; jitlob li l-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effikaċja tal-miżuri meħuda wara li jkunu ġew evalwati;

23.  Josserva li l-Aġenzija vvalutat l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll interni prinċipali tagħha matul l-2014; jinnota li s-sejbiet tar-rieżami wera li l-kontrolli interni tal-Aġenzija operaw sewwa matul is-sena, b'tali mod li l-ebda falliment ta' kontroll ma espona lill-Aġenzija għar-riskji identifikati;

Awditu intern

24.  Jirrikonoxxi li, fl-2013, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-ġestjoni tal-partijiet interessati u dwar il-komunikazzjoni fl-Aġenzija, li wera li dawn l-oqsma huma ġestiti b'mod effikaċi; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS ressaq ir-rapport tiegħu dwar l-involviment ta' konsulenza fir-rigward tal-ġestjoni tal-proġetti tal-IT imwettqa fl-aħħar tal-2013; josserva li dan ir-rapport wera diversi dgħufijiet li l-Aġenzija ħadmet biex issolvihom billi implimentat bidliet fl-istruttura tagħha u fir-responsabbiltà interna; jinnota b'sodisfazzjon li, fi tmiem is-sena, ma kien għad hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika miftuħa, u li l-azzjonijiet fuq rakkomandazzjonijiet importanti ħafna saru fiż-żmien maqbul kif speċifikat fil-pjanijiet ta' azzjoni tal-Aġenzija;

25.  Jieħu nota li, fl-2014, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija wettqet awditi f'diversi oqsma, u li fi tmiem is-sena ma kien għad hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika miftuħa;

Kummenti oħra

26.  Jilqa' r-rappurtar ambjentali annwali tal-Aġenzija;

27.  Ifakkar li r-Regolament dwar Tariffi ta' Farmakoviġilanza(14) ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-27 ta' Ġunju 2014 u ilu japplika għal proċeduri mis-26 ta' Awwissu 2014, għalkemm tariffi annwali għall-appoġġ ta' sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u għal attivitajiet ta' monitoraġġ tal-letteratura mhux se jiġu imposti sal-2015; jixtieq jisħaq fuq il-fatt li dak ir-Regolament issa jippermetti lill-Aġenzija tiġbor tariffi mid-detenturi ta' awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni biex tiffinanzja dawn l-attivitajiet ta' farmakoviġilanza mwettqa fil-livell tal-Unjoni fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem; jirrimarka li l-introjtu jintuża biex jiġu remunerati l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-valutazzjoni xjentifika mwettqa mir-rapporteurs tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza tal-EMA u jikkontribwixxi għall-kostijiet tal-farmakoviġilanza tal-Aġenzija;

o
o   o

28.  Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħra ta' natura trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(15)dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.11.2015, p. 197.
(2) ĠU C 409, 9.11.2015, p. 197.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.11.2015, p. 197.
(8) ĠU C 409, 9.11.2015, p. 197.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) L-Artikolu 10(1) u 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 297/95 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta' Prodotti Mediċinali.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 112).
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014 - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
PDF 434kWORD 90k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2167(DEC))
P8_TA(2016)0177A8-0105/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0065/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0105/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0065/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0105/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0105/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (''iċ-Ċentru'') għas-sena finanzjarja 2014 kien EUR 15 675 036, li jfisser tnaqqis ta' 3,88 % meta mqabbel mal-2013; billi 93,4 % tal-baġit taċ-Ċentru ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti") stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru ħa miżuri biex ikompli jnaqqas il-ħtieġa għall-aġġustament ta' speċifikazzjonijiet tekniċi tas-sejħiet għal offerti, kif ukoll biex jiżgura li l-partijiet interessati kollha jkunu infurmati b'mod aktar effikaċi kull meta tali aġġustamenti jkunu meħtieġa, jiġifieri permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviżi aktar espliċita fuq is-sit web tiegħu;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-rapport tal-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tal-2014 fih informazzjoni dettaljata dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda miċ-Ċentru bi tweġiba għall-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet espressi mill-Qorti, mill-awtorità tal-baġit u mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni. Jieħu nota tal-isforzi li għamel iċ-Ċentru biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ta' awditu tal-Qorti u tal-IAS bil-għan li jtejjeb is-sistemi tiegħu ta' ġestjoni u ta' kontroll intern;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,62 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 94,93 %, li tirrapreżenta tnaqqis ċkejken ta' 2,78 % meta mqabbla ma' dik tal-2013; jinnota b'sodisfazzjoni li l-livell kumplessivament għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji kienu qegħdin isiru f'waqthom;

Impenji u riporti

4.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li l-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien ta' 26 % (EUR 673 534); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti prinċipalment huma relatati ma' implimentazzjoni aċċellerata tal-istrateġija pluriennali taċ-Ċentru għall-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), u jirriżultaw ukoll minn riżorsi inizjalment ippjanati għal żidiet fis-salarji iżda mhux meħtieġa wara deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jilqa' pożittivament l-implimentazzjoni aċċelerata tal-istraġija tal-ICT, iżda jistieden liċ-Ċentru jżomm fil-futur il-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena suċċessiva kemm jista' jkun baxx;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

6.  Jinnota li, skont il-politika riveduta taċ-Ċentru dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, il-Bord ta' Ġestjoni taċ-Ċentru fl-2015 adotta l-formularji li għandhom jintużaw għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interess;

7.  Jirrikonoxxi l-pubblikazzjoni miċ-Ċentru tad-dikjarazzjonijiet tal-interess tal-Bord ta' Ġestjoni tiegħu; jinnota, madankollu, li d-dikjarazzjonijiet tal-interess tad-Direttur taċ-Ċentru u tad-diriġenti superjuri mhumiex disponibbli pubblikament u jistieden liċ-Ċentru jippubblika dawn id-dikjarazzjonijiet mingħajr dewmien;

8.  Ifakkar liċ-Ċentru li, skont l-Artikolu 22c tal-Regolamenti tal-Persunal, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, għandu jadotta regoli interni vinkolanti dwar l-informaturi; jistieden barra minn hekk liċ-Ċentru jistabbilixxi regoli ċari kontra l-"bibien iduru" ("revolving doors").

Kontrolli interni

9.  Jaċċerta li dokument komprensiv li jirrieżamina u jistabbilixxi l-istat tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern taċ-Ċentru tħejja fl-2013 u ġie rieżaminat matul l-2014; josserva li t-tliet oqsma identifikati fejn l-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern għandha titjieb huma dawn li ġejjin: il-kontinwità kummerċjali, il-governanza tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) fir-rigward tal-ġestjoni tal-proġetti u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni appoġġati minn Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru, sabiex jindirizza dawn ir-riskji, kompla jieħu miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskji;

10.  Jieħu nota li ċ-Ċentru għamel enfasi partikolari fuq il-ġestjoni tar-riskji inklużi fit-taqsima tal-ICT fir-reġistru tar-riskju taċ-Ċentru, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà, il-ġestjoni tal-proġetti u l-governanza;

Awditjar intern

11.  Jaċċerta miċ-Ċentru li ngħalqu r-rakkomandazzjonijiet kollha relatati mal-awditjar tal-IAS tal-2008; jinnota li żewġ rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar tal-IAS tal-2011 ma ngħalqux formalment, peress li l-implimentazzjoni tagħhom miċ-Ċentru tinsab fi stadju avvanzat; jinnota, barra minn hekk, li l-awditjar tal-IAS tal-2013 dwar il-monitoraġġ tal-baġit ħareġ tliet rakkomandazzjonijiet ewlenin, bi tnejn diġà ġew implimentati filwaqt li r-rakkomandazzjoni dwar il-proċess tat-tħejjija tal-baġit ġiet programmata li titlesta fl-2015;

Kummenti oħra

12.  Jinnota li ċ-Ċentru kompla l-isforzi tiegħu biex isib soluzzjoni xierqa għal ċerti nħawi tal-bini tiegħu "Cais do Sodré Relógio" li jinsab parzjalment mhux użat; jirrikonoxxi li żewġ partijiet reċentement esprimew interess f'sullokazzjoni ta' dawn iż-żoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li jinsabu fi progress in-negozjati mal-Awtorità tal-Port ta' Lisbona, is-sid tal-bini, sabiex ikun hemm tnaqqis fil-kera; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress ulterjuri dwar din il-kwistjoni;

13.  Jitlob liċ-Ċentru jtejjeb il-proċeduri u l-prattiki tiegħu mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

o
o   o

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 206.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 206.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(4) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 206.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 206.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
PDF 446kWORD 99k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2174(DEC))
P8_TA(2016)0178A8-0102/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0072/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0102/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0072/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0102/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0102/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 52 403 276, somma li tirrappreżenta tnaqqis ta' 9,37 % meta mqabbla mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2014 , stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Japprezza l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri m'għamlet l-ebda kumment dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-2014; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija lestiet inventarju fiżiku tat-tagħmir amministrattiv u jistieden lill-Aġenżija tħaffef il-ħidma tagħha biex itejjeb il-proċeduri kontabilistiċi u l-informazzjoni fir-rigward ta' spejjeż għall-assi intanġibbli ġġenerati internament;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 94,78 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 93,77 %;

Impenji u riporti

3.  Jirrikonoxxi li, skont l-awditu annwali tal-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll skont ir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni partikolari fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2014; josserva li mis-sena finanzjarja 2013 ġew riportati EUR 5 178 491; jinnota b'sodisfazzjon li ġew ikkanċellati 3,80 % biss tar-riporti tal-2013;

4.  Jiddispjaċih, l-aktar fil-kuntest tal-qafas legali l-ġdid tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, li l-eżekuzzjoni tal-impenji fl-2014 kienet inqas mill-mira tal-Kummissjoni ta' 95 %, u minħabba f'hekk il-Kummissjoni qed timponi sanzjoni fuq l-Abbozz ta' Baġit 2016; jistieden lill-Aġenzija tiddikjara r-raġunijiet għalfejn ma rnexxilhiex tilħaq il-mira ta' 95 %; iħeġġeġ lill-Aġenzija ttejjeb l-eżekuzzjoni tal-baġit u tnaqqas dan il-livell sal-limiti massimi stabbiliti mill-Kummissjoni;

Trasferimenti

5.  Jinnota li skont ir-rapport tal-attività annwali tal-Aġenzija, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija; jinnota li t-trasferimenti kollha tal-Aġenzija għall-2014 kienu 10 % anqas mill-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja fil-linja baġitarja, meta jsir trasferiment minn titolu għal ieħor;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija nediet 82 proċedura ta' akkwist fis-sena finanzjarja 2014, bi 15-il proċedura nnegozjata speċjali u b'67 proċedura nnegozjata miftuħa u b'valur baxx; jinnota, barra minn hekk, li l-ammont imħallas għall-kuntratti ta' akkwist iffirmati fl-2014 kien ta' EUR 3 432 061;

7.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li, fi tmiem is-sena, l-Aġenzija kellha 210 pożizzjoni fil-pjan ta' stabbiliment tagħha, li minnhom 198 kienu okkupati, 30 pożizzjoni ppjanati fil-baġit għal persunal kuntrattwali li minnhom 29 kienu okkupati, kif ukoll 18-il pożizzjoni għall-esperti nazzjonali sekondati li minnhom 15-il pożizzjoni kienu okkupati; ikkonstata li, biex tilqa' għat-tnaqqis tal-persunal u għall-prijoritajiet tax-xogħol li qed jevolvu, l-Aġenzija naqqset bi tlieta l-għadd ta' pożizzjonijiet tagħha relatati ma' funzjonijiet ġenerali; jifhem mill-Aġenzija li, biex tirreaġixxi b'mod aktar effikaċi għaż-żieda fl-ammont ta' xogħol, biex tidentifika l-għarfien espert disponibbli fil-preżent fl-Aġenzija u biex tagħti appoġġ lil politika ta' mobbiltà interna, l-Aġenzija ħolqot Databażi tal-Kapital Uman bħala għodda ta' appoġġ għall-ġestjoni interna;

8.  Jinnota r-riżultati tal-ewwel eżerċizzju għall-istabbiliment ta' parametri riferenzjarji dwar impjiegi fl-Aġenzija, li wrew li 20,3 % tal-impjiegi kienu ddedikati għall-appoġġ u l-koordinazzjoni amministrattivi, 70,8 % għall-kompiti operattivi u 6,6 % għall-kompiti ta' kontroll u finanzjarji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jifhem mill-Aġenzija li l-Bord Amministrattiv emenda r-regoli ta' proċedura tiegħu; jinnota li dawn ir-regoli emendati jirriflettu l-bżonn li l-membri tal-Bord Amministrattiv u s-sostituti tagħhom jipprovdu s-CVs tagħhom għal pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Aġenzija, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' impenn u ta' kunfidenzjalità ffirmati minnhom; jinnota li l-pubblikazzjoni ta' dawn is-CVs kienet mistennija qabel Ottubru 2015; jinnota, barra minn hekk, li s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri tal-Aġenzija diġà ġew ippubblikati fuq is-sit web tagħha;

10.  Jinnota li l-istrateġija tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, li ġiet żviluppata bi qbil totali mal-linji gwida pprovduti mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, ġiet adottata f'Novembru 2015; jifhem li għad fadal numru ta' azzjonijiet addizzjonali x'jiġu implimentati matul il-perjodu 2015-2016; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet;

11.  Jilqa' l-fatt li skont stħarriġ tal-partijiet interessati mniedi mill-Aġenzija fl-2014, il-perċezzjoni tal-Aġenzija hi li din għandha livell għoli ta' professjonalità u li hi mgħammra b'għarfien tekniku ta' livell għoli għat-twettiq tal-missjoni tagħha; jinnota bi tħassib li fl-imsemmi stħarriġ it-trasparenza tidher li hija punt dgħajjef, u jistieden lill-Aġenzija taħdem sabiex ittejjeb din il-perċezzjoni tal-partijiet interessati;

Prestazzjoni

12.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija qiegħda tiżviluppa objettivi u pjanijiet ta' azzjoni fuq żmien medju li jtejbu l-prestazzjoni tagħha biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi stabbiliti fl-istrateġija fuq 5 snin, adottata mill-Bord Amministrattiv fl-2013; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li l-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2020, f'kuntrast ċar mal-mandat ġuridiku l-ġdid tal-Aġenzija stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), jista' jimponi adattament tal-istrateġija tal-Aġenzija minħabba restrizzjonijiet finanzjarji;

Kontrolli interni

13.  Jinnota li wieħed mill-elementi ewlenin tas-sistema ta' kontroll intern tal-Aġenzija huwa l-kontroll u r-reġistrazzjoni ta' eċċezzjonijiet għal regolamenti, politiki, regoli u proċeduri stabbiliti; josserva li total ta' 11 minn dawn l-eċċezzjonijiet ġew irreġistrati matul l-2014, li minnhom disgħa kienu ex-ante u tnejn kienu ex-post; jifhem mill-Aġenzija li ttieħdu azzjonijiet korrettivi fejn meħtieġ jew ingħataw kjarifiki sabiex jiġi evitat li sitwazzjonijiet simili jerġgħu jseħħu fil-futur;

Awditjar intern

14.  Jinnota li, fl-2014, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "L-Elementi Fundamentali tal-Assigurazzjoni" fl-Aġenzija; jinnota li, skont l-IAS, is-sistema ta' kontroll intern imdaħħla fis-seħħ mill-maniġment tal-Aġenzija tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi operattivi stabbiliti fir-rapport annwali u fil-proċess tal-bini ta' assigurazzjoni sottostanti;

15.  Josserva li, meta twettaq l-awditu, ma kien hemm l-ebda proċess formalizzat u dokumentat għall-abbozzar tar-rapport annwali, u dan wassal għar-riskju li xi atturi involuti fil-proċess setgħu ma kinux kompletament konxji mir-responsabbiltajiet tagħhom; jikkonstata li, wara l-awditu, l-Aġenzija stabbiliet pjan ta' azzjoni biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha li ħarġu mir-rapport tal-awditjar, u li sussegwentement ġie approvat mill-IAS; jinnota li l-Aġenzija eżaminat mill-ġdid u ddokumentat il-proċess ta' abbozzar tar-rapport annwali sabiex tipprovdi linji gwida ċari kif ukoll definizzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha involuti fil-proċess ta' abbozzar, ivvalutar u approvazzjoni tar-rapport annwali;

Kummenti oħra

16.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija fittxet b'mod attiv sinerġiji potenzjali ma' aġenziji oħra; jinnota b'mod partikolari li l-Aġenzija qed tikkondividi l-Faċilità ta' Kontinwità Operattiva f'Madrid mal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd; jinnota li l-Aġenzija, minħabba l-prossimità ġeografika tagħha, żviluppat kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga fl-oqsma tar-riżorsi umani, l-infrastruttura u l-ICT;

17.  Jitlob lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

18.  Jenfasizza l-kontribut tal-Aġenzija għas-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti fl-Ewropa, u l-assistenza li tat lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni skont id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni; jiddeplora l-fatt li, filwaqt li żdiedu l-kompetenzi tagħha għal sett ġdid ta' kompiti prinċipali u ġew introdotti kompiti anċillari ġodda li kellhom jitwettqu mill-Aġenzija b'segwitu għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 100/2013 fi Frar 2013, it-tnaqqis baġitarju u tal-persunal sar applikabbli fl-2014; jilqa' u jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni min-naħa tal-Aġenzija ma' aġenziji oħra Ewropej fir-rigward tal-kriżi tar-refuġjati u jafferma mill-ġdid l-ħtieġa li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani li jippermettulha twettaq il-kompiti tagħha b'mod effikaċi, inkluż meta tittratta attivitajiet ta' importanza kritika li jmorru lil hinn mill-mandat tagħha, jiġifieri l-kontribut fil-forma tal-għarfien speċjalizzat u appoġġ operattiv, permezz tal-persunal tagħha, għall-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati;

19.  Jenfasizza li l-għarfien speċjalizzat u l-kapaċitajiet interni tal-Aġenzija jagħtuha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u s-servizzi tagħha fuq skala aktar globali, u b'hekk tikkontribwixxi biex testendi l-ambitu tal-oqsfa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 216.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 216.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 216.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 216.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Regolament (UE) Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 30).
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
PDF 432kWORD 90k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2178(DEC))
P8_TA(2016)0179A8-0098/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0076/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0076/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 9 708 297, li jfisser żieda ta' 0,39 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 kienet ta' EUR 8 820 666, li tfisser żieda ta' 0,05 % meta mqabbla mal-2013;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,61 %;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' EUR 1 332 421 (15 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota tal-fatt li r-riporti ammontaw għal EUR 612 981 (49 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li jfisser tnaqqis ta' 10 % meta mqabbel mal-2013; jirrikonoxxi l-fatt li dawn ir-riporti huma marbuta ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT, ordnati kif ippjanat lejn tmiem is-sena għaż-żewġ uffiċċji tal-Aġenzija;

3.  Josserva li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 717 927; jinnota li mir-riporti tal-2013 ġew ikkanċellati EUR 49 460 (6,89 %);

Trasferimenti

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li skont ir-Rapport Annwali tal-Aġenzija, kif ukoll is-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.  Jinnota mir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija li fi tmiem l-2014 ġew impjegati 62 membru tal-persunal statutorju; jinnota, barra minn hekk, li matul l-2014 telqu tliet membri tal-persunal mill-Aġenzija, ġew ippubblikati għaxar avviżi għal pożizzjonijiet vakanti u ġew irreklutati seba' membri tal-persunal;

6.  Josserva li l-Aġenzija taffaċċja sfidi biex tattira u żżomm magħha persunal ikkwalifikat kif xieraq biex jappoġġa l-attivitajiet tagħha, l-aktar minħabba l-post fejn jinsab l-uffiċċju tagħha fi Kreta, fejn l-edukazzjoni internazzjonali hija fattur li jippreżenta sfidi; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija kkonkludiet ftehim ta' livell ta' servizz ma' kull waħda mill-iskejjel privati li jattendu t-tfal tal-persunal fl-uffiċċju ta' Ateni, hekk kif hemmhekk m'hemmx skejjel Ewropej; jinnota, barra minn hekk, li ġew konklużi mandat ġdid u ftehim ta' servizz ġdid bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija sabiex jingħataw id-dettalji tal-finanzjament għall-iskejjel Ewropej li jattendu t-tfal tal-persunal tal-Aġenzija;

7.  Jinnota li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali tal-Aġenzija, l-Aġenzija, għall-ewwel darba fl-2014, wettqet eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-karigi fi ħdanha billi użat metodoloġija komuni adottata għall-Aġenziji; jinnota, barra minn hekk, li skont dan l-eżerċizzju, 68 % tal-membri persunal tal-Aġenzija kienu fil-kategorija ta' funzjonijiet operattivi, 22 % kienu jaħdmu fil-kategorija ta' appoġġ amministrattiv u koordinazzjoni u 10 % kienu impjegati fir-rigward ta' funzjonijiet newtrali;

Awditu intern

8.  Jieħu nota tal-fatt li fil-bidu tal-2014, l-Aġenzija kellha 25 rakkomandazzjoni miftuħa mir-rapporti preċedenti tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ("IAS"); jirrikonoxxi l-fatt li 24 rakkomandazzjoni ngħalqu matul l-2014 kif ikkonfermat mill-IAS fiż-żjara tiegħu ''fuq il-post'' fl-Aġenzija f'Novembru 2014; jinnota li rakkomandazzjoni waħda li kienet għadha miftuħa ngħalqet fl-2015, wara li kienet ġiet implimentata l-għodda għall-flussi tax-xogħol elettroniċi;

Kummenti oħra

9.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija adottat politiki interni biex ittejjeb il-kosteffikaċja u l-kompatibbiltà ambjentali tal-faċilitajiet tagħha; jinnota li pass importanti biex jiġu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti kien l-adozzjoni tal-pjattaforma ''mingħajr karti'', li sservi bħala fluss tax-xogħol u ħażna ta' dokumenti interni; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija prattikament eliminat kważi għalkollox il-flussi tax-xogħol bil-karta, inklużi transazzjonijiet finanzjarji u l-fajls u d-dokumenti tar-riżorsi umani, u ssostitwiethom b'dokumenti elettroniċi u flussi tax-xogħol elettroniċi fi sforz biex jinkiseb ambjent tal-uffiċċju mingħajr karti; jirrikonoxxi l-fatt li din l-għodda bdiet taħdem b'suċċess f'Jannar 2015;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

11.  Jirrikonoxxi l-fatt li, bħala segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Aġenzija, skont il-ftehim ta' kiri bejn l-awtoritajiet Griegi, l-Aġenzija u sid il-kera, il-kera għall-uffiċċji f'Ateni titħallas mill-awtoritajiet Griegi; jinsab imħasseb dwar il-kera kontinwament titħallas tard, fatt li ssokta fl-2014 u l-2015, u li għall-Aġenzija jippreżenta riskji finanzjarji, kif ukoll għar-reputazzjoni u għall-kontinwità tan-negozju; jinnota bi tħassib li, fl-2015, il-pagament għall-ewwel sitt xhur tas-sena sar fis-27 ta' Awwissu 2015, u biss wara li l-Aġenzija rċeviet twissija li se tinbeda kawża minn sid il-kera tal-uffiċċju ta' Ateni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet Griegi jsibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni sabiex jitnaqqsu r-riskji li l-Aġenzija hija esposta għalihom b'mod sinifikanti;

o
o   o

12.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
PDF 443kWORD 101k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2179(DEC))
P8_TA(2016)0180A8-0106/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0077/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0106/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0077/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0106/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0106/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 25 715 600, li jfisser tnaqqis ta' 0,55 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,34 %, li tfisser tnaqqis ta' 0,53 % meta mqabbla mal-2013; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,82 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,3 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu III (nefqa operattiva) kien ta' EUR 2 200 000 (37,7 %); jinnota barra minn hekk li dawn ir-riporti għandhom x'jaqsmu ma' dewmien ta' proġetti operazzjonali u tal-IT, u jirriżultaw minn kuntratti li ġew iffirmati tard fis-sena finanzjarja minħabba li l-proċeduri ta' akkwist tnedew biss wara l-adozzjoni tal-baġit u l-programm ta' ħidma tal-Aġenzija; jieħu nota tal-fatt li r-riporti huma segwiti mill-qrib mill-Aġenzija, u laħqu rata ta' eżekuzzjoni ta' mill-inqas 95 % fis-sena ta' wara;

3.  Jistieden lill-Aġenzija tnaqqas kemm jista' jkun il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati fil-ġejjieni sabiex issaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija fetħet mill-ġdid proċedura ta' kompetizzjoni għall-għoti ta' kuntratt speċifiku fil-kuntest tal-kuntratt qafas tas-''Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju''; jinnota madankollu li kemm l-enfasi eċċessiva fuq il-kwalità u kemm il-valur massimu għoli tal-kuntratt fil-ftuħ mill-ġdid tal-offerti wasslu għal offerti finanzjarji qrib il-valur massimu tal-kuntratt; jikkonstata, madankollu, li dan imur kontra l-objettiv tal-ftuħ mill-ġdid ta' proċedura ta' kompetizzjoni, li huwa li tiġi żgurata l-kompetizzjoni fuq il-prezz; jirrikonoxxi li l-Aġenzija kienet qed tħejji gwida interna dwar l-użu tal-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta' kompetizzjoni biex tiżgura kompetizzjoni aħjar fuq il-prezz fiż-żmien tal-awditu; jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward;

5.  Jinnota li l-Aġenzija rrevediet il-proċeduri ta' għażla tagħha u għamlet xi titjib fil-proċess ta' reklutaġġ sabiex tiżgura trasparenza sħiħa u trattament indaqs tal-kandidati; jieħu nota tal-fatt li ġew identifikati xi nuqqasijiet oħra mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS), li wasslu biex l-Aġenzija introduċiet kontroll ex-ante sabiex tiżgura monitoraġġ indipendenti tal-proċeduri ta' għażla;

6.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija adottat deċiżjoni li tippermetti l-użu ta' impjiegi fit-tul għall-persunal operattiv tagħha; ikkonstatali din ippermettiet il-possibbiltà ta' impjiegi fit-tul għall-persunal operattiv, prevista fir-regolament il-ġdid tagħha, hekk kif din il-possibbiltà mistennija li tiġi inkorporata fir-regolament fundatur il-ġdid tal-Aġenzija(13);

7.  Jikkonstata li l-Aġenzija ppubblikat s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-maġġoranza tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha; jiddispjaċih madankollu, li xi dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha kif ukoll tal-persunal maniġerjali għadhom pendenti; jinnota espressament li din il-prattika ma żżidx it-trasparenza u li konsegwentement, l-Aġenzija għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet li fadal mingħajr dewmien;

8.  Jinnota r-riżultati tal-ewwel eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva dwar il-karigi tal-Aġenzija, b'20,9 % tal-impjiegi ddedikati għall-appoġġ amministrattiv u l-koordinazzjoni, 67,6 % għall-kompiti operattivi u 11,7 % għall-kompiti ta' kontroll u l-kompiti finanzjarji;

9.  Jirrikonoxxi li l-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ imwettqa fl-2014 wasslu biex jiġi kkompletat 96 % tal-organigramma; jilqa' t-tnaqqis fir-rata għolja preċedenti ta' bdil tal-persunal operattiv u jistenna li l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea se tippermetti lill-Aġenzija tikseb bilanċ xieraq ta' persunal fuq terminu qasir u dak fuq terminu twil, b'mod partikolari f'unitajiet operattivi, u dan sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

10.  Jikkonstata li l-Aġenzija ppubblikat s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-maġġoranza tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha; jinnota li l-Aġenzija mistennija tippubblika l-bqija tad-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-Bord Amministrattiv tagħha kif ukoll tal-persunal maniġerjali tagħha;

11.  Jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija ġiet ippreżentata lill-Bord Amministrattiv f'Novembru 2014 u adottata f'Marzu 2015; jinnota li din l-istrateġija kontra l-frodi tqis bis-sħiħ ''il-Metodoloġija u l-gwida għal strateġiji kontra l-frodi għall-Aġenziji deċentralizzati tal-UE'' tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, u tipprevedi objettivi għad-Direttur Eżekuttiv u l-Bord Amministrattiv fil-ġlieda kontra l-frodi;

12.  Jinnota li mill-2012 'l hawn l-Aġenzija għandha stabbilita politika dwar il-kunflitti ta' interess għall-persunal u l-esperti nazzjonali ssekondati tagħha; jirrikonoxxi li din il-politika se tiġi eżaminata mill-ġdid fil-futur qrib u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dan ir-rigward;

Awditu intern

13.  Jikkonstata mill-Aġenzija li l-IAS matul l-2014 ħareġ rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala ''importanti ħafna'', li ngħalqet mill-Aġenzija f'Diċembru 2015; jieħu nota tal-fatt li, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu tal-IAS mis-snin preċedenti, l-Aġenzija għalqet żewġ rakkomandazzjonijiet filwaqt li erba' rakkomandazzjonijiet kienu qed jiġu indirizzati minnha fi tmiem l-2015; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Kontrolli interni

14.  Jirrikonoxxi li f'Marzu 2014 inħatar Koordinatur ta' Kontroll Intern biex jappoġġa l-iżvilupp ta' sistema integrata ta' ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern, fatt li ser itejjeb il-kwalità u r-rilevanza tal-ħidma tal-Aġenzija;

15.  Jikkonstata li l-Aġenzija vvalutat l-effettività tas-sistemi ewlenin ta' kontroll intern tagħha matul is-sena finanzjarja 2014 u kkonkludiet li s-16-il Standard ta' Kontroll Intern (ICS) ġew implimentati b'mod effikaċi; jinnota barra minn hekk, li l-valutazzjoni tal-ICS uriet li l-Aġenzija kienet kompletament konformi ma' tmien ICS u parzjalment konformi mat-tmien ICS l-oħra; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-pjanijiet ta' azzjoni tagħha biex tinkiseb konformità sħiħa mal-ICS prijoritizzati;

Prestazzjoni

16.  Jinnota n-numru kbir ta' eżiti (240) u indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni (41) fil-programm ta' ħidma tal-Aġenzija tal-2014 u r-rapport annwali; jappoġġa l-fehma li sistema ta' rappurtar ibbażata fuq l-impatt tal-Aġenzija fuq is-settur ferrovjarju twassal għal żieda fit-trasparenza u l-viżibbiltà tat-twettiq ta' missjonijiet mill-Aġenzija;

Kummenti oħra

17.  Jinnota li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-ħidma tal-Aġenzija matul l-2014 kienet żgurata permezz tar-rappreżentanza tal-partijiet interessati tal-Aġenzija fil-Bord Amministrattiv tagħha u l-proċess ta' konsultazzjoni għall-iżvilupp tal-programm ta' ħidma tagħha; jieħu nota tal-viżibbiltà tal-Aġenzija permezz tal-preżenza tagħha fuq il-midja soċjali, il-parteċipazzjoni f'avvenimenti pubbliċi, kooperazzjoni ma' akkademiċi relatati mal-ferroviji, l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma u stħarriġ perjodiku tal-partijiet interessati bil-għan li jinkisbu u jiġu analizzati spunti mill-gruppi ta' interess;

18.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

19.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

20.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija taqsam l-Uffiċjal tal-Kontabilità tagħha mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u ċerti faċilitajiet maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu sinerġiji u tinkiseb effettività fl-infiq;

21.  Jinnota li, għalkemm l-Aġenzija saret operattiva fl-2005, din kienet qed taħdem abbażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti billi ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar is-sede bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti; jirrikonoxxi li l-Gvern tal-Istat Membru ospitanti dan l-aħħar beda diskussjonijiet informali mal-Aġenzija dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Aġenzija u lill-Istat Membru ospitanti jindirizzaw din il-kwistjoni b'urġenza u jinfurmaw lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress tan-negozjati;

22.  Jiddeplora l-fatt li l-Aġenzija hija esposta għal spejjeż addizzjonali peress li qed tuża żewġ lokalitajiet minn fejn twettaq l-attivitajiet tagħha, u li dan jirrappreżenta ħela ta' flus il-kontribwenti Ewropej; jeżiġi li din il-kwistjoni tiġi indirizzata b'mod li jerġa' jinkiseb valur għal flus il-kontribwenti u effiċjenza operattiva, filwaqt li jiġu evitati wkoll spejjeż indiretti bla bżonn bħal sigħat ta' xogħol "moħlija" minħabba vjaġġar jew xogħol amministrattiv addizzjonali;

23.  Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Ewropea; jilqa' r-rwol tal-Aġenzija għal dak li jirrigwarda s-segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS), kif ukoll il-valutazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jinnota barra minn hekk li bħalissa għaddej rieżami tar-rwol (eż. punt uniku ta' servizz għall-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-vettura) u tas-setgħat tal-Aġenzija bħala parti mir-Raba' Pakkett Ferrovjarju; jenfasizza li fil-każ li tingħata setgħat akbar, l-Aġenzija se jkun jeħtiġilha tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod komprensiv u effiċjenti; jinnota bi tħassib il-kontradizzjoni bejn il-leġiżlazzjoni approvata reċentement li estendiet il-missjoni tal-Aġenzija u t-tnaqqis baġitarju relatat mal-Aġenzija, li jridu jiġu implimentati fl-ambitu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020;

24.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tikkollabora mal-Istati Membri sabiex iżżid in-numru u l-kwalità ta' proġetti ferrovjarji, b'mod speċjali l-proġetti ERTMS, proposti taħt il-programm tat-trasport, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF); ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament fil-proċedura baġitarja għall-irkupru ta' ammonti totali rilokati mis-CEF għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

o
o   o

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 238.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 238.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 238.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 238.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004, COM(2013)0027, 30.1.2013.
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
PDF 447kWORD 104k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2190(DEC))
P8_TA(2016)0181A8-0096/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0088/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2190(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0088/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2190(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 33 267 143, li jfisser żieda ta' 18,02 % meta mqabbel mal-2013, u dan minħabba kompiti addizzjonali fdati f'idejn l-Awtorità,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti") iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

1.  Ifakkar li l-Parlament kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien, bħala parti minn din is-sistema, tal-Awtorità fl-2011;

2.  Jissottolinja li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni fis-suq intern huwa essenzjali biex tiġi żgurata stabbiltà finanzjarja u suq finanzjajru integrat aħjar, aktar trasparenti, effiċjenti u kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni;

3.  Jenfasizza li l-ħidma tal-Awtorità hija ta' natura purament teknika u li deċiżjonijiet politiċi ewlenin huma l-prerogattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni;

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li t-tariffi li imponiet l-Awtorità fuq l-entitajiet taħt is-superviżjoni tagħha, li fid-dikjarazzjoni provviżorja tal-prestazzjoni finanzjarja jidhru bħala dħul, kienu ibbażati fuq stima tal-ispejjeż aktar milli spejjeż reali tal-attivitajiet ta' superviżjoni li saru; jirrikonoxxi li fl-2014 l-Awtorità żviluppat mudell tal-ispejjeż skont l-attività, li se jippermetti li jkun hemm segwitu preċiż tan-nefqa tal-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha; jirrikonoxxi barra minn hekk li l-Awtorità qed tapplika dan il-mudell mill-2015, li se jwassal biex it-tariffi superviżorji jiġu kkalkulati skont l-ispiża reali;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità wirtet diversi kuntratti qafas tal-IT mill-korp predeċessur tagħha, il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET); jieħu nota tal-fatt li dawn il-kuntratti kienu relatati għall-ospitar taċ-ċentri tad-data tal-Awtorità, kif ukoll għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tagħha; jinnota bi tħassib li l-kuntratti tal-IT ma ġewx sostitwiti b'sejħiet għall-offerti f'waqthom, li wassal biex żewġ kuntratti ġew estiżi lil hinn mit-tul ta' żmien oriġinali tagħhom; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dan wassal biex l-Awtorità akkwistat servizzi tal-IT, għamara u oġġetti ta' kartolerija, permezz ta' korp ċentrali tax-xiri Franċiż, Union de Groupements d'Achats Publics (UGAP) għall-ammont ta' EUR 956 000 għall-2014; jirrimarka li l-użu ta' UGAP ma kienx konformi mar-Regolament Finanzjarju; jirrikonoxxi li l-Awtorità waqfet milli tagħmel l-akkwisti permezz tal-kuntratti qafas mal-UGAP, u li hija biddlet il-kuntratti qafas kollha tal-IT ta' KRET għal tagħha stess;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,89 %, li tfisser żieda ta' 5,71 % meta mqabbla mal-2013, u li tindika li l-impenji saru b'mod iżjed f'waqtu; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 81,16 %;

7.  Jinnota li r-rata ta' kanċellazzjoni totali tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 kienet ta' 19 %; jirrikonoxxi li dawn il-kanċellazzjonijiet kienu marbuta l-aktar mal-fatt li s-servizzi mitluba damu ma ġew ipprovduti mill-kuntratturi, ġie kkanċellat xiri ta' liċenzji għal proġett ikkanċellat, inqalgħu diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta' kuntratt għall-persunal interim kif ukoll kien hemm bidla għal kuntratt qafas ta' konsulenza tal-IT ġdid;

Impenji u riporti

8.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' 45 % għat-Titolu III (nefqa operattiva), li turi tnaqqis ta' 13 % meta mqabbel mal-2013; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu relatati prinċipalment ma' servizzi tal-IT u oħrajn mogħtija fl-2014 u li ma tħallsux fi tmiem is-sena, ma' servizzi mistennija li jingħataw fl-2015 kif ukoll man-natura pluriennali tal-kuntratti ffirmati;

Trasferimenti

9.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità naqqset il-livell ta' trasferimenti fl-2014 billi implimentat rieżami trimestrali bir-reqqa tal-baġit, kif ukoll rappurtar ta' kull xahar lid-Direttur Eżekuttiv u rappurtar trimestrali lill-Bord Maniġerjali sabiex jiġi żgurat monitoraġġ baġitarju aħjar u aktar trasparenti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

10.  Jinnota li, fi tmiem is-sena, l-Awtorità impjegat 167 membru tal-persunal, meta mqabbel mal-139 membru tal-persunal fis-sena preċedenti; jirrikonoxxi mill-Awtorità li din timmira għall-aħjar bilanċ possibbli bejn is-sessi u dak ġeografiku, li wassal biex hemm rappreżentati 24 nazzjonalità tal-Unjoni u ż-Żona Ekonomika Ewropea, bi proporzjon ta' membri tal-persunal ta' 55 % għall-irġiel u 45 % għan-nisa;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità, flimkien mal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), żviluppat politika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tagħha; jinnota li din il-politika ġiet adottata f'Marzu 2015; jinnota barra minn hekk li l-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità adotta politika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għal dawk li mhumiex membri tal-persunal f'Settembru 2014; jikkonstata li l-Awtorità għandha tiġbor u tivvaluta kull sena d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-persunal tagħha, tintroduċi sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal u l-persunal il-ġdid, kif ukoll tivvaluta d-dikjarazzjonijiet ad hoc mibgħuta mill-persunal tagħha sabiex tissensibilizza dwar l-importanza li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess;

12.  Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-maniġment superjuri tal-Awtorità, il-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri tagħha u l-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq saru disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità;

13.  Jirrikonoxxi li fl-2014, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE u mal-EIOPA, l-Awtorità żviluppat strateġija kontra l-frodi għall-perjodu 2015-2017 u li l-implimentazzjoni tagħha se ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Awtorità biex tipprevjeni, issib, tinvestiga u tippenalizza każijiet potenzjali ta' frodi;

14.  Jistieden lill-Awtorità ssegwi fuq l-eżempju tal-ABE biex tadotta aktar trasparenza billi tiddivulga l-laqgħat kollha li jkollha mal-partijiet interessati ta' partijiet terzi;

Awditu intern

15.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditu dwar ''il-Governanza u l-Ġestjoni tal-Proġetti tal-IT'' u beda awditu dwar ''il-Ġestjoni u l-Komunikazzjoni Esterna tal-Partijiet Interessati''; jinnota li f'Ġunju 2014 l-IAS għamel żjara ta' segwitu u rrieżamina l-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Awtorità; jirrikonoxxi li l-IAS qies li sebgħa minn 14-il rakkomandazzjoni kienu diġà ġew implimentati filwaqt li wħud mir-rakkomandazzjonijiet pendenti ntbagħtu biex jingħalqu lill-IAS u qed jistennew rieżami ġdid;

Kummenti oħra

16.  Jinnota li l-Awtorità implimentat diversi azzjonijiet biex tindirizza l-kwistjoni tal-pagamenti tard, li fl-2013 kienu jikkostitwixxu 27 % tal-pagamenti kollha għall-prodotti u s-servizzi riċevuti; jirrikonoxxi li dawn l-azzjonijiet wasslu biex ir-rata ta' pagamenti tard naqset għal inqas minn 1 % fl-2015;

17.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Awtorità jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, r-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Awtorità tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

18.  Jieħu nota tal-fatt li, wara d-diskussjonijiet tagħha mal-Istat Membru ospitanti, l-Awtorità bdiet titlob ir-rimborż tal-VAT skont il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u d-''Direttiva tal-VAT'' tal-Kunsill(13); jirrikonoxxi li ġiet stabbilita proċedura għall-ikklejmjar tal-VAT fl-2013 li tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-atturi finanzjarji kmieni fiċ-ċirkwiti xierqa; josserva li minħabba din il-miżura, mill-2014 hemm fis-seħħ il-proċedura trimestrali għall-ikklejmjar u r-rimborż tal-VAT, li ssolvi b'mod effikaċi l-kwistjoni tal-irkupru tal-VAT;

19.  Jirrimarka li l-Awtorità, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari biex tħares is-sikurezza u s-solidità tas-settur finanzjarju, tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji; jissottolinja li l-Awtorità, fuq dik il-bażi, trid tistinka ħalli tikseb riżultati mhux ambigwi, konsistenti, koerenti u ħielsa minn kumplessità superfluwa;

20.  Jirrimarka li huwa ta' importanza partikolari li d-dispożizzjonijiet abbozzati mill-Awtorità jitfasslu b'mod li jippermettu li jiġu applikati ugwalment minn entitajiet iżgħar;

21.  Jenfasizza li, għall-kwistjonijiet kollha marbuta mar-riżorsi tal-Awtorità, irid jiġi żgurat li l-mandat jista' jiġi ssodisfat b'mod konsistenti u li l-limiti prattiċi ta' superviżjoni indipendenti, affidabbli u effikaċi ma jiġux stabbiliti minn restrizzjonijiet baġitarji;

22.  Jirrikonoxxi li l-fażi tal-istabbiliment tas-SESF għadha ma tlestietx u għaldaqstant jinnota li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti addizzjonali previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal, f'termini kemm ta' numri u kwalifiki, u ta' finanzjament li jippermetti superviżjoni sodisfaċenti; jenfasizza li, sabiex titħares il-kwalità tal-ħidma superviżjorja, ta' spiss jiġri li espansjoni tal-kompiti trid tiġi kkomplementata minn espansjoni tar-riżorsi; jenfasizza madankollu, li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tiġi spjegata bir-reqqa u akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni kull fejn huwa possibbli;

23.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu bis-sħiħ, l-Awtorità trid iżżomm bir-reqqa mal-kompiti assenjati lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li de facto twessa' l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat; jenfasizza li, meta twettaq il-ħidma tagħha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-istandards tekniċi u l-konsulenza teknika, l-Awtorità jeħtiġilha tinforma lill-Parlament fil-ħin, b'mod regolari u komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih li fil-passat dan mhux dejjem kien il-każ;

24.  Jenfasizza li meta tabbozza leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, linji gwida, mistoqsijiet u tweġibiet jew miżuri simili l-Awtorità jeħtieġ li dejjem tirrispetta l-mandat attribwit lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u ma tridx tipprova tistabbilixxi standards f'oqsma li fihom proċessi leġiżlattivi jkunu għadhom pendenti;

25.  Jiddispjaċih ikollu jirrikonoxxi li l-Awtorità ma rnexxilhiex iżżomm lil-leġiżlatur tal-Unjoni infurmat b'mod suffiċjenti u komprensiv dwar id-dettalji kollha tal-ħidma li qiegħda twettaq;

26.  Jiddispjaċih dwar diversi każijiet fejn informazzjoni mingħand l-Awtorità kienet disponibbli għall-Istati Membri jew partijiet terzi interessati, iżda ma ngħatatx lill-Parlament; jistieden lill-Awtorità tieħu miżuri effettivi biex ittemm din l-amministrazzjoni ħażina u biex titratta lill-Parlament u lill-Istati Membri bl-istess mod kemm fir-rigward tal-kontenut kif ukoll fir-rigward taż-żmien meta l-informazzjoni tiġi divulgata;

27.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità, li jiddependi ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa inadegwat, mhux flessibbli, huwa oneruż u ta' theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tniedi, fil-White Paper ippjanata għat-tieni kwart tal-2016 u fi proposta leġiżlattiva li għandha tiġi ppreżentata sal-2017, arranġament finanzjarju differenti bbażat fuq linja baġitarja separata fil-baġit tal-Unjoni u fuq is-sostituzzjoni totali tal-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali b'tariffi mħallsa mill-parteċipanti tas-suq;

28.  Jitlob lill-Awtorità tissupplimenta l-komunikazzjoni mal-Parlament dwar abbozzi ta' pariri jew standards tekniċi relatati mal-ikkalibrar ta' formuli prudenzjali b'deskrizzjoni sħiħa tad-data u l-metodoloġija użati f'tali kalibrazzjonijiet;

o
o   o

29.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 255.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 255.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 255.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 255.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
PDF 437kWORD 93k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2173(DEC))
P8_TA(2016)0182A8-0116/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0071/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0071/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-"Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 20 158 053, somma li tirrappreżenta żieda ta' 0,07 % meta mqabbla mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Fondazzjoni huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jilqa' l-fatt li, wara li ftehim dwar il-bini tal-Fondazzjoni ġie ffirmat f'Marzu 2013 mal-awtoritajiet tar-Reġjun ta' Piemonte fl-Italja, il-Fondazzjoni wettqet manutenzjoni straordinarja tal-bini u assumiet kontroll dirett tas-sistemi interni bħal pereżempju l-ilma, il-gass u l-elettriku, filwaqt li s-sistemi komuni baqgħu taħt l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ġenerali tar-reġjun; jinnota b'sodisfazzjon li f'Lulju 2015 il-Fondazzjoni u r-reġjun ta' Piemonte ffirmaw ftehim ġdid dwar il-bini li jkopri l-perjodu 2016-2018;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,90 %, rata li tindika li l-impenji saru f'waqthom, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet għolja (94,80 %);

3.  Jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni pparteċipat fis-sejħa għall-offerti bankarja interistituzzjonali tal-Kummissjoni, li rriżultat fil-konklużjoni ta' kuntratt ma' bank ġdid; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Fondazzjoni naqqset l-ammont miżmum f'bank Taljan bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB) minn EUR 7 500 000 fl-2013 għal EUR 1 800 000 fl-2014; jieħu nota tal-fatt li, minħabba kwistjonijiet bankarji speċifiċi, il-Fondazzjoni hija obbligata żżomm bank Taljan;

Impenji u riporti

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' EUR 940 119 (4,7 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota tal-fatt li r-riporti kienu ta' EUR 756 768 (36,2 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), ammont li jfisser żieda ta' 6,2 % meta mqabbel mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' xiri ta' software, hardware u tiġdid ta' għamara;

5.  Josserva li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 2 618 494; jinnota li ġie kkanċellat l-ammont ta' EUR 85 129 (3,25 %) mir-riporti tal-2013; jieħu nota tal-fatt li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti tal-2013 kienu għoljin għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), f'livell ta' 15,9 %, u għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), f'livell ta' 7,6 %, fatt li jindika sovravalutazzjoni tal-ħtiġijiet finanzjarji; jirrikonoxxi li, skont il-Fondazzjoni, dawn il-kanċellazzjonijiet kienu prinċipalment relatati ma' dewmien mhux mistenni u ma' kwistjonijiet mhux previsti ta' persunal;

Trasferimenti

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-Rapport Annwali tal-Fondazzjoni u s-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota li l-Fondazzjoni ilha tħabrek biex tnaqqas l-għadd ta' membri tal-persunal f'funzjonijiet amministrattivi ċentrali mill-adozzjoni tal-mandat imfassal mill-ġdid tagħha fl-2008, filwaqt li fl-istess ħin timmassimizza l-għadd ta' esperti li tuża u żżid il-persunal tad-dipartiment tal-operazzjonijiet tagħha bi 19 %, minn 64 fl-2008 għal 76 fl-2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jinnota li l-Fondazzjoni fl-2014 wettqet l-eżerċizzju li titlob is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija, tad-Direttur u tal-maniġment superjuri tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-maġġoranza tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess miġbura ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Fondazzjoni; jieħu nota tal-fatt li l-Fondazzjoni qiegħda tistinka b'mod attiv favur il-pubblikazzjoni tal-għadd residwu ta' CVs u dikjarazzjonijiet pendenti, li se jiġu ppubblikati malli jaslulha, bil-kundizzjoni li jkun ingħata l-kunsens għall-pubblikazzjoni; jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress fir-rigward tar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri;

9.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punt li jrid jiġi diskuss b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Fondazzjoni jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Fondazzjoni tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

11.  Jistieden lill-Fondazzjoni ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati lejn is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

Prestazzjoni

12.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2014-2017 tal-Fondazzjoni u jifraħ lill-Fondazzjoni dwar l-effikaċja tal-prestazzjoni stmata tagħha, ta' aktar minn 97 %, meta wieħed iqabbel ir-riżultati ppjanati ma' dawk imwettqa fit-tliet objettivi strateġiċi, li kienu t-tisħiħ tal-analiżi tal-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) abbażi tal-evidenza, l-immodernizzar tas-sistemi tal-ETV b'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja u ż-żieda tar-rilevanza tal-għoti tal-ETV fir-rigward tas-suq tax-xogħol u tal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

Awditjar intern

13.  Jinnota li skont il-pjan ta' awditjar, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ma wettaqx awditu matul l-2014; jikkonstata li, fi tmiem l-2014, is-sitt rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-IAS wara l-awditu tal-2013 dwar il-ġestjoni u l-missjonijiet ta' esperti ġew indirizzati mill-Fondazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS ingħata evidenza għar-rieżami annwali tiegħu fl-2014 u li f'Lulju 2015 l-IAS għalaq formalment ħamsa mis-sitt rakkomandazzjonijiet, filwaqt li waħda mir-rakkomandazzjonijiet ġiet irriklassifikata minn "importanti ħafna" għal "importanti";

Kummenti oħra

14.  Jieħu nota tan-numru dejjem jikber ta' talbiet għal appoġġ mill-Fondazzjoni għal assistenza fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, minn 78 fl-2013 għal 82 fl-2014, u jemmen li dan jissottolinja r-rilevanza tal-Fondazzjoni fl-appoġġ tar-rwol tal-Unjoni bħala attur globali f'dan il-qasam;

15.  Jindika li l-Fondazzjoni topera f'ambjent dinamiku li jirrikjedi livell għoli ta' flessibbiltà fejn kontinwament jiġu aġġornati u aġġustati l-attivitajiet tagħha biex jintlaħqu r-riżultati mistennija fl-għoti ta' appoġġ lil pajjiżi sħab; ifakkar li l-kuntest tal-2014 kien ikkaratterizzat b'mod partikolari minn instabbiltà politika li kienet qed isseħħ fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u fil-Lvant tal-Ewropa minħabba l-kriżi fl-Ukrajna; jissuġġerixxi li jitteħed vantaġġ sħiħ mill-ħidma li saret mill-Fondazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ħiliet;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
PDF 441kWORD 99k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2195(DEC))
P8_TA(2016)0183A8-0124/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0093/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0124/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0093/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0124/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0124/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 59 380 000, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,2 % meta mqabbel mas-sena 2013; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Osservazzjonijiet

