Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0195(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0367/2016

Testi mressqa :

A8-0367/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2016 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0482

Testi adottati
PDF 253kWORD 47k
It-Tlieta, 13 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tal-Alġerija fi programmi tal-Unjoni ***
P8_TA(2016)0482A8-0367/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni (16152/2014 – C8-0152/2015 – 2014/0195(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16152/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni (16150/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0152/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0367/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija.

Avviż legali