Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 12 ta' Mejju 2016 - StrasburguVerżjoni finali
It-Tartari tal-Krimea
 Il-Gambja
 Il-Djibouti
 Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *
 It-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut
 L-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina
 Segwitu u sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli
 L-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal ċerti prodotti tal-ikel
 Ftehim Qafas dwar il-leave tal-ġenituri
 Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

It-Tartari tal-Krimea
PDF 273kWORD 93k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-Tartari tal-Krimea (2016/2692(RSP))
P8_TA(2016)0218RC-B8-0582/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sħubija tal-Lvant, dwar l-Ukrajna u dwar il-Federazzjoni Russa,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Missjoni ta' Valutazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Krimea mwettqa mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Kummissarju Għoli tal-OSKE għall-Minoranzi Nazzjonali (HCNM),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta' Marzu, tas-27 ta' Ġunju u tas-16 ta' Lulju 2014 li permezz tagħhom ġew imposti sanzjonijiet fuq il-Federazzjoni Russa b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-integrità territorjali tal-Ukrajna,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Freedom House dwar il-libertà fid-dinja fl-2016 ("Freedom in the World 2016") li jivvaluta s-sitwazzjoni tal-libertajiet politiċi u ċiviċi fil-Krimea annessa illegalment bħala "mhux libera",

–  wara li kkunsidra s-sentenza tas-26 ta' April 2016 tal-hekk imsejħa Qorti Suprema tal-Krimea li ddikjarat li l-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea hija organizzazzjoni estremista u ordnat projbizzjoni fuq l-attivitajiet tagħha fil-peniżola tal-Krimea,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tal-14 ta' April 2016 dwar is-sospensjoni tal-attivitajiet tal-Mejlis tat-Tartari tal-Krimea u tas-26 ta' April 2016 dwar id-deċiżjoni tal-"Qorti Suprema" tal-Krimea li tipprojbixxi l-attivitajiet tal-Mejlis,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' April 2016 li fiha ħeġġeġ ir-revoka tal-projbizzjoni fuq il-Mejlis, u d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' April 2016 dwar ir-riskju li l-projbizzjoni tal-Mejlis tolqot lill-komunità Tartara tal-Krimea kollha kemm hi,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Minsk tal-5 ta' Settembru 2014 u l-Memorandum ta' Minsk tad-19 ta' Settembru 2014 dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' paċi fi 12-il punt,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Federazzjoni Russa żiedet illegalment lill-Krimea u lil Sevastopol mat-territorju tagħha, u għalhekk tikkostitwixxi Stat okkupanti li kiser id-dritt internazzjonali, inklużi l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Helsinki, il-Memorandum ta' Budapest tal-1994 u t-Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Sħubija bejn il-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna tal-1997;

B.  billi l-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali esprimew ripetutament it-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati u l-persekuzzjoni sistematika ta' dawk li ma jirrikonoxxux lill-awtoritajiet il-ġodda; billi dawn l-hekk imsejħa awtoritajiet qiegħdu fil-mira tagħhom lill-komunità indiġena tat-Tartari tal-Krimea, li l-maġġoranza tagħhom jopponu l-okkupazzjoni tal-peniżola min-naħa tar-Russja u bbojkottjaw l-hekk imsejjaħ referendum tas-16 ta' Marzu 2014; billi l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Tartari tal-Krimea qed jingħataw dejjem aktar spiss it-tikketta ta' "estremisti" u membri prominenti tal-komunità Tartara tal-Krimea qed jiġu arrestati bħala "terroristi" jew qegħdin f'riskju li jiġrilhom hekk; billi l-abbużi kontra t-Tartari jinkludu ħtif, għajbien furzat, vjolenza, tortura u eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji li l-awtoritajiet de facto naqsu milli jinvestigaw u jipproċedu kontrihom, kif ukoll problemi ġuridiċi sistemiċi fir-rigward tad-drittijiet u r-reġistrazzjoni tal-proprjetà;

C.  billi diversi mexxejja tat-Tartari tal-Krimea, fosthom Mustafa Dzhemilev u Rafat Chubarov, kienu twaqqfu milli jidħlu fil-Krimea iżda issa jistgħu jidħlu, għalkemm huma mhedda bl-arrest – u għalhekk jikkondividu l-istess destin bħal bosta membri oħra tal-Mejlis u diversi attivisti u persuni spostati mill-komunità Tartara tal-Krimea; billi, skont data pprovduta mill-Gvern tal-Ukrajna, aktar minn 20 000 membru tal-komunità Tartara tal-Krimea kellhom iħallu lill-Krimea okkupata u jmorru fl-Ukrajna kontinentali;

D.  billi l-mexxej tal-poplu Tartar tal-Krimea, Mustafa Dzhemilev, li qatta' 15-il sena fil-ħabsijiet Sovjetiċi, ippubblika lista ta' 14-il membru tal-komunità Tartara tal-Krimea li huma priġunieri politiċi tal-hekk imsejħa awtoritajiet Russi tal-Krimea, inkluż Ahtem Çiygoz, l-Ewwel Viċi President tal-Mejlis, li qed jinżamm arrestat f'Simferopol sakemm jinfetaħ il-proċess kontrih; jitlob attenzjoni partikolari fir-rigward tal-istat ta' saħħtu u jenfasizza l-importanza li l-proċess fil-konfront tiegħu ikun pubbliku u ssorveljat mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

E.  billi l-Federazzjoni Russa qed tillimita l-aċċess għall-Krimea mhux biss min-naħa tal-NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti indipendenti, iżda anke tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), in-NU u l-Kunsill tal-Ewropa; billi n-nuqqas ta' aċċess irendi l-monitoraġġ u r-rappurtar fil-Krimea diffiċli ħafna;

F.  billi l-popolazzjoni kollha tat-Tartari tal-Krimea, poplu indiġenu ta' dan it-territorju, fl-1944 sfat deportata bil-forza lejn partijiet oħra ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, mingħajr il-possibbiltà li tirritorna sal-1989; billi fit-12 ta' Novembru 2015 il-Verkhovna Rada tal-Ukrajna adotta riżoluzzjoni li fiha rrikonoxxa d-deportazzjoni tat-Tartari tal-Krimea fl-1944 bħala ġenoċidju u stabbilixxa t-18 ta' Mejju bħala Jum ta' Tifkira;

G.  billi, fis-26 ta' April 2016, l-hekk imsejħa Qorti Suprema tal-Krimea ddeċidiet favur talba min-naħa tal-hekk imsejħa Prosekutur Ġenerali tal-Krimea, Natalia Poklonskaya, li akkużat lill-Mejlis – il-korp rappreżentattiv tat-Tartari tal-Krimea sa mit-twaqqif tiegħu fl-1991 u bi status ġuridiku sħiħ minn Mejju 1999 – b'estremiżmu, terroriżmu, ksur tad-drittijiet tal-bniedem, azzjonijiet illegali u atti ta' sabutaġġ kontra l-awtoritajiet;

H.  billi l-Mejlis issa ġie ddikjarat bħala organizzazzjoni estremista u ddaħħal mill-Ministeru tal-Ġustizzja Russu fil-lista ta' NGOs li l-attivitajiet tagħhom jeħtieġ jiġu sospiżi; billi, konsegwentement, l-attivitajiet tal-Mejlis ġew ipprojbiti fil-Krimea u fir-Russja; billi din il-projbizzjoni tista' tapplika għall-aktar minn 2 500 membru tal-250 Mejlis tal-bliet u l-irħula fil-Krimea;

I.  billi d-deċiżjoni tal-hekk imsejħa Prosekutur Ġenerali u Qorti Suprema tal-Krimea huma parti intrinsika mill-politika ta' repressjoni u intimidazzjoni min-naħa tal-Federazzjoni Russa, li qiegħda tikkastiga lill-minoranza għal-lealtà tagħha lejn l-Istat Ukren matul l-annessjoni illegali tal-peniżola li seħħet sentejn ilu;

J.  billi hemm ksur ċar tad-dritt umanitarju internazzjonali (inkluża r-Raba' Konvenzjoni ta' The Hague tal-1907, ir-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokoll Addizzjonali I tagħha tal-1977), li jgħid li potenza okkupanti ma tistax tipproċedi kontra persuni ċivili għal reati li jkunu seħħew qabel l-okkupazzjoni u li l-liġijiet kriminali tat-territorju okkupat għandhom jibqgħu fis-seħħ;

1.  Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tal-hekk imsejħa Qorti Suprema tal-Krimea li tipprojbixxi lill-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea, u jitlob ir-revoka immedjata tagħha; iqis li din id-deċiżjoni tikkostitwixxi persekuzzjoni sistemika u mmirata tat-Tartari tal-Krimea, u li hija azzjoni politikament motivata u mmirata lejn aktar intimidazzjoni fil-konfront tar-rappreżentanti leġittimi tal-komunità Tartara; jenfasizza l-importanza ta' dan il-korp deċiżjonali elett demokratikament li jirrappreżenta lill-Poplu Tartar tal-Krimea;

2.  Jirrimarka li l-projbizzjoni fuq il-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea, li huwa l-korp rappreżentattiv leġittimu u rikonoxxut tal-poplu indiġenu tal-Krimea, se tipprovdi art fertili biex tiżdied l-istigma fil-konfront tat-Tartari tal-Krimea, u li dan se jwassal għal aktar diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili bażiċi tagħhom u huwa tentattiv biex jitkeċċew mill-Krimea, li storikament hija art twelidhom; jesprimi tħassib dwar il-fatt li t-tikkettar tal-Mejlis bħala organizzazzjoni estremista tista' twassal għal akkużi ulterjuri skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa;

3.  Ifakkar li l-projbizzjoni tal-Mejlis tfisser li dan il-korp mhux se jkun jista' jiltaqa', jippubblika l-opinjonijiet tiegħu fil-mezzi tax-xandir, jorganizza avvenimenti pubbliċi jew juża kontijiet bankarji; jistieden lill-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tal-Mejlis tul l-eżilju tiegħu; jitlob li jiżdiedu l-fondi għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li qed jaħdmu f'isem il-Krimea;

4.  Ifakkar, bi swied il-qalb, it-tieni anniversarju tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa fl-20 ta' Frar 2014; ifakkar il-kundanna qawwija tiegħu fil-konfront ta' dak l-att, li kien bi ksur tad-dritt internazzjonali; jesprimi l-impenn qawwi tiegħu favur il-politika ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea u favur is-sanzjonijiet imposti wara l-annessjoni, u jitlob li titqies il-possibbiltà li tiġi estiża l-lista ta' persuni fil-mira tas-sanzjonijiet tal-UE b'rabta mal-projbizzjoni tal-Mejlis; jistieden lill-Istati Membri jimxu strettament ma' dik il-lista; jiddeplora ż-żjarat fil-Krimea – organizzati mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet Ukreni – min-naħa ta' xi politiċi mill-Istati Membri tal-UE, inklużi membri tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew, u jistieden lill-membri parlamentari joqogħdu lura minn żjarat bħal dawn fil-futur;

5.  Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur is-sovranità, l-indipendenza politika, l-għaqda u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-konfini tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u l-għażla libera u sovrana tagħha li taqbad perkors Ewropew; jistieden lill-partijiet kollha jipproċedu minnufih bir-riintegrazzjoni paċifika tal-peniżola tal-Krimea fl-ordni ġuridiku Ukren permezz tad-djalogu politiku u f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali; jemmen li r-ritorn għall-kontroll Ukren fil-peniżola huwa fundamentali biex jerġgħu jiġu stabbiliti relazzjonijiet ta' kooperazzjoni mal-Federazzjoni Russa, li jinkludu s-sospensjoni tas-sanzjonijiet relatati mal-Krimea;

6.  Jikkundanna r-restrizzjonijiet serji fuq il-libertajiet ta' espressjoni, assoċjazzjoni u għaqda paċifika, inkluż f'avvenimenti kommemorattivi tradizzjonali fosthom l-anniversarju tad-deportazzjoni tat-Tartari tal-Krimea min-naħa tar-reġim totalitarju Sovjetiku ta' Stalin u l-avvenimenti kulturali tat-Tartari tal-Krimea;

7.  Jikkundanna r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-mezzi tax-xandir fil-Krimea, b'mod partikolari l-irtirar tal-liċenzja tal-ATR, l-akbar stazzjon televiżiv Tartar tal-Krimea; jitlob il-ftuħ mill-ġdid ta' dan l-istazzjon, kif ukoll tal-istazzjon televiżiv tat-tfal Lale u l-istazzjon tar-radju Meydan; iqis li dawn l-atti jċaħħdu lill-poplu Tartar tal-Krimea minn strument essenzjali biex iżommu l-identità kulturali u lingwistika tagħhom; jinnota l-ftuħ tal-istazzjon televiżiv il-ġdid Millet, u jitlob li tiġi żgurata l-indipendenza editorjali sħiħa tiegħu;

8.  Jiddeplora bil-qawwa r-restrizzjonijiet sistematiċi fuq il-libertà ta' espressjoni bl-iskuża tal-estremiżmu, kif ukoll il-monitoraġġ tal-midja soċjali bil-għan li jiġu identifikati l-attivisti li ma jirrikonoxxux l-ordni l-ġdid u li jikkritikaw il-validità tar-"referendum" li sar fis-16 ta' Marzu 2014; ifakkar li mitt stat membru tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ħadu l-istess pożizzjoni bl-adozzjoni tar-riżoluzzjoni 68/262;

9.  Ifakkar li, tul l-istorja, it-Tartari indiġeni tal-Krimea sofrew inġustizzji li wasslu għad-deportazzjoni massiċċa tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Sovjetiċi kif ukoll għall-esproprjazzjoni tal-artijiet u r-riżorsi tagħhom; jiddeplora l-fatt li l-politiki diskriminatorji applikati mill-hekk imsejħa awtoritajiet qed jimpedixxu r-ritorn ta' tali proprjetajiet u riżorsi, jew qed jintużaw bħala strument biex jinxtara l-appoġġ;

10.  Iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa, li skont id-dritt umanitarju internazzjonali għandha r-responsabbiltà finali bħala l-istat okkupanti fil-Krimea, tirrispetta l-ordni ġuridiku fil-Krimea u tipproteġi liċ-ċittadini minn miżuri u deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi arbitrarji, u b'hekk tissodisfa l-impenji tagħha bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa, u twettaq investigazzjonijiet internazzjonali indipendenti fir-rigward ta' kwalunkwe ksur tad-dritt internazzjonali jew tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi okkupanti u l-hekk imsejħa awtoritajiet lokali; jitlob ir-riattivazzjoni tal-grupp ta' kuntatt għall-qraba tal-persuni li għebu;

11.  Jitlob li l-korpi internazzjonali rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem jingħataw aċċess permanenti u mingħajr xkiel għall-Krimea, bil-għan li jitwettaq monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Ukrajna li, bil-għan li terġa' tiġi stabbilita s-sovranità Ukrena fil-Krimea, tistabbilixxi mekkaniżmu ta' negozjati internazzjonali fil-format "Ġinevra +", li għandu jinkludi l-involviment dirett tal-UE; jistieden lill-Federazzjoni Russa tibda negozjati dwar id-deokkupazzjoni tal-Krimea mal-Ukrajna u mal-partijiet l-oħra, sabiex jitneħħew l-embargos fuq il-kummerċ u l-enerġija u jiġi revokat l-istat ta' emerġenza fil-Krimea;

13.  Jitlob li jiġi ppreservat l-ambjent multikulturali storiku u tradizzjonali tal-Krimea u li jkun hemm rispett sħiħ għall-Ukren, it-Tartar u minoranzi lingwistiċi u kulturali oħra; jikkundanna l-pressjoni ġuridika fuq l-organizzazzjonijiet kulturali u edukattivi tat-Tartari tal-Krimea, fosthom dawk li jaħdmu mat-tfal Tartari tal-Krimea;

14.  Jistieden lill-Federazzjoni Russa tinvestiga l-każijiet kollha ta' tortura ta' priġunieri arrestati b'mod illegali fil-Krimea, fosthom Ahtem Çiygoz, l-Ewwel Viċi President tal-Mejlis, Mustafa Degermendzhi u Ali Asanov, li ġew arrestati fil-Krimea mill-hekk imsejħa awtoritajiet lokali talli pprotestaw paċifikament kontra l-okkupazzjoni, u tiggarantixxi r-ritorn sikur tagħhom lejn l-Ukrajna; itenni l-appell tiegħu għall-ħelsien ta' Oleg Sentsov u Oleksandr Kolchenko; iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa ttemm il-persekuzzjoni politika tad-dissidenti u l-attivisti ċiviċi; jikkundanna t-trasferiment sussegwenti tagħhom lejn il-Federazzjoni Russa u l-attribuzzjoni furzata taċ-ċittadinanza Russa; jistieden lill-Federazzjoni Russa tikkoopera mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-OSKE fil-każijiet imsemmija hawn fuq;

15.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kunsill iżidu l-pressjoni fuq il-Federazzjoni Russa biex tippermetti l-aċċess għall-Krimea min-naħa tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bil-għan li jitwettaq monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dawl tal-ksur gravi kontinwu tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola, u jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' monitoraġġ internazzjonali permanenti u bbażati fuq il-Konvenzjonijiet; jenfasizza li kwalunkwe preżenza internazzjonali fuq il-post għandha tkun ikkoordinata sew, miftiehma mal-Ukrajna u appoġġjata mill-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem;

16.  Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI fil-Krimea, li marret ferm għall-agħar wara l-annessjoni mar-Russja;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa u lill-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea.