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti jenfasizza l-kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni tas-sistemi SIS II, VIS u EURODAC fil-kontijiet tal-Aġenzija; jinnota li s-sistemi ġew trasferiti mill-Kummissjoni lill-Aġenzija f'Mejju 2013 permezz ta' tranżazzjoni mingħajr skambju; jieħu nota li fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp ta' dawk is-sistemi, il-valuri tas-sistemi ġew irreġistrati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti kontabilistiċi tagħhom kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni u ġew aġġornati fi tmiem is-sena; jirrikonoxxi l-kumment tal-Aġenzija li sakemm il-valur kontabilistiku tal-assi trasferiti mill-Kummissjoni lill-Aġenzija kien stabbilit skont ir-regoli ta' kontabbiltà interni tal-Kummissjoni, ma kien hemm l-ebda azzjoni li l-Aġenzija kellha jew setgħet twettaq f'dan ir-rigward; jirrikonoxxi wkoll li l-valur tal-assi trasferiti huwa mistenni li jsir immaterjali matul is-sena 2015 minħabba applikazzjoni annwali ta' deprezzament tal-valur tal-assi u li bħala tali, għal kwittanzi futuri, dan il-kumment mhux se jibqa' rilevanti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li skont ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, il-Kummissjoni kienet responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Aġenzija sakemm din ingħatat l-awtonomija finanzjarja fit-22 ta' Mejju 2013; jinnota wkoll li l-2014 kienet it-tieni sena li fiha l-Qorti wettqet awditu dwar ir-rapporti finanzjarji tal-Aġenzija;

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,32 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet għolja u tammonta għal 99,14 %;

Impenji u riporti

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li minn EUR 6 600 000 f'approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 għat-Titolu I (nefqa tal-persunal) u għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), ġew ikkanċellati EUR 1 700 000 (26 %), li juri li l-ħtiġijiet baġitarji ġew sopravvalutati fl-aħħar tal-2013; jirrikonoxxi, madankollu, l-osservazzjoni tal-Aġenzija li minn meta saret finanzjarjament indipendenti fl-2013, numru ta' impenji għall-infiq amministrattiv ġew trasferiti mill-Kummissjoni għall-Aġenzija; jirrikonoxxi barra minn hekk li, fiż-żmien li l-Aġenzija ħadet id-deċiżjoni rigward dawn ir-riporti, din kienet għadha ma laħqitx il-kumpliment sħiħ tal-persunal u għalhekk kellha kapaċità ta' ġestjoni tal-baġit limitata f'ċerti oqsma; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija sussegwentement tejbet il-kapaċità tagħha biex tissorvelja u timplimenta r-riporti u jistenna li jonqsu l-volum u l-perċentwal ta' kanċellazzjonijiet fl-2015;

5.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li l-ammont ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), u jammonta għal EUR 15 000 000 (87 %); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti rriżultaw prinċipalment minn dewmien fl-akkwisti għall-estensjoni u t-tiġdid tas-sit tal-Aġenzija fi Strasburgu; jinnota, barra minn hekk, li l-ammont ta' riporti għat-Titolu III (nefqa operattiva) kien għoli u jammonta għal EUR 24 500 000 (85 %) u fil-parti l-kbira kienu relatati ma' kuntratti pluriennali għall-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT tal-Aġenzija; jirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Aġenzija li ħadet passi biex ittejjeb il-kapaċità tagħha għall-ippjanar, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet disponibbli, biex tiġi żgurata koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn il-funzjonijiet operattivi u amministrattivi tagħha u biex tkompli tfassal u ttejjeb l-effikaċja tal-kontrolli interni; jistieden lill-Aġenzija sabiex tnaqqas il-livell għoli ta' riporti għaliex mhijiex konformi mal-prinċipju tal-annwalità;

6.  Ifakkar li skont ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom l-obbligu li jikkontribwixxu għall-baġit tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li, għalkemm pajjiżi assoċjati ma' Schengen kienu qed jużaw is-sistemi mmaniġġjati mill-Aġenzija, in-negozjati tal-Kummissjoni kienu għadhom għaddejjin; jirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Aġenzija li l-Iżlanda u l-Liechtenstein aċċettaw ir-Regolament u li n-negozjati mal-Iżvizzera u n-Norveġja għadhom għaddejjin, li jfisser li l-iffirmar tal-Ftehim ma jkunx possibbli qabel l-aċċettazzjoni mill-pajjiżi assoċjati kollha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Aġenzija li r-regolament fundatur tagħha jitlob li l-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija u tal-gruppi konsultattivi joħorġu dikjarazzjoni pubblika annwali tal-interessi bil-miktub; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ssegwi b'mod strett dan ir-rekwiżit u żżomm id-dikjarazzjonijiet annwali kollha debitament iffirmati fis-segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija; jinnota, barra minn hekk, li m'hemm l-ebda espert nazzjonali fuq il-Bord ta' Tmexxija u l-gruppi konsultattivi tal-Aġenzija;

8.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

9.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

10.  Jieħu nota tal-fatt li s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u tal-President tal-Bord ta' Tmexxija tagħha ġew ippubblikati u qed jinżammu aġġornati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota l-osservazzjoni tal-Aġenzija li d-dikjarazzjonijiet individwali ta' impenn għall-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha u l-gruppi konsultattivi huma miżmuma mis-segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija, peress li m'hemm ebda rekwiżit ġuridiku speċifiku fir-regolament fundatur tal-Aġenzija li jitlob il-pubblikazzjoni ta' dawn id-dikjarazzjonijiet;

11.  Jitlob li l-Aġenzija timplimenta l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal billi kull sena tippubblika l-informazzjoni dwar l-uffiċjali għolja li jkunu telqu mis-servizz, u lista ta' kunflitti ta' interess;

Kontrolli interni

12.  Jinnota li s-16-il standard ta' kontroll intern (ICS) tal-Aġenzija, strutturati madwar sitt oqsma ewlenin, ġew adottati mill-Bord ta' Tmexxija tagħha f'Ġunju 2014;

13.  Jirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Aġenzija li hi kkonkludiet b'suċċess proċedura ta' akkwist biex tikseb kopertura tal-assigurazzjoni meħtieġa għal assi tanġibbli fissi tagħha għall-uffiċċji tas-sede tagħha f'Tallinn;

14.  Jitlob li l-Aġenzija tapplika strettament il-miżuri li jirrigwardaw id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u li tapplika l-kriterji tal-esklużjoni ħalli l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitt ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Kummenti oħra

15.  Jinnota b'sodisfazzjon li n-negozjati bejn l-Aġenzija u Franza kienu konklużi b'suċċess u li l-Ftehim dwar is-sede tal-Aġenzija ġie ffirmat għas-sit operattiv fi Strasburgu; jirrikonoxxi li, fi tmiem l-2015, il-Ftehim kien għadu qed jistenna r-ratifika min-naħa tal-Assemblea Nazzjonali Franċiża;

16.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, l-introduzzjoni jew it-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għall-miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi kkonċernati;

17.  Jinnota b'sodisfazzjon li n-negozjati bejn l-Aġenzija u l-Estonja kienu konklużi b'suċċess u l-Ftehim dwar is-sede ġie ffirmat fi tmiem l-2014; jirrikonoxxi li l-Ftehim ġie ratifikat mill-Parlament Estonjan fi Frar 2015 u daħal fis-seħħ f'Marzu 2015;

18.  Jitlob lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza orjentat lejn ir-riżultati;

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 275.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 275.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 275.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 275.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
PDF 444kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2169(DEC))
P8_TA(2016)0184A8-0134/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0067/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0067/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (l-''Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien EUR 17 256 026, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,17 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 għall-baġit tal-Aġenzija kienet tammonta għal EUR 14 987 210, li jfisser tnaqqis ta' 4,02 % meta mqabbel mal-2013,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-''Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-''rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fir-rigward ta' żewġ kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti, kienu ttieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ kummenti issa huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "mhux applikabbli";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,65 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,59 %;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2015 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien EUR 443 412 jew 34 %; jirrikonoxxi l-fatt li dawn ir-riporti huma marbuta prinċipalment max-xiri ta' oġġetti u servizzi, kif ippjanat, fi tmiem is-sena b'rabta mas-sistemazzjoni tal-bini l-ġdid tal-Aġenzija, it-tiġdid ta' kuntratti annwali tal-IT u l-ispiża tas-servizzi ta' awditjar;

4.  Jinnota li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 4 384 922; jinnota b'sodisfazzjon li ġew ikkanċellati 1,96 % biss tar-riporti tal-2013;

Trasferimenti

5.  Jinnota li skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll is-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji bħal fis-sena ta' qabel;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota li l-Aġenzija kkompletat ħames proċeduri ta' reklutaġġ fl-2014, b'waħda minnhom għadha għaddejja u tlieta oħra ppjanati għall-2015; jirrikonoxxi l-fatt li kull reklutaġġ preżenti huwa jew biex jissostitwixxi persunal li se jitlaq jew kuntratti temporanji li jkopru mard fit-tul jew liv tal-maternità; jinnota li fir-rapport annwali tagħha għall-2014, il-Qorti ma għamlet l-ebda kumment dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jirrikonoxxi l-fatt li, b'segwitu għall-adozzjoni tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess tal-Aġenzija f'Novembru 2014, ma ġiet identifikata l-ebda sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess;

8.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra tagħha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitt ta' interessi, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

9.  Ifakkar li l-proċeduri eżistenti fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija qegħdin jiġu riveduti u li dawn kellhom jitlestew fl-2015; jinnota li r-reviżjoni tar-regoli għadha għaddejja u jappella lill-Aġenzija ttemm dan il-proċess malajr kemm jista' jkun u biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati;

10.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

Kontrolli interni

11.  Jieħu nota tal-fatt li fil-pjan ta' ġestjoni annwali tagħha għall-2014, l-Aġenzija qablet dwar miżuri intiżi biex itejbu aktar l-effikaċja tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) tal-Aġenzija f'diversi oqsma; jinnota li, minħabba l-ambitu tal-oqsma identifikati, tħejja pjan ta' azzjoni pluriennali; jinnota, barra minn hekk, li f'Ġunju 2014, id-Direttur tal-Aġenzija adotta politika ta' kontroll intern li tinkludi proċedura speċifika dwar l-awtovalutazzjoni tal-ICS, li hija bbażata fuq prattika stabbilita fl-Aġenzija, tagħti rendikont tas-sistemi ta' kontroll intern fis-seħħ u tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabilitajiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proċedura;

Awditjar intern

12.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) iservi bħala l-awditur intern tal-Aġenzija u jwettaq awditi fl-Aġenzija abbażi ta pjan strateġiku għall-awditjar intern (SIAP); jinnota, barra minn hekk, li fl-2014, l-IAS ma wettaqx awditi ġodda u l-awditu sussegwenti fil-qafas tal-SIAP twettaq f'April 2015;

Kummenti oħra

13.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, b'segwitu għall-emendar tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(13), dawn inkludew dispożizzjonijiet biex ir-rimunerazzjoni futura tal-uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma tkunx inqas minn dik skont ir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li dan ma tħarisx u li, fil-każ ta' wieħed mis-26 uffiċjal impjegat dak iż-żmien, dan wassal għal pagament inqas ta' EUR 5 300 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tirranġa din il-kwistjoni;

14.  Jinnota li r-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn il-bini l-ġdid tagħha tlestiet tard fl-2013 iżda ġiet implimentata bis-sħiħ fl-2014; jilqa' l-fatt li l-bini l-ġdid joffri aktar spazju lill-persunal u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, kif ukoll faċilitajiet aħjar biex jintlaqgħu l-viżitaturi; jinnota b'sodisfazzjon li r-rilokazzjoni ssarrfet f'iffrankar sostanzjali fuq il-kera; jilqa' l-fatt li l-ftehim dwar is-sede mal-awtoritajiet Spanjoli jiżgura post għall-Aġenzija fuq terminu twil.

15.  Jiddikjara li r-rapport annwali tal-Aġenzija jista' jkollu rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

16.  Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020;

17.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-programm strateġiku pluriennali l-ġdid tal-Aġenzija għas-snin 2014 sa 2020; japprezza l-indikazzjonijiet pożittivi dwar il-kisbiet tal-Aġenzija matul l-ewwel sena tal-istrateġija f'dawn l-oqsma ta' prijorità definiti fl-istrateġija: l-antiċipazzjoni tal-bidla, il-fatti u ċ-ċifri, l-għodod ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, is-sensibilizzazzjoni, in-netwerking tal-għarfien u l-komunikazzjoni korporattiva;

18.  Jilqa' l-kooperazzjoni attiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti;

19.  Ifaħħar il-ħidma tal-Aġenzija fl-iżvilupp ta' għodda interattiva onlajn ta' valutazzjoni tar-riskji u l-isforzi tagħha permezz ta' kampanja Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tar-riskji u jiġi promoss ambjent tax-xogħol b'saħħtu u sostenibbli;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14)dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.04.2004, p. 1).
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
PDF 412kWORD 77k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2185(DEC))
P8_TA(2016)0185A8-0110/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0083/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(9) tal-Anness tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0110/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2185(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(5),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(6) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0083/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(9) tal-Anness tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0110/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2185(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0110/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 104 000, ċifra li tirrappreżenta l-istess ammont meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' 91,08 %, rata li tfisser tnaqqis ta' 3,92 % meta mqabbla mal-2013; jaċċerta li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 81,13 %, rata li tfisser tnaqqis ta' 21,91 % meta mqabbla mal-2013;

Kummenti oħra

2.  Jieħu nota tal-fatt li, fil-kontijiet annwali tagħha, l-Aġenzija pprovdiet l-estimi tas-servizzi amministrattivi mħallsa direttament mill-baġit tal-Kummissjoni;

3.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji tal-UE jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, ir-responsabilità politika u l-integrità; jitlob lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE jinkludu kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapporti annwali tagħhom;

4.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija għandha strateġija xierqa għall-ġestjoni u l-kontroll tar-riskju fis-seħħ; jikkonstata, barra minn hekk, li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa kollha dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni tar-riskju biex tallinja s-sistema ta' kontroll intern tagħha mar-rekwiżiti tal-Qorti;

o
o   o

5.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(9) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 19.12.2015, p. 299.
(2) ĠU C 409, 19.12.2015, p. 299.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(5) ĠU C 409, 19.12.2015, p. 299.
(6) ĠU C 409, 19.12.2015, p. 299.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(9) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
PDF 444kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2165(DEC))
P8_TA(2016)0186A8-0120/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016–C8-0063/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0120/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2165(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016–C8-0063/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0120/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2165(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0120/2016),

A.  billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (il-''Fondazzjoni'') għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 20 774 000, ammont li jfisser żieda ta' 0,73 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-''Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (ir-''rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jilqa' l-azzjonijiet korrettivi tal-Fondazzjoni rigward it-tħassib imqajjem mill-Qorti dwar l-inventarju fiżiku u r-reġistrazzjoni tal-assi fissi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,66 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 79,80 %; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell ġeneralment għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn jindika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li l-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' 53,7 % għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' proġetti pluriennali li għalihom l-attivitajiet ġew implimentati u l-pagamenti saru skont kif kien ippjanat, kif ukoll ma' proġett pluriennali wieħed li għalih l-implimentazzjoni kienet riportata għall-2014, iżda li għalih il-ħlasijiet huma dovuti biss fl-2015;

4.  Jirrikonoxxi li, sabiex tallinja n-natura pluriennali tal-proġetti tagħha mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità, il-Fondazzjoni qed tirrapporta l-ammont ta' riporti ppjanati lill-Qorti fil-bidu ta' kull sena; jieħu nota li r-rappurtar jippermetti lill-Qorti tissepara r-riporti inevitabbli relatati ma' proġetti pluriennali minn riporti li jixhdu nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' applikazzjoni ġdida fuq l-internet għall-ġestjoni tal-proċess tal-għażla u r-reklutaġġ, li ġie adottat u implimentat matul l-2014; jinnota li din l-applikazzjoni se tippermetti li l-parti l-kbira tal-proċess, li qabel kien ġestit permezz ta' bosta sistemi elettroniċi u bil-karti, jiġi organizzat f'ġabra unika ta' fluss tax-xogħol, u potenzjalment se tiffranka l-ħin;

6.  Jinnota li l-Fondazzjoni wettqet, għall-ewwel darba f'Diċembru 2014, eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-karigi bl-użu ta' metodoloġija komuni adottata għall-aġenziji tal-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li skont dan l-eżerċizzju, 72,81 % tal-persunal tal-Fondazzjoni kellhom funzjonijiet operattivi, 15,54 % kellhom funzjonijiet ta' appoġġ amministrattiv u ta' koordinazzjoni u 11,65 % kellhom funzjonijiet newtrali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jinnota bi preokkupazzjoni li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi ta' madwar nofs biss tal-membri tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha; jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni ma għandha l-ebda mezz legali biex tinforza s-sottomissjoni ta' dawk id-dokumenti; iħeġġeġ lill-membri tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni jissottomettu dawk id-dokumenti mingħajr dewmien bil-għan li tiżdied it-trasparenza;

8.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

9.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

Kontrolli interni

10.  Jinnota li, wara l-prijoritizzazzjoni fl-2013 biex jiġu żviluppati aktar l-istandards ta' kontroll intern ("ICS") tal-Fondazzjoni, il-koordinatur tal-kontroll intern, fil-pjan ta' ħidma annwali tiegħu, iffoka fuq ICS relatati mal-allokazzjoni u l-mobbiltà tal-persunal, il-proċessi u l-proċeduri kif ukoll il-valutazzjoni tas-sistema ta' kontroll intern tal-Fondazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-kumitat għall-kontroll intern ("ICC") tal-Fondazzjoni wettaq awtovalutazzjoni tad-dgħjufijiet fil-kontroll intern; jinnota l-fatt li l-konklużjoni tal-valutazzjoni kienet li jsir enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni dwar l-ICS fost il-maniġers; jirrikonoxxi li l-ICC iddeċieda li jippjana u jorganizza seminars għal kull waħda mis-sistemi ta' kontroll intern magħżula;

Awditu intern

11.  Jikkonstata li l-attività ewlenija fl-2014 rigward ir-relazzjonijiet tal-Fondazzjonijiet mas-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni kienet is-segwitu għall-awditu tal-IAS tal-2013 dwar il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti u mal-partijiet interessati u t-tliet rakkomandazzjonijiet tiegħu; jinnota l-fatt li l-pjan direzzjonali li ntlaħaq bi qbil mal-IAS fir-rigward tat-tliet rakkomandazzjonijiet ġie implimentat fl-2014 u diversi dokumenti tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-IAS; jirrikonoxxi li l-azzjonijiet korrettivi li ġew implimentati mill-Fondazzjoni kienu lesti biex jiġu eżaminati mill-IAS fl-aħħar tas-sena u ġew ippreżentati lill-IAS għal rieżami;

Kummenti oħra

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, b'segwitu għall-emendar tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(13), dawn inkludew dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjoni futura ta' uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 m'għandhiex tkun inqas minn dik prevista fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li dan ma tħarisx u li, fil-każ ta' 20 mis-78 uffiċjal impjegati dak iż-żmien, dan wassal għal pagament inqas ta' EUR 128 735 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014; jirrikonoxxi li l-kalkolu tas-salarji tal-Fondazzjoni huwa esternalizzat lill-Uffiċċju tal-Uffiċjal inkarigat mill-pagi tal-Kummissjoni; jieħu nota tal-fatt li l-Fondazzjoni ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tirranġa din il-kwistjoni;

13.  Jikkonstata li avolja l-Fondazzjoni saret operattiva fl-1975, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru ospitanti fl-2014; jinnota b'sodisfazzjon li n-negozjati mal-Istat Membru ospitanti, li bdew fi Frar 2014, tlestew u li l-iffirmar tal-ftehim dwar is-sede tal-Fondazzjoni sar fl-10 ta' Novembru 2015; josserva li dan il-ftehim għandu jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom joperaw il-Fondazzjoni u l-persunal tagħha;

14.  Jilqa' l-implimentazzjoni b'suċċess tal-programm ta' ħidma fuq erba' snin tal-Fondazzjoni; ifaħħar ix-xogħol importanti mwettaq fuq it-tliet stħarriġiet Ewropej: l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja, l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol u l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kumpaniji; jinnota li l-Fondazzjoni kompliet tiffoka r-riċerka tagħha fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-koeżjoni soċjali; japprezza l-kontribuzzjoni tagħha fl-ivvalutar tal-impatt tal-kriżi fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien;

15.  Jilqa' l-konklużjoni tat-tliet rapporti ewlenin: "Psychosocial risks in Europe" (Riskji Psikosoċjali fl-Ewropa), "Labour mobility in the EU: Recent trends and policies" (Il-mobbilità tal-ħaddiema fl-UE: Xejriet u politiki reċenti) u "Social cohesion and well-being in the EU" (Koeżjoni soċjali u benessri fl-UE);

16.  Japprezza r-riċerka pprovduta mill-Fondazzjoni u l-informazzjoni komparattiva siewja u jinnota l-importanza ewlenija tagħhom biex ikunu żgurati diskussjonijiet ibbażati fuq l-evidenza li jirrigwardjaw politiki dwar aspetti soċjali u tax-xogħol; jenfasizza r-relevanza partikolari tal-kooperazzjoni li għaddejja bejn il-Fondazzjoni u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali;

17.  Jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni baqgħet kontributur essenzjali għall-iżvilupp tal-politiki, filwaqt li l-użu tal-kompetenza tagħha f'dokumenti ta' politika tal-Unjoni ewlenin baqa' wieħed sinifikanti; jilqa' l-fatt li l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin jissuġġerixxu livell għoli ta' viżibilità u rikonoxximent tal-valur xjentifiku tar-riċerka tal-Fondazzjoni;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 307.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 307.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 307.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 307.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.04.2004, p. 1).
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)
PDF 455kWORD 100k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2172(DEC))
P8_TA(2016)0187A8-0099/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0070/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0070/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2016),

A.  billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tagħha, il-baġit finali ta' Eurojust għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 33 667 239, u dan jirrappreżenta żieda ta' 4,04 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Eurojust ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi mill-Eurojust li:

   il-kulleġġ tagħha adotta mudell għad-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess mill-Bord ta' Tmexxija f'Ġunju 2015;
   is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni għalaq rakkomandazzjoni pendenti mmarkata bħala "importanti ħafna" mis-sena finanzjarja 2013;
   il-"Linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess" kienu ppreżentati f'Ottubru 2015 lill-Bord ta' Tmexxija u sussegwentement adottati matul il-laqgħa tal-Bord f'Jannar 2016;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,82 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,21 % mill-2013; jaċċerta li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,31 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,34 % mill-2013;

3.  Jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Eurojust li naqqset l-għadd ta' linji baġitarji għall-baġit tagħha għall-2015 sabiex tnaqqas id-dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit; jirrimarka, barra minn hekk, li dan l-eżerċizzju se jkompli għall-baġits tal-2016 u tal-2017;

4.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-impatt finanzjarju tal-aġġustamenti tas-salarji u taż-żieda fil-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ma kinux inklużi fil-baġit inizjali għas-sena finanzjarja 2014; jiddispjaċih li n-nuqqas ta' madwar EUR 1 800 000 fil-baġit tas-salarji irrikjeda tnaqqis temporanju fin-nefqa operattiva u trasferimenti sostanzjali minn linji baġitarji amministrattivi u operattivi fi tmiem is-sena; jinnota li dan in-nuqqas kien parzjalment ibbilanċjat minn baġit emendatorju li pprovda EUR 1 200 000 addizzjonali lill-Eurojust u li saru impenji biex javvanzaw l-implimentazzjoni tal-proġetti ppjanati;

5.  Jieħu nota tal-fatt li l-Eurojust tipprovdi għotjiet mill-baġit tagħha stess biex tappoġġja l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (SIK); jirrimarka, barra minn hekk, li tħallsu biss 32,8 % sa tmiem is-sena, prinċipalment minħabba l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-benefiċjarji u t-talbiet imressqa tagħhom għal rimborż, fatt li jqiegħed l-eżekuzzjoni tal-baġit f'riskju; jistieden lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar miżuri meħuda biex tindirizza din il-kwistjoni u tipprovdi gwida aħjar għall-benefiċjarji tagħha;

Impenji u riporti

6.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati kien għoli fir-rata ta' 99 %; jirrimarka madankollu li l-livell ta' riporti għat-Titolu III kien għoli bir-rata ta' 35 %, li tfisser tnaqqis ta' 2 % meta mqabbla mal-2013; jikkonstata li l-livell għoli ta' riporti seħħ l-aktar minħabba n-nuqqas temporanju fil-baġit, meta l-impenji setgħu jsiru biss tard fis-sena u minħabba l-għoti ta' proġetti għal skwadri ta' investigazzjoni konġunti mnedija matul l-aħħar xhur tal-2014 li għalihom il-pagamenti ma kinux dovuti qabel l-2015;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Eurojust se tevalwa l-użu tal-approprjazzjonijiet differenzjati biex tiżgura l-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tagħha; jinnota, barra minn hekk, li din l-inizjattiva hi meħuda f'konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni; jistieden lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' din l-inizjattiva u l-miżuri meħuda;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

8.  Jinnota l-isforzi magħmula mill-Eurojust biex toffri pjan ta' akkwist aktar komprensiv u jħeġġeġ lill-Eurojust tippubblika l-lista sħiħa ta' kuntratti aġġudikati;

9.  Jilqa' l-preżentazzjoni dettaljata tal-istruttura organizzattiva, tal-membri u tal-istrutturi amministrattivi tal-Eurojust, kif ukoll il-pubblikazzjoni tal-kodiċi ta' mġiba amministrattiva tagħha fuq is-sit web;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Ifakkar lill-Eurojust li jeħtiġilha tadotta regoli vinkolanti interni għall-protezzjoni tal-informaturi, bi qbil mal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

11.  Jitlob lill-Eurojust tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'rekord irreġistrat ta' każijiet ta' kunflitti ta' interess identifikati, u jitlobha tistabbilixxi regoli stretti u ċari kontra r-"revolving doors";

Kontrolli interni

12.  Jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust li fl-2014 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjonijiet tar-riskju u li r-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet ġew użati mill-IAS bħala l-bażi tal-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern 2014-2016 tiegħu kif ukoll mill-Eurojust biex tidentifika titjib ulterjuri possibbli għall-proċessi amministrattivi; jirrikonoxxi l-azzjonijiet meħuda mill-Eurojust rigward l-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern relatati ma' valuri etiċi u organizzattivi kif ukoll il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskju;

Awditu intern

13.  Jirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Eurojust li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni maħruġa mill-IAS fl-2014; jirrimarka, barra minn hekk, li l-IAS ħareġ rakkomandazzjoni "pendenti" mis-sena 2013 fl-ewwel tliet xhur tal-2015; jistenna b'interess ir-riżultati tar-rieżami u jitlob lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu;

Kummenti oħra

14.  Jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Eurojust li l-kwistjoni li għadha għaddejja identifikata mill-Qorti fl-2011 rigward id-dupplikazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn id-Direttur Amministrattiv u l-Kulleġġ tal-Eurojust tista' tiġi solvuta biss permezz tal-awtorità leġiżlattiva fil-proċedura leġiżlattiva għal Regolament ġdid tal-Eurojust(13); jemmen li dan ir-regolament futur għandu jiġi adottat skont id-Direttiva PIF(14) u r-Regolament UPPE(15); iħeġġeġ lill-awtorità leġiżlattiva tipproċedi bir-riformi neċċesarji li jinsabu f'dawn il-proposti għal leġiżlazzjoni ġdida;

15.  Jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Eurojust li fl-2014 hija ddeċidiet li tissospendi l-proġetti li jirriżultaw mir-rieżami tal-istruttura organizzattiva tagħha; jirrimarka li r-Regolament il-ġdid tal-Eurojust jista' jindirizza l-kwistjonijiet marbuta mal-governanza li wasslu għall-bidu taż-żewġ proġetti fil-passat;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pjan annwali ta' tagħlim stabbilit fl-2014 biex ikopri l-ħtiġijiet professjonali ta' persunal kif ukoll l-istabbiliment ta' qafas ta' kompetenza bl-għan li jirriflettu l-ħtiġijiet ewlenin u ta' tmexxija tal-Eurojust; jinnota li l-ħidma fuq l-abbozz tal-qafas ta' kompetenza avvanzat fl-2014 kellu jitlesta u jsir disponibbli għall-persunal kollu fl-2015; jistieden lill-Eurojust tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kompetenza;

17.  Jitlob lil dawk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament Ewropew, biex jintensifikaw il-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji;

18.  Jitlob lill-Eurojust ittejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

19.  Ifakkar li skont l-Artikolu 41a tad-Deċiżjoni dwar it-tisħiħ tal-Eurojust(16), qabel l-4 ta' Ġunju 2014, il-Kulleġġ tal-Eurojust għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċizjoni kif ukoll tal-attivitajiet imwettqa mill-Eurojust; jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-rapport finali(17) u jirrikonoxxi t-tmien rakkomandazzjonijiet strateġiċi tagħha;

20.  Hu tal-fehma li jeħtieġ jittieħdu aktar passi kemm għat-trattament tal-kwistjonijiet etiċi marbutin mar-rwol politiku tal-lobbies, il-prattiki tagħhom u l-influwenza tagħhom, kemm għall-promozzjoni ta' salvagwardji għall-integrità, ħalli jogħla l-livell ta' transparenza tal-attivitajiet ta' lobbying; jipproponi li jiġu introdotti regoli komuni li jiggvernaw it-twettiq tal-attivitajiet tal-lobbying fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni;

o
o   o

21.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 315.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 315.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 315.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 315.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535, 2013/0256(COD)), bid-data tas-17/07/2013.
(14) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363, 2012/0193(COD)), bid-data tal-11/07/2012.
(15) Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534, 2013/0255 (APP)), bid-data tas-17/07/2013.
(16) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja, ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14.
(17) http://www.eurojust.europa.eu/doclibrary/Eurojust-framework/ejlegalframework/Evaluation%20of%20the%20implementation%20of%20the%20Eurojust%20Council%20Decision%20-%20Final%20Report/Evaluation%20of%20the%20implementation%20of%20the%20Eurojust%20Council%20Decision%20-%20Final%20Report.pdf
(18) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
PDF 436kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2186(DEC))
P8_TA(2016)0188A8-0122/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0084/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0122/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0084/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0122/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0122/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (l-"Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 84 339 820, li jirrappreżenta żieda ta' 2,20 % meta mqabbel mal-baġit għall-2013,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon mir-rapport tal-Qorti li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 tjiebu b'mod sinifikanti u rriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,70 %, li turi li l-impenji saru f'waqthom; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 93 %, li tfisser żieda ta' 2,80 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

2.  Josserva li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 naqas meta mqabbel mas-snin preċedenti u kien ta' EUR 5 663 960 (6,72 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) ir-riporti ammontaw għal EUR 1 900 000 (27 %), li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 14 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawk ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-modifiki tal-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju li nfetħu fl-2011;

3.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li r-rata ta' kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 kienet għolja, jiġifieri 22 %, li tirrappreżenta żieda ta' 13 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawn il-kanċellazzjonijiet kienu prinċipalment relatati ma' dewmien fi proġetti tal-IT pprovduti minn fornituri esterni fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumenti u tal-assi kif ukoll fl-iskambju ta' data tal-pulizija; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li d-dewmien ma affettwax it-twettiq tax-xogħol operazzjonali minħabba li baqgħu jintużaw soluzzjonijiet eżistenti tal-IT għas-sistemi rilevanti; jinnota li, minkejja d-dewmien tas-servizz ikkawżat minn kuntratturi esterni, iż-żieda nominali reali ta' riporti mhux użati kienet ta' EUR 0,9 miljun fi tmiem l-2014;

4.  Jistieden lill-Uffiċċju biex fil-futur iżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kemm jista' jkun baxx, sabiex b'hekk jikkonforma b'mod aktar effikaċi mad-dmirijiet tiegħu ta' trasparenza u responsabbiltà;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jikkonstata li, fl-2014, l-Uffiċċju temm ir-rieżami tiegħu tal-proċess ta' akkwist globali fl-organizzazzjoni kollha, bil-ħsieb li jirfina l-istruttura tal-organizzazzjoni interna attwali; jieħu nota tal-fatt li, bħala riżultat tar-rieżami, l-Uffiċċju stabbilixxa linja ta' azzjoni dwar l-"Akkwisti" taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Viċi Direttur responsabbli mid-Dipartiment tal-Governanza, li twassal għal approċċ ċentralizzat bi stadji ewlenin ta' akkwist kif ukoll bil-kontrolli tal-kwalità rispettivi;

6.  Jagħraf mill-Uffiċċju li l-kriterji tal-offerta għall-proċeduri tal-akkwist li għaddejjin huma ppubblikati fuq is-sit web tagħha, flimkien ma' ħarsa ġenerali annwali tal-kuntratti kkompletati; jieħu nota li l-Uffiċċju se jippubblika l-ħarsa ġenerali tal-akkwisti għas-sena finanzjarja 2015 sa tmiem Ġunju 2016 kif jirrikjedi r-Regolament Finanzjarju;

7.  Jitlob li l-Uffiċċju japplika strettament miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u li japplika l-kriterji tal-esklużjoni sabiex il-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u tat-trasparenza

8.  Jaċċerta li l-curricula vitae (CVs) u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kwittanza indipendenti tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Uffiċċju kienu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju; josserva li l-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu; jistieden lill-Uffiċċju u lill-membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu jiżguraw li dawk id-dokumenti jkunu disponibbli fuq is-sit web tiegħu hekk kif dawn jiġu sottomessi lill-Uffiċċju;

9.  Jinnota li, fl-2014, l-Uffiċċju ppubblika kodiċi ta' kondotta ġdid, b'linji gwida dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi u tal-"bibien iduru";

10.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

11.  Jitlob li l-Uffiċċju jagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dalwaqt se tkun adottata dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju mhux divulgata (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u d-divulgazzjoni illegali tagħhom;

12.  Iħeġġeġ lill-Uffiċċju biex jissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tiegħu dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interessi, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u mal-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;

13.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra tagħha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interessi, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

14.  Jilqa' d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju dwar l-investigazzjonijiet interni u jfakkar lill-Uffiċċju li għandu jadotta regoli interni vinkolanti dwar l-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

Kontrolli interni

15.  Jieħu nota tal-fatt li d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern fl-Uffiċċju huma mwettqa mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern; jirrimarka li, skont l-ippjanar tal-awditu approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern ippubblika rieżami ta' konsulenza fir-rigward tal-prestazzjoni operattiva tal-Uffiċċju, li rriżulta f'ħames temi strateġiċi li se jitqiesu fl-ippjanar korporattiv tiegħu u li se jipprovdu kontribut ewlieni għall-istrateġija pluriennali li jmiss tal-Uffiċċju, li se tiġi finalizzata fl-2016;

16.  Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern appoġġja verifika tal-Laboratorju Forensiku tal-Uffiċċju dwar l-eżaminar ta' karti tal-flus tal-euro, li huwa pass ewlieni biex issir l-applikazzjoni għal akkreditazzjoni formali tal-Laboratorju Forensiku tal-Uffiċċju f'dan il-qasam;

Awditjar intern

17.  Jirrimarka li, f'Mejju 2014, il-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju approva l-pjan ta' awditjar strateġiku għall-perjodu 2014-2016 imħejji mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jieħu nota li f'Settembru 2014, l-IAS wettaq awditu ta' assigurazzjoni dwar ir-reklutaġġ li kkonferma s-saħħa tal-proċess ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi li r-rapport tal-awditjar tal-IAS enfasizza li l-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' għażla tal-Uffiċċju kienu tajbin u effikaċi u li kkunsidra r-rappurtar tal-ġestjoni bħala xieraq u f'waqtu; jikkonstata li l-IAS identifika tliet rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti"; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju abbozza pjan ta' azzjoni sabiex itaffi l-problemi identifikati, li sussegwentement ġie aċċettat mill-IAS;

Kummenti oħra

18.  Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju rreveda r-regolament finanzjarju tiegħu(13) biex jinġieb f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013(14); jagħraf, barra minn hekk, li l-Uffiċċju qed japplika r-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni u għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura implimentazzjoni ta' baġit effiċjenti u konformi, speċjalment fir-rigward ta' riporti b'relazzjoni man-nefqa amministrattiva;

19.  Jinnota li l-Uffiċċju ppubblika r-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali tiegħu fuq is-sit web tiegħu;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 324.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) https://www.europol.europa.eu/sites/default/files/publications/decision_of_the_europol_management_board_on_the_adoption_of_the_financial_regulation_applicable_to_europol.pdf
(14) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
PDF 443kWORD 101k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2166(DEC))
P8_TA(2016)0189A8-0108/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0064/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0064/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 21 229 000, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,56 % meta mqabbel ma' dak tal-2013; billi 99 % tal-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, l-istess bħas-sena ta' qabel, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 69,45 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,82 % meta mqabbla ma' tas-sena ta' qabel; jirrikonoxxi li l-livell ġenerali għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' 25 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u ta' 75 % għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi mill-Qorti li r-riporti taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT li għalihom il-pagamenti kienu dovuti fl-2015. jirrikonoxxi, barra minn hekk, li r-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati;

3.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2013 għall-2014 kienet ta' 97,68 % fl-2014, bil-kanċellazzjoni biss tas-somma ta' EUR 147 430, li tirrappreżenta 2,32 % tal-ammont totali; jinnota, barra minn hekk, li dan il-livell baxx ta' kanċellazzjonijiet huwa inqas sew mill-mira tal-Aġenzija;

Trasferimenti

4.  Jinnota li tliet trasferimenti baġitarji, magħmula bejn it-titoli tal-baġit u 'l fuq minn 10 % tal-baġit approvat, ġew approvati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija fl-2014; jinnota li dawn it-trasferimenti kienu jammontaw għal EUR 947 932 u prinċipalment huma relatati mar-riallokazzjoni tal-eċċess taħt in-nefqa amministrattiva, għal proġetti operattivi jew fi ħdan in-nefqa operattiva;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jinnota mill-Aġenzija li, sabiex titjieb il-kwalità tal-offerti, il-proċeduri ta' akkwist kollha kienu soġġetti għal rieżami superviżorju qabel it-tnedija tas-sejħiet għall-offerti; jieħu nota tal-fatt li, wara dawn ir-rieżamijiet, fejn kien meħtieġ ittieħdu azzjonijiet korrettivi bħal pereżempju modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta;

6.  Josserva li mill-2014 l-Aġenzija introduċiet sistema ġdida ta' evalwazzjoni, bħala riżultat tal-bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal li ġew introdotti bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13); jinnota b'mod partikolari li r-rapporti ta' evalwazzjoni tal-Aġenzija issa jinkludu valutazzjoni kumplessiva dwar jekk il-prestazzjoni tal-persuna li tokkupa l-kariga kinitx sodisfaċenti; jaċċerta li sessjonijiet ta' taħriġ kienu pprovduti lill-persunal dwar kif jistabbilixxu objettivi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u f'waqthom (SMART), kif ukoll indikaturi ta' prestazzjoni b'saħħithom, u kif jiktbu valutazzjonijiet ċari;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija qiegħda tieħu sehem fil-proċeduri ta' akkwist tal-Kummissjoni kull meta jkun possibbli; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija nediet proċeduri ta' akkwist konġunti mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-intranet u mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għall-ġbir ta' data li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' proġetti operattivi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jirrikonoxxi li, fi tmiem l-2014, l-Aġenzija rrevediet u adottat ir-regoli armonizzati tagħha dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess li jirrigwardaw il-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitat Xjentifiku tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija żviluppat u adottat linji gwida għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tagħha;

9.  Jinnota mill-Aġenzija li hija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' interess, kif ukoll il-curricula vitae (CVs) tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitat Xjentifiku tagħha, kif ukoll tat-tim meniġerjali tagħha;

10.  Jinnota li l-Aġenzija tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta skont id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tagħha(14); jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-persunal tagħha huma obbligati jirrappurtaw fatti li jindikaw attività illegali possibbli, inklużi frodi jew korruzzjoni, jew nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi professjonali tagħhom; jaċċerta li internament l-Aġenzija wettqet sensibilizzazzjoni dwar din il-politika; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tkompli tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta sakemm il-Kummissjoni tadotta politika ġdida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, prevista għall-2016;

11.  Jinnota bi tħassib li fl-ilment 178/2013/LP l-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet li l-Aġenżija wettqet amministrazzjoni ħażina; jistieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu għas-sentenzi mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-2015;

12.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

13.  Jistieden lill-Aġenzija tagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;

14.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament, biex jintensifikaw il-miżuri tagħhom ta' implimentazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji;

Awditu intern

15.  Jinnota li, matul l-2014, l-ebda awditu ġdid ma sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li fl-2013 l-Aġenzija segwiet iż-żewġ awditi mwettqa dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-kuntratti; jaċċerta li l-Aġenzija ppreżentat pjanijiet ta' azzjoni biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS, li ġew ivvalutati b'mod favorevoli mill-IAS; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fl-2015, l-IAS wettaq awditjar ta' segwitu li ntemm b'riżultat pożittiv mingħajr ebda rakkomandazzjoni miftuħa mmarkata bħala "importanti ħafna"; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-IAS qabel Diċembru 2013 ngħalqu;

Kummenti oħra

16.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(15), inkludiet dispożizzjonijiet li jistabbilixxu li r-remunerazzjoni futura ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma għandhiex tkun inqas minn dik prevista fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità f'dan ir-rigward u, fil-każ ta' 10 mis-26 uffiċjal impjegati dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti ta' EUR 45 892 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014. jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-kalkolu tas-salarji huwa esternalizzat lill-Uffiċċju tal-Kummissjoni inkarigat mill-Pagi; jinnota li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tirrimedja din il-kwistjoni;

17.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-informazzjoni bażika dwar l-Aġenzija hija pprovduta fuq is-sit web tagħha bil-lingwi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-Aġenzija regolarment ittella' informazzjoni u aġġornamenti, inklużi viżwalizzazzjoni ta' data interattiva, infografika kif ukoll ritratti u filmati, dwar l-aħħar rapporti tagħha kif ukoll ħidma oħra fuq il-mezzi tal-midja soċjali tagħha;

18.  Jaċċerta li fl-2012 saret evalwazzjoni indipendenti tal-Aġenzija biex jiġu evalwati l-effikaċja, l-effiċjenza, il-valur miżjud, l-utilità, il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-ħidma tal-Aġenzija; jinnota li waħda mill-prijoritajiet ewlenin inklużi fil-pjan strateġiku 2013-2017 tal-Aġenzija, ibbażata fuq din l-evalwazzjoni, hija biex tgħin issaħħaħ il-kontribut tal-Aġenzija għal proċessi fil-livell nazzjonali; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija qiegħda tiżviluppa rabta aktar b'saħħitha mal-Istati Membri kif ukoll iżżid il-kooperazzjoni tagħha ma' partijiet interessati nazzjonali sabiex il-pariri bbażati fuq l-evidenza tal-Aġenzija jinġiebu fil-qalba tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon li fi Frar 2014 l-Aġenzija nediet paġna web għat-tfal bħala parti mit-taqsima tas-sit web tagħha dwar id-drittijiet tat-tfal fejn it-tfal jistgħu jsibu informazzjoni dwar x'inhuma d-drittijiet tagħhom, min jiddeċiedi dwar id-drittijiet tagħhom, x'tagħmel l-Aġenzija għat-tfal kif ukoll links jekk jixtiequ jkollhom aktar tagħrif;

20.  Jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

21.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għall-miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

22.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

o
o   o

23.  Jirreferi,fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(14) http://fra.europa.eu/sites/default/files/eb_decision_2012_04-whistleblowing_rules.pdf
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.04.2004, p. 1).
(16) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
PDF 453kWORD 111k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2181(DEC))
P8_TA(2016)0190A8-0115/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0079/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0115/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0079/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0115/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0115/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 97 945 077, li jirrappreżenta żieda ta' 4,25 % meta mqabbel mal-2013,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2014 kienet tammonta għal EUR 86 810 000, li tirrappreżenta żieda ta' 1,53 % meta mqabbel mal-2013,

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), li ġie nnutat titjib konsiderevoli kemm fil-verifiki ex ante, kif ukoll f'dawk ex post tal-infiq iddikjarat mill-pajjiżi li kkooperaw fil-qafas ta' ftehimiet ta' għotja; jirrikonoxxi li f'Ġunju 2013 l-Aġenzija introduċiet sistema ta' kontrolli ex ante aktar komprensiva u bbażata fuq ir-riskji li tinkludi r-rekwiżit li jitressqu dokumenti ġustifikattivi partikolari flimkien mat-talba għall-ħlas finali; jinnota, barra minn hekk, li s-sistema ta' kontrolli ex ante hi kkomplementata b'kontrolli ex post imwettqa fuq il-post tal-benefiċjarji jew fl-għamla ta' rieżami dokumentarju, u li l-ħlasijiet li ma jkunux soġġetti għal kontrolli ex ante jkunu soġġetti għal kontrolli ex post;

2.  Josserva li l-Qorti kkonstatat li d-dokumentazzjoni li tiġġustifika l-infiq iddikjarat minn dawn il-pajjiżi mhijiex dejjem suffiċjenti; jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Aġenzija ma talbitx iċ-ċertifikati tal-awditjar li, kieku, iżidu assigurazzjoni ulterjuri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotja; jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija, fl-2010 kienu saru ċertifikati bħal dawn; jiddispjaċih li, minkejja laqgħa ta' tgħarrif organizzata għall-benefiċjarji tal-Aġenzija, iċ-ċertifikati tal-awditjar ma nħarġux minn korpi ta' awditjar indipendenti u d-dewmien għall-wasla tad-dikjarazzjoni finali twal ħafna; jistieden lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltà ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' awditjar stabbiliti skont il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għas-Sigurtà Interna u tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-evalwazzjoni ta' din il-kooperazzjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,65 %, li tfisser żieda ta' 0,9 % meta mqabbel mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 68,79 %, li tfisser żieda ta' 4,81 % meta mqabbel mal-2013;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li l-Aġenzija naqqset ir-rata kumplessiva ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati minn 35 % fl-2013 għal 30 % fl-2014; jirrikonoxxi li n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija u r-riskju akbar ta' avvenimenti mhux mistennija jirrappreżentaw sfida partikolari fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali; jinnota li l-livell ta' riporti għat-Titolu II (infiq amministrattiv) kien ta' EUR 4 500 000 (36 %) u kien relatat prinċipalment ma' xiri fi tmiem is-sena assoċjat maċ-ċaqliq lejn il-bini l-ġdid tal-Aġenzija f'Diċembru 2014; jinnota li r-riporti għat-Titolu III (infiq operazzjonali), kienu jammontaw għal EUR 29 200 000 (47 %) u kienu dovuti prinċipalment għan-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija u l-approvazzjoni ta' baġit addizzjonali f'Ottubru 2014 li kien jammonta għal EUR 4 200 000;

5.  Jirrimarka li l-infiq operazzjonali tal-Aġenzija jiddependi ħafna mill-preżentazzjoni f'waqtha tat-talbiet għar-rimborż tal-għotjiet min-naħa tal-Istati Membri; jirrikonoxxi li ż-żmien li jgħaddi bejn id-data finali tal-allokazzjoni ta' uffiċjal, inġenju tal-ajru jew bastiment għal operazzjoni konġunta kkoordinata u l-preżentazzjoni tad-dikarazzjoni tvarja, bħala medja, bejn erba' u sitt xhur;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota li, minn 1 087 proċedura ta' akkwist fl-2014, hemm informazzjoni pubblika dwar għadd limitat ħafna mill-kuntratti mogħtija; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura t-trasparenza u biex tippubblika l-kuntratti kollha tagħha, kif ukoll il-proċeduri relatati mal-akkwist pubbliku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

7.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija żviluppat u adottat regoli li jirregolaw it-trasparenza u l-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess fi ħdan il-Bord ta' Tmexxija, il-persunal u l-esperti nazzjonali sekondati, b'mod partikolari l-"Kodiċi ta' Mġiba tal-Persunal tal-Frontex", il-"Kodiċi ta' Mġiba għall-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Frontex", u l-"Kodiċi ta' Mġiba għal operazzjonijiet konġunti ta' ritorn ikkoordinati mill-Frontex"; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li f'Awwissu 2015 id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija approva l-"Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni Kontra l-Frodi" tagħha; jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi tfasslet kemm bl-użu tal-linji gwida għall-aġenziji kif ukoll b'dawk tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi;

8.  Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat fuq is-sit tagħha d-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta' impenn annwali għall-maġġoranza tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha; jinnota li l-curricula vitae (CVs) tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija ġew ippubblikati fuq is-sit tal-Aġenzija; jitlob li jiġu ppubblikati d-dikjarazzjonijiet ta' interess tad-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Bord ta' Tmexxija; iħeġġeġ lill-Aġenzija u lill-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha jqiegħdu għad-dispożizzjoni d-dikjarazzjonijiet li għadhom ma ġewx ippubblikati;

9.  Jinnota li l-Aġenzija ħolqot abbozz ta' ġabra ta' regoli għall-iżvelar ta' informazzjoni protetta li mistenni jiġi adottat sa tmiem l-ewwel semestru tal-2016; jistieden lill-Aġenzija tqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar dan; jistieden lill-Aġenzija ma ddewwimx ulterjorment l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni finali ta' dawk ir-regoli;

10.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, pari passu mal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin diġà, u tinkludi l-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

11.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, l-introduzzjoni jew it-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għall-miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

12.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, fosthom il-Parlament, biex jintensifikaw il-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

13.  Jitlob li l-Aġenzija tapplika strettament il-miżuri li jirrigwardaw id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki tal-preċedenti xierqa mwettqa f'kull każ, u li tapplika l-kriterji tal-esklużjoni sabiex l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitt ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Awditjar intern

14.  Josserva li, fl-2014, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "Ir-Relazzjonijiet mal-Partijiet Ikkonċernati u l-Komunikazzjoni Esterna fil-Ġestjoni tar-Riżorsi Kollettivi", li wera li l-ġestjoni kumplessiva tar-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u l-komunikazzjoni esterna kienu effikaċi u effiċjenti fl-appoġġ għall-ġestjoni tar-riżorsi kollettivi; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħadet azzjonijiet ta' titjib waqt li l-awditu kien għadu għaddej u ħejjiet il-pjan ta' azzjoni formali biex tiżgura l-implimentazzjoni f'waqtha tar-rakkomandazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS wettaq awditu fil-qasam tar-riżorsi umani li rriżulta f'żewġ rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti ħafna" u żewġ rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti";

Kummenti oħra

15.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi li mhumiex fl-UE u li huma firmatarji tal-"Ftehim ta' Schengen" (l-Iżvizzera, il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja) jeħtieġ jiġi rfinut sabiex jirrifletti aħjar id-dispożizzjonijiet ġuridiċi relatati(13); jirrikonoxxi li l-Aġenzija se teżamina mill-ġdid il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet minn dawk il-pajjiżi u li se tistabbilixxiha f'format ġuridiku xieraq; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu ta' dan ir-rieżami;

