Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0323(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0332/2016

Testi mressqa :

A8-0332/2016

Dibattiti :

PV 13/12/2016 - 15
CRE 13/12/2016 - 15

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.2
CRE 14/12/2016 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0489

Testi adottati
PDF 254kWORD 49k
L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Użbekistan u l-kummerċ bilaterali fit-tessuti ***
P8_TA(2016)0489A8-0332/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16384/1/2010 – C7-0097/2011 – 2010/0323(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16384/1/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti, filwaqt li titqies l-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16388/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0097/2011),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2016(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0332/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Użbekistan.

(1) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 195.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0490.

Avviż legali