Il-Gambja
PDF 273kWORD 91k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-Gambja (2016/2693(RSP))
P8_TA(2016)0219RC-B8-0591/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Gambja,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2015(1),

–  wara li kkunsidra diversi mistoqsijiet parlamentari rigward is-sitwazzjoni fil-Gambja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-17 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gambja,

–  wara li kkunsidra diversi dikjarazzjonijiet magħmula mid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana tat-28 ta' Frar 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Gambja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon fis-17 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, Addendum: Missjoni fil-Gambja, tat-2 ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji dwar il-Gambja tal-11 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rieżami Universali Perjodiku dwar il-Gambja tal-24 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Gambja,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Yahya Jammeh ħataf il-poter fil-Gambja permezz ta' kolp ta' stat militari fl-1994; billi hu kien ġie elett President fl-1996 u minn dak iż-żmien lil hawn reġa' ġie elett għal tliet darbiet, f'ċirkostanzi kkontestati;

B.  billi l-elezzjonijiet presidenzjali huma ppjanati li jsiru fl-1 ta' Diċembru 2016 u l-elezzjonijiet leġiżlattivi fis-6 ta' April 2017; billi l-aħħar elezzjonijiet presidenzjali, li saru fl-2011, ġew ikkundannati mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS) peress li qisiethom bħala nieqsa mil-leġittimità u akkumpanjati minn ripressjoni u intimidazzjoni tal-partiti tal-oppożizzjoni u tal-elettorat tagħhom;

C.  billi protesta paċifika li saret fl-14 ta' April 2016 f'Serekunda, subborg tal-kapital Banjul, li talbet riforma elettorali, wasslet għal reazzjonijiet vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-Gambja u detenzjoni arbitrarja tad-dimostranti, fosthom bosta membri tal-Partit Demokratiku Magħqud (UDP); billi Solo Sandeng, il-kap tal-oppożizzjoni u membru tal-UDP, miet f'ċirkostanzi suspettużi waqt li kien f'detenzjoni ftit wara li ġie arrestat;

D.  billi membri tal-UDP inġabru mill-ġdid fis-16 ta' April 2016 biex jitolbu ġustizzja għall-mewt tas-Sur Sandeng u l-ħelsien ta' membri oħra tal-partit tagħhom; billi l-pulizija tefgħu il-gass tad-dmugħ fuq id-dimostranti u arrestaw għadd ta' persuni;

E.  billi kap ieħor tal-oppożizzjoni, Ousainou Darboe, u uffiċjali għolja oħra tal-partit, ġew arrestati u miżmuma mill-istat, u skont kif ingħad, ġarrbu ġrieħi gravi;

F.  billi Alagie Abdoulie Ceesay, id-direttur eżekuttiv tal-istazzjon tar-radju indipendenti Teranga FM, li ġie arrestat fit-2 ta' Lulju 2015 mill-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali, ġie miċħud id-dritt għall-ħelsien fuq garanzija personali għal tliet darbiet minkejja l-kundizzjoni ħażina ta' saħħtu;

G.  billi f'Marzu 2016, il-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ħareġ opinjoni, adottata matul l-aħħar sessjoni tiegħu f'Diċembru 2015, li fiha enfasizza li s-Sur Ceesay ġie mċaħħad mil-libertà b'mod arbitrarju u li fiha talab li l-Gambja teħilsu u twaqqa' l-akkużi kollha kontrih;

H.  billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti fil-Gambja huma vittmi ta' prattiki abbużivi u ta' leġiżlazzjoni ripressiva u ta' sikwit jiffaċċjaw fastidju u intimidazzjoni, arrest u detenzjoni u għajbien jew eżilju furzati;

I.  billi t-tortura u forom oħra ta' trattament ħażin huma użati regolarment fil-Gambja; billi huwa rrapportat li persuni ġew regolarment ittorturati brutalment jew trattati ħażin b'modi oħra sabiex jiġu mġiegħla jipproduċu "konfessjonijiet", li mbagħad jintużaw fil-qorti, kif muri fir-rapport imħejji wara ż-żjara tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra fil-Gambja fl-2014;

J.  billi l-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali u l-pulizija regolarment iwettqu detenzjonijiet arbitrarji, bħal fil-każ tal-ex Viċi Ministru tal-Agrikoltura, Ousman Jammeh, u l-istudjużi Islamiċi Sheikh Omar Colley, l-Imam Ousman Sawaneh u l-Imam Cherno Gassama, u individwi ta' sikwit jiġu miżmuma mingħajr att ta' akkuża u lil hinn mill-limitu ta' 72 siegħa li matulu l-persuna suspettata trid titressaq quddiem qorti, bi ksur tal-kostituzzjoni;

K.  billi l-leġiżlazzjoni attwali kontra l-omosesswalità fil-Gambja tipprevedi żminijiet twal ta' ħabs u multi ħorox għall-"omosesswalità aggravata"; billi l-persuni LGBTI ta' sikwit huma vittmi ta' attakki, theddid jew arresti arbitrarji mill-forzi tas-sigurtà u xi wħud minnhom ġew imġiegħla jħallu l-pajjiż għas-sikurezza tagħhom stess;

L.  billi l-Gambja huwa wieħed mill-ħmistax-il pajjiż l-aktar fqar fid-dinja bi kważi kwart tal-popolazzjoni qiegħda tiffaċċja insigurtà tal-ikel kronika; billi l-pajjiż huwa dipendenti ħafna fuq l-għajnuna internazzjonali; billi 14 475 Gambjan applikaw għal asil fl-UE sa mill-2015;

M.  billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Gambja tqajjem tħassib reali; billi l-UE qiegħda tindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta' djalogu skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou sa minn tmiem l-2009, iżda bi ftit progress konkret;

N.  billi, wara tħassib dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-UE naqqset drastikament l-għajnuna tagħha lill-Gambja, għalkemm għadha l-akbar donatur ta' għajnuna lill-Gambja b'total ta' EUR 33 miljun allokati għall-programm indikattiv nazzjonali (PIN) għall-perjodu 2015-2016; billi wara dan it-tnaqqis fl-għajnuna, il-President Jammeh keċċa ħesrem lix-Chargé d'Affaires tal-UE għall-Gambja, Agnes Guillard, f'Ġunju 2015;

O.  billi l-PIN għall-Gambja għall-2015-2016 jipprevedi investimenti fl-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll fis-settur tat-trasport, iżda ma ġewx allokati fondi għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, il-governanza demokratika jew għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

P.  billi l-Gambja hija membru tal-ECOWAS; billi f'Lulju 2014, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika ġie konkluż bejn l-UE u l-ECOWAS, u se jiġi ratifikat fl-2016; billi l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika għandhom mhux biss isaħħu l-kummerċ ġust iżda wkoll id-drittijiet tal-bniedem u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

Q.  billi l-Gambja hija Stat Membru tal-Unjoni Afrikana (UA), Stat parti tal-Karta Afrikana u firmatarja tal-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza;

R.  billi l-Att ta' Emenda dwar l-Elezzjonijiet tal-2015 ineħħi mix-xena lill-partiti tal-oppożizzjoni bl-impożizzjoni ta' prezzijiet għoljin, u dan iqiegħed lill-Gambja fost l-aktar pajjiżi għaljin biex wieħed jikkontesta għal karigi pubbliċi u b'hekk jiġu limitati d-drittijiet taċ-ċittadini;

1.  Jesprimi l-aktar tħassib serju tiegħu fir-rigward tas-sigurtà u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin jiddeterjoraw rapidament fil-Gambja u jiddeplora l-attakki tal-14 u tas-16 ta' April 2016 kontra dimostranti paċifiċi;

2.  Jitlob il-ħelsien immedjat tad-dimostranti kollha arrestati b'rabta mal-protesti tal-14 u tas-16 ta' April 2016; jitlob li l-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja jiggarantixxi proċess ġust lil kwalunkwe persuna suspettata li tinsab detenuta abbażi ta' allegazzjonijiet ta' parteċipazzjoni fit-tentattiv għal bidla mhux kostituzzjonali tal-gvern; jistieden lill-awtoritajiet tal-Gambja jiggarantixxu l-integrità fiżika u psikoloġika ta' dawn il-persuni suspettati fiċ-ċirkostanzi kollha u biex jipprovdu trattament mediku mingħajr dewmien lil dawk midruba; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward ix-xhieda ta' tortura u ta' trattament ħażin ta' priġunieri oħrajn;

3.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Gambjani biex iwettqu investigazzjoni rapida u indipendenti ta' dawn l-avvenimenti, u b'mod partikolari jesprimi tħassib serju dwar il-mewt rappurtata tal-attivist tal-oppożizzjoni Solo Sandeng waqt li kien f'detenzjoni;

4.  Jikkundanna bil-qawwi l-għajbien furzat, id-detenzjonijiet arbitrarji, it-tortura u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem immirati lejn vuċijiet dissidenti, inklużi ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avversarji politiċi u l-kritiċi, kif ukoll lejn persuni lesbjani, gay, bisesswali u transġeneru, taħt il-gvern tal-president Yahya Jammeh; jitlob li kwalunkwe priġunier detenut f'iżolament jiġi pproċessat jew meħlus;

5.  Jistieden lill-UE u lill-UA jaħdmu mal-Gambja biex jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji kontra t-tortura, jiżguraw aċċess indipendenti għall-priġunieri u jirriformaw il-leġiżlazzjoni kollha li xxekkel id-drittijiet ta' libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, inklużi r-reati kriminali ta' sedizzjoni, libell kriminali, u "tixrid ta' informazzjoni falza" fil-Kodiċi Kriminali u l-emendar tal-Att dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-2013, li jinkludi ċ-ċensura tal-espressjoni online;

6.  Jistieden lill-Gambja tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra;

7.  Jistieden lill-Gvern tal-Gambja jinvestiga l-provi dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali, jiżviluppa leġiżlazzjoni li tindirizza drittijiet ugwali għaċ-ċittadini, fosthom kwistjonijiet ta' inugwaljanza, u jkompli bil-pjanijiet li jistabbilixxi Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-Prinċipji ta' Pariġi dwar l-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, biex jinvestiga u jissorvelja abbużi allegati tad-drittijiet tal-bniedem;

8.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gambja u lill-awtoritajiet reġjonali jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex itemmu d-diskriminazzjoni kontra u l-attakki u l-kriminalizzazzjoni ta' persuni LGBTI u biex jiggarantixxi d-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, inkluż it-tneħħija mill-Kodiċi Kriminali Gambjan ta' dispożizzjonijiet li jikkriminalizzaw lill-persuni LGBTI;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet Gambjani biex jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni reliġjuża u biex jaġixxu favur djalogu paċifiku u kostruttiv bejn il-komunitajiet kollha;

10.  Jistieden lill-ECOWAS u lill-UA biex jibqgħu impenjati kontra l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-reġim Gambjan; ifakkar li s-sigurtà u l-istabilizzazzjoni għadhom sfidi kbar fir-reġjun tal-Afrika tal-Punent u jinsisti fuq il-ħtieġa li l-UA u l-ECOWAS jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Gambja u jżommu djalogu politiku permanenti mal-awtoritajiet Gambjani dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u l-istat tad-dritt;

11.  Iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja jirratifika l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza qabel l-elezzjonijiet presidenzjali ppjanati għal Diċembru 2016;

12.  Jistieden lill-Gvern tal-Gambja jimpenja ruħu fi djalogu ġenwin mal-partiti politiċi kollha tal-oppożizzjoni dwar riformi leġiżlattivi u ta' politika li jiżguraw elezzjoni ħielsa u ġusta u jiggarantixxu r-rispett għal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, skont l-obbligi internazzjonali tal-Gambja; ifakkar li l-parteċipazzjoni sħiħa tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili indipendenti f'elezzjonijiet nazzjonali indipendenti u ħielsa hija fattur importanti għas-suċċess ta' dawn l-elezzjonijiet;

13.  Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, inkluż l-organizzazzjonijiet lokali tad-drittijiet tal-bniedem u l-NGOs, kif ukoll lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja u istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, sabiex jimmonitorjaw b'mod attiv il-proċedura elettorali, b'attenzjoni speċjali għall-garanzija tar-rispett pubbliku għal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni;

14.  Jistieden lill-Gvern tal-Gambja jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiggarantixxi, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett sħiħ tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa; jitlob, f'dan ir-rigward, riforma tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni sabiex iġġib il-leġiżlazzjoni nazzjonali f'konformità mal-istandards internazzjonali;

15.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-PIN għall-2015-2016 għall-Gambja ma jistabbilixxi l-ebda appoġġ jew fond għas-soċjetà ċivili jew għall-governanza demokratika, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-governanza demokratika, l-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ikunu setturi fokali ta' kull ftehim futur għall-kooperazzjoni fl-izvilupp li jiġi kkunsidrat bejn l-UE u l-Gambja;

16.  Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, timmonitorja b'mod attiv il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fil-Gambja, u takkumpanja u ssegwi l-investigazzjonijiet dwar is-soppressjoni tal-protesti tal-14 u tas-16 ta' April 2016 mill-gvern u t-trattament tad-dimostranti f'detenzjoni, u biex tintensifika ulterjorment l-isforzi biex tinvolvi ruħha ma' membri tal-oppożizzjoni politika, mexxejja ta' studenti, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, uffiċjali ta' trade unions u ma' mexxejja LGBTI;

17.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iwettqu konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, u biex jikkunsidraw li jiffriżaw kull għajnuna mhux umanitarja lill-Gvern tal-Gambja u biex jimponu projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew sanzjonijiet immirati fuq uffiċjali responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Gambja, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0079.


Il-Djibouti
PDF 361kWORD 102k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-Djibouti (2016/2694(RSP))
P8_TA(2016)0220RC-B8-0594/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Djibouti, inklużi dawk tal-4 ta' Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni fil-Djibouti (Ġibuti)(1) u tal-15 ta' Jannar 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika(2),

–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-Djibouti taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp tad-19 ta' Ġunju 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-12 ta' April 2016 u tat-23 ta' Diċembru 2015 mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, f'isem l-UE fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għal-Libertà tal-Istampa, tat-3 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra s-sħubija politika reġjonali tal-UE għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp fil-Qarn tal-Afrika,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li l-Djibouti rratifikat,

–  wara li kkunsidra l-azzjonijiet u l-komunikazzjonijiet mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Djibouti,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preliminari tal-10 ta' April 2016 tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Afrikana li ssorveljat l-elezzjonijiet presidenzjali,

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, li tiegħu il-Djibouti ilha Stat Pparti mill-2003,

–  wara li kkunsidra l-ftehim qafas iffirmat fit-30 ta' Diċembru 2014 bejn UMP (l-Unjoni għall-Maġġoranza Presidenzjali), il-koalizzjoni fil-poter, u l-USN (L-Unjoni għas-Salvazzjoni Nazzjonali), il-koalizzjoni ta' partiti tal-oppożizzjoni bl-għan li jippromwovu "paċika u demokratika fil-politika nazzjonali";

–  wara li kkunsidra Digriet Nru 2015-3016 PR/MP tal-24 ta' Novembru 2015, adottata mill-Kunsill tal-Ministri tal-Djibouti, li jistabbilixxi miżuri ta' sigurtà eċċezzjonali, wara l-attakki ta' Pariġi fit-13 ta' Novembru 2015;

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou ffirmat fit-23 ta' Ġunju 2000 u rivedut fit-22 ta' Ġunju 2010,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Djibouti tal-1992 li tirrikonoxxi l-libertajiet fundamentali u l-prinċipji bażiċi tal-governanza tajba,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Afrikana għall-Missjonijiet ta' Osservazzjonijiet u Monitoraġġ Elettorali,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Ismail Omar Guelleh ilu l-President tal-Djibouti sa mill-1999, wara rebħa kbira fl-elezzjonijiet ta' April 2016 b'87.1 fil-mija tal-votazzjoni, li ġiet ikkritikata mill-partiti tal-oppożizzjoni u gruppi favur id-drittijiet bħala akkwistata permezz ta' ripressjoni politika; billi xi kandidati tal-oppożizzjoni bbojkottjaw l-elezzjonijiet tal-2005, 2011 u 2016; billi l-President Guelleh ipperswada lill-Assemblea Nazzjonali biex temenda l-Kostituzzjoni fl-2010 wara li kien ħabbar li ma kienx se jikkontesta mill-ġdid l-elezzjoni fl-2016, b'hekk għamilha possibbli għalih li jerġa' jkun kandidat għat-tielet mandat fl-2011; billi l-protesti mis-soċjetà ċivili li seħħew b'riżultat kienu mrażżna;

B.  billi bil-pożizzjoni eċċellenti tagħha fil-Golf ta' Aden, il-Djibouti għandha importanza strateġika għall-bażijiet militari barranin u hija kkunsidrata bħala ċentru għall-ġlieda kontra l-piraterija u t-terroriżmu;

C.  billi għaxar nisa Djiboutani bdew strajk tal-ġuħ f'Pariġi biex jitolbu li ssir inkjesta internazzjonali dwar l-istupru ta' nisa Djiboutani, b'erba minn dawn in-nisa fuq strajk jaffermaw li huma stess kienu stuprati, filwaqt li oħra, Fatou Ambassa, ta' 30 sena, għamlet sawma b'tifkira ta' kuġintha, Halima, li allegatament kienet stuprata minn diversi persuni fl-2003 u mietet fl-età ta' 16-il sena; billi tmienja minn dawn in-nisa komplew il-protesti tagħhom għal 19-il jum mill-25 ta' Marzu sat-12 ta' April 2016, u għaxra oħra għamlu bħalhom fi Brussell; billi l-awtoritajiet tal-Djibouti jikkontestaw l-allegazzjonijiet tagħhom; billi diversi nisa ttieħdu ostaġġi fil-konflitt bejn l-armata tal-Djibouti u l-FRUD-armé; billi l-Kumitat tan-Nisa Djiboutani (Comité des Femmes Djiboutiennes Contre le Viol et l’Impunité (COFEDVI)), li kien stabbilit fl-1993, irreġistra 246 każ ta' stupru mis-suldati miġbura minn madwar 20 ilment imressaq;

D.  billi l-ebda missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE ma ġiet mistiedna biex tissorvelja l-elezzjonijiet u billi l-missjoni tal-esperti elettorali offruta mill-UE ġiet irrifjutata mill-awtoritajiet tal-Djibouti; billi l-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Afrikana tirrakkomanda l-istabbiliment ta' Kummissjoni Elettorali Indipendenti li tkun inkarigata mill-proċess elettorali, inkluża t-tħabbira tar-riżultati proviżorji;

E.  billi tliet kandidati tal-oppożizzjoni, Omar Elmi Khaireh, Mohamed Moussa Ali u Djama Abdourahman Djama, ikkontestaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet ta' April 2016 bħala nieqsa mit-trasparenza u li ma jurux ir-rieda tal-poplu tal-Djibouti; billi l-organizzazzjonijiet lokali tad-drittijiet tal-bniedem ma rrikonoxxewx ir-riżultati; billi l-ispazju politiku għall-oppożizzjoni jibqa' limitat ħafna, bil-libertà ta' espressjoni limitata; billi l-forzi tal-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà għandhom kontroll strett tal-pajjiż, u l-ġudikatura hija dgħajfa u qrib il-gvern; billi l-mexxejja tal-oppożizzjoni kienu kostantement suġġetti għal priġunerija u fastidju, u hemm allegazzjonijiet ta' tortura; billi huwa allegat li l-armata ġiet ordnata tneħħi lir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni minn uħud mill-postijiet tal-votazzjoni sabiex il-kaxxa tal-poloz jistgħu jkunu mimlija, filwaqt li distretti oħrajn bħal Ali-Sabieh tpoġġew taħt il-kontroll militari; billi l-President Guelleh organizza festa allegatament biex jippremja lill-armata għall-kontribuzzjoni tagħha fl-elezzjoni qabel ma ħarġu r-riżultati uffiċjali; billi l-Unjoni Afrikana kkundannat għadd ta' irregolaritajiet (nuqqas ta' rekords, nuqqas ta' pubblikazzjoni tar-riżultati u l-fatt li l-voti ma kienux magħduda fil-pubbliku);

F.  billi fil-31 ta' Diċembru 2015, wara l-esklużjoni ta' membri tal-oppożizzjoni mill-parlament, liġi introdotta f'Novembru 2015 li timponi stat ta' emerġenza intużat biex tirrestrinġi l-libertajiet individwali u topprimi attivisti tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, trejdjunonisti u ġurnalisti;

G.  billi fit-30 ta' Diċembru 2014 il-koalizzjoni fit-tmexxija, l-UMP, iffirmat ftehim qafas mal-koalizzjoni tal-oppożizzjoni, l-USN, li fih għamlet dispożizzjoni għal riforma tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (Commission Électorale Nationale Indépendante), il-ħolqien ta' kummissjoni parlamentari konġunta, u riformi fuq terminu qasir u medju; billi l-Kummissjoni Parlamentari Konġunta ġiet stabbilita fi Frar 2015, imma l-ebda waħda mill-abbozzi ta' liġijiet importanti (bħal-liġi dwar il-ħolqien ta' kummissjoni elettorali konġunta indipendenti u l-liġi dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partiti politiċi) ma tressqet; billi fis-26 ta' Awwissu 2015, l-awtoritajiet tal-Djibouti ħabbru li l-kummissjoni elettorali mhux se tiġi riformata;

H.  billi m'hemmx stazzjonijiet tat-televiżjoni jew tar-radju privati fil-Djibouti, bl-awtoritajiet jissorveljaw mill-qrib is-siti web tal-oppożizzjoni u b'mod regolari jimblukkaw is-siti web tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-midja soċjali; billi l-gvern huwa s-sid tal-gazzetta prinċipali La Nation, u tal-istazzjon tax-xandir nazzjonali, Radiodiffusion-Télévision de Djibouti, li jipprattika l-awtoċensura; billi fl-2015, Freedom House iddikjarat li fil-Djibouti l-istampa ma kinitx libera; billi l-Djibouti hija klassifikata fil-170 pożizzjoni (minn 180 pajjiż) fl-indiċi dinji tal-libertajiet tal-istampa tal-2015, ikkompilat mill-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri; billi, matul it-tmexxija tal-koalizzjoni tal-UMP, il-partiti tal-oppożizzjoni u l-attivisti kontinwament kienu taħt ripressjoni u ħafna attivisti tal-partit u ġurnalisti, inklużi ġurnalist tal-BBC matul il-kampanja elettorali presidenzjali, kienu suġġetti għal proċedimenti ġuridiċi; billi fid-19 ta' Jannar 2016 il-gazzetta ewlenija tal-oppożizzjoni, l’Aurore, ingħalqet b'ordni tal-qorti; billi l-Kummissjoni ta' Komunikazzjoni Nazzjonali, li suppost kellha titwaqqaf fl-1993, għadha s'issa ma twaqqfetx;

