Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2316(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0245/2016

Testi mressqa :

A8-0245/2016

Dibattiti :

PV 24/10/2016 - 17
CRE 24/10/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 7.4
CRE 25/10/2016 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0404

Testi adottati
PDF 527kWORD 71k
It-Tlieta, 25 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni f'pajjiżi terzi
P8_TA(2016)0404A8-0245/2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni f'pajjiżi terzi (2015/2316(INI))

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha,

—  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966 u l-protokolli addizzjonali tagħhom,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi tal-1954 u l-Konvenzjoni dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tal-1961,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali tal-1966,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tal-1979 u l-protokoll addizzjonali tagħha,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984 u l-protokoll addizzjonali tagħha,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-protokolli addizzjonali tagħha,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom tal-1990,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-ħarsien tal-Persuni Kollha minn Għajbien Sfurzat tal-2006,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-2006 u l-protokoll addizzjonali tagħha,

—  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-3 ta' Awwissu 2015 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi modi u mezzi biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem tal-migranti,

—  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 69/167 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-protezzjoni tal-migranti,

—  wara li kkunsidra x-xogħol ta' diversi mekkaniżmi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-diversi rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, François Crépeau, u ta' Rapporteurs Speċjali rilevanti oħra, l-Eżami Perjodiku Universali u l-ħidma ta' korpi oħra tat-Trattati,

—  wara li kkunsidra l- ħidma u r-rapporti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), u l-Prinċipji u l-Linji Gwida Rakkomandati dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fuq il-Fruntieri Internazzjonali u r-Rapport dwar is-Sitwazzjoni tal- Migranti fi Tranżitu,

—  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem,

—  wara li kkunsidra l-prinċipji ta' Dhaka għal reklutaġġ u utilizzazzjoni responsabbli tal-ħaddiema migranti,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea,

—  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

—  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2011 bit-titolu "L-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità" (COM(2011)0743),

—  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2015 bl-isem "Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" (COM(2015)0240),

—  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: Sitwazzjoni Attwali tal-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet ta' Prijorità taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" (COM(2015)0510),

—  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment ta' Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika (C(2015)7293),

—  wara li kkunsidra l-Konklużjoniiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015 u tal-15 ta' Ottubru 2015,

—  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019), adottati fl-20 ta' Lulju 2015,

—  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Novembru 2015 dwar il-miżuri biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni,

—  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika u l-pjan ta' azzjoni adottati waqt is-Summit ta' Valletta, fil-11 u t-12 ta' Novembru 2015,

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni(1), tad-29 ta' April 2015 dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil(2), u tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni(3),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-għoti ta' setgħa lill-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea,(4)

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa rifuġjati u li jfittxu l-asil fl-UE(5),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE(6),

—  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tat-Tieni Summit tal-iSpeakers tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran dwar it-tema tal-immigrazzjoni, l-asil u d-drittijiet tal-bniedem fir-Reġjun Ewro-Mediterranju, adottata fil-11 ta' Mejju 2015(7),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2014 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(8),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tad-9 ta' Diċembru 2015 dwar il-migrazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem u r-rifuġjati umanitarji(9),

—  wara li kkunsidra diversi rapporti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0245/2016),

A.  billi d-drittijiet tal-bniedem huma inerenti għall-bnedmin kollha, mingħajr l-ebda distinzjoni;

B.  billi l-migrazzjoni hija fenomenu dinji u multidimensjonali li joriġina minn diversi fatturi, fosthom il-kundizzjonijiet ekonomiċi (inkluża l-evoluzzjoni tat-tqassim tal-ġid u l-evoluzzjoni tal-integrazzjoni ekonomika fil-livell reġjonali u dak dinji), soċjali u politiċi, is-sitwazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u fil-qasam tal-vjolenza u tas-sigurtà, id-degradazzjoni progressiva tal-ambjent u l-aggravament tad-diżastri naturali; billi dan il-fenomenu jrid jiġi indirizzat b'mod koerenti u bbilanċjat, f'perspettiva olistika li tqis id-dimensjoni umana tiegħu, inkluż l-aspett pożittiv tiegħu fuq l-evoluzzjoni demografika u l-iżvilupp ekonomiku;

C.  billi r-rotot migratorji huma estremament kumplessi, peress li l-ispostamenti ma jsirux biss minn reġjun għal ieħor, iżda spiss isiru fi ħdan l-istess reġjun; billi minkejja l-kriżi ekonomika dinjija, skont in-NU, il-flussi migratorji internazzjonali saru aktar intensi; billi bħalissa, kważi 244 miljun persuna huma meqjusa bħala migranti internazzjonali;

D.  billi d-drittijiet minquxa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u ftehimiet internazzjonali oħra huma universali u indiviżibbli;

E.  billi l-migrazzjoni tirriżulta wkoll mill-globalizzazzjoni li qed tikber u mill-interdipendenza tas-swieq;

F.  billi l-fatturi differenti li jinfluwenzaw il-migrazzjoni jħallu l-konsegwenzi tagħhom u jobbligaw li jitfasslu politiki adegwati;

G.  billi l-varjazzjonijiet tal-flussi migratorji, speċjalment fi żmien ta' kriżi, iġibu magħhom impatti ekonomiċi, soċjali u politiċi sinifikanti, kemm għall-pajjiżi ta' oriġini kif ukoll għall-pajjiżi ta' destinazzjoni tal-migranti;

H.  billi huwa essenzjali li jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta' monitoraġġ u ta' kontroll tad-dħul u l-ħruġ tal-barranin, kif ukoll analiżijiet u projezzjonijiet fuq l-impatt tal-migrazzjoni li abbażi tagħhom isir it-tfassil tal-politiki kollha ta' ġestjoni tal-migrazzjonijiet;

I.  billi l-fatturi tal-migrazzjonijiet iddiversifikaw u dawn jistgħu jkunu multidimensjonali u bbażati fuq raġunijiet ekonomiċi, ambjentali, kulturali, politiċi, personali jew tal-familja; billi għadd dejjem jikber ta' dawn il-migranti jġarrbu spostamenti furzati u jeħtieġu protezzjoni partikolari għax qed jaħarbu mill-fraġilità tal-Istati, il-kunflitti, il-persekuzzjonijiet politiċi jew reliġjużi, fost oħrajn;

J.  billi qed isir aktar diffiċili biex tiġi stabbilita d-distinzjoni bejn rifuġjati, persuni li jfittxu asil u migranti, inkluż minħabba li bosta pajjiżi ma għandhomx l-istrumenti u l-oqfsa ġuridiċi u istituzzjonali xierqa;

K.  billi huwa importanti li l-awtoritajiet, kif ukoll iċ-ċentri ta' akkoljenza tal-pajjiżi ta' tranżitu u ta' destinazzjoni, jiġu sensibilizzati u jkunu lesti li jiżguraw trattament divrenzjat u flessibbli għall-immigranti u l-applikanti għal asil;

L.  billi l-movimenti migratorji saru globalizzati u reġjonalizzati u billi l-flussi migratorji min-Nofsinhar għan-Nofsinhar, li 80 % minnhom isiru bejn il-pajjiżi bil-fruntieri komuni li jkollhom ftit differenzi ta' introjtu, issa jaqbżu bi ftit il-flussi min-Nofsinhar għat-Tramuntana;

M.  billi l-Ewropa minn dejjem kienet reġjun ta' destinazzjoni, iżda wkoll ta' oriġini tal-migrazzjoni; billi, minbarra l-migrazzjoni kontemporanja ta' espatrijati minn klassijiet soċjali ogħla, l-Ewropej ukoll emigraw barra minn pajjiżhom minħabba diffikultajiet ekonomiċi, kunflitti jew persekuzzjonijiet politiċi; billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali ġiegħlet lil ħafna Ewropej jemigraw, inkluż lejn l-ekonomiji emerġenti tal-pajjiżi tan-Nofsinhar;

