Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0092(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0362/2016

Testi mressqa :

A8-0362/2016

Dibattiti :

PV 13/12/2016 - 16
CRE 13/12/2016 - 16

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0491

Testi adottati
PDF 249kWORD 48k
L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta' Kummerċ UE-Kolombja u Perù (adeżjoni tal-Ekwador) ***
P8_TA(2016)0491A8-0362/2016

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (07620/2016 – C8-0463/2016 – 2016/0092(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07620/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (07621/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0463/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0362/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ekwador, tal-Kolombja, u tal-Perù.

Avviż legali