I.  billi fl-2012 speċjalment, ir-reġjun ta' Mablas ra mewġa ta' arresti arbitrarji ta' persuni suspettati bħala membri tal-FRUD-armé;

J.  billi kien allegat li tal-anqas 27 ruħ inqatlu mill-awtoritajiet, u aktar minn 150 sfaw midruba f'ċelebrazzjoni kulturali fl-21 ta' Diċembru 2015 f'Buldugo, għalkemm il-gvern tal-Djibouti insista li n-numru ta' mwiet kien biss ta' sebgħa; billi aktar tard il-pulizija invadiet ukoll il-bini fejn kienu qed jiltaqgħu il-mexxejja tal-oppożizzjoni, ġew feruti għadd ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u żewġ membri prominenti tal-mexxejja tal-oppożizzjoni (Abdourahman Mohammed Guelleh, Segretarju-Ġenerali tal-USN, u Hamoud Abdi Souldan) spiċċaw il-ħabs mibgħajr ma nġabu akkużi kontrihom; billi t-tnejn inħelsu ftit jiem biss qabel l-elezzjonijiet presidenzjali, bl-ewwel minnhom jiffaċċja akkużi kriminali; billi mexxej ta' trejdjunjin u difensur tad-drittijiet tal-bniedem, Omar Ali Ewado, inżamm incommunicado mid-29 ta' Diċembru 2015 sal-14 ta' Frar 2016, għaliex ippubblika lista ta' vittmi ta' dan il-massakru u ta' dawk li għadhom nieqsa; billi l-avukat tiegħu wkoll ġie arrestat fl-ajruport; billi Said Houssein Robleh, membru tal-oppożizzjoni u Segretarju Ġenerali tal-LDDH, spiċċa ferut mill-bulits tal-pulizija Djiboutjana u attwalment jinsab fl-eżilju fl-Ewropa;

K.  billi l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet tal-Djibouti huma preokkupanti immens;

L.  billi wara l-attakki terroristiċi tat-13 ta' Novembru 2015 f’Pariġi, il-Kunsill tal-Ministri tal-Djibouti adotta d-Digriet Nru 2015-3016 PR/PM fl-24 ta' Novembru 2015, li jipprojbixxi l-laqgħat u l-miġegħmat f'żoni pubbliċi, bħala miżura kontraterroristika;

M.  billi m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza domestika u l-istupru konjugali fil-Djibouti; billi l-awtoritajiet informaw lill-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa li huma konxji min-nuqqasijiet tat-tentattivi tagħhom li jindirizzaw il-vjolenza sessista; billi minkejja l-fatt li ilhom illegali mill-2005, diversi forom ta' mutilazzjoni ġenitali femminili twettqa fuq 98 % tan-nisa fil-Djibouti;

N.  billi, skont il-Bank Dinji, aktar minn 23 % tal-Djiboutjani jgħixu f'faqar estrem, u 74 % jgħixu b'inqas minn USD 3 kuljum; billi l-insigurtà tal-ikel fil-Djibouti ġiet aggravata minħabba l-prezzijiet għolja tal-ikel, l-iskarsezza tal-ilma, it-tibdil fil-klima u mergħat ridotti; billi l-Djibouti hi benefiċjarju tal-pakkett ta' għajnuna ta' EUR 79 miljun mingħand l-Unjoni Ewropea għan-nazzjonijiet tal-Qarn il-Kbir tal-Afrika milquta mill-fenomenu klimatiku magħruf bħala El Niño;

O.  billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt huma l-pedament proprju tas-sħubija AKP-UE u jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou; billi l-Unjoni Ewropea għandha tintensifika bla dewmien id-djalogu politiku regolari mal-Djibouti skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou;

P.  billi l-Djibouti attwalment qed tirċievi EUR 105 miljun f'fondi bilaterali tal-UE, primarjament għall-ilma u s-sanità u s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni, bħala parti mill-Programm Nazzjonali Indikattiv tal-UE, taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp; billi mill-2013 sal-2017, Djibouti se tkun irċeviet EUR 14 -il miljun bħala parti mill-inizjattiva ta' Appoġġ għar-Reżiljenza tal-Qarn tal-Afrika tal-UE, li timmira biex isaħħaħ il-komunitajiet biex ikunu jistgħu jifilħu iktar għal nixfiet rikorrenti,

Q.  billi l-Djibouti bħalissa qed tospita aktar minn 15,000 rifuġjat mis-Somalja u l-Eritrea u madwar 8,000 ruħ oħra mill-Jemen; billi n-nisa u l-bniet fil-kampijiet tar-rifuġjati jinsabu f'riskju ta' vjolenza sessista; billi l-Kummissjoni qed tipprovdi assistenza, bħal servizzi ta' salvataġġ, u għajnuna finanzjarja lill-komunitajiet li qegħdin jospitaw il-kampijiet tar-rifuġjati;

1.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-istaġnar tal-proċess ta' demokratizzazzjoni fil-Djibouti, li mar għall-agħar minħabba li l-parlament għamel bidliet fil-kostituzzjoni Djiboutjana fir-rigward tal-limitazzjoni tat-termini presidenzjali, u l-allegazzjonijiet li membri tal-oppożizzjoni kienu ffastidjati u esklużi minn ħafna postijiet tal-votazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' elezzjonijiet ġusti, ħielsa mill-intimidazzjoni;

2.  Jitlob li ssir investigazzjoni bir-reqqa dwar it-trasparenza tal-proċess elettorali u l-elezzjonijiet tal-2016 fil-Djibouti; itenni l-appell tal-Unjoni Ewropea sabiex ir-riżultati minn kull post tal-votazzjoni użati fl-elezzjonijiet tal-2013 u l-2016 jiġu ppubblikati;

3.  Jikkundanna bil-qawwa l-istupri allegatament imwettqa minn suldati Djiboutani kontra persuni ċivili u rappurtati minn NGOs differenti, kif issottolinjaw il-każijiet tal-istrajk tal-ġuħ, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Djibouti jwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar l-azzjonijiet tal-armata b'mod partikolari u biex tintemm l-impunità; jistieden lin-Nazzjonijiet Uniti jinvestigaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Djibouti, u b'mod speċjali s-sitwazzjoni tan-nisa fil-pajjiż; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu man-nisa Djiboutjani li qed jagħmlu strajk tal-ġuħ fi Franza u fil-Belġju;

4.  Jikkundanna l-indħil tal-armata u tal-pulizija fil-proċessi demokratiċi u jtenni li investigazzjoni bir-reqqa u trasparenti dwar il-proċess elettorali hi essenzjali; jinsab imħasseb dwar ir-rieda apparenti tal-President li jiċċelebra qabel iż-żmien ir-rebħa tiegħu fl-elezzjonijiet ta' April 2016; ifakkar lill-Djibouti li hi parti għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti u li l-Artikolu 16 tal-Kostituzzjoni Djiboutjana jistipula li "ħadd m'għandu jkun assoġġettat għal tortura jew trattament ħażin jew atti krudili, inumani, degradanti jew umiljanti"; jistieden lill-Djibouti biex tinvestiga bir-reqqa l-allegazzjonijiet ta' tortura u trattament ħażin u tiżgura li t-trasgressuri jiġu mressqa l-qorti u jekk jinstabu ħatja, jiġu kkastigati b'sanzjonijiet xierqa, u li l-vittmi jiġu kkumpensati b'mod adegwat, u biex tistabbilixxi mekkaniżmu indipendenti biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' mġiba ħażina;

5.  Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Djiboutjani li ma jirriformawx il-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali kif previst mill-Ftehim Qafas iffirmat fit-30 ta' Diċembru 2014, u jħeġġiġhom biex jaħdmu mill-qrib mal-oppożizzjoni ħalli jipproduċu proċess elettorali iktar ġust u iktar trasparenti;

6.  Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Djibouti fl-impenji tagħhom, taħt il-Linji Gwida tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ Elettorali tal-Unjoni Afrikana, li jipproteġu l-ġurnalisti u jikkundanna l-mod li bih ġew trattati l-ġurnalisti u jfakkar lill-awtoritajiet tal-Djibouti fl-importanza tal-libertà tal-istampa u d-dritt għal proċess ġust; jitlob spjegazzjoni motivata mingħand l-awtoritajiet Djiboutani dwar it-trattament tal-ġurnalisti; jikkundanna bil-qawwa l-fastidju u l-priġunerija mingħajr akkużi ta' mexxejja tal-oppożizzjoni, ġurnalisti attivisti indipendenti u tad-drittijiet tal-bniedem fil-jiem ta' qabel l-elezzjonijiet presidenzjali; jistieden lill-awtoritajiet Djiboutjani jtemmu r-ripressjoni tal-opponenti politiċi u l-ġurnalisti u li jeħilsu lil dawk kollha li qed jinżammu detenuti għal raġunijiet politiċi jew għax jeżerċitaw il-libertà tal-midja; jistieden lill-awtoritajiet Djiboutjani jirrevedu l-liġi tal-istat ta' emerġenza tal-pajjiż biex jagħmluha konformi għalkollox mad-dritt internazzjonali;

7.  Jikkundanna n-nuqqas ta' stampa indipendenti fil-Djibouti u l-monitoraġġ u ċ-ċensura ta' siti web li jikkritikaw il-gvern; jisgħobbih għall-prattika ta' awtoċensura mwettqa mill-midja statali; jistieden lill-Gvern Djiboutjan joħroġ liċenzji tax-xandir FM lil kwalunkwe entità tal-midja indipendenti li jitolbuha; jistieden lill-gvern jagħti aċċess liberu għall-pajjiż lill-ġurnalisti barranin sabiex jippermettilhom iwettqu xogħolhom b'mod sikur u oġġettiv; jistieden lill-Gvern tal-Djibouti biex jistabbilixxi kummissjoni nazzjonali tal-komunikazzjoni u biex jawtorizza xandir indipendenti u privat;

8.  Jiddeplora l-qtil li seħħ fiċ-ċerimonja kulturali tal-21 ta' Diċembru 2015 u d-detenzjonijiet u l-atti ta' fastidju sussegwenti kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u membri tal-oppożizzjoni; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-familji tal-vittmi u jitlob li ssir inkjesta sħiħa u indipendenti bil-għan li l-persuni responsabbli jiġu identifikati u mressqa quddiem il-qrati; itenni l-kundanna tiegħu għad-detenzjoni arbitrarja u jappella li d-drittijiet tad-difiża jiġu rispettati;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Djibouti biex jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti fil-ftehimiet nazzjonali u internazzjonali ffirmati mill-pajjiż u biex jissalvagwardaw id-drittijiet u l-libertajiet ċivili u politiċi, inkluż id-dritt ta’ dimostrazzjoni paċifika u l-libertà tal-istampa;

10.  Iħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli jipprovdi taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħra bil-għan li japplikaw l-Att dwar it-Traffikar tal-Bnedmin, biex jintensifika l-isforzi biex it-traffikanti tal-bnedmin jitressqu quddiem il-ġustizzja u biex tiżdied il-kuxjenza dwar il-kwistjoni tat-traffikar fost l-awtoritajiet ġudizzjarji, leġiżlattivi u amministrattivi, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li joperaw fil-pajjiż, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali;

11.  Jitlob li n-nisa u l-irġiel jiġu ttrattati ndaqs quddiem il-liġi fil-Djibouti u jfakkar lill-awtoritajiet li huma parti għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

12.  Jilqa' l-interventi tal-Gvern tal-Djibouti fir-rigward tal-prattika mifruxa tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, iżda jixtieq jara li jsir aktar titjib;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet jagħtu aċċess lill-NGOs għad-distretti ta' Obock, Tadjoural u Dikhil;

14.  Jitlob l-awtoritajiet ċivili u militari biex jeżerċitaw trażżin massimu matul operazzjonijiet tal-pulizija u tal-armata fit-Tramuntana tal-pajjiż, u b'mod partikolari biex ma jużaw l-ebda tip ta' vjolenza kontra l-popolazzjonijiet ċivili u lanqas ma jutilizzaw dawn il-popolazzjonijiet bħala tarka madwar il-kampijiet militari;

15.  Jiddikjara r-rieda tiegħu li jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Djibouti u li jipproponi miżuri ristrettivi f'każ ta' ksur tal-Ftehim ta' Cotonou (2000), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja hija wkoll is-sitwazzjoni mill-qrib;

16.  Iħeġġeġ lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lis-sħab tagħhom biex jaħdmu mal-Djiboutjani għal riforma politika fit-tul, liema ħidma għandha tkun iffaċilitata partikolarment permezz tar-relazzjoni qawwija li diġà teżisti, minħabba li l-Djibouti kienet komponent ewlieni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-piraterija fir-reġjun, filwaqt li tospita bażi militari u tikkontribwixxi għall-istabilità fir-reġjun;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja lill-organizzazzjonijiet indipendenti u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari biex mill-aktar fis jiftħu sejħa għall-offerti fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern tar-Repubblika tal-Djibouti, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Awtorità Intergovernattiva dwar l-Iżvilupp, lill-Lega Għarbija, lill-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

(1) ĠU C 75, 26.2.2016, p. 160.
(2) ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 102.


Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *
PDF 539kWORD 187k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2016)0025 – C8-0030/2016 – 2016/0010(CNS))
P8_TA(2016)0221A8-0157/2016

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0025),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0030/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0157/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 talab l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku fuq livelli globali u tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġġieled il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa .
(1)  F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 talab l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku fuq livelli globali u tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġġieled il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Peress li l-Gruppi Multinazzjonali ta’ Intrapriżi (MNE) huma attivi f'pajjiżi differenti, huma għandhom il-possibbiltà ta’ involviment fi prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex disponibbli għall-kumpaniji domestiċi. Meta l-MNEs jagħmlu hekk, il-kumpaniji purament domestiċi, normalment intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jkunu partikolarment affettwati peress li l-piż tat-taxxa tagħhom huwa ogħla minn dak tal-Gruppi MNE. Mill-banda l-oħra, l-Istati Membri kollha jistgħu jsofru minn telf ta’ dħul u hemm ir-riskju ta’ kompetizzjoni sabiex jattiraw il-Gruppi MNE billi jiġu offruti aktar benefiċċji tat-taxxa. Għalhekk hemm problema għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern.
(2)  Peress li l-Gruppi Multinazzjonali ta’ Intrapriżi (MNE) huma attivi f'pajjiżi differenti, huma għandhom il-possibbiltà ta’ involviment fi prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex disponibbli għall-kumpaniji domestiċi. Meta l-MNEs jagħmlu hekk, il-kumpaniji purament domestiċi, normalment intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jkunu partikolarment affettwati peress li normalment iħallsu rata ta' taxxa effettiva li tkun ferm eqreb ir-rati statutorji mill-MNEs, u dan jirriżulta f'distorsjonijiet fis-suq intern u funzjonament ħażin tas-Suq Intern, kif ukoll f'distorsjoni tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-SMEs. Biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-kumpaniji domestiċi m'għandhomx jaffaċċjaw żvantaġġi minħabba d-daqs tagħhom jew in-nuqqas ta' kummerċ transkonfinali. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha jistgħu jsofru minn telf ta’ dħul u hemm ir-riskju ta’ kompetizzjoni inġusta bejniethom sabiex jattiraw il-Gruppi MNE billi jiġu offruti aktar benefiċċji tat-taxxa. Għalhekk hemm problema għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li hija l-Kummissjoni li hi responsabbli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdid)
(2a)  Huwa ta' importanza vitali għall-Unjoni li r-regoli dwar it-taxxa jitfasslu mhux biex ixekklu t-tkabbir jew l-investimenti, biex iqiegħdu lill-kumpaniji tal-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv u biex iżidu r-riskju ta' tassazzjoni doppja, iżda li jitfasslu biex jimminimizzaw l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Unjoni jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar il-Gruppi MNE fir-rigward l-istruttura, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment tagħhom u t-tranżazzjonijiet interni ġewwa u barra l-UE. Dik l-informazzjoni sejra tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati, u li jiġi identifikat jekk il-kumpaniji wettqux prattiki li għandhom l-effett li jaqilbu ammonti sostanzjali ta’ dħul f’ambjenti b’vantaġġi tat-taxxa.
(3)  L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar il-Gruppi MNE fir-rigward tal-istruttura tagħhom, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment, is-saldi tat-taxxa, il-krediti tat-taxxa u t-tranżazzjonijiet interni ġewwa u barra l-Unjoni. Dik l-informazzjoni sejra tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati, u li jiġi identifikat jekk il-kumpaniji wettqux prattiki li għandhom l-effett li jaqilbu ammonti sostanzjali ta’ dħul f’ambjenti b’vantaġġi tat-taxxa. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tittratta l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi dik l-informazzjoni.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)   Aktar trasparenza quddiem l-awtoritajiet tat-taxxa jista’ jkollha l-effett li tagħti inċentiv lill-Gruppi MNE sabiex jabbandunaw ċerti prattiki u jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxa fil-pajjiż fejn isiru l-profitti. It-tisħiħ tat-trasparenza għall-Gruppi MNE huwa għalhekk parti essenzjali mill-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt.
(4)   Livell adegwat ta' informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u skambjata bejniethom kif ukoll lill-Kummissjoni jista’ jkollu l-effett li jagħti inċentiv lill-Gruppi MNE sabiex jabbandunaw ċerti prattiki u jħallsu t-taxxa dovuta tagħhom fil-pajjiż fejn jinħoloq il-valur. Dan iżid ukoll il-"pressjoni mill-pari" bejn l-Istati Membri u jiffoka l-attenzjoni tas-swieq finanzjarji fuq ir-responsabbiltà fiskali tal-MNEs. It-tisħiħ tat-trasparenza għall-Gruppi MNE, bla ma tixxekkel il-kompetittività tal-Unjoni, huwa għalhekk parti essenzjali mill-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt u, finalment, l-evitar tat-taxxa.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Fir-rapport pajjiż b’pajjiż, il-Gruppi MNE għandhom jipprovdu annwalment u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li fiha jagħmlu negozju l-ammont ta’ dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu u t-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata. Il-Gruppi MNE għandhom jirrapportaw ukoll in-numru ta’ impjegati tagħhom, il-kapital iddikjarat, il-qligħ imfaddal u l-assi tanġibbli f’kull ġurisidizzjoni tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-Gruppi MNE għandhom jidentifikaw kull entità fi ħdan il-grupp li tagħmel kummerċ f'ġurisidizzjoni tat-taxxa partikolari u għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li kull entità tkun involuta fihom.
(6)  Fir-rapport pajjiż b’pajjiż, il-Gruppi MNE għandhom jipprovdu annwalment u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li fiha jagħmlu negozju l-ammont ta’ dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu u t-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata, kif ukoll il-krediti tat-taxxa. Il-Gruppi MNE għandhom jirrapportaw ukoll in-numru ta’ impjegati tagħhom, il-kapital iddikjarat, il-qligħ imfaddal u l-assi tanġibbli f’kull ġurisidizzjoni tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-Gruppi MNE għandhom jidentifikaw kull entità fi ħdan il-grupp li tagħmel kummerċ f'ġurisidizzjoni tat-taxxa partikolari u għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li kull entità tkun involuta fihom.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, l-UE għandha tipprovdi għal kompetizzjoni ġusta bejn il-Gruppi MNE u l-Gruppi MNE mhux tal-UE għal liema waħda jew bosta mill-entitajiet tagħhom jinsabu fl-UE. Għaldaqstant it-tnejn li huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligazzjoni tar-rapportar.
(8)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, l-Unjoni għandha tipprevedi kompetizzjoni ġusta bejn il-Gruppi MNE u l-Gruppi MNE mhux tal-UE għal liema waħda jew bosta mill-entitajiet tagħhom jinsabu fl-Unjoni. Għaldaqstant it-tnejn li huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tar-rapportar. L-Istati Membri, f'dan ir-rigward, għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar tal-obbligu tar-rapportar tal-MNEs permezz, pereżempju, tal-introduzzjoni ta' passi biex l-MNEs jiġu penalizzati f'każ ta' nuqqas ta' rapportar.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdid)
(9a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jżommu jew iżidu l-livell tar-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji ddedikati għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-ipproċessar tad-data fi ħdan l-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE diġà tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni f'numru ta’ oqsma. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jitwessa’ sabiex tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri.
(11)  Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE diġà tipprevedi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni f'numru ta’ oqsma. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jitwessa’ sabiex jipprevedi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri, u għall-komunikazzjoni ta' tali rapporti lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mir-rapporti pajjiż b’pajjiż biex tivvaluta l-konformità tal-Istati Membri mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li hemm ukoll dimensjoni ta' għajnuna mill-istat għal prattiki tat-taxxa inġusti fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  L-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri għandu f’kull każ jinkludi l-komunikazzjoni ta’ sett definit ta’ informazzjoni bażika li tkun aċċessibbli għal dawk l-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, entità waħda jew aktar tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti ta’ Grupp MNE.
(12)  L-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni għandu f’kull każ jinkludi l-komunikazzjoni ta’ sett definit ta’ informazzjoni bażika li għandha tkun ibbażata fuq definizzjonijiet uniformi u li tkun aċċessibbli għal dawk l-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, entità waħda jew aktar tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti ta’ Grupp MNE.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ir-rapportar pajjiż b’pajjiż. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tan-netwerk NKK. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20(6) u 21(7), il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(16)  Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u għall-komunikazzjoni ta' tali informazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-rapportar pajjiż b’pajjiż. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tan-netwerk NKK u li jkun żgurat li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istandards li tirriżulta f'żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-operaturi kummerċjali. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20(6) u 21(7), il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 18a (ġdid)
(18a)  Ir-rapport annwali tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva, għandu jagħti dettalji dwar il-portata tal-preżentazzjoni skont l-Artikolu 8aa u l-Punt 1, it-Taqsima II, l-Anness III ta' din id-Direttiva u għandu jinkludi lista ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn ikunu residenti entitajiet prinċipali finali ta' entitajiet kostitwenti bbażati fl-Unjoni, iżda ma ġewx ippreżentati jew skambjati rapporti sħaħ.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 18b (ġdid)
(18b)  Għandu jkun possibbli li informazzjoni ma tiġix skambjata skont din id-Direttiva meta tali skambju ma jwassalx għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 18c (ġdid)
(18c)  Għandha tingħata kunsiderazzjoni lir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, ir-rapport tal-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Legali dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 mar-rakkomandazzjoniet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji fl-Unjoni.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet kumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.
(20)  Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni taħt kundizzjonijiet kumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1
(-1)  L-Artikolu 1(1) huwa mibdul b'dan li ġej:
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2.
‘1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 2
(-a)  L-Artikolu 3(2) huwa mibdul b'dan li ġej:
(2)  “uffiċċju ċentrali ta' kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar bħala tali bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħrajn fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;
“uffiċċju ċentrali ta' kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar bħala tali bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħrajn u mal-Kummissjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 9 – punt a
(a)  għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a u 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel; għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), b’referenza għall-informazzjoni disponibbli relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru.
(a)  għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a u 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor u lill-Kummissjoni, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel; għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), b’referenza għall-informazzjoni disponibbli relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 4 – paragrafu 6
(1a)  L-Artikolu 4(6) huwa mibdul b'dan li ġej:
6.  Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru.
‘6. Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu u lill-Kummissjoni skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 6 – paragrafu 2
(1b)  L-Artikolu 6(2) huwa mibdul b'dan li ġej:
2.  It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.
‘2. It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dan.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(1c)  Fl-Artikolu 8(1), jiżdied il-punt li ġej:
“(ea) rapporti pajjiż b’pajjiż,”
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 2
2.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4.
2.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika mill-aktar fis possibbli r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha wkoll tikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b’pajjiż, disponibbli għas-servizzi kompetenti tagħha.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt a
(a)  informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital iddikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, u l-assi tanġibbli minbarra l-flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE;
(a)  informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital iddikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, l-assi tanġibbli minbarra l-flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE, is-sussidji pubbliċi riċevuti, il-valur tal-assi u l-kost annwali biex jinżammu, u l-bejgħ u x-xiri li jkun sar mill-Grupp;
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
(ba)  in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) Ewropew futur tal-Grupp MNE msemmi fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 4a (ġdid)
4 a.  Sabiex tittejjeb it-trasparenza għaċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju aggregat tar-rapporti pajjiż b'pajjiż, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b'pajjiż. F'dan, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23a dwar il-kunfidenzjalità.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 - Parti introduttorja
(2a)  Il-parti introduttorja tal-Artikolu 9(1) huwa mibdul b'dan li ġej:
1.  L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjonimsemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
‘1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat u lill-Kummissjoni, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2
(2b)  L-Artikolu 9(2) huwa mibdul b'dan li ġej:
2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
‘2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2
(4a)  L-Artikolu 23(2) huwa mibdul b'dan li ġej:
2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa.
‘2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).
3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dawk ir-riżultati b'mod xieraq, bħal rapport annwali konsolidat li fih jiġu diskussi r-riżultati u l-eżitu tal-proċedura ta' rapportar. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
(5a)  Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
'3a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport konsolidat annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jikkonċerna l-valutazzjonijiet annwali tal-Istati Membri tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba.'
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3b (ġdid)
(5b)  Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
'3b. F'każ li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi tal-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni pajjiż b'pajjiż tiddetermina li m'hemmx konsegwenzi negattivi għall-Gruppi MNE, il-Kummissjoni għandha minnufih tipproponi leġiżlazzjoni biex tagħmel din l-informazzjoni disponibbli pubblikament.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 24 – paragrafu 1
(5c)  L-Artikolu 24(1) huwa mibdul b'dan li ġej:
1.  Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkweawtorità rikjedenti.
1.  Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkwe awtorità rikjedenti, u lill-Kummissjoni.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 27a (ġdid)
(7a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
'Artikolu 27a
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effikaċja ta' din id-Direttiva sa ...tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].'
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Anness – Anness III – Taqsima II – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti.
Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti, preferibbilment dik bl-ogħla fatturat, sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti.