N.  billi n-nisa u t-tfal kulma jmur qed isiru aktar numerużi fost il-migranti u jerġa' aktar fost ir-rifuġjati; billi l-migranti u r-rifuġjati kulma jmur qed ikunu aktar gradwati u billi l-"eżodu tal-imħuħ" kien diġà stmat li kien ta' 59 miljun ruħ fl-2010; billi l-Asja hija l-kontinent l-aktar involut, iżda huwa l-kontinent Afrikan li qed iħallas l-ogħla prezz, peress li għandu biss 4 % tan-nies li huma gradwati u 31 % minnhom jemigraw(10);

O.  billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, l-instabbiltà f'ċerti reġjuni u l-kunflitti huma l-kawża ta' kriżi umanitarja li qed tolqot aktar minn 65 miljun ruħ rifuġjati u spostati partikolarment fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

P.  billi l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati jistma li fid-dinja hawn mill-inqas 10 miljun persuna apolida;

Q.  billi l-Artikolu 13 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jgħid li kull persuna għandha d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza fil-konfini ta' Stat, iżda wkoll li tħalli kwalunkwe pajjiż, ukoll dak tagħha, u li terġa' lura lejn pajjiżha;

R.  billi l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-prattiki t-tajba bejn l-Istati ta' oriġini, ta' transitu u ta' wasla huma essenzjali biex jiġu pprevenuti u miġġielda l-migrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, peress li jippermettulhom jidentifikaw il-preokkupazzjonijiet u l-interessi komuni tagħhom;

S.  billi approċċ olistiku fir-rigward tal-migrazzjoni għandu jilqa' għall-isfidi dinjin tal-iżvilupp, tal-paċi fid-dinja, tad-drittijiet tal-Bniedem u tat-tibdil fil-klima, f'dak li jirrigwarda b'mod l-aktar partikolari t-titjib tal-kundizzjonijiet umanitarji fil-pajjiżi ta' oriġini, sabiex il-popolazzjoni lokali tkun tista' tgħix f'żoni li jkunu aktar sikuri;

T.  billi d-drittijiet tar-rifuġjati huma definiti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-protokolli relatati;

U.  billi l-kundizzjonijiet tal-għajxien qegħdin jiddeterjoraw f'għadd kbir ta' kampijiet tar-rifuġjati, anke fuq il-livell sanitarju, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, u billi s-sigurtà tar-rifuġjati spiss mhijiex iggarantita, b'mod speċjali f'dak li jirrigwarda l-persuni vulnerabbli u b'mod partikolari n-nisa u t-tfal;

V.  billi, skont il-Bank Dinji, it-trasferimenti ta' fondi tal-migranti internazzjonali kienu jirrappreżentaw iktar minn USD 550 biljun fl-2013, li minnhom USD 414-il biljun marru għall-pajjiżi li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp;

W.  billi l-ksenofobija, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza mmirati kontra l-migranti, is-sentimenti anti-migranti, id-diskorsi ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda żdiedu sostanzjalment fil-pajjiżi tal-AKP;

X.  billi rispons konkret, organizzat tajjeb u adegwat għall-kwistjonijiet migratorji jirrappreżenta opportunità għall-individwi u l-pajjiżi; billi dan ir-rispons għandu jkun sostnut mill-prinċipji tal-ġlieda kontra l-faqar, tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli kif ukoll tar-rispett għad-drittijiet u għad-dinjità tal-migranti u r-rifuġjati; billi għandu jkun ibbażat fuq kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-pajjiżi ta' oriġini, ta' transitu u ta' destinazzjoni;

Y.  billi l-migrazzjoni hija element dinamiku rilevanti sabiex jiġu ffaċċjati l-kriżi demografika u t-tnaqqis fil-persentaġġ tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol f'ċerti pajjiżi;

Z.  billi l-għadd ta' migranti irregolari huwa diffiċli li jkun ivvalutat, u dan ixekkel il-ħolqien ta' indikaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tagħhom, filwaqt li dawn huma dawk li għandhom l-aktar bżonn ta' protezzjoni, peress li mingħajr status u mingħajr rikonoxximent ġuridiku huma partikolarment vulnerabbli għall-abbuż, għall-isfruttament u għat-tiċħid tad-drittijiet tal-bniedem l-aktar fundamentali tagħhom;

AA.  billi l-migrazzjoni internazzjonali tista' sservi ta' strument sabiex jissolvew il-problemi speċifiċi ta' skarsezza fis-suq tax-xogħol;

AB.  billi l-migranti jikkontribwixxu għal żieda fid-diversità u r-rikkezza kulturali tal-pajjiżi ospitanti; billi, biex dan isir, jeħtieġ li jiġu integrati bis-sħiħ fil-komunitajiet ospitanti sabiex dawn il-komunitajiet ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal ekonomiku, soċjali u kulturali tagħhom; billi huwa urġenti li dawk li jfasslu l-politika jinfurmaw lill-pubbliku bl-influwenza pożittiva tal-migranti fuq is-soċjetà fil-livell ekonomiku, kulturali u soċjali, b'tali mod li jiġu pprevenuti s-sentimenti ksenofobiċi u diskriminatorji;

AC.  billi politiki ta' akkoljenza u ta' inklużjoni adegwati jippermettu li jiġu evitati l-aggravar jew il-perpetwar tal-effetti tat-trawmi li bosta migranti jkunu ġarrbu;

AD.  billi l-iżvilupp soċjokulturali huwa possibbli biss permezz tal-inklużjoni u dan jirrikjedi impenn serju min-naħa tal-migranti, li għandhom ikunu lesti li jadattaw ruħhom għas-soċjetà ospitanti mingħajr madankollu ma jirrinunzjaw l-identità kulturali ta' oriġini tagħhom, kif ukoll tal-istituzzjonijiet u l-komunitajiet tal-pajjiżi ospitanti, li, min-naħa tagħhom, għandhom ikunu ppreparati biex jirċievu migranti u jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom;

Sfidi u riskji fir-rispett tad-drittijiet tal-migranti

1.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-persuni li huma mġiegħla jitilqu minn pajjiżhom minħabba kunflitti, persekuzzjonijiet, ksur tad-drittijiet tal-bniedem u sitwazzjoni ta' miżerja, fost fatturi oħra; jesprimi t-tħassib profond tiegħu fir-rigward tal-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li għadd kbir ta' immigranti jġarrbu f'ħafna pajjiżi ta' tranżitu jew ta' destinazzjoni; jenfasizza li d-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem tal-migranti għandhom jiġu rrispettati;

2.  Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu eżempju billi jiżguraw il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, b'mod partikolari fil-konfini tal-fruntieri tagħhom stess, b'mod li tiġi żgurata l-kredibilità tagħhom fid-dibattitu dwar il-migrazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi;

3.  Ifakkar li l-parti l-kbira tar-rifuġjati u tal-migranti fid-dinja qegħdin jiġu ospitati minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-pajjiżi terzi biex jilqgħu lill-migranti u lir-rifuġjati; jenfasizza li s-sistemi ta' appoġġ ta' dawn il-pajjiżi qegħdin jiffaċċjaw sfidi kritiċi li jistgħu joħolqu theddid serju għall-protezzjoni tal-popolazzjoni spostata li qiegħda tikber;