16.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Aġenzija min-naħa tar-Renju Unit u l-Irlanda baqgħu stabbli għal ħafna snin minkejja l-firxa konsiderevolment estiża ta' attivitajiet li fihom huma involuti r-Renju Unit u l-Irlanda; jirrikonoxxi li l-Aġenzija indikat li l-"Grupp ta' Ħidma dwar il-baġit u l-kontijiet tal-Bord ta' Tmexxija" tagħha qed jeżamina mill-ġdid din il-kwistjoni u għandu jressaq quddiem il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija rakkomandazzjoni u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' dawk il-kontribuzzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu tar-rieżami;

17.  Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, li l-għadd kbir u dejjem jiżdied ta' ftehimiet ta' għotja, kif ukoll id-daqs tal-infiq relatat li jrid jiġi vverifikat u rimborżat mill-Aġenzija, jindika li jista' jintuża mekkaniżmu ta' finanzjament alternattiv aktar effiċjenti u kosteffikaċi għall-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li f'dawn l-aħħar snin, il-kumplessità u l-piż amministrattiv tal-mekkaniżmi attwali wasslu biex il-Qorti ma tkunx tista' tiżgura l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet; jinnota wkoll li fl-2015 kien hemm żieda ulterjuri fid-daqs tal-operazzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija u l-kompiti ġodda u speċifiċi li ġiet inkarigata bihom fil-qafas tat-Task Force Reġjonali tal-UE; jistieden lill-Aġenzija tqis it-tħassib espress hawn fuq matul ir-rieżami u r-riforma tal-mekkaniżmi ta' finanzjament tagħha;

18.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija indikat li waħda mir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Bord ta' Tmexxija tagħha wara l-evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija tirrigwarda l-iffaċilitar tal-ġestjoni finanzjarja, u jitlob li l-limitazzjoni introdotta bir-regolament kostituttiv tal-Aġenzija tiġi abbandunata permezz ta' riferiment għall-għotjiet; jinnota li r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jwittu t-triq għal ġestjoni finanzjarja aktar effiċjenti u trasparenti;

19.  Jinnota li, meta Stat Membru jalloka uffiċjali u/jew tagħmir tekniku għall-operazzjonijiet ikkoordinati mill-Aġenzija, l-Istat Membru jiffirma Pjan Operattiv imfassal mill-Aġenzija u mill-Istat Membru ospitanti, li jindika b'mod ċar it-termini tal-kooperazzjoni operattiva; ifakkar li ma hemm l-ebda dispożizzjoni stabbilita li tagħti l-libertà lill-Istati Membri parteċipanti li jużaw modi u mezzi differenti biex jintlaħaq objettiv ta' politika partikolari, kif jissuġġerixxi l-istrument ta' għotja, peress li l-Pjan Operattiv jeħtieġ jiġi implimentat skont il-mod miftiehem u mingħajr devjazzjonijiet sakemm ma jiġix emendat; jinnota li l-proposta l-ġdida għall-istabbiliment ta' Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta(14) tmur saħansitra oltre, u tipproponi rwol proattiv għall-operazzjonijiet konġunti u l-attivitajiet ta' ritorn, u dan ma jmurx id f'id mal-karatteristiċi ta' għotja bħala strument finanzjarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra dan meta tkun qed tipproponi regolamenti kostituttivi fil-ġejjieni;

20.  Jinnota li, minkejja li l-Aġenzija ilha topera mill-2005 u ilha minn dak iż-żmien twettaq l-operazzjonijiet tagħha, kienet qed taħdem biss abbażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti minflok abbażi ta' ftehim komprensiv dwar is-sede bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti, li qatt ma ġie ffirmat; josserva li ftehim bħal dan jippromwovi aktar trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li l-Aġenzija u l-persunal tagħha joperaw taħthom; ifakkar li r-rekwiżit li jiġi stabbilit ftehim dwar is-sede ġenerali ġie introdott fir-regolament emendat tal-Aġenzija fl-2011(15); jinnota, bi tħassib, li n-negozjati mal-gvern tal-Istat Membru ospitanti għadhom għaddejjin; iħeġġeġ lill-Aġenzija u lill-gvern tal-Istat Membru ospitanti jikkonkludu ftehim dwar is-sede malajr kemm jista' jkun; jitlob li l-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress u l-eżitu ta' dawn in-negozjati;

21.  Jiddikjara li r-rapport annwali tal-Aġenzija jista' jkollu rwol importanti fil-konformità f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

o
o   o

22.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 342.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 342.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 342.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 342.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 243, 16.9.2010, p. 4); Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19).
(14) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta (COM(2015)0671 final).
(15) Artikolu 15a introdott permezz tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 1).
(16) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)
PDF 435kWORD 93k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2182(DEC))
P8_TA(2016)0191A8-0112/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsi+-dra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0080/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0080/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, is-sussidju tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 25 369 058, li jirrappreżenta żieda ta' 81,55 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li dawk il-kontijiet annwali kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,84 % bħal fl-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 63,16 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 17,37 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li l-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), kien ta' EUR 3 400 000 (54 %); jinnota li dawn ir-riporti fil-biċċa l-kbira kellhom x'jaqsmu ma' servizzi provduti lill-Aġenzija fl-2014 li l-fatturi tagħhom waslu biss fl-2015, u numru ta' kuntratti ta' valur għoli, iffirmati fl-aħħar tal-2014 għal proġetti tal-IT li kienu oriġinarjament ippjanati għall-2015 iżda li bdew fl-2014 biex jiġu utilizzati l-fondi rilaxxati minn iffrankar fuq linji baġitarji oħra;

3.  Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex tnaqqas il-livell tar-riporti billi tikkommetti l-baġit aktar kmieni matul is-sena, meta jkun possibbli, u b'hekk tippermetti pagamenti aktar bikrija; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija qiegħda tiżviluppa għodda ta' ġestjoni baġitarja ġdida mfassla biex tgħin l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-baġit ċentrali u dak delegat bl-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet kemm ta' impenn kif ukoll ta' pagament; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-titjib li sar bl-introduzzjoni ta' din l-għodda;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

4.  Jikkonstata li, skont ir-rapport tal-Qorti, fir-rigward tal-isfruttament tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja ("EGNOS"), l-Aġenzija tat kuntratt ta' tmien snin għall-provvediment ta' servizz ("kuntratt ESP") b'valur kuntrattwali inizjali ta' EUR 436 000 000; jieħu nota tal-fatt li fl-2014, b'segwitu għal proċedura nnegozjata diretta, l-Aġenzija emendat il-kuntratt ta' servizz għal ammont ta' EUR 6 300 000 għax-xiri u l-manutenzjoni ta' 14-il riċevitur tas-sinjali tas-satelliti, 14-il ġeneratur tas-sinjali u tagħmir ieħor relatat ma' EGNOS; josserva bi tħassib li ġie stabbilit arranġament bejn il-kuntrattur u ż-żewġ sottokuntratturi tiegħu, bħalma ġara taħt il-kuntratt inizjali, u dan wassal għal akkumulazzjoni ta' spejjeż amministrattivi u ta' qligħ, b'EUR 3 200 000 biss mill-EUR 6 300 000 relatati ma' spejjeż diretti, EUR 1 400 000 relatati ma' spejjeż ġenerali u spejjeż oħra u EUR 1 700 000 ma' qligħ u rimunerazzjoni ta' (sotto)kuntratturi;

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-kuntratt ESP ingħata permezz ta' sejħa għal offerti kompetittiva u ntgħażel sabiex jassigura r-rekwiżit tal-kontinwità tas-servizz għas-servizz "safety-of-Life" (sigurtà tal-ħajja - (SoL)) ibbażat fuq sistema kwalifikata u ċertifikata; josserva li l-emenda ta' dan il-kuntratt għandha titqies bħala parti integrali u inseparabbli tal-kuntratt ESP għaliex hija neċessarja biex tiġi assigurata l-manutenzjoni tas-sistema bħala waħda kwalifikata u t-twassil tas-servizz SoL li jikkonforma maċ-ċertifikazzjoni obbligatorja;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

6.  Jirrikonoxxi li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess f'Settembru 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-maniġment superjuri tagħha; iħeġġeġ lill-membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' interess għal pubblikazzjoni ulterjuri fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrità u jitjieb il-qafas etiku bl-implimentazzjoni aħjar ta' kodiċijiet ta' kondotta u ta' prinċipji etiċi, sabiex tissaħħaħ kultura komuni u effettiva ta' integrità;

8.  Jiddikjara li r-rapport annwali tal-Aġenzija jista' jkollu rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

Awditjar intern

9.  Jikkonstata li l-Aġenzija laħqet ftehim mas-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar pjan ta' azzjoni biex tittejjeb il-proċedura għall-immaniġġjar tal-awditi ex ante u ex post dwar il-ġestjoni tal-għotjiet; josserva li ċerti aspetti tad-dokumentazzjoni u il-gwida korrispondenti dwar il-ġestjoni tal-għotjiet għandhom jitjiebu; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi rapport lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dak ir-rigward;

Kontrolli interni

10.  Jirrikonoxxi li l-konformità ġenerali tal-Aġenzija mal-Istandards ta' Kontroll Intern matul is-sena finanzjarja 2014 kienet sodisfaċenti; josserva li saru sforzi f'oqsma bħalma huma l-istrateġija ta' kontra l-frodi, il-kunflitti ta' interess, il-ġestjoni tar-riskju u l-kapaċità ta' awditjar intern sabiex ikun rimedjat in-nuqqas ta' konformità; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija qiegħda tagħmel progress fl-oqsma fejn għadha konformi b'mod parzjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontinwità tal-operat u l-immaniġġjar tad-dokumenti; jistieden lill-Aġenzija biex tikkondividi mal-awtorità ta' kwittanza l-progress li jkun sar f'dak ir-rigward;

Kummenti oħra

11.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ma għandha l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi b'valur kontabilistiku nett ta' EUR 1 000 000; jirrikonoxxi li l-Aġenzija bħalissa qed tanalizza r-riskji, il-valur u l-kritikalità tal-assi kollha li tippossiedi sabiex tivvaluta t-tip ta' assigurazzjoni li tkun tgħodd għall-ħtiġijiet tagħha; jappella lill-Aġenzija biex taġġorna lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

12.  Jinnota li l-Aġenzija tikkondividi l-kapaċità ta' awditjar intern tagħha mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi sabiex jinħolqu sinerġiji u tinkiseb il-kosteffettività;

13.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2014, sabiex tippromwovi l-ħidma tagħha u biex ittejjeb il-viżibilità tagħha fl-Istat Membru ospitanti, l-Aġenzija organizzat avveniment ta' jum għall-pubbliku fil-kwartieri ġenerali tagħha fi Praga, b'konferenzi, wirjiet pubbliċi u avvenimenti pubbliċi regolari f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni;

o
o   o

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.
(2) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.
(8) ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0159.


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ARTEMIS
PDF 434kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2199(DEC))
P8_TA(2016)0192A8-0092/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0055/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(5),u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0092/2016),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2199(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0055/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(12),u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0092/2016),

1.  Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2199(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0092/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS (l-"Impriża Konġunta") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal sistemi inkorporati tal-kompjuter f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni, u biex tippermetti l-ħolqien ta' swieq u applikazzjonijiet soċjetali ġodda,

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet topera b'mod awtonomu f'Ottubru 2009,

C.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 420 000 000 li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka,

D.  billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar il-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi,

E.  billi l-Impriża Konġunta ngħaqdet mal-Impriża Konġunta ENIAC ("ENIAC") sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea ("ECSEL ITK") li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha sas-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti") ħarġet opinjoni kwalifikata dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi abbażi li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post;

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-awtoritajiet ta' finazjament nazzjonali fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma' proġetti lesti; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, ma kienx possibbli li jiġi determinat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderata jew rata ta' żball residwa; jinnota li l-ECSEL ITK ikkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludiet li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-Impriża Konġunta;

4.  Jistieden lill-Impriża Konġunta ECSEL, wara l-valutazzjoni tal-proċeduri applikati mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, biex tistieden lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali jippreżentaw provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

5.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti jinkludi opinjoni kwalifikata li hija bbażata fuq in-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu ta' rata ta' żball ipponderat jew ta' rata ta' żball residwu wara l-awditi ex post mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jistieden lill-Qorti tiġbor dokumenti u informazzjoni addizzjonali u meħtieġa, li l-Impriża Konġunta m'għandhiex is-setgħa li tirrikjedi minn korpi nazzjonali tal-awditjar jew mid-dipartimenti kompetenti nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; barra minn hekk, jistieden lill-Qorti tuża dik l-informazzjoni addizzjonali bħala mod alternattiv biex tiġġustifika l-opinjoni tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-valutazzjoni tagħha ta' dawk l-elementi addizzjonali;

6.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 554 510 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 30 330 178 (operattivi);

7.  Jinnota li l-baġit inizjali għall-2014 kien jinkludi biss approprjazzjonijiet ta' impenn għal spejjeż ta' ġestjoni li jammontaw għal EUR 2 200 000 u li l-baġit ma kienx jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn għal attivitajiet operattivi; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn amministrattivi kienet ta' 38 %; josserva li, skont ir-rapport tal-Qorti, dawn l-approprjazzjonijiet huma dovuti għall-fużjoni tal-Impriża Konġunta mal-ENIAC f'Ġunju 2014 u l-fatt li l-baġit ġie adottat għal dik is-sena sħiħa;

8.  Ifakkar lill-Impriża Konġunta dwar l-obbligu tagħha li tirrispetta l-proporzjon ta' 1 sa 1,8 bejn il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri; jinnota b'nuqqas ta' sodisfazzjoni li l-ammont tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-sejħiet għal proposti kien ta' EUR 198 000 000 li jirrappreżenta 48 % tal-baġit totali; josserva, madankollu, li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-restrizzjonijiet baġitarji fl-Istati Membri ma ppermettewx l-impenn tal-parti li fadal tal-baġit, li tirrappreżenta 52 % tat-total tal-baġit;

9.  Jinnota l-ammont limitat ta' informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus; jistieden lill-Qorti tinkludi fir-rapporti futuri, disposizzjonijiet konreti dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjoni in natura u fi flus;

Qafas ġuridiku

10.  Huwa konxju tal-fużjoni tal-Impriża Konġunta f'Ġunju 2014; madankollu, jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Impriża Konġunta ma emendatx ir-regoli finanzjarji tagħha sabiex ikunu konformi mar-Regolament Finanzjarju l-ġdid(15) applikabbli għal korpi ta' sħubija pubblika-privata, li daħal fis-seħħ fit-8 ta' Frar 2014;

Awditjar intern

11.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ma emendatx ir-regoli finanzjarji tagħha sabiex tinkludi d-dispożizzjoni dwar id-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru(16) li tirreferi għas-setgħat tal-Awditur Intern tal-Kummissjoni; jirrikonoxxi li dan kien minħabba l-fużjoni mal-ENIAC biex tifforma l-ECSEL ITK;

Kontroll intern

12.  Jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta ma ħadet ebda azzjoni rigward ċerti standards ta' kontroll intern relatati mal-informazzjoni u r-rappurtar finanzjarju: b'mod partikolari, evalwazzjoni tal-attivitajiet, valutazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern u kapaċità ta' awditjar intern ("IAC"); josserva li dan kien minħabba l-fużjoni imminenti; jitlob lill-ECSEL ITK tinforma lill-awtorità ta' kwittanza tal-miżuri li ttieħdu u l-progress li nkiseb f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon li, għalkemm il-funzjoni tal-IAC ma ġietx stabbilita fiż-żmien tal-fużjoni, din ġiet stabbilita ftit wara l-fużjoni, fl-4 ta' Lulju 2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta fiż-żmien tal-awditu ma kellhiex fis-seħħ proċedura komprensiva bil-miktub biex tittratta l-kunflitti ta' interess; jirrikonoxxi, li l-Bord ta' Tmexxija tal-ECSEL ITK adottata politika komprensiva biex jevita l-kunflitti ta' interess;

15.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma tal-2016 tal-Qorti jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni ta' Impriżi Konġunti.

(1)ĠU C 422, 17.12.2015, p. 9.
(2)ĠU C 422, 17.12.2015, p. 10.
(3)ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4)ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(5)ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(6)ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7)ĠU L 38, 7.2.2013, p. 2.
(8)ĠU C 422, 17.12.2015, p. 9.
(9)ĠU C 422, 17.12.2015, p. 10.
(10)ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11)ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(12)ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(13)ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14)ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(15)Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell ir-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 7.2.2013, p. 2).
(16)Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta Clean Sky
PDF 441kWORD 101k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2198(DEC))
P8_TA(2016)0193A8-0094/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0054/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2198(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0054/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2198(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta Clean Sky ("l-Impriża Konġunta") bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009,

B.  billi, bl-għan li jiġu ffinalizzati l-attivitajiet ta' riċerka tas-Seba' Programm Kwadru (FP7), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014(15) issostitwixxa l-Impriża Konġunta Clean Sky bl-Impriża Konġunta Clean Sky 2 b'seħħ mis-27 ta' Ġunju 2014, u estenda l-eżistenza tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024,

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u sħab industrijali, bħall-mexxejja tad-"Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata" għal Clean Sky, flimkien mal-membri assoċjati tagħhom, kif ukoll il-Mexxejja u l-Assoċjati elenkati u s-Sħab Ewlenin magħżula skont ir-Regolament (UE) Nru 558/2014,

D.  billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni Ewropea għall-Impriża Konġunta Clean Sky hi ta' EUR 800 000 000, li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru, u dik għall-Impriża Konġunta Clean Sky 2 hi ta' EUR 1 755 000 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit ta' Orizzont 2020, waqt li l-proporzjon tagħhom assenjat għal spejjeż ġestjonali ma jistax jaqbeż EUR 39 000 000,

E.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta Clean Sky apparti l-Kummissjoni għandhom jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż ġestjonali u għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura ekwivalenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni,

F.  billi l-Mexxejja u s-Sħab Ewlenin tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom jikkontribwixxu EUR 2 193 700 000 tul il-perjodu ta' eżistenza tal-Impriża Konġunta, inklużi kontribuzzjonijiet għal Attivitajiet Addizzjonali ta' mill-inqas EUR 965 200 000 tul l-istess perjodu li jikkonsistu minn kontribuzzjoniin natura u 50 % fi flus tal-ispejjeż ġestjonali fi flus,

Ġenerali

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri huwa bbażat fuq wisq rimarki ġenerali għad-detriment ta' rimarki vijabbli u speċifiċi; jappella għalhekk biex isir awditu li jkun iktar iffokat fuq il-prestazzjoni finanzjarja annwali, fuq l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti pluriennali (inkluża preżentazzjoni ċara tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena rispettiva u għas-snin preċedenti) u fuq ir-riżultati u l-implimentazzjoni tagħhom;

2.  Jinnota li l-Istituzzjonijiet u l-Korpi huma rikjesti jipproduċu Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja kull sena, u li l-informazzjoni pprovduta mill-Impriża Konġunta f'dan ir-rapport kienet nieqsa mill-armonizzazzjoni u spiss ma kinitx kompluta; qed tiġi rikjesta gwida mill-Kummissjoni fir-rigward tan-natura u l-kontenut tar-rapport;

3.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri tal-2016 jinkludi rapport speċjali dwar l-awditjar tal-prestazzjoni tal-Impriżi Konġunti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014, kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha(16);

5.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ("ir-Rapport tal-Qorti"), indikat li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet annwali kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha(17);

6.  Jinnota n-nuqqas ta' informazzjoni fir-rigward tal-awditi ex post imwettqa mill-Impriża Konġunta Clean Sky u l-Impriża Konġunta Clean Sky 2; jappella lill-Qorti tal-Awdituri biex, fir-rapporti tas-snin futuri, tinkludi informazzjoni rigward l-għadd ta' awditi ex post, l-ammonti totali koperti u s-sejbiet; jinnota li r-Rapport Annwali tal-Impriża Konġunta jinkludi t-tali informazzjoni;

7.  Jieħu nota tal-fatt li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2014 kien jammonta għal EUR 229 241 765, inklużi EUR 27 640 836 ta' approprjazzjonijiet mhux użati riportati mill-2013; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta implimentat EUR 189 316 793 (82,58 %) f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 153 567 377 (90,19 %) f'approprjazzjonijiet ta' pagament(18);

8.  Jinnota li l-programm tal-Impriża Konġunta Clean Sky iffinanzjat taħt l-FP7 għadu għaddej; jieħu nota tal-fatt li dawn l-approprjazzjonijiet jibqgħu disponibbli sal-2016 minħabba r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta li jippermettulha terġa' ddaħħal l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tagħha sa massimu ta' tliet snin wara li jkunu ġew ikkanċellati mill-baġit tal-Impriża Konġunta; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta twettaq b'attenzjoni l-ippjanar baġitarju tagħha, filwaqt li tqis kif dovut il-proċess parallel;

9.  Jikkunsidra li, peress li r-rapport tal-Qorti ma jipprovdix separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-FP7 u Orizzont 2020, dawn l-indikaturi (approprjazzjonijiet u impenji) ma jiżgurawx evalwazzjoni reali tal-prestazzjoni; jappella lill-Qorti tal-Awdituri biex fir-rapporti futuri tinkludi informazzjoni rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit taħt l-FP7 u, b'mod separat, taħt Orizzont 2020; jinnota li r-rapport annwali tal-Impriża Konġunta qed jippreżenta t-tali informazzjoni;

10.  Jinnota li l-eżekuzzjoni tal-baġit allokat għall-FP7 (Titolu III) hi ta' 95,2 % għall-impenji (EUR 87 800 000 minn EUR 92 200 000) u 92,5 % għall-pagamenti (EUR 112 900 000 minn EUR 122 200 000); l-eżekuzzjoni tal-baġit allokat għal Orizzont 2020 (Titolu IV) hi ta' 92,5 % għall-impenji (EUR 95 300 000 minn EUR 103 000 000) u 81,1 % għall-pagamenti (EUR 20 500 000 minn EUR 25 000 000)(19); jistenna li l-Impriża Konġunta tipprovdi kjarifika ulterjuri lill-awtorità ta' kwittanza rigward din il-kwistjoni;

11.  Jiddispjaċih li r-rapport tal-Qorti jipprovdi informazzjoni limitata rigward il-kontribuzzjonijiet in natura/fi flus; jappella lill-Qorti tal-Awdituri biex fir-rapporti futuri tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjonijiet in natura/fi flus għall-FP7 u għal Orizzont 2020, li għandhom jiġu ppreżentati b'mod separat;

12.  Jinnota li l-membri privati jistgħu jipprovdu l-kontribuzzjoniin natura tagħhom b'żewġ modi taħt il-programm Orizzont 2020; jinnota li, wara t-tnedija tal-programm tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, it-total tal-kontribuzzjonijiet in natura kien ta' EUR 87 413 513; jieħu nota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjoniin natura vvalidata taħt il-Programm FP7 kienet ta' EUR 448 424 340,47 (20), (21);

13.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-limiti ta' żmien għall-pagamenti mhux dejjem ġew rispettati, speċjalment fil-qasam tal-Ftehimiet ta' Għotja għas-Sħab, u dan wassal għal penalitajiet ta' EUR 41 000 fl-2014; jirrikonoxxi l-isforz tal-Impriża Konġunta biex tindirizza din il-kwistjoni;

Sejħiet għal proposti

14.  Jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta fetħet l-ewwel sejħa għal proposti (fejn l-allokazzjoni baġitarja għas-sħab għandha tkun mill-inqas 30 % tal-finanzjament operattiv disponibbli tal-UE flimkien ma' sejħiet għal offerti) f'Diċembru 2014(22);

15.  Jinnota li, f'termini ta' volum ta' attivitajiet operattivi, b'kollox ġew iffirmati erbgħa u sebgħin ftehim fl-2014 (64 Ftehim ta' Għotja għas-Sħab iffirmati u 10 Ftehimiet ta' Għotja għall-Membri ffinalizzati) u ġew eżegwiti 302 pagamenti (276 għas-Sħab u 26 għall-Membri - ikopru l-pagamenti individwali għal 201 benefiċjarju)(23);

16.  Jindika li f'Ġunju 2014 l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ħadet f'idejha l-attività tal-Impriża Konġunta Clean Sky; jinnota li r-rapport tal-Qorti ma jinkludix informazzjoni ċara dwar il-qagħda attwali tal-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Impriża Konġunta Clean Sky (livell tal-pagamenti, pjan ta' pagament għas-snin li ġejjin);

Qafas ġuridiku

17.  Jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ġew adottati fit-3 ta' Lulju 2014 abbażi tal-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata, il-funzjoni ta' awditjar intern, u s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) u waqt li tqiesu r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 558/2014(24);

Sistemi ta' kontroll intern

18.  Jinnota li, fis-sena finanzjarja 2014, l-IAS iffinalizza awditu tal-aspetti finanzjarji tal-ġestjoni tal-għotjiet; abbażi ta' dak l-awditu, l-IAS ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna, li għalihom l-Impriża Konġunta rrispondiet billi implimentat pjan ta' azzjoni ddedikat; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet kienu jirrigwardaw il-linji gwida għall-validazzjoni ex ante u l-proċess ta' approvazzjoni tar-riżultati tal-proġetti; jinnota li, sa tmiem l-2014, l-azzjonijiet miftiehma għaż-żewġ rakkomandazzjonijiet ġew implimentati (25);

Kunflitti ta' interess

19.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-proċeduri tal-Impriża Konġunta jibqgħu applikabbli fil-qasam tal-kunflitti ta' interess sakemm il-Kummissjoni tiżviluppa mudell komuni għall-Impriżi Konġunti kollha(26);

Monitoraġġ u rapportar

20.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-qafas ġuridiku għal Orizzont 2020 jirrikjedi monitoraġġ speċifiku tar-riżultati tar-riċerka, abbażi ta' evidenza kwantitattiva u, fejn xieraq, kwalitattiva; b'mod li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' Orizzont 2020, għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Impriża Konġunta u l-Kummissjoni sabiex jittejbu r-rapportar u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka(27); jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta nediet attivitajiet konġunti mas-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-approċċ ġenerali għall-implimentazzjoni tal-linji gwida ta' Orizzont 2020 u dwar id-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka, u jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta ttejjeb ulterjorment il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

21.  Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Impriża Konġunta tar-Rapport dwar l-Impatt Soċjoekonomiku tal-Attivitajiet Clean Sky;

22.  Jilqa' l-iffirmar ta' memorandum ta' kooperazzjoni mal-Impriża Konġunta SESAR, li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet u s-sinerġiji;

23.  Jilqa' l-fatt, li ġa lejn il-bidu tal-2014, inkisbu wħud mid-dimostraturi importanti tal-Programm Clean Sky taħt finanzjament mill-FP7, bħad-Dimostratur ta' Magni Kbar.

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 17.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 19.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(8) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 17.
(9) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 19.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77).
(16) Ir-Rapport tal-Qorti 2014, p. 7.
(17) Ir-Rapport tal-Qorti 2014, p. 7.
(18) Il-kontijiet finali u r-rapport ta' Implimentazzjoni Baġitarja tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena 2014, p. 56.
(19) Ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014, p. 149.
(20) Ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014, p. 154.
(21) Kwittanza 2014 - Ir-rapport dwar il-kontribuzzjonijiet ipprovduti mill-Membri tal-Impriża Konġunta Clean Sky apparti l-Kummissjoni għall-programmi Clean Sky taħt l-FP7 u Orizzont 2020, p. 4.
(22) Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-2014, p. 10.
(23) Ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014, p. 7.
(24) Ir-Rapport tal-Qorti 2014, p. 8.
(25) Ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014, p. 142.
(26)Ir-Rapport tal-Qorti 2014, p. 10.
(27) Ir-Rapport tal-Qorti 2014, p. 9.


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ECSEL
PDF 451kWORD 114k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2204(DEC))
P8_TA(2016)0194A8-0119/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSELgħall-perjodu bejn is-27 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0059/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0119/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-perjodu bejn is-27 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0059/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0119/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0119/2016),

A.  billi fis-7 ta' Ġunju 2014 l-Impriża Konġunta ECSEL (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita bħala impriża konġunta fis-sens tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-għan li timplimenta l-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

B.  billi s-sħubija pubblika-privata dwar komponenti u sistemi elettroniċi għandha tikkombina l-mezzi finanzjarji u tekniċi li huma essenzjali għall-ħakma tal-kumplessità tal-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam;

C.  billi, bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014(17), l-Impriża Konġunta ġiet stabbilita biex tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Impriża Konġunta ENIAC ("ENIAC") u l-Impriża Konġuna ARTEMIS ("ARTEMIS");

D.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mal-inizjattiva Orizzont 2020 fuq bażi volontarja, assoċjazzjonijiet membri privati li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Unjoni; billi l-Impriża Konġunta għandha tkun miftuħa għal membri ġodda;

E.  billi fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali tal-Impriża Konġunta, għandhom jiġu kkunsidrati investimenti minn entitajiet legali li ma jkunux l-Unjoni u l-Istati parteċipanti fl-Impriża Konġunta li jikkontribwixxu għall-objettivi tagħha; billi dawk l-investimenti ġenerali mistennija li komplessivament jammontaw għal mill-inqas EUR 2 340 000 000;

F.  billi l-kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta previsti għall-perjodu kollu tal-inizjattiva Orizzont 2020 jammontaw għal EUR 1 184 874 000 mill-Unjoni, EUR 1 170 000 000 mill-istati parteċipanti tal-Impriża Konġunta u EUR 1 657 500 000 mill-membri privati;

G.  billi t-tranżizzjoni mill-ENIAC u l-ARTEMIS għall-Impriża Konġunta għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-tranżizzjoni mis-Seba' Programm Kwadru(18) ("FP7") għall-inizjattiva Orizzont 2020 biex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka;

Ġenerali

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha tal-Impriża Konġunta dwar il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti") tagħmel kummenti wisq ġenerali, askapitu ta' kummenti vijabbli u speċifiċi; jappella għalhekk li jsir awditu b'enfasi akbar fuq il-prestazzjoni finanzjarja annwali, l-istatus ta' implimentazzjoni ta' proġetti pluriennali, inkluża preżentazzjoni ċara tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena rispettiva u għal dawk għas-snin preċedenti, flimkien mar-riżultati u l-implimentazzjoni tagħhom;

2.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fir-Rapport tal-Impriża Konġunta dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għas-sena finanzjarja 2014 kienet nieqsa minn armonizzazzjoni u ħafna drabi kienet inkompleta; jinnota li tinħtieġ gwida mill-Kummissjoni fir-rigward tan-natura u l-kontenut tar-rapport;

3.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma 2016 tal-Qorti jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni ta' impriżi konġunti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jirrikonoxxi l-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mis-27 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

5.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 160 114 500 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 104 144 250;

6.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' informazzjoni rigward il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjoni in natura u fi flus, separatament, għall-FP7 u l-Orizzont 2020;

7.  Jinnota li l-programmi tal-Impriża Konġunta ffinanzjati skont l-FP7 għadhom għaddejjin; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta twettaq l-ippjanar baġitarju tagħha b'attenzjoni, filwaqt li tqis kif dovut il-proċess parallel;

8.  Jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014, iddaħħlu fis-seħħ arranġamenti prattiċi sabiex jiġu implimentati l-obbligi previsti fil-ftehimiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta bl-introduzzjoni tal-formola speċifika ta' rappurtar "ċertifikat ta' tmiem il-proġett"; jinnota li l-Impriża Konġunta introduċiet tali formola speċifika lill-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali ("NFAs");

9.  Jirrikonoxxi l-fatt li fl-2014 l-Impriża Konġunta elaborat lista ta' kontroll li tinkludi l-elementi essenzjali ta' sistema ta' assigurazzjoni u kienet involuta fi skambji intensivi mal-NFAs biex tivvaluta l-assigurazzjoni mogħtija mis-sistemi nazzjonali; jinnota li l-valutazzjoni tlestiet fir-rigward ta' ħames kontributuri, li jirrappreżentaw 54,2 % tal-għotjiet mogħtija mill-Impriża Konġunta u li kontributur ieħor, li jirrappreżenta 18,9 % tal-għotjiet mogħtija mill-Impriża Konġunta, ġie rieżaminat, għalkemm l-aġġornament dwaru kien għadu pendenti meta sar l-awditu;

10.  Jinnota li l-Impriża Konġunta stmat li r-rata ta' żball residwu kienet ta' 0,73 %; josserva, madankollu, li l-Impriża Konġunta naqset milli tikkomunika l-għadd ta' tranżazzjonijiet li tqiesu għall-kalkolu ta' din ir-rata u għalhekk, jitlob lill-Impriża Konġunta tipprovdi din l-informazzjoni;

11.  Jirrimarka li, minkejja dak imsemmi hawn fuq, il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet annwali minħabba li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-NFAs dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post;

12.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-NFAs fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma' proġetti lesti; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet NFAs, ma kienx possibbli li jiġi determinat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-NFAs li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderat jew rata ta' żball residwu; jinnota li din id-diffikultà teknika, madankollu, ma tirriżultax fl-opinjoni negattiva tal-Qorti, iżda naturalment iżżommha milli tikkonferma l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet mingħajr ma tifformula riżerva; jinnota wkoll li l-Impriża Konġunta kkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludiet li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha;

13.  Jinnota li l-Impriża Konġunta hija tal-fehma li l-proċeduri nazzjonali jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi minkejja bosta rapporti minn istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni, inkluża l-awtorità ta' kwittanza; jistieden lill-Impriża Konġunta, wara l-valutazzjoni tal-proċeduri applikati mill-NFAs, biex tistieden lill-NFAs jipproduċu dikjarazzjoni bil-miktub li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

14.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti jinkludi opinjoni kwalifikata li hija bbażata fuq in-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu ta' rata ta' żball ipponderat jew ta' rata ta' żball residwu wara l-awditi ex post mill-NFAs; jistieden lill-Qorti tiġbor dokumenti u informazzjoni addizzjonali u meħtieġa, li l-Impriża Konġunta m'għandhiex is-setgħa li tirrikjedi, minn korpi nazzjonali tal-awditjar jew mid-dipartimenti kompetenti nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; barra minn hekk, jistieden lill-Qorti tuża dawk id-dokumenti addizzjonali u dik l-informazzjoni addizzjonali bħala mod alternattiv biex tiġġustifika l-opinjoni tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-valutazzjoni tagħha ta' dawk l-elementi addizzjonali;

15.  Jinnota li ammont sostanzjali tal-baġit emendatorju li żied l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal EUR 158 200 000 ġie implimentat mill-Bord ta' Tmexxija sal-aħħar tas-sena finanzjarja; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji segwiti biex twettaq tali deċiżjoni finanzjarja sinifikanti;

16.  Jirrikonoxxi l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn operattivi kienet ta' 99,7 %; jinnota, madankollu, li ġew iffirmati l-approprjazzjonijiet ta' impenn fuq livell globali u, għalhekk, ebda ftehim korrispondenti ta' għotja ma ġie ffirmat s'issa; jikkunsidra li, fin-nuqqas ta' separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-FP7 u l-inizjattiva Orizzont 2020, dawk l-indikaturi ma jiżgurawx evalwazzjoni reali tal-prestazzjoni; jistieden lill-Qorti biex f'rapporti futuri tinkludi informazzjoni rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit taħt l-FP7 u, b'mod separat, taħt l-inizjattiva Orizzont 2020; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-qagħda attwali u kwalunkwe progress li sar f'dak ir-rigward;

17.  Jinnota li ma saret l-ebda separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni relatata mal- implimentazzjoni tal-FP7 u l-inizjattiva Orizzont 2020 minħabba l-fatt li ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt relatat mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva Orizzont 2020 sa tmiem l-2014 u għaldaqstant ma sar l-ebda pagament; jitlob lill-Qorti tipprovdi informazzjoni separata dwar l-implimentazzjoni baġitarja għall-FP7 u l-inizjattiva Orizzont 2020 fir-rapport tagħha għall-2015; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi dik l-informazzjoni fir-Rapport tagħha dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għall-2015;

18.  Jappoġġa l-inizjattiva tal-Impriża Konġunta biex tikkollabora ma' kontributuri iżgħar u testendi l-kopertura ta' għotjiet sabiex tinkludi 90 % tal-għotjiet li ngħataw; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli l-valutazzjoni tagħha sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fis-sena finazjarja tal-2015 u l-2016;

19.  Jirrimarka li l-Impriża Konġunta ħadet f'idejha l-attivitajiet tal-ENIAC u tal-ARTEMIS f'Ġunju 2014; jinnota li m'hemmx biżżejjed informazzjoni ċara dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti tal-Impriża Konġunta (livell ta' pagamenti, pjanijiet ta' pagament għas-snin li ġejjin);

20.  Jilqa' l-valutazzjoni tal-Impriża Konġunta tal-livell ta' kontribuzzjonijiet in natura; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti sabiex jiġi verifikat it-twettiq tal-kompiti tal-membri fir-rigward tal-FP7;

Qafas ġuridiku

21.  Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja kompleta u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta l-Impriża Konġunta bdiet l-attività tagħha(19);

Awditu intern

22.  Jieħu nota tal-fatt li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-Impriża Konġunta; jirrimarka li erba' punti ġew ikklassifikati bħala "impatt għoli/riskju għoli";

23.  Jitlob lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-ġestjoni tar-riskju ta' spejjeż indiretti dwar miżuri konkreti li ttieħdu fid-dawl tal-ħidma mal-Kummissjoni biex jinstabu mekkaniżmi alternattivi, kif ukoll aktar possibbiltajiet ta' konverġenza fil-proċeduri ta' kontabbiltà sabiex tevita r-riskju potenzjali ta' żamma ta' kontabbiltà u rappurtar doppju jew triplu u l-piż finanzjarju li dan jista' jikkawża;

24.  Jitlob lill-Impriża Konġunta biex tipprovdi aġġornament lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi;

25.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Impriża Konġunta se timplimenta strateġija ta' awditjar allinjata mal-proċeduri standard tal-inizjattiva Orizzont 2020; jitlob li l-Impriża Konġunta tissottometti rapport lill-awtorità ta' kwittanza li fih tesponi fid-dettall il-kriterji segwiti biex twettaq tali strateġija, kif ukoll ir-raġunijiet għal tali strateġija u valutazzjoni tal-effikaċja tagħha;

Sistemi ta' kontroll intern

26.  Jinnota li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta stabbilixxa kapaċità ta' awditjar intern u approva l-karta interna rilevanti; jinnota, barra minn hekk, li, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014, żewġ standards ta' kontroll intern għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ u li xi proċeduri għad iridu jiġu aġġornati;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

27.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta adottat politika komprensiva għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess; ifakkar, madankollu, li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija mhumiex disponibbli pubblikament;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

28.  Jilqa' l-progress li l-Impriża Konġunta wettqet fil-monitoraġġ u r-rappurtar; jinnota, madankollu, li għandu jsir sforz akbar biex tikkollabora aktar mill-qrib mal-Kummissjoni biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-inizjattiva Orizzont 2020 u biex jingħata kontribut aħjar għat-tixrid tar-riżultati tal-FP7; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta għandha żżid it-tixrid sistematiku tar-riżultati tar-riċerka; jitlob lill-Impriża Konġunta tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' dan fil-ġejjieni u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza f'dak ir-rigward;

29.  Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Impriża Konġunta tar-Rapport dwar l-Impatt Soċjoekonomiku tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL;

30.  Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, li jiżguraw valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni(20).

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 80.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 81.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(5) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 80.
(10) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 81.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(13) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(17) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152).
(18) Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
(19) ĠU L 255, 30.09.2015, p. 418; ĠU L 255, 30.09.2015, p. 426.
(20) ĠU L 255, 30.09.2015, p. 418; ĠU L 255, 30.09.2015, p. 426.


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ENIAC
PDF 429kWORD 92k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2202(DEC))
P8_TA(2016)0195A8-0113/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(5),u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2016),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(12),u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2016),

1.  Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta ENIAC ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;

B.  billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej ("AENEAS");

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.  billi l-Impriża Konġunta ġiet fuża mal-Impriża Konġunta ARTEMIS ("ARTEMIS") sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea ("ECSEL ITK") li bdiet l-attivitajiet tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha sas-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014 ("ir-rapport tal-Qorti") ħarġet opinjoni kwalifikata għar-raba' sena konsekuttiva dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi abbażi li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post;

3.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali dwar l-ispejjeż relatati ma' proġetti li tlestew; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderat jew rata tal-iżball residwu; jinnota wkoll li l-ECSEL ITK ikkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludew li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-Impriżi Konġunti;

4.  Jistieden lill-Impriża Konġunta ECSEL, wara l-valutazzjoni tal-proċeduri applikati mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, biex tistieden lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali jippreżentaw provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

5.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti jinkludi opinjoni kwalifikata li hija bbażata fuq in-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu ta' rata ta' żball ipponderat jew ta' rata tal-iżball residwu wara l-awditi ex post mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jistieden lill-Qorti tiġbor dokumenti u informazzjoni addizzjonali u meħtieġa, li l-Impriża Konġunta m'għandhiex is-setgħa li tirrikjedi, minn korpi nazzjonali tal-awditjar jew mid-dipartimenti kompetenti nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; barra minn hekk, jistieden lill-Qorti tuża dawk id-dokumenti addizzjonali u dik l-informazzjoni addizzjonali bħala mod alternattiv biex tiġġustifika l-opinjoni tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-valutazzjoni tagħha ta' dawk l-elementi addizzjonali;

6.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 356 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 76 500 250;

7.  Jinnota li l-baġit inizjali għall-2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn għal spejjeż operattivi li jammontaw għal EUR 2 300 000 u li l-baġit ma kienx jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn għall-attivitajiet operattivi; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn amministrattivi kienet ta' 43 %; josserva li, skont ir-rapport tal-Qorti, dawn l-approprjazzjonijiet huma dovuti għall-fużjoni tal-Impriża Konġunta mal-ARTEMIS f'Ġunju 2014 u minħabba l-fatt li l-baġit ġie adottat għas-sena sħiħa;

8.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-ammont totali previst għas-sejħiet għal proposti kien impenjat fiż-żmien tal-fużjoni;

9.  Jirrikonoxxi li, skont l-Impriża Konġunta, il-proċeduri ta' assigurazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi li jirċievu 54,2 % tal-għotjiet tal-Impriża Konġunta; jappoġġa l-inizjattiva tagħha li tkompli żżid il-kopertura; jistieden lill-Impriża Konġunta ECSEL JTI tkompli l-valutazzjoni tagħha sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar matul is-sena finanzjarja 2014;

10.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni rigward il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tinkludi dispożizzjonijiet konkreti dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjoni in natura u fi flus;

Awditjar intern

11.  Jaċċerta, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta, li s-servizz ta' awditjar intern ma għamilx rapporti ġodda matul is-sena finanzjarja 2014, li l-maniġment tal-Impriża Konġunta ħa azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha inklużi fir-rapporti preċedenti, iddokumentahom u ppreżentahom fis-sistema ta' rappurtar u li dawk l-azzjonijiet kellhom l-għan li jsostnu l-proċeduri ġodda; jistieden lill-Impriża Konġunta tikkondividi mal-awtorità ta' kwittanza l-azzjonijiet li ttieħdu u l-progress li sar f'dan ir-rigward;

Kontroll intern

12.  Jieħu nota tal-fatt li l-kapaċità ta' awditjar intern (IAC) ħtiġilha ttejjeb l-immaniġġjar tad-dokumenti, filwaqt li jirrakkomanda b'mod partikolari l-użu ta' sistema elettronika;

13.  Jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta, l-IAC wettaq il-programm ta' ħidma approvat tiegħu li jkopri l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet amministrattivi kif ukoll tat-tranżazzjonijiet operattivi mwettqa f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, ir-riżultati kienu rrappurtati lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv; jinnota, barra minn hekk, li l-opportunitajiet għal aktar titjib kienu enfasizzati; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ttieħdu biex tindirizza din il-kwistjoni;

14.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri għall-2016 jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni tal-Impriżi Konġunti.

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(8) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
(9) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
PDF 510kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2201(DEC))
P8_TA(2016)0196A8-0083/2016

Parlament Ewropew

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0057/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0083/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0057/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0083/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0083/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ("FCH") ġiet stabbilita f'Mejju 2008 bħala sħubija pubblika-privata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008(15) għall-perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonjiet tas-suq u b'hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn mobilizzazzjoni rapida tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014(16),;

C.  billi f'Mejju 2014 ir-Regolament (UE) Nru 559/2014 stabbilixxa l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ("FCH2") biex tieħu post l-FCH għall-perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2024;

D.  billi l-membri tal-FCH huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-Industrija għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ("il-Grupp tal-Industrija FCH") u l-Grupp ta' Riċerka N.ERGHY ("N.ERGHY");

E.  billi l-membri tal-FCH2 huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, in-New Energy World Industry Grouping ("il-Grupp tal-Industrija NEW") u n-New European Research Grouping fil-qasam taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu AISBL ("il-Grupp ta' Riċerka");

F.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-perjodu kollu hija ta' EUR 470 000 000 għall-FCH u ta' EUR 665 000 000 għall-FCH2, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru (FP7) u l-Orizzont 2020, kif applikabbli, u li minnha l-proporzjon allokat għal spejjeż operattivi m'għandux jaqbeż EUR 20 000 000 u t-EUR 38 000 000 rispettivament;

G.  billi il-Grupp tal-Industrija FCH u l-N.ERGHY għandhom, flimkien, jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż operattivi fl-FCH; billi l-N.ERGHY għandu jikkontribwixxi parti minn kull tnax tal-ispejjeż operattivi, u l-Grupp tal-Industrija FCH u l-N.ERGHY t-tnejn li huma għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontributi in natura li tal-anqas ikunu daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

H.  billi l-membri tal-Grupp tal-Industrija NEW u l-Grupp ta' Riċerka tal-FCH2 għandhom jikkontribwixxu 43 % u 7 % tal-ispejjeż operattivi rispettivament u t-tnejn għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontributi in natura li tal-anqas jammontaw għal EUR 285 000 000;

Ġenerali

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha tal-2014 (ir-“rapport tal-Qorti”) tagħmel wisq rimarki ġenerali għad-detriment ta' rimarki vijabbli u speċifiċi; jappella, għalhekk, biex isir awditu b'enfasi akbar fuq il-prestazzjoni finanzjarja annwali, l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti pluriennali, inkluża preżentazzjoni ċara tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena rispettiva u għas-snin preċedenti, u r-riżultati u l-implimentazzjoni tagħhom;

2.  Jinnota li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet kull sena jeħtiġilhom jipproduċu rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u li l-informazzjoni pprovduta mill-FCH u l-FCH2 f'dan ir-rapport kienet nieqsa mill-armonizzazzjoni u spiss ma kinitx kompluta; jinnota li tinħtieġ gwida mill-Kummissjoni fir-rigward tan-natura u l-kontenut ta' dak ir-rapport.

3.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma 2016 tal-Qorti jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni tal-FCH u l-FCH2;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-2014 tal-FCH jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

5.  Jinnota n-nuqqas ta' informazzjoni fir-rigward tal-awditi ex post imwettqa mill-FCH u l-FCH2; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tinkludi informazzjoni rigward l-għadd ta' awditi ex post, l-ammonti totali koperti kif ukoll is-sejbiet;

6.  Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività 2014 tagħha li l-FCH2 kompliet l-awditi ex post permezz tat-tnedija ta' 22 awditu ġdid; jilqa' r-riżultati pożittivi, li jfissru li r-rata ta' żball residwu hija taħt it-2 %;

7.  Jinnota li l-programmi tal-FCH li kienu ffinanzjati mill-FP 7 huma għaddejjin; jieħu nota tal-fatt li dawn l-approprjazzjonijiet jibqgħu disponibbli sal-aħħar tal-2016 minħabba r-regoli finanzjarji tal-FCH li jippermettulha terġa' ddaħħal l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tagħha sa massimu ta' tliet snin wara li jkunu ġew ikkanċellati mill-baġit tal-FCH; iħeġġeġ lill-FCH twettaq l-ippjanar baġitarju tagħha b'attenzjoni, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-proċess parallel;

8.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014 tagħha, il-baġit finali tal-FCH għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 112 064 990 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 95 952 176;

9.  Jindika li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014 tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja sal-aħħar tas-sena għas-sorsi kollha tal-fondi laħqet it-98,48 % f'dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-74,52 % f'termini ta' eżekuzzjonijiet ta' pagament; jikkunsidra li, fin-nuqqas ta' separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-FP7 u l-Orizzont 2020 dawk l-indikaturi ma jiżgurawx evalwazzjoni reali tal-prestazzjoni; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tinkludi, b'mod separat, informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit fil-qafas tal-FP7 u l-Orizzont 2020;

10.  Jinnota li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014 tagħha, l-eżekuzzjoni tal-baġit allokata għall-FP7 hija ta' 98,13 % għall-impenji (EUR 252 106 348,47 minn EUR 256 893 749,15) u ta' 65,84 % għall-pagamenti (EUR 44 981 766,61 minn EUR 68 309 937,03); jinnota li l-eżekuzzjoni tal-baġit allokat għall-Orizzont 2020 hija ta' 100 % għall-impenji (EUR 96 154 619,50 minn EUR 96 154 619,50) u ta' 0 % għall-pagamenti;

11.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' informazzjoni rigward il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tinkludi dispożizzjonijiet separati dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus għall-FP7 u l-Orizzont 2020;

12.  Jilqa' l-valutazzjoni annwali tal-FCH rigward il-livell ta' kontributi in natura kif ukoll it-twettiq tal-kompiti tal-membri tagħhom fir-rigward tal-FP 7;

Sejħiet għal proposti

13.  Jilqa' l-fatt li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014 tagħha, fil-ftehimiet ta' għotja ffirmati, 61 dikjarazzjoni ta' spiża li jinvolvu 551 benefiċjarju relatati mal-FP7 ġew validati matul l-2014; jindika li minn Jannar sa Diċembru 2014, intemm perjodu ta' rappurtar għal 71 proġett;

14.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-programm FP7 tal-FCH kien jikkonsisti f'155 ftehima ta' għotja li rriżultaw minn 7 sejħiet annwali organizzati matul is-snin 2008 sal-2013; jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-ewwel ftehimiet ta' għotja fil-qafas tal-programm Orizzont 2020 kellhom jiġu ffirmati fl-2015;

15.  Jilqa' l-isforzi tal-FCH biex ikun hemm stima ċara tad-domanda għal karozzi tal-linja b'ċelloli tal-fjuwil fl-Ewropa;

16.  Jindika li f'Mejju 2014 l-FCH2 ħadet f'idejha l-attività tal-FCH; jinnota li m'hemmx biżżejjed informazzjoni ċara dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tal-FCH (livell ta' pagamenti, pjan ta' pagamenti għas-snin li ġejjin);

Qafas ġuridiku

17.  Jieħu nota tal-fatt li r-regoli finanzjarji tal-FCH2 ġew adottati fit-30 ta' Ġunju 2014 abbażi tal-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata u b'kunsiderazzjoni għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 559/2014;

Sistemi ta' kontroll intern

18.  Jieħu nota tar-riżultati tal-Abbozz ta' Rapport tar-Rieżami Limitat dwar l-Użu u d-Disseminazzjoni tar-Riċerka mfassal mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-FCH2, li jistabbilixxu linji gwida u mudelli ġodda għal-laqgħat ta' rieżami ta' nofs it-terminu ma' analisti esterni;

Monitoraġġ u rapportar

19.  Jilqa' l-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, mill-2011 'l hawn, l-FCH2 ippubblikat ir-Rapport dwar l-Analiżi tal-Programmi tagħha kull sena, bl-għan li tivvaluta r-riżultati tal-proġetti tal-portafoll iffinanzjati mill-FCH2 meta mqabbla mal-objettivi strateġiċi tagħhom;

20.  Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-FCH2 tar-Rapport dwar l-Impatt Soċjo-Ekonomiku tal-attivitajiet tal-FCH;

21.  Jilqa' l-fatt li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali 2014 tagħha, minħabba t-tranżizzjoni lejn l-FCH2, il-prijoritajiet prinċipali għall-2014 kienu r-rivitalizzazzjoni tal-identità viżiva u l-iżvilupp mill-ġdid tas-sit web, kif ukoll it-titjib tal-immarkar u l-viżibbiltà.

