Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0157(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0023/2016

Testi mressqa :

A8-0023/2016

Dibattiti :

PV 07/03/2016 - 14
CRE 07/03/2016 - 14
PV 12/12/2016 - 11
CRE 12/12/2016 - 11

Votazzjonijiet :

PV 08/03/2016 - 6.3
CRE 08/03/2016 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 14/12/2016 - 9.12
CRE 14/12/2016 - 9.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0069
P8_TA(2016)0499

Testi adottati
PDF 339kWORD 47k
L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu Verżjoni finali
L-aċċess għas-suq ta' servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet ***I
P8_TA(2016)0499A8-0023/2016
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq ta’ servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (COM(2013)0296 – C7-0144/2013 – 2013/0157(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0296),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0144/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kongress tad-Deputati Spanjol u s-Senat Spanjol, l-Assemblea Nazzjonali Franċiża, is-Senat Taljan, il-Parlament Latvjan, il-Parlament Malti, is-Sejm Pollakk u l-Parlament Svediż, li jasserixxu li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-11 ta’ Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-28 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Ottubru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0023/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala ‘r-Regolament Fleckenstein-Schultz van Haegen li jistabbilixxi qafas għad-dispożizzjoni tas-servizzi portwarji u r-regoli komuni dwar t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet(4)’;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 111.
(2) ĠU C 114, 15.4.2014, p. 57.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta' Marzu 2016 (Testi adottati, P8_TA(2016)0069).
(4) Knut Fleckenstein u Melanie Schultz van Haegen wettqu n-negozjati dwar l-att, għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet
P8_TC1-COD(2013)0157

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/352.)

Avviż legali