4.  Ifakkar li "kulħadd għandu l-jedd li jħalli kwalunkwe pajjiż, ukoll dak tiegħu", u li "jerġa' lura pajjiżu"(11); jenfasizza li l-istatus soċjali u n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata ma għandhom fl-ebda każ ipoġġu fid-dubju dan id-dritt u li kull individwu għandu d-dritt li jeżerċita għażliet migratorji bid-dinjità; jistieden lill-gvernijiet kollha jindirizzaw in-nuqqas ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li l-migranti qed iħabbtu wiċċhom miegħu; jistieden lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali jabolixxu l-oqfsa legali punittivi li jikkaratterizzaw lill-migrazzjoni bħala reat kriminali u jimplimentaw soluzzjonijiet għall-futur qrib, medju u fit-tul sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-migranti; jikkundanna l-każijiet ta' restrizzjoni jew ta' projbizzjoni ta' ħruġ jew ta' ritorn f'ċerti Stati u l-konsegwenzi tal-apolidija f'dak li hu aċċess għad-drittijiet;

5.  Jinnota li l-għadd dejjem jikber ta' rifuġjati madwar id-dinja huwa megħlub mill-għadd saħansitra akbar ta' persuni spostati internament fil-pajjiżi rispettivi; jenfasizza li dawn tal-aħħar ma għandhomx ikunu vittmi ta' diskriminazzjoni sempliċement talli ppruvaw jiżguraw is-sikurezza tagħhom mingħajr ma jaqsmu fruntieri internazzjonali, u għalhekk jenfasizza li l-persuni spostati għandhom ikollhom id-drittijiet tagħhom rispettati, inkluż l-aċċess għas-saħħa u l-edukazzjoni;

6.  Ifakkar fl-importanza tal-identifikazzjoni tal-persuni apolidi sabiex jingħatawlhom il-protezzjonijiet previsti fid-dritt internazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati, f'dan ir-rigward, jistabbilixxu proċeduri ta' identifikazzjoni tal-apolidija u jiskambjaw il-prattiki tajba tagħhom, inkluż fir-rigward tal-leġislazzjoni u l-prattiki li jirrigwardaw il-prevenzjoni ta' każijiet ġodda ta' apolidija tat-tfal;

7.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa kontinwa li l-Unjoni tqis l-apolidija fil-kuntest tal-politika tagħha tar-relazzjonijiet esterni, speċjalment minħabba li l-apolidija hija kawża ewlenija tal-ispostamenti furzati; ifakkar fl-impenn meħud fil-Qafas Strateġiku u Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, ippubblikati fl-2012, biex "jiġi żviluppat qafas konġunt bejn il-Kummissjoni u s-SEAE biex jitqajmu l-kwistjonijiet ta' apolidija u ta' detenzjoni arbitrarja ta' migranti ma' pajjiżi terzi";

8.  Jinsab imħasseb li l-migranti u r-rifuġjati jkunu soġġetti għal detenzjonijiet arbitrarji u trattament ħażin u jfakkar li d-detenzjoni għandha tkun limitata għall-każijiet ta' bżonn assolut, u li, fi kwalunkwe każ, il-miżuri ta' protezzjoni xierqa għandhom jiġu garantiti, inkluż l-aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji adegwati;

9.  Jistieden lill-Istati jirrikonoxxu l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-asil u tal-migrazzjoni u li jadottaw il-liġijiet nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' dawn l-obbligi, inkluż billi jiddisponu għall-possibilità li persuna tapplika għall-protezzjoni internazzjonali; jitlob li dawn il-liġijiet iqisu l-grad u n-natura tal-persekuzzjoni u tad-diskriminazzjoni mġarrba mill-migranti;

10.  Ifakkar li l-migranti għandhom id-dritt li ma jintbagħtux lura f'pajjiż fejn jissograw li jiġu maltrattati u ttorturati; ifakkar li l-espulsjonijiet kollettivi u r-refoulements huma pprojbiti skont id-dritt internazzjonali; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward it-trattament tal-migranti li jintbagħtu lura fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew f'pajjiż terz mingħajr segwitu adegwat tas-sitwazzjoni tagħhom u jitlob fi kwalunkwe każ li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom meta jmorru lura f'dawn il-pajjiżi;

11.  Jipproponi l-implimentazzjoni ta' programmi ta' integrazzjoni mill-ġdid għall-migranti li jirritornaw lura f'pajjiżhom;

12.  Jenfasizza l-importanza li jiġi rrispettat id-dritt tal-migranti, irrispettivament mill-istatus tagħhom, li jitolbu l-aċċess għall-ġustizzja u għal rimedju effettiv, mingħajr il-biża' li jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-immigrazzjoni, detenuti u deportati; jinsab imħasseb dwar l-assenza, f'għadd kbir ta' pajjiżi, ta' mekkaniżmi ta' kontroll u ta' monitoraġġ tal-proċeduri marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-migranti kif ukoll ta' garanziji ta' kwalità f'dak li jirrigwarda l-informazzjoni u l-assistenza legali fornuta lill-migranti u lill-persuni li jfittxu asil; jirrakkomanda li l-persunal tal-awtoritajiet responsabbli fil-qasam tal-asil, kif ukoll taċ-ċentri ta' akkoljenza u persunal u ħaddiema soċjali oħra li jidħlu f'kuntatt ma' persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali jirċievu t-taħriġ xieraq sabiex iqisu ċ-ċirkostanzi ġenerali u personali u l-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru li huma koperti mill-applikazzjonijiet għall-protezzjoni;

13.  Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-pajjiżi terzi, b'mod speċjali billi jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema fil-qasam tal-għajnuna umanitarja biex ikunu jistgħu jidentifikaw b'mod aktar effiċjenti d-differenzi f'dawk li huma l-karatteristiċi, l-isfondi u l-esperjenzi tal-migranti, b'mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli, sabiex dawn il-migranti jiġu protetti u megħjuna b'mod aħjar skont il-ħtiġijiet tagħhom;

14.  Jenfasizza li l-kunċetti ta' pajjiż bla periklu u ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu m'għandhomx jimpedixxu l-eżami individwali tal-applikazzjonijiet għal asil; jesiġi li f'kull ċirkostanza, il-migranti li għandhom bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jiġu identifikati u jkunu jistgħu jaraw it-talba tagħhom ikkunsidrata, jinsisti li huma jibbenefikaw mill-garanziji xierqa fir-rigward tan-non-refoulement u li jkollhom aċċess għal mekkaniżmu ta' ilment;

15.  Jiġbed l-attenzjoni fuq il-vjolenza fiżika u psikoloġika u l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti forom speċifiċi ta' vjolenza u persekuzzjoni li għalihom jiġu soġġetti n-nisa u t-tfal migranti, bħalm huma t-traffikar, l-għajbien furzat, l-abbuż sesswali, il-mutilazzjoni ġenitali, iż-żwieġ bikri u sfurzat, il-vjolenza domestika, l-iskjavitù, id-delitti tal-unur u d-diskriminazzjoni sesswali; ifakkar fil-għadd bla preċedent u li dejjem qed jiżdied ta' vittmi ta' vjolenza sesswali u ta' stupru, inkluż bħala arma tal-gwerra;

16.  Jinsab imħasseb dwar il-prattiki ta' reklutaġġ ta' tfal fi ħdan il-gruppi armati; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu promossi politiki favur id-diżarm tagħhom, ir-riabilitazzjoni tagħhom u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom;

17.  Jenfasizza li s-separazzjoni tal-membri tal-familja, inkluż meta jkunu detenuti, tesponi lin-nisa u t-tfal għal riskji akbar;

18.  Ifakkar li n-nisa u l-bniet mhux akkumpanjati, in-nisa kapijiet ta' familja, in-nisa tqal, il-persuni b'diżabilità u l-persuni anzjani huma partikolarment vulnerabbli; jenfasizza li l-bniet li jaħarbu mill-kunflitti u l-persekuzzjonijiet huma esposti għal riskju akbar ta' żwieġ furzat u bikri u li jġibu t-trabi fid-dinja f'età żgħira, ta' stupru, ta' abbuż sesswali u fiżiku, ta' prostituzzjoni, u dan, inkluż meta jkunu waslu f'postijiet magħrufa bħala sikuri; jitlob, f'dan ir-rigward, protezzjoni u assistenza speċjalizzati matul is-soġġorn tagħhom fil-kampijiet ta' akkoljenza, b'mod partikolari fil-qasam tas-saħħa;