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 51.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 53.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(8) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 51.
(9) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 53.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u tal-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p.1).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108).


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2
PDF 441kWORD 104k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2200(DEC))
P8_TA(2016)0197A8-0081/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0056/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi(4),

–  wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0081/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0056/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi(11),

–  wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0081/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0081/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi ("l-Impriża Konġunta IMI") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin bil-għan li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effikaċi u sikuri,

B.  billi wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014(15) f'Mejju 2014, l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Konġunta IMI 2") issostitwiet l-Impriża Konġunta IMI f'Ġunju 2014 bil-għan li tiffinalizza attivitajiet ta' riċerka tas-Seba' Programm Kwadru (''FP 7'') u estendiet iż-żmien operattiv tal-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2024,

C.  billi l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA) huma l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta,

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009,

E.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI hija ta' EUR 1 000 000 000, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru (FP 7) u l-membri fundaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż operattivi, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jisboqx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni,

F.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta IMI 2 hija ta' EUR 1 638 000 000, li għandha titħallas mill-baġit ta' Orizzont 2020, u l-Membri, għajr il-Kummissjoni, għandhom jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż operattivi u għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, jew it-tnejn li huma, ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni,

Kummenti ġenerali

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (''il-Qorti'') huwa bbażat fuq wisq rimarki ġenerali, għad-detriment ta' rimarki vijabbli u speċifiċi; jappella għalhekk li jsir awditu b'enfasi akbar fuq il-prestazzjoni finanzjarja annwali, l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti pluriennali (inkluża preżentazzjoni ċara tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena rispettiva u għas-snin preċedenti) u r-riżultati ta' l-implimentazzjoni tagħhom;

2.  Jinnota li l-istituzzjonijiet u l-korpi kull sena jeħtiġilhom jipproduċu Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja, u li l-informazzjoni pprovduta mill-Impriżi Konġunti f'dan ir-rapport kienet nieqsa mill-armonizzazzjoni u spiss ma kinitx kompluta; iqis f'dan ir-rigward li hemm bżonn ta' gwida min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tan-natura u l-kontenut tar-rapport;

3.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma 2016 tal-Qorti jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni ta' Impriżi Konġunti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

5.  Jieħu nota tan-nuqqas ta' informazzjoni fir-rigward tal-awditi ex-post imwettqa mill-Impriża Konġunta IMI u l-Impriża Konġunta IMI 2; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta' awditi ex-post, l-ammonti totali koperti u s-sejbiet;

6.  Jieħu nota tal-opinjoni pożittiva tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena 2014, u jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta laħqet il-limitu ta' materjalità;

7.  Jinnota mir-Rapport ta' Attività Annwali li, sa tmiem l-2014, kienu ġew finalizzati erba' rieżamijiet u awditi ex-post ta' kumpaniji magħżula li huma tal-EFPIA, u li kienu għadhom għaddejjin żewġ rieżamijiet u awditi oħra; dawk l-impenji jkopru l-akbar kontributuri ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-proġetti tal-Impriża Konġunta, u b'hekk jiżguraw il-kopertura estensiva tal-programm;

8.  Jinnota bi tħassib li l-prestazzjoni ta' kontrolli operattivi ex-ante fuq il-pagament ta' spejjeż tal-proġetti ma kinitx dokumentata biżżejjed; il-kontroll ex-ante mwettaq mill-Uffiċjali tal-Proġetti Xjentifiċi tal-Impriża Konġunta (SPO) ma identifikax b'mod ċar u ma kkummentax dwar l-istatus tal-proġett (għadu għaddej, għadu għaddej suġġett għal defiċjenzi, sospiż/ikkanċellat) u dwar ir-riżultati tanġibbli tiegħu (l-ebda riżerva, riżervi li jeħtieġu kjarifika, riżervi kbar); u l-pagament sar mingħajr elenkar uffiċjali tar-riżultati tanġibbli aċċettati mill-SPO u mingħajr ebda referenza għall-valutazzjoni ta' riżultati tanġibbli mill-SPO; jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta stabbilixxiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza l-osservazzjonijiet tal-awdituri u ssaħħaħ is-sistema ta' kontroll ex-ante;

9.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Impriża Konġunta għall-2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 223 000 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 171 000 000; ir-rata kumplessiva ta' implimentazzjoni kienet ta' 92,4 % (99,5 % għall-2013) għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 73,9 % (97,5 % għall-2013) għall-approprjazzjonijiet ta' pagament;

10.  Jinnota li fil-każ ta' attivitajiet operattivi, ir-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 93 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 74 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; madankollu, l-approprjazzjonijiet ta' impenn kienu impenjati f'livell globali, li jfisser li ma ġie ffirmat l-ebda ftehim ta' għotja korrispondenti sa tmiem l-2014;

11.  Iqis li, fin-nuqqas ta' separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-FP 7 u Orizzont 2020, dawn l-indikaturi ma jiżgurawx evalwazzjoni reali tal-prestazzjoni; jistieden lill-Qorti sabiex fir-rapporti futuri tagħha, l-informazzjoni rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit taħt l-FP 7 u dak ta' Orizzont 2020 tiġi stipulata b'mod separat;

12.  Jieħu nota tal-fatt li l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-FP 7 u Orizzont 2020 mhumiex ippreżentati separatament fir-Rapport ta' Attività Annwali; jieħu nota tal-fatt li, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-baġit operattiv, l-approprjazzjonijiet ta' impenn ippreżentati fir-Rapport ta' Attività Annwali tal-Impriża Konġunta u l-Kontijiet Annwali huma maqsuma skont l-FP 7 u Orizzont 2020; jitlob lill-Impriża Konġunta biex fir-rapporti annwali li ġejjin tinkludi aktar informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit (l-impenji u l-pagamenti) għall-programmi FP 7 u Orizzont 2020;

13.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni rigward il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tagħha tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li huma stipulati separatament għall-FP 7 u Orizzont 2020;

14.  Jinnota li l-programmi tal-Impriża Konġunta ffinanzjati taħt l-FP 7 għadhom għaddejjin; jieħu nota tal-fatt li dawn l-approprjazzjonijiet jibqgħu disponibbli sal-2017 minħabba r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta li jippermettu lill-Impriża Konġunta terġa' ddaħħal l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tagħha sa massimu ta' tliet snin wara li jkunu ġew ikkanċellati mill-baġit tal-Impriża Konġunta; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta twettaq bir-reqqa l-ippjanar baġitarju tagħha, filwaqt li tqis kif xieraq il-proċess parallel;

Sejħiet għal proposti

15.  Jilqa' l-fatt li s-sejħiet għal proposti taħt l-FP 7 għall-perjodu 2008-2013 irriżultaw f'54 ftehim ta' għotja b'total ta' EUR 897 000 000, li jammontaw għal 93 % tal-kontribuzzjoni massima tal-UE għall-Impriża Konġunta għal attivitajiet ta' riċerka;

16.  Jinnota li l-parteċipazzjoni tal-SMEs qiegħda tiżdied kontinwament, minħabba l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tagħha; sa tmiem l-2014 l-SMEs ammontaw għal 16 % (2013: 15 %) tal-benefiċjarji kollha; barra minn hekk, l-SMEs involuti fi proġetti tal-Impriża Konġunta rċevew 15,8 % tal-baġit totali; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli b'din ix-xejra;

17.  Jindika li billi l-Impriża Konġunta IMI 2 ħadet f'idejha l-attività tal-Impriża Konġunta IMI f'Ġunju 2014, m'hemmx biżżejjed informazzjoni ċara dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI (livell tal-pagamenti jew il-pjanijiet għall-pagamenti għas-snin sussegwenti);

Kunflitti ta' interess

18.  Jinnota li l-politika dwar il-kunflitti ta' interess għad-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tal-Impriża Konġunta hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha;

19.  Jilqa' l-fatt li d-dikjarazzjoni tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv ġiet ppubblikata fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta; l-ismijiet u s-CVs tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta, il-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati lkoll huma pubblikament disponibbli permezz tas-sit web; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tippubblika kull CV fuq il-websajt;

Qafas ġuridiku

20.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta IMI 2 ġew adottati fis-7 ta' Lulju 2014 abbażi tar-regolament finanzjarju mudell għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata;

Sistemi ta' kontroll intern

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) iffinalizza awditu dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-prestazzjoni operattiva, u li l-Impriża Konġunta indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

22.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fil-bidu tal-2015 ġew ikkompletati żewġ awditi – wieħed dwar kontrolli ex-ante għan-nefqa operattiva u ieħor dwar il-valutazzjoni tar-riskju; l-Impriża Konġunta indirizzat ir-rakkomandazzjoni dwar il-kontrolli ex-ante permezz ta' pjan ta' azzjoni li ġie aċċettat mill-IAS;

23.  Jilqa' l-pubblikazzjoni ta' analiżi qasira dwar ir-riżultati tal-proġetti tal-Impriża Konġunta marbuta mal-impatti soċjoekonomiċi fi Frar 2016; jinnota li qed titħejja analiżi estiża tal-impatt soċjo-ekonomiku minn esperti esterni u li għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn Mejju 2016; jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżenta dak ir-rapport lill-awtorità ta' kwittanza;

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 61.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 62.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(8) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 61.
(9) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 62.
(10) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.
(12) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54).


Kwittanza 2014 - L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
PDF 538kWORD 115k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2196(DEC))
P8_TA(2016)0198A8-0097/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0052/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0097/2016),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0052/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0097/2016),

1.  Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0097/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Marzu 2007 għal perjodu ta' 35 sena,

B.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata,

C.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Marzu 2008,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flus tagħha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti finanzjarji tagħha;

2.  Jinnota li l-istituzzjonijiet u l-korpi jeħtiġilhom jipproduċu kull sena rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u li l-informazzjoni pprovduta mill-Impriżi Konġunti f'dan ir-rapport kienet nieqsa mill-armonizzazzjoni u spiss ma kinitx kompluta; jinnota li tinħtieġ gwida mill-Kummissjoni fir-rigward tan-natura u l-kontenut tar-rapport;

3.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti enfasizza l-fatt li l-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fis-7 ta' Lulju 2010(13) approvaw EUR 6 600 000 000 (fil-valuri tal-2008) għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta lill-fażi ta' kostruzzjoni tal-Proġett ITER; jinnota li dik iċ-ċifra, li rdoppjat il-kosti inizjali bbaġitjati għal din il-fażi tal-proġett, ma kinitx tinkludi l-EUR 663 000 000 proposti mill-Kummissjoni fl-2010 biex ikopru kontinġenzi potenzjali; jirrikonoxxi li l-Organizzazzjoni ITER stabbiliet Fond ta' Riżerva bl-għan li jipprovdi mekkaniżmu aktar ċar li jikkumpensa lill-aġenziji domestiċi għal bidliet fid-disinn u jipprovdi inċentivi għall-organizzazzjoni interna biex tadotta soluzzjonijiet li jimminimizzaw il-kosti f'tentattiv biex tirrettifika d-dgħufija identifikata mill-Valutazzjoni tal-Ġestjoni tal-ITER tal-2013(14); iqis li ż-żieda notevoli fil-kosti tal-proġett tista' tikkomprometti lill-programmi l-oħrajn li huma wkoll iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u tista' tmur kontra l-prinċipju tal-"valur għall-flus";

4.  Jinnota bi tħassib li l-kumplessità tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta jimplikaw li l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett mill-Impriża Konġunta huwa espost għal riskji sinifikanti ta' żieda; josserva li dawn ir-riskji jirriżultaw prinċipalment minn tibdil fl-ambitu tar-riżultati tanġibbli tal-proġett kif ukoll minn dewmien fl-iskeda attwali li kienet meqjusa bħala mhux realistika u li r-rilaxx ta' pjan ġdid ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni ITER, inkluż l-ambitu, l-iskeda u l-kosti (il-"pjan ta' azzjoni l-ġdid tal-ITER"), mill-Kunsill tal-Organizzazzjoni ITER ("il-Kunsill tal-ITER"), ippjanat għall-Ġunju 2015, ġie pospost sa Novembru 2015 u issa hu skedat għal nofs l-2016; jinnota, barra minn hekk, li fiż-żmien tal-awditu, l-Impriża Konġunta stmat li d-dewmien għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett kien mill-inqas 43 xahar; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta diġà qiegħda tadotta politika stretta dwar dan ta' hawn fuq u qed toqgħod lura milli tipproċedi b'azzjonijiet ta' akkwist sakemm l-ispeċifikazzjonijiet għal kuntratti jkunu stabbli biżżejjed; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta wettqet rieżami tal-iskedi tal-akkwist għas-sistemi kollha biex tiżgura li t-tul tal-attivitajiet ikunu korretti u li l-ħidma ppjanata tkun fattibbli fil-qies tar-riżorsi disponibbli fi ħdan l-organizzazzjoni(15);

5.  Jieħu nota tal-fatt li l-aktar stima reċenti tad-defiċit (kontinġenza negattiva) sal-finalizzazzjoni tal-fażi ta' kostruzzjoni, ikkalkolata mill-Impriża Konġunta f'Novembru 2014, kienet ta' EUR 428 000 000 (valuri tal-2008); jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta attwalment qiegħda taħdem fuq stima aktar preċiża u aġġornata permezz ta' miżuri ta' trażżin tal-kosti u li l-kontroll tal-kosti ser ikompli jkun prijorità fuq il-livell globali tal-ġestjoni tal-proġett taħt it-tmexxija tad-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-Organizzazzjoni ITER; jirrimarka li, matul il-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li saret fit-22 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni ddikkjarat pubblikament li "ċaħdet" il-proposta tal-pjan ta' azzjoni magħmula mid-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-Organizzazzjoni ITER; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta implimentat sistema ċentrali biex tiġġestixxi d-data tal-ikkostjar sabiex iżżomm kontroll mill-qrib fuq l-evoluzzjoni tal-baġit u tissorvelja d-devjazzjonijiet fil-kosti fuq bażi regolari(16);

6.  Iħeġġeġ lid-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-Organizzazzjoni ITER biex iressaq pubblikament il-pjan ta' azzjoni l-ġdid tal-ITER; jistenna li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid tal-ITER jevita b'mod ċar kwalunkwe dewmien ulterjuri jew kosti addizzjonali lill-Proġett ITER;

7.  Jistieden lill-Impriża Konġunta biex tipparteċipa b'mod attiv fil-pjan ta' azzjoni l-ġdid tal-ITER, li għandu jinkludi l-iskeda u l-ambitu tal-proġett; jistenna li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid tal-ITER jinkludi miżuri biex jiġu indirizzati l-osservazzjonijiet kollha rikonoxxuti mill-Qorti.

8.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta għadha qed tiżviluppa sistema ċentrali u uniformi biex tintegra d-data operazzjonali kollha u biex tippermetti monitoraġġ u kontroll regolari tal-istimi, il-kosti u d-devjazzjonijiet; jissottolinja l-importanza li tkun implimentata sistema bħal din; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta għadha m'aġġornatx il-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni mill-Impriża Konġunta lill-Proġett ITER lil hinn mill-finalizzazzjoni tal-fażi ta' kostruzzjoni; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta għandha sistema għalkollox operazzjonali biex tikkontrolla u timmonitorja l-kosti fil-livell tal-arranġamenti ta' akkwist u fil-livell tas-sistema, għalkemm fiż-żmien tal-awditjar ma kienx għad kellha d-data kollha fil-livell 6 (kuntratti); jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta stmat il-kosti li jikkonċernaw proġetti fit-timijiet ta' proġetti individwali u mhux b'mod ċentralizzat u uniformi; jinnota li l-Impriża Konġunta tħaddem numru ta' għodod ta' ġestjoni tad-data biex iżżomm u tiġġestixxi d-data operattiva u finanzjarja tagħha, integrati minn sistema ta' rapportar ċentrali, u li x-xogħol jinsab għaddej biex itejjeb is-sistema tagħha għall-ġestjoni ta' data tal-kosti u tad-devjazzjonijiet;

9.  Jaċċerta li, minħabba fl-isfidi li l-Proġett ITER qed jiffaċċja bħalissa, id-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-Organizzazzjoni ITER ressaq pjan ta' azzjoni lill-Kunsill tal-ITER b'miżuri speċifiċi biex jindirizzaw ir-restrizzjonijiet prinċipali li bħalissa qed jaffettwaw l-iżvilupp tal-proġett; jinnota, barra minn hekk, li, fir-rigward tal-Impriża Konġunta, l-aġent direttur il-ġdid ipprepara pjan ta' azzjoni għall-Impriża Konġunta li fil-biċċa l-kbira jappoġġja l-pjan ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni ITER; jirrikonoxxi li l-aġent direttur tal-Impriża Konġunta ressaq il-pjan ta' azzjoni lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta f'Marzu 2015, meta l-pjan ġie approvat b'mod sħiħ, u li l-pjan ta' azzjoni tal-Impriża Konġunta jikkomplementa l-pjan ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni ITER f'għadd ta' aspetti u jidentifika aktar titjib fl-operazzjonijiet proprji tal-Impriża Konġunta; josserva li, fiż-żmien tal-awditjar, il-miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni taż-żewġ pjanijiet ta' azzjoni kienu għadhom qed jiġu stabbiliti; jinnota, barra minn hekk, li minn Marzu 2015, dawk il-pjanijiet ta' azzjoni ġew implimentati u segwiti mill-qrib mill-Organizzazzjoni ITER u mill-Impriża Konġunta, u li huwa mistenni li jġibu titjib;

10.  Jinnota li l-Kunsill tal-ITER approva wkoll skeda ta' ħidma għall-Organizzazzjoni ITER għas-snin 2016 u 2017, flimkien ma' ġabra ta' miri li jridu jintlaħqu f'dawk is-snin; jitlob lill-Impriża Konġunta tressaq dawk il-miri b'aktar dettall lill-awtorità ta' kwittanza;

11.  Jieħu nota tal-fatt li l-baġit finali 2014 disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 1 168 800 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 576 600 000; ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' dawk ta' pagament kienu ta' 100 % u 88,5 % rispettivament; jinnota, madankollu, li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fir-rigward tal-baġit inizjali 2014 kienet ta' 73 %;

12.  Josserva li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn, 23 % ġew implimentati permezz ta' impenji individwali diretti filwaqt li s-77 % li kien fadal ġew implimentati permezz ta' impenji globali; josserva li r-rata baxxa ta' implimentazzjoni mil-lat tal-impenji individwali hija spjegata permezz tad-dewmien kumplessiv tal-Proġett ITER u l-bosta talbiet għal bidliet magħmula mill-Organizzazzjoni ITER;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.  Jieħu nota tal-fatt li sar progress sinifikanti u l-maġġoranza tas-CVs tal-Bord ta' Tmexxija u tal-membri tal-korpi sussidjajrji tal-Impriża Konġunta ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tagħha; jinnota, barra minn hekk, li, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Tmexxija, dawk il-membri li jonqsu milli jippubblikaw is-CVs tagħhom ma jkunux jistgħu jaċċedu għas-sistema ta' ġestjoni tad-dokumenti tal-Impriża Konġunta li fiha d-dokumentazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija(17);

Ftehim mal-Istat Ospitanti

14.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta laqgħet l-offerta magħmula mir-Renju ta' Spanja, li ppropona bini ġdid kondiviż ma' istituzzjoni Spanjola; josserva, madankollu, li ma ntlaħaqx ftehim minħabba li, wara li saret analiżi minn arkitett indipendenti estern, instab li l-ispazju disponibbli ma kienx idoneu(18); iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tan-negozjati reċenti rigward kuntratt ġdid fil-bini ospitanti eżistenti;

Kondizzjonijiet tax-xogħol

15.  Huwa mħasseb ħafna bil-fatt li l-Impriża Konġunta għadha ma adottatx ir-regoli kollha li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Persunal; jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta invokat żewġ miżuri tranżitorji sabiex jiġi evitat vakwu ġuridiku sakemm jiġu adottati formalment ir-regoli ta' implimentazzjoni pendenti għar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota, madankollu, li sar progress f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tirrimedja s-sitwazzjoni b'mod urġenti; jistieden lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar aktar żviluppi u dwar l-istat ta' implimentazzjoni(19);

Sistemi ta' kontroll intern

16.  Jinnota li fl-2014, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta ("IAC") wettqet rieżami tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kuntratt u ddeskriviet fil-qosor l-eżistenza ta' fatturi importanti ta' riskju bħat-tfassil immatur ta' xi wħud mill-attivitajiet tal-ITER, l-għadd kbir ta' talbiet għal bidliet tal-proġett, l-iskeda mhux realistika tal-proġett u d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet; josserva li hu diffiċli għall-Impriża Konġunta li tnaqqas xi wħud minn dawn ir-riskji b'mod effikaċi, peress li huma attribwibbli għall-Organizzazzjoni ITER; jinnota, barra minn hekk, li r-rieżami identifika wkoll li kontrolli aktar b'saħħithom u bidliet fil-proċessi huma meħtieġa, b'mod partikolari fil-kontroll tal-ġestjoni u tal-bidliet, fil-ġestjoni finanzjarja tal-kuntratti u fil-ġestjoni ta' nuqqasijiet ta' konformità;

17.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li s-sistema interna għall-ġestjoni tar-riskju korporattiv tal-Impriża Konġunta identifikat għaxar riskji ġodda fl-2014; jinnota li, mit-32 azzjoni identifikati biex jiġu indirizzati s-sitt riskji għoljin ħafna, 13 ġew implimentati, disgħa kienu għaddejjin, waħda ġiet ikkanċellata bħala skaduta, u disgħa ma kienux inbdew fiż-żmien tal-awditjar;

18.  Jaċċerta li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ("IAS") wettaq rieżami limitat dwar il-ġestjoni tal-kuntratti u rrimarka li l-Impriża Konġunta qed tinbidel minn organizzazzjoni prinċipalment orjentata lejn l-akkwist għal organizzazzjoni li prinċipalment tiġġestixxi l-kuntratti; josserva li r-rieżami kkonkluda li l-Impriża Konġunta qed tagħmel progress fl-istabbiliment ta' kontrolli mal-entitajiet kollha sabiex tindirizza r-riskji relatati mal-implimentazzjoni tal-kuntratti; josserva, madankollu, li hija identifikat ukoll ċertu numru ta' oqsma fejn il-kontrolli fis-seħħ mhumiex maturi biżżejjed, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni ta' emendi għal kuntratti u tal-kontinġenzi;

Għotjiet u kuntratti għall-akkwist operazzjonali

19.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-proċeduri nnegozjati kkostitwew 58 % mis-67 proċedura tal-offerti operattivi mnedija fl-2014, u li hemm lok għal titjib tal-proċeduri ta' akkwist;

20.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li r-rapport tal-Qorti sab li, b'eċċezzjoni waħda, l-Impriża Konġunta naqset milli tipprovdi l-ammont allokat lill-kuntratti differenti mill-baġit limitat għal massimu ta' EUR 6 600 000 000 fiż-żmien tat-tnedija tal-proċedura u ma pprovdietx il-valur għall-istima mat-tlestija ("EAC") ta' dawn l-attivitajiet; ifakkar lill-Impriża Konġunta li din l-informazzjoni hija essenzjali biex jiġu kkalkolati d-devjazzjonijiet tal-kosti mil-baġit limitat għal valur massimu; jinnota, barra minn hekk, li f'każ minnhom, id-devjazzjoni tal-valur mogħti tal-kuntratt fuq il-linja bażi tal-kosti kien ta' 29 % u li din id-devjazzjoni ma ġietx irrappurtata fir-rapport tal-kumitat ta' evalwazzjoni; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tkun trasparenti u tirrispetta b'mod strett il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

21.  Jinnota bi tħassib li r-rapport tal-Qorti jirreferi għal nuqqasijiet li nstabu waqt il-valutazzjoni tal-offerti finanzjarji mill-kumitat għall-evalwazzjoni; josserva li, f'kaz minnhom, la l-għażliet kuntrattwali, li jammontaw għal EUR 32 000 000, u lanqas il-kosti addizzjonali li għandhom jiġġarrbu ma tqiesu fil-valutazzjoni; jinnota li, f'każ ieħor, l-offerti ma tqabblux mal-valur allokat mill-baġit limitat għal valur massimu, jew mal-linja bażi tal-kosti; jirrimarka li r-rapporti tal-kumitat tal-evalwazzjoni ma ddikjarawx l-EAC għal dawn il-kuntratti f'kull proċedura li ġiet rieżaminata;

22.  Jinnota li l-prestazzjoni ta' ċerti proċeduri ta' akkwist kienet affettwata minn dewmien, u li fi proċedura waħda ta' akkwist, l-Impriża Konġunta kellha tinkludi attività mhux prevista u mhux ibbaġitjata fil-programm ta' ħidma tal-2014, li tirriżulta f'kuntratt addizzjonali ta' EUR 2 880 000; josserva, li fi proċedura minnhom ta' akkwist, il-valutazzjoni tal-kriterji tekniċi tal-għoti pprovduta mill-kumitat ta' evalwazzjoni fir-rapport tal-kumitat ta' evalwazzjoni kienet ġenerika wisq u l-kummenti rreġistrati ma kinux dettaljati b'mod suffiċjenti biex jappoġġjaw il-punteġġi mogħtija; jinnota, barra minn hekk, li fi tliet proċeduri ta' akkwist, għalkemm hi ppubblikat l-avviżi korrispondenti dwar kuntratti u wettqet għadd ta' attivitajiet ta' qabel l-akkwist, l-Impriża Konġunta ma rreklamatx il-kuntratti permezz ta' avviż ta' informazzjoni minn qabel sabiex iżżid il-viżibbiltà u l-kompetizzjoni, kif irrakkomandat mill-Vademecum tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku;

Kontroll u monitoraġġ kumplessivi ta' għotjiet u kuntratti ta' akkwist operazzjonali

23.  Jirrikonoxxi li l-pjanijiet ta' azzjoni adottati mill-Impriża Konġunta, b'rispons għall-awditi interni taċ-ċirkwiti finanzjarji, il-ġestjoni tal-għotjiet u l-kuntratti tal-esperti, ġew implimentati kompletament, jew fil-biċċa l-kbira tagħhom, fiż-żmien tal-awditjar sa Marzu 2015; jinnota, barra minn hekk, li, minn 46 rakkomandazzjoni li għadhom għaddejja, l-iskadenzi għall-implimentazzjoni ta'29 rakkomandazzjoni kienu skadew, rigward il-pjanijiet ta' azzjoni adottati mill-Impriża Konġunta b'rispons għall-awditi interni mwettqa;

24.  Josserva li l-awditi ex-post dwar l-għotjiet ma kinux konklużi fil-mument meta l-Qorti wettqet l-awditu;

Qafas ġuridiku

25.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ma emendatx ir-regoli finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-bidliet li rriżultaw mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid(20) u mill-qafas tar-regolament finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid(21); jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta adottat miżuri u bdiet djalogu mal-Kummissjoni sabiex tinstab soluzzjoni għal dik il-kwistjoni(22); jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward;

Drittijiet ta' proprjetà intellettwali u politika industrijali

26.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta tqis il-miżuri fis-seħħ bħala effiċjenti biex itaffu r-riskji u jżidu l-kompetizzjoni; jinnota li, fir-rigward tal-politika industrijali, l-Impriża Konġunta implimentat 24 mit-32 azzjoni previsti sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2014(23);

27.  Jaċċerta li l-Impriża Konġunta ħadet miżuri rigward drittijiet esklużivi ta' sfruttament fuq proprjetà intellettwali prodotta f'oqsma lil hinn mill-fużjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta kellha l-intenzjoni tiżviluppa definizzjonijiet u metodoloġiji biex jiġu identifikati applikazzjonijiet tal-fużjoni; ifakkar l-importanza kbira ta' din il-kwistjoni; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward(24).

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 33.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 34.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 33.
(8) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 34.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istatus tal-ITER tas-7 ta' Lulju 2010 (ref. 11902/10).
(14) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(15) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(16) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(17) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(18) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(19) ITER AAR - p. 104 & Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(20) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(21) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(22) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(23) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.
(24) Rapport ta' segwitu għall-Kwittanza 2013.


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta SESAR
PDF 442kWORD 100k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2197(DEC))
P8_TA(2016)0199A8-0089/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0053/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0089/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2197(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0053/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0089/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2197(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0089/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta SESAR ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li hu intenzjonat biex jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku fl-Ewropa,

B.  billi l-Impriża Konġunta SESAR 2 ħadet post l-Impriża Konġunta SESAR f'Ġunju 2014 skont l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, u estendiet it-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024,

C.  billi l-proġetti SESAR huma maqsumin f'''fażi ta' definizzjoni" (2004-2007) immexxija minn Eurocontrol, "fażi ta' żvilupp" inizjali (2008-2016) iffinanzjata mill-perjodu ta' programmazzjoni 2008-2013 ġestita mill-Impriża Konġunta u "fażi ta' twaqqif" (2014-2020) attiva b'mod parallel mal-"fażi ta' żvilupp"; billi l-fażi ta' twaqqif mistennija titmexxa mill-industrija u l-partijiet interessati għall-produzzjoni u l-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-infrastruttura l-ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru,

D.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fl-2007,

E.  billi l-Impriża Konġunta ġiet iddisinjata bħala sħubija pubblika-privata, bl-Unjoni u Eurocontrol bħala membri fundaturi,

F.  billi l-baġit għall-fażi ta' żvilupp 2008-2016 tal-proġett SESAR huwa ta' EUR 2 100 000 000, u għandu jiġi pprovdut f'partijiet ugwali mill-Unjoni, Eurocontrol u s-sħab pubbliċi u privati parteċipanti,

Ġenerali

1.  Jikkonstata li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri huwa bbażat fuq wisq rimarki ġenerali għad-detriment ta' rimarki vijabbli u speċifiċi; jappella għalhekk li jsir awditu b'enfasi akbar fuq il-prestazzjoni finanzjarja annwali, l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti pluriennali (inkluża preżentazzjoni ċara tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena rispettiva u għas-snin preċedenti) u r-riżultati u l-implimentazzjoni tagħhom;

2.  Jinnota li l-Istituzzjonijiet u l-Korpi kull sena jeħtiġilhom jipproduċu Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja, u li l-informazzjoni pprovduta mill-Impriża Konġunti f'dan ir-rapport kienet nieqsa mill-armonizzazzjoni u spiss ma kinitx kompluta; hemm bżonn ta' gwida min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tan-natura u l-kontenut tar-rapport;

3.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri għall-2016 jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni tal-Impriżi Konġunti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jikkonstata mir-rapport tal-Kontijiet Annwali Finali li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 13 119 600 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 121 942 760(13);

5.  Jinnota li r-rata ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 99,4 % (99,6 % fl-2013); jinnota barra minn hekk li r-rata ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 79,8 % (94,4 % fl-2013)(14);

6.  Jieħu nota tal-fatt li tliet pagamenti minn 15-il dikjarazzjoni ta' spejjeż annwali tal-membri, ġew posposti mill-aħħar tal-2014 għall-bidu tal-2015; jistieden lill-Impriża Konġunta u lill-membri tagħha jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż fi żmien debitu u jevitaw posponimenti, u jiżguraw li l-ġestjoni finanzjarja tar-riżorsi finanzjarji tagħha tkun tajba dejjem;

7.  Jinnota li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ġew adottati fil-25 ta' Ġunju 2015 mill-Bord Amministrattiv(15), skont Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottata fl-4 ta' Ġunju 2015, li tawtorizza li jkun hemm derogi fir-rigward tar-Regoli Finanzjarji għall-Impriża Konġunta mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013;

8.  Jindika li, sal-31 ta' Diċembru 2014, il-fażi ta' żvilupp tal-Impriża Konġunta kienet tinkludi ħidma fuq proġetti minn 16-il membru (inkluża Eurocontrol) dwar attivitajiet tal-programm li jinvolvu aktar minn 100 entità privata u pubblika u sottokuntratturi; jilqa' l-fatt li, mit-369 proġett tal-programm SESAR li jaqgħu taħt ir-raba' emenda għall-Ftehim Qafas Multilaterali, 348 (94 %) kienu qed jiġu implimentati jew kienu ġew ikkompletati(16);

9.  Jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li ġew impenjati 100 % (EUR 556 miljun) tal-kontribuzzjonijiet ta' kofinanzjament tal-Unjoni u ta' Eurocontrol pagabbli lill-15-il membru l-oħrajn (mill-1 ta' Jannar 2014 'l hawn) taħt ir-raba' emenda għall-Ftehim Qafas Multilaterali; jikkonstata barra minn hekk li 66 % (EUR 369 miljun) tħallsu sal-31 ta' Diċembru 2014, filwaqt li l-34 % (EUR 187 miljun) li fadal mistennija jitħallsu sal-31 ta' Diċembru 2017(17);

10.  Jieħu nota tan-nuqqas ta' informazzjoni rigward l-awditi ex-post imwettqa minn SESAR u SESAR2; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex fir-rapporti futuri tinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta' awditi ex-post, l-ammonti totali koperti u s-sejbiet;

11.  Jinnota li l-eżekuzzjoni tal-baġit allokat lis-Seba' Programm Kwadru (FP7) hija ta' 99,44 % għall-impenji (EUR 13 046 425 minn EUR 13 119 600) u 79,82 % għall-pagamenti (EUR 97 328 996 minn EUR 121 942 760)(18); jinnota barra minn hekk li ċ-ċifri ma kinux disponibbli għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament allokati għal Orizzont 2020; iqis li, fin-nuqqas ta' separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-FP7 u Orizzont 2020, dawk l-indikaturi (approprjazzjonijiet u impenji) ma jiżgurawx evalwazzjoni reali tal-prestazzjoni; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'informazzjoni li tikkonċerna s-sena finanzjarja 2014 u biex tinkludi b'mod separat fir-rapporti tas-snin futuri, informazzjoni rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit għall-FP7 u Orizzont 2020;

12.  Jinnota li l-programmi tal-Impriża Konġunta ffinanzjati taħt l-FP7 għadhom għaddejjin; jieħu nota tal-fatt li dawn l-approprjazzjonijiet jibqgħu disponibbli sal-2016 minħabba r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta li jippermettulha terġa' ddaħħal l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tagħha sa massimu ta' tliet snin wara li jkunu ġew ikkanċellati mill-baġit tal-Impriża Konġunta; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta twettaq bir-reqqa l-ippjanar baġitarju tagħha, filwaqt li tqis kif xieraq il-proċess parallel;

13.  Jiddispjaċih li hemm informazzjoni limitata rigward il-kontribuzzjonijiet in natura/fi flus; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex fir-rapporti futuri tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjonijiet imħallsa in natura/fi flus għall-FP7 u Orizzont 2020, li għandhom jiġu ppreżentati b'mod separat;

Sejħiet għal proposti

14.  Jilqa' l-fatt li waħda mill-kisbiet prinċipali fl-2014 kienet it-tnedija ta' proġett ġdid dwar l-Avjazzjoni Ġenerali u l-Operazzjonijiet Rotocraft(19);

15.  Jindika li f'Ġunju 2014 SESAR2 ħadet f'idejha l-attività ta' SESAR; jinnota li m'hemmx biżżejjed informazzjoni ċara dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti SESAR (livell ta' pagamenti, pjanijiet ta' pagamenti għas-snin li ġejjin);

Funzjoni ta' awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

16.  Jieħu nota tal-fatt li l-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta wettqet awditi tar-riżorsi umani / tar-reklutaġġ u dwar il-validazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-Fluss tal-Ħidma tal-Kontabilità Abbażi tad-Dovuti, kif ukoll servizzi oħra ta' assigurazzjoni u ta' konsulenza(20);

17.  Jieħu nota tal-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu tal-ġestjoni tar-riskju segwit minn valutazzjoni tar-riskju; saru tliet rakkomandazzjonijiet (li l-ebda waħda minnhom ma ġiet immarkata bħala ''kritika'', iżda li tnejn minnhom kienu meqjusa bħala ''importanti ħafna'' u waħda bħala ''importanti'') b'riżultat tal-awditu u ġew aċċettati; bħalissa qed jiġi implimentat pjan ta' azzjoni(21);

18.  Jilqa' l-iffirmar ta' memorandum ta' kooperazzjoni mal-Impriża Konġunta Clean Sky2, li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet u s-sinerġiji;

19.  Jiddispjaċih li l-Impriża Konġunta naqset milli tippubblika rapport dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-attivitajiet tagħha; jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza r-rapport imsemmi hawn fuq.

Ġestjoni tar-Riskju

20.  Jirrikonoxxi li matul l-2014, l-Impriża wettqet żewġ rieżamijiet ewlenin biex tivvaluta mill-ġdid ir-riskji ewlenin tal-programm u l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni relatati; jinnota li r-rieżami rriżulta f'lista ta' 33 riskju marbuta mal-Programm u l-Impriża Konġunta, li minnhom disgħa kienu meqjusa bħala ''riskji ewlenin'' minħabba l-livell ta' sensittività kritika tagħhom; iqis li għadd ta' fatturi esterni fl-2014 wasslu għal inċertezza fil-ġejjieni tal-programm u għall-identifikazjoni ta' għadd akbar ta' riskji mis-soltu (previżjonijiet ekonomiċi inċerti, qafas finanzjarju pluriennali ġdid kif ukoll tibdil fl-organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta SESAR u fid-DĠ ta' referenza, eċċ.); jilqa' l-fatt li azzjonijiet speċifiċi ta' rimedju ġew jew qegħdin jiġu implimentati mill-Impriża Konġunta;

Ir-rwol tal-Impriża Konġunta

21.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Impriża fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riċerka fil-proġett SESAR, li huwa proġett pilastru tal-Ajru Uniku Ewropew; jinnota wkoll li s-sena 2014 tirrappreżenta l-bidu tal-fażi ta' mobilizzazzjoni tal-proġett SESAR; jilqa' f'dan ir-rigward l-istabbiliment ta' Maniġer għall-Mobilizzazzjoni tas-SESAR biex jirrapporta u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet operattivi ġodda u titjib teknoloġiku żviluppati mis-SESAR, filwaqt li jiżgura l-mobilizzazzjoni effikaċi tagħha;

22.  Jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta u lill-Maniġer għall-Mobilizzazzjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, biex iżidu l-għadd u l-kwalità tal-proġetti proposti taħt il-programm ta' trasport Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew matul il-proċedura baġitarja, li hija favur li jiġu rkuprati l-ammonti totali li kienu ġew rilokati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS);

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 70.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 72.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 70.
(8) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 72.
(9) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(10) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(13) Rapport tal-QEA għas-sena finanzjarja 2014, Anness I, p. 2.
(14) Rapport tal-QEA għas-sena finanzjarja 2014, p. 7.
(15) Rapport tal-QEA għas-sena finanzjarja 2014, p. 8.
(16) Rapport tal-QEA għas-sena finanzjarja 2014, p. 7.
(17) Rapport tal-QEA għas-sena finanzjarja 2014, p. 7.
(18) Il-kontijiet finali SESAR - p. 36
(19) Rapport ta' Attività Annwali, p. 33.
(20) Rapport tal-QEA għas-sena finanzjarja 2014, p. 8.
(21) Rapport ta' Attività Annwali, p. 119.


Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2014
PDF 495kWORD 165k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2014 (2015/2127(INI))
P8_TA(2016)0200A8-0050/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività tal-2014 tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju tal-2014 u r-Rapport Statistiku tal-2014 tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2014 dwar is-Sostenibbiltà, ir-Rapport tal-2014 dwar valutazzjoni fuq 3 pilastri għall-operazzjonijiet tal-BEI fi ħdan l-UE u r-Rapport tal-2014 dwar ir-Riżultati barra l-UE tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-Kumitat ta' Awditjar tal-BEI għas-sena 2014,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2014 dwar Attivitajiet Kontra l-Frodi tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra l-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI għall-2014-2016 (is-17 ta' Diċembru 2013), il-Pjan Operazzjonali Korporattiv tal-FEI għall-2014-2016 (Diċembru 2013) u l-Pjan Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI għall-2015-2017 (il-21 ta' April 2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika għat-Trasparenza tal-BEI fl-2014,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Attività tal-2014 tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità tal-BEI,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 5 tat-TFUE dwar l-Istatut tal-BEI,

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2012(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2013(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea(3) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea (COM(2014)0168),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013 u d-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 670/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2012, li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (b'rabta mal-fażi pilota għall-Inizjattiva dwar bonds li jiffinanzjaw proġetti Ewropa 2020),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 li jirreferu espliċitament għall-involviment tal-BEI f'fond ġdid immirat lejn investimenti biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija u jiġu modernizzati sistemi tal-enerġija fl-Istati Membri bi dħul iktar baxx,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ''Pjan ta' Investiment għall-Ewropa'' (COM(2014)0903),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2015 intitolata "Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (COM(2015)0361),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0050/2016),

A.  billi l-kompitu ewlieni tal-BEI bħala l-bank tal-UE huwa li jappoġġa finanzjarjament proġetti fl-interess tal-Unjoni li jikkontribwixxu għal żvilupp bilanċjat tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, u b'hekk jissaħħu l-integrazzjoni Ewropea, filwaqt li jikkontribwixxu għal rata ogħla tal-impjieg u għall-kompetittività tal-Unjoni;

B.  billi l-attivitajiet kollha ffinanzjati mill-BEI għandhom ikunu konsistenti mat-Trattati tal-UE u l-objettivi ġenerali tal-UE u l-oqsma ta' prijorità, kif definiti mill-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Faċilità għat-Tkabbir u l-Impjiegi;

C.  billi, bil-għan li jwettaq il-kompitu tiegħu, il-BEI għandu jagħti self u garanziji li jiffaċilitaw il-finanzjament ta' proġetti fis-setturi kollha tal-ekonomija, filwaqt li jopera fuq bażi ta' mingħajr qligħ;

D.  billi b'riżultat tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali tal-2008 tfaċċa distakk serju fl-investiment u livelli estremi ta' qgħad, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, flimkien mal-prospettiva ta' staġnar fit-tul tal-ekonomija Ewropea;

E.  billi fil-preżent kemm l-Istati Membri individwali u kemm l-UE inġenerali qed iħabbtu wiċċhom ma' sfida kbira mingħajr preċedent fl-istorja kollha tal-UE, li jimmaniġġjaw flussi tal-massa ta' migranti minn reġjuni differenti fid-dinja;

F.  billi fiċ-ċirkustanzi preżenti r-rwol ċentrali tal-BEI issa huwa kkaratterizzat minn grad ta' urġenza ġdid fuq bażi kwalitattiva għall-implimentazzjoni effettiva tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u għall-operazzjoni effiċjenti tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), bħala l-mezz prinċipali biex tingħata spinta lit-tkabbir, jinħolqu impjiegi deċenti u jingħelbu l-qasmiet soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni;

G.  billi l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) għandu rwol kruċjali fir-rispons tal-Grupp tal-BEI għal dak li jirrigwarda l-indirizzar tal-konsegwenzi aktar fit-tul tal-kriżi, u jikkontribwixxi wkoll għall-irkupru tal-ekonomija Ewropea permezz tal-appoġġ lill-SMEs;

H.  billi l-BEI m'għandux ikun biss istituzzjoni finanzjarja iżda wkoll bank ta' għarfien u prattiki tajba, li jagħti parir lill-Istati Membri u l-partijiet interessati ekonomiċi u jikkontribwixxi biex jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-fondi tal-UE;

I.  billi l-finanzjament tal-operazzjonijiet mill-BEI barra mill-UE huwa mfassal b'mod li jappoġġa l-objettivi tal-politika esterna tal-UE, skont il-valuri tal-Unjoni u abbażi tar-rispett għal standards soċjali u ambjentali sostenibbli;

J.  billi l-iskala u l-kumplessità tal-kompiti li qed iħabbat wiċċu magħhom il-BEI fil-preżent, jappellaw għal impenn imġedded biex jiġi evitat strettament il-finanzjament ta' proġetti li jiksru l-istandards bażiċi ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u b'hekk issir ħsara lill-kredibbiltà tal-BEI bħala istituzzjoni finanzjarja pubblika bi klassifikazzjoni AAA u reputazzjoni inkontestabbli;

Il-programm ta' investiment tal-BEI li jsostni l-għanijiet ta' politika tal-UE

Nagħtu prijorità lill-investimenti biex jitħaffef l-irkupru u tissaħħaħ il-produttività

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapporti Annwali għall-2014 tal-BEI u l-kisbiet li kellu ppreżentati fih, u jħeġġeġ lill-BEI sabiex ikompli fl-isforzi tiegħu biex jiżdied il-livell baxx ta' investiment fl-UE;

2.  Jilqa' b'mod partikolari l-fatt li fl-2014 il-BEI ffinanzja 285 000 intrapriża żgħira u ta' daqs medju, b'hekk issalvagwardja 3.6 miljun impjieg, u ffirma kuntratti għal total ta' 413-il proġett fi ħdan l-UE b'valur ta' EUR 69 biljun u 92 proġett ġdid barra mill-UE għal total ta' EUR 7.98 biljun; jilqa' l-fatt li fl-istess sena l-FEI impenja EUR 3.3 biljun permezz tal-attivitajiet ta' ekwità u ta' garanzija tiegħu għall-benefiċċju ta' negozji iżgħar, u b'hekk irreġistra l-implimentazzjoni b'suċċess ta' wieħed mill-aktar pjanijiet ta' negozju ambizzjużi tal-BEI, b'total ta' EUR 80.3 biljun f'finanzjament tal-Grupp tal-BEI; jilqa' l-fatt li l-volum ta' firem miksuba mill-BEI fl-2014 kien fl-ogħla livell tiegħu mill-2009 'l hawn, iżda jenfasizza li l-livelli ta' firem għandhom potenzjal ogħla; jappoġġa ż-żieda fil-kapital tal-BEI b'EUR 10 biljuni li ntlaħaq qbil dwarha fl-2012 mill-Istati Membri kollha;

3.  Josserva madankollu li fl-2014 59.4 % tal-proġetti kollha ffirmati mill-BEI ġew allokati lill-aqwa ħames ekonomiji tal-UE, filwaqt li s-sehem tat-23 Stat Membru l-oħrajn kien biss ta' 30.3 %; jinkoraġġixxi lill-BEI jimplimenta politika ta' self aktar bilanċjata għall-Istati Membri, meta titqies l-intensità tal-isfidi kemm dawk attwali kif ukoll dawk fuq terminu twil li qed tiffaċċja l-Unjoni;

4.  Jistieden lill-BEI jipprovdi aktar appoġġ tekniku fl-istadju ta' qabel l-approvazzjoni lil dawk l-Istati Membri li għandhom rata ta' suċċess aktar baxxa għall-approvazzjoni tal-proġetti, u jinkoraġġixxi lill-BEI jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-iżvilupp b'suċċess tal-proġetti;

5.  Jistieden lill-BEI jiffoka fuq l-investimenti fl-ekonomija reali sabiex jistimula l-impjiegi u t-tkabbir fl-UE;

6.  Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rati għoljin ferm ta' qgħad f'ħafna Stati Membri, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, u jħeġġeġ lill-BEI jikkunsidra din is-sitwazzjoni meta jimplimenta l-politiki tiegħu;

7.  Jinnota li l-operazzjonijiet, filwaqt li jittieħed kont tad-disponibbiltà tal-fondi, għandhom jiġu mmirati lejn il-ġenerazzjoni ta' investimenti li jsaħħu l-irkupru ekonomiku u l-impjiegi produttivi, u akkumpanjati minn appoġġ konsistenti lill-Istati Membri bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' assorbiment fejn meħtieġ, kif ukoll minn impenn kontinwu biex jiġi evitat ir-riskju ta' frammentazzjoni territorjali;

8.  Jinnota li kapaċità insuffiċjenti ta' ġenerazzjoni ta' proġetti fis-setturi pubbliċi u privati u livelli baxxi ta' kapaċità ta' self f'xi Stati Membri, flimkien mal-kundizzjonijiet tas-suq attwali jippreżentaw sfidi sinifikanti għall-programm ta' self tal-BEI; iħeġġeġ lill-BEI għaldaqstant biex iżid sostanzjalment l-assistenza teknika u l-konsulenza finanzjarja tiegħu fl-oqsma ewlenin kollha ta' attività, u dan fuq bażi faċilment aċċessibbli u fir-rigward tal-Istati Membri kollha sabiex jintlaħaq livell ħafna ogħla ta' kapaċità li tiġġenera t-tkabbir;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tal-Qafas ta' Valutazzjoni fuq Tliet Pilastri (3PA) u l-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati (ReM) mill-BEI għall-valutazzjoni ex ante tar-riżultati mistennija mill-proġetti ta' investiment, kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE;

10.  Jistieden lill-BEI biex fl-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti jagħti prijorità deċiżiva lill-effett fit-tul tal-investimenti, fir-rigward mhux biss tal-indikaturi finanzjarji iżda wkoll, u fuq kollox, lill-kontribut tagħhom lejn l-iżvilupp sostenibbli u kwalità ta' ħajja aħjar permezz ta' titjib ulterjuri fil-qasam tal-impjiegi, l-istandards soċjali u l-ambjent;

11.  Jenfasizza li l-approvazzjoni tal-finanzjament tal-proġett għandha tkun ibbażata fuq analiżi finanzjarja u tar-riskju xierqa, il-vijabbiltà finanzjarja u l-ġestjoni baġitarja tajba; iqis li l-proġetti approvati għall-finanzjament tal-BEI għandhom joffru valur miżjud ċar għall-ekonomija Ewropea;

12.  Jiddispjaċih li fir-Rapport 3PA ma hemm l-ebda informazzjoni ppreżentata, kemm jekk ibbażata fuq 3PA jew għodod rilevanti oħra, dwar ir-riżultati reali miksuba minn operazzjonijiet imwettqa ġewwa l-UE fl-2014 (f'kuntrast mar-riżultati miksuba barra l-UE), minkejja l-fatt li t-3PA huwa mfassal bil-għan speċifiku li jsaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jimmonitorja l-implimentazzjoni billi jsegwi l-impatti tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett; jistenna li b'riżultat tal-armonizzazzjoni li għaddejja bejn it-3PA u r-ReM se jiġi stabbilit qafas armonizzat ġdid fil-bidu tal-2016 li jkun aktar adattat għall-valutazzjoni ex post u r-rappurtar ta' riżultati tal-proġetti kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE u kompletament konformi mat-tabella ta' valutazzjoni għall-operazzjonijiet tal-FEIS, u li se jintuża għall-eżerċizzju ta' rappurtar tal-2015 tal-BEI; jappella biex il-valutazzjonijiet tal-proġetti individwali jiġu ppubblikati fuq bażi sistematika;

13.  Jieħu nota tal-Pjan Operazzjonali tal-BEI għall-2015-2017; jilqa' l-fatt li dan jirrikonoxxi li l-veloċitajiet ta' rkupru jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u li stabbilixxa l-koeżjoni ekonomika u soċjali bħala objettiv tal-politika trasversali;