It-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut
PDF 271kWORD 81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut (2016/2532(RSP))
P8_TA(2016)0222B8-0581/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà tal-Ikel u jistabilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali(4),

–  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006(5).

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha(6),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar it-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut (O-000052/2016 – B8-0365/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE hija l-ikbar suq tal-frott tal-baħar li huwa fornut kemm mis-settur tas-sajd tal-UE kif ukoll mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

B.  billi l-konsumaturi għandhom id-dritt għal informazzjoni espressa f'termini li jinftiehmu, inkluża informazzjoni kostali u ġeografika dwar iż-żoni ta' qbid, u għandhom ikunu kapaċi jistrieħu kompletament fuq il-katina kollha li tipprovdi prodotti tas-sajd fis-suq tal-UE; billi l-UE u l-Istati Membri għandhom id-dover li jipproteġu liċ-ċittadini tal-UE minn atti frawdolenti; billi l-prodotti importati kollha għandhom jikkonformaw mar-regoli u mal-istandards tal-UE;

C.  billi l-Kummissjoni qed tħejji inventarju dettaljat u eżawrjenti ta' talbiet volontarji marbuta ma' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jiġu kkummerċjalizzati fl-UE; billi s-sejbiet tal-Kummissjoni jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' struttura esterna li tiċċertifika talbiet volontarji għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fis-suq tal-UE;

D.  billi l-pjan ta' kontroll tal-UE għall-2015 tal-Kummissjoni(7) fil-valutazzjoni tal-prevalenza fis-suq ta' ħut abjad ittikkettat ħażin f'dik li hi l-ispeċi ddikjarata tiegħu wera li l-ispeċi ddikjarata ġiet ikkonfermata f'94 % tal-kampjuni meħuda; madankollu, għal ċerti speċi, il-livelli ta' non-konformità kienu għoljin ħafna, u r-rata ta' 6 % hija kkunsidrata bħala relattivament baxxa meta mqabbla ma' studji oħrajn aktar limitati fl-Istati Membri;

E.  billi l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jirrikjedi li l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament u lill-Kunsill rapport ta' fattibbiltà dwar opzjonijiet għal skema ta' ekotikketta għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, sal-1 ta' Jannar 2015;

F.  billi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS) għandha tiggarantixxi kompetizzjoni u dħul ġusti għall-produtturi ta' prodotti tas-sajd mibjugħa jew mixtrija fl-UE;

1.  Jesprimi t-tħassib serju u l-iskuntentizza tiegħu b'rabta mar-riżultati ta' diversi studji li juru livelli sinifikanti ta' tikkettar ħażin ta' prodotti tal-ħut mibjugħa fis-suq tal-UE, inkluż fir-ristoranti tal-istituzzjonijiet tal-UE; jafferma mill-ġdid li t-tikkettar żbaljat intenzjonali u frawdolenti ta' speċijiet tal-ħut huwa ksur tar-regolamenti tal-UE, inkluża l-Politika Komuni tas-Sajd, u jista' jikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi nazzjonali;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kontrolli nazzjonali, inkluż dwar ħut mhux proċessat għal ristoranti u fis-settur tal-catering, fi sforz biex jiġu indirizzati l-frodi u biex jiġi identifikat l-istadju tal-katina tal-provvista fejn il-ħut ikun ittikkettat ħażin; huwa mħasseb dwar il-livell ta' sostituzzjoni ta' speċijiet ta' kwalità għolja bi speċijiet ta' kwalità aktar baxxa; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistudjaw liema miżuri jistgħu jiġu implimentati biex titjieb t-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; jappoġġa l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma li jarmonizza l-implimentazzjoni ta' traċċabilità fl-Istati Membri kollha u l-ħolqien ta' struttura esterna li tippermetti ċertifikazzjoni ta' talbiet volontarji għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fis-suq tal-UE;

3.  Jappoġġa sistema b'saħħitha ta' traċċabbiltà, mill-ħatt l-art sal-konsum, li tagħti fiduċja lill-konsumaturi, u min-naħa l-oħra, tnaqqas id-dipendenza kummerċjali fuq il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati, biex b'hekk jissaħħaħ is-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal ta' DNA barcoding li jista' jgħin fl-identifikazzjoni tal-ispeċijiet skont sekwenzjar tad-DNA, biex it-traċċabbiltà tittejjeb;

4.  Jilqa' l-qafas il-ġdid tal-OKS u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, bi qbil mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, tressaq rapport ta' fattibbiltà dwar opzjonijiet għal skema ta' ekotikketta għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards minimi għall-ekotikkettar; jikkunsidra li l-elementi ewlenin tas-sistema ta' tikkettar għandhom jiżguraw it-trasparenza, l-indipendenza u l-kredibbiltà tal-proċess ta' ċertifikazzjoni; jitlob li ssir analiżi fil-fond dwar il-benefiċċji tal-ħolqien ta' sistema ta' tikkettar madwar l-UE kollha;

5.  Jappella lill-Kummissjoni timmonitorja fuq bażi regolari sa fejn l-informazzjoni meħtieġa qed tidher fuq it-tikketti; jenfasizza li tikkettar ċar jeħtieġ li jipprovdi informazzjoni li tinftiehem, verifikabbli u preċiża; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-kuntest ta' tikkettar volontarju, biex jagħtu l-informazzjoni kollha disponibbli li tippermetti lill-konsumatur jagħmel għażla informata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' tikkettar għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

6.  Jenfasizza li politika ta' tikkettar Ewropea tajba fis-settur tas-sajd tkun fattur ewlieni biex tingħata spinta lill-iżvilupp ekonomiku tal-komunitajiet kostali, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-aħjar prattiki tas-sajjieda u billi tkun sottolinjata l-kwalità tal-prodotti li jipprovdu lill-konsumaturi;

7.  Jappella lill-Kummissjoni, fl-interess li jiġi garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni preċiża, affidabbli u komprensibbli, li tadotta miżuri biex tirrimedja konfużjoni ikkawżata mir-rekwiżiti attwali ta' tikkettar ibbażat fuq żoni u sottożoni tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), li hija partikolarment serja fil-każ ta' qabdiet f'xi sottożoni taż-żona 27, fejn b'mod partikolari l-Galizja u l-Golf ta' Cádiz huma mmarkati bħala "Ibħra Portugiżi", Wales bħala "Il-Baħar Irlandiż" u l-Brittanja bħala "l-Golf tal-Biskalja";

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd tiġi nkluża b'mod trasparenti u ċar;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe ekotikketta mifruxa mal-Unjoni kif ukoll skemi ta' ekotikkettar u ta' ċertifikazzjoni futuri minn partijiet terzi tal-frott tal-baħar ikunu konsistenti mal-linji gwida tal-FAO għall-Ekotikkettar tal-Prodotti tal-Ħut u tas-Sajd minn Żoni ta' Qbid Marittimu;

10.  Iqis li l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, liema kriterji għandhom jiġu diskussi ulterjorment fil-livell tal-UE, tista' tikkontribwixxi biex tissaħħaħ it-traċċabbiltà u l-forniment ta' informazzjoni trasparenti lill-konsumaturi; jemmen li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) jista' jiffinanzja tali tikketta;

11.  Jinnota li xi denominazzjonijiet ta' ħut kummerċjali fis-seħħ fl-Istati Membri jvarjaw bejniethom minħabba prattiki nazzjonali li jistgħu jwasslu għal ċertu grad ta' konfużjoni; jilqa' l-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni sabiex jitnieda proġett pilota, kif adottat mill-Parlament, biex tiġi introdotta bażi ta' data pubblika li tipprovdi informazzjoni dwar denominazzjonijiet kummerċjali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika b'mod aktar effettiv il-ħidma tagħha għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-baħar u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.
(2) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(3) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(4) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0011.
(7) http://ec.europa.eu/food/safety/official_controls/food_fraud/fish_substitution/index_en.htm?subweb=343&lang=en


L-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina
PDF 255kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina (2016/2667(RSP))
P8_TA(2016)0223RC-B8-0607/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-antidumping (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea(1)),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina huma tnejn mill-akbar qawwiet kummerċjali fid-dinja, fejn iċ-Ċina hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE u l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali taċ-Ċina, u bi flussi kummerċjali bejniethom li jisbqu sewwa l-EUR 1 biljun kull jum;

B.  billi fl-2015 l-investiment ġej miċ-Ċina lejn l-UE għall-ewwel darba qabeż l-investiment sejjer mill-UE lejn iċ-Ċina; billi s-suq Ċiniż ilu għal xi żmien il-mutur ewlieni tal-profitti għal għadd ta' industriji u marki Ewropej;

C.  billi, meta ċ-Ċina ssieħbet fid-WTO, arranġament għal din l-adeżjoni ppreveda metodoloġija speċifika għall-kalkolu tad-dumping, li ddaħħlet fit-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina u li sservi ta' bażi għat-trattament differenti li jingħata lill-importazzjonijiet miċ-Ċina;

D.  billi kwalunkwe deċiżjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-importazzjonijiet miċ-Ċina wara Diċembru 2016 għandha tiżgura l-konformità tad-dritt tal-UE mar-regoli tad-WTO;

E.  billi d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li jibqgħu fis-seħħ wara l-2016 jipprovdu bażi għall-applikazzjoni ta' metodoloġija mhux standard għall-importazzjonijiet miċ-Ċina wara l-2016;

F.  billi, fid-dawl tal-livell kurrenti ta' influwenza tal-istat fuq l-ekonomija Ċiniża, id-deċiżjonijiet tad-ditti dwar il-prezzijiet, il-kostijiet, l-outputs u l-inputs ma jirrispondux għas-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda;

G.  billi, fil-Protokoll ta' Adeżjoni tagħha, iċ-Ċina ntrabtet li, inter alia, tippermetti li l-prezzijiet kollha tagħha jiġu ddeterminati mill-forzi tas-suq, u billi l-UE jeħtiġilha tiżgura li ċ-Ċina tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tagħha fi ħdan id-WTO;

H.  billi s-sovrakapaċità taċ-Ċina diġà qed ikollha konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali qawwija fl-UE, kif wera dan l-aħħar l-impatt negattiv fuq is-settur tal-azzar tal-UE, b'mod partikolari fir-Renju Unit, u billi l-impatt soċjali fuq l-impjiegi fl-UE tal-għoti liċ-Ċina ta' status ta' ekonomija tas-suq (MES) jaf ikun sostanzjali;

I.  billi 56 mit-73 miżura ta' antidumping li huma fis-seħħ illum fl-UE japplikaw għall-importazzjonijiet miċ-Ċina;

J.  billi l-konsultazzjoni pubblika konkluża reċentement dwar il-possibbiltà li ċ-Ċina tingħata l-istatus ta' ekonomija tas-suq tista' tipprovdi informazzjoni addizzjonali li taf tkun utli biex tiġi indirizzata l-kwistjoni;

K.  billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu "Industrija Ewropea Aktar b'Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku" (COM(2012)0582) tistabbilixxi l-objettiv li, sal-2020, is-sehem tal-industrija fil-PDG tal-UE jiżdied għal 20 %,

1.  Itenni l-importanza tas-sħubija strateġika tal-UE maċ-Ċina, f'liema sħubija l-kummerċ ħieles u ġust u l-investiment għandhom rwol importanti;

2.  Jenfasizza li ċ-Ċina mhijiex ekonomija tas-suq, u li l-ħames kriterji stabbiliti mill-UE għad-definizzjoni ta' ekonomiji tas-suq għadhom ma ġewx issodisfati;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoordina mas-sħab kummerċjali l-kbar tal-UE, inkluż fil-kuntest tas-Summits tal-G7 u tal-G20 li dalwaqt isiru, dwar l-aħjar mod kif jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li jibqgħu fis-seħħ wara l-2016 jingħataw tifsira ġuridika sħiħa fil-proċeduri nazzjonali tagħhom, u li nopponu kull konċessjoni unilaterali ta' MES liċ-Ċina;

4.  Jenfasizza li, fis-Summit li ġej bejn l-UE u ċ-Ċina, il-kwistjonijiet relatati mal-MES għandhom jiġu diskussi;

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tqis kif jixraq it-tħassib espress mill-industrija, mit-trejdjunjins u minn partijiet interessati oħra tal-UE, dwar il-konsegwenzi għall-impjiegi tal-UE u għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fis-setturi kollha tal-manifattura milquta u għall-industrija tal-UE kollha kemm hi, u li tiżgura, f'dan il-kuntest, li l-impjiegi fl-UE jkunu difiżi;

6.  Huwa konvint li, sakemm iċ-Ċina ma tissodisfax il-ħames kriterji tal-UE meħtieġa biex tikkwalifika bħala ekonomija tas-suq, l-UE għandha tuża metodoloġija mhux standard f'investigazzjonijiet antidumping u antisussidji fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi fid-determinazzjoni tal-komparabbiltà tal-prezzijiet, bi qbil ma' u b'effett sħiħ ta' dawk il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina li jipprovdu spazju għall-applikazzjoni ta' metodoloġija mhux standard; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel proposta konformi ma' dan il-prinċipju;

7.  B'mod parallel, jisħaq fuq il-ħtieġa imminenti li ssir riforma ġenerali tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea għad-difiża tal-kummerċ, bil-għan li l-industrija tal-UE jkollha garanzija ta' kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni maċ-Ċina u ma' sħab kummerċjali oħra, fir-rispett sħiħ tar-regoli tad-WTO; jitlob li l-Kunsill iħabrek bil-ħeffa għal qbil mal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


Segwitu u sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli
PDF 273kWORD 88k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 (2016/2696(RSP))
P8_TA(2016)0224B8-0583/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dokument "Nittrasformaw id-Dinja Tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli" adottat min-Nazzjonijiet Uniti fis-Summit dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, fi New York,