19.  Jirrakkomanda li l-kwistjonijiet tal-ġeneru jiġu integrati fil-politiki tal-migrazzjoni, inkluż għall-prevenzjoni u l-ikkastigar tat-traffikar kif ukoll tal-forom l-oħra kollha ta' vjolenza u ta' diskriminazzjoni mmirati lejn in-nisa; jitlob it-twettiq sħiħ, de jure u de facto, tal-ugwaljanza bħala element ewlieni fil-prevenzjoni ta' tali vjolenza, bl-objettiv li tiġi ffaċilitata l-awtonomija u l-indipendenza tagħhom;

20.  Jinsab imħasseb dwar il-proliferazzjoni tar-rapporti u x-xhieda li jqegħdu fid-dieher iż-żieda tal-vjolenza kontra t-tfal migranti, inklużi t-tortura u d-detenzjoni, kif ukoll l-għajbien tagħhom; jenfasizza li, skont l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-detenzjoni tat-tfal abbażi biss tal-istatus migratorju tagħhom jew dak tal-ġenituri tagħhom tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tagħhom u li hija qatt ma tista' ssir fl-interess tagħhom;

21.  Ifakkar li t-tfal migranti huma partikolarment vulnerabbli, speċjalment meta ma jkunux akkumpanjati, u li huma intitolati għal protezzjoni speċjali bbażata fuq l-aqwa interessi tat-tfal skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li l-kwistjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati tiġi inkluża fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz tal-promozzjoni tal-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiżi fejn huma installati, b'mod l-aktar speċjali permezz tal-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni u għall-kura medika u permezz tal-prevenzjoni tar-riskji ta' vjolenza, ta' abbuż, ta' sfruttament u ta' traskuraġni;

22.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-diffikultajiet iffaċċjati għar-reġistrazzjoni tat-tfal imwielda barra minn pajjiżhom, diffikultajiet li jistgħu jwasslu għal riskju akbar ta' apolidija; jitlob, f'dan ir-rigward, li t-twelid tagħhom ikun jista' jiġi rreġistrat u dan, irrispettivament mill-istatus migratorju tal-ġenituri tagħhom;

23.  Iħeġġeġ lill-Unjoni tikkoopera mill-qrib mal-UNICEF, l-UNHCR u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali kompetenti kollha biex jagħmlu kull sforz biex iżidu l-kapaċitajiet ta' protezzjoni tat-tfal migranti u tal-familji tagħhom, u dan irrispettivament mill-istatus migratorju tagħhom, matul it-triq kollha tagħhom, billi jiffinanzjaw programmi ta' protezzjoni, partikolarment fil-qasam ta' stabbilimenti tat-tagħlim u tal-kura medika, filwaqt li jagħmlu disponibbli spazji speċifiċi għat-tfal u appoġġ psikoloġiku, jiżguraw l-identifikazzjoni tar-rabtiet familjari u r-riunifikazzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati jew mifruda mill-familji tagħhom u filwaqt li japplikaw il-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni, nonkriminalizzazzjoni, nondetenzjoni, non-refoulement, nonapplikazzjoni ta' sanzjonijiet indebiti, riunifikazzjoni tal-familja, protezzjoni fiżika u legali u dritt għall-identità;

24.  Ifakkar li n-netwerks kriminali japprofittaw mill-assenza ta' rotot legali ta' migrazzjoni, mill-instabbiltà reġjonali u mill-kunflitti kif ukoll mill-vulnerabilità tan-nisa, tal-bniet u tat-tfal li jippruvaw jaħarbu biex jissottomettuhom għat-traffikar u għall-isfruttament sesswali;

25.  Jiġbed l-attenzjoni fuq it-tipi speċifiċi ta' vjolenza u l-forom partikolari ta' persekuzzjoni li jiġu soġġetti għalihom il-migranti LGBTI; jitlob appoġġ għall-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni soċjoġuridiċi speċifiċi għall-migranti u għall-persuni LGBTI li jfittxu asil sabiex jiġi żgurat li titqies il-vulnerabilità tagħhom u jiġi garantit li l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni tiġi eżaminata rigorożament, anki f'appell;

26.  Ifakkar li d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u partikolarment id-dritt għas-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni, huma drittijiet tal-bniedem li l-migranti kollha, u b'mod partikolari t-tfal, għandu jkollhom aċċess għalihom, irrispettivament mill-istatus migratorju tagħhom;

27.  Jinsab imħasseb minħabba l-ksur tal-liġi tax-xogħol u l-isfruttament tal-migranti; Jirrikonoxxi li l-edukazzjoni, l-opportunitajiet ta' xogħol u r-riunifikazzjoni tal-familja jirrappreżentaw elementi importanti fil-proċess ta' integrazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu miġġielda s-suriet kollha ta' xogħol furzat tal-migranti u jikkundanna b'mod partikolari s-suriet kollha ta' sfruttament tat-tfal;

28.  Jinsab imħasseb minħabba l-prattiki diskriminatorji li sikwit jolqtu lil ċerti minoranzi soċjokulturali, lingwistiċi u reliġjużi, liema prattiki jikkontribwixxu għall-inugwaljanza ta' aċċess għad-drittijiet tal-migranti;

29.  Jistieden lill-pajjiżi ospitanti jiggarantixxu d-dritt ta' aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa migranti;

30.  Jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li jiġi evitat il-ħolqien ta' kwartieri iżolati għall-migranti, billi jiġu inkoraġġiti l-inklużjoni u t-tgawdija tal-potenzjal sħiħ tal-ħajja fis-soċjetà;

31.  Iqis li d-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għax-xogħol jippromwovu l-awtonomija u l-integrazzjoni tal-migranti, bħal fil-każ tad-dritt għall-ħajja tal-familja u r-riunifikazzjoni tal-familja; jenfasizza l-importanza li tiġi assigurata l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema migranti u tal-familji tagħhom; jinnota li l-integrazzjoni effettiva tal-migranti jeħtieġ tkun ibbażata fuq valutazzjoni rigoruża tas-suq tax-xogħol u l-potenzjal futur tiegħu, protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema migranti u djalogu kostanti mal-atturi tas-suq tax-xogħol;

32.  Jinnota li t-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti x'aktarx li jtejjeb sew il-kwalità tal-ħajja tal-migranti, kif ukoll l-indipendenza ekonomika u kulturali tagħhom, u jiffaċilita wkoll l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom fis-soċjetà ospitanti; iqis li t-tagħlim tal-lingwi jeħtieġ li jkun iggarantit mill-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti; jirrakkomanda li l-migranti jiġu involuti fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet soċjali u politiċi kollha;

33.  Iqis li l-aċċess għall-impjiegi, għat-taħriġ u għal status indipendenti huma elementi ewlenin għall-inklużjoni u l-awtonomizzazzjoni tan-nisa migranti; jitlob li l-isforzi f'dan is-sens jiġu msaħħa fil-każ tan-nisa migranti, li wisq spiss huma sottorappreżentati, sabiex jingħelbu l-ostakli akbar għall-inklużjoni u għall-awtonomizzazzjoni tagħhom;

34.  Ifakkar li l-Istati ospitanti għandhom jippromwovu l-awtonomizzazzjoni tal-migranti, b'mod partikolari tan-nisa migranti, billi jipprovdulhom l-għarfien u l-ħiliet soċjali meħtieġa, b'mod partikolari dawk relatati mat-taħriġ professjonali u t-tagħlim tal-lingwi, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tagħhom f'loġika ta' inklużjoni soċjokulturali;