14.  Jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-BEI rristruttura l-klassifikazzjoni tal-Għanijiet ta' Politika Pubblika (PPGs) prinċipali tiegħu għall-Grupp tal-BEI għall-2015-2017 (l-innovazzjoni u l-kapital uman, l-SMEs u l-finanzjament għal kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, l-infrastruttura effiċjenti u l-ambjent) b'mod li huwa differenti mill-formulazzjoni tal-PPGs tiegħu għall-2014-2016 (żieda fil-potenzjal tat-tkabbir u l-impjiegi, is-sostenibbiltà ambjentali, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-konverġenza, u l-azzjoni klimatika); jinnota li l-PPGs ġew allinjati għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qed jevolvu, u jistieden f'dan ir-rigward lill-BEI jiżgura li jissaħħu ulterjorment iż-żewġ għanijiet trasversali għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-UE u għall-azzjoni klimatika, flimkien mal-persentaġġ previst ta' firem li jikkontribwixxu għalihom;

15.  Iqis madankollu li l-preżentazzjoni tal-attivitajiet tal-BEI fir-Rapport tal-Attività tal-2014 mhijiex kompletament konsistenti mal-PPGs għall-2014; jiddispjaċih barra minn hekk dwar in-nuqqas ta' informazzjoni b'rabta mar-riżultati miksuba mid-diversi strumenti finanzjarji tal-BEI u l-inizjattivi li kienu fis-seħħ fl-2014; jirrakkomanda li, biex jikkomunika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu, il-BEI m'għandux jiffoka primarjament fuq il-volum tal-investimenti magħmula iżda pjuttost fuq l-effett tagħhom;

16.  Jistenna li l-BEI jikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi jippreżenta informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u l-kontribut tagħhom għall-kisba tal-miri tal-istrateġija;

17.  Jistieden lill-BEI jikkunsidra jfassal fl-2015 rapport aktar komprensiv u analitiku dwar l-attivitajiet annwali tiegħu li joffri sommarju adegwat tal-informazzjoni mir-rapporti tematiċi tiegħu u li jikkorrispondi iżjed bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tal-Istatut tal-BEI;

18.  Jilqa' l-informazzjoni ġdida pprovduta mid-dokument ta' ħidma dwar l-istrumenti finanzjarji li jakkumpanja l-abbozz tal-baġit; jiddispjaċih madankollu li ma ngħatatx stampa ġenerali tal-impenji u l-pagamenti annwali lill-BEI u jistenna aktar informazzjoni;

19.  Jenfasizza li l-investiment, ir-riformi strutturali u l-politiki baġitarji tajba jridu jagħmlu parti minn strateġija globali;

Nippromwovu l-impjiegi taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni u l-SMEs

20.  Jilqa' l-implimentazzjoni fl-2014 tal-inizjattiva tal-BEI ''Ħiliet u Impjiegi – Investiment fiż-Żgħażagħ'', u jħeġġeġ lill-BEI jkompli jinvesti fl-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-impjiegi għaż-żgħażagħ; jistieden lill-BEI jirrapporta b'mod komprensiv dwar ir-riżultati miksuba permezz tal-inizjattiva tiegħu ''Investiment fiż-Żgħażagħ'', inkluż permezz tal-użu ta' indikatur bħal pereżempju l-impjiegi sostenibbli li jirriżultaw minn operazzjonijiet speċifiċi;

21.  Jilqa' t-tnedija fl-2014 ta' firxa ġdida ta' prodotti fil-qafas ta' InnovFin – Finanzi tal-UE għall-Innovaturi, miftuħa għal innovaturi ta' kull daqs, kif ukoll it-tnedija tas-servizz ta' konsulenza ta' InnovFin għal proġetti kbar ta' R&Ż; jieħu nota wkoll tat-tnedija fl-2014 tal-Mandat il-ġdid ta' Titjib tar-Riskju tal-Grupp tal-BEI;

22.  Jinnota li fl-2014 il-Bank iffirma total ta' 225 operazzjoni fi ħdan l-UE għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-ħiliet (62 operazzjoni ta' innovazzjoni u R&Ż għal EUR 9.6 biljun u 25 operazzjoni tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet għal EUR 4.4 biljun) u għal SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja (138 operazzjoni għal EUR 22.2 biljun);

23.  Jieħu nota taż-żieda fil-kapital tal-FEI ta' EUR 1.5 biljun fl-2014, u l-investiment rekord tiegħu biex jipprovdi finanzjament ta' riskju lill-SMEs fl-ammont ta' EUR 3.3 biljun, li wassal għal ingranaġġ ta' EUR 14-il biljun f'kapital; jitlob li fir-Rapport Annwali tal-BEI tiġi inkluża ħarsa ġenerali komprensiva u trasparenti tal-operazzjonijiet tal-FEI;

24.  Jieħu nota tal-fatt li l-Grupp tal-BEI jgħaddi l-finanzjament għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja permezz ta' firxa ta' intermedjarji finanzjarji, bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-finanzjament u l-aċċess għalih; jistieden għaldaqstant lill-BEI jaħdem aktar mill-qrib mal-intermedjarji finanzjarji tiegħu fl-Istati Membri u jħeġġiġhom ixerrdu informazzjoni rilevanti lill-benefiċjarji potenzjali sabiex jiġi stabbilit ambjent favorevoli għall-imprendituri li jippermetti aċċess aktar faċli għall-SMEs għall-finanzjament;

25.  Jinnota li SMEs f'bosta partijiet tal-Ewropa jiffaċċjaw diffikultajiet kbar ħafna biex ikollhom aċċess għall-finanzjament neċessarju; jilqa' f'dan il-kuntest il-fatt li l-BEI qed jagħmel enfasi akbar fuq l-appoġġ għall-SMEs; jenfasizza l-importanza tal-BEI biex jiffaċilita sħubijiet u jsaħħaħ l-istrumenti ta' appoġġ għall-finanzjament tal-attività ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji u ta' negozji ġodda innovattivi; jistieden lill-BEI barra minn hekk jikkoopera aktar mill-qrib mal-istituzzjonijiet pubbliċi reġjonali biex itejjeb kemm jista' jkun il-possibbiltajiet ta' finanzjament għall-SMEs;

26.  Jilqa' l-programmi għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ tal-BEI, b'mod partikolari l-Faċilità ta' Finanzjament tal-Kummerċ għall-SMEs li toffri garanziji lill-banek barranin li jipprovdu finanzjament tal-kummerċ lill-SMEs u b'hekk tikkontribwixxi għat-tkebbis mill-ġdid tal-flussi kummerċjali u ttaffi l-limitazzjonijiet kollaterali tal-flus kontanti, u proġetti kummerċjali ġodda ta' finanzjament immirati lejn pajjiżi milquta bil-kbir mill-kriżi ekonomika jew soluzzjonijiet finanzjarji mfasslin apposta, bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress iddedikati għall-inklużjoni finanzjarja;

27.  Jistieden lill-BEI jiżviluppa politika ta' komunikazzjoni effikaċi li tindirizza benefiċjarji privati potenzjali, u dan bħala parti integrali mill-funzjoni konsultattiva tiegħu; jinkoraġġih isaħħaħ u jespandi n-netwerk tal-uffiċċji tiegħu fi ħdan l-UE;

28.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni fir-Rapport tal-Attività tal-2014 dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Lulju 2014 bejn il-Kummissjoni u l-FEI taħt il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME);

Insaħħu s-sostenibbiltà ambjentali u l-azzjoni klimatika

29.  Jinnota li minn 84 proġett ambjentali ffirmat fl-2014 fl-UE, li jammontaw għal total ta' EUR 12.6 biljun, il-proġetti tat-trasport sostenibbli kienu jikkostitwixxu EUR 5.1 biljun, il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u ta' effiċjenza fl-enerġija EUR 3.7 biljun, u l-proġetti għall-protezzjoni tal-ambjent EUR 3.8 biljun; jinnota wkoll li l-operazzjonijiet iffirmati għall-objettiv trasversali tal-''azzjoni klimatika'' ammontaw għal EUR 16.8 biljun, jew 24 % tal-finanzjament totali tal-BEI fl-UE;

30.  Jieħu nota tal-fatt li l-appoġġ tal-BEI għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fl-2014 kien ikkonċentrat l-aktar fil-ħames l-akbar ekonomiji tal-UE, hekk kif minn EUR 4,5 biljun għall-proġetti ta' enerġija rinnovabbli fl-UE-28 intefqu biss EUR 42 miljun fit-13-il Stat Membru ġodda; jgħid ukoll li wieħed josserva konċentrazzjoni simili fis-settur tal-effiċjenza enerġetika, fejn minn EUR 2 biljuni kienu allokati biss EUR 148 miljun lit-13-il Stat Membru ġodda; iħeġġeġ sabiex jiżdied b'mod progressiv is-sehem ta' investimenti futuri fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet tal-enerġija rinnovabbli u fis-settur tal-effiċjenza tal-enerġija fl-Istati Membri l-ġodda sa ma jintlaħqu 30 % tal-investimenti totali f'dawn l-oqsma sal-2020; jitlob li jsir sforz akbar biex tingħata aktar assistenza teknika lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali sabiex itejbu l-kapaċità tagħhom li jħejju proġetti vijabbli li jippermettu aktar investimenti fis-settur tal-enerġija;

31.  Jilqa' t-tnedija fl-2014 ta' strumenti ġodda u innovattivi biex jappoġġaw azzjoni favur il-klima, bħall-Istrument ta' Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Faċilità ta' Finanzjament Kapitali Naturali, u jistenna li l-BEI jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħhom fir-rapporti ta' attività futuri tiegħu;

32.  Jinkoraġġixxi l-impenn tal-BEI biex jappoġġa inizjattivi li jgħinu lill-UE tibqa' minn ta' quddiem nett u twettaq l-ambizzjonijiet tagħha li ilhom stabbiliti dwar is-suq tal-karbonju fil-kuntest tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, l-Istrateġija għal Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju għall-2050, u t-taħdidiet dwar il-klima tan-NU biex jiġi definit ftehim globali ġdid; jitlob rieżami tas-sehem ta' investimenti tal-BEI fl-azzjoni dwar il-klima, peress li s-sehem ta' 25 % diġà ntlaħaq;

33.  Jieħu nota tal-momentum lejn l-iżvilupp ta' suq tal-bonds ekoloġiċi u r-rwol ewlieni tal-BEI bil-bonds ekoloġiċi u l-bonds għall-għarfien klimatiku tiegħu stess, xhieda tal-interess tal-investitur fi prodotti finanzjarji ddedikati għal tkabbir sostenibbli, b'livell baxx ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima; jistieden lill-BEI jeżamina mill-ġdid l-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tiegħu fl-2016 fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE għal Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju għall-2050;

34.  Jilqa' l-pubblikazzjoni f'Settembru 2015 tal-Istrateġija Klimatika tal-BEI – Mobilizzazzjoni tal-finanzjament għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx tal-karbonju u reżiljenti għall-klima, u r-Rapport ta' Sinteżi dwar Valutazzjoni tal-Operazzjonijiet ta' Finanzjament tal-BEI għal Azzjoni dwar il-Klima (mitigazzjoni) fl-UE bejn l-2010 u l-2014; jappella sabiex jiġi applikat approċċ SMART (speċifiku, li jista' jitkejjel u jinkiseb, realistiku u marbut mal-ħin) fil-pjanijiet ta' azzjoni speċifiċi wara l-Istrateġija Klimatika tal-BEI sal-2017;

Nippromwovu koeżjoni u konverġenza ekonomiċi u soċjali

35.  Jinnota li EUR 19,9 biljun, jew 29 % tal-finanzjament totali tal-BEI fl-UE fl-2014, kienu għal operazzjonijiet li jappoġġaw il-koeżjoni; jiddispjaċih madankollu li ma hemm l-ebda informazzjoni dwar l-għadd ta' proġetti appoġġati mill-Grupp tal-BEI skont is-setturi relevanti jew l-istrumenti finanzjarji jew l-inizjattivi applikati relatati ma' dan l-objettiv ta' politika trasversali;

36.  Jissottolinja r-rwol deċiżiv tal-politika ta' koeżjoni biex jitnaqqsu l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni Ewropej u titrawwem l-integrazzjoni Ewropea, u jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza ewlenija ta' approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni; iħeġġeġ lill-BEI biex fir-rapporti annwali futuri tiegħu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-kontribut u r-riżultati miksuba lejn l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni permezz tal-attivitajiet tal-BEI;

37.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rwol imkabbar li l-Grupp tal-BEI se jkollu fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020; jemmen li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba lejn titjib fis-sinerġiji bejn il-BEI u l-Fondi SIE; jappella għal titjib fl-attività tiegħu f'konformità mal-Protokoll (Nru 28) dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali; iqis li jeħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-korpi lokali u reġjonali biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jintużaw b'mod effettiv biex tingħata spinta lill-politiki ta' żvilupp territorjali u ta' koeżjoni; jilqa' s-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-BEI biex tiġi stabbilita pjattaforma konsultattiva fi-compass; jemmen bis-sħiħ li jeħtieġ li jiġu semplifikati r-regoli dwar l-appoġġ mogħti mill-Fondi SIE lill-istrumenti finanzjarji taħt il-BEI;

38.  Jilqa' b'mod partikolari l-attività ta' finanzjament tal-BEI b'appoġġ għall-proġetti infrastrutturali u tat-trasport fir-reġjuni tal-Ewropa; jenfasizza li appoġġ finanzjarju ta' dan it-tip iżid b'mod sinifikanti l-potenzjal għall-iżvilupp tal-kummerċ, billi jrawwem it-tkabbir u l-kompetittività, speċjalment f'dawk iż-żoni bi żvantaġġi naturali ġeografiċi;

39.  Jinnota li fl-2014 il-BEI ffirma, ġewwa l-UE, 104 proġetti għall-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika għal total ta' EUR 20.2 biljun, li minnhom il-proġetti strateġiċi tat-trasport (inklużi TEN-T) ammontaw għal EUR 8.2 biljun, il-proġetti għal enerġija kompetittiva u sikura EUR 7.5 biljun, u l-proġetti ta' tiġdid urban (inkluża s-saħħa) EUR 4.5 biljun;

40.  Jenfasizza li l-investiment fi proġetti infrastrutturali sostenibbli huwa kruċjali biex titjieb il-kompetittività u jerġa' jkun hemm it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa; jitlob għalhekk li l-finanzjament tal-BEI jiġi utilizzat favur iż-żoni l-aktar affettwati minn qgħad għoli, u għal aktar proġetti infrastrutturali soċjali; jenfasizza li l-finanzjament tal-BEI għandu jiffoka primarjament fuq dawk il-pajjiżi li qegħdin jaqgħu lura f'termini ta' kwalità u żvilupp tal-infrastruttura, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu, madankollu, il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-vijabbiltà tal-proġetti;

41.  Jinnota bi tħassib it-tendenza li tiġi ffinanzjata infrastruttura bħalma huma l-awtostradi, li jħeġġu l-konsum tal-karburanti fossili u għalhekk imorru kontra l-objettivi fit-tul tal-Unjoni li nersqu lejn ekonomija ħielsa mill-karbonju; jistieden lill-BEI jinkludi valutazzjoni ex-ante obbligatorja tal-valur miżjud ambjentali, ekonomiku u soċjali fil-proċess għall-għażla ta' proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati ġewwa u barra l-UE u biex il-valutazzjonijiet ex-ante u ex-post kollha jitwettqu bl-involviment attiv tal-partijiet interessati, l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; jitlob barra minn hekk li r-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet u l-indikaturi użati jsiru pubbliċi u li jkunu għalkollox aċċessibbli;

42.  Jenfasizza li l-finanzjament ta' proġetti kbar spiss jiffaċilita l-infiltrazzjoni minn kumpaniji marbuta mal-kriminalità organizzata; jikkritika l-fatt li l-BEI ffinanzja l-biċċa tal-awtostrada magħrufa bħala Passante di Mestre, li fuqha hemm investigazzjonijiet għaddejjin fuq frodi tat-taxxa; jinnota bi tħassib li l-BEI ma weġibx għal dawn it-talbiet f'dan ir-rigward li jinsabu fir-rapport dwar ir-Rapport Annwali 2013 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi; jistieden lill-BEI, għal darb'oħra, jissospendi kull forma ta' finanzjament għall-proġett;

43.  Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp reġjonali u jistieden lill-BEI jtejjeb id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet, il-banek u l-aġenziji reġjonali u lokali; iqis li, f'dan il-qafas, il-kooperazzjoni transkonfinali għandha tiġi appoġġata wkoll;

44.  Jistieden lill-BEI iżid l-appoġġ tiegħu lill-proġetti koperti mill-istrateġiji makroreġjonali tal-UE; jenfasizza l-importanza li jitkompla jingħata appoġġ lis-setturi ekonomiċi innovattivi u sostenibbli, kif ukoll dawk tradizzjonali fl-UE; jissottolinja l-ħtieġa li l-Ewropa tiġi interkonnessa permezz ta' trasport intermodali kif ukoll investimenti bbażati fuq il-post; jitlob barra minn hekk għall-istabbiliment ta' pjattaformi finanzjarji u ta' investiment sabiex jippermettu l-ġbir ta' fondi minn sorsi varji u l-mobilizzazzjoni tal-investimenti meħtieġa għal tali proġetti makroreġjonali;

Il-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)

45.  Jilqa' l-Fond Ewropew il-ġdid għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jenfasizza l-ħtieġa li l-FEIS jiffunzjona b'mod effikaċi, kompletament trasparenti u ġust f'konformità mal-kriterji tal-mandat u r-regolament tiegħu, u jirrakkomanda kooperazzjoni mill-viċin u ħarsa ġenerali tal-operazzjonijiet tal-FEIS min-naħa tal-Parlament u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jenfasizza li r-riżorsi tiegħu għandhom juru addizzjonalità reali meta mqabbla mal-operazzjonijiet normali ffinanzjati mill-BEI; ifakkar li l-FEIS għandu wkoll jagħti kontribut għall-koeżjoni, u jistieden lill-BEI jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà mal-investimenti mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment u fondi oħra pubbliċi; jistieden lill-BEI jimplimenta u jkompli jiżviluppa l-FEIS f'kooperazzjoni mill-qrib mal-koleġiżlaturi, inkluż permezz ta' konklużjoni f'waqtha u obbligatorja tal-ftehim pendenti li hemm bejn il-Parlament u l-BEI;

46.  Jistenna li l-għanijiet għall-FEIS se jkunu konsistenti mal-PPGs tal-BEI u li l-livelli tal-investimenti tal-BEI għall-2016 se jiġu adattati biex jirriflettu wkoll l-operazzjonijiet tal-FEIS;

47.  Jenfasizza li l-FEIS għandu jibbenefika lill-Istati Membri kollha mingħajr allokazzjoni settorjali u reġjonali minn qabel, u għandu jkun konsistenti wkoll ma' inizjattivi ta' investiment reġjonali jew lokali li għaddejjin; jenfasizza li l-finanzjament tal-FEIS għandu jibbenefika wkoll proġetti fuq skala żgħira;

48.  Jirrikonoxxi l-isfidi involuti biex tinħoloq sensiela ta' proġetti strateġiċi tal-FEIS u biex issir operattiva malajr; jilqa' l-istabbiliment min-naħa tal-BEI ta' ċentru ta' konsulenza għall-investiment Ewropew, li għandu l-għan jipprovdi assistenza teknika u għarfien espert għal promoturi potenzjali; jistenna li l-mekkaniżmu ta' assistenza teknika jaħdem b'mod effettiv fil-livell lokali u reġjonali;

49.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jaħtru banek promozzjonali nazzjonali u jrawmu kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-BEI u l-banek promozzjonali nazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-pjattaformi tal-investiment, sabiex jiġbru u jaqsmu għarfien espert u kompetenzi u jkun hemm allinjament aħjar bejn l-azzjonijiet tal-BEI u l-prijoritajiet ta' politika tal-Istati Membri; ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm trasparenza sħiħa u li tingħata prijorità lill-orjentament lejn ir-riżultati fir-rigward tal-involviment tal-banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali fil-proġetti tal-FEIS;

50.  Jistieden lill-BEI jiżgura li l-FEIS ma jintużax indirettament bħala mezz biex jiżdied il-kapital tal-BEI; jistieden għalhekk lill-BEI jirrevedi regolarment l-involviment tiegħu fil-FEIS u juri li l-kundizzjonijiet dwar l-addizzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 ġew issodisfati u li, b'mod partikolari ma jkunux qed jiġu eliminati sorsi ta' finanzjament privat;

51.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li ħafna mill-proġetti magħżula matul il-fażi ta' warehousing kien ikollhom aċċess għall-finanzjament b'kundizzjonijiet normali u li dawn ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta' addizzjonalità; ifakkar li l-garanzija tal-FEIS kienet maħsuba sabiex tippermetti lill-BEI jieħu aktar riskji filwaqt li jibqa' jżomm il-klassifikazzjoni AAA tiegħu; jenfasizza li huwa se joqgħod attent ħafna fil-monitoraġġ tal-konformità ma' dan il-kriterju;

52.  Jistenna li l-Grupp tal-BEI joqgħod partikolarment attent fir-rigward tal-konformità mal-Artikolu 140(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jipprevedi li l-istrumenti finanzjarji ''ma jiġġenerawx vantaġġi indebiti, b'mod partikolari fil-forma ta' dividendi jew profitti indebiti għal terzi'', minħabba l-biża' li l-FEIS jista' b'xi mod jikkontribwixxi għas-soċjalizzazzjoni tar-riskji u l-privatizzazzjoni tal-profitti fid-dawl ta' esperjenzi ta' finanzjament f'każijiet bħall-proġett Castor fi Spanja jew il-proġett Passante di Mestre fl-Italja;

Inqisu l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti (PBI)

53.  Iqis li l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti (PBI) għandha tiġi vvalutata serjament fir-rigward tal-impatt finanzjarju, soċjali u ambjentali tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf proċess ta' konsultazzjoni inklużiv u miftuħ, bil-parteċipazzjoni attiva tar-rappreżentanti mill-Parlament Ewropew, dwar il-futur tal-bonds tal-proġetti għall-perjodu 2016-2020 qabel ma' titnieda kompletament il-fażi pilota tal-PBI attwali;

Naġġornaw id-dimensjoni esterna tal-interventi tal-BEI

54.  Jilqa' l-mandat imġedded tal-BEI għal self estern għall-2014-2020, li jipprovdi garanzija tal-UE li tkopri l-operazzjonijiet esterni tal-BEI sa massimu ta' EUR 30 biljun, kif ukoll l-għanijiet ewlenin tiegħu, jiġifieri l-iżvilupp tas-settur privat lokali, l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima;

55.  Jistieden lill-BEI jagħti attenzjoni lill-pajjiżi terzi u lir-reġjuni barra l-UE li jsofru minn kunflitti u faqar estrem, bl-għan ewlieni jkun li tnaqqas id-diskrepanza fl-iżvilupp bejn l-UE u dawn ir-reġjuni, kif ukoll biex jikkontribwixxu għal programmi ta' appoġġ għall-SMEs f'pajjiżi msieħba kummerċjali, inkluż permezz ta' finanzjament suffiċjenti għall-Faċilità ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) għall-SMEs, b'enfasi speċjali fuq in-Nofsinhar tal-Mediterran u l-pajjiżi tal-Viċinat Ewropew tal-Lvant; jistieden lill-BEI jaħdem flimkien mal-Bank Afrikan tal-Iżvilupp (AfDB) biex jiffinanzja investimenti fit-tul fis-servizz tal-iżvilupp ekonomiku; jilqa' l-fatt li l-għotjiet tal-UE qed jitħalltu dejjem aktar mas-self tal-BEI biex jinkisbu riżultati aħjar fil-proġetti fil-pajjiżi sħab tal-UE;

56.  Iħeġġeġ lill-BEI jkompli jippromwovi b'mod attiv it-tkabbir sostenibbli kemm fil-pajjiżi żviluppati u kemm f'dawk li qed jiżviluppaw sabiex jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli madwar id-dinja; jenfasizza li l-BEI, bħala d-driegħ finanzjarju tal-Unjoni, għandu jiżvolġi l-parti tiegħu fit-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU; jitlob li l-aġenda għall-iżvilupp ta' wara l-2015 għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rieżami tal-mandat ta' nofs it-terminu ta' self estern tal-BEI fl-2016;

57.  Ifakkar li l-Bank Ewropew tal-Investiment huwa l-akbar finanzjatur barrani fit-Turkija u li wara l-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni fl-2004, il-BEI żied l-operazzjonijiet ta' self tiegħu lil dak il-pajjiż, u f'dawn l-aħħar għaxar snin saru disponibbli madwar EUR 23 biljun; jiddispjaċih li minkejja l-kriżi ekonomika persistenti fl-UE, it-Turkija attwalment tinsab fl-ewwel post fost il-pajjiżi riċevituri tal-BEI barra l-UE, b'madwar 3.5 % tas-self totali tal-BEI (2015); jappella għal kundizzjonalità akbar għall-finanzjament marbut mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-espressjoni;

58.  Iħeġġeġ lill-Bank jiżviluppa u jadotta l-approċċ komprensiv meħtieġ b'rispons għall-isfidi serji kkawżati mill-fluss ta' migranti lejn l-Ewropa, inklużi operazzjonijiet imsaħħa fil-pajjiżi ta' oriġini ta' tali flussi kif ukoll f'pajjiżi li jmissu direttament mal-pajjiżi ta' oriġini;

59.  Jistieden f'dan il-kuntest lill-BEI jiffoka l-attivitajiet tiegħu fuq l-għoti ta' appoġġ lill-bżonnijiet ta' investiment f'infrastruttura urbana, infrastruttura marbuta mas-saħħa, l-edukazzjoni u dik soċjali, biex b'hekk jiġu stimulati attivitajiet ekonomiċi li joħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol u tiġi promossa l-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

60.  Jindika li l-BEI huwa attur importanti biex jippromwovi l-prijoritajiet u l-objettivi tal-politika barranija tal-UE; jirrakkomanda koordinazzjoni u kooperazzjoni msaħħa bejn il-BEI u s-servizzi u l-istrumenti tal-politika esterna tal-UE; jitlob li jitkomplew u jitjiebu l-valutazzjonijiet ex-ante u ex-post tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-proġetti li jkunu appoġġati mill-BEI fir-rigward tal-għanijiet tas-SEAE u l-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob, fir-rigward ta' investimenti barra mill-UE, għal rapport dettaljat dwar kwalunkwe telf possibbli u dwar kif u f'liema każijiet intuża l-istrument ta' garanzija; jilqa' l-fatt li l-BEI kellu sensiela ta' seminars dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;

61.  Jistieden lill-BEI jipprovdi lill-Parlament u lill-pubbliku b'informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament tal-BEI u l-prestazzjoni tal-Ombudsman tan-Negozju fl-Ukraina;

62.  Jilqa' b'sodisfazzjon is-soluzzjoni misjuba flimkien mal-Bank Dinji li tippermetti lill-BEI jikkontribwixxi biex jiffaċilita x-xiri tal-gass tal-Ukraina;

63.  Jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-mandat estern tal-BEI qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu, filwaqt li jittieħed kont tal-attivazzjoni potenzjali ta' EUR 3 biljun addizzjonali; jikkonferma l-impenn tiegħu li jeżamina mill-qrib l-ewwel ''rapporti dwar it-tlestija tal-proġetti'' li għandhom jiġu ppubblikati taħt il-mandat ta' self estern għall-perjodu 2014-2020; jitlob li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tipproduċi rapport speċjali dwar il-prestazzjoni u l-allinjament mal-politiki tal-UE tal-attivitajiet ta' self estern tal-BEI;

Insaħħu l-governanza, it-trasparenza u l-qafas ta' kontroll tal-BEI

64.  Jilqa' l-fatt li l-BEI huwa kkaratterizzat minn assi b'saħħithom, bir-rata ta' self li ma jrendix lura l-valur kollu (impaired loans) qrib iż-0 % (0,2 %) tal-portafoll totali tas-self, u ġestjoni prudenti tal-likwidità; iqis li hu essenzjali li l-BEI jżomm il-klassifikazzjoni AAA tiegħu tal-kreditu biex jippreserva l-aċċess tiegħu għas-swieq kapitali internazzjonali taħt l-aħjar kundizzjonijiet ta' finanzjament;

65.  Jissuġġerixxi li l-BEI jsaħħaħ il-kapaċitajiet analitiċi settorjali tiegħu u jippubblika data statistika aggregata, kif ukoll informazzjoni dwar proġetti sekondarji, biex b'hekk jiffaċilita approċċ immirat għal ċerti setturi jew tipi ta' SMEs; jenfasizza l-ħtieġa li fir-rapporti annwali tal-BEI tiġi inkluża analiżi iktar komprensiva u dettaljata tal-ħtiġijiet ta' investiment skont is-settur fl-UE, u dan sabiex ikun jista' jiġi identifikat kwalunkwe qasam li fih l-investiment huwa anqas minn dak li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE; jemmen li l-BEI għandu jevalwa l-kapaċità tal-istrumenti ta' investiment tiegħu li jirrimedjaw tali nuqqasijiet;

66.  Jissottolinja l-importanza li l-BEI ta lill-politika tiegħu ta' tolleranza żero għall-frodi, il-korruzzjoni u l-kollużjoni u lill-impenn tiegħu lejn integrità u regoli etiċi qawwija; jilqa' f'dan il-kuntest l-approvazzjoni min-naħa tal-Bord tal-BEI ta' politika aġġornata kontra l-frodi r-Rapport Annwali 2014 tal-Grupp tal-BEI dwar l-Attivitajiet Kontra l-Frodi; jistenna li l-BEI jwaqqaf aktar l-iżborżamenti tas-self għall-proġetti li attwalment jinsabu taħt investigazzjonijiet nazzjonali jew Ewropej ta' korruzzjoni;

67.  Jilqa' l-adozzjoni ta' qafas rivedut tal-Grupp tal-BEI Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Ġlieda Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML-CFT) f'Lulju 2014; iħeġġeġ lill-BEI jkompli d-djalogu mas-soċjetà ċivili dwar it-titjib fil-politika tiegħu dwar il-ġurisdizzjonijiet mhux kooperattivi (NCJ); jistieden lill-BEI jistabbilixxi politika ġdida dwar tassazzjoni responsabbli, filwaqt li jibda bir-rieżami tal-politika NCJ tiegħu fl-2016; jistieden lill-BEI biex jagħmel kemm il-finanzjament dirett kif ukoll il-finanzjament permezz ta' intermedjarji dipendenti fuq l-iżvelar ta' data rilevanti għat-taxxa skont il-pajjiż fuq il-linji tad-dispożizzjoni tas-CRD IV għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, kif ukoll fuq informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja;

68.  Jistieden lill-BEI, fil-kuntest ta' valutazzjonijiet ex-ante ta' impriżi li huma s-suġġett ta' investigazzjonijiet ġudizzjarji, biex jaġġorna l-politiki tiegħu kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

69.  Jieħu nota tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika għat-trasparenza tal-BEI fl-2014; jinsisti dwar il-ħtieġa li jinkisbu l-ogħla livelli ta' trasparenza u responsabbiltà istituzzjonali billi jkun żgurat żvelar pubbliku proattiv ta' informazzjoni baġitarja komprensiva u soda u aċċess għal data finanzjarja relatata ma' proġetti ffinanzjati mill-BEI;

70.  Jitlob li jkun hemm trasparenza u esponiment massimi fir-rigward tas-sistema ta' kuntratti u sottokuntratti, u li l-Parlament Ewropew jingħata aċċess għal informazzjoni u dokumentazzjoni finanzjarja f'kull każ;

71.  Iħeġġeġ lill-BEI jsegwi strettament ir-rekwiżiti relatati mar-reġistru pubbliku ta' dokumenti ambjentali taħt ir-Regolament Aarhus (Regolament (KE) Nru 1367/2006), u biex ikompli bir-rappurtar regolari tiegħu dwar l-attivitajiet ta' self tiegħu barra l-UE skont l-istandards tal-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI);

72.  Itenni li l-BEI għandu jsaħħaħ l-attivitajiet ta' diliġenza dovuta tiegħu sabiex itejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji aħħarija u jevita b'aktar effikaċja tranżazzjonijiet ma' intermedjarji finanzjarji li għandhom rekord negattiv f'termini ta' trasparenza, frodi, korruzzjoni, kriminalità organizzata, ħasil tal-flus u impatti ambjentali u soċjali negattivi jew li huma rreġistrati f'ċentri finanzjarji offshore jew f'rifuġji fiskali li jirrikorru għal ippjanar aggressiv tat-taxxa; jistieden lill-BEI ma jużax l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti biex jiġu ffinanzjati attivitajiet infiltrati mill-kriminalità organizzata; jenfasizza għal darb'oħra l-ħtieġa li tiġi stabbilita lista pubblika stretta ta' kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji mill-BEI, flimkien mal-Kummissjoni;

73.  Jistieden lill-BEI jiżviluppa regoli aktar stretti fuq il-kunflitti ta' interess u kriterji ċari, stretti u trasparenti għas-sħubiji pubbliċi-privati li jirċievu finanzjament, sabiex jiġi żgurat li mhux biss il-parti tal-investiment tal-proġetti tiġi kondiviża b'mod ġust bejn iż-żewġ sħab pubbliċi u privati iżda anke r-riskji involuti fl-investimenti, biex b'hekk jiġi salvagwardjat l-interess pubbliku; jistieden lill-BEI jsaħħaħ il-bażi ta' għarfien għall-parteċipazzjoni tal-gvernijiet, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet fi strutturi ta' sħubija pubblika-privata, inkluż billi jipprovdilhom linji gwida;

74.  Jistieden lill-BEI jiżgura li l-kumpaniji li jipparteċipaw fi proġetti kofinanzjati mill-BEI jkunu obbligati jżommu mal-prinċipju ta' pagi ugwali u trasparenza tal-pagi u l-prinċipju ta' ugwaljanza bejn is-sessi kif stipulat fid-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol; jirrimarka, barra minn hekk, li meta jiddeċiedi dwar liema proġetti se jiffinanzja, il-BEI għandu jqis il-miżuri ta' responsabbiltà soċjali korporattiva meħuda minn kumpaniji kandidati;

75.  Jemmen li jistgħu jkunu utli aġġornamenti regolari dwar l-ispejjeż u l-miżati ta' ġestjoni mġarrba mill-BEI u dwar l-impatt ta' proġetti ffinanzjati għal dak li jirrigwarda l-impjiegi u l-valur ekonomiku miżjud;

76.  Jirrakkomanda l-pubblikazzjoni fuq il-websajt tal-BEI ta' dokumenti mhux kunfidenzjali bħall-Pjanijiet Operazzjonali Korporattivi għas-snin preċedenti, il-ftehimiet interistituzzjonali u l-memoranda, u ftehimiet rilevanti oħra, kif ukoll l-iżvelar tal-minuti tal-laqgħat ta' korpi ta' tmexxija tal-BEI fuq bażi regolari, li tibda f'Jannar 2016; iqis li aċċess pubbliku aħjar għad-dokumenti huwa element ewlieni tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità tal-istituzzjonijiet;

77.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proċess ta' rieżami tal-politika dwar il-Mekkaniżmu għat-Trattament tal-Ilmenti tal-BEI, li tnieda f'Settembru 2015, u l-konsultazzjoni pubblika li nfetħet għall-partijiet interessati rilevanti; jistenna li r-reviżjoni li għaddejja tal-Mekkaniżmu għat-Trattament tal-Ilmenti se ttejjeb l-indipendenza u l-effikaċja tiegħu u tikkontribwixxi wkoll għal aktar effikaċja u effiċjenza tal-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu għat-Trattament tal-Ilmenti; jistieden lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-BEI jadotta r-rakkomandazzjonijiet ta' dak l-uffiċċju u jaġixxi fuq l-opinjonijiet tal-Ombudsman Ewropew; jitlob fluss kostanti ta' informazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu għat-Trattament tal-Ilmenti tal-BEI u l-Bord tad-Diretturi tal-BEI; jemmen li hemm bżonn li jiġi aġġornat il-Memorandum ta' Qbil bejn il-BEI u l-Ombudsman Ewropew sabiex l-Ombudsman jeżerċita skrutinju estern tal-BEI b'mod aktar attiv u jtejjeb il-proċeduri ta' monitoraġġ u responsabbiltà ulterjuri tal-BEI;

78.  Jilqa' r-rapporti annwali għas-sena finanzjarja 2014 tal-Kumitat ta' Awditjar tal-BEI, u jħeġġeġ lill-korpi responsabbli tal-BEI jiżguraw konformità sħiħa mal-aħjar prattiki bankarji prudenzjali fl-oqsma fejn ma nkisbitx konformità sħiħa fl-2014; jieħu nota tal-intenzjoni tal-maniġment tal-BEI li jorganizza mill-ġdid il-funzjonijiet ta' kontroll tal-Bank; jappoġġa t-talba tal-Kumitat tal-Awditjar għal pjan ta' implimentazzjoni rispettiv kif ukoll l-intenzjoni tiegħu li jimmonitorja bir-reqqa żviluppi ulterjuri; japprova l-fatt li l-Kumitat tal-Awditjar wissa lill-maniġment u s-servizzi tal-BEI li dan għandu jżomm il-kapaċità tiegħu filwaqt li ma jdgħajjifx il-Qafas ta' Kontroll Intern attwali;

79.  Iqis li r-rapporti annwali tal-BEI għandhom jagħtu attenzjoni akbar lir-riżultati tal-proġetti li tlestew; jistieden f'dan il-kuntest lill-BEI biex flimkien mas-sħab tal-proġett, jipproduċi sett ta' riżultati minn kull proġett komplut li jevalwa l-effettività tal-finanzjament tal-BEI;

80.  Jieħu nota tad-data ta' skadenza tas-27 ta' Ottubru 2015 tal-Ftehim Tripartitiku msemmi fl-Artikolu 287(3) tat-TFUE u li jirregola l-kooperazzjoni bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-metodi għall-kontrolli eżerċitati mill-Qorti dwar l-attività tal-BEI fl-immaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri; jistieden lit-tliet istituzzjonijiet jikkooperaw fil-proċess ta' tiġdid u aġġornament ta' dan il-ftehim, u jiżguraw li l-ftehim imġedded ikopri kull strument jew inizjattiva ġdida tal-BEI li tinvolvi fondi pubbliċi mill-UE jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; jitlob f'dan il-kuntest li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tingħata setgħat imsaħħa sabiex tevalwa u tirrapporta b'aktar reqqa fuq il-prattiki ta' self tal-BEI, l-istrumenti u l-inizjattivi meta jkunu direttament relatati mal-użu l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-UE;

Lejn responsabbiltà parlamentari komprensiva

81.  Iqis li l-kumplessità li qed tevolvi u l-volum li qed jiżdied tal-attivitajiet tal-BEI, kif ukoll l-inċertezzi li għad hemm fis-swieq finanzjarji, jenfasizzaw iżjed il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet biex tiġi stabbilita superviżjoni bankarja prudenzjali effikaċi tal-BEI; jiddispjaċih għalhekk li l-proposti tal-Parlament, imressqa qabel, għall-introduzzjoni ta' superviżjoni prudenzjali regolatorja esterna ma ttiħdux inkunsiderazzjoni, la mill-Kummissjoni u lanqas mill-BEI;

82.  Jinkoraġġixxi l-isforzi li qed isiru mill-partijiet involuti biex ifasslu ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BEI, li jipprevedi kooperazzjoni msaħħa bejn iż-żewġ istituzzjonijiet; jitlob ukoll djalogu strutturat regolari bejn il-President tal-BEI u l-Parlament Ewropew biex jiżgura li tiżdied is-sorveljanza parlamentari tal-attivitajiet tal-BEI; jistieden barra minn hekk lill-BEI biex, bħala parti minn dan il-ftehim interistituzzjonali, jaqbel li jiffirma ftehim mal-Parlament sabiex jippermetti lill-Membri tal-Parlament Ewropew jistaqsu mistoqsijiet diretti lill-President tiegħu, bi ftehim dwar iż-żmien sakemm għandha tingħata tweġiba, kif diġà jiġri mal-President tal-BĊE;

o
o   o

83.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0201.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0183.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0161.
(4) ĠU L 169, 01.07.2015, p. 1.


L-attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali
PDF 292kWORD 109k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali (2016/2662(RSP))
P8_TA(2016)0201RC-B8-0488/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u strumenti ġuridiċi oħra fil-qasam tad-dritt umanitarju internazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Istatut taʼ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10-11 ta' Diċembru 2015 dwar il-proċess preparatorju tas-Summit Umanitarju Dinji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-8 ta' Diċembru 2009 dwar il-Promozzjoni ta' Konformità mad-Dritt Umanitarju Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida aġġornati tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-Liġi Umanitarja Internazzjonali(1),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Sħubija (kif approvati mill-Pjattaforma Umanitarja Globali) tat-12 ta' Lulju 2007,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Summit Umanitarju Dinji, intitolat "One humanity, shared responsibility" ("Umanità waħda, responsabilità kondiviża"), tat-2 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1998 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, adottata fit-12 ta' Lulju 2011, u r-Riżoluzzjoni 2143, adottata fis-7 ta' Marzu 2014, li jindirizzaw il-protezzjoni tat-tfal milquta minn kunflitti armati,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 64/290 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Lulju 2010 dwar id-dritt għall-edukazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen(2), tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil sistematiku tal-massa ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa ISIS/Daesh(3), tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-edukazzjoni għal tfal f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet protratti(4), tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati(5), u tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar it-tħejjija għas-Summit Umanitarju Dinji: Sfidi u opportunitajiet għall-assistenza umanitarja(6),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1502(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vjolenza kontra l-ħaddiema umanitarji, u r-Riżoluzzjoni 2175(2014) dwar il-protezzjoni ta' persuni ċivili f'kunflitti armati,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar Skejjel Sikuri ta' Mejju 2015, li ġiet diskussa biex tiġi approvata waqt il-Konferenza ta' Oslo dwar Skejjel Sikuri kif organizzata mill-Ministeru Norveġiż għall-Affarijiet Barranin f'Mejju 2015, u l-Linji Gwida relatati għall-Protezzjoni tal-Iskejjel u tal-Universitajiet minn Użu Militari waqt Kunflitti Armati,

–  wara li kkunsidra n-Nota ta' Gwida dwar attakki fuq skejjel u sptarijiet, biex tassisti lil dawk kollha involuti fil-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-promozzjoni, li tnediet fil-21 ta' Mejju 2014 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitti Armati,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata fl-10 ta' Diċembru 2015 mit-32 Konferenza Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar dwar it-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) dwar il-proġett Kura tas-Saħħa fil-Periklu u r-rapport tiegħu dwar il-vjolenza kontra l-faċilitajiet u l-persunal tal-kura tas-saħħa,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'dawn l-aħħar snin il-komunità internazzjonali osservat xejra terribbli ta' attakki fuq sptarijiet u skejjel f'kunflitti armati madwar id-dinja, bħall-attakki reċenti fuq iċ-ċentri tas-saħħa ta' Doctors Without Borders (MSF) f'Kunduz (l-Afganistan) fit-3 ta' Ottubru 2015, f'Razah (il-Jemen) fl-10 ta' Jannar 2016, u f'numru ta' bliet Sirjani matul il-kunflitt attwali; billi kien hemm żieda bla preċedent fiċ-ċaħda ta' għajnuna u aċċess umanitarji, fl-eżekuzzjoni ta' persuni ċivili u persunal umanitarju, fid-detenzjoni f’kundizzjonijiet diffiċli, u f'każijiet fejn ċivili jintużaw bħala ostaġġi jew jiġu mġiegħla fl-iskjavitù; billi l-bżonnijiet u l-isfidi li qed jiżdiedu, in-nuqqas ta' impenji sostnuti u ż-żieda fl-ispiża tal-assistenza umanitarja kkontribwew biex is-sistema umanitarja attwali tilħaq il-limiti tagħha, u billi dan ġiegħel lil għadd ta' organizzazzjonijiet jissospendu b'mod temporanju l-għajnuna alimentari, il-kenn u operazzjonijiet umanitarji oħra li jsalvaw ħajjet in-nies;

B.  billi l-ewwel Summit Umanitarju Dinji se jsir f'Istanbul bejn it-23 u l-24 ta' Mejju 2016; billi, fir-rapport tiegħu għas-Summit Umanitarju Dinji intitolat "Umanità waħda, responsabilità kondiviża", is-Segretarju Ġenerali tan-NU jiġbed l-attenzjoni għal dak li jsejjaħ "l-erożjoni sfaċċata u brutali tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali" f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat, li qed thedded li tikkawża ritorn għal era ta' gwerra mingħajr rażan; billi r-rapport jinnota li min jonqos li jesiġi u jippromwovi r-rispett għal dawn in-normi kif ukoll li jappoġġja l-mekkaniżmi eżistenti ta' infurzar, monitoraġġ u responsabilità jikkontribwixxi għal din l-erożjoni;

C.  billi d-dritt umanitarju internazzjonali, magħruf ukoll bħala d-Dritt dwar il-Kunflitti Armati, huwa maħsub biex itaffi l-effetti ta' kunflitt armat billi jipproteġi lil dawk li ma jkunux qegħdin jieħdu sehem fil-kunflitt u billi jirregola l-mezzi u l-metodi ta' kif issir gwerra;

D.  billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għandu rwol ċar fl-iżgurar tar-rispett għad-dritt internazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tal-ħaddiema umanitarji kollha;

E.  billi jeħtieġ li tissaħħaħ il-protezzjoni għall-ħaddiema umanitarji mingħajr distinzjoni f’arranġamenti ta' sigurtà bejn persunal internazzjonali u lokali;

F.  billi d-dehra dejjem akbar ta' atturi u gruppi terroristiċi mhux statali, u entitajiet oħra f’kunflitti armati qed toħloq sfidi għall-applikazzjoni tad-dritt umanitarju internazzjonali; billi l-partijiet kollha f'kunflitt, inklużi partijiet armati statali u mhux statali, jeħtiġilhom jiggarantixxu lill-atturi umanitarji l-aċċess neċessarju biex jgħinu lill-popolazzjonijiet ċivili vulnerabbli u milquta minn kunflitti;

G.  billi l-prinċipji umanitarji ta' umanità, newtralità, imparzjalità u indipendenza, u r-regoli bażiċi tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem previsti fil-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-protokolli addizzjonali għalihom, iridu jkunu fil-qalba tal-azzjonijiet umanitarji kollha; billi l-protezzjoni tal-persuni spostati trid tiġi ggarantita , u billi l-indipendenza tal-għajnuna trid tipprevali;

H.  billi l-isptarijiet u l-persunal mediku huma protetti b'mod espliċitu fil-qafas tad-dritt umanitarju internazzjonali u billi kwalunkwe attakk intenzjonat kontra persuni u infrastruttura ċivili hu pprojbit b'mod ċar u kkunsidrat bħala ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali;

I.  billi l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jiddefinixxi l-attakki kontra l-ħaddiema umanitarji bħala delitt tal-gwerra; billi huwa jenfasizza wkoll li attakki intenzjonati fuq bini ddedikat għar-reliġjon, l-edukazzjoni, l-arti, għal skopijiet ta' xjenza jew ta' karità, jew il-monumenti storiċi, jikkostitwixxu delitt tal-gwerra;

J.  billi l-bini u l-assi tan-NU, inklużi skejjel u ċentri tas-saħħa, huma invjolabbli u protetti skont il-Konvenzjoni tal-1946 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti;

K.  billi l-ICRC reġa' ddikjara li l-obbligu li jiġu investigati każijiet suspettati ta' delitti tal-gwerra huwa regola tad-dritt umanitarju internazzjonali konswetudinarju applikabbli kemm għal kunflitti armati internazzjonali kif ukoll mhux internazzjonali;

L.  billi xi gruppi armati jopponu l-edukazzjoni sekulari u dik tal-bniet, jew li l-bniet jiġu ttrattati minn persunal mediku tas-sess maskil, u għalhekk dan jostakola l-aċċess għal dawn is-servizzi; billi klima ġenerali ta' nuqqas ta' sigurtà minħabba kunflitt tipprevjeni wkoll lit-tfal, lill-għalliema u lill-persunal mediku milli jattendu l-iskola jew ifittxu assistenza medika; billi n-nisa u t-tfal jiffaċċaw riskji aktar akuti minħabba l-ispostament u minħabba l-kollass tal-istrutturi normali ta' protezzjoni u appoġġ; billi d-dritt umanitarju internazzjonali jirrikjedi li l-kura medika kollha meħtieġa tiġi pprovduta mingħajr diskriminazzjoni lill-bniet u n-nisa stuprati fil-gwerra; billi l-abort mhux sikur huwa elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala waħda mit-tliet kawżi ewlenin ta' mewt marbuta mal-maternità; billi s-saħħa materna, l-assistenza psikoloġika għan-nisa vittmi ta' stupru, u l-edukazzjoni u t-tagħlim tat-tfal spostati huma sfidi kbar fil-kampijiet tar-rifuġjati;

M.  billi, sal-14 ta' Marzu 2016, 52 stat, inklużi diversi Stati Membri tal-UE, għalkemm mhux kollha kemm huma, approvaw id-Dikjarazzjoni dwar Skejjel Sikuri b'segwitu għall-Konferenza ta' Oslo dwar Skejjel Sikuri li saret f'Mejju 2015;

N.  billi meta adotta l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-Liġi Umanitarja Internazzjonali (minn hawn 'il quddiem, il-"Linji Gwida tal-UE"), il-Kunsill Affarijiet Barranin enfasizza l-importanza li l-effetti ta' ksur serju jiġu indirizzati b'mod effikaċi permezz ta' appoġġ għal mekkaniżmi ta' responsabilità adegwati, u ssottolinja r-rwol importanti li tista' tiżvolġi l-Qorti Kriminali Internazzjonali fil-każijiet fejn l-istat jew l-istati kkonċernati ma jkunux jistgħu jew ma jkunux jixtiequ jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni tagħhom; billi l-Linji Gwida tal-UE jimpenjaw lill-"gruppi ta' ħidma xierqa tal-Kunsill" biex jimmonitorjaw is-sitwazzjonijiet fejn jista' jkun li japplika d-dritt umanitarju internazzjonali u, fit-tali każijiet, biex jirrakkomandaw azzjoni għall-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali (paragrafu 15(a));

O.  billi, bejn l-2012 u l-2015, l-ICRC organizza proċess ta' konsultazzjoni importanti dwar kif tista' tissaħħaħ il-protezzjoni ġuridika għall-vittmi ta' kunflitti armati u kif tista' tissaħħaħ l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali;

P.  billi l-Linji Gwida tal-UE jirreferu għal għadd ta' mezzi ta' azzjoni differenti għad-dispożizzjoni tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi f'dan ir-rigward, inkluż id-djalogu politiku, dikjarazzjonijiet pubbliċi ġenerali, miżuri restrittivi, kooperazzjoni ma' korpi internazzjonali oħra, operazzjonijiet għall-immaniġġjar ta' kriżijiet, responsabilità individwali, taħriġ u kontroll tal-esportazzjoni ta' armi;

Q.  billi l-istati li ħadu sehem fit-32 Konferenza Internazzjonali tal-Moviment tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar f'Diċembru 2015 finalment ma setgħux jaqblu dwar mekkaniżmu ġdid propost mill-ICRC u mill-Gvern tal-Iżvizzera għat-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali; billi l-istati parteċipanti qablu li jniedu proċess intergovernattiv ġdid biex isibu modi kif isaħħu l-implimentazzjoni tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali bil-għan li l-eżitu tiegħu jiġi ppreżentat fil-Konferenza Internazzjonali li jmiss fl-2019;

R.  billi l-kapitolu tal-għajnuna umanitarja tal-UE, li ammonta għal EUR 909 miljun fl-2015, jirrappreżenta anqas minn 1 % tal-baġit totali tal-UE; billi t-titjib tar-rabta bejn l-għajnuna u l-assistenza fit-tul huwa mod wieħed kif titnaqqas id-diskrepanza attwali bejn il-ħtiġijiet umanitarji enormi u r-riżorsi disponibbli;