–  wara li kkunsidra t-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015 f'Addis Ababa,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp Interaġenzjali ta' Esperti dwar l-Indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (IAEG-SDG), li ġie ppubblikat fis-17 ta' Diċembru 2015, u li ġie adottat fis-47 sessjoni tal-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU f'Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra li t-Taqsima ta' Livell Għoli tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC) se ssir bejn it-18 u t-22 ta' Lulju 2016 bit-tema "L-Implimentazzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp ta' wara l-2015: mill-impenji nimxu għar-riżultati",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp(1),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma mill-ġdid li l-UE "għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha",

–  wara li kkunsidra l-iżvilupp kontinwu tal-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà, li se tkun ta' gwida għall-azzjonijiet globali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar ir-rwol tal-UE fin-NU – kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 – "L-Approċċ il-Ġdid lil hinn mill-2020",

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Akkra u d-dikjarazzjoni u l-pjan ta' azzjoni adottati fil-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar f'Busan f'Diċembru 2011,

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u r-reviżjoni tiegħu li jmiss,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-TFUE, li jesiġi li l-prinċipju tal-politiki għall-iżvilupp jitqies fil-politiki esterni kollha tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-eżiti tas-Summit Umanitarju Dinji li se jsir f'Istanbul, it-Turkija fit-23 u l-24 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra l-ittra tad-29 ta' Marzu 2016 li ntbagħtet mill-Kumitat għall-Iżvilupp lill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali dwar il-kwistjoni tas-segwitu u r-rieżami tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tappella sabiex l-għanijiet u l-miri jingħataw segwitu u jiġu rieżaminati permezz ta' sett ta' indikaturi globali; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU ingħata mandat biex ifassal rapport ta' progress annwali dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli sabiex ikun ta' għajnuna għas-segwitu u r-rieżami min-naħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; billi r-rapport ta' progress dwar l-SDGs għandu jkun ibbażat fuq data fornuta mis-sistemi tal-istatistika nazzjonali u informazzjoni miġbura f'livelli differenti;

B.  billi l-Kummissjoni tal-Istatistika, fis-46 sessjoni tagħha (3-6 ta' Marzu 2015), approvat il-pjan direzzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' indikaturi globali;

C.  billi l-Grupp Interaġenzjali ta' Esperti dwar l-Indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ġie inkarigat biex jiżviluppa kompletament proposta għall-qafas ta' indikaturi dwar il-monitoraġġ tal-għanijiet u tal-miri tal-Aġenda għall-Iżvilupp ta' wara l-2015, ippropona indikaturi għar-rieżami tal-Aġenda 2030, li ġew maqbula fis-47 sessjoni tal-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU f'Marzu 2016;

D.  billi s-sett propost ta' 230 indikatur tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jirrappreżenta punt ta' tluq tajjeb u qafas b'saħħtu għas-segwitu u r-rieżami tal-progress lejn il-kisba tas-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli;

E.  billi bosta mill-indikaturi għadhom ma ġewx finalizzati, filwaqt li fl-istess ħin l-istati membri firmatarji se jkollhom jiżviluppaw l-indikaturi nazzjonali tagħhom skont l-indikaturi globali, adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom;

F.  billi l-qafas globali ta' indikaturi għandu jiġi maqbul mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC) f'Lulju 2016 u mill-Assemblea Ġenerali f'Settembru 2016;

G.  billi l-Kunsill Affarijiet Barranin fil-komponent tiegħu dwar l-iżvilupp se jiltaqa' fit-12 ta' Mejju 2016 u għandu jħejji pożizzjoni tal-UE għal-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li se ssir f'Lulju 2016 u jiddetermina f'liema kuntest se ssir id-diskussjoni tematika dwar il-kummerċ u l-iżvilupp, billi jiffoka fuq il-kontribut tal-UE fis-settur privat fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030;

H.  billi l-ippjanar strateġiku, l-implimentazzjoni u r-rapportar tas-sistema kollha huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti u integrat għall-implimentazzjoni tal-Aġenda l-ġdida mis-sistema tal-iżvilupp tan-NU;

I.  billi l-qafas universali l-ġdid għall-iżvilupp sostenibbli jappella għal aktar koerenza bejn l-oqsma differenti tal-politika u tal-atturi tal-UE, li jeħtieġ aktar koordinazzjoni, djalogu u ħidma konġunta fil-livelli kollha fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll bejniethom, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tat-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli (dak ambjentali, ekonomiku u soċjali) fil-politiki interni u esterni tal-UE;

J.  billi l-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f'Lulju 2016 se tinkludi rieżamijiet volontarji ta' 22 pajjiż inkluż erba' pajjiżi Ewropej – l-Estonja, il-Finlandja, Franza u l-Ġermanja – u rieżamijiet tematiċi tal-progress tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluż kwistjonijiet trasversali, appoġġati mir-rieżamijiet mill-kummissjonijiet funzjonali tal-ECOSOC u korpi intergovernattivi u fora oħra;

1.  Jistieden lill-Kunsill Affarijiet Barrinin fil-komponent tiegħu dwar l-iżvilupp jadotta, qabel il-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f'Lulju 2016, pożizzjoni koerenti u komuni tal-UE, li tqis il-pożizzjoni tal-Parlament, kif espressa f'din ir-riżoluzzjoni; jemmen li huwa kruċjali għall-kredibbiltà tal-UE kif ukoll għall-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha li tiġi ppreżentata pożizzjoni komuni; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx komunikazzjoni dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 qabel il-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, kif mitlub mill-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li għandha sservi bħala bażi għal pożizzjoni komuni tal-UE;

2.  Jilqa' r-rapport tal-Grupp Interaġenzjali ta' Esperti dwar l-indikaturi tal-SDGs; jemmen li dan jirrappreżenta kisba eċċezzjonali u huwa bażi tajba għan-negozjati peress li l-indikaturi proposti jiġbdu l-attenzjoni għas-serje ħafna aktar varjat ta' tħassib strutturali;

3.  Jilqa' l-kapitolu separat dwar id-diżaggregazzjoni tad-data u l-importanza mogħtija lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali tal-istatistika;

4.  Jirrikonoxxi r-rwol kritiku tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-SDGs; jenfasizza li dan il-korp jeħtieġ li jiżgura l-valutazzjoni koordinata u effiċjenti tal-ħtiġijiet u l-adozzjoni tal-pjanijiet direzzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Aġenda 2030;

5.  Jenfasizza li l-Aġenda 2030 u l-SDGs jirrappreżentaw impenn internazzjonali mġedded biex jinqered il-faqar, jiġu definiti mill-ġdid u modernizzati l-istrateġiji tagħna għall-iżvilupp għall-15-il sena li ġejjin u biex jiġi żgurat li aħna niksbu riżultati;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal Strateġija globali għall-Iżvilupp Sostenibbli li tkun tinkludi l-oqsma tal-politiki interni u esterni kollha rilevanti, bi skeda ta' żmien dettaljata sal-2030, b'rieżami ta' nofs it-terminu u proċedura speċifika li tiżgura l-involviment sħiħ tal-Parlament, inkluż pjan ta' implimentazzjoni konkret li jikkoordina l-kisba tas-17-il għan, 169 mira u 230 indikatur globali, u tiżgura konsistenza ma', u t-twettiq, tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza l-importanza tal-universalità tal-għanijiet, u tal-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-għanijiet u l-miri kollha b'mod sħiħ, fil-prattika u fl-ispirtu;

7.  Jinsisti li l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-politiki ta' implimentazzjoni assoċjati għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha, inkluż il-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili, permezz ta' proċess inklużiv;

8.  Jappella għal komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030, b'informazzjoni ċara dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni tal-Aġenda fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri; jissottolinja l-fatt li kull Direttorat Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jkun involut kompletament fl-integrazzjoni tal-Aġenda 2030 fir-rieżami li jmiss tal-istrateġija Ewropa 2020 u tal-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà, sabiex tiġi żgurata koerenza politika b'saħħitha għall-iżvilupp sostenibbli;

9.  Jenfasizza li r-rieżami tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp jeħtieġ li jirrifletti bi sħiħ l-Aġenda 2030 il-ġdida, li tinkludi bidla fundamentali u trasformazzjoni kompleta tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp; ifakkar li pprogrammar adegwat u immirat tal-għajnuna fi ħdan il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'rispett dovut għall-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna, huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri assoċjati;

10.  Jenfasizza li l-UE jeħtieġ li tieħu vantaġġ sħiħ tar-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta' finanzjament u l-linji baġitarji jirriflettu l-impenji kollha tal-Aġenda 2030 maqbula mill-UE; jappella biex l-UE u l-Istati Membri jerġgħu jimpenjaw ruħhom mingħajr dewmien għall-mira ta' 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) sabiex tinkiseb il-mira ta' 0,7 %;

11.  Jappella għal djalogu regolari bejn il-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Kummissjoni dwar il-progress li sar, li jkun jinkludi rapportar regolari lill-Parlament, b'konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tar-responsabbiltà reċiproka; jinsisti dwar il-ħtieġa għal djalogu msaħħaħ bejn il-Kummissjoni u l-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, b'mod partikolari fir-rigward tal-politika dwar l-iżvilupp u tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex, b'konsultazzjoni mill-qrib ma' sħab oħra, jippreżentaw proposti konkreti dwar kif il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tiġi integrata b'mod aktar effikaċi fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u jappella biex dan l-approċċ il-ġdid jiġi integrat fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effikaċi u jingħeleb l-approċċ "tad-dipartimentaliżmu";

13.  Jenfasizza l-importanza li jiġi integrat il-kunċett tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' sħab oħra, jippreżentaw proposti konkreti dwar kif il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tiġi integrata b'mod aktar effikaċi fl-approċċ tal-UE għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u jappella biex dan l-approċċ il-ġdid jiġi integrat fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi effikaċi ta' monitoraġġ, rieżami u responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, u tirrapporta lura lill-Parlament fuq bażi regolari; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiżdied l-iskrutinju demokratiku mill-Parlament, possibbilment permezz ta' ftehim interistituzzjonali vinkolanti, skont l-Artikolu 295 tat-TFUE;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji speċjalizzati, lill-fondi u lill-programmi tan-NU jistabbilixxu djalogu ta' livell għoli dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs, bl-għan li jikkoordinaw il-politiki, il-programmi u l-operazzjonijiet tal-UE u tan-NU u ta' donaturi oħra; jissottolinja l-importanza ta' data diżaggregata u aċċessibbli għall-monitoraġġ tal-progress u għall-evalwazzjoni tar-riżultati;

16.  Jistieden lill-aġenziji u lill-korpi tan-NU jsaħħu l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fi ħdan l-istrutturi ta' ħidma tan-NU, sabiex ikun hemm integrazzjoni effikaċi tad-dimensjonijiet kollha tal-iżvilupp sostenibbli;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0196.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0059.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0403.


L-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal ċerti prodotti tal-ikel
PDF 358kWORD 101k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal ċerti prodotti tal-ikel (2016/2583(RSP))
P8_TA(2016)0225B8-0545/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004(1) (ir-"Regolament dwar l-Għoti ta' Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi"), u b'mod partikolari l-Artikoli 26(5) u (7) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-20 ta' Mejju 2015 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ħalib, tal-ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib u ta' tipi ta' laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur (COM(2015)0205), u dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għall-ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrapreżentaw iktar minn 50 % ta' prodott tal-ikel (COM(2015)0204),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż ta' provenjenza tal-laħam li jintuża bħala ingredjent (COM(2013)0755), u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar it-tikkettar tal-oriġini għal-laħam li jintuża bħala ingredjent: l-attitudni tal-konsumaturi, il-fattibilità ta' xenarji possibbli u l-impatti (SWD(2013)0437),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015 dwar it-tikkettar tal-pajjiż ta' oriġini għal-laħam fl-ikel ipproċessat(2) u t-tweġiba formali tal-Kummissjoni adottata fis-6 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014(4) dwar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 imsemmi hawn fuq,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha(5),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-indikazzjoni mandatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew post ta' provenjenza għal ċertu ikel (O-000031/2016 – B8-0363/2016),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 26(5) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi jesiġi li l-Kummissjoni tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sat-13 ta' Diċembru 2014 dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal tipi ta' laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur, għall-ħalib, il-ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib, għall-ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrapreżentaw iktar minn 50 % ta' tip ta' ikel;

B.  billi l-Artikolu 26(8) tar-Regolament dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jirrikjedi li, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu;

C.  billi r-regoli dwar it-tikkettar tal-oriġini diġà qegħdin fis-seħħ u jaħdmu b'mod effikaċi għal ħafna prodotti oħra tal-ikel inklużi l-laħam mhux ipproċessat, il-bajd, il-frott u l-ħxejjex, il-ħut, l-għasel, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni, iż-żejt taż-żebbuġa verġni, l-inbid u l-ispirti;

D.  billi l-Artikolu 26(7) tar-Regolament dwar l-Għoti ta' Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi jipprevedi li r-rapporti għandhom, fost l-oħrajn, iqisu l-bżonn li l-konsumatur jiġi infurmat, il-fattibilità tal-għoti tal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza u analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta' tali miżuri; billi jiddisponi ulterjorment li r-rapporti jistgħu jiġu akkumpanjati minn proposti għall-modifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

E.  billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament dwar l-Għoti ta' Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi jenfasizza li l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għandha tkun obbligatorja fejn in-nuqqas ta' indikazzjoni jista' jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew tal-post veru ta' provenjenza tal-ikel, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li takkumpanja l-ikel jew it-tikketta inġenerali timplika li l-ikel għandu pajjiż ta' oriġini jew post ta' provenjenza differenti;

F.  Billi fl-20 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport tagħha dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini għall-ħalib, il-ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib u ta' tipi ta' laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur ("ir-rapport dwar il-ħalib u laħam ieħor") u r-rapport tagħha dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini għall-ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrapreżentaw iktar minn 50 % ta' tip ta' ikel;

G.  billi, skont ir-rapport tal-Kummissjoni COM(2013)0755, aktar ma l-istadji tal-qtugħ u l-ipproċessar ikunu kumplessi fis-suq tal-laħam u aktar ma l-livell tal-ipproċessar ikun avvanzat, aktar tkun kumplessa t-traċċabilità għall-finijiet tat-tikkettar tal-oriġini;

H.  billi l-katina tal-provvista alimentari hija ħafna drabi twila u kumplessa u tinvolvi ħafna operaturi ta' negozji tal-ikel u partijiet oħra; billi l-konsumaturi qed ikunu dejjem inqas konxji dwar il-mod kif qed jiġi prodott l-ikel tagħhom u l-operaturi individwali ta' negozji tal-ikel mhux dejjem ikollhom stampa ġenerali tal-katina tal-produzzjoni sħiħa;

I.  billi r-rieda ġenerali tal-konsumaturi li jħallsu (willingness to pay, WTP) għal informazzjoni dwar l-oriġini tidher li hija modesta iżda l-istħarriġiet mal-konsumaturi(6) dwar kemm dawn huma lesti li jħallsu jindikaw li b'mod ġenerali huma lesti li jħallsu aktar għal informazzjoni dwar l-oriġini;

J.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015, il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti segwitu għar-rapport tagħha tas-17 ta' Diċembru 2013 bi proposti leġiżlattivi li jagħmlu obbligatorja l-indikazzjoni ta' oriġini tal-laħam fl-ikel ipproċessat, sabiex tiżgura li jkun hemm trasparenza akbar fil-katina alimentari kollha u sabiex il-konsumaturi Ewropej ikunu infurmati aħjar, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha u tevita li jkun hemm spejjeż u piżijiet amministrattivi eċċessivi; billi l-Kummissjoni għad trid tifformola proposti leġiżlattivi ta' segwitu;

K.  billi speċifikazzjonijiet stretti jeżistu biss għal skemi volontarji ta' kwalità, bħad-denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP), l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), jew l-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG), filwaqt li l-kriterji użati fi skemi ta' tikkettar volontarju għal oġġetti tal-ikel koperti bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli;

Il-ħalib għax-xorb u l-ħalib użat bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib

1.  Jirrimarka li l-Premessa 32 tar-Regolament dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi tgħid li l-ħalib huwa wieħed mill-prodotti li l-indikazzjoni tal-oriġini tagħhom hija kkunsidrata ta' interess partikolari;

2.  Jenfasizza li, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2013, 84% taċ-ċittadini tal-UE jqisu li hemm bżonn li tingħata indikazzjoni tal-oriġini tal-ħalib, kemm jekk jinbiegħ bħala tali jew inkella bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; jinnota li dan huwa wieħed minn għadd ta' fatturi li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba tal-konsumatur;

3.  Jirrimarka li l-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini tal-ħalib, mibjugħ bħala tali u jew użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib, hija miżura utli biex titħares il-kwalità tal-prodotti tal-ħalib, u jiġu protetti l-impjiegi f'settur li għaddej minn kriżi gravi;

4.  Jinnota li skont l-istħarriġ li jakkumpanja r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-ħalib u laħam ieħor, l-ispejjez tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għall-ħalib u l-ħalib użat bħala ingredjent jiżdiedu aktar ma tiżdied il-kumplessità tal-proċess ta' produzzjoni; jinnota li l-istess stħarriġ jissuġġerixxi li n-negozji f'ċerti Stati Membri kienu eżaġeraw l-impatt tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini fuq il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom, billi l-istħarriġ ma seta' jsib l-ebda spjegazzjoni ċara għall-istimi għoljin tal-ispejjeż mogħtija minn dawn in-negozji, iżda qal li dan jista' jkun sinjal ta' oppożizzjoni b'saħħitha għat-tikkettar innifsu;

5.  Jappella għall-istabbiliment ta' Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni biex jevalwa ulterjorment ir-rapport tal-Kummissjoni, ippubblikat fl-20 ta' Mejju 2015, sabiex jiġi determinat liema spejjeż jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli jekk proposti ulterjuri dwar it-tikkettar obbligatorju tal-pajjiż ta' oriġini jkunu limitati għal prodotti tal-ħalib u prodotti tal-ħalib mhux ipproċessati ħafna;

6.  Japprezza l-analiżi tal-istħarriġ tal-kosti u l-benefiċċji tal-introduzzjoni tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għall-ħalib u għall-ħalib użat bħala ingredjent, iżda jqis li l-Kummissjoni, fil-konklużjonijiet tagħha, ma tqisx biżżejjed l-aspetti pożittivi tat-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għal dawn il-prodotti, bħal, pereżempju, aktar informazzjoni lill-konsumaturi; jinnota li l-konsumaturi jistgħu jħossuhom imqarrqa meta l-informazzjoni dwar it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini ma tkunx disponibbli u jintużaw tikketti oħra tal-ikel, bħall-bnadar nazzjonali;

7.  Jenfasizza l-importanza tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-katina tal-ipproċessar;

8.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tqis u tanalizza l-impatt ekonomiku tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini fuq l-SMEs fis-setturi agrikoli u tal-ikel ikkonċernati;

9.  Iqis li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħalib u tal-ħalib użat bħala ingredjent possibilment tagħmel stima għolja wisq tal-kosti tat-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għan-negozji, billi tqis il-prodotti kollha ġejjin mill-ħalib flimkien;

10.  Jinnota li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-kosti tat-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għall-ħalib ikunu modesti;

Tipi oħra ta' laħam

11.  Jenfasizza li, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2013, 88 % taċ-ċittadini tal-UE jqisu li hemm bżonn li tiġi indikata l-oriġini tal-laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur;

12.  Jinnota li l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel wera l-ħtieġa ta' trasparenza akbar fil-katina ta' provvista tal-laħam taż-żiemel;

13.  Jinnota li r-rapport tal-Kummissjoni sab li l-ispejjeż operattivi tat-tikkettar obbligatorju tal-pajjiż ta' oriġini għal-laħmijiet taħt il-mandat tagħha jkunu relattivament żgħar;

Laħam ipproċessat

14.  Jenfasizza li r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal-laħam użat bħala ingredjent jirrikonoxxi li aktar minn 90 % tal-konsumaturi li wieġbu għall-istħarriġ iqisu li huwa importanti li l-oriġini tal-laħam ikun muri fuq il-prodotti tal-ikel ipproċessati;