35.  Iqis li l-ħaddiema kollha għandhom jirċievu kuntratt b'lingwa li jifhmu, u għandhom ikunu protetti kontra s-sostituzzjoni tal-kuntratt; jenfasizza li l-ftehimiet bilaterali bejn il-pajjiżi ta' oriġini u ta' destinazzjoni għandhom isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

36.  Jikkunsidra li huwa importanti li jiġu stabbiliti politiki nazzjonali koerenti u komprensivi dwar il-migrazzjoni li jkunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru, li jkopru l-istadji kollha tal-proċess ta' migrazzjoni, ikunu ikkoordinati fi ħdan il-gvern u żviluppati fil-qafas ta' konsultazzjoni wiesgħa tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, tas-settur privat, tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema, tas-soċjetà ċivili u tal-migranti nfushom, u bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet internazzjonali;

37.  Ifakkar li kull wieħed u waħda għandhom id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u ġusti u li josservaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-ħaddiema, b'mod konformi mal-istandards u l-istrumenti internazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO;

38.  Jenfasizza li x-xogħol prekarju li normalment huwa riservat għall-persuni migranti fil-pajjiżi ospitanti, u prinċipalment għan-nisa migranti, iżid il-vulnerabilità tagħhom. ifakkar li l-isfruttament permezz tax-xogħol spiss huwa konsegwenza tat-traffikar jew tal-kuntrabandu iżda li dan l-isfruttament jista' jseħħ ukoll fin-nuqqas ta' dawn iż-żewġ reati; jinsab imħasseb, f'dan ir-rigward, minħabba l-impunità li minnha jgawdu għadd kbir ta' dawk li jħaddmu fil-pajjiżi ospitanti minkejja li huma responsabbli tal-ksur tal-istandards internazzjonali tal-liġi tax-xogħol fir-rigward tal-ħaddiema migranti; jinsab imħasseb għall-fatt li l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-liġi tax-xogħol f'ċerti pajjiżi jippermettu prattiki li jiksru l-istandards internazzjonali; jemmen li l-ġlieda kontra l-isfruttament tal-migranti permezz tax-xogħol għandha tinvolvi kemm il-prosekuzzjoni effikaċi ta' dawk li jħaddmu li jwettqu abbużi u u kemm il-ħarsien tal-vittmi ta' tali sfruttament;

39.  Jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki miksuba mill-migranti fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom sabiex tiġi ffaċilitata l-indipendenza tagħhom u l-inklużjoni soċjali tagħhom fis-setturi differenti tas-soċjetà, b'mod partikolari fis-suq tax-xogħol; Jenfasizza l-bżonn li jiġi rikonoxxut id-dritt tal-migranti kollha, inklużi dawk irregolari, li jiffurmaw organizzazzjonijiet ta’ difiża tad-drittijiet tal-ħaddiema u li jaderixxu magħhom, inkluż mat-trejdjunjins, u li dawn l-istrutturi jiġu rikonoxxuti;

40.  Jinkoraġġixxi lill-azjendi jimplimentaw il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tagħhom ikollhom konsegwenzi ta' dannu fuq id-drittijiet tal-bniedem, u jinkoraġġihom ukoll iwieġbu għal tali effett meta dan iseħħ, kif ukoll li jfittxu li jipprevjenu jew itaffu kwalunkwe konsegwenza ta' dannu minn fuq id-drittijiet tal-bniedem marbuta direttament mal-attivitajiet tagħhom;

41.  Jitlob lill-UE tkompli bl-isforzi diplomatiċi tagħha konġunti mal-Istati Uniti u sħab internazzjonali oħra bil-ħsieb li jikkooperaw b'mod attiv mal-pajjiżi terzi ħalli jiġi indirizzat il-bżonn urġenti ta' strateġija konġunta fil-konfront tal-isfida globali attwali tal-migrazzjoni;

42.  Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tagħmel kull sforz prattiku meħtieġ biex jinkiseb impenn effettiv u effikaċi mill-pajjiżi terzi kkonċernati;

43.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tintensifika l-politiki barranin tagħha sabiex iġġib il-paċi u l-istabbiltà f'dawk iż-żoni fejn il-gwerer u l-kunflitti qegħdin iwasslu għal flussi migratorji enormi lejn l-Unjoni Ewropea;

44.  Ifakkar li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom id-dmir li jaġixxu b'mod pożittiv biex jeliminaw il-kawżi fundamentali tal-kriżijiet li huma l-kawża ta' dawn il-fenomeni ta' migrazzjoni tal-massa;

45.  Jitlob li l-kundizzjonijiet umanitarji fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu jiġu mtejba biex il-popolazzjoni lokali u r-rifuġjati jkunu jistgħu jgħixu f'żoni li jkunu aktar sikuri;

46.  Jeżorta lill-partijiet fil-kunflitt iwaqqfu l-attakki kontra ċ-ċivili, jipproteġuhom u jħalluhom jitilqu miż-żoni milquta mill-vjolenza b'mod sikur jew iħalluhom jirċievu l-għajnuna tal-organizzazzjonijiet umanitarji;

47.  Jenfasizza l-impatt tal-Istat Iżlamiku u tal-evoluzzjoni tiegħu fuq il-mewġa massiva ta' persuni jfittxu asil leġittimi u ta' migranti irregolari; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali li għandhom il-politiki ta' sigurtà u ta' ġlieda kontra t-terroriżmu fil-ġlieda kontra l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;

48.  Ifakkar fid-dikjarazzjoni reċenti tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, skond liema dikjarazzjoni għadd kbir ta' migranti huma vittmi ta' terroriżmu u ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u skont liema dikjarazzjoni dawn ir-rifuġjati għandhom għalhekk jiġu ttrattati kif konsegwentement huwa xieraq;

49.  Ifakkar li l-programmi ta' risistemazzjoni li jaqgħu taħt l-awspiċji tal-UNHCR huma għodda utli għal ġestjoni ordnata tal-wasla tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali f'għadd ta' pajjiżi madwar id-dinja; jenfasizza l-fatt li, sakemm ir-risistemazzjoni tibqa' mhijiex għażla possibbli, jeħtieġ li l-Istati kollha jiġu inkoraġġiti jistabbilixxu u jimplimentaw programmi ta' ammissjoni umanitarja jew, għall-inqas, joħolqu kundizzjonijiet li jippermettu lir-rifuġjati jibqgħu qrib il-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

50.  Jieħu nota tal-bżonnijiet dejjem jikbru u tad-defiċit ta' finanzjament persistenti fir-rigward tal-għajnuna umanitarja mibgħuta fil-pajjiżi qrib is-Sirja, li wasslu lill-Programm Dinji tal-Ikel biex inaqqas b'mod partikolari ir-razzjonijiet tal-ikel lir-rifuġjati; jistieden lill-pajjiżi membri tan-NU, lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha, bħala minimu, jonoraw l-impenji finanzjarji tagħhom; jenfasizza l-importanza li jiffukaw l-għajnuna tagħhom lir-rifuġjati f'dawn il-pajjiżi ġirien fuq id-disponibilità ta' mezzi ta' sussistenza, is-sigurtà tar-rifuġjati, l-aċċess tagħhom għad-drittijiet fundamentali, u partikolarment l-aċċess tagħhom għas-saħħa u l-edukazzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR, il-Programm Dinji tal-Ikel u l-entitajiet rilevanti;