1.  Jafferma mill-ġdid il-kontribut fundamentali tad-dritt umanitarju internazzjonali għall-istorja moderna tal-umanità u jistieden lill-istati membri kollha tan-NU jaħtfu l-opportunità tas-Summit Umanitarju Dinji (WHS) biex jaffermaw mill-ġdid iċ-ċentralità tad-dritt umanitarju internazzjonali u l-ħarsien li dan joffri;

2.  Jesprimi dispjaċir profond dwar in-nuqqas ta' rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali, u jesprimi l-ħasda u t-tħassib serju tiegħu rigward l-attakki fatali kontra sptarijiet, skejjel u persuni ċivili oħra fil-mira li qed iseħħu b'rata dejjem iżjed allarmanti f'kunflitti armati madwar id-dinja, fejn pazjenti, studenti, persunal mediku u għalliema, ħaddiema fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, tfal u qraba qed isiru bersalli u vittmi; jesprimi fehmtu li l-kundanni internazzjonali jridu jkunu segwiti minn investigazzjonijiet indipendenti u minn responsabilità ġenwina; jistieden lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) biex jagħrfu l-portata reali ta' din l-emerġenza u jużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom ħalli jindirizzaw din il-kwistjoni;

3.  Jikkundanna l-attakki fuq sptarijiet u skejjel, li huma pprojbiti taħt id-dritt internazzjonali, filwaqt li jirrikonoxxi li l-atti ta' dan it-tip jistgħu jikkostitwixxu ksur serju tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u delitti tal-gwerra taħt l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-preżervazzjoni tal-faċilitajiet tas-saħħa u edukattivi bħala spazji newtrali u protetti waqt sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat trid tkun żgurata b'investigazzjonijiet trasparenti, indipendenti u imparzjali dwar l-attakki brutali li seħħew, u billi l-partijiet kollha involuti jassumu r-responsabilità ġenwina għar-reati kommessi; jisħaq fuq l-importanza li tinżamm id-distinzjoni bejn l-atturi umanitarji u dawk militari u l-ħtieġa li l-azzjoni umanitarja ma tinużax biex jintlaħqu finijiet politiċi jew militari, għax dan jimmina u jipperikola l-operazzjonijiet umanitarji ġenwini u l-persunal tagħhom;

4.  Jikkundanna l-użu ta' sptarijiet u skejjel minn partijiet f'kunflitti armati, li effettivament ibiddluhom f'bersalli għal attakki; ifakkar li dawk li jużaw lil persuni jew proprejtajiet li jkunu protetti bħala tarki umani jew bħala camouflage ikunu wkoll ħatja ta' ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali;

5.  Jappella biex il-partijiet li qegħdin f'kunflitti jirrispettaw il-prinċipji bażiċi tad-dritt umanitarju internazzjonali u jżommu lura milli jattakkaw deliberatament infrastrutturi ċivili; jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb is-sigurtà tal-ħaddiema umanitarji sabiex ir-reazzjoni għall-attakki tkun aktar effikaċi; jitlob għalhekk li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappellaw lin-NU u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jiggarantixxu l-protezzjoni kemm tal-ħaddiema umanitarji lokali kif ukoll ta' dawk internazzjonali;

6.  Ifaħħar il-kuraġġ u d-dedikazzjoni ammirevoli tal-persunal mediku, tal-istaff tal-għalliema u tal-ħaddiema tal-għajnuna umanitarja, internazzjonali u lokali, li joperaw fiż-żoni ta' kunflitt;

7.  Jenfasizza li l-jedd għas-saħħa hu jedd tal-bniedem, u jitlob lill-partijiet kollha involuti f'kunflitti armati biex jiggarantixxu d-disponibilità, l-aċċessibilità, l-aċċettabilità u l-kwalità tas-servizzi mediċi matul kunflitti armati; jappella għal impenn globali sabiex jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet ikunu sikuri sa mill-bidu ta' kull emerġenza jew kriżi billi jiġi indirizzat ir-riskju ta' vjolenza sesswali u sessista, billi titqajjem kuxjenza, billi jittieħdu passi biex min iwettaq vjolenza ta' dan it-tip jiġi mħarrek, u billi jiġi żgurat li, fi kriżijiet umanitarji, in-nisa u l-bniet ikollhom aċċess għall-firxa sħiħa ta' servizzi fil-qasam tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inklużi aborti sikuri, minflok ma jiġi pperpetwat dak li effettivament hu trattament inuman, kif rikjest mid-dritt umanitarju internazzjonali u kif previst fil-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom;

8.  Jenfasizza li, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-effikaċja u l-lakuni tal-finanzjament umanitarju, hemm bżonn aktar kumplementarjetà bejn l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna tal-iżvilupp, u li dawn għandhom jimxu id f'id ma' żieda fl-għajnuna għall-iżvilupp u fil-finanzjament umanitarju; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lid-donaturi internazzjonali oħrajn biex, matul id-WHS, jikkommettu ruħhom bis-sħiħ għall-Impenji Ewlenin kollha proposti inklużi fl-Aġenda għall-Umanità, li tfittex li tnaqqas l-impatt umanitarju tal-ostilitajiet u tippermetti azzjoni umanitarja;

9.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jħeġġu lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex juża l-għodod disponibbli kollha, bħalma huma l-użu ta' miżuri mmirati, it-twaqqif ta' missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni u kummissjonijiet ta' inkjesta, u l-mekkaniżmi ġudizzjarji bħal tressiq quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali; jitlob li s-setgħa ta' veto ma tintużax f’deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar kwistjonijiet marbuta ma' azzjoni umanitarja, li r-rispett għan-normi tad-dritt internazzjonali li jipprevedu l-protezzjoni tal-ħaddiema umanitarji jittejbu, li l-atti li jistgħu jikkostitwixxu ksur ta' dawk in-normi jiġu investigati b’mod sistematiku, u li dawk li jkunu suspettati li huma responsabbli għal atti bħal dawn jittellgħu l-qorti;

10.  Jiddeplora l-fatt li numru ta' sħab tal-UE u tal-Istati Membri tagħha huma involuti f'atti ta' ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali; jitlob li l-UE tisfrutta l-għodod bilaterali kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tippromwovi b'mod effikaċi l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali min-naħa ta' sħabha, inkluż permezz tad-djalogu politiku tagħha u, fil-każ li dan id-djalogu ma jagħti l-ebda riżultat, tikkunsidra miżuri oħra skont il-Linji Gwida tal-UE;

11.  Jistieden lir-RGħ/VP tvara inizjattiva mmirata biex l-UE timponi embargo tal-armi kontra l-pajjiżi li jiġu akkużati bi ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, partikolarment fir-rigward tat-tqegħid fil-mira intenzjonat ta' infrastruttura ċivili; jenfasizza l-fatt li l-għoti kontinwu ta' liċenzji għall-bejgħ ta' armi lil dawn il-pajjiżi jirrappreżenta ksur tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008(7);

12.  Jistieden lill-Kunsill Affarijiet Barranin u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni biex jitolbu li l-Kapijiet ta' Missjoni tal-UE, u r-rappreżentanti xierqa tal-UE (Kapijiet tal-Operazzjonijiet Ċivili tal-UE, Kmandanti tal-Operazzjonijiet Militari tal-UE u Rappreżentanti Speċjali tal-UE) jirrappurtaw każijiet ta' ksur serju tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali;

13.  Jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw bis-sħiħ l-appell tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex l-istati membri kollha tan-NU jaħtfu l-opportunità tad-WHS ħalli jerġgħu jimpenjaw ruħhom favur il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u l-iżgurar tal-jeddijiet tal-bniedem ta' kulħadd billi jirrispettaw, jimplimentaw u jippromwovu r-regoli li diġà qablu dwarhom; jenfasizza l-importanza attribwita mis-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-tisħiħ tas-sistemi investigattivi u ġudizzjarji internazzjonali, inkluża l-Qorti Kriminali Internazzjonali, sabiex jikkomplementaw l-oqfsa nazzjonali, b'mod li jtemmu l-impunità fir-rigward tal-ksur tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali;

14.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali, peress li l-ebda stat jew organizzazzjoni oħra ma adottaw dokument ekwivalenti; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw dawn il-Linji Gwida b'mod effikaċi;

15.  Jistieden lill-Kunsill Affarijiet Barranin u lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli biex jiżguraw li l-politiki u l-azzjonijiet tal-UE relatati mad-dritt umanitarju internazzjonali jiġu żviluppati b'mod koerenti u effikaċi, u li l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar id-Dritt Umanitarju Internazzjonali jaqa' prinċipalment taħt ir-responsabilità tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku, li hu ppresedut mill-Presidenza tal-Kunsill; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-Linji Gwida tal-UE jimpenjaw lill-"gruppi ta' ħidma xierqa tal-Kunsill" li jissorveljaw is-sitwazzjonijiet fejn jista' jkun li japplika d-dritt umanitarju internazzjonali u, f'tali każijiet, li jirrakkomandaw azzjoni għall-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jipprovdu rappurtar aktar dettaljat dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt speċifiċi, notevolment fir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

16.  Ifakkar fil-pożizzjoni li ttieħdet fil-Linji Gwida tal-UE li, fejn ikun xieraq, se jiġi kkunsidrat ukoll li jintużaw is-servizzi tal-Kummissjoni Internazzjonali Umanitarja ta' Tiftix tal-Fatti (IHFFC) stabbilita skont il-Protokoll Addizzjonali I għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949, li jistgħu jgħinu fil-promozzjoni tar-rispett għad-Dritt Umanitarju Internazzjonali permezz tal-kapaċità tagħha li tistabbilixxi l-fatti u l-funzjoni tagħha ta' medjazzjoni; jinnota li s-servizzi tal-IHFFC ma ntużawx u jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jikkunsidraw li jattivawha; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jirrikonoxxu l-kompetenza tal-IHFFC;

17.  Jitlob spazju istituzzjonali mtejjeb għall-komunità internazzjonali biex tindirizza kwistjonijiet komuni relatat mal-implimentazzjoni tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali; jilqa' l-pleġġ tal-UE u l-Istati Membri tagħha lill-ICRC li jappoġġjaw bis-sħiħ l-istabbiliment ta' mekkaniżmu effikaċi għat-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, iżda jistieden lir-RGħ/VP tirrapporta lill-Parlament dwar l-objettivi u l-istrateġija tagħha rigward it-twettiq ta' dan il-pleġġ fil-proċess intergovernattiv li jmiss, sabiex issib modi biex issaħħaħ l-implimentazzjoni tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali kif miftiehem fit-32 Konferenza Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar f’Diċembru 2015, li jistgħu jsaħħu s-sistema ta' governanza tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali;

18.  Jilqa' l-prattika tal-UE u tal-Istati Membri tal-ħruġ ta' pleġġijiet għall-konferenza tal-ICRC; jistieden lir-RGħ/VP tirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-pleġġijiet, notevolment permezz tal-inklużjoni ta' taqsima dettaljata fil-kapitolu dwar id-dritt umanitarju internazzjonali fir-Rapport Annwali tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

19.  Jistieden lin-NU u lill-UE jippromwovu kampanji biex jiżguraw li l-atturi kollha, inklużi gruppi armati mhux statali, ikunu konxji mill-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, u jissodisfaw l-obbligi tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-assistenza u l-protezzjoni umanitarja għal persuni taħt l-influwenza tagħhom;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jmexxu bl-eżempju u jwettqu l-impenn tagħhom li jirratifikaw l-istrumenti priċipali tad-dritt umanitarju internazzjonali u strumenti ġuridiċi rilevanti oħra, li għandhom impatt fuq id-dritt umanitarju internazzjonali;

21.  Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-użu ta' drones armati barra mill-qafas ġuridiku internazzjonali, u jinsisti fuq l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jadotta pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-użu ta' drones armati;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-gvernijiet tal-istati membri tan-NU.

(1) ĠU C 303, 15.12.2009, p. 12.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0066.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0051.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0418.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0172.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0459.
(7) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.


Aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2014-2015
PDF 466kWORD 125k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (l-Artikolu 116(7) tar-Regoli ta' Proċedura) għas-snin 2014-2015 (2015/2287(INI))
P8_TA(2016)0202A8-0141/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 10, 11 u 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 15 u 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali(2);

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (l-Artikolu 104(7) tar-Regoli ta' Proċedura) għas-snin 2011-2013(4),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Ottubru 2013 fil-Kawża C-280/11 P Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Access Info Europe,

–  wara li kkunsidra l-pakkett ta' "Regolamentazzjoni Aħjar" imressaq mill-Kummissjoni f'Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-President Juncker għall-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fl-2013 u fl-2014,

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea tal-2007,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Ombudsman għall-2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 u l-Artikolu 116(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0141/2016),

A.  billi t-trasparenza sħiħa tinsab fil-qofol tal-fiduċja li ċ-ċittadni għandhom fl-istituzzjonijiet tal-UE, tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-fehim tad-drittijiet li joħorġu mis-sistema legali tal-Unjoni u għas-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, inkluża l-implimentazzjoni korretta tal-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi;

B.  billi d-dritt għall-aċċess għad-dokumenti huwa dritt fundamentali mħares mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mit-Trattati u implimentat mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sabiex, b'mod partikolari, jiġi żgurat li dan id-dritt ikun jista' jiġi eżerċitat bl-aktar mod faċli possibbli, u biex jiġu promossi prattiki amministrattivi tajbin dwar l-aċċess għad-dokumenti billi jiġi żgurat skrutinju demokratiku tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u jiġi żgurat li jikkonformaw mar-regoli minquxa fit-Trattati;

Trasparenza u demokrazija

1.  Jinnota li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2011-2013 ma ngħatawx segwitu xieraq mit-tliet istituzzjonijiet; jiddispjaċih b'mod partikolari dwar il-fatt li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE ma ħatrux minn ħdan l-istrutturi ta' ġestjoni eżistenti tagħhom, Uffiċjal għat-Trasparenza li jkun responsabbli għall-konformità u għat-titjib tal-prattiki; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet biex jagħmlu dan fl-iqsar żmien possibbli;

2.  Jirrimarka li l-istituzzjonijiet tal-UE, fl-azzjonijiet u l-politiki tagħhom, għandhom ikunu bbażati fuq id-demokrazija rappreżentattiva, kif stabbilit fl-Artikolu 10(1) tat-TUE, u għandhom jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' trasparenza sħiħa, ta' tqassim u tal-għoti ta' informazzjoni liċ-ċittadini b'mod preċiż u fi żmien xieraq; jenfasizza li l-Artikolu 10(3) tat-TUE jirrikonoxxi d-demokrazija parteċipattiva bħala wieħed mill-prinċipji demokratiċi ewlenin tal-UE, u b'hekk jenfasizza li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun qrib taċ-ċittadini; jenfasizza li meta l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tissarraf f'konsultazzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet iridu jqisu r-riżultat tagħhom;

3.  Jirrimarka li t-trasparenza u l-aċċess sħiħ għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu r-regola skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u li, kif diġà stabbilit mill-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eċċezzjonijiet għal din ir-regola għandhom ikunu interpretati b'mod korrett billi jitqies l-interess pubbliku prevalenti favur id-divulgazzjoni u l-rekwiżiti tad-demokrazija, fosthom l-involviment aktar mill-qrib taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-leġittimità tal-governanza, l-effiċjenza u r-responsabilità lejn iċ-ċittadini;

4.  Iqis li l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea għadhom qed jonqsu milli jqisu bis-sħiħ u jikkonformaw mar-regoli u l-bidliet previsti mit-Trattat ta' Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, speċjalment fir-rigward tad-demokrazija parteċipattiva; jinnota u jilqa' s-sentenzi reċenti tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Digital Rights Ireland(5) u l-kawża Schrems(6), li fit-tnejn li huma l-Qorti bbażat ruħha fuq il-Karta meta ddikjarat l-invalidità tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Data(7) u tad-Deċiżjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza(8), rispettivament; jenfasizza li l-aċċess pubbiku għad-dokumenti u l-ġestjoni tar-reġistri tad-dokumenti jeħtieġ li jkunu bbażati fuq standards li jikkonformaw adegwatament mal-Artikoli 41 u 42 tal-Karta;

5.  Jenfasizza li l-privatezza u l-protezzjoni tad-data għandhom jiġu osservati filwaqt li tiġi żgurata t-trasparenza;

6.  Ifakkar li kwalunkwe deċizjoni li ċċaħħad l-aċċess pubbliku għad-dokumenti għandha tkun ibbażata fuq eżenzjonijiet legali definiti b'mod ċar u strett, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni motivata u speċifika, li tippermetti liċ-ċittadini jifhmu ċ-ċaħda għall-aċċess u jagħmlu użu effettiv mir-rimedji legali disponibbli;

7.  Jinnota li, biex tinħoloq sistema politika leġittima, responsabbli u demokratika li tikkonforma mal-istat tad-dritt, iċ-ċittadini għandu jkollhom id-dritt li jkunu jafu dwar, u li jiskrutinizzaw:

   l-azzjonijiet tar-rappreżentanti tagħhom, ladarba dawn jiġu eletti jew maħtura biex jassumu kariga pubblika;
   il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet (fosthom kwalunkwe dokument iċċirkolat, individwi involuti, voti mitfugħa, eċċ.);
   il-mod kif jiġu allokati u kif jintefqu l-fondi pubbliċi u r-riżultati konsegwentement miksuba;

iqis, għaldaqstant, li jeħtieġ li jiġi ppubblikat reġistru elettroniku li fih jiġu rreġistrati l-elementi kollha msemmija hawn fuq;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinnomina Kummissarju biex ikun responsabbli għat-trasparenza u għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni biex jippreżenta, fl-istess waqt u fl-iqsar żmien possibbli, pjan ambizzjuż ta' azzjoni rigward it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għal dokumenti, b'rikonoxximent tal-fatt li t-trasparenza hija l-pedament ta' regolamentazzjoni aħjar;

9.  Jiddispjaċih li l-aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE għadu diffiċli għaċ-ċittadini minħabba n-nuqqas ta' approċċ komuni fost l-istituzzjonijiet immirat biex jiffaċilita l-aċċess għad-dokumenti għaċ-ċittadini u bbażat fuq it-trasparenza sħiħa,l-komunikazzjoni u d-demokrazija diretta; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE biex jiżviluppaw ulterjorment approċċ iżjed proattiv dwar it-trasparenza billi jiddivulgaw b'mod proattiv l-akbar għadd possibbli tad-dokumenti tagħhom, bl-aktar mod sempliċi, ta' użu faċli, u aċċessibbli, billi, meta dan jintalab, jittraduċu d-dokumenti tagħhom f'lingwi uffiċjali oħra tal-UE, u billi jistabbilixxu arranġamenti korretti, sempliċi u li ma jinvolvux spejjeż kbar, fosthom, permezz ta' mezzi diġitali u elettroniċi, li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità; iqis, b'mod partikolari, li l-aċċessibilità tal-informazzjoni għandha tittejjeb permezz ta' interfaċċi u sistemi ta' tiftix ta' użu faċli; jitlob l-iżvilupp ta' punt ta' aċċess komuni għall-portals tat-tliet istituzzjonijiet, li jinbena fuq il-proġett pilota għal pjattaforma online għall-pubblikazzjoni proattiva ta' dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-UE, u għall-armonizzazzjoni tal-portals ta' tiftix bejn id-dipartimenti tal-istess istituzzjoni (inklużi d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni); jistieden ukoll lill-istituzzjonijiet ikomplu u jsaħħu l-ħidma ta' estensjoni tal-għarfien tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki tal-UE; jemmen li, għal dak l-għan, l-Unjoni għandha tagħmel użu sħiħ mill-potenzjal li joffru teknoloġiji ġodda (netwerks soċjali, applikazzjonijiet għas-smartphone, eċċ.), sabiex ikun żgurat aċċess komprensiv u faċli għall-informazzjoni;

10.  Jiddispjaċih li d-dokumenti uffiċjali sikwit ikunu kklassifikati żżejjed; itenni l-pożizzjoni tiegħu li għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari u uniformi għall-klassifikazzjoni u d-deklassifikazzjoni tad-dokumenti; jiddispjaċih li l-istituzzjonijiet jitolbu laqgħat bil-magħluq mingħajr ġustifikazzjoni xierqa; itenni l-istedina tiegħu lill-istituzzjonijiet biex jivvalutaw u jiġġustifikaw pubblikament talbiet għal laqgħat bil-magħluq skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001; iqis li t-talbiet għal laqgħat bil-magħluq fil-Parlament għandhom jiġu evalwati mill-Parlament individwalment; jemmen li awtorità ta' sorveljanza indipendenti għandha tissorvelja l-proċessi ta' klassifikazzjoni u ta' deklassifikazzjoni;

11.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE biex jadottaw proċeduri aktar rapidi, anqas ikkumplikati u aktar aċċessibbli għall-ġestjoni ta' lmenti kontra ċ-ċaħda tal-għoti ta' aċċess; iqis li approċċ aktar proattiv jgħin biex tiġi żgurata trasparenza effettiva kif ukoll biex jiġi evitat tilwim legali mhux meħtieġ li jista' jikkawża spejjeż u piżijiet mhux meħtieġa kemm għall-istituzzjonijiet kif ukoll għaċ-ċittadini;

12.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha, sakemm titwettaq ir-reviżjoni mixtieqa tiegħu, japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, u l-ġurisprudenza sussegwenti, b'mod sħiħ u konformi mal-kliem u l-ispirtu tiegħu, u jqisu l-bidliet magħmula mit-Trattat ta' Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kunsill, inklużi l-korpi preparatorji tiegħu, jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill u dokumenti oħra, fid-dawl tal-kawża Access Info Europe, l-Istati Membri intervenjenti u l-proposti tagħhom; jistieden lill-Parlament biex jagħmel disponibbli l-aġendi u n-noti ta' feedback tal-laqgħat tal-koordinaturi tal-Kumitati, il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti, kif ukoll, fil-prinċipju, id-dokumenti kollha msemmija f'dawn l-aġendi, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, billi jippubblikahom fuq is-sit web tal-Parlament;

13.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha japplikaw id-dispożizzjonijiet imsaħħa dwar it-trasparenza inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 meta l-informazzjoni mitluba ikollha x'taqsam mal-ambjent, u josservaw l-obbligi tagħhom li jippubblikaw b'mod proattiv informazzjoni dwar l-ambjent;

14.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jevalwaw u, meta jkun meħtieġ, jirrieżaminaw l-arranġamenti interni tagħhom għar-rappurtar ta' għemil ħażin, u jitlob il-protezzjoni tal-informaturi; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni tirraporta lill-Parlament dwar l-esperjenzi tagħha rigward ir-regoli ġodda dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta għall-persunal tal-UE adottati fl-2012 u rigward il-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom;

Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

15.  Jirrimarka li, b'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-TUE u tat-TFUE, id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti jkopri l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE; iqis, għaldaqstant, li jeħtieġ isir aġġornament urġenti u jitwettaq tibdil sostanzjali lir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; iqis, b'mod partikolari, li huwa fundamentali li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni biex jinkludi l-istituzzjonijiet Ewropej kollha li bħalissa mhumiex koperti, bħall-Kunsill Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE;

16.  Iqis li huwa deplorevoli li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għadha wieqfa fil-Kunsill, u jittama li jsir progress malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-Kunsill jadotta pożizzjoni kostruttiva, filwaqt illi jqis il-pożizzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiddefinixxi l-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

17.  Jirrakkomanda li tinħoloq, fost l-oħrajn abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ġabra waħda ta' prinċipji li jirregolaw l-aċċess għad-dokumenti li tippermetti aktar ċarezza għaċ-ċittadini;

18.  Jiddispjaċih li ftit sar progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-obbligu għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u korpi oħra li jżommu reġistri kompluti ta' dokumenti, kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 12 tiegħu u, fl-aħħar mill-aħħar, fit-Trattat ta' Lisbona u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jitlob approċċ komuni għall-istabbiliment ta' reġistri, u jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet tal-UE jistabbilixxu reġistri ta' dokumenti jekk għadhom ma għamlux dan, u jimplimentaw miżuri biex jistandardizzaw il-klassifikazzjoni u l-preżentazzjoni tad-dokumenti tal-istituzzjonijiet; itenni, f'dan ir-rigward, barra minn punt ta' aċċess komuni għad-dokumenti tal-UE permezz tat-tliet portali tal-istituzzjonijiet, it-talba tiegħu biex il-proċeduri u l-kriterji komuni għar-reġistrazzjoni u l-assenjazzjoni ta' kodiċi interistituzzjonali għal kull dokument sabiex, eventwalment, ikun jista' jiġi stabbilit reġistru interistituzzjonali komuni, li jinkludi bażi ta' data konġunta dedikata dwar l-istat attwali tal-fajls leġislattivi;

19.  Ifakkar li, skont l-Artikoli 1(c) u 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet huma mitluba "li jippromwovu prattika amministrattiva tajba fl-aċċess għad-dokumenti" u "jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess garantit minn dan ir-Regolament"; jenfasizza li t-trasparenza hija marbuta mill-qrib mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif imsemmi fl-Artikolu 298 tat-TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u jtenni t-talba tiegħu għall-adozzjoni ta' regolament dwar il-proċedura amministrattiva tal-amministrazzjoni proprja tal-UE(9);

20.  Jinnota li t-Trattat ta' Lisbona elimina r-referenza għall-protezzjoni tal-effiċjenza fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet leġiżlattivi;

Trasparenza tal-proċess leġiżlattiv

"Trilogi"

21.  Ifakkar li jitqies li proċess leġiżlattiv huwa tal-akbar importanza għaċ-ċittadini; jistieden lill-istituzzjonijiet jagħmlu disponibbli d-dokumenti li huma parti mill-proċeduri leġiżlattivi jew marbuta magħhom; iqis, b'mod partikolari, li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-akbar għadd ta' dokumenti possibbli permezz tas-siti web tagħhom u għandhom jikkunsidraw l-użu tal-"Ewropa tiegħek" Your Europe bħala portal tal-UE uniku u aċċessibbli għall-pubbliku biex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni;

22.  Jirrikonoxxi l-inkjesta tal-Ombudsman dwar "it-trilogi", li hija l-proċedura stabbilita li permezz tagħha tiġi adottata l-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni tal-UE; iħeġġeġ, lill-Ombudsman, fi ħdan il-mandat tagħha skont it-Trattati u skont l-Istatut tal-Ombudsman, tagħmel użu sħiħ mis-setgħat ta' investigazzjoni mogħtija lilha;

23.  Jirrimarka li l-użu tat-trilogi, għalkemm mhux formalment previst mit-Trattati, sar il-mod rikonoxxut biex jintlaħaq kunsens fost il-koleġiżlaturi u biex titħaffef il-proċedura leġiżlattiva stabbilita fit-Trattat; jinnota, għaldaqstant, li l-kumitati ta' konċiljazzjoni jintużaw biss fit-tielet qari bħala l-aħħar rimedju;

24.  Jiddeplora l-fatt li ċ-ċittadini m'għandhom ebda setgħa ta' skrutinju fuq in-negozjati tat-trilogi; jesprimi tħassib dwar l-abbużi li tista' ġġib din il-prattika leġiżlattiva, b'mod partikolari rigward l-introduzzjoni ta' elementi ġodda ta' leġiżlazzjoni waqt it-trilogi mingħajr proposta tal-Kummissjoni jew emenda Parlamentari li jservu ta' bażi, li permezz tagħhom il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u l-iskrutinju pubbliku jkunu jistgħu jiġu evitati;

25.  Jiddeplora l-fatt li, minħabba l-iżvelar ta' dokumenti formali u informali tat-trilogi, il-gruppi ta' interess kompetenti u b'ħafna konnessjonijiet igawdu minn aċċess mhux ugwali għad-dokumenti, u għaldaqstant għall-proċess leġiżlattiv; jinnota li l-iżvelar ta' dokumenti jista' jitnaqqas ladarba d-dokumenti tat-trilogi jiġu ppubblikati b'mod proattiv fuq pjattaforma aċċessibbli b'mod faċli mingħajr dewmien;

26.  Ifakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi r-riskju ta' pressjoni esterna u li din jaf tkun raġuni leġittima biex jiġi limitat l-aċċess għal dokumenti marbuta mal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, bil-kundizzjoni li r-realtà ta' tali pressjoni esterna tiġi stabbilita b'ċertezza, u li jitressqu provi suffiċjenti li juru li jeżisti riskju raġonevolment prevedibbli li d-deċiżjoni li għandha tittieħed tiġi affettwata b'mod sostanzjali minħabba dik il-pressjoni esterna(10); jinsab imħasseb li l-prattika attwali tiffavorixxi aċċess usa' għall-fażijiet deċiżivi tal-proċess leġiżlattiv lil-lobbisti aktar milli lill-pubbliku ġenerali;

27.  Jirrimarka li, waqt li t-trilogi huma importanti u effikaċi, il-proċeduri li huma attwalment applikabbli għalihom jagħtu lok għal tħassib rigward it-trasparenza fil-proċedura leġiżlattiva; jistieden lill-istituzzjonijiet involuti jiżguraw trasparenza akbar tat-trilogi informali biex tissaħħaħ id-demokrazija billi tippermetti liċ-ċittadini jiflu bir-reqqa l-informazzjoni relevanti li tkun iffurmat il-bażi ta' att leġiżlattiv, kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi magħquda Svezja u Turco v Il-Kunsill, filwaqt li jkun żgurat spazju adegwat ta' ħsieb għall-koleġiżlaturi; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iżidu r-rapportar fil-kumitat parlamentari kompetenti dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tat-trilogi; iqis li, meta dokumenti jkunu maħluqa fil-qafas tat-trilogi, bħal pereżempju aġendi, sommarji tar-riżultati, minuti u approċċi ġenerali fil-Kunsill, jekk ikunu disponibbli, dawn id-dokumenti jkunu relatati ma' proċeduri leġiżlattivi u ma jistgħux, bħala prinċipju, jiġu ttrattati b'mod differenti minn dokumenti leġiżlattivi oħra; huwa tal-fehma li lista ta' laqgħat tat-trilogi u d-dokumenti msemmija hawn fuq għandhom ikunu direttament aċċessibbli fis-sit web tal-Parlament; ifakkar li l-ftehim interistituzzjonali futur dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet jinkludi bażi ta' data dwar fajls leġiżlattivi u, jekk jiġi adottat, se jindirizza wkoll il-ġestjoni xierqa tat-trilogi;

Emendi plenarji

28.  Jiddeplora l-fatt li meta emendi plenarji ffirmati b'mod konġunt minn mill-inqas 40 Membru jiġu rreġistrati, jiġu ppubblikati biss l-ismijiet ta' xi wħud mill-kofirmatarji; iqis li għandhom jiġu ppubblikati l-ismijiet tal-kofirmatarji kollha;

Reġistru obbligatorju tal-lobbies

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien ulterjuri, il-proposta tagħha għal ftehim interistituzzjonali biex jinħoloq reġistru interistituzzjonali obbligatorju tal-gruppi ta' interess u tal-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet reġjonali li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjonijiet, u jitlob li dan jingħata l-ogħla prijorità; jitlob li tali reġistru jżomm informazzjoni dettaljata dwar min jirrapreżenta lil liema grupp ta' interess, għal liema skop u b'liema riżorsi u finanzjament;

30.  Iħeġġeġ lill-Membri tal-Parlament Ewropew u lir-rappreżentanti tal-Kunsill isegwu l-prattika tal-Kummissjoni, stabbilita bid-Deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Novembru 2014, biex jippubblikaw informazzjoni dwar il-laqgħat bejniethom jew il-persunal tagħhom fuq naħa, u mal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili fuq in-naħa l-oħra;

31.  Jistieden lill-Parlament biex, bħala l-ewwel pass f'din id-direzzjoni, jagħmel disponibbli għal dawk il-Membri tal-Parlament Ewropew li jixtiequ jirrapurtaw dwar il-kuntatti tagħhom mal-lobbisti, mudell għar-Rapporteurs li jista' jiġi mehmuż bħala anness mar-rapporti tagħhom, kif ukoll spazju għal informazzjoni ta' dan it-tip fuq il-paġni web tal-Parlament li jirreferu għal Membri tal-Parlament Ewropew individwali;

Atti delegati

32.  Ifakkar li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u sabiex jiġi garantit kontroll Parlamentari sħiħ, demokratiku u trasparenti, jeħtieġ li l-aċċess jingħata wkoll għad-dokumenti prodotti skont il-qafas tal-proċedura ta' delegazzjoni tas-setgħat (atti delegati) peress li dawn jirrappreżentaw parti sostanzjali tal-leġiżlazzjoni Ewropea u għal din ir-raġuni għandu jiġi garantit bis-sħiħ kontroll parlamentari u demokratiku adegwat u trasparenti; jiddeplora b'mod partikolari, f'dan il-kuntest, in-nuqqas ta' trasparenza tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej (l-EBA, l-EIOPA u l-ESMA) minħabba nuqqas ta' involviment min-naħa tal-koleġiżlaturi; jinnota b'diżappunt li għadu ma ġiex stabbilit reġistru uniku li jiġbor il-leġiżlazzjoni kollha tat-tieni livell u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan mingħajr dewmien;

Il-ftehimiet internazzjonali

33.  Jinnota li l-ftehimiet internazzjonali għandhom saħħa vinkolanti u impatt fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE u jinnota l-ħtieġa li matul il-proċess kollu n-negozjati jkunu trasparenti, u dan jimplika li l-istituzzjonijiet għandhom jippubblikaw il-mandat ta' negozjar mogħti lin-negozjatur tal-UE mingħajr ma jimmina l-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE; iqis li għandu jiġi segwit il-prinċipju li d-dokumenti relatati ma' ftehimiet internazzjonali għandhom ikunu pubbliċi, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet leġittimi u mingħajr ma jimmina l-fiduċja meħtieġa bejn il-partijiet ikkonċernati sabiex jinkisbu negozjati effikaċi; jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-Kunsill regolarment jikklassifikaw id-dokumenti kollha dwar in-negozjati, u b'hekk jillimitaw l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni; isostni li l-pubbliku għandu jingħata aċċess għad-dokumenti ta' negozjar relevanti kollha, inklużi dawk diġà maqbulin, bl-eċċezzjoni ta' dawk li huma kkunsidrati sensittivi, b'ġustifikazzjoni ċara fuq bażi individwali, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

34.  Ifakkar lill-Kummissjoni li, skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, il-Parlament għandu jkun infurmat bis-sħiħ u immedjatament fl-istadji kollha waqt li n-negozjati jkunu għaddejjin; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, f'kull stadju, liema dokumenti u liema informazzjoni tista' ssir pubblika b'mod proattiv;

It-trasparenza tal-proċess amministrattiv

35.  Jirrimarka li t-trasparenza ssaħħaħ u tikkontribwixxi biex jiġi implimentat il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba kif previst mill-Artikolu 41 tal-Karta u mill-Artikolu 298 tat-TFUE; jistieden, għaldaqstant, lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi interni tagħhom jilħqu dan l-għan;

36.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jfasslu regoli komuni li jirregolaw il-kondotta tal-proċeduri amministrattivi u l-proċeduri ta' sottomissjoni, klassifikazzjoni, deklassifikazzjoni, reġistrazzjoni u divulgazzjoni ta' dokumenti amministrattivi; jittama li proposta leġiżlattiva għal dan l-iskop tkun tista' tiġi ppreżentata mingħajr dewmien;

Proċeduri ta' ksur

37.  Jiddeplora n-nuqqas ta' trasparenza rigward l-avviżi ta' tqegħid fil-mora u l-proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri; jitlob, b'mod partikolari, biex id-dokumenti mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Istati Membri b'rabta ma' tali proċeduri u r-risposti relatati jkunu aċċessibbli għall-pubbliku; jitlob, barra minn hekk, li l-informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea jiġu ppublikati b'mod proattiv;

Il-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u kwistjonijiet oħra

38.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jiġu garantiti l-aċċessibbiltà sħiħa u t-trasparenza effettiva tal-informazzjoni dwar in-negozjati tal-programmi operattivi nazzjonali u reġjonali;

39.  Iqis li t-trasparenza sħiħa u l-aċċessibilità tad-data huma fundamentali biex jiġi evitat u miġġieled kwalunkwe abbuż u frodi; f'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni tagħmel obbligatorja l-pubblikazzjoni tad-data tal-benefiċjarji kollha tal-Fondi Strutturali inklużi s-sottokuntratturi; itenni li huwa kruċjali li fl-UE jkun hemm trasparenza sħiħa fin-nefqa pubblika biex tiġi żgurata r-responsabilità u tiġi miġġielda l-korruzzjoni;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi ta' informazzjoni u rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u, jekk ikun hekk meħtieġ, timponi s-sanzjonijiet previsti f'każ ta' nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-obbligi;

41.  Jirrimarka li, filwaqt li nkiseb progress fl-għoti ta' informazzjoni fis-sit web tal-Parlament rigward l-allowances differenti li huma intitolati għalihom il-Membri, u dwar ir-regoli li bihom huma rregolati, din il-politika għandha tiġi segwita filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiki fil-parlamenti nazzjonali u l-azzjonijiet li diġà ttieħdu minn Membri individwali; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Membri kollha sabiex jimpenjaw ruħhom f'dan l-isforz billi jiddivulgaw b'mod proattiv informazzjoni dwar l-attivitajiet speċifiċi tagħhom u l-użu tan-nefqa, sabiex il-Parlament jibqa' fuq quddiem tal-isforzi biex tinkiseb trasparenza u attitudni miftuħa fl-UE, u bil-ħsieb li jkun hemm rendikont pubbliku tal-fondi pubbliċi;

42.  Iqis li f'bidla tal-politika ta' trasparenza tiegħu, il-BĊE issa jipprevedi l-pubblikazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija tal-BĊE, iżda jinsab diżappuntat li l-BĊE għadu lura ħafna f'dan l-aspett, meta mqabbel ma' banek ċentrali dinjija oħra; jistenna l-implimentazzjoni ta' miżuri ulterjuri oħra li għandhom itejbu t-trasparenza tal-kanali ta' komunikazzjoni tiegħu;

43.  Jittama, għaldaqstant, li fil-ġejjieni d-dokumenti kollha rigward id-deċiżjonijiet meħuda fil-proċess tal-Analiżi tal-Kwalità tal-Assi jsiru pubbliċi sabiex jiġu garantiti kundizzjonijiet ekwi fl-UE; jittama li r-rekwiżiti ta' trasparenza jiġu applikati wkoll fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRM), skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament SRM, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016;

44.  Jistieden lill-Kumitat Interistituzzjonali stabbilit mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 biex jaħdem b'mod aktar attiv u jikkomunika lill-kumitati kompetenti dwar il-kwistjonijiet diskussi; jistiednu jiltaqa' b'mod aktar regolari, u biex jiftaħ diskussjonijiet u deliberazzjonijiet interni billi jistieden u jqis sottomissjonijiet mis-soċjetà ċivili, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; jistiednu jindirizza b'urġenza l-kwistjonijiet imsemmija f'din ir-riżoluzzjoni;

45.  Iqis li huwa indispensabbli li l-aġenziji tal-UE japplikaw politika komuni dwar il-kunflitti ta' interess; jinnota li f'xi każijiet il-politika li ġiet applikata sa issa tipprevedi dispożizzjonijiet rigward il-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tad-Direttur u tal-maniġment superjuri; josserva bi tħassib, madankollu, li l-obbligu li jiġu ppubblikati s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ma japplikax għall-esperti; jistieden lill-aġenziji jestendu tali obbligu għall-esperti;

Segwitu

46.  Jitlob lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew jinfurmaw lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet f'din ir-riżoluzzjoni;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-kriterji dwar il-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-Fondi Strutturali;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(2) ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.
(3) ĠU C 168 E, 16.6.2013, p. 159.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0203.
(5) Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12. Sentenza tal-Qorti (l-Awla Manja) tat-8 ta' April 2014.
(6) Kawża C 362/14. Sentenza tal-Qorti (l-Awla Manja) tas-6 ta' Ottubru 2015.
(7) Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006.
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/520/KE tas-26 ta' Lulju 2000.
(9) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta' Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 440, 30.12.2015, p. 17).
(10) Kawża T-144/05, Pablo Munoz vs Il-Kummissjoni, paragrafu 86.


Il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE
PDF 355kWORD 178k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE (2015/2094(INI))
P8_TA(2016)0203A8-0053/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-preambolu u l-Artikoli 3 u 6 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikoli 1, 3, 5, 27, 31, 32, 33 u 47 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB), b'mod partikolari l-Artikolu 4.1 li jipprojbixxi l-iskjavitù u s-servitù, u l-Artikolu 14 li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea tat-3 ta' Mejju 1996, b'mod partikolari l-Parti I u l-Parti II, l-Artikolu 3 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2014 dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020 (COM(2014)0332),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta' djalogu soċjali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2001 dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2013 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) bl-isem "Nisa, irġiel u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa",

–  Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Eurofound tal-2008 bl-isem "Miżuri biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea" u tal-2013 bl-isem "Nindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u n-Norveġja: Approċċi u miżuri mill-2008",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2006 bl-isem "Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd: il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti għal kulħadd' (COM(2006)0249),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2015 tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) bl-isem "L-isfruttament gravi tax-xogħol: il-ħaddiema li jiċċaqilqu fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew li jidħlu fiha - l-obbligi tal-Istati Membri u d-drittijiet tal-vittmi"

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2011 tal-FRA bl-isem "Migranti f'sitwazzjoni irregolari impjegati f'xogħol domestiku: L-isfidi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha",

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)(5),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2014 dwar l-iżvilupp tas-servizzi għall-familja biex ir-rati tal-impjieg jiżdiedu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fix-xogħol,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u għan-nisa(8),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2007 bl-isem "Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea: Il-perspettiva tas-sessi";

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2014 bl-isem "Is-settur tal-kura residenzjali: Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-impjiegi ",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar migranti nisa mingħajr dokumenti fl-Unjoni Ewropea(9),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tat-18 ta' Diċembru 1990 dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea tal-24 ta' Novembru 1977 dwar l-Istatus Ġuridiku tal-Ħaddiema Migranti,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna tat-18 ta' April 1961 dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2011 bl-isem "Inizjattivi tal-kumpaniji favur ħaddiema li għandhom fir-responsabbiltà tagħhom il-kura ta' tfal jew adulti b'diżabbiltà",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-pensjoni(10),

–  wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-10 ta' Ottubru 2014 imħejji mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropeabl-isem "Protezzjoni soċjali adegwata għall-ħtiġijiet ta' kura fit-tul f'soċjetà li qed tixjieħ",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2015 bl-isem "Ix-xogħol u l-assistenza: Miżuri ta' rikonċiljazzjoni fi żminijiet ta' tibdil demografiku",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tas-26 ta' Mejju 2010 tas-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "Il-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku"(11),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 189 u r-Rakkomandazzjoni Nru 201 dwar Xogħol Deċenti għall-Ħaddiema Domestiċi, adottata fis-16 ta' Ġunju 2011 fil-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol tal-ILO,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/51/UE li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 189)(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal Konvenzjoni tal-ILO issupplimentata b'rakkomandazzjoni dwar il-ħaddiema domestiċi(13),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti IV (1) u IV (2) tal-ILO, bl-isem "Xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi", imħejja għad-99 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol f'Ġunju 2010, u r-Rapporti IV(1) u IV(2) (ippubblikati f'żewġ volumi) bl-isem "Xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi", imħejja għall-100 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol f'Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0053/2016),

A.  billi skont il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189  "ħaddiem domestiku" huwa kwalunkwe persuna involuta f'xogħol domestiku fi ħdan relazzjoni ta' impjieg, kemm jekk f'unità domestika waħda kif ukoll f'aktar minn waħda, filwaqt li persuna li tagħmel xogħol domestiku okkażjonalment jew sporadikament biss u mhux fuq bażi okkupazzjonali mhijiex ħaddiema domestika;

B.  billi "kura" tfisser xogħol imwettaq f'istituzzjonijiet pubbliċi jew privati jew f'unità domestika privata jew unitajiet domestiċi privati biex tiġi provduta kura personali lit-tfal, l-anzjani, il-persuni morda jew diżabbli; billi x-xogħol ta' kura jista' jsir minn carers professjonali li jistgħu jkunu impjegati minn entitajiet pubbliċi jew privati jew familji jew ikunu jaħdmu għal rashom, u/jew jista' jsir ukoll minn carers mhux professjonali, li normalment ikunu membri tal-familja;

C.  billi t-terminu "ħaddiema domestiċi u ħaddiema fis-settur tal-kura" jinkludi diversi gruppi ta' ħaddiema li jinkludu, iżda mhux limitati għal, ħaddiema li jirrisjedu fl-unità domestika fejn jaħdmu, ħaddiema esterni, ħaddiema bis-siegħa f'diversi unitajiet domestiċi, ħaddiema tal-familja, ħaddiema li jipprovdu kura matul il-ġurnata jew bil-lejl, babysitters, au-pairs u l-ġardinara, li r-realtà u kundizzjonijiet tagħhom jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti;

D.  billi fis-settur tax-xogħol domestiku kien hemm jaħdmu aktar minn 52 miljun persuna fid-dinja fl-2010, skont iċ-ċifri tal-ILO, li magħhom jiżdiedu 7.4 miljun ħaddiem domestiku taħt l-età ta' 15-il sena, li jammonta għal bejn 5 % u 9 % tal-impjieg kollu fil-pajjiżi industrijalizzati; billi, skont l-ILO, il-maġġoranza tal-ħaddiema impjegati f'dan is-settur huma nisa li rrappreżentaw 83 % tal-ħaddiema domestiċi fid-dinja fl-2010 u dan ifisser 2.5 miljun fl-UE, li 88 % minnhom huma nisa; billi dan is-settur huwa kkaratterizzat minn femminizzazzjoni konsiderevoli; billi l-ħaddiema domestiċi u l-carers jikkontribwixxu bil-kbir għall-miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 billi jipprovdu b'mod effettiv l-infrastruttura li tippermetti lil ħafna familji fl-UE jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

E.  billi l-professjonalizzazzjoni tfisser li l-ħaddiema ta' ċertu settur jingħataw drittijiet ta' impjieg u protezzjoni soċjali; billi x-xogħol domestiku u s-settur tal-kura jistgħu jkunu professjonalizzati permezz ta' kombinazzjoni ta' finanzi pubbliċi (ħelsien mit-taxxa), finanzi soċjali (konċessjonijiet tal-familja, għajnuna għal negozji, impriżi mutwi u assigurazzjoni tas-saħħa, kunsilli tax-xogħol, eċċ.) u finanzi privati (ħlas għal servizzi minn individwi privati);

F.  billi fiż-żewġ setturi, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-isfruttament huma mifruxin b'mod wiesa';

G.  billi x-xogħol domestiku u ta' kura huma karatterizzati prinċipalment mill-karatteristiċi li ġejjin: instabbiltà tax-xogħol, mobbiltà ġeografika, sigħat ad hoc, staġjonalità, rotazzjoni, prekarjetà, xogħol temporanju u predominantement xogħol mhux iddikjarat;

H.  billi skont l-ILO 29.9 % tal-ħaddiema domestiċi huma esklużi kompletament minn leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ix-xogħol, u sal-ġurnata tal-lum ix-xogħol tal-ħaddiema domestiċi u l-carers fl-UE huwa rarament irregolat jew mhux irregolat b'mod uniformi fl-Istati Membri, bir-riżultat li l-ħaddiema domestiċi ta' sikwit ma jiġux ikkunsidrati bħala ħaddiema regolari jew tipiċi u għalhekk id-drittijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali tagħhom huma ferm limitati(14);

I.  billi l-ħaddiema domestiċi u l-carers li huma esklużi minn liġijiet tax-xogħol ma jistgħux jiġu garantiti ambjent tax-xogħol sikur u san, u jiffaċċjaw diskriminazzjoni sinifikanti fir-rigward tal-livell ta' drittijiet u protezzjoni li huma jgawdu minnhom meta imqabblin mal-istandards ġenerali tal-pajjiżl; billi, barra minn hekk, dawn ma għandhomx id-dritt li jipparteċipaw fi trejdjunjins jew fin-negozjar kollettiv b'mezzi oħra, jew ma jkunux konxji ta' kif jagħmlu dan jew jesperjenzaw diffikultajiet f'dan ir-rigward, li jagħmilhom partikolarment vulnerabbli, speċjalment minħabba kopertura limitat f'dak li jirrigwarda s-sigurtà soċjali (partikolarment benefiċċji tal-qgħad, ħlas għall-mard u inċidenti kif ukoll liv tal-maternità, il-leave tal-ġenituri u tipi oħrajn ta' leave tal-kura) u l-esklużjoni frekwenti tagħhom mill-protezzjoni kontra t-tkeċċija;

J.  billi r-rispett u l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali eżistenti għall-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema domestiċi u tal-ħaddiema fis-settur tal-kura għadha kwistjoni pendenti għal xi Stati Membri;

K.  billi regolamentazzjoni adegwata għal dan is-settur tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat;

L.  billi xi miżuri ta' appoġġ settorjali, bħat-tnaqqis fiskali Svediż għas-servizzi domestiċi, "il-vawċer tal-impjieg għas-servizz" Franċiż jew "il-vawċer għas-servizz" Belġjan urew li huma effettivi fit-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat, fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u fl-għoti tad-drittijiet tax-xogħol regolari lill-ħaddiema domestiċi u l-ħaddiema fis-settur tal-kura;

M.  billi huwa stmat li l-maġġoranza tal-kura fl-UE qiegħda attwalment tiġi provduta minn carers informali u mhux imħallsa, li huma stess jistgħu jitqiesu grupp vulnerabbli minħabba l-pressjonijiet dejjem akbar sabiex jipprovdu livelli ta' kura aktar sofistikati u tekniċi; billi 80 % tal-carers huma nisa u li dan jaffettwa r-rati ta' impjieg fost in-nisa, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tixjiħ b'mod san;

N.  billi s-settur tax-xogħol domestiku – li fih il-maġġoranza tal-ħaddiema huma nisa – jiffavorixxi l-isfruttament tal-ħaddiema; billi tali sfruttament jikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet fundamentali u kemm il-ħaddiema mingħajr dokumenti kif ukoll iċ-ċittadini tal-UE għandhom jiġu protetti minn dan;

O.  billi l-FRA tikkunsidra x-xogħol domestiku u l-kura bħala wieħed mis-setturi l-aktar esposti għar-riskju ta' sfruttament gravi tal-ħaddiema fl-UE; billi dan l-isfruttament jidher ta' spiss meta ma jkunx hemm kuntratt formali jew ikun hemm kuntratti li ma jikkorrispondux għall-kompiti reali mwettqa, pagi baxxi, ħlas irregolari jew saħansitra l-ebda ħlas, ħinijiet tax-xogħol twal iżżejjed, l-ebda liv, u abbuż sesswali, razzjali u/jew abbuż sessist;

P.  billi l-ħaddiema domestiċi sikwit jintalbu jaħdmu sigħat eċċessivi u 45 % minnhom mhumiex intitolati għal liv ta' kull ġimgħa jew għal liv annwali mħallas(15); billi l-ħaddiema domestiċi u carers li jirrisjedu fid-dar fejn jaħdmu għandhom b'mod partikolari responsabbiltajiet u kompiti li ma jippermettulhomx jieħdu biżżejjed ħin ta' mistrieħ konsekuttiv;

Q.  billi aktar minn terz tal-ħaddiema domestiċi nisa mhumiex intitolati għal-lif ta' maternità jew drittijiet relatati u allowances,(16) u f'xi Stati Membri ħaddiema domestiċi u ħaddiema fis-settur tal-kura m'għandhomx dritt għall-benefiċċju tal-qgħad;