15.  Iqis li l-konsumaturi, bħal ħafna professjonisti, huma favur it-tikkettar obbligatorju tal-laħam fi prodotti pproċessati, u li tali miżura tippermetti li tinżamm il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti tal-ikel permezz tal-introduzzjoni ta' trasparenza akbar fil-katina tal-provvista;

16.  Jenfasizza li huwa fl-interess tal-konsumaturi Ewropej li jkollhom tikkettar obbligatorju tal-oriġini fuq il-prodotti kollha tal-ikel;

17.  Jirrimarka li t-tikkettar fih innifsu ma jipprovdix salvagwardja kontra l-frodi, u jenfasizza l-ħtieġa ta' sistema ta' kontroll kosteffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi;

18.  Ifakkar li l-iskemi ta' tikkettar volontarju, meta adegwatament implimentati f'diversi Stati Membri, kellhom suċċess kemm fir-rigward tal-informazzjoni għall-konsumatur kif ukoll għall-produtturi;

19.  Huwa tal-fehma li n-nuqqas li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 ifisser li l-Artikolu ma jistax jiġi infurzat sew;

20.  Jinnota li denominazzjonijiet ta' oriġini protetta diġà jeżistu għal ħafna prodotti pproċessati tal-laħam u tal-ħalib (eż. il-perżut u l-ġobon), u li skont dawn id-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-laħam użat hija ddikjarata fil-kriterji tal-produzzjoni u li fir-rigward tagħhom tapplika traċċabilità akbar; għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' prodotti b'"denominazzjoni ta' oriġini protetta" (DOP) jew b'"indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" (IĠP), jew "speċjalità tradizzjonali garantita" (STG) skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012(7) biex b'hekk tiggarantixxi li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal prodotti ta' kwalità għolja bi provenjenza sikura;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe regolament attwali tal-UE dwar it-tikkettar tal-pajjiż ta' oriġini ma jiddgħajjifx f'xi negozjati kummerċjali li jkunu għaddejjin bħat-TTIP, u li d-dritt li jiġu proposti regolamenti addizzjonali dwar it-tikkettar tal-pajjiż ta' oriġini fil-futur għal prodotti oħra tal-ikel ma jkunx imfixkel;

Konklużjonijiet

22.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal kull tip ta' ħalib għax-xorb, prodotti tal-ħalib u prodotti tal-laħam u tikkunsidra li testendi l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza għal ikel ieħor li fih ingredjent uniku jew għal dawk b'ingredjent ewlieni wieħed, billi tagħmel proposti leġiżlattivi f'dawn l-oqsma;

23.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi li jagħmlu l-indikazzjoni tal-oriġini tal-laħam f'ikel ipproċessat obbligatorja sabiex tiżgura trasparenza akbar tul il-katina alimentari kollha u biex il-konsumaturi Ewropej ikunu infurmati aħjar wara l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel u każijiet oħra ta' frodi alimentari; jirrimarka, barra minn hekk, li r-rekwiżiti ta' tikkettar obbligatorju għandhom iqisu l-prinċipju ta' proporzjonalità u l-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u għall-awtoritajiet tal-infurzar;

24.  Iqis li l-għan tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini tal-ikel huwa li terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal dan l-għan filwaqt li tqis it-trasparenza tal-informazzjoni u l-leġibilità tagħha għall-konsumaturi, il-vijabilità ekonomika tan-negozji Ewropej u l-kapaċità tal-akkwist tal-konsumaturi;

25.  Jenfasizza l-importanza ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u jimplora lill-Kummissjoni tqis dan il-fatt meta jiġu diskussi regoli dwar it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa skemi ta' tikkettar dwar il-benessri tal-annimali, waqt it-trobbija, it-trasport u l-qtil;

27.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ħaditx azzjoni biex tinkludi l-bajd u l-prodotti tal-bajd fil-lista ta' ikel li għalih l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza hija obbligatorja, minkejja li prodotti rħas tal-bajd magħmula minn bajd likwidu jew imnixxef li jintużaw primarjament f'ikel ipproċessat qed jiġu importati fis-suq tal-UE minn pajjiżi terzi u qed jevitaw b'mod ċar il-projbizzjoni tal-UE fuq it-trobbija fil-gaġeġ; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li f'dan il-kuntest it-tikkettar obbligatorju ta' prodotti tal-bajd u ikel li jkun fih il-bajd li jindika l-oriġini u l-metodu tat-trobbija jippermetti trasparenza u protezzjoni aħjar, u jistieden lill-Kummissjoni tissottometti analiżi tas-suq u, jekk ikun meħtieġ, tfassal proposti leġiżlattivi xierqa;

28.  Jemmen li t-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għall-ħalib għax-xorb u prodotti tal-ħalib mhux ipproċessati ħafna (bħall-ġobon u l-krema) u prodotti tal-laħam mhux ipproċessati ħafna (bħall-bacon u z-zalzett) ikollu spejjeż assoċjati ferm imnaqqsa, u li dan għandu jiġi esplorat bħala prijorità;

29.  Iqis li t-tikkettar tal-oriġini fih innifsu ma jevitax il-frodi; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li għandha tiġi adottata azzjoni aktar riżoluta biex jiżdied il-monitoraġġ, jittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti u jiġu imposti penali aktar ħorox;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni meħtieġa fil-ġlieda kontra l-frodi b'rabta mar-regoli għat-tikkettar volontarju tal-oriġini għal oġġetti tal-ikel;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-iskemi tal-kwalità eżistenti għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, koperti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u jitlob li jiżdiedu l-kampanji ta' promozzjoni Ewropej dwar dawk il-prodotti;

32.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tissodisfa l-obbligu legali tagħha li, sat-13 ta' Diċembru 2013, tadotta l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-infurzar xieraq tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jimponu l-penali rilevanti;

o
o   o

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0034.
(3) ĠU L 335, 14.12.2013, p. 19.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0096.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0011.
(6) http://ec.europa.eu/food/safety/docs/labelling_legislation_final_report_ew_02_15_284_en.pdf, p. 50.
(7) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Ftehim Qafas dwar il-leave tal-ġenituri
PDF 385kWORD 122k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (2015/2097(INI))
P8_TA(2016)0226A8-0076/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(3) u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 10, 153(1)(i) u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 9, 23, 24 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussell fit-23 u fl-24 ta' Marzu 2006 (777751/1/06 REV 1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja" (COM(2008)0635),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-Investiment fit-Tfal: Niksru ċ-Ċiklu tal-Iżvantaġġ" (C(2013)0778),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-leave tal-maternità(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(4),

–  wara li kkunsidra l-istudju mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Mejju 2015 bit-titolu "Gender equality in employment and occupation – Directive 2006/54/EC, European Implementation Assessment" (L-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjieg u fix-xogħol - id-Direttiva 2006/54/KE, Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea),

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Maternity, Paternity and Parental Leave: Data Related to Duration and Compensation Rates in the European Union" (Il-leave tal-Maternità, tal-Paternità u tal-Ġenituri: Data Relatata mat-Tul ta' Żmien u r-Rati ta' Kumpens fl-Unjoni Ewropea),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol bit-titolu "Promoting parental and paternity leave among fathers" (Il-promozzjoni tal-leave tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound bit-titolu "Maternity leave provisions in the EU Member States: Duration and allowances" (Dispożizzjonijiet tal-leave tal-maternità fl-Istati Membri tal-UE: Tul ta' żmien u allowances) (Eurofound, 2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2015 bit-titolu "Promoting uptake of parental and paternity leave among fathers in the European Union" (Il-promozzjoni tat-teħid tal-leave tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet fl-Unjoni Ewropea),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni ta' Frar 2015 bit-titolu "The Implementation of Parental Leave Directive 2010/18 in 33 European Countries" (L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/18 dwar il-leave tal-ġenituri fi 33 pajjiż Ewropew),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0076/2016),

A.  billi ftit hemm ċans li sal-2020 tintlaħaq il-mira tar-rata ta' impjiegi ta' 75 % għan-nisa stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020 (bħalissa r-rata hija ta' 63,5 %); billi, barra minn hekk, hemm bżonn ta' politiki proattivi maħsuba biex jgħinu lin-nisa jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u biex jissalvagwardjaw u jappoġġaw ir-ritorn tagħhom bħala ommijiet fis-suq tax-xogħol bl-objettiv li jiksbu xogħol stabbli u deċenti, bl-istess kundizzjonijiet bħall-irġiel, speċjalment politiki li jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri kollha;

B.  billi x-xogħol imwettaq mill-ġenituri fil-familja u fit-trobbija tat-tfal jirrappreżenta kontribut għall-ekonomija li jista' jitkejjel, li huwa wkoll ta' importanza kbira fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;

C.  billi d-Direttiva 96/34/KE tirrikonoxxi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u l-ħajja privata bħala suġġett separat, filwaqt li d-Direttiva 2010/18/UE tistipula li l-impjegati kollha għandhom dritt għal erba' xhur leave tal-ġenituri mhux imħallas, u li xahar minnhom irid jingħata fuq bażi mhux trasferibbli; billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjieg issa huwa stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-ugwaljanza fil-karrieri għall-irġiel u għan-nisa, anke permezz tal-istrument tal-leave tal-ġenituri, tgħin biex tintlaħaq il-mira tar-rata ta' impjiegi ta' 75 % stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020, u biex tissolva l-problema li n-nisa li qed jiffaċċjaw il-faqar huma ħafna aktar vulnerabbli, imma tirrappreżenta wkoll kontribut għall-ekonomija li jista' jitkejjel, li huwa wkoll ta' importanza kbira fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;

D.  billi d-data disponibbli tikkonferma li l-leave tal-familja mhux imħallas jew imħallas b'mod mhux adegwat jirriżulta f'rati baxxi ta' parteċipazzjoni, u li l-missirijiet ftit jużaw id-drittijiet tagħhom għal-leave tal-ġenituri; billi leave tal-ġenituri totalment jew parzjalment mhux trasferibbli u mħallas sew jintuża b'mod aktar bilanċjat bejn iż-żewġ ġenituri, u jgħin biex titnaqqas id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fis-suq tax-xogħol;

E.  billi mudell imħallat magħmul kemm mil-leave tal-maternità u l-leave tal-paternità kif ukoll mil-leave komuni, jiġifieri leave tal-ġenituri, jippermetti liż-żewġ ġenituri jiddeċiedu flimkien kif jistgħu jimmaniġġjaw l-intitolamenti tal-leave tagħhom, fl-aħjar interess tat-tfal tagħhom u b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifitajiet tax-xogħol tagħhom;

F.  billi l-leave tal-ġenituri għandu benefiċċji fit-tul għall-iżvilupp tat-tfal; billi, fi ħdan il-qafas tal-politiki pubbliċi fis-seħħ dwar din il-kwistjoni, ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-missirijiet fil-leave tal-ġenituri fl-Istati Membri tal-UE qed tiżdied iżda għadha baxxa, b'10 % biss tal-missirijiet li jieħdu mill-inqas jum wieħed ta' leave; billi, b'kuntrast ma' dan, 97 % tan-nisa jużaw il-leave tal-ġenituri li huwa disponibbli għaż-żewġ ġenituri;

G.  billi studji tal-Eurofound urew aspetti li jinfluwenzaw ir-rata ta' użu mill-missirijiet tal-leave tal-ġenituri, fosthom il-livell ta' kumpens, il-flessibilità tas-sistema tal-leave, id-disponibilità tal-informazzjoni, id-disponibilità u l-flessibilità tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u sa liema punt il-ħaddiema jibżgħu li jiġu iżolati mis-suq tax-xogħol meta jieħdu l-leave; billi bosta riċerkaturi(5) jissuġġerixxu, madankollu, li l-missirijiet li jieħdu l-leave tal-ġenituri jibnu relazzjoni aħjar ma' wliedhom u huma aktar probabbli li jkollhom rwol attiv f'kompiti futuri tal-indukrar tat-tfal; billi, għalhekk jeħtieġ li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati;

H.  billi l-UE kollha kemm hi qed tiffaċċja sfida demografika serja, peress li r-rati tat-twelid qegħdin jonqsu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u billi l-politiki tal-familja li huma ġusti għall-irġiel u n-nisa għandhom itejbu l-prospetti tan-nisa fis-suq tax-xogħol, itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jnaqqsu d-disparitajiet bejn is-sessi fir-rigward tal-paga, il-pensjonijiet u l-qligħ tul il-ħajja u jkollhom impatt pożittiv fuq il-proċessi demografiċi;

I.  billi, skont il-Eurostat, in-numru ta' persuni li ħadu leave tal-ġenituri fl-2010 kien 3 518 600, u minn dawn 94 800 biss kienu rġiel (2,7 %); billi, skont riċerka li saret mill-Eurofound (6), id-disparità bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni fl-impjieg twassal għal telf serju fl-ekonomiji Ewropej, li fl-2013 ammonta għal madwar EUR 370 biljun;

J.  billi l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tniedi miżuri speċifiċi biex trawwem tip ġdid ta' organizzazzjoni tax-xogħol, permezz ta' mudelli aktar flessibbli li permezz ta' strumenti ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja jippermettu lill-ġenituri jeżerċitaw effettivament id-dritt tagħhom li jkunu ġenituri; billi dawn il-miżuri jistgħu jgħinu biex tonqos id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u jgħinuhom jidħlu, jibqgħu u jirritornaw fis-suq tax-xogħol mingħajr l-ebda pressjoni ekonomika u soċjali;

K.  billi, minbarra li jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-aċċess tan-nisa għall-impjieg, il-leave tal-ġenituri għandu jippermetti lill-ġenituri jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom lejn uliedhom;

L.  billi huwa essenzjali li n-nisa jkollhom id-dritt li jirrikkonċiljaw ix-xogħol mad-drittijiet u d-dritt li jsiru ommijiet mingħajr ma jiġu ppenalizzati minħabba dan, peress li n-nisa għadhom dawk li jintlaqtu u jbatu l-aktar mid-diskriminazzjoni; billi eżempji ta' din id-diskriminazzjoni jinkludu pressjoni min-naħa tal-impjegaturi fuq nisa li jmorru għal intervisti għal impjieg li matulhom jintalbu jgħidu għandhomx tfal u l-etajiet ta' dawn it-tfal, bl-għan li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tan-nisa u jagħżlu ħaddiema mingħajr tfal li huma "aktar disponibbli", flimkien ma' pressjonijiet ekonomiċi u pressjonijiet marbuta max-xogħol dejjem jikbru fuq impjegati nisa biex ma jiħdux leave tal-maternità;

M.  billi waħda mill-kwistjonijiet li jirrestrinġu lin-nisa milli jidħlu fis-suq tax-xogħol u jibqgħu hemm, hija r-responsabilità tagħhom li jieħdu ħsieb tfal b'diżabilità li mhumiex awtosuffiċjenti u li għaldaqstant huma dipendenti u/jew jappartjenu għal kategoriji u gruppi żvantaġġati;

N.  billi fejn ma hemmx dispożizzjonijiet għal leave, jew fejn dawk eżistenti huma kkunsidrati bħala insuffiċjenti, is-sħab soċjali, permezz ta' ftehimiet kollettivi, jista' jkollhom rwol importanti fl-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet ġodda jew fl-aġġornament ta' dawk preżenti għal leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri;

O.  billi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa dritt fundamentali li għandu jkun inkorporat bis-sħiħ f'kull test tal-UE li jista' jkollu impatt fuq din il-kwistjoni; billi, b'mod aktar ġenerali, għandha tiġi enfasizzata l-importanza ta' ambjenti tax-xogħol li jiffavorixxu l-familja;

P.  billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE diġà jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tad-Direttiva dwar il-Leave tal-Ġenituri (2010/18/UE) u f'ħafna Stati Membri d-dispożizzjonijiet nazzjonali jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti;

Q.  billi l-Istati Membri għandhom jippromwovu, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, mudelli ta' assistenza soċjali fil-livell tal-intrapriżi li jirrikjedu r-rispett għad-dritt għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

R.  billi d-differenzi fit-teħid ta' leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri mill-irġiel u n-nisa juru diskriminazzjoni bejn is-sessi f'dak li jikkonċerna l-indukrar tat-tfal u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; billi, f'bosta Stati Membri, il-miżuri li ttieħdu biex iħeġġu lill-irġiel jieħdu sehem ugwali ta' responsabilitajiet familjari ma wasslux għal riżultati sodisfaċenti;

S.  billi leave tal-ġenituri adegwat, individwali u kkompensat huwa kruċjali biex il-koppji tal-istess sess li jrabbu t-tfal ikunu jistgħu jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

T.  billi n-nisa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata billi jieħdu l-leave tal-ġenituri jħabbtu wiċċhom ma' stigma meta jirritornaw fis-suq tax-xogħol, liema stigma twassal għal kundizzjonijiet ta' xogħol anqas favorevoli u kuntratti prekarji;

It-traspożizzjoni tad-Direttiva

1.  Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/18/UE jieħdu forom differenti fl-Istati Membri varji; jemmen, għalhekk, li t-traspożizzjoni għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tan-negozjar kollettiv bejn is-sħab soċjali;

2.  Jemmen li, peress mhux l-Istati Membri kollha segwew l-approċċ separat jew sekwenzjali tal-UE għal-leave tal-maternità u tal-ġenituri, il-klassifikazzjoni tat-tipi differenti ta' leave fil-livell tal-UE hija diffiċli;

3.  Ifakkar li r-regolamentazzjoni żejda min-naħa tal-Istati Membri tista' żżid il-kumplessità tar-regolamentazzjoni u fir-realtà tnaqqas il-konformità; jistieden lill-Istati Membri jevitaw li jżidu l-piż amministrattiv meta jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jipprovdu lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli b'tabelli ta' korrispondenza bejn id-dispożizzjonijiet tad-direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni; iqis li huwa kruċjali għall-Istati Membri li jiżguraw li r-riżorsi ta' spezzjoni neċessarji jkunu fis-seħħ biex jiġi vverifikat li hemm konformità mal-leġiżlazzjoni li tipproteġi d-drittijiet tal-ġenituri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri, sabiex tiżgura li ma jsirx abbuż mill-adattabilità li toffri; iqis il-prinċipju ta' kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bħala mezz utli biex jinkisbu dawn l-objettivi;

5.  Jiddispjaċih li jeżistu disparitajiet bejn il-miżuri ta' traspożizzjoni tad-Direttiva fil-qasam tal-applikazzjoni, u b'hekk jinħolqu sistemi li jibbenefikaw xi ftit jew wisq lill-ħaddiema skont, pereżempju, is-settur ta' impjieg tagħhom (fl-UE kollha is-settur pubbliku joffri aktar protezzjoni mis-settur privat u għalhekk għandu rwol ta' pijunier fil-qasam) u t-tul tal-kuntratt tagħhom; jirrakkomanda, għal dan l-għan, li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex id-Direttiva tkun tista' tiġi implimentata b'mod korrett u b'mod uniformi, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; jenfasizza li kulħadd, indipendentement mill-ġeneru, għandu jkun garantit id-dritt għal-leave tal-ġenituri mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament mis-settur tal-impjieg jew mit-tip ta' kuntratt li jkollhom il-missirijiet u l-ommijiet li jaħdmu;

6.  Jilqa' l-fatt li ċerti Stati Membri ttrasponew id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni minimu tagħha, u għalhekk ippermettew lill-ħaddiema indipendenti, l-apprendisti, il-koppji tal-istess sess u l-ġenituri ta' tfal adottati li jibbenefidaw minn dan kollu;

7.  Jemmen bis-sħiħ li l-għoti tas-servizzi soċjali huwa kompetenza tal-Istat Membru;

8.  Jitlob lill-Istati Membri jadottaw politiki soċjali orjentati lejn il-familja li jipprevedu l-applikazzjoni tal-benefiċċji kollha inklużi fid-Direttiva fil-każ ta' soġġorn imtawwal barra mill-pajjiż minn ġenituri li qed ifittxu li jtemmu proċedura ta' adozzjoni internazzjonali;