51.  Ifakkar li l-migrazzjoni u l-iżvilupp huma interkonnessi u li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-qasam tal-edukazzjoni, is-saħħa, il-liġi tax-xogħol, it-tnaqqis tal-faqar, id-drittijiet tal-Bniedem, id-demokratizzazzjoni u r-rikostruzzjoni wara kunflitt kif ukoll il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u l-korruzzjoni huma fatturi ewlenin biex jiġu evitati l-migrazzjonijiet furzati; jinnota li l-ħtif tal-art u tar-riżorsi jista' jkollhom riperkussjonijiet kbar fuq il-kriżijiet umanitarji u li l-kriżijiet soċjali, politiċi u umanitarji jistgħu jimbuttaw lin-nies biex jemigraw; iqis li l-migrazzjoni hija rikonoxxuta fid-dinja kollha bħala strument b'saħħtu favur żvilupp sostenibbli u inklussiv;

52.  Japella lill-UE u lill-komunità internazzjonali jidentifikaw azzjonijiet speċifiċi li l-gvernijiet ikunu jistgħu jieħdu biex ikabbru l-potenzjal tal-migrazzjoni legali bħala fattur tal-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa ta' tmexxija politika u ta' attivitajiet ta' promozzjoni qawwija, b'mod speċjali fil-pajjiżi ta' destinazzjoni, sabiex tiġi miġġielda l-ksenofobija u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni soċjali tal-migranti;

53.  Iqis li l-migrazzjoni għandha kawżi profondi (b'mod partikolari ekonomiċi, politiċi, soċjali u ambjentali); iqis li l-għajnuna għall-iżvilupp jeħtieġ tindirizza darba għal dejjem dawn il-kawżi ewlenin, billi ttejjeb it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, tappoġġja r-riżoluzzjoni tal- kunflitti u tippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza li dawn il-kawżi huma marbuta mal-proliferazzjoni tal-kunflitti u tal-gwerer, mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u man-nuqqas ta' governanza tajba;

54.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata governanza tal-migrazzjonijiet permezz ta' kooperazzjoni reġjonali u lokali, bl-involviment tas-soċjetà ċivili;

Approċċ ibbażat fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem

55.  Iħeġġeġ lill-atturi kollha involuti fit-tfassil tal-politiki u fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-asil u l-migrazzjoni biex ma jippermettux amalgamazzjoni tad-definizzjonijiet tal-migranti u tar-rifuġjati; ifakkar fil-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lir-rifuġjati li qed jaħarbu minn kunflitti jew minn persekuzzjonijiet u jaqgħu bħala tali taħt id-dritt ta' asil sakemm ma jkunux jistgħu jirritornaw lura fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom; ifakkar li l-maġġoranza tar-rifuġjati jfittxu r-rifuġju fil-pajjiżi u r-reġjuni ġirien tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom; iqis, f'dan ir-rigward, li dawn għandhom ikunu s-suġġett ta' approċċ olistiku fil-qafas tal-politika esterna tal-Unjoni;

56.  Jitlob lill-Istati jirratifikaw it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali kollha relatati mad-drittijiet tal-bniedem u japplikaw l-istandards tad-drittijiet tal-migranti li jinsabu f'varjetà ta' strumenti legali, inklużi l-istrumenti internazzjonali prinċipali relatati mad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-istrumenti l-oħra li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni, bħalma hi l-Konvenzjoni tal-1951 tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u l-Protokolli tagħha u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom; iqis, f'dan ir-rigward, li n-nonratifika ta' din tal-aħħar mill-Istati Membri tal-UE hija ta' detriment għall-politiki tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni u għall-impenn iddikjarat tagħha favur l-indiviżibilità ta' dawn id-drittijiet;

57.  Ifakkar li l-ftuħ ta' rotot sikuri u legali ta' migrazzjoni huwa l-aqwa mezz kif jiġu pprevenuti l-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin u li l-istrateġiji ta' żvilupp għandhom jirrikonoxxu l-migrazzjoni u l-mobilità bħala muturi tal-iżvilupp kemm tal-pajjiż li jospita u kemm tal-pajjiż tal-oriġini permezz tar-rimessi u tal-investimenti; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Unjoni u lill-pajjiżi terzi l-aktar żviluppati jikkooperaw sabiex jiftħu rotot legali ta' migrazzjoni, b'ispirazzjoni mill-prattiki t-tajba ta' ċerti Stati b'mod partikolari bil-għan li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja u l-mobilità, inkluż għal raġunijiet ekonomiċi, u dan, għall-livelli kollha ta' ħiliet, inkluż għall-migranti l-inqas ikkwalifikati, sabiex jiġi miġġieled ix-xogħol illegali;

58.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-migranti, l-applikanti għal asil, il-persuni spostati u l-persuni apolidi liema dispożizzjonijiet jinsabu fl-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) 2014-2020; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tikkunsidra l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-migranti bħala prijorità waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrument għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem fl-2017-2018; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jonoraw l-impenji meħuda fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottat f'Lulju 2015 u jinkludu u jsaħħu l-garanziji tad-drittijiet tal-Bniedem fil-ftehimiet, il-proċessi u l-programmi kollha relatati mal-migrazzjoni mal-pajjiżi terzi; iqis li kull ftehim jew programm għandu wkoll ikun akkumpanjat minn valutazzjoni indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem meta dan ikun possibbli u jkun suġġett għal valutazzjoni perjodika; jirrakkomanda t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kampanji ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet li l-migrazzjoni u l-migranti jistgħu jġibu lis-soċjetà, kemm fil-pajjiż ta' oriġini kif ukoll f'dak ospitanti; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) għandu jkompli jiffinanzja proġetti li jkollhom il-għan li jsaħħu l-ġlieda kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni, il-ksenofobija u suriet oħra ta' intolleranza, inkluża l-intolleranza reliġjuża;

59.  Jitlob lill-Unjoni tadotta linji gwida speċifiċi dwar id-drittijiet tal-migranti bħala suppliment għal-linji gwida tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem, u, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjonijiet tal-impatt u tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ tal-politiki ta' żvilupp u tal-politiki tal-migrazzjoni sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-politiki pubbliċi fir-rigward tal-migranti; jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki kollha relatati mal-migrazzjoni fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, f'dak li jirrigwarda b'mod partikolari l-affarijiet barranin, l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem fil-politiki esterni kollha tal-UE, b'mod partikolari l-politiki dwar il-kummerċ, l-iżvilupp, l-ambjent u l-migrazzjoni, li jiġu segwiti l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jiġu implimentati l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha tal-Unjoni, inklużi l-ftehimiet kummerċjali; jitlob, f'dan ir-rigward, li kwalunkwe kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tas-sistemi tagħhom ta' għajnuna lill-migranti u lil dawk li jfittxu asil, tal-appoġġ li hum jagħtu lir-rifuġjati u tal-ħila u d-determinazzjoni tagħhom li jiġġieldu lill-kuntrabandu u lit-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jersqu aktar qrib il-pajjiżi li, bħall-Kanada, jimplimentaw politiki effikaċi ta' risistemazzjoni; jenfasizza li l-ebda waħda mill-politiki f'dan il-qasam ma għandha tapplika għad-detriment tal-politiki tal-għajnuna għall-iżvilupp;

60.  Jinkoraġġixxi li l-libertà tal-moviment u d-dritt għall-edukazzjoni, għas-saħħa u għax-xogħol jiġu inklużi bħala prijoritajiet tematiċi fl-istrumenti ta' finanzjament fil-qasam tal-kooperazzjoni esterna tal-Unjoni u jitlob li jingħata appoġġ lill-pajjiżi li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp ħalli jkunu jistgħu jadottaw politiki għall-ġejjieni fit-tul li jirrispettaw dawn id-drittijiet; jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE jagħtu attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-migranti fil-kuntest tal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem;

61.  Jixtieq li d-drittijiet tal-migranti u r-rifuġjati jiġu inklużi, bħala punt separat, fl-aġenda tad-djalogi tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi kkonċernati u li l-finanzjament Ewropew tal-proġetti li huma mmirati għall-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli u tal-NGOs, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti u tal-avukati li jissieltu favur id-difiża tad-drittijiet tal-migranti jkun prijorità;