R.  billi ħafna impjiegi fis-settur tal-kura tas-saħħa u s-settur tal-kura f'ċerti Stati Membri joffru remunerazzjoni baxxa, ta' spiss ma joffrux kuntratti formali jew drittijiet ta' xogħol bażiċi oħra u mhumiex attraenti minħabba r-riskju għoli ta' stress fiżiku u emozzjonali, it-theddida ta' eżawriment, u nuqqas ta' opportunitajiet ta' żvilupp fil-karriera; billi s-settur joffri ftit opportunitajiet ta' taħriġ u, barra minn hekk, il-ħaddiema f'dan is-settur huma b'mod predominanti kbar fl-età, nisa u ħaddiema migranti;

S.  billi l-ħaddiema domestiċi ħafna drabi jaħdmu f'kondizzjonijiet ħżiena ħafna jew perikolużi jew ikollhom nuqqas ta' taħriġ adegwat biex iwettqu kompiti speċifiċi li jistgħu jirriżultaw f'korrimenti fuq il-post tax-xogħol; billi l-istess dispożizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà għandhom ikunu ggarantiti fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema domestiċi u l-carers kollha jkun xi jkun it-tip ta' impjieg, jiġifieri kemm għall-ħaddiema impjegati formalment u kemm għall-ħaddiema impjegati direttament minn unitajiet domestiċi privati;

T.  billi l-post tax-xogħol fejn dawn in-nies iwettqu xogħolhom ma jeżentax lill-impjegatur milli jħares il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà u l-prevenzjoni tar-riskji, kif ukoll milli jirrispetta l-privatezza ta' dawk li jqattgħu l-lejl fil-post tax-xogħol;

U.  billi l-au pairs huma grupp ta' ħaddiema domestiċi li ta' sikwit ma jitqisux bħala ħaddiema regolari; billi bosta rapporti jindikaw li dan jista' jwassal għal abbuż billi pereżempju l-au pairs jiġu sfurzati jaħdmu sigħat eċċessivi; billi l-au pairs għandhom jirċievu protezzjoni ugwali bħall-ħaddiema domestiċi l-oħra;

V.  billi l-maġġoranza tal-ħaddiema domestiċi u l-carers huma nisa migranti, li persentaġġ kbir tagħhom huma f'sitwazzjoni irregolari, u ħafna huma minuri jew ħaddiema temporanji jew ħaddiema li d-drittijiet jew il-kwalifiki tagħhom mhumiex rikonoxxuti u spiss ma jkunux jafu bid-drittijiet tagħhom, ikollhom aċċess ristrett għas-servizzi pubbliċi jew jiffaċċjaw problemi biex ikollhom aċċess għal dawn is-servizzi, għandhom għarfien limitat tal-lingwa lokali u jsofru minn nuqqas ta' inklużjoni soċjali;

W.  billi l-ħaddiema migranti bħalma huma l-ħaddiema domestiċi jistgħu jkunu esposti għal diskriminazzjoni multipla u huma b'mod partikolari vulnerabbli għal forom ta' vjolenza u diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, peress li spiss jaħdmu f'kundizzjonijiet medjokri u irregolari; billi għandhom isiru sforzi konkreti biex jiġu evitati t-trattament ħażin tal-ħaddiema migranti, il-ħlasijiet irregolari lilhom, it-tkeċċija inġusta tagħhom u l-atti ta' vjolenza jew ta' abbuż sesswali fuq tali ħaddiema;

X.  billi l-migranti mingħajr dokumenti li jwettqu xogħol domestiku huma f'riskju partikolari li jsofru diskriminazzjoni u li jiġu sfruttati; billi minħabba l-istatus irregolari tagħhom huma joqogħdu lura milli jiddefendu ruħhom u milli jitolbu l-għajnuna għax jibżgħu li jinqabdu u jiġu deportati; billi din is-sitwazzjoni qed tiġi sfruttata minn impjegaturi bla skruplu;

Y.  billi l-ħaddiema migranti nisa bla dokumenti qed jiffaċċjaw livelli inkwetanti ta' diskriminazzjoni, qed jonqsu milli jirrapportaw sitwazzjonijiet ta' abbuż, qed jiffaċċjaw tkeċċija inġusta, inadempjenza tal-pagi u vjolenza minħabba nuqqas ta' għarfien dwar id-drittijiet tagħhom, ostakli bħal dawk lingwistiċi jew għax jibżgħu li jiġu arrestati, jew li jitilfu l-impjieg tagħhom;

Z.  billi n-nisa migranti spiss jiddeċiedu, jew jinġiebu, biex ifittxu impjieg fis-settur tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers, billi dawn il-karigi huma kkunsidrati bħala temporanji b'rekwiżiti baxxi ta' ħiliet;

AA.  billi d-domanda dejjem ikbar għall-għajnuna domestika u għall-għoti ta' kura lit-tfal, għall-persuni b'diżabbiltà u għall-anzjani wasslet għal żieda fil-femminizzazzjoni tal-migrazzjoni lejn l-Ewropa;

AB.  billi l-migranti nisa ta' spiss ikunu mġiegħla jidħlu għal impjiegi illeċiti;

AC.  billi aġenziji terzi huma f'xi każijiet konnessi ma' netwerks ta' traffikar tan-nisa u xogħol furzat jew ma' attivitajiet kriminali oħra li jinvolvu r-reklutaġġ illegali tan-nisa u l-isfruttament tagħhom b'modi differenti; billi d-data tal-Eurostat turi li 80 % tal-vittmi rreġistrati tat-traffikar huma nisa, li minnhom 19 % huma vittmi ta' sfruttament tax-xogħol, inkluż għal skopijiet ta' xogħol domestiku;

AD.  billi għandha tingħata attenzjoni għat-tħaddim tat-tfal, il-fastidju u ċ-ċaħda estensiva tad-drittijiet tal-ħaddiema fis-settur tax-xogħol domestiku;

AE.  billi l-integrazzjoni tal-migranti fis-suq tax-xogħol hija pass importanti lejn l-inklużjoni soċjali u kulturali;

AF.  billi l-piż tar-responsabbiltà għax-xogħol tad-dar hu ħafna akbar għan-nisa milli hu għall-irġiel u dan mhuwiex ivvalutat f'termini ta' flus jew f'termini ta' rikonoxximent tal-valur tiegħu; billi hemm korrelazzjoni bejn ir-rata ta' impjieg tan-nisa u r-responsabbiltajiet tagħhom fil-familja; billi iktar minn 20 miljun Ewropew (fosthom, żewġ terzi nisa) jieħdu ħsieb adulti dipendenti, u dan jimpedixxihom milli jeżerċitaw attività professjonali full-time u għalhekk tiżdied id-differenza fil-pagi bejn is-sessi u twassal għal riskju akbar ta' faqar f'età avvanzata għan-nisa li qegħdin joqorbu l-età tal-irtirar;

AG.  billi, minkejja x-xejra magħrufa li kważi 20 % tal-popolazzjoni Ewropea hija ta' aktar minn 65 sena u l-istima li din ir-rata se tilħaq il-25 % sal-2050, madwar 80 % tal-ħin meħtieġ biex tieħu ħsieb persuna anzjana jew għal persuna b'diżabbiltà – jiġifieri diversi ġranet fil-ġimgħa jew kull jum – għadu kopert minn carers informali u/jew carers li huma qraba, u minkejja l-għadd dejjem akbar tal-carers fl-UE, il-kura informali hija fil-biċċa l-kbira provduta min-nisa (ġeneralment il-konjuġi, il-bniet u l-ħtint tal-età tan-nofs) bejn l-etajiet ta' 45 u 75 sena;

AH.  billi l-kriżi naqqsu l-investiment pubbliku fis-settur tal-kura, li obbliga lil ħafna nies, l-aktar nisa, inaqqsu s-sigħat tax-xogħol tagħhom jew jirritornaw id-dar biex jieħdu ħsieb persuni dipendenti, anzjani, morda jew tfal;

AI.  billi n-numru dejjem akbar ta' persuni anzjani, in-numru dejjem inqas ta' persuni tal-età tax-xogħol, u restrizzjonijiet tal-baġit pubbliku qed ikollhom impatt kbir fuq is-servizzi soċjali u billi dan se jkollu wkoll impatt fuq persuni li jkollhom jikkombinaw ix-xogħol u r-responsabbiltajiet ta' kura, ta' spiss f'ċirkostanzi diffiċli;

AJ.  billi l-kriżi soċjali u finanzjarja laqtet b'mod aħrax liċ-ċittadini u r-residenti tagħha, u aggravat il-prekarjetà tal-impjiegi, il-faqar, il-qgħad u l-esklużjoni soċjali, u wasslet għal aċċess limitat jew l-ebda aċċess għas-servizzi soċjali u pubbliċi;

AK.  billi f'bosta Stati Membri l-mudelli ta' politika attwali għall-kura fit-tul mhumiex adegwati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-soċjetajiet li qed jixjieħu tagħna, u billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri s'issa ma indirizzawx it-tibdil demografiku b'inizjattivi ta' politika tagħhom;

AL.  billi d-drawwiet, it-tradizzjonijiet u l-forom kollha tal-familja kollha evolvew b'mod konsiderevoli, u dan wassal għall-ħtieġa ta' aktar ħaddiema fis-settur domestiku u inevitabbilment wassal għal ħtiġijiet ġodda ta' kura u appoġġ fi ħdan l-unitajiet domestiċi moderni, speċjalment għan-nisa li jaħdmu barra mid-dar u għall-familji b'ġenitur wieħed;

AM.  billi ħafna persuni dipendenti jgħixu wkoll f'żoni affettwati min-nuqqas ta' servizzi pubbliċi, minn iżolament jew minn ċirkostanzi oħra li jagħmluha diffiċli li jkollhom aċċess għal carers professjonisti jew istituzzjonijiet tal-kura pubbliċi jew privati, u billi dawn id-dipendenti jistgħu jsibu għajnuna biss mingħand carers mhux professjonisti li, ta' spiss iżda mhux dejjem, ikunu membri tal-familja;

AN.  billi numru ta' Stati Membri huma neqsin minn servizz ta' kura ta' kwalità, disponibbli għal kulħadd, indipendenti mid-dħul, jiġifieri s-servizzi jeħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-utenti kollha u l-familji tagħhom u bi prezz li jintlaħaq minnhom;

AO.  billi ż-żieda fit-tul tal-listi ta' stennija għal servizzi ta' appoġġ u ta' kura qed iżżid id-dipendenza fuq il-ħaddiema domestiċi u l-carers, u ta' spiss li dawk dipendenti fuq dawn is-servizzi jiġu kkundannati għall-faqar u l-esklużjoni soċjali;

AP.  billi l-għoti ta' protezzjoni adegwata għall-persuni b'diżabbiltà, l-anzjani, il-morda, id-dipendenti jew il-minuri huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni u x-xogħol domestiku u ta' kura huwa settur essenzjali biex jiżgura l-protezzjoni tagħhom;

AQ.  billi d-dritt għal għadd ta' servizzi ta' appoġġ fid-djar, residenzjali jew ibbażati fuq il-komunità, inkluża l-assistenza personali, huwa stabbilit fl-Artikolu 19 u l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà;

AR.  Billi l-ħaddiema domestiċi u l-carers nisa għal but ta' kulħadd għandhom rwol ekonomiku u soċjali peress li jagħtu aktar ħin lil nisa oħrajn prinċipalment, li jippermettulhom isegwu l-karrieri tagħhom u li jgawdu l-ħajja soċjali tagħhom, u jippermettu lill-impjegaturi tagħhom jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja professjonali u dik privata, kif ukoll jagħmluha possibbli li bosta persuni jkunu disponibbli fis-suq tax-xogħol;

AS.  billi s-settur huwa importanti fuq il-livell ekonomiku u jipprovdi opportunitajiet ta' impjieg għal proporzjon għoli tal-forza tax-xogħol, partikolarment dawk li għandhom ftit ħiliet;

AT.  billi x-xogħol domestiku u ta' kura huwa settur li joħloq l-impjiegi; billi dawn l-impjiegi għandhom ikunu ta' kwalità, peress li huwa dan ix-xogħol imwettaq mill-ħaddiema f'dan is-settur li jippermetti lil ħafna nies ikunu ekonomikament u soċjalment attivi barra mid-dar;

AU.  billi prattika komuni ħafna, f'xi Stati Membri, biex jiġu impjegati ħaddiema domestiċi u l-carers hi permezz ta' ftehimiet bilaterali bejn il-ħaddiem u s-sid tal-unità domestika jew il-persuna dipendenti, aktar milli permezz ta' mezzi formali bħalma huma strutturi tal-istat jew ditti u intrapriżi;

AV.  billi l-ħaddiema domestiċi u l-carers għandhom id-dritt għal ħajja deċenti, li tqis il-ħtieġa tagħhom li jkollhom l-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, tal-familja u l-ħajja, speċjalment għal ħaddiema domestiċi li jirrisjedu fil-post fejn jaħdmu, u għandhom igawdu l-istess drittijiet soċjali u tax-xogħol bħal ħaddiema oħra;

AW.  billi l-Konvenzjoni ILO Nru 189 u r-Rakkomandazzjoni Nru 201 dwar Xogħol Deċenti għall-Ħaddiema Domestiċi jirrappreżentaw sett storiku ta' standards internazzjonali mmirati biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' għexieren ta' miljuni ta' ħaddiema domestiċi minn madwar id-dinja; billi ħafna mill-ħaddiema domestiċi huma nisa u l-istandards ġodda stipulati fil-Konvenzjoni ILO Nru 189 huma pass importanti sabiex l-ugwaljanza bejn is-sessi tavvanza fid-dinja tax-xogħol u jiġu żgurati d-drittijiet ugwali għan-nisa u l-protezzjoni skont il-liġi; billi, madankollu, minn 22 Stat li rratifikaw il-Konvenzjoni s'issa, huma biss sitta li huma Stati Membri (il-Belġju, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja u l-Portugall);

AX.  billi l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189 għandha l-għan li tipprovdi rikonoxximent ġuridiku għax-xogħol domestiku, testendi d-drittijiet lill-ħaddiema domestiċi kollha u tipprevjeni l-vjolazzjonijiet u l-abbużi;

AY.  billi 48 stat diġà rratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom (1990) u 18 oħra ffirmawha, iżda sal-ġurnata tal-lum l-ebda Stat Membru tal-UE għadu ma ffirmaha jew irratifikha;

AZ.  billi l-ħaddiema domestiċi u l-carers huma kontributuri importanti għas-sistemi ta' protezzjoni soċjali, iżda r-rwol tagħhom huwa spiss sottorappreżentat, rappreżentat ħażin, jew assenti jew injorat fid-dibattiti dwar ir-riformi f'dan il-qasam;

BA.  billi l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema domestiċi jew tal-carers ivarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor, minn ħaddiema migranti mhux imħallsa biżżejjed, mhux iddikjarati, mhux dokumentati u mingħajr kuntratt, sa xogħol domestiku u kura li jiġu pprovduti bħala servizz soċjali pubbliku jew bħala servizz soċjali privat provdut minn negozji, aġenziji, assoċjazzjonijiet u kooperattivi, jew permezz ta' impjieg dirett minn entitajiet privati;

BB.  billi jaħdmu wkoll irġiel fis-settur tax-xogħol domestiku tal-UE, b'mod partikolari bħala carers, u għalhekk jeħtieġu l-istess protezzjoni u appoġġ sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni bbażata fuq sess u jiġu ggarantiti opportunitajiet indaqs fis-suq tax-xogħol, kif rikonoxxut mill-Artikoli 19 u 153 TFUE rispettivament;

BC.  billi l-parti l-kbira tal-impjegaturi b'unitajiet domestiċi ta' ħaddiema domestiċi m'għandhom l-ebda għarfien dwar l-obbligi u d-drittijiet tagħhom;

BD.  billi l-ispezzjoni tax-xogħol spiss ma tkoprix ix-xogħol domestiku minħabba nuqqas ta' monitoraġġ tas-settur f'ħafna Stati Membri;

BE.  billi l-aċċess għall-mekkaniżmi tal-ġustizzja huwa ta' spiss diffiċli għall-ksur tal-liġi tax-xogħol, kif ukoll għall-vittmi ta' abbuż u ta' sfruttament; billi l-biża' ta' iżolament fuq il-post tax-xogħol u diffikultajiet biex ikollhom aċċess għal appoġġ legali jistgħu jkunu ostakli kbar għall-ħaddiema domestiċi u l-migranti li jaħdmu fis-settur tal-kura f'sitwazzjoni irregolari;

BF.  billi d-Direttiva attwali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (id-Direttiva 89/391/KEE) tkopri l-ħaddiema domestiċi u l-carers formalment impjegati bl-eċċezzjoni ta' ħaddiema impjegati direttament minn unitajiet domestiċi privati;

1.  Jemmen li hemm il-ħtieġa ta' approċċ komuni tal-UE dwar ir-rikonoxximent tal-professjoni u l-valur tax-xogħol domestiku u l-kura bħala xogħol reali, peress li r-rikonoxximent ta' dan is-settur professjonali x'aktarx inaqqas ix-xogħol mhux iddikjarat u jippromwovi l-integrazzjoni soċjali, u għalhekk jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli komuni dwar xogħol domestiku u l-kura;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b'ġabra ta' strumenti ta' politika, fuq ix-xogħol domestiku u ta' kura, li jistabbilixxu linji gwida ta' kwalità għaż-żewġ setturi; jemmen li tali inizjattivi għandhom jiffokaw fuq:

   (a) l-introduzzjoni ta' qafas ġenerali għall-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku u ta' kura, li jwassal għar-rikonoxximent u l-istandardizzazzjoni tal-professjonijiet u l-ħiliet u l-bini ta' karriera rilevanti, inklużi dawk id-drittijiet akkwistati skont l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri;
   (b) il-proposta b'mod urġenti għal Direttiva dwar il-Liv tal-Carers u qafas għar-rikonoxximent tal-istatus tal-carers mhux professjonisti, li joffrulhom remunerazzjoni u standards minimi ta' protezzjoni soċjali waqt il-ħin li jwettqu kompiti ta' kura u appoġġ f'termini ta' taħriġ u azzjonijiet speċifiċi li jgħinuhom itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tagħhom;

3.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni għall-inizjattiva "New start for working parents and caregivers" (bidu ġdid għall-ġenituri li jaħdmu u dawk li jipprovdu l-kura"

4.  Jistieden lill-Istati Membri jeħtieġu kwalifiki professjonali xierqa għal ċerti tipi ta' xogħol domestiku (kura għall-anzjani, it-tfal u l-persuni b'diżabbiltà) li jeħtieġu kompetenzi speċifiċi;

5.  Jemmen li x-xogħol domestiku u s-settur tal-kura u l-professjonalizzazzjoni tiegħu jista' joħloq impjiegi u tkabbir u għalhekk ir-rimunerazzjoni ġusta hija neċessarja; iqis li s-soluzzjonijiet jistgħu jkunu parti minn mudell ta' innovazzjoni soċjali;

6.  Jemmen li l-professjonalizzazzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu f'unitajiet domestiċi ser iżżid il-ġibda lejn is-settur u l-kwalità tas-servizz ipprovdut, u tippromwovi xogħol deċenti u rikonoxxut;

7.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tar-rikonoxximent professjonali tal-ħiliet u l-kwalifiki tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers f'dan is-settur sabiex ikunu pprovduti b'aktar prospetti għall-iżvilupp professjonali, kif ukoll taħriġ speċifiku għall-individwi li jaħdmu mal-anzjani u t-tfal, bil-ħsieb li jiġi promoss il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità li jwasslu għal postijiet tax-xogħol ta' kwalità u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, inkluż l-għoti ta' kuntratti formali, l-aċċess għal taħriġ u rikonoxximent soċjali aħjar; jirrikonoxxi l-importanza li jiġu żgurati l-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet, kwalifiki u esperjenza miksuba u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-karriera; iqis li l-istabbiliment ta' korsijiet ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid huwa ta' importanza fundamentali sabiex jintlaħaq dan;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sistemi għall-professjonalizzazzjoni, it-taħriġ, l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet u r-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-ħaddiema domestiċi nisa u ta' nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura, inkluż il-litteriżmu (jekk applikabbli) biex jittejbu l-prospetti tagħhom għall-iżvilupp personali, professjonali u tal-karriera;

9.  Jitlob lill-Istati Membri, sadanittant, jirregolaw kwalunkwe relazzjoni tax-xogħol bejn is-sidien tal-unitajiet domestiċi - meta jaġixxu bħala impjegaturi - u impjegata/ħaddiema li tipprovdi servizzi bi ħlas fi ħdan l-unità domestika tal-impjegatur;

10.  Jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas legali adattat li jippermetti l-impjieg legali u organizzat ta' ħaddiema domestiċi u ta' carers u li jistabbilixxu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' dawk ikkonċernati, sabiex tingħata ċertezza tad-dritt kemm għall-ħaddiema f'dan is-settur kif ukoll għall-impjegaturi potenzjali tagħhom; jitlob ukoll li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-kuntratt tax-xogħol kif ukoll il-fatt li bosta impjegaturi huma individwi privati li ma tantx huma familjari mal-formalitajiet legali;

11.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva fis-setturi tax-xogħol domestiku u l-kura, li jġibu valur miżjud għoli għall-ekonomija, billi jirrikonoxxu x-xogħol tagħhom bħala xogħol propju u billi jiżguraw drittijiet u protezzjoni soċjali ġenwini tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers permezz ta' leġiżlazzjoni tax-xogħol jew ftehimiet kollettivi ;

12.  Jappoġġa l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189 dwar xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi, issupplimentata bir-Rakkomandazzjoni Nru 201, peress li tindirizza b'mod globali l-ħtieġa li l-ħaddiema jkunu koperti mil-liġi tax-xogħol u titlob għalihom drittijiet soċjali, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament indaqs;

13.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jirratifikaw b'mod urġenti l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189, u biex jiġi żgurat li tiġi applikata b'mod rigoruż sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli ta' din il-Konvenzjoni tal-ILO u r-Rakkomandazzjoni tal-ILO Nru 201 tal-2011; ifakkar li l-gvernijiet, skont il-Kostituzzjoni tal-ILO, għandhom l-obbligu li jibagħtu l-konvenzjoni u r-rakkomandazzjoni lill-parlament nazzjonali tagħhom sabiex jippromwovu miżuri għall-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti, u li, fil-każ tal-konvenzjoni, il-proċedura ta' sottomissjoni timmira wkoll li tippromwovi r-ratifika;

14.  Jikkunsidra li r-ratifika mill-Istati Membri kollha tkun pass 'il quddiem importanti għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u sinjal politiku b'saħħtu kontra l-forom kollha ta' abbuż, fastidju u vjolenza mwettqa kontra l-ħaddiema kollha u b'mod speċjali l-ħaddiema domestiċi nisa;

15.  Jistieden lill-Istati Membri biex lill-ħaddiema domestiċi u lil carers jinkluduhom fil-liġijiet nazzjonali kollha relatati max-xogħol, il-kura tas-saħħa, il-kura soċjali, l-assigurazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra tirrevedi xi Direttivi tal-UE li jeskludu l-ħaddiema domestiċi u l-carers mid-drittijiet li jgawdu minnhom kategoriji oħra tal-ħaddiema;

16.  Jirrikonoxxi r-riluttanza ta' xi Stati Membri li jilleġiżlaw għall-isfera privata; iqis, madankollu, li nuqqas ta' azzjoni se tkun ta' riskju għoli kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ħaddiema kkonċernati; jenfasizza li t-tkabbir previst tad-domanda għall-ħaddiema fis-settur tal-kura b'mod partikolari fl-unitajiet domestiċi privati jagħmel leġiżlazzjoni bħal din neċessità sabiex il-ħaddiema jkunu protetti bis-sħiħ; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri flimkien mas-sħab soċjali biex jieħdu miżuri biex jipprovdu sistema adegwata u xierqa ta' spezzjoni, konsistenti mal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189, u l-penali adegwati għall-ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tas-saħħa u sikurezza okkupazzjonali;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw u jinfurzaw livell xieraq ta' saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol, pereżempju ħarsien tal-maternità, u biex jieħdu azzjoni biex jipprevjenu inċidenti relatati max-xogħol u r-riskji ta' korrimenti u mard okkupazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li dawk li diġà jaħdmu f'dan is-settur itejbu l-istandards permezz ta' taħriġ li jenfasizza l-lat prattiku u skemi ta' taħriġ mill-ġdid; huwa tal-fehma li dan it-taħriġ għandu jinkludi l-immaniġġjar tar-riskji assoċjati ma' kompiti li jinkludu l-qagħda u l-moviment u tar-riskji bijoloġiċi u kimiċi kif ukoll mal-użu ta' teknoloġija assistiva;

18.  Iqis li huwa essenzjali li jiġi miġġieled ix-xogħol prekarju u mhux iddikjarat, peress li dan il-fenomenu jaffettwa b'mod gravi lill-ħaddiema domestiċi b'mod partikolari lill-ħaddiema nisa migranti, u b'hekk jaggrava l-pożizzjoni diġà vulnerabbli tagħhom; Jenfasizza l-importanza tal-eliminazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali prattiki, inkluż it-tħaddim tat-tfal; f'dan ir-rigward, jappoġġja l-indirizzar tas-sitwazzjoni prekarja tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers fi ħdan il-qafas tal-Pjattaforma Ewropea kontra x-xogħol mhux iddikjarat; ifakkar li x-xogħol mhux iddikjarat ma jipprovdilhomx bi protezzjoni soċjali u jikkomprometti l-kundizzjonijiet ta' saħħa u sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol; jistenna, għalhekk, li l-pjattaforma Ewropea kontra x-xogħol mhux iddikjarat li tipprevjeni u tiskoraġġixxi x-xogħol mhux iddikjarat, peress li l-ekonomija mhux iddikjarata thedded is-sigurtà tax-xogħol, taffettwa l-kwalità tal-kura u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħafna carers mhux iddikjarati, tpoġġi s-sostenibbiltà tas-sistema tas-servizz soċjali f'riskju u tnaqqas l-introjtu mit-taxxa għall-kaxxa tal-istat;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jinvestu f'aktar modi u modi aħjar ta' prevenzjoni, kxif u ġlieda kontra l-ammont konsiderevoli ta' impjieg mhux iddikjarat fis-settur tax-xogħol domestiku u l-kura, speċjalment fir-rigward tal-każijiet ta' traffikar tal-bnedmin u l-abbuż tax-xogħol u dawk li jinvolvu kumpaniji li jipprovdu servizzi domestiċi u ta' kura li jużaw l-impjieg indipendenti mhux iddikjarat u fittizju, biex ikunu protetti l-ħaddiema u tkun promossa t-tranżizzjoni minn xogħol mhux iddikjarat għal xogħol iddikjarat permezz ta' protezzjoni aħjar u aktar mekkaniżmi u aktar razzjonalizzati għall-kontroll u l-ispezzjoni tax-xogħol;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw id-disponibilità ta' mezzi legali ta' migrazzjoni lejn l-UE u biex jiġu introdotti programmi ta' migrazzjoni legali u mmirata; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu ftehimiet bilaterali ma' dawk l-Istati li l-istatistika turi li huma pajjiżi ta' oriġini tal-ħaddiema domestiċi u l-carers, sabiex jirregolarizzaw il-fluss mittenti u riċeventi, biex b'dan il-mod jgħinu fil-ġlieda kontra t-traffikar u x-xogħol furzat għan-netwerks, izda jiskoraġġixxu, madankollu, il-fenomenu tad-dumping soċjali; jistieden lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 1999;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu skemi ta' regolarizzazzjoni abbażi tal-lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi fil-passat bħala mezz biex titnaqqas l-espożizzjoni tal-ħaddiema migranti f'sitwazzjoni irregolari għall-isfruttament u l-abbuż; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jipproteġu ħaddiema domestiċi u l-carers mhux iddikjarati meta jiddeċiedu li joħorġu miċ-ċirku vizzjuż tax-xogħol "moħbi";

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-investigazzjoni ta' każijiet ta' traffikar għall-isfruttament tal-bniedem, u b'mod aktar speċifiku għax-xogħol domestiku, biex itejbu l-mekkaniżmi ta' identifikazzjoni u protezzjoni ta' dawn il-vittmi u biex jinvolvu lill-NGOs, it-trejdjunjins, l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini kollha fil-proċess tal-iskoperta ta' traffikar u ta' forom gravi ta' sfruttament;

23.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jestendu l-istrumenti u l-mekkaniżmi stabbiliti għall-indirizzar tat-traffikar, bħall-mekkaniżmi ta' referenza jew permessi ta' residenza temporanja, u biex jiġu riveduti bil-ħsieb li jitwessa' l-ambitu ta' applikazzjoni tagħhom għal każijiet ta' sfruttament gravi li ma jinvolvux it-traffikar;

24.  Jistieden lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189, jistabbilixxu mekkaniżmi għall-ilmenti effettivi u aċċessibbli u mezzi ħalli tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet u regolamenti nazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiema domestiċi; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri għall-ispezzjonijiet tax-xogħol, l-infurzar u l-penali b'rispett xieraq għall-karatteristiċi speċjali tax-xogħol domestiku, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; jitlob li, sa fejn ikun kompatibbli mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, dawn il-miżuri jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom jista' jingħata aċċess għall-unitajiet domestiċi, b'rispett xieraq għall-privatezza; jitlob lill-Istati Membri, f'konformità mar-regolamenti nazzjonali, li jikkunsidraw mekkaniżmi biex jindirizzaw b'mod effettiv l-abbużi, bħall-ispezzjonijiet interni f'każijiet fejn hemm raġunijiet għal suspett ta' abbuż;

25.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' spezzjonijiet ta' kontroll, monitoraġġ u superviżjoni tal-impjieg tal-ħaddiema domestiċi nisa u tal-ħaddiema nisa fis-settur tal-kura, amministrati minn kumpaniji jew aġenziji ta' impjieg u jappella għall-ħtieġa li jiżdied in-numru ta' spetturi tal-gvern u tal-ispezzjonijiet għall-verifika tal-konformità mal-liġi;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iżidu l-ispezzjonijiet, u biex isibu metodi innovattivi ta' spezzjoni li jirrispettaw il-privatezza, speċjalment rigward djar privati meta l-ispetturi ma jistgħux jidħlu mingħajr awtorizzazzjoni minn qorti, u biex jinformaw u jagħtu taħriġ lill-ispetturi sabiex jeliminaw it-trattament ħażin, l-isfruttament, inkluż l-isfruttament finanzjarju, u l-atti ta' vjolenza jew abbuż sesswali kontra ħaddiema domestiċi;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jorganizzaw kampanji biex tittejjeb il-viżibbiltà u jittejjeb l-għarfien tal-benefiċċji tax-xogħol domestiku u ta' kura regolarizzat fost il-pubbliku ġenerali u l-korpi privati, bil-ħsieb li tingħata dinjità lill-professjoni u jiġi rikonoxxut ir-rwol importanti u l-kontribut tal-ħaddiema domestiċi nisa u tal-ħaddiema nisa fis-settur tal-kura għall-funzjonament tas-soċjetà; fl-istess ħin, jistieden lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar l-eżistenza tal-isfruttament estrem f'unitajiet domestiċi privati billi jistabbilixxu l-għan ta' tolleranza żero fir-rigward tal-isfruttament ta' dawn il-ħaddiema;

28.  Jistieden lill-Istati Membri jniedu kampanji biex iqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema domestiċi u l-ħaddiema fis-settur tal-kura u l-impjegaturi u r-riskji u l-impatt ta' sfruttament fis-settur tax-xogħol domestiku, u jippromwovu r-rikonoxximent tax-xogħol domestiku u ta' kura; jissuġġerixxi lill-Istati Membri li jiżviluppaw programmi ta' pjan direzzjonali;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw u jtejbu, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, mezzi ta' informazzjoni dwar id-drittijiet tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers kif ukoll jiżguraw l-ogħla aċċessibbiltà ta' informazzjoni għall-ħaddiema kollha; jirrakkomanda, għal dan il-għan, li jiġu stabbiliti punti ta' informazzjoni, fuq il-bażi tal-aħjar prattika fl-Istati Membri, fil-livell reġjonali u lokali, linji telefoniċi għall-għajnuna u siti web li jipprovdu assistenza, informazzjoni wkoll fil-forma ta' kampanji dwar id-drittijiet tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers f'kull Stat Membru bil-lingwa nazzjonali u lingwi oħra xierqa; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħal organizzazzjonijiet li jaħdmu f'isem in-nisa u migranti għandhom ukoll ikunu jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni; jirrimarka li dawn l-għodod għandhom jiġu żviluppati wkoll b'mod li jippermettu l-aħjar prattika, pariri u gwida rilevanti li għandha tingħata lill-impjegaturi possibbli, inklużi familji u aġenziji u li għandhom jiġu offruti mudelli ta' kuntratti ta' impjieg sabiex jiġi żgurat li l-impjegaturi jwettqu r-responsabbilitajiet tagħhom;

30.  Jappella għal azzjoni riġida kontra kumpaniji fi kwalunkwe settur, li l-mudell kummerċjali tagħhom huwa bbażat fuq l-isfruttament ta' ħaddiema f'sitwazzjoni irregolari, sabiex in-nefqa tal-operat tinżamm baxxa kemm jista' jkun, biex jimmassimizzaw il-profitti u biex kumpaniji legali jinqatgħu mill-kompetizzjoni;

31.  Jenfasizza r-rwol importanti li t-trejdjunjins jistgħu jwettqu fl-organizzar u l-informar tal-ħaddiema dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom; jinnota li dan huwa mod kif il-ħaddiema domestiċi jiġu rappreżentati b'leħen wieħed, biex ikunu jistgħu jinnegozjaw kollettivament il-kuntratti tagħhom u jiddefendu d-drittijiet u l-interessi tagħhom;

32.  Jitlob għal rappreżentanza tajba tas-sħab soċjali fil-livelli Ewropej u nazzjonali, u b'mod partikolari t-trejdjunjins, sabiex jintensifikaw il-ftehim kollettiv settorjali skont il-prattiki nazzjonali sabiex ikunu avvanzati u inforzati b'mod effettiv kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti f'dawn is-setturi; jitlob ukoll għal rappreżentanza tajba ta' organizzazzjonijiet professjonali, organizzazzjonijiet li jaħdmu ma' u f'isem il-ħaddiema domestiċi u l-carers u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn tas-soċjetà ċivili u li jiġi żgurat li jkunu kompletament konxji mill-isfidi tal-ħarsien tad-drittijiet tax-xogħol tan-nisa impjegati bħala ħaddiema domestiċi jew carers;

33.  Jiddispjaċih li l-ħaddiema domestiċi nisa u ta' ħaddiema nisa fis-settur tal-kura għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed fl-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins ta' Stati Membri differenti u jħeġġeġ biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta' dawn il-ħaddiema fit-trejdjunjins;

34.  Jenfasizza wkoll l-importanza tar-raggruppament tal-impjegaturi f'federazzjonijiet jew f'tipi oħra ta' organizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali, għax iqis li mingħajr tali organizzazzjonijiet tal-impjegatur, l-isforzi biex ikun leġittimat ix-xogħol domestiku u ta' kura, kif ukoll biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-attrazzjoni ta' dawn l-impjiegi, se jkun għalxejn;

35.  Jinnota li l-impjegaturi b'unità domestika privata għandhom rwol primordjali li għandhom jassumu fl-osservanza tal-istandards u d-drittijiet xierqa ta' xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti għandha tkun disponibbli għall-impjegatur u għall-impjegati;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa biex timmonitorja u tiddokumenta aħjar lill-professjoni vulnerabbli u sottovalutata tal-ħaddiema domestiċi u l-carers u biex tipproponi azzjonijiet biex jiġi indirizzat dan il-fenomenu;

37.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji kompetenti Ewropej biex iwettqu studju li jqabbel sistemi differenti ta' xogħol domestiku regolarizzat u biex jiġbru data fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li din id-data għandha tintuża fi skambju ta' prattiki tajbin fost l-Istati Membri, sabiex, b'mod partikolari tkun ottimizzata l-ġlieda kontra l-isfruttament tal-ħaddiema domestiċi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tniedi studju dwar il-kontribut tal-carers u tal-ħaddiema domestiċi lis-sistemi tal-protezzjoni soċjali tal-Istati Membri u l-ekonomiji;

38.  Jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-Istati Membri sabiex jissaħħu l-azzjonijiet u l-impatti;

39.  Jemmen li l-adozzjoni u l-aġġustament tal-aħjar prattiki minn ċerti Stati Membri jistgħu jwasslu għal forom ta' impjieg regolari għall-ħaddiema domestiċi u l-carers;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw data statistika affidabbli maqsuma skont l-età, is-sess u n-nazzjonalità sabiex ikunu possibbli diskussjonijiet infurmati filwaqt li jkunu mfittxija l-aqwa soluzzjonijiet dwar kif jiġi professjonalizzat is-settur tax-xogħol domestiku u jitlob li l-EUROFOUND u l-OSHA jkollhom il-kompitu li joħolqu metodi biex jipprovdu protezzjoni, jitressqu l-ilmenti u jqajmu kuxjenza;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkludi diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni tas-setturi tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers fl-aġenda tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO);

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri meta jkunu qed jirrevedu u jipproponu atti legali rilevanti jew leġiżlazzjoni nazzjonali rispettivament biex jiżguraw li qed jitqiesu l-interessi tal-ħaddiema domestiċi u tal-carers filwaqt li jirrispettaw il-kompetenzi nazzjonali;

43.  Jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni soċjali u ekonomiċi kbar tal-membri tal-familja li jaġixxu bħala carers u loluntiera (kura informali) u r-responsabbiltajiet dejjem akbar tagħhom bit-tnaqqis fil-provvista tas-servizzi jew biż-żieda fl-ispejjeż ta' dawn;

44.  Jinnota li hemm żieda fin-numru ta' persuni li qed jgħixu taħt kura istituzzjonalizzata għal perijodu twil u aktar esklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabbiltà fl-UE, li huwa ksur dirett tal-impenji tal-UE taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020;

45.  Jemmen li għandu jingħata inkoraġġiment lill-iżvilupp ta' arranġamenti sussidjati għal kura fid-dar li jippermettu lill-persuni b'diżabbiltà li jgħixu indipendentament u li jagħżlu l-professjonisti kwalifikati li ser jieħdu ħsiebhom fi djarhom stess, b'mod partikolari f'każijiet ta' diżabbiltà gravi;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw aċċess usa' għal kura tat-tfal faċilment disponibbli u bi prezz raġonevoli u ta' kwalità għolja, kura tal-persuni b'diżabbiltà u l-faċilitajiet ta' kura tal-anzjani, biex b'hekk jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-raġunijiet biex dawn id-dmirijiet jitwettqu fuq bażi informali jew prekarja u jittejjeb ir-rikonoxximent tal-valur tax-xogħol magħmul minn dawk li jagħtu l-kura b'mod professjonali; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżviluppaw servizzi li jappoġġjaw carers formali jew informali tal-familja;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu r-reklutaġġ fis-servizzi tal-kura soċjali u jaħdmu biex iżidu l-attraenza tas-settur bħala għażla ta' karriera vijabbli;

48.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fil-ħolqien ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità għolja fis-settur tax-xogħol domestiku u ta' kura, inkluż permezz ta' fondi tal-UE, bħall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI);

49.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu u jippromwovu soluzzjonijiet innovattivi u investiment fis-servizzi soċjali u tas-saħħa, li għandhom potenzjal kbir għall-ħolqien tax-xogħol, huma essenzjali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-soċjetajiet li qed jixjieħu tagħna u t-tibdil demografiku b'mod ġenerali, kif ukoll huma neċessarji biex jiġu evitati l-konsegwenzi soċjali negattivi tal-kriżi;

50.  Jitlob lill-Kummissjoni biex isir skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattika mill-assoċjazzjonijiet u l-kooperattivi ta' ħaddiema domestiċi u ħaddiema fis-settur tal-kura li huma parti minn mudelli tal-ekonomija soċjali fl-UE;

51.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ħolqien ta' kooperattivi tal-ħaddiema fis-setturi tal-kura u servizzi fl-unitajiet domestiċi, b'attenzjoni speċjali għaż-żoni rurali, minħabba l-effetti pożittivi li dan se jkollu fuq il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u sostenibbli, speċjalment għal dawk il-ħaddiema li għandhom diffikultà sabiex jintegraw fis-suq tax-xogħol;

52.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ħaddiema domestiċi ta' età żgħira ma jabbandunawx l-iskola sabiex jibdew jaħdmu;

53.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol, jistieden ukoll lill-Istati Membri jimplimentaw din id-Direttiva b'mod konsistenti;

54.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw inċentivi li jinkoraġixxu l-użu ta' ħaddiema domestiċi u carers ddikjarati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw sistemi sempliċi ta' dikjarazzjoni sabiex jiġi skoraġġut u indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, kif irrakkomandat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-opinjoni tiegħu dwar l-iżvilupp tas-servizzi għall-familja biex ir-rata tal-impjiegi tiżdied u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fix-xogħol (SOC/508); jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, fuq il-linji ta' mudelli ta' suċċess li ġġeneraw impatt soċjali fuq is-settur f'termini soċjali u tax-xogħol pereżempju l-"vawċers għas-servizz" introdotti mill-Belġju jew "iċ-ċekk ta' xogħol ta' servizz universali (CESU)" fi Franza;

55.  Jemmen li jkun utli li l-leġiżlazzjoni tiġi adattata biex toħloq arranġamenti kuntrattwali flessibbli bejn il-ħaddiema domestiċi u l-carers u l-impjegaturi fl-unitajiet domestiċi, sabiex iż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jużaw/joffru servizzi domestiċi bl-aħjar konvenjenza tagħhom, filwaqt li jiġi ggarantit il-ħarsien tal-ħaddiema;

56.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri li regolamentazzjoni ċara għal impjieg legali ta' ħaddiema domestiċi u carers għandha tkun appoġġjata minn inċentivi għal ħaddiema domestiċi kif ukoll l-impjegaturi potenzjali tagħhom biex jagħżlu l-forma legali ta' impjieg; jitlob ukoll lill-Istati Membri biex jeliminaw l-ostakoli legali li bħalissa qed jillimitaw b'mod konsiderevoli l-impjieg dirett u ddikjarat ta' impjegati mill-familji;

57.  Itenni l-appell tal-Parlament għal djalogu settorjali strutturat fis-settur tal-prestazzjoni tal-kura(17);

58.  Jistieden lill-Istati Membri li jqiegħdu l-au pairs mill-UE u dawk mhux mill-UE fuq l-istess livell billi jagħtuhom permess konġunt ta' residenza/xogħol li jispeċifika l-ħinijiet tax-xogħol, it-tip ta' kuntratt u t-termini tal-ħlas; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-ftehim tal-Kunsill tal-Ewropea dwar il-kollokament au pair; jitlob li l-Istati Membri jtejbu s-sistema ta' akkreditazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kontroll għall-aġenziji au pair;

59.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-au pairs jingħataw rikonoxximent formali, b'konformità mal-Ftehim Ewropew dwar il-Kollokament Au Pair u għal żieda fl-ispezzjonijiet sabiex dawn ma jsirux sostitut informali u rħis għall-ħaddiema domestiċi u l-ħaddiema fis-settur tal-kura;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-ħaddiema domestiċi u l-carers fl-Ewropa jkunu vvalutati bħala bnedmin u jkunu kapaċi jkollhom bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluż li jkunu koperti mid-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol (2003/88/KE), sabiex l-impjegati jkollhom perjodi ta' mistrieħ essenzjali u ma jiġux sforzati jaħdmu sigħat eċċessivi;

61.  Jitlob lill-Istati Membri jadottaw miżuri li jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, peress li dan ikollu l-benefiċċju li jappoġġja lin-nisa biex jibqgħu f'impjieg imħallas u jnaqqas id-differenza futura bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa;

62.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-ħaddiema domestiċi u l-carers jirċievu kontribuzzjonijiet tal-pensjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

63.  Jistieden lill-Istati Membri b'paga minima nazzjonali sabiex jiżguraw li l-ħaddiema domestiċi u l-carers kollha jitħallsu b'din ir-rata bħala minimu;

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-ILO.

(1) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 1.
(2) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 39.
(3) ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 138.
(4) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.
(5) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0218.
(7) Testi adottati, P8_TA(2015)0050.
(8) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 21.
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0068.
(10) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 9.
(11) SOC/372 – CESE 336/2010 fin.
(12) ĠU L 32, 1.2.2014, p. 32.
(13) ĠU C 377E, 7.12.2012, p. 128.
(14) Il-ħaddiema domestiċi madwar id-dinja: Statistika reġjonali u globali u l-livell ta' protezzjoni legali, l-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, Ġinevra: ILO, 2013.
(15) Ibidem.
(16) Ibidem.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013 (ĠU C 75, 26.2.2016, p. 130).