9.  Jinnota li, aktar minn deċennju wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva 96/34/KE mill-Istati Membri, l-iżbilanċ bejn is-sessi fit-teħid tal-leave tal-ġenituri għadu jippersisti; jinnota wkoll id-disparità kbira bejn l-Istati Membri rigward it-tul ta' żmien massimu, il-forma statutorja tal-leave tal-ġenituri u s-sistemi marbuta mal-ħlas matul il-perjodu tal-leave; jemmen li l-kwistjoni tal-ħlas matul il-leave hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-ġenituri bi dħul baxx u l-familji b'ġenitur wieħed jibbenefikaw fuq livell ugwali mal-ġenituri kollha l-oħra; jilqa' d-diversi miżuri meħuda biex iħeġġu lill-missirijiet jieħdu l-leave tal-ġenituri; jirrikonoxxi l-valur tal-UE bħala mezz biex l-Istati Membri jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-bżonn għall-azzjoni, u għall-iffaċilitar tal-iskambji ta' konsulenza u assistenza għal dawk l-Istati Membri li jkollhom bżonnha, partikolarment fil-qasam tad-drittijiet tal-assistenza soċjali; jemmen li l-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri li jħeġġu lill-missirijiet jieħdu iktar leave tal-ġenituri u li l-Istati Membri għandhom jippromwovu kondiviżjoni aktar effettiva tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

10.  Jinnota l-għażla ta' xi Stati Membri li jagħtu biss aċċess għad-drittijiet tal-assistenza soċjali għal perjodu iqsar mit-tul ta' żmien massimu tal-leave tal-ġenituri, u b'hekk jitnaqqas in-numru ta' ġenituri li jużaw fil-realtà dan it-tul ta' żmien massimu;

11.  Jitlob lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, biex jiggarantixxu li d-drittijiet tal-familja mogħtija permezz ta' politiki pubbliċi, inkluż il-leave tal-ġenituri, huma ugwali f'termini tad-drittijiet individwali u aċċessibbli bl-istess mod għaż-żewġ ġenituri, sabiex jinkoraġġuhom jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fl-aħjar interess ta' wliedhom; jenfasizza li dawn id-drittijiet għandhom jiġu individwalizzati kemm jista' jkun sabiex jgħinu jiksbu l-miri tar-rata ta' impjieg ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi; jemmen li għandha tingħata ċerta flessibilità lill-ġenituri fl-użu tal-leave tal-ġenituri, u li fl-ebda każ m'għandu jikkostitwixxi ostakolu għall-kisba tal-miri tar-rata ta' impjieg ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020; iqis li s-sistema adottata mis-sħab soċjali għandha tippromwovi s-soluzzjoni fejn parti sinifikanti tal-leave tibqa' mhux trasferibbli; jenfasizza li ż-żewġ ġenituri għandhom jiġu trattati bl-istess mod rigward id-drittijiet għall-introjtu u t-tul ta' żmien tal-leave tal-ġenituri;

12.  Jenfasizza li l-familji bi tfal u ġenituri li jieħdu pawża mill-karriera sabiex irabbuhom ikollhom iġarrbu mhux biss telf ta' introjtu, iżda wkoll nefqa akbar u stima baxxa wisq tar-rwol tagħhom ta' ġenituri;

13.  Jinnota l-flessibilità li d-Direttiva tagħti lill-Istati Membri biex jiddefinixxu l-forom tal-leave tal-ġenituri – part-time jew full-time – u l-perjodi ta' xogħol u ta' notifika minn qabel stabbiliti bħala kundizzjonijiet għall-għoti tal-leave tal-ġenituri; jinnota li, f'xi Stati Membri, il-ħaddiema b'kuntratti mhux standard bħall-kuntratti b'terminu fiss(7) u l-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol(8) mhux dejjem huma inklużi f'dawn il-miżuri u huwa mħasseb dwar l-abbuż ta' dawn it-tipi ta' kuntratti tax-xogħol; jinnota l-inizjattivi introdotti mill-Istati Membri biex jagħtu lill-ħaddiema kemm jista' jkun flessibilità f'dan il-qasam, filwaqt li jiżguraw li l-leave tal-ġenituri jkun marbut maċ-ċirkostanzi personali u professjonali tagħhom, iżda jemmen li l-arranġamenti kollha għandu jkollhom l-għan li jżidu l-użu tal-leave tal-ġenituri;

14.  Jinnota li r-ritorn għax-xogħol wara l-leave tal-ġenituri jista' jkun sitwazzjoni diffiċli u stressanti kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-ulied; jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki dwar il-familja li jiffaċilitaw ir-ritorn bla xkiel u gradwali għax-xogħol u bilanċ ġeneralment ottimali bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jqisu wkoll il-promozzjoni tat-telexogħol, ix-xogħol mid-dar u x-xogħol intelliġenti, b'tali mod li dawn il-politiki ma jimponux piż addizzjonali fuq l-impjegati;

15.  Jitlob lill-Istati Membri, huma u jagħmlu l-arranġamenti tagħhom, biex jiżguraw li l-intrapriżi jkunu jistgħu jippjanaw b'ċertezza, u jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju f'dan ir-rigward;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/18/UE dwar il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità u r-regoli dettaljati għall-għoti ta' leave tal-ġenituri għal dawk li għandhom tfal b'diżabilità jew mard serju jew fit-tul li jikkawża inkapaċità, b'kont meħud ukoll tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri (estensjoni tal-limitu tal-età tat-tfal dwar l-eliġibilità għal leave tal-ġenituri jew leave għat-trobbija tat-tfal, aċċess eħfef għal arranġamenti ta' xogħol part-time mar-ritorn, estensjoni tat-tul ta' żmien tal-leave, eċċ.);

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu garantiti kundizzjonijiet favorevoli għar-ritorn għax-xogħol ta' dawk li bbenefikaw minn leave tal-ġenituri, speċjalment rigward id-dħul mill-ġdid fl-istess pożizzjoni jew f'pożizzjoni ekwivalenti jew simili, skont il-kuntratt jew it-termini ta' impjieg, il-bidliet fil-ħinijiet tax-xogħol u/jew il-proċeduri dwar ir-ritorn tagħhom għax-xogħol (inkluża l-ħtieġa għal min iħaddem biex jiġġustifika kull rifjut) u l-possibilità li jibbenefikaw minn perjodi ta' taħriġ, minn protezzjoni kontra t-tkeċċija jew trattament inqas favorevoli bħala riżultat tal-applikazzjoni jew it-teħid ta' leave għall-ġenituri, u perjodu ta' protezzjoni wara r-ritorn tagħhom ħalli jkunu jistgħu jerġgħu jidraw xogħolhom;

Lejn direttiva effettiva li tindirizza l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

18.  Jinnota l-irtirar tal-Kummissjoni tal-abbozz ta' direttiva dwar il-leave tal-maternità, u l-fatt li, fil-kuntest tal-pjan direzzjonali "Bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata ffaċċjati minn familji li jaħdmu", f'dan l-istadju l-Kummissjoni m'għandhiex l-intenzjoni li tippubblika rapport finali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-leave tal-ġenituri; jitlob lill-Kummissjoni, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex tirritorna bi proposta ambizzjuża li effettivament se tippermetti bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

19.  Jemmen li d-diskussjonijiet politiċi għandhom jiffukaw ukoll fuq firxa ta' inizjattivi mhux leġiżlattivi bil-ħsieb li ssir azzjoni konġunta mal-Istati Membri u s-soċjetà ċivili biex jiġi enfasizzat ir-rwol tal-ġenituri u jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

20.  Jemmen li għandha tiġi kkunsidrata inizjattiva mhux leġiżlattiva wiesgħa biex tippromwovi r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja fl-Istati Membri;

21.  Jemmen, fid-dawl tan-natura sovrastanti tat-tipi differenti tal-leave tal-familja, li l-koerenza bejn id-diversi testi hija meħtieġa fil-livell tal-UE bl-involviment tas-sħab soċjali sabiex tipprovdi perspettivi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-leave lill-familji biex jiġi promoss sehem iktar ugwali ta' responsabilitajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-attivazzjoni tal-klawsola ta' rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-leave tal-ġenituri għal dan il-għan; jemmen li hija neċessarja leġiżlazzjoni fformulata b'mod aktar ċar li tneħħi l-kumplessità, ittejjeb il-konformità u tipproteġi lill-ħaddiema;

22.  Jistieden lis-sħab soċjali, abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni ppubblikat fi Frar 2015, jindirizzaw in-nuqqasijiet tad-Direttiva dwar il-Leave tal-Ġenituri fil-kisba sħiħa tal-objettivi tagħha f'dak li jikkonċerna l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, l-isfidi demografiċi u s-sehem tal-irġiel fil-kompiti tal-familja, fosthom l-indukrar tat-tfal u ta' dipendenti oħra iqis, li għandhom jittieħdu miżuri aktar effettivi biex titħeġġeġ kondiviżjoni aktar ugwali tar-responsabilitajiet tal-familja bejn l-irġiel u n-nisa;

23.  Jenfasizza li arranġamenti sodisfaċenti għal-leave tal-ġenituri huma marbuta mill-qrib ma' paga adegwata; jinnota li fejn m'hemmx dispożizzjonijiet għal-leave, jew fejn dawk eżistenti huma kkunsidrati bħala insuffiċjenti, is-sħab soċjali, permezz ta' ftehimiet kollettivi, jista' jkollhom rwol importanti fl-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet ġodda jew fl-aġġornament ta' dawk attwali għal leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri; jitlob lill-Istati Membri, bi ftehim mas-sħab soċjali, biex jikkunsidraw mill-ġdid is-sistema tagħhom ta' kumpens finanzjarju għal-leave tal-ġenituri bl-għan li jintlaħaq livell li jista' jaġixxi bħala inċentiv għal livell adegwat u diċenti ta' sostituzzjoni tal-introjtu, li jħeġġeġ ukoll l-irġiel jieħdu leave tal-ġenituri lil hinn mill-perjodu ta' żmien minimu garantit mid-Direttiva;

24.  Jemmen li l-promozzjoni tal-individwalizzazzjoni tad-dritt għal-leave u ta' azzjoni pożittiva maħsuba għall-promozzjoni tal-missirijiet hija essenzjali biex tgħin tikseb rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li tkun ibbilanċjata bejn is-sessi;

25.  Jitlob lill-Kummissjoni u lis-sħab soċjali jikkunsidraw li joffru estensjoni xierqa tat-tul ta' żmien minimu ta' leave tal-ġenituri minn erba' xhur għal mill-inqas sitt xhur biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

26.  Jenfasizza li koordinazzjoni, koerenza u aċċessibilità aħjar fis-sistemi tal-leave (tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri) fl-Istati Membri jżidu r-rati ta' parteċipazzjoni u l-effiċjenza b'mod ġenerali; jenfasizza f'dan ir-rigward li direttiva tal-UE dwar leave tal-paternità ta' mhux anqas minn ġimagħtejn hija essenzjali u urġenti;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi estiż il-perjodu fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-leave tal-ġenituri; jitlob lill-Kummissjoni u lis-sħab soċjali jżidu l-età tat-tfal li għalihom jista' jittieħed il-leave tal-ġenituri, kif ukoll jikkunsidraw li l-possibilità tal-leave tal-ġenituri għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard fit-tul għandha tiġi estiża lil hinn mill-età statutorja tat-tfal prevista fid-Direttiva;

28.  Jitlob lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jindirizzaw il-ħafna ostakoli għar-ritorn għax-xogħol wara perjodu twil ta' leave tal-ġenituri, biex b'hekk dan il-leave jitwaqqaf milli jsir nassa ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol; ifakkar f'dan il-kuntest li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tista' tinkiseb biss permezz ta' ridistribuzzjoni ġusta kemm ta' xogħol imħallas u mhux imħallas kif ukoll ta' responsabilitajiet tax-xogħol, tal-familja u ta' indukrar;

29.  Jitlob lill-Istati Membri jkomplu l-isforzi tagħhom lejn konverġenza akbar fir-rigward tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b'attenzjoni partikolari lejn il-politiki li jgħinu lill-ommijiet biex jidħlu, joqogħdu u jirritornaw fis-suq tax-xogħol u lill-missirijiet biex jieħdu sehem fil-ħajja tal-familja u li jżidu l-parteċipazzjoni tal-missirijiet fil-leave tal-ġenituri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex tissorvelja u tippromwovi dawn l-azzjonijiet;

30.  Jemmen li, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta' Barċellona, flimkien ma' miżuri leġiżlattivi biex jippromwovu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-Istati Membri, bl-appoġġ finanzjarju tad-diversi strumenti tal-UE, għandhom jiffokaw fuq l-introduzzjoni tal-indukrar tat-tfal pubbliku jew privat bi kwalità għolja, inklużiv, bi prezz raġonevoli u aċċessibbli, disponibbli mill-mument li l-ġenitur jirritorna fis-suq tax-xogħol, b'attenzjoni speċjali fir-rigward ta' familji foqra u f'riskju ta' esklużjoni soċjali;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għarfien tal-ġenituri dwar il-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fi programmi ta' edukazzjoni u indukrar bikri tat-tfal għal uliedhom u għalihom stess; jitlob lill-Istati Membri jaddattaw it-tfassil u l-kriterji tal-eliġibilità ta' servizzi ta' edukazzjoni u indukrar bikri tat-tfal ta' kwalità għolja u inklużivi, fosthom servizzi tal-indukrar u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal għal ritmi ta' xogħol li dejjem qed isiru diversi, biex b'hekk ikunu qed jgħinu lill-ġenituri jżommu l-impenji tax-xogħol jew isibu impjieg filwaqt li jkunu qed iżommu fil-mira l-aħjar interessi tat-tfal;

32.  Jemmen li approċċ integrat għall-ugwaljanza bejn is-sessi – inklużi l-politiki biex jegħlbu r-rwoli tas-sessi sterjotipati – u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata f'inizjattivi futuri kollha tal-UE, iġib koerenza u trasparenza fil-proċess u jgħin biex jiżgura l-promozzjoni ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bbilanċjat bejn is-sessi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sensibilizzazzjoni fost is-soċjetà dwar id-drittijiet u l-azzjoni legali b'rabta mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

33.  Jitlob lill-Kummissjoni tkejjel l-influwenza pożittiva tal-inizjattivi fuq it-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bl-għan li ssir distribuzzjoni mill-ġdid tar-responsabilitajiet tal-familja, tal-indukrar u dawk domestiċi, u biex jiġu estiżi r-responsabilitajiet partikolari ta' dawk li jieħdu ħsieb it-tfal b'diżabilità, fi stat dipendenti u/jew li jagħmlu parti minn kategoriji u gruppi żvantaġġati;

o
o   o

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0068.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0218.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0207.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0351.
(5) http://www.oecd.org/gender/parental-leave-where-are-the-fathers.pdf
(6) https://www.eurofound.europa.eu/news/news-articles/social-policies/international-womens-day-2016-the-campaign-for-equality-continues
(7) Peter MOSS f'the 10th International Review of Leave Policies and Related Research 2014, Ġunju 2014, p. 39.
(8) https://www.cipd.co.uk/binaries/zero-hours-contracts_2013-myth-reality.pdf


Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin
PDF 531kWORD 206k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu minn perspettiva tal-ġeneru (2015/2118(INI))
P8_TA(2016)0227A8-0144/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 79 u 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 5 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), b'mod partikolari l-Artikolu 6, li hu intenzjonat biex jiġġieled it-tipi kollha ta' traffikar tan-nisa u l-isfruttament tal-prostituzzjoni tan-nisa,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1949 dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti riżultanti sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005) u Beijing +15 (2010) u l-konferenza ta' rieżami Beijing +20,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar tal-Persuni, Speċjalment tan-Nisa u t-Tfal, u b'mod partikolari id-definizzjoni ta' traffikar tal-bnedmin internazzjonalment maqbula li tinsab fih, li jissuplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Oviedo dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Adozzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-Kummentarju Konġunt tan-NU dwar id-Direttiva tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, li tirrikjedi li tingħata protezzjoni internazzjonali lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin b'mod sensittiv għall-ġeneru,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO dwar ix-xogħol furzat jew obbligatorju, li tiddefinixxi x-xogħol furzat fl-Artikolu 2 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "L-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016" (COM(2012)0286),

–  wara li kkunsidra dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem "Mid-term report on the implementation of the EU Strategy towards the Eradication of Trafficking in Human Beings" (Rapport ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin) (SWD(2014)0318),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà" (COM(2015)0185),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019) (SWD(2015)0278),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tas-Sitwazzjoni tal-Europol: Traffikar tal-Bnedmin fl-UE (Frar 2016),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurostat "Traffikar tal-bnedmin", edizzjoni tal-2015,

–  wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar l-Implimentazzjoni Ewropea tad-Direttiva 2011/36/UE maħruġa mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari,

–  wara li kkunsidra l-istudju dwar id-dimensjoni tal-ġeneru fit-traffikar tal-bnedmin, ikkummissjonat mill-Kummissjoni, 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A8-0144/2016),

A.  billi t-traffikar tal-bnedmin huwa ksur terribbli tad-drittijiet fundamentali, kif deskritt fl-Artikolu 5(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u ksur tad-dinjità umana u tal-integrità fiżika u psikoloġika tal-vittmi, u jikkawża ħsara gravi li sikwit taffettwahom għall-bqija ta' ħajjithom, kif ukoll forma serja ta' kriminalità, fil-biċċa l-kbira organizzata, xprunata mid-domanda u l-profitti għoljin, stmati għal madwar USD 150 biljun fis-sena(11), u li jimmina l-istat tad-dritt; billi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri jiffaċilitaw ħafna l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata, għad hemm riskju baxx wisq ta' prosekuzzjoni, u s-sanzjonijiet applikati biex jiskoraġġixxu dan ir-reat huma inadegwati meta mqabbla mal-profitti potenzjalment għoljin;

B.  billi t-traffikar tal-bnedmin huwa definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE bħala r-reklutaġġ, it-trasport, it-trasferiment, il-kenn jew l-akkoljenza ta' persuni, inkluż l-iskambju jew it-trasferiment tal-kontroll fuq dawk il-persuni, permezz tat-theddid jew l-użu tal-forza jew forom oħra ta' ġegħil, ta' ħtif, ta' frodi, ta' qerq, tal-abbuż tal-poter jew ta' pożizzjoni ta' vulnerabilità jew tal-għoti jew tar-riċeviment ta' ħlasijiet jew benefiċċji biex jinkiseb il-kunsens ta' persuna li jkollha kontroll fuq persuna oħra, għall-fini ta' sfruttament; billi l-isfruttament għandu jinkludi, bħala minimu, l-isfruttament tal-prostituzzjoni ta' oħrajn jew forom oħra ta' sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inkluż is-sisija, l-iskjavitù jew prattika simili għall-iskjavitù, is-servitù jew l-isfruttament ta' attivitajiet kriminali, jew it-teħid ta' organi;

C.  billi t-traffikar tal-bnedmin jieħu ħafna forom differenti u l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jinsabu f'attivitajiet legali u illegali differenti, inklużi, imma mhux limitati għall-agrikultura, l-ipproċessar tal-ikel, l-industrija tas-sess, ix-xogħol domestiku, il-manifattura, il-kura, it-tindif, industriji oħra (partikolarment l-industriji tas-servizzi), is-sisija, il-kriminalità, iż-żwieġ furzat, l-isfruttament sesswali tat-tfal online, l-adozzjonijiet illegali u l-kummerċ ta' organi tal-bniedem;

D.  billi, kif iddikjarat mill-Kummentarju Konġunt tan-NU dwar id-Direttiva tal-UE – Approċċ Ibbażat fuq id-Drittijiet tal-Bniedem (2011), diversi aġenziji tan-NU jfakkru li għandu jiġi rikonoxxut it-traffikar kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, u għandhom jiġu indirizzati s-similaritajiet u d-differenzi fl-esperjenzi tan-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-vulnerabilitajiet u l-vjolenzi;

E.  billi l-kriżi tar-rifuġjati attwali mmanifestat in-nuqqas ta' għodod xierqa f'livell Ewropew għall-ġlieda konġunta kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod speċjali meta l-għan tiegħu jkun l-isfruttament tan-nisa u t-tfal;