62.  Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-pajjiżi jiżguraw l-aċċess ta' osservaturi indipendenti, ta' NGOs u ta' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali kif ukoll tal-midja fil-postijiet kollha ta' akkoljenza u ta' detenzjoni tal-migranti; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u lill-ambaxxati tal-Istati Membri, kif ukoll lid-delegazzjonijiet li jżuru l-Parlament Ewropew, jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-migranti f'dawn il-postijiet u jintervjenu mal-awtoritajiet nazzjonali dwar din il-materja bil-għan li jiġi ggarantit ir-rispett tad-drittijiet tal-migranti u t-trasparenza fir-rigward tal-pubbliku;

63.  Jiddikjara li t-traffikanti tal-bnedmin ibiegħu stampa mgħawġa lil ħafna rifuġjati; itenni l-importanza li jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin, jinqatgħu il-flussi tal-flus u jiżżarmaw in-netwerks, minħabba l-effett pożittiv li dan x'aktarx li se jkollu fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tar-rifuġjati tal-pajjiżi terzi li jippruvaw jaħarbu mill-gwerra u t-terrur;

64.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib fid-difiża tad-drittijiet tal-migranti mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-ġestjoni tal-migrazzjonijiet, prinċipalment f'dawk il-pajjiżi l-aktar milquta, biex jiġu megħjuna jilqgħu lill-migranti bid-dinjità u r-rispett tad-drittijiet tagħhom;

65.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-kooperazzjoni ma' dawn l-organizzazzjonijiet tiġi msaħħa sabiex jiġu pprevenuti l-kuntrabandu ta' migranti u t-traffikar tal-persuni, billi jiġu msaħħa t-taħriġ, l-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità u l-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni, inkluż permezz ta' valutazzjoni tal-impatt tan-netwerks tal-"uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni" u l-kooperazzjoni li huma jistabbilixxu mal-pajjiżi terzi filwaqt li jippromwovu l-kooperazzjoni f'materji kriminali, u billi tiġi inkoraġġita r-ratifika tal-Protokoll ta' Palermo f'dan il-qasam sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni f'materji kriminali u jiġu identifikati l-persuni suspettati u tingħata l-għajnuna lill-investigazzjonijiet ġudizzjarji fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali;

66.  Jitlob li l-Parlament Ewropew ikun iktar involut fit-twaqqif ta' approċċ trasversali tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tal-migrazzjoni u li dawn il-kwistjonijiet jiġu integrati fir-rapport annwali tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid- dinja, inkluż fil-parti tiegħu dwar l-approċċ mil-lat ta' kull pajjiż għalih; jitlob li jsir skrutinju parlamentari aktar mill-qrib tal-ftehimiet ta' ħidma konklużi mal-pajjiżi terzi kif ukoll fuq l-attivitajiet ta' kooperazzjoni esterna tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni; jitlob kunsiderazzjoni aħjar tal-perizji u tad-data miġbura mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil fir-rigward tal-pajjiżi ta' oriġini tar-rifuġjati;

67.  Jagħraf ir-rwol u l-kontribut tas-soċjetà ċivili fil-qafas tad-djalogu politiku; jenfasizza l-importanza li s-soċjetà ċivili tiġi kkonsultata fil-qafas tal-politiki esterni kollha tal-UE, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-parteċipazzjoni sħiħa, lit-trasparenza u lit-tixrid xieraq tal-informazzjoni fil-politiki kollha u l-proċessi kollha relatati mal-migrazzjoni; ifakkar fil-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tan-nisa fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti fil-livell tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-ħtieġa li n-nisa rifuġjati, in-nisa spostati u n-nisa migranti jieħdu sehem b'mod adegwat fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawhom; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-kapaċità tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi sabiex dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet tal-migranti u jiġġieldu kontra t-trattament inuman u degradanti u d-diskorsi ta' mibegħda kontra l-migranti, kif indikat fid-Dikjarazzjoni ta' Belgrad adottata minn 32 medjatur u istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

68.  Jistieden lill-pajjiżi ospitanti jagħtu aktar importanza lill-assoċjazzjonijiet ta' migranti, li għandhom jiġu involuti direttament fil-programmi ta' żvilupp fi ħdan il-komunitajiet;

69.  Jistieden lill-Istati Membri jonoraw l-impenn tagħhom li jallokaw 0.7 % tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tagħhom għall-għajnuna għall-iżvilupp; jitlob li din l-għajnuna ma tkunx subordinata għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha ma jinkludux il-finanzjamenti użati għall-akkoljenza tar-rifuġjati fil-għajnuna għall-iżvilupp;

70.  Jenfasizza li l-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp ma għandhomx jintużaw purament għal skopijiet ta' migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri; jinsisti li l-proġetti Ewropej ta' żvilupp immirati lejn il-migranti u lejn il-persuni li jfittxu asil japplikaw il-prinċipju li "ħadd ma jitħalla barra", billi jiffukaw fuq l-aċċess għas-servizzi soċjali bażiċi, b'mod partikolari l-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u billi jagħtu attenzjoni speċjali lill-persuni u lill-gruppi vulnerabbli, bħalma huma n-nisa, it-tfal, il-minoranzi u l-popli indiġeni, il-persuni LGBT u l-persuni b'diżabilità;

71.  Jinnota l-aspetti pożittivi tal-migrazzjoni għall-iżvilupp tal-pajjiżi ta' oriġini tal-emigranti, bħalma huma r-rimessi tal-migranti, li jistgħu jkunu kontributuri importanti għall-familja u għall-iżvilupp tal-komunità; jistieden lill-Istati, f'dan ir-rigward, inaqqsu l-ispejjeż tat-trasferiment ta' fondi;

72.  Jappella lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jiggarantixxu b'effikaċja u effiċjenza l-Koerenza tal-Politiki ta' Żvilupp u jagħtu prominenza lir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-politika tagħhom dwar il-migrazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi terzi;

73.  Iħeġġeġ lill-UE tintegra d-dimensjoni tal-migrazzjoni fil-qafas ta' wara l-Ftehim ta' Cotonou li se jiddefenixxi r-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-pajjiżi AKP; jinnota li involviment akbar ta' pajjiżi terzi fit-tfassil u n-negozjar ta' strumenti tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM) għandu jsaħħaħ in-natura ta' "sħubija" ta' dawn l-istrumenti, itejjeb is-sjieda lokali u l-effiċjenza ta' dawn tal-aħħar;

74.  Jappella li jittaffa d-dejn tal-pajjiżi foqra, sabiex jiġu megħjuna jistabbilixxu ordni pubbliku li jiggarantixxi rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jinsisti fuq il-fatt li soluzzjonijiet sostenibbli għad-dejn, inklużi standards ta' self responsabbli għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' qafas ġuridiku multilaterali applikabbli għall-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn sovran, bil-għan li jittaffa l-piż tad-dejn u jiġi evitat dejn li ma jkunx jista' jingħeleb, b'tali mod li jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-tul;