L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali
PDF 437kWORD 181k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali (2015/2007(INI))
P8_TA(2016)0204A8-0048/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin, adottati fir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fl-1995, u b'mod partikolari l-qasam ta' tħassib "In-Nisa u l-Midja",

–  wara li kkunsidra d-dokument li rriżulta mit-23 Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-2000, li fih it-Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni (TIK) huma rikonoxxuti bħala kisbiet li jippreżentaw opportunitajiet ġodda għall-għoti ta' setgħa lin-nisa, iżda li jġibu magħhom ukoll riskji potenzjali;

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji u l-Pjan ta' Azzjoni ta' Ġinevra adottati matul l-ewwel fażi tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni (WSIS) li seħħ f'Ġinevra fl-2003;

–  wara li kkunsidra l-Impenn ta' Tunis u l-Aġenda ta' Tunis għas-Soċjetà tal-Informazzjoni, li tiddeskrivi l-mekkaniżmi finanzjarji u internazzjonali għall-implimentazzjoni tal-aġendi tad-WSIS li ġew adottati matul it-tieni fażi tad-WSIS f'Tunis mis-16 sat-18 ta' Novembru 2005,

–  wara li kkunsidra r-referenzi għad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi fid-Dikjarazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tar-Riżultati tad-WSISu l-Viżjoni tad-WSIS+10 għad-WSIS Lil Hinn mill-2015 relatata,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-Forum tad-WSIS li seħħ mill-25 sad-29 ta' Mejju 2015 f'Ġinevra dwar "Innovating Together: Enabling ICTs for Sustainable Development" ("Ninnovaw Flimkien: Nippermettu t-TIK għall-Iżvilupp Sostenibbli"), li fihom ħadet sehem delegazzjoni mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

–  wara li kkunsidra l-Linji ta' Azzjoni tad-WSIS tal-2014, li ngħaqdu mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) biex jissaħħu s-sinerġiji bejn dawn l-istrateġiji globali, inkluża l-azzjoni li ssaħħaħ u tippromwovi l-inklużjoni soċjali, ekonomika u politika ta' kulħadd, irrispettivament mill-età, id-diżabilità, il-karatteristiċi ġenetiċi, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, ir-razza, l-oriġini soċjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, jew l-istatus ekonomiku jew kwalunkwe status ieħor sal-2030,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2010-2015 (SEC(2010)1079), li tinkludi għadd ta' azzjonijiet b'rabta man-nisa u l-Internet, partikolarment fir-rigward tat-TIK, u r-rieżami ta' nofs it-term tal-Istrateġija,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-għoti ta' setgħa lill-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-UE(2),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bl-isem "EWROPA 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) ta' Ġunju 2014 dwar "In-nisa u l-ekonomija: Indipendenza ekonomika mill-perspettiva tal-impjieg part-time u l-impjieg indipendenti", fejn ġie ddikjarat li "L-Istrateġija Ewropa 2020 tidentifika għadd ta' oqsma prijoritarji għat-tkabbir, inkluż fis-settur tas-saħħa u dawk tax-xjenza u t-teknoloġija. Sabiex jiġi sfruttat b'mod sħiħ il-potenzjal tat-tkabbir tal-Ewropa f'dawn l-oqsma, huwa importanti li jingħelbu l-istereotipi tas-sessi u hija importanti l-ġlieda kontra s-segregazzjoni edukattiva u okkupazzjonali",

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-Aġenda Diġitali għat-Tkabbir, il-Mobilità u l-Impjieg(6), u b'mod partikolari l-Gran Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali,

–  wara li kkunsidra l-Azzjoni 60 tal-Aġenda Diġitali, dwar it-tħeġġiġ tan-nisa biex jaqbdu karrieri fit-TIK u biex jiżdied il-proporzjon tan-nisa fis-settur tat-TIK,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192),

–  wara li kkunsidra l-Pilastru II tal-Istrateġija tal-Kummissjoni dwar Suq Uniku Diġitali, li għandu l-għan li joħloq l-kundizzjonijiet adegwati u sitwazzjoni u ambjent ekwi biex jiġu żviluppati netwerks diġitali u servizzi innovattivi, u l-Pilastru III, li jappoġġa soċjetà diġitali inklużiva li fiha ċ-ċittadini jkollhom il-ħiliet adegwati biex japprofittaw mill-opportunitajiet li jġib miegħu l-Internet u jagħtu spinta lill-possibilitajiet tagħhom li jiksbu impjieg,

–  wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew bl-isem “Empowering women on the Internet"("L-għoti ta' setgħa lin-Nisa fuq l-Internet"), ippubblikat fl-2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013(7) dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nondiskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, u b'mod aktar speċifiku l-għanijiet tagħha dwar "In-Nisa u l-Mezzi tax-Xandir", fejn titlob biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni u l-aċċess tan-nisa għall-espressjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet fi u permezz tal-mezzi tax-xandir u t-teknoloġiji l-ġodda ta' komunikazzjoni kif ukoll li tiġi promossa rappreżentazzjoni bbilanċjata u mingħajr sterjotipi tan-nisa fil-mezzi tax-xandir,

–  wara li kkunsidra l-"European Code of Best Practices for Women and ICT" ("Il-Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għan-Nisa u t-TIK") tal-Kummissjoni, tal-2013,

–  wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tiegħu tal-2012, bit-titolu "Women in ICT" ("In-Nisa fit-TIK"),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA bl-isem "Il-vjolenza fuq in-nisa – stħarriġ madwar l-UE kollha. Riżultati ewlenin", ippubblikat f'Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI(8),

–  wara li kkunsidra L-istrateġija tal-UE lejn il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin 2012-2016 tal-Kummissjoni u r-rapport ta' nofs it-term tagħha dwar l-implimentazzjoni tagħha ta' dik l-istrateġija,

–  wara li kkunsidra ċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE għall-Kriminalità Internazzjonali Organizzata u Serja, li beda fl-2014, u l-qasam ta' prijorità tat-traffikar tal-bnedmin,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0048/2016),

A.  billi d-diġitalizzazzjoni rrivoluzzjonat u bidlet b'mod fundamentali l-mod li bih il-persuni jaċċedu u jipprovdu l-informazzjoni, jikkomunikaw, jissoċjalizzaw, jistudjaw u jaħdmu, filwaqt li qed toħloq opportunitajiet ġodda biex jieħdu sehem f'diskussjonijiet pubbliċi u politiċi, edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, u qed tiftaħ prospetti ġodda għal ħajja ta' awtodeterminazzjoni u għandha potenzjal ekonomiku enormi għall-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha; billi d-diġitalizzazzjoni ma tolqotx biss is-swieq iżda s-soċjetà kollha kemm hi;

B.  billi s-soċjetà tal-informazzjoni, xprunata mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (TIK), iġġib magħha opportunitajiet enormi biex jiġi ġġenerat u mxerred il-ġid u l-għarfien, kif muri pereżempju mill-industrija tas-softwer bla ħlas u minn sors miftuħ, li biddlet il-mod kif is-softwer jiġi prodott, distribwit, appoġġjat u wżat, u dan jippermetti inklużività diġitali aktar għanja; billi d-diġitalizzazzjoni barra minn hekk fiha opportunitajiet għal użu aktar flessibbli u diversifikat tal-ħin u l-ispazju lejn mudelli aktar ekwi għas-soċjetà; billi, fl-istess ħin, id-diġitalizzazzjoni tas-suq tax-xogħol tista' toħloq dimensjonijiet ġodda ta' esklużjoni, pereżempju r-riskju ta' segregazzjoni ekonomika, soċjali, kulturali u bejn is-sessi;

C.  billi 9 % biss tal-iżviluppaturi fl-Ewropa huma nisa, 19 % biss tal-kapijiet fis-setturi tat-TIK u l-komunikazzjoni huma nisa (meta mqabbel ma' 45 % f'setturi tas-servizzi oħra) u n-nisa jirrappreżentaw biss 19 % tal-imprendituri (meta mqabbel ma' 54 % f'setturi tas-servizzi oħra)(9);

D.  billi dawn l-iżviluppi għandhom potenzjal qawwi għall-emanċipazzjoni tan-nisa, billi jippermettu l-aċċess għal informazzjoni u għarfien lil hinn minn mezzi konvenzjonali, u jipprovdu pjattaforma ta' espressjoni, li tista' tispira lill-oħrajn biex jieħdu azzjoni, biex b'hekk jinfetħu opportunitajiet ġodda għall-interazzjoni u biex issir kampanja bl-għan li jiġu difiżi id-drittijiet u l-libertà tan-nisa, il-bniet u l-persuni LGBTI imma wkoll tal-persuni bi bżonnijiet speċifiċi, bħal dawk b'diżabilità; billi l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fis-soċjetà tal-informazzjoni mhijiex biss kwistjoni ta' ġustizzja u ugwaljanza, iżda se tikkontribwixxi wkoll għal titjib tal-kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi fis-soċjetà u għall-kompetittività tal-UE;

E.  billi hemm differenza sinifikanti bejn is-sessi fl-aċċess għal opportunitajiet edukattivi u professjonali fir-rigward tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-ħiliet tal-informatika; billi d-diġitalizzazzjoni għandha impatt qawwi fuq il-konsum u d-distribuzzjoni tal-midja, notevolment għall-utenti aktar żgħażagħ, li jiftaħ kanali ġodda u li jippermetti li jkun hemm pajsaġġ inqas ġerarkiku tal-midja; billi d-diġitalizzazzjoni tista' tiffaċilita iżda wkoll toħloq sfidi ġodda għall-għoti tas-setgħa lin-nisa permezz tad-distribuzzjoni ta' immaġni negattivi, degradanti u sterjotipata tan-nisa;

F.  billi l-kanali ta' komunikazzjoni diġitali u n-netwerks soċjali huma partikolarment importanti għall-ġenituri bil-leave tal-ġenituri u persuni li jaħdmu mid-dar;

G.  billi d-diġitalizzazzjoni għandha impatt enormi fuq is-suq tax-xogħol billi tibdel il-katini ta' valur u toħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg u ritmi tax-xogħol iktar flessibbli; billi opportunitajiet għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli u tat-telexogħol dovuti għad-diġitalizzazzjoni jistgħu jservu bħala għodda importanti biex jiġi żgurat bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel; billi dawn l-arranġamenti ta' xogħol flessibbli jista' jkollhom rwol pożittiv biex jikkontribwixxu għall-inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta' gruppi żvantaġġjati ta' nisa; billi, madankollu, hemm konsegwenzi negattivi possibbli li jistgħu jaffettwaw b'mod partikolari lin-nisa, bħalma huma l-erożjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-limiti tal-ħin tax-xogħol u l-limiti relatati mar-responsabilitajiet professjonali u mhux professjonali, u dan iżid it-tipi ta' impjiegi b'paga baxxa u anqas sikuri;

H.  billi t-titjib tal-ħiliet diġitali u l-litteriżmu fl-IT jippreżenta opportunità unika biex tiżdied l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa u tal-bniet, kif ukoll tan-nies bi bżonnijiet speċjali, bħalma huma l-persuni b'diżabilità; billi ż-żieda fin-numru ta' nisa fis-settur tat-TIK, li huwa wieħed mis-setturi bl-ogħla pagi, tista' tikkontribwixxi għat-tisħiħ u l-indipendenza finanzjarja tagħhom, li jirriżulta fit-tnaqqis fid-differenzi totali tal-pagi bejn is-sessi;

I.  billi, fis-suq tax-xogħol diġitalizzat, ir-responsabilità qed titneħħa dejjem iktar minn idejn il-kumpanija u tingħata lill-individwu, u dan ibiddel it-termini tas-sħubija għas-sigurtà soċjali tal-persuni li jaħdmu għal rashom u tal-freelancers; billi d-deċiżjonijiet politiċi jifformaw b'mod ċar ir-riżultat ta' dawn il-bidliet;

J.  billi, fil-każ ta' kuntratti individwali multipli fi ħdan diversi kumpaniji u istituzzjonijiet, il-monitoraġġ tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post tax-xogħol, li għandu importanza mill-akbar għal soċjetà verament ugwali, joħloq sfida ikbar;

K.  billi d-dħul ta' iktar nisa fis-settur tat-TIK isaħħaħ suq li fih hija prevista skarsezza ta' ħaddiema u li fih il-parteċipazzjoni indaqs tan-nisa twassal għal żieda ta' madwar EUR 9 biljun ta' PDG tal-UE kull sena; billi n-nisa huma wisq sottorappreżentati fil-programmi ta' lawrji tat-TIK, fejn dawn jikkostitwixxu biss madwar 20 % tal-gradwati fil-qasam, b'3 % biss tal-gradwati nisa li għandhom diploma fit-TIK; billi n-nisa jiffaċċjaw ħafna diffikultajiet biex jintegraw u jibqgħu fis-settur tat-TIK; billi l-ambjent tax-xogħol iddominat mill-irġiel, bi 30 % biss tal-forza tax-xogħol li huma nisa, jikkontribwixxi għax-xejra ta' ħafna nisa li jitilqu mis-settur tat-TIK fi żmien ftit snin wara li jlestu l-lawrji universitarji tagħhom;

L.  billi skont l-estimi tal-istudju "Women active in the ICT sector" ("Nisa attivi fis-settur tat-TIK") se jkun hemm 900 000 impjieg vakanti fis-settur tat-TIK fl-Ewropa sal-2020; billi s-settur tat-TIK qed jikber b'pass mgħaġġel, u joħloq madwar 120 000 impjieg ġdid kull sena;

M.  billi s-settur tat-TIK huwa kkaratterizzat minn segregazzjoni vertikali u orizzontali partikolarment għolja, kif ukoll minn distakk bejn il-kwalifiki edukattivi tan-nisa u l-pożizzjoni tagħhom fis-settur tat-TIK; billi anqas minn 20 % tal-imprendituri tat-TIK huma nisa; billi l-maġġoranza (54 %) tan-nisa f'impjiegi tat-TIK jokkupaw pożizzjonijiet inqas imħallsa u li jirrikjedu ħiliet ta' livell aktar baxx, u għadd żgħir biss minnhom (8 %) jokkupaw pożizzjonijiet fl-inġinerija tas-softwer li jirrikjedu ħiliet ta' livell għoli; billi n-nisa huma wkoll sottorappreżentati fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan dan is-settur, fejn 19.2 % biss tal-impjegati fis-settur tat-TIK għandhom kapijiet nisa, meta mqabbla ma' 45.2 % tal-impjegati f'setturi oħra;

N.  billi n-nisa ta' 55 sena u aktar jinsabu f'riskju partikolari ta' qgħad u inattività fis-suq tax-xogħol, fejn ir-rata medja ta' impjieg tal-UE fost in-nisa ta' età ta' bejn il-55 u l- 64 senali hija biss ta' 42 %, meta mqabbel ma' 58 % għall-irġiel; billi livell baxx ta' litteriżmu fl-IT u ħiliet elettroniċi jkompli jkabbar dan ir-riskju; billi t-titjib u l-investiment fil-kompetenzi diġitali tan-nisa ta' 55 sena u aktar għandhom isaħħu l-opportunitajiet ta' impjieg tagħhom u joffru livell ta' protezzjoni kontra l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol;

O.  billi l-impatt tas-sessiżmu u tal-isterjotipi tas-sessi huma ostaklu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u huma ta' piż għall-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività tal-UE, billi jwessgħu ulterjorment id-differenzi diġitali bejn is-sessi li diġà huma sinifikanti fl-oqsma tat-TIK, il-midja u industriji relatati; billi l-isterjotipi tas-sessi jagħmluha diffiċli biex in-nisa jiżviluppaw bis-sħiħ il-kapaċitajiet tagħhom bħala utenti, innovaturi u inventuri; billi hemm bżonn ta' rieda politika ċara, azzjonijiet konkreti u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili biex dak jinbidel;

P.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ huma elementi essenzjali biex in-nisa jingħataw is-setgħa fl-era diġitali, u b'hekk għal soċjetà b'vijabilità futura; billi 60 % tal-istudenti tal-iskola fl-UE qatt ma jużaw tagħmir diġitali fil-klassijiet tagħhom; billi s-sehem diġà baxx ta' gradwati nisa fit-TIK reġa' naqas; billi n-nisa huma ferm sottorappreżentati fis-suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), u madwar nofs il-gradwati nisa ma jkomplux jaħdmu fi rwoli STEM; billi, f'inizjattivi bħall-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar tal-UE, it-TIK għal Edukazzjoni Mtejba, il-Klabb tal-Mexxejja Ewropew tal-Istartups u l-Gran Koalizzjoni għall-Impjiegi Diġitali, li huma mmirati biex irawmu dejjem iktar l-edukazzjoni elettronika u l-ħiliet elettroniċi, in-nisa għadhom sottorappreżentati bil-kbir;

Q.  billi l-promozzjoni ta' teknoloġiji diġitali u t-TIK għandha rwol importanti fir-rigward tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, b'konformità mal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fl-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet soċjalment u ekonomikament, u fit-tneħħija tagħhom mill-faqar;

R.  billi d-diġitalizzazzjoni tiffavorixxi l-promozzjoni ta' demokrazija diretta permezz tal-Internet, u b'hekk tippermetti lin-nisa jkunu aktar involuti fil-politika u ttejjeb l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni;

S.  billi s-sħubija tad-diġitalizzazzjoni u d-demokrazija diretta tippermetti li n-nisa jkollhom aktar opportunitajiet biex ikunu involuti direttament, barra mill-iskemi politiċi tradizzjonali, u jipparteċipaw bis-sħiħ u b'mod komprensiv;

T.  billi t-TIK, bħal kwalunkwe teknoloġija, tista' tintuża u tiġi abbużata biex thedded lin-nisa, lid-drittijiet u l-libertajiet tagħhom u, fl-aħħar mill-aħħar, l-għoti ta' setgħa lin-nisa, bħal fil-każ tal-ibbuljar ċibernetiku, l-istalking ċibernetiku, it-traffikar tal-bnedmin, kliem ta' mibgħeda, tixwix għall-mibgħeda, diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet fundamentali; billi l-anonimat fuq l-internet jikkontribwixxi għall-proliferazzjoni ta' dawn il-forom ta' vjolenza kontra n-nisa; billi sfidi u riskji ġodda bħal dawn għandhom jiġu identifikati u indirizzati b'mod adegwat minn min jagħmel il-politiki kif ukoll mill-intrapriżi, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġi pprovdut spazju għal skambju ta' informazzjoni fuq l-Internet;

U.  billi t-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jintużaw biex joħolqu kanali u pjattaformi li jiffaċilitaw ċerti forom ta' sfruttament sesswali tan-nisa, inkluż ta' minorenni; billi l-pjattaformi diġitali huma wkoll użati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġisem tal-mara; billi hemm bżonn ta' professjonisti rilevanti tal-infurzar tal-liġi biex jirrikonoxxu li d-diġitalizzazzjoni għandha effett trasformattiv fuq dawn id-delitti; billi hemm bżonn ukoll li titqajjem kuxjenza fost il-professjonisti relevanti tal-edukazzjoni dwar dawn il-forom ġodda ta' theddid diġitali u li jsir disponibbli l-finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri għall-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar l-użu sikur u rispettuż tal-internet u r-riskji ta' vjolenza sessista online kemm għas-subien u kemm għall-bniet u li jiġu involuti l-irġiel u s-subien fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;

V.  billi l-modi ta' komunikazzjoni diġitali kkontribwew għall-prevalenza tad-diskors ta' mibegħda u ta' theddidkontra n-nisa, fejn 18 % tan-nisa fl-Ewropa batew sa mill-adolexxenza xi forma ta' fastidju minn konoxxenti fuq l-internet, u disa' miljun vittma ta' vjolenza online fl-Ewropa; billi żdied in-numru ta' theddidiet, inkluż theddid ta' mewt, lejn in-nisa; billi kuxjenza soċjali dwar forom diġitali ta' vjolenza, kemm fost il-pubbliku ġenerali u l-professjonisti relevanti, bħal aġenti tal-infurzar tal-liġi u l-għalliema, għadha insuffiċjenti biex tiġi żgurata prevenzjoni adegwata, monitoraġġ u assistenza għall-vittmi; billi diversi forom ta' vjolenza online għadhom mhumiex kompletament riflessi fil-liġi kriminali, u lanqas f'xi modi u proċeduri ta' prosekuzzjoni fl-Istati Membri kollha; billi hemm nuqqas ta' kapaċità ta' reazzjoni min-naħa tas-sistema ġudizzjarja; billi dawk li jabbużaw u min ixerred il-mibgħeda rarament jiġu rappurtati, investigati, mixlija u kkundannati; billi hemm bżonn ta' rikonoxximent fil-livell tal-UE tan-natura potenzjalment transkonfinali tal-abbuż u l-vjolenza fuq l-internet;

W.  billi l-ibbaġitjar skont is-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi jistgħu jintużaw bħala għodda biex tiżdied l-ugwaljanza bejn is-sessi; billi l-perspettivi bbażati fuq il-ġeneru għandhom jiġu kkunsidrati fl-istadji kollha tal-ħidma tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni fl-Ewropa biex jiġi żgurat li n-nisa mhux biss huma inklużi iżda huma fuq quddiem nett tal-iżviluppi diġitali;

X.  billi l-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa u t-tfajliet fl-edukazzjoni relatata mat-TIK u aktar tard fl-impjieg hi riżultat ta' relazzjoni kumplessa tal-isterjotipar tas-sess li jibda' fl-istadji bikrija tal-ħajja u tal-edukazzjoni u jkompli fil-karriera professjonali; billi l-fatturi li jillimitaw lin-nisa u lill-bniet milli jipparteċipaw f'edukazzjoni fit-TIK u l-impjiegi jinkludu: sterjotipar matul il-ħajja; segregazzjoni f'attivitajiet, passatempi u ġugarelli 'tipikament femminili jew maskili', li jibdew fl-iktar stadji bikrija tal-edukazzjoni, nuqqas relattiv ta' mudelli ta' eżempju femminili fis-settur tat-TIK u viżibilità limitata ta' nisa f'dan is-settur partikolarment f'pożizzjonijiet ta' tmexxija;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal li s-soċjetà tal-informazzjoni, it-TIK u l-Internet għandhom li jippromwovu t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, id-drittijiet u l-libertajiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, irrispettivament mill-età, id-diżabilità, il-karatteristiċi ġenetiċi, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, ir-razza, l-oriġini soċjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin reliġjuż jew l-istejtus ekonomiku;

2.  Jenfasizza li l-aċċess għall-Internet huwa punt ġdid ta' servizzi essenzjali, meħtieġa għad-dinja kollha, nisa, irġiel, subien u bniet, peress li l-internet sar għodda ewlenija fil-ħajja ta' kuljum tal-individwi f'familja, xogħol, studju u kuntesti ta' tagħlim, għall-ġestjoni fi ħdan kumpaniji, awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet u għat-tħaddim ta' netwerks soċjali u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża u ttejjeb il-mira tal-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali bl-għan li tindirizza d-diskrepanza severa bejn is-sessi fi ħdan is-settur tat-TIK u titrawwem l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa f'dan is-settur, b'mod partikolari fir-rigward tal-professjonijiet tekniċi u tat-telekomunikazzjoni, titrawwem l-edukazzjoni u t-taħriġ tan-nisa u tat-tfajliet fit-TIK u suġġetti STEM oħrajn, tiżdied il-viżibilità tan-nisa fil-qasam diġitali, titjieb l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni tan-nisa permezz ta' aċċess aħjar għall-finanzjament, jiġu implimentati b'mod sistematiku valutazzjonijiet tal-impatt tal-ġeneru u l-ibbaġitjar tas-sessi fil-ħidma tagħha dwar l-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali sabiex il-prinċipju fundamentali Ewropew tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel jkun jista' jiġi inkorporat kif xieraq u biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tan-nisa jiġu appoġġati biex jagħmlu realtà mill-internet inkluziv;

4.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri sabiex jinkorporaw il-perspettiva tal-ġeneru fl-inizjattivi diġitali kollha u biex jirrikonoxxu s-setgħa diġitali li qed tikkawża mewġa ġdida u aktar b'saħħitha ta' għarfien dwar kwistjonijiet ta' ġeneru u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza lill-Kummissjoni l-effikaċja tal-internet għal mezzi bħal kampanji, fora u biex tingħata viżibilità lil mudelli ta' eżempju femminili, li lkoll jgħinu biex jaċċeleraw l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tqis li tqiegħed lin-nisa fuq quddiem tal-aġenda diġitali sabiex l-era ġdida diġitali tista' tkun mutur għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkudi fl-Istrateġija għall-ugwaljanza 2016-2020 li jmiss tagħha azzjonijiet speċifiċi b'appoġġ għall-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà tal-informazzjoni u jiġi promoss bis-saħħa n-netwerk tan-nisa onlajn peress li dawn huma l-eżempju ta' approċċ minn isfel għal fuq awtoorganizzatlejn l-għoti ta' setgħa lin-nisa, u għandhom jirċievu l-appoġġ kollu meħtieġ biex jibqgħu fil-futur 'il bogħod;

6.  Jieħu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‘Strateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa', iżda jiddispjaċih dwar il-fokus ristrett tagħha, billi din tissottovaluta l-potenzjal konsiderevoli li jista' jkollha d-diġitalizzazzjoni fir-rigward ta' soċjetà inklużiva, ekwa u parteċipattiva, u tonqos milli tagħti rikonoxximent suffiċjenti lill-opportunitajiet li l-appoġġ immirat u l-infrastruttura ta' finanzjament jistgħu jipprovdu għall-għoti ta' setgħa lin-nisa;

7.  Jappella għal enfasi iżjed qawwija fuq softwer bla ħlas u minn sors miftuħ fis-settur tat-TIK u s-suq diġitali; huwa tal-fehma li softwer bla ħlas u minn sors miftuħ huwa għodda essenzjali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-demokratizzazzjoni fis-suq diġitali u s-settur tat-TIK; jenfasizza l-ħtieġa li ta' għarfien iktar qawwi tas-sessi fis-settur miftuħ ukoll;

8.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżviluppaw, jappoġġaw u jimplimentaw l-azzjonijiet promossi min-NU u mill-korpi tagħha, partikolarment fil-qafas tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u s-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni (WSIS), sabiex isir sforz għall-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali fil-livell Ewropew u dinji; jistieden lill-Istati Membri biex jikkomunikaw u jiskambjaw l-aħjar prattiki bil-ħsieb li tiġi promossa l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fi żviluppi diġitali madwar l-Ewropa;

9.  Jistieden lill-Istati Membri, bl-għan li tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà tal-informazzjoni u t-TIKs, sabiex jistabbilixxu pjanijiet multiannwali ta' azzjoni bl-għan li: jiżdied l-aċċess tan-nisa għas-soċjetà tal-informazzjoni, jitjieb u jiżdied l-użu tat-TIK min-naħa tan-nisa, in-nisa jingħataw rwol aktar importanti f'setturi tat-TIK, jitrawwem l-għarfien tat-TIK tan-nisa permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jiġu promossi l-impjiegi u l-ispirtu intraprenditorjali fost in-nisa permezz tal-użu regolari tal-internet u s-servizzi diġitali, jiġi żviluppat kontenut online li jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, jitrawwem l-iskambju kontinwu, tixrid u komunikazzjoni tal-valuri tal-ugwaljanza, jiġi promoss l-aċċess għat-TIKs u l-użu tagħhom bħala għodda kontra d-diskriminazzjoni bejn is-sessi f'oqsma bħalma huma l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali, jiġi stabbilit bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, u jitfasslu, jiġu implimentati, jinxterdu u jiġu evalwati politiki u pjanijiet ta' ugwaljanza;

Parteċipazzjoni

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-potenzjal konsiderevoli li għandha d-diġitalizzazzjoni fil-livelli kollha ta' parteċipazzjoni politika u l-inklużjoni tan-nisa fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, pereżempju permezz ta' votazzjoni elettronika; jenfasizza l-opportunitajiet kbar li d-diġitalizzazzjoni u inizjattivi ta' e-gvern għandhom fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni, il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, trasparenza u responsabilità akbar; jenfasizza barra minn hekk li t-TIKs jistgħu jżidu ħafna l-kapaċità tan-nisa li jipparteċipaw fi stħarriġiet u fora ta' diskussjoni, kif ukoll li jitressqu lmenti u rapport oħrajn b'mod anonimu;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu d-diġitalizzazzjoni fil-politika sabiex tiġi promossa d-demokrazija diretta, li tippermetti l-involviment aktar attiv taċ-ċittadini kollha, biex b'hekk jingħelbu skemi qodma u ostakli li joħolqu diffikultajiet għan-nisa u l-gruppi sottorappreżentati, biex dawn jippruvaw jistabbilixxu ruħhom f'ambjenti istituzzjonali u elettorali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw u jkomplu jiżviluppaw metodi ta' votazzjoni online għal konsultazzjonijiet elettorali, biex b'hekk jiġu eliminati ostakoli, li sikwit jolqtu n-nisa b'mod partikolari;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" biex timmira speċifikament għas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tan-nisa li jaħdmu f'oqsma b'rabta mad-diġitalizzazzjoni u t-TIK, sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ċivika u demokratika tan-nisa u biex tingħata attenzjoni partikolari lil objettivi speċifiċi skont il-ġeneru fil-valutazzjonijiet ta' implimentazzjoni li se jsiru dalwaqt;

13.  Jenfasizza l-importanza li jista' jkollha l-midja biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fi proċessi demokratiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fil-midja, inkluż fil-ġestjoni, u f'korpi regolatorji u ta' mmonitorjar, sabiex jaħdmu għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-midja fil-ġlieda kontra l-isterjotipi tas-sessi u rappreżentazzjoni ħażina tan-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex trawwem il-ħolqien ta' netwerks fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet professjonali tal-mezzi tax-xandir biex in-nisa jingħataw is-setgħa li jieħdu sehem attiv u jirrikonoxxu l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa fil-midja;

14.  Jenfasizza r-rwol ewlieni tas-soċjetà ċivili internazzjonali fil-qasam tal-governanza tal-internet, permezz ta' fora bħall-Global Internet Forum; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom u jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili diġitali fil-livell lokali u dak internazzjonali, u jippromwovu l-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni tan-nisa u l-bniet f'kull wieħed minn dawn il-fora u netwerks;

15.  Iqis li aċċess għal broadband għal kulħadd, tal-inqas fi spazji pubbliċi, jtejjeb il-possibilitajiet għan-nisa li jużaw l-opportunitajiet diġitali u jżid il-possibilitajiet tagħhom li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, li għandhom jikkontribwixxu wkoll għal inklużjoni soċjali akbar u żviluppi pożittivi fir-rigward ta' kwistjonijiet ambjentali u ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li testendi l-aġenda diġitali tagħha għal żoni rurali b'tali mod li l-ebda ċittadin ma jkun eskluż u iżolat, b'mod partikolari n-nisa, u l-opportunitajiet diġitali jkunu disponibbli għal kulħadd;

Is-suq tax-xogħol

16.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi f'kumpaniji tat-TIK u industriji relevanti oħra, korpi rappreżentattivi u istituzzjonijiet ta' taħriġ, inkluż f'pożizzjonijiet ta' responsabilità, biex jissorveljaw u jsegwu mill-qrib il-progress li sar u biex jaqsmu l-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw is-sottorappreżentanza qawwija tan-nisa fis-settur tat-TIK, b'mod partikolari fost persuni f'pożizzjonijiet għoljin u fuq bords; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-abbozz tad-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati tipprovdi opportunità reali biex tinbidel il-kultura minn ġewwa l-kumpaniji, u dan ikollu impatt fuq kull livell tal-ġerarkija, u għalhekk iħeġġeġ l-iżblukkar tad-Direttiva fil-Kunsill; ifakkar b'mod urġenti dwar ir-responsabilità tal-Kummissjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni li tista' tgħin biex jintemm l-istaġnar fil-Kunsill fir-rigward ta' leġiżlazzjoni tal-UE li tindirizza t-trasparenza u bilanċ akbar fir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet;

18.  Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw id-distakk bejn is-sessi fis-settur tat-TIK billi jenfasizzaw l-argument favur id-diversità u billi joħolqu għadd ikbar ta' inċentivi aktar b'saħħithom kemm għall-kumpaniji kif ukoll għan-nisa, bħal pereżempju l-mudelli tar-rwol u l-mogħdijiet tal-karrieri, sabiex tiżdied il-viżibilità tan-nisa;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u l-protezzjoni soċjali tal-impjegati, u jiġġieldu lill-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi, u lill-Istati Membri jiżviluppaw ulterjorment, mekkaniżmi ġodda ta' protezzjoni adattati għall-iskemi ta' xogħol u ta' karriera influwenzati mid-diġitalizzazzjoni, billi tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tan-nisa; jenfasizza l-importanza ta' ftehim kollettiv fil-livelli kollha speċjalment f'dawk il-oqsma li huma ferm affettwati mid-diġitalizzazzjoni sabiex ikun żgurat il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali u li tiġi salvagwardata l-kwalità tal-ispazju ta' ħidma u s-sigurtà tal-ispazju ta' ħidma fi żmenijiet ta' diġitalizzazzjoni; jinnota li jeħtieġ jinstabu l-kundizzjonijiet qafas ġenerali meħtieġa sabiex tkun salvagwardata l-protezzjoni tad-data personali tal-impjegati;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-potenzjal sħiħ tal-flessibilità offruta mid-diġitalizzazzjoni fiż-żona ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, u fl-istess ħin jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tas-suq tax-xogħol teħtieġ adattament tal-politiki tas-suq tax-xogħol u sistemi ta' sigurtà soċjali bażiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fir-rigward tal-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni 'New start to address the challenges of work-life balance faced by working families'(Bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi għal bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol li jiffaċċjaw il-familji li jaħdmu), biex jidentifikaw l-opportunitajiet u l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni, f'dawk li huma kundizzjonijiet ta' xogħol u l-bżonn ta' adattament tal-post tax-xogħol, żvilupp ta' ħiliet u opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, speċjalment għal ħaddiema b'responsabilitajiet ta' kura; jistieden ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu b'mod immirat fil-prattiki tax-xogħol diġitali sabiex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja għal kulħadd;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja kollha kif ukoll it-taħriġ u l-iskemi li jgħinu biex jippreparaw għal adattament aħjar jew bidla potenzjali tal-mogħdija tal-karriera bi qbil mad-domanda li qed tikber għal ħiliet elettroniċi f'ħafna setturi differenti, b'kunsiderazzjoni speċjali tan-nisa li għandhom ta' 55 sena jew aktar biex jiġu mħarsa mill-esklużjoni mis-suq tax-xogħol;

22.  Jitlob, fil-kuntest tal-miżuri kollha adottati f'dan il-qasam, biex il-piż burokratiku fuq l-impriżi jinżamm baxx kemm jista' jkun; jirrimarka li burokrazija eċċessiva taf tipperikola l-aċċettazzjoni u twassal għat-telf ta' impjiegi u għar-rilokazzjoni ta' impjiegi; jilqa' l-kompromessi funzjonabbli u bbażati fuq konsensus milħuqa bejn iż-żewġ naħat tal-industrija fl-Istati Membri bi tradizzjoni soda ta' kodeterminazzjoni; iqis il-kodeterminazzjoni bħala mudell tal-aħjar prattika għall-ekonomiji Ewropej;

23.  Jinnota li d-differenzi bejn is-sessi f dak li hu salarju għadhom fost l-ikbar kwistjonijiet b'rabta mad-differenzi bejn is-sessi fis-settur tat-TIK, u jitlob għalhekk biex l-Istati Membri fl-aħħar jibdew jimplimentaw attivament ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta' paga indaqs bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza u azzjoni pożittiva kontinwa, preferibbilment permezz ta' leġiżlazzjoni, u biex jintroduċu miżuri ta' trasparenza tas-salarji u valutazzjonijiet newtrali tal-ħidma; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-paga indaqs fl-inizjattiva ta' programm ta' ħidma 2016 "Bidu ġdid għall-ġenituri li jaħdmu", peress li d-differenzi fil-pagi jiżdiedu saħansitra iktar meta l-persuni jsiru ġenituri;

24.  Ifakkar li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa twassal għal differenza fil-pensjonijiet saħansitra ogħla; jenfasizza li l-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post tax-xogħol biex jiġu żgurati pagi ġusti trid tkun garantita kif irrimarkat mill-President tal-Kummissjoni Juncker;

25.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' taxxi u ta' benefiċċji li ma jiddiswadux lill-persuni li jkunu t-tieni sors ta' dħul milli jaħdmu jew milli jaħdmu aktar, peress li n-nisa għandhom it-tendenza li jkunu t-tieni sors ta' dħul, speċjalment fil-qasam tat-TIK;

26.  Jindika li d-differenza fil-pagi u fl-iżvilupp tal-karriera bejn in-nisa u l-irġiel għadha teżisti għan-nisa li jaħdmu fis-settur tat-TIK; jenfasizza li l-prinċipju ta' paga ndaqs għal xogħol indaqs fl-istess post tax-xogħol biex jiġu żgurati pagi ġusti qed jiġi mhedded anke jekk dan jikkostitwixxi wieħed mill-pilastri fundamentali tal-ġustizzja soċjali fis-suq tax-xogħol u għaldaqstant għandu jiġi protett fuq kull ħaġa oħra; itenni li l-inugwaljanzi m'għandhomx jitħallew jiġu stabbiliti fl-ekonomija diġitali fir-rigward tal-pagi indaqs u l-iżvilupp indaqs tal-karriera; jenfasizza li żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-investimenti relatati fil-politiki tal-inklużjoni soċjali se jgħinu biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel; jenfasizza l-importanza tan-negozjar kollettiv anke fl-ekonomija tas-suq diġitali għas-salvagwardja tal-kwalità u s-sigurtà tal-impjiegi fiż-żminijiet ta' diġitalizzazzjoni;

27.  Jilqa' l-bosta opportunitajiet u l-flessibilità akbar li toffri l-era diġitali lill-impjegati u lill-persuni li jaħdmu għal rashom, inklużi opportunitajiet għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, b'mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ġenituri ta' tfal żgħar u persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw is-sitwazzjoni tax-xogħol flessibbli u s-sigurtà tal-impjieg li huwa prominenti fis-settur tat-TIK, iżda fl-istess ħin jenfasizza l-isfidi l-ġodda marbuta ma' dan l-iżvilupp u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet adegwati ta' sigurtà soċjali; huwa favur "dritt ta' tifi" għall-ħaddiema barra mis-sigħat tax-xogħol miftiehma;

28.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li x-xejra mmexxija mid-diġitalizzazzjoni lejn prattiki ta' xogħol aktar flessibbli taf twassal ukoll għal forom ta' impjieg instabbli; jenfasizza li l-problemi tas-saħħa mentali relatati max-xogħol, bħall-eżawriment ("burn-out"), ikkawżati mill-aċċessibbiltà kostanti jippreżentaw riskju serju; jirrakkomanda, għalhekk, konformità sħiħa mal-ħinijiet ta' mistrieħ preskritti għall-ħaddiema u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu rispettati l-arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol fil-kuntratt ta' impjieg b'ħinijiet flessibbli, sabiex jinżammu l-limiti tal-ħin tax-xogħol kif definiti fil-liġijiet tax-xogħol tal-Istati Membri individwali;

Edukazzjoni u taħriġ

29.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-integrazzjoni tas-sessi fis-settur tal-edukazzjoni billi jiġi promoss il-litteriżmu diġitali u l-parteċipazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet fit-TIK għall-edukazzjoni u t-taħriġ permezz tal-inklużjoni ta' kodifikazzjoni, midja u teknoloġiji ġodda fil-kurrikuli edukattivi fil-livelli kollha, kif ukoll, barra l-kurrikulu tal-edukazzjoni informali u mhux formali, u f'kull tip ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluż fost l-għalliema, bl-għan li jitnaqqsu u jitneħħew id-diskrepanzi fil-ħiliet diġitali, u biex lill-bniet u ż-żgħażagħ nisa jitħeġġew jibdew karrieri fix-xjenzi u t-TIKs; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' riżorsi edukattivi, li jiżguraw aċċess aħjar għall-edukazzjoni għal kulħadd, u li jiġu skambjati l-aħjar prattiki dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tat-TIK;

30.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu l-edukazzjoni tat-TIK skont l-età xierqa fl-istadji bikrija tal-iskejjel, b'enfasi partikolari fuq jispiraw lill-bniet biex jiżviluppaw l-interess u t-talent fil-qasam diġitali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-edukazzjoni STEM tal-bniet minn età żgħira, peress li l-bniet jitbiegħdu mis-suġġetti tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika aktar kmieni waqt il-perkors edukattiv tagħhom minħabba l-isterjotipi tas-sessi madwar dawn is-suġġetti, nuqqas ta' mudelli ta' eżempju, u s-segregazzjoni ta' attivitajiet u ġugarelli, bir-riżultat li teżisti sottorappreżentanza ta' nisa f'dawn is-suġġetti fl-università, li testendi għall-post tax-xogħol; jenfasizza għaldaqstant li kemm l-isterjotipi tas-sessi u t-taħriġ diġitali għandhom jiġu indirizzati, billi wieħed jibda mis-sistema ta' edukazzjoni primarja u tul l-istadji kollha tal-edukazzjoni sat-tagħlim għall-adulti u taħriġ għal dawk li ġew esklużi mis-suq tax-xogħol;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja mmirati speċifikament lejn in-nisa anzjani tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom u lil hinn minnha, b'mod partikolari għal dawk b'responsabilitajiet ta' kura u n-nisa li jieħdu pawża mill-karriera tagħhom jew qed jerġgħu jidħlu fil-post tax-xogħol, sabiex jiġi żgurat li ma jitħallewx jibqgħu lura fit-triq dejjem aktar mgħaġġel lejn id-diġitalizzazzjoni;

32.  Jinnota li l-edukazzjoni fit-teknoloġiji diġitali, it-TIK u l-kodifikazzjoni f'età bikrija huma partikolarment importanti fl-għoti ta' setgħa lill-bniet, l-inkoraġġiment tagħhom f'dan il-qasam u biex jingħelbu l-isterjotipi tas-sessi; jenfasizza li ż-żieda fir-rappreżentanza tan-nisa fis-suġġetti STEM fl-edukazzjoni għolja hija l-qofol biex tiżdied ir-rappreżentanza tagħhom fis-settur diġitali;

33.  Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw id-distakk bejn is-sessi fis-settur tat-TIK billi joħolqu aktar inċentivi u strutturi ta' appoġġ għan-nisa, bħal mudelli, programmi ta' mentoring u karrieri, sabiex tiżdied il-viżibilità tan-nisa; jistieden, għalhekklill-Istati Membrijadattaw sistemi edukattivi, fejn meħtieġ, bl-għan li jippromovu t-tagħlim u l-interess fis-suġġetti STEM b'mod ġenerali u għall-istudenti nisa b'mod partikolari;

34.  Jenfasizza l-utilità tat-TIK, u b'mod aktar speċifiku, korsijiet ta' taħriġ online għall-bniet u n-nisa, imma wkoll għal persuni bi bżonnijiet speċjali, bħal dawk b'diżabilità, u persuni li jgħixu f'zoni rurali u f'żoni mbiegħda, kif ukoll il-possibilitajiet għal xogħol mid-dar, sabiex tittejjeb l-edukazzjoni fost dawn il-gruppi u jiżdiedu l-possibilitajiet tagħhom ta' indipendenza finanzjarja;

35.  Jinnota r-rwol importanti u l-potenzjal enormi li l-arti u d-disinn, l-edukazzjoni formali, informali u mhux formali, l-industriji kreattivi, u s-settur kulturali għandhom fl-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet u fit-tressiq tagħhom lejn is-settur diġitali; jenfasizza għalhekk l-importanza li titwaqqaf rabta bejn is-suġġetti STEM u s-setturi ekonomiċi tal-edukazzjoni u l-arti, billi STEM issir STEAM;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-teknoloġiji diġitali bħala għodda biex jitnaqqsu d-differenzi fid-dħul fis-suq tax-xogħol fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja u tistabbilixxi standards għall-investiment pubbliku u privat fil-ħiliet bħala perċentwali tal-PDG;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jippromwovu, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, il-parteċipazzjoni tan-nisa f'setturi ta' negozju sterjotipikament ikkunsidrati bħala ‘maskili', bħal fil-każ tad-diġitalizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għall-atturi kollha involuti fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni;

38.  Jilqa' l-"Kodiċi tal-aħjar prattika għan-nisa u t-TIK" u jitlob li tkun implimentata b'mod wiesa' u attiv; jilqa' t-twaqqif tal-"Gran Koalizzjoni għall-impjiegi diġitali" u jinkoraġġixxi l-kumpaniji involuti biex jagħtu attenzjoni speċjali fuq ir-reklutaġġ u l-opportunitajiet ugwali tal-karriera għan-nisa;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw programmi mmirati għall-ġenituri sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mat-TIKs użati minn uliedhom, biex b'hekk jittejjeb l-għarfien tal-adulti ta' inkontri u relazzjonijiet potenzjali li jistgħu jseħħu online, u jitnaqqas id-distakk ġenerazzjonali li jeżisti fir-rigward is-settur tat-TIK;

40.  Jenfasizza l-importanza li jittejbu l-ħiliet u l-litteriżmu diġitali biex jiġi faċilitat id-dħul fil-kumpaniji tat-TIK ta' nisa li għal diversi raġunijiet ma jkollhomx dawn il-ħiliet speċifiċi; jirrimarka li falliment f'dan ir-rigward iwassal għal żvantaġġ ulterjuri fir-rigward tal-aċċess għan-nisa f'dan is-settur; ifakkar li l-Fond Soċjali Ewropew jista' jipparteċipa fil-finanzjament ta' korsijiet ta' taħriġ ta' dan it-tip;

41.  Jenfasizza l-importanza li l-kodifikazzjoni, il-midja u t-teknoloġiji ġodda jiġu integrati fil-kurrikula edukattivi fil-livelli kollha u jinnota l-potenzjal tal-ħiliet diġitali biex inaqqsu l-ostakli għall-aċċess għad-dħul fis-suq tax-xogħol; jinnota l-importanza ta' djalogu kostanti mas-sħab soċjali sabiex jingħeleb id-distakk bejn il-ġeneri f'dan il-qasam;

42.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fl-ambitu tal-Istrateġija dwar Suq Uniku Diġitali, u iktar speċifikament fir-rigward tar-referenza għall-bini ta' soċjetà elettronika inklużiva, biex iżżid il-viżibilità tan-nisa, billi tistabbilixxi proġett pilota dwar università Ewropea onlajn li speċifikament tiffoka fuq it-TIK u l-inġinerija teknika u tintroduċi programm ta' boroż ta' studju mfassla apposta għan-nisa fil-qasam tat-TIK u tal-midja ġdida;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif ukoll lin-negozji, jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-TIK permezz ta' ġbir ta' data mingħajr tqassim skont il-ġeneru rigward l-użu tat-TIK, jiġu żviluppati miri, indikaturi u punti ta' referenza sabiex jiġi segwit il-progress tal-aċċess tan-nisa għat-TIK u jiġu promossi eżempji tal-aħjar prattika fost il-kumpaniji tat-TIK;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom favur l-emanċipazzjoni tan-nisa f'setturi diġitali u t-TIK fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u r-relazzjonijiet esterni tal-UE, permezz tal-promozzjoni tal-edukazzjoni diġitali u l-iffaċilitar tal-intraprenditorija tan-nisa permezz ta' diversi strumenti, inklużi skemi ta' mikrofinanzjament u netwerks ta' appoġġ;

Intraprenditorija fl-investiment u fil-finanzjament

45.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħmlu disponibbli fondi, itejbu l-aċċess għal fondi eżistenti u, jekk neċessarju, jagħmlu disponibbli fondi għal intraprendituri nisa biex joħolqu negozji ġodda relatati mat-TIK u startups diġitali, kif ukoll konsulenza u netwerks ta' skambju bejn il-pari, trawwim tal-innovazzjoni u investiment fl-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri joffru appoġġ finanzjarju xieraq u taħriġ lil nisa li jkunu jridu jibnu karriera fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, sabiex titħeġġeġ l-intraprenditorija tan-nisa f'dan is-settur;

46.  Isostni li, speċjalment fir-rigward tal-objettiv tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali ta' ħolqien ta' kundizzjonijiet adegwati għal ambjent tat-TIK innovattiv u kompetittiv u titjib għall-opportunitajiet ta' finanzjament għall-SMEs u start-ups, l-aċċess tan-nisa għall-finanzjament u għas-servizzi finanzjarji għandu jingħata kunsiderazzjoni speċjali; jinnota l-importanza ta' aċċess tan-nisa għall-mikrofinanzjament bl-intraprenditorija tan-nisa;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'rabta mal-Aġenda Diġitali, timmonitorja u tevalwa bir-reqqa l-applikazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġittjar mill-perspettiva tal-ġeneri fil-kuntest tal-fondi tal-UE bi qbil mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (Regolament (UE) Nru 1303/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013) dwar il-fondi Ewropej, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-involviment tal-organizzazzjonijiet tan-nisa fil-kumitat ta' monitoraġġ ta' programmi ta' finanzjament sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet immirati li jsaħħu r-rwol tan-nisa fit-TIK; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li twettaq ibbaġittjar mill-perspettiva tal-ġeneri;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis id-dimensjoni tas-sessi meta tkun qed tanalizza u tirrapporta dwar l-involviment fi sħubiji, b'rabta mal-Aġenda Diġitali;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment, tistabbilixxi programmi b'rabta mal-investiment fit-TIK permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, inklużi kundizzjonijiet ta' kreditu favorevoli u self għall-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-istart-ups fis-settur tat-TIK, li fih mill-inqas 40 % tal-forza tax-xogħol huma nisa;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u tippromwovi kultura ta' intraprenditorija diġitali għan-nisa, tippromwovi u tappoġġa finanzjarjament pjattaforma ta' netwerking u mentoraġġ Ewropea għan-nisa u ssaħħaħ ulterjorment ir-rwol tan-nisa fil-programmi eżistenti; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, kif ukoll lil kumpaniji, joħolqu politiki ta' diversità li jmorru lil hinn minn enfasi fuq ir-reklutaġġ ta' nisa sabiex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u t-tmexxija;

51.  Jenfasizza r-rwol tal-intrapriża soċjali u ta' mudelli kummerċjali alternattivi, bħall-impriżi mutwi u l-kooperattivi, fl-emanċipazzjoni tan-nisa fl-intraprenditorija diġitali u biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa f'setturi diġitali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-inizjattivi tal-intrapriża soċjali immirati lejn l-emanċipazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet fit-TIK;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati kollha biex jagħmlu aktar użu tal-Gran Koalizzjoni għall-Impjiegi Diġitali biex jiġu appoġġati miżuri mmirati lejn it-titjib tal-ħiliet diġitali fost in-nisa u l-bniet, il-promozzjoni tal-impjiegi tan-nisa fis-settur tat-TIK, u jżidu t-tixrid tad-diversi għażliet disponibbli tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

Il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa f'dinja diġitalizzata

53.  Jitlob li ssir identifikazzjoni tal-isfidi dovuti għall-użu tat-TIK u l-Internet biex jitwettqu reati, isir theddid jew jitwettqu atti ta' fastidju jew vjolenza fuq in-nisa abbażi tal-misoġenija, l-omofobija jew it-transfobija jew kwalunkwe forma oħra ta' diskriminazzjoni; iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod adegwat, b'kunsiderazzjoni speċjali għall-gruppi ta' nisa b'bosta vulnerabilitajiet, u biex jiżguraw li hemm qafas fis-seħħ li jiggarantixxi li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jittrattaw reati diġitali b'mod effettiv, b'kont meħud ta' sfidi relatati mal-anonimità online u n-natura transkonfinali potenzjali ta' tali delitti u abbużi; jistieden lill-Istati Membri jallokaw ir-riżorsi neċessarji għall-infurzar tal-liġi, jiġifieri l-implimentazzjoni ta' liġijiet eżistenti kontra l-vjolenza ċibernetika, l-istalking ċibernetiku, il-bullying, il-fastidju, u d-diskors ta' mibegħda;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob li jkun hemm sforzi akbar mill-Istati Membri biex iħarrku kwalunkwe reat kriminali omofobiku jew transfobiku li jsir online, kif ukoll japplikaw b'mod xieraq il-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ f'dan ir-rigward u b'rabta mad-drittijiet tal-vittmi;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza s-sessiżmu u l-isterjotipi tas-sessi fl-edukazzjoni u l-midja, bħala parti mid-Direttiva tat-Trattament Indaqs riformulata;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kodiċi ta' kondotta għall-komunikazzjonijiet tagħha stess u għall-komunikazzjoni tal-Aġenziji tal-UE għat-trawwim tal-emanċipazzjoni tan-nisa, u biex jingħelbu l-isterjotipi u s-sessiżmu u s-sottorappreżentanza tan-nisa u d-dikjarazzjonijiet foloz tagħhom;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu r-realtajiet mibdula tan-nisa u l-bniet, minħabba d-diġitalizzazzjoni, fl-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni futura tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; jenfasizza li l-kontrolluri tad-data jistgħu jużaw data sensittiva għal skopijiet limitati biss u taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jaqsmu ulterjorment tali data;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li r-regoli dwar is-salvagwardja ta' data sensittiva li tinsab f'komunikazzjonijiet onlajn jiġu osservati;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ finanzjarju għall-Infrastruttura Iktar Sikura tas-Servizzi Diġitali tal-Internet, iffinanzjat mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u jitlob lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament għal linji ta' appoġġ għall-vittmi tal-bullying fuq l-internet; jenfasizza li l-bniet huma darbtejn iktar probabbli mis-subien li jkunu vittmi;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri li jipproteġu l-bniet minn reklamar fl-ambjent diġitali li jista' jħajjarhom li jġibu ruħhom bi ħsara għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni ġġedded u tespandi l-programm Internet Aktar Sikur, filwaqt li tagħti attenzjoni partikulari lill-kwistjoni tas-sessi bħala waħda mill-miżuri meħtieġa biex tiżdied is-sikurezza tal-bniet online;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tvara u tappoġġa l-litteriżmu elettroniku u programmi ta' taħriġ, kif ukoll kampanji ta' sensibilizzazzjoni, biex b'hekk tqajjem kuxjenza dwar ir-riskji potenzjali tad-dinja diġitali u dwar kif jistgħu jiġu kkonfrontati fost il-partijiet relevanti konċernati, bħalma huma l-istudenti fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, l-għalliema, u l-professjonisti tal-infurzar tal-liġi u tal-qasam tal-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kampanji kontra s-sessiżmu u l-isterjotipi tas-sessi fil-midja soċjali u diġitali u tuża l-potenzjal tal-mezzi tax-xandir diġitali biex jiġu eliminati l-isterjotipi;

62.  Jilqa' l-proposta magħmula mill-Kummissjoni biex tintegra fl-Istrateġija tagħha għal wara l-2016 dwar it-Traffikar tal-Bnedmin dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni, l-appoġġ għall-vittmi, ir-ritorn sikur u l-integrazzjoni mill-ġdid, kif ukoll ir-rwol tal-internet; jenfasizza li l-fenomeni ta' fastidju ċibernetiku u cyber-stalking għandhom jiġu indirizzati wkoll;

63.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli biżżejjed riżorsi u fondi għall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) biex ikunu jistgħu jwettqu riċerka u ġbir ta' data dwar kif is-servizzi diġitali jistgħu jiġu użati u sfruttati aħjar għall-benefiċċju tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

64.  Jitlob lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, kif ukoll l-Istati Membri u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, jikkooperaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom b'mod konkret biex jikkumbattu l-użu tat-TIK biex jitwettqu reati relatati mat-traffikar tal-bnedmin, il-fastidju ċibernetiku u s-cyber-stalking, peress illi ta' spiss huma ta' natura transfruntiera u wkoll peress li l-koordinazzjoni fuq livell tal-UE hija vitali biex issir il-prosekuzzjoni ta' dawn ir-reati; jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid u potenzjalment jirrevedu l-liġi kriminali tagħhom biex jiżguraw li forom ġodda ta' vjolenza diġitali huma definiti u rikonoxxuti b'mod ċar , u sabiex jiġi żgurat li l-mezzi adatti ta' prosekuzzjoni jkunu fis-seħħ; jistieden lill-Istati Membri jadottaw portali ta' rapportar sabiex iċ-ċittadini jkollhom il-post sikur u kunfidenzjali online għalihom fejn jistgħu jirrappurtaw fastidju minn utenti tal-internet; jitlob li l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol ikopru dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-taħriġ u l-bini ta' ħiliet għall-appoġġ tal-vittmi fi kwistjonijiet diġitali, fost il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, kif ukoll appoġġ psikoloġiku huma u għaddejja kawżi quddiem il-qrati b'rabta ma' din il-kwistjoni;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji kemm jista' jkun malajr il-passi meħtieġa għar-ratifika mill-UE tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-UE li tikkunsidra l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex ittemm u tipprevjeni l-vjolenza fuq in-nisa fl-Istati Membri kollha, u jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, li hija strumentali biex tiġi eradikata l-vjolenza fuq in-nisa, inklużi forom diġitali ta' vjolenza, peress li din tintroduċi definizzjonijiet ġuridiċi armonizzati u modi ta' prosekuzzjoni ta' reati li huma ffaċilitati permezz tat-teknoloġiji l-ġodda ta' komunikazzjoni, bħat-traffikar tal-bnedmin u l-istalking;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-aktar fis possibbli, Strateġija Ewropea dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru li tinkludi strument leġiżlattiv, u tittratta b'mod determinat forom ġodda ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, bħalma huma l-bullying ċibernetiku, l-użu ta' immaġnijiet degradanti online, id-distribuzzjoni online fuq il-midja soċjali ta' ritratti u filmati privati mingħajr il-kunsens tal-persuni involuti, eċċ.;

67.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-monitoraġġ tas-seduzzjoni sesswali (grooming) fuq l-internet minn gruppi terroristiċi li jirreklutaw lin-nisa żgħażagħ u jġiegħluhom jidħlu fiż-żwieġ jew fil-prostituzzjoni f'pajjiżi terzi;

o
o   o

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0218.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0312.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0351.
(4) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.
(5) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 18.
(6) ĠU C 93, 9.3.2016, p. 120.
(7) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(8) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(9) https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/women-active-ict-sector

Avviż legali - Politika tal-privatezza