75.  Jilqa' l-integrazzjoni tal-migrazzjoni fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG), jiġifieri fl-SDG 10, li jistabbilixxi l-qafas għall-politika dinjija ta' żvilupp sal-2030; ifakkar li l-Istati impenjaw ruħhom li jikkooperaw fuq livell internazzjonali biex "tiġi żgurata migrazzjoni sikura, legali u regolari b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u għat-trattament uman tal-migranti irrispettivament mill-istatus tagħhom ta' migrant, ta' rifuġjat jew ta' persuna spostata"; jinnota li l-ispostament furzat mhuwiex biss kwistjoni umanitarja iżda wkoll sfida għall-iżvilupp, u li għalhekk għandu jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn l-atturi umanitarji u dawk tal-iżvilupp; iqis li l-implimentazzjoni tal-SDGs toffri possibilità li jiġi msaħħaħ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet fil-politiki tal-asil u tal-migrazzjoni u li fl-istrateġiji ta' żvilupp jiġu stabbiliti l-linji gwida tal-migrazzjoni; jistieden lill-komunità internazzjonali tadotta indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-SDGs dwar il-migrazzjoni, kif ukoll tiġbor u tippubblika data diżaggregata dwar l-aċċess tal-migranti għal xogħol deċenti, għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni, b'mod speċjali fil-pajjiżi ta' destinazzjoni li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tittejjeb il-governanza tal-migrazzjonijiet;

76.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw lill-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima sabiex jiġu evitati l-aggravazzjoni tal-miżerja f'dawn il-pajjiżi u ż-żieda qawwija tal-għadd ta' persuni spostati minħabba raġunijiet ambjentali;

77.  Jitlob lill-UE tipparteċipa b'mod attiv fid-dibattitu dwar it-terminu "rifuġjat minħabba l-klima", kif ukoll fit-tfassil possibbli ta' definizzjoni fir-rigward tad-dritt internazzjonali;

78.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu kkoordinati b'mod aktar effettiv u li jiġu vvalutati l-implimentazzjoni, l-impatt u l-kontinwità tad-diversi strumenti finanzjarji disponibbli fl-Unjoni Ewropea favur il-pajjiżi terzi fil-qasam tal-migrazzjoni, li jkopru oqsma bħalma huma l-politika tal-migrazzjoni, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali, il-politika barranija, il-politika tal-viċinat u l-għajnuna umanitarja, u li, bejn l-2004 u l-2014, immobilizzaw aktar minn biljun ewro għal aktar minn 400 proġett;

79.  Jenfasizza l-impatt tal-istrumenti ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni, tal-asil u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-Bniedem; jieħu nota tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta' dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika, jitlob valutazzjoni u monitoraġġ ta' dawn il-fondi kif ukoll ftehimiet tal-istess natura bħalma huma d-Dikjarazzjoni UE-Turkija u l-proċess ta' Khartoum u dak ta' Rabat;

80.  Jenfasizza li l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi għandhom jikkonċentraw l-għajnuna fuq ir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi li jipprovokaw il-migrazzjonijiet;

81.  Jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni akbar tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi terzi fil-kuntest tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM) bil-għan li jissaħħu n-natura ta' sħubija ta' dawn l-istrumenti, l-effikaċja tagħhom u l-kontribut tagħhom għar-riżoluzzjoni tal-isfidi tal-migrazzjoni;

82.  Iqis li jeħtieġ li tittejjeb il-koerenza tal-approċċ globali tal-kwistjoni tal-migrazzjoni u tal-mobilità, li jiġu integrati mekkaniżmi rigorużi ta' monitoraġġ u sorveljanza tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet esterni kollha u li jiġu prijoritizzati l-proġetti operati fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu li huma ta' natura li jtejbu d-drittijiet tal-bniedem tal-migranti;

83.  Jinkoraġġixxi lill-Unjoni tiffirma sħubijiet għall-mobilità mal-eqreb sħab tagħha;

84.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ma jikkunsidrawx politiki ta' ritorn tal-migranti ħlief lejn pajjiżi ta' oriġini fejn huma jkunu jistgħu jintlaqgħu fis-sikurezza kollha, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u proċedurali, u jitlob f'dan ir-rigward li jagħtu preferenza lir-ritorn volontarju milli lir-ritorn sfurzat; jenfasizza l-ħtieġa li l-ftehimiet konklużi fil-qafas ta' dawn il-politiki mal-pajjiżi terzi jinkludu klawsoli ta' salvagwardja, li jiggarantixxu li l-migranti li jintbagħtu lura f'pajjiżhom ma jħabbtux wiċċhom ma' ksur tad-drittijiet tagħhom jew ma' riskji ta' persekuzzjoni; jirrikonoxxi l-importanza tal-valutazzjonijiet perjodiċi bil-għan li jiġu esklużi tali ftehimiet ma' pajjiżi li ma jirrispettawx l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

85.  Jitlob li jitteħdu azzjonijiet li jkunu immirati għan-netwerks tal-kuntrabandu u biex iwaqqfu t-traffikar tal-bnedmin; jitlob li jiġu stabbiliti rotot legali u sikuri, inkluż permezz ta' kurituri umanitarji, għall-persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali; jitlob li jiġu stabbiliti programmi ta' risistemazzjoni permanenti u obbligatorji u li jingħataw viżi umanitarji lil dawk li jaħarbu miż-żoni ta' kunflitt, inkluż sabiex ikollhom il-possibilità li jidħlu f'pajjiż terz biex hemmhekk japplikaw għall-asil; jitlob l-istabbiliment ta' aktar rotot legali u t-tfassil ta' regoli ġenerali li jirregolaw id-dħul u r-residenza biex il-migranti jkunu jistgħu jaħdmu u jfittxu impjieg;

86.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jinħolqu u jiġu implimentati aħjar l-oqfsa ta' protezzjoni għall-migranti li jinsabu f'diffikultà u fi tranżitu u fil-fruntieri tal-UE;

87.  Jilqa' l-operazzjonijiet ta' kontra l-kuntrabandisti tal-bnedmin u t-traffikanti u jappoġġja t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' pjan direzzjonali komprensiv u konkret bil-ħsieb ta' azzjoni rapida u fit-tul li tinvolvi l-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi sabiex jiġu miġġielda n-netwerks ta' kriminalità organizzata tal-kuntrabandisti tal-bnedmin;

88.  Jenfasizza li l-kuntrabandu tal-migranti huwa marbut mat-traffikar tal-bnedmin u jikkostitwixxi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-użu ta' missjonijiet, bħalma hi l-Operazzjoni Militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED), huwa strument għall-ġlieda konkreta kontra l-kuntrabandu tal-migranti; jistieden lill-Unjoni tkompli b'dan it-tip ta' operazzjonijiet u tintensifikahom;

89.  Iqis li huwa meħtieġ li ssir riflessjoni dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-politika tal-fruntieri u dwar kif għandu jittejjeb ir-rwol futur tal-Frontex u tal-EASO; joħroġ appell għas-solidarjetà u għall-impenji fis-sura ta' kontribuzzjonijiet adegwati għall-baġits u għall-attivitajiet ta' dawn l-aġenziji;

90.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsir titjib tal-funzjonament tal-hotspots u tal-punti tad-dħul fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;

91.  Jitlob lill-Unjoni tintegra l-protezzjoni tad-data fil-ftehimiet ta' kondiviżjoni u ta' skambju ta' informazzjoni fil-fruntieri u fuq ir-rotot migratorji;

92.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-pajjiżi ospitanti joħolqu għodod effettivi għall-koordinazzjoni, l-allinjament tal-flussi ta' informazzjoni, il-ġbir, it-tqabbil u l-analiżi tad-data;

o
o   o

93.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-NU, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Unjoni Afrikana, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani u lil-Lega tal-Istati Għarab.

(1) ĠU C 294, 12.8.2016, p. 18.
(2) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 47.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0102.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0312.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0073.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0300.
(7) http://apum.parlement.ma/Future_Meetings/Docs/IISummit-of-Speakers_Lisbon-11MAY2015/DeclaracaoCimeira_EN.pdf
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0470.
(9) ĠU C 179, 18.5.2016, p. 40
(10) Ir-Rapport 2015 dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali, tan-NU, disponibbli fuq: http://www.un.org/en/development/desa/population/migration/publications/migrationreport/docs/MigrationReport2015_Highlights.pdf
(11) Artikolu 13(2) tal-UDHR,

Avviż legali