F.  billi strateġija "wieħed tajjeb għal kulħadd" mhix effiċjenti u billi tipi differenti ta' traffikar, bħat-traffikar għall-isfruttament sesswali, it-traffikar għall-isfruttament ta' ħaddiema u t-traffikar tat-tfal, jeħtieġ li jiġu indirizzati b'miżuri ta' politika speċifiċi u mfassla;

G.  billi d-Direttiva 2011/36/UE (id-Direttiva) għandha tiġi mfaħħra għall-approċċ tagħha ffukat fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-vittmi, fejn il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin huma intitolati għal ċerti drittijiet u servizzi skont id-dritt internazzjonali, irrispettivament mill-volontà jew il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fi proċedimenti kriminali (skont l-Artikolu 11.3 tad-Direttiva);

H.  billi s-servizzi kollha ta' appoġġ għall-vittmi tat-traffikar għandhom isiru verament bla kundizzjoni u jiżguraw li ma jkun hemm ebda vittimizzazzjoni ulterjuri;

I.  billi t-traffikar tal-bnedmin jista', minn naħa waħda, jirriżulta mill-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fuq livell globali u, min-naħa l-oħra, jista' jiġi aggravat ulterjorment mill-inugwaljanza ekonomika, soċjetali u edukattiva bejn in-nisa u l-irġiel;

J.  billi statistiċi reċenti juru li l-maġġoranza tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin huma nisa; billi l-ġeneru fih nnifsu ma joħloqx vulnerabilità, u hemm ħafna fatturi kontributorji li joħolqu sitwazzjoni ta' vulnerabilità għan-nisa u l-bniet, inklużi l-faqar, l-esklużjoni soċjali, is-sessiżmu u d-diskriminazzjoni;

K.  billi n-nisa u l-bniet jikkostitwixxu 80 % tal-vittmi reġistrati tat-traffikar tal-bnedmin(12), u dan jista' jkun parzjalment attribwit għall-vjolenza u d-diskriminazzjoni strutturali kontra n-nisa u l-bniet;

L.  billi d-domanda għal nisa, bniet, irġiel u subien fl-industriji tal-prostituzzjoni hija fattur ta' attrazzjoni deċiżiv għat-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament sesswali; u billi d-domanda għal xogħol irħis u l-inkapaċità li jiġu difiżi d-drittijiet tax-xogħol huma fatturi ta' attrazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament ta' ħaddiema;

M.  billi t-tolleranza soċjetali tal-inugwaljanza tal-ġeneri u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u n-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni pubblika tal-kwistjonijiet li jinsabu fl-isfond tat-traffikar tal-bnedmin jipperpetwaw l-ambjent permissiv għat-traffikar tal-bnedmin;

N.  billi t-tipi ta' prostituzzjoni li fihom huwa l-aktar probabbli li jinsabu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, bħall-prostituzzjoni fit-triq, naqsu f'pajjiżi li kkriminalizzaw ix-xiri tas-sess u tal-attivitajiet li jiġġeneraw profitti mill-prostituzzjoni ta' persuni oħra;

O.  billi t-traffikar tan-nisa, l-bniet, l-irġiel u s-subien għall-isfruttament sesswali naqas fil-pajjiżi li kkriminalizzaw id-domanda, inklużi kemm it-tħaddim furzat fil-prostituzzjoni kif ukoll ix-xiri ta' servizzi sesswali;

P.  billi gruppi minoritarji u ta' immigranti bħar-Rom jikkostitwixxu għadd sproporzjonat ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin bħala riżultat tal-fatt li jiġu soċjalment u ekonomikament emarġinati;

Q.  billi l-aspettattivi u d-diskriminazzjoni tal-ġeneri huma dannużi għal kulħadd, bl-irġiel inqas probabbli li jammettu li jkunu vittmi ta' sfruttament;

R.  billi l-emanċipazzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa u tal-gruppi minoritarji tnaqqas il-vulnerabilità tagħhom biex isiru vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

S.  billi l-identifikazzjoni tal-vittmi tibqa' sfida, u billi, sabiex il-vittmi tat-traffikar jiġu megħjuna u t-traffikanti jitressqu l-qorti u jiġu kkundannati, l-appoġġ u l-protezzjoni lill-vittmi jeħtieġ li jiġu msaħħa, inkluż id-dritt tal-vittma li tgħix u taħdem legalment fl-Istat Membru li l-vittma tkun ġiet ittraffikata fih, kif ukoll li jittejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja u l-kumpens;

T.  billi t-tfal jikkostitwixxu madwar 16 %(13) tal-vittmi reġistrati tat-traffikar tal-bnedmin, u l-bniet ikopru sa 13 %(14) , u billi huma partikolarment vulnerabbli, peress li l-vittmi li jkunu tfal jesperjenzaw ħsara gravi u dejjiema ta' natura fiżika, psikoloġika u emozzjonali;

U.  billi 70 % tal-vittmi identifikati tat-traffikar tal-bnedmin u 70 % tat-traffikanti suspettati fl-UE huma ċittadini tal-UE, u l-aktar vittmi rrapportati bl-iskop ta' sfruttament sesswali huma ċittadini tal-UE ta' ġeneru femminili mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant(15); billi informazzjoni statistika għandha titqies meta jiġu żviluppati sistemi ta' identifikazzjoni sabiex jiġu identifikati aħjar il-vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin;

V.  billi l-maġġoranza tal-vittmi reġistrati huma nisa u bniet traffikati bi skopijiet ta' sfruttament sesswali, li flimkien jikkostitwixxu 95 % tal-vittmi traffikati għall-isfruttament sesswali(16) ; billi t-traffikar huwa forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;

W.  billi t-traffikar tal-bnedmin huwa fenomenu kumpless transnazzjonali li jista' jiġi ttrattat b'mod effettiv biss jekk l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jaħdmu flimkien b'mod koordinat sabiex tiġi evitata għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni mill-gruppi kriminali u mill-individwi, iżda l-enfasi jkun imqiegħed fuq l-identifikazzjoni u l-protezzjoni potenzjali u attwali tal-vittmi b'perspettiva integrata intersezzjonali; billi hemm distinzjoni ċara bejn it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-bnedmin, iżda għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni li jkunu qed ifittxu asil, lir-rifuġjati, lill-migranti u lil gruppi vulnerabbli oħra, speċjalment it-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati u n-nisa peress li jiffaċċjaw riskji multipli u huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament u l-vittimizzazzjoni ulterjuri;

X.  billi t-traffikar tal-bnedmin spiss huwa perċepit li qiegħed jiġi mwettaq biss minn gruppi kriminali organizzati, iżda fil-fatt jista' wkoll ikun qed jitwettaq mill-membri tal-familja, ħbieb, qraba, persuni f'relazzjoni ta' sentimentali u impjegaturi ordinarji tal-vittma;

Y.  billi l-maġġoranza (70 %) tat-traffikanti suspettati, mressqa l-qorti u kkundannati huma ta' ġeneru maskili, minkejja li l-perpetraturi ta' ġeneru femminili jikkostitwixxu minoranza mdaqqsa (29 %) u jista' jkollhom rwol sinifikanti fil-proċess tat-traffikar tal-bnedmin(17), speċjalment fil-każ tat-traffikar tat-tfal;

Z.  billi biex kwalunkwe leġiżlazzjoni tkun effikaċi fil-ġlieda kontra t-traffikar, trid tkun akkumpanjata b'tibdil kulturali, minn kultura ta' impunità għal kultura ta' tolleranza żero fir-rigward tat-traffikar;

AA.  billi l-vittmi sikwit ma jkollhomx l-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u kif jeżerċitawhom b'mod effikaċi;

AB.  billi t-traffikar tal-bnedmin bħala kunċett huwa differenti mill-iskjavitù u minn diskussjonijiet usa' ta' sfruttament; billi mhux it-tipi kollha ta' sfruttament jikkwalifikaw bħala traffikar tal-bnedmin;

Valutazzjoni ġenerali tal-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata d-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar tal-bnedmin fl-implimentazzjoni tad-direttiva

1.  Jinnota li t-traspożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri tad-Direttiva 2011/36/UE kellha ssir sas-6 ta' April 2013, u li l-Istati Membri kollha minbarra wieħed innotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni ta' din id-direttiva fil-liġi nazzjonali;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jaċċeleraw l-infurzar sħiħ u korrett tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu;

3.  Jenfasizza li l-qafas legali u politiku tal-UE jirrikonoxxi li t-traffikar huwa fenomenu speċifiku għall-ġeneru, u jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri speċifiċi għall-ġeneru(18); ifakkar li l-Artikolu 1 tad-Direttiva jenfasizza l-ħtieġa għall-adozzjoni ta' approċċ sensittiv għall-ġeneru għat-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza li n-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien huma vulnerabbli b'modi differenti, u ta' sikwit huma traffikati għal skopijiet differenti, u għaldaqstant jeħtieġ li miżuri ta' prevenzjoni, għajnuna u appoġġ ikunu speċifiċi għall-ġeneru; jirrimarka, ulterjorment, li l-istrateġija tal-UE tidentifika l-vjolenza kontra n-nisa u l-inugwaljanzi tal-ġeneru fost il-kawżi fundamentali tat-traffikar, u tistabbilixxi ġabra ta' miżuri biex tiġi indirizzata d-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar;

4.  Jinnota li l-Kummissjoni hija obbligata tippubblika għadd ta' rapporti dwar l-aspetti varji tal-implimentazzjoni tad-direttiva; jesprimi tħassib profond li dawn ir-rapporti se jaslu tard peress li dan jibgħat sinjal inkwetanti dwar il-prijoritajiet tagħhom fl-infurzar; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-obbligi ta' rappurtar u l-kalendarju kif stabbilit fid-direttiva;

5.  Ifakkar fl-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 23, paragrafu 1, tad-Direttiva 2011/36/UE li sa April 2015 tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill b'valutazzjoni tal-punt sa fejn l-Istati Membri adottaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva; jissottolinja li dan il-kompitu ta' rapportar ma ġiex komplut saż-żmien stipulat;

6.  Jenfasizza li d-dimensjoni tal-ġeneru trid tiġi mmonitorjata b'mod konsistenti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra t-traffikar, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli timmonitorja dan waqt il-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni tad-Direttiva;

7.  Ifaħħar ix-xogħol tajjeb imwettaq mill-Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar biex jiġu żviluppati l-għarfien u l-evidenza dwar aspetti differenti tat-traffikar tal-bnedmin, inkluża r-riċerka dwar id-dimensjoni tal-ġeneru u l-vulnerabilità partikolari tat-tfal; huwa tal-fehma, madankollu, li sabiex tiġi aċċelerata r-reazzjoni tal-UE għat-traffikar tal-bnedmin, il-mandat tal-Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar jista' jiġi estiż;

8.  Jiddispjaċih li l-kapaċitajiet tal-Europol ma jintużawx bis-sħiħ fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri bl-għan li jiżdied il-qsim tal-informazzjoni mal-Europol sabiex ikunu jistgħu jsiru konnessjonijiet bejn investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti u tkun tista' tinkiseb stampa ta' intelligence usa' dwar in-netwerks ta' kriminalità organizzata li huma l-aktar ta' theddida u li huma attivi fl-UE;

9.  Jilqa' l-ħolqien mill-Kummissjoni ta' paġna web kontra t-traffikar li jkun fiha bażi tad-data tal-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-UE u kwalunkwe post ieħor, informazzjoni aġġornata dwar l-istrumenti legali u politiċi tal-UE, miżuri kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Istati Membri, il-possibilitajiet ta' finanzjament u inizjattivi tal-UE;

10.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm informazzjoni ċara u konsistenti għall-vittmi u għall-persunal l-aktar espost li jista' jiġi f'kuntatt mal-vittmi, il-forzi ta' sigurtà, l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-pulizija u s-servizzi soċjali, inkluża informazzjoni dwar drittijiet fir-rigward ta' għajnuna ta' emerġenza, trattament mediku u l-kura tas-saħħa, permessi ta' residenza, drittijiet ta' impjieg, l-aċċess għall-qrati u għal avukat, il-possibilitajiet għat-tiftix ta' rimedju, id-drittijiet speċifiċi tat-tfal, eċċ.;

11.  Jenfasizza li huwa importanti li tingħata attenzjoni akbar lill-intermedjarji tas-suq tax-xogħol, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u l-aġenziji tal-impjiegi, b'mod partikolari f'setturi b'riskju għoli, bħala mezz ta' prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari għall-iskop ta' sfruttament ta' ħaddiema iżda wkoll għal finijiet ta' sfruttament sesswali moħbi wara kuntratti li jagħtu x'wieħed jifhem li jkunu għal servizzi fl-industrija tal-lukandi u tal-forniment tal-ikel u tas-servizzi tal-kura personali;

12.  Jenfasizza li qafas politiku u legali tal-UE dwar it-traffikar tal-bnedmin jgħaqqad flimkien id-dimensjonijiet interni u esterni, filwaqt li jirrikonoxxi li azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin, li huwa ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, tikkostitwixxi objettiv ċar tal-azzjoni esterna tal-UE; jenfasizza, bl-istess mod, li pajjiżi barra mill-UE huma ta' spiss il-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu għat-traffikar fl-UE u li t-traffikar bħala attività illegali transkonfinali, hija qasam importanti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi barra mill-Komunità; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li, fuq talba tal-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ffurmaw pakkett ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin f'pajjiżi u reġjuni ta' prijorità, kif ukoll lista ta' għodod u strumenti disponibbli għall-UE u l-Istati Membri, inklużi l-politiki esterni li jindirizzaw it-traffikar, u l-proġetti ffinanzjati mill-UE u l-Istati Membri f'dan il-qasam; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni u mas-SEAE fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni;

13.  Iqis li l-persuni li jfittxu asil, ir-rifuġjati u l-migranti huma partikolarment vulnerabbli għat-traffikar u li għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-traffikar tan-nisa, it-tfal u gruppi vulnerabbli oħra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestigaw ir-rabta bejn l-għadd dejjem jiżdied ta' rifuġjati li qegħdin jaslu u t-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni, inkluż fil-"hotspots" biex jiġu identifikati vittmi potenzjali u jużaw kull mezz għall-ġlieda kontra t-traffikanti u l-kuntrabandisti, anki billi jtejbu il-ġbir ta' data u jiżguraw il-konformità ma' standards eżistenti ta' protezzjoni; ifakkar fir-rwol tal-aġenziji u n-netwerks tal-UE fl-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi fil-fruntieri tal-UE u fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u f'dan il-kuntest jissottolinja l-ħtieġa għal kooperazzjoni akbar bejn l-Europol, l-Eurojust, l-awtoritajiet nazzjonali u l-pajjiżi terzi, u permezz tal-użu ta' ECRIS; jitlob aktar riżorsi biex l-aġenziji tal-ĠAI jippermettu l-ħatra ta' uffiċjali tal-aġenzija mħarrġa dwar kwistjonijiet sensittivi għall-ġeneru, speċjalment f'dawk l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw żieda ta' flussi migratorji mħallta; jenfasizza li l-approċċ ġdid ta' "hotspot" deskritt fl-Aġenda dwar il-Migrazzjoni m'għandux ikun limitat għal ipproċessar rapidu u biex isir ix-xogħol b'lura, iżda għandu jinkludi komponent proporzjonat kontra t-traffikar immirat lejn ir-riferiment effikaċi ta' vittmi potenzjali;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw b'mod kritiku r-reġistrazzjoni tagħhom tar-rifuġjati u s-servizzi u l-istrutturi tal-kura rilevanti peress li dan il-grupp, b'mod partikolari l-minorenni mhux akkumpanjati, huma vulnerabbli ħafna għall-isfruttament minn gruppi kriminali u t-traffikar tal-bnedmin sussegwenti;

15.  Iqis li għandha tingħata kunsiderazzjoni akbar lis-sitwazzjoni tal-vittmi transġeneri, li sikwit iġarrbu diskriminazzjoni, stigmatizzazzjoni u theddid ta' vjolenza minħabba l-identità tal-ġeneru tagħhom; huwa tal-fehma li l-persuni transġeneri għandhom jitqiesu bħala grupp vulnerabbli, għax b'mod partikolari jinsabu f'riskju li jispiċċaw f'idejn traffikanti li ; jemmen li dan il-fattur ta' vulnerabilità għandu jitqies meta l-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju individwali, sabiex jiġi żgurat li l-vittmi tat-traffikar jirċievu protezzjoni u kura xierqa; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-uffiċjali li x'aktarx ikollhom kuntatt mal-vittmi jew mal-vittmi potenzjali tat-traffikar tal-bnedmin, b'taħriġ adegwat dwar l-ispeċifiċitajiet tal-vittmi transġeneri, sabiex ikunu kapaċi jidentifikawhom b'mod iktar proattiv u jadattaw is-servizzi ta' assistenza biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom;

Il-perspettiva tal-ġeneru fil-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin

16.  Jissottolinja li skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom obbligu li jistabbilixxu mekkaniżmi sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi u għajnuna u appoġġ lilhom, f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta' appoġġ rilevanti; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ ibbażat fuq erba' strateġiji ewlenin: il-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni, il-protezzjoni tal-vittmi u s-sħubija fuq diversi livelli;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu l-impunità, jikkriminalizzaw it-traffikar u jiżguraw li l-awturi tar-reati jitressqu l-qorti u li s-sanzjonijiet jissaħħu; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Istati Membri jirratifikaw l-istrumenti, il-ftehimiet u l-obbligi legali internazzjonali rilevanti kollha li se jagħmlu l-isforz għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem aktar effettiv, koordinat u koerenti, inkluża l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin;

18.  Jitlob approċċ konsistenti għall-prosekuzzjoni ta' reati marbuta mat-traffikar tal-bnedmin, u jitlob lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom; jitlob, f'dak ir-rigward, li l-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni transfruntiera mal-aġenziji rilevanti tal-UE;

19.  Ifakkar li n-nisa u t-tfal jistgħu jiġu mġiegħla jiskambjaw is-sess mal-protezzjoni, sabiex jissopravvivu, bl-għan li javvanzaw tul ir-rotta migratorja tagħhom u għas-sussistenza bażika; jissottolinja li n-nisa u t-tfal involuti f'sess għas-sopravvivenza mhumiex meqjusa bħala vittmi ta' traffikar, u għaldaqstant ma jistgħux jirċievu l-assistenza meħtieġa;

20.  Jenfasizza li, sabiex jiġi evitat it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-persuni, huwa importanti li jinħolqu rotot ta' migrazzjoni legali sikuri għal nisa u tfal (bħal viżi umanitarji); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huwa importanti wkoll għall-pajjiżi ta' destinazzjoni biex jiżguraw li n-nisa migranti li jkunu ngħataw residenza legali fil-pajjiżi ta' destinazzjoni jkollhom aċċess għat-tagħlim tal-lingwi u mezzi oħra ta' integrazzjoni soċjali, edukazzjoni u taħriġ b'mod partikolari, bl-għan li jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini;

21.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu minn tekniki ta' intervisti tal-vittmi strutturati sewwa sabiex ikun hemm rikostruzzjoni preċiża tal-avvenimenti mingħajr ma, fl-istess ħin, titqiegħed pressjoni psikoloġika fuq il-vittmi li jkunu diġà imbeżżgħa u konfużi;

22.  Jenfasizza li l-isforzi kollha kontra t-traffikar għandhom jibbilanċjaw l-enfasi fuq il-prosekuzzjoni bir-responsabilità tal-protezzjoni tal-vittmi; jinnota li l-appoġġ tal-vittmi għandu rwol importanti fil-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, peress li vittmi li jkunu appoġġjati sew ikunu aktar kapaċi jirkupraw mit-trawma tal-esperjenza tagħhom u jassistu fil-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, fil-preparazzjoni ta' programmi ta' prevenzjoni u fit-tfassil infurmat ta' politika, kif ukoll biex jevitaw li jerġgħu jiġu traffikati;

23.  Jenfasizza li l-internet għandu rwol ċentrali fil-faċilitazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, biex b'hekk żdiedu aktar sfidi fil-ġlieda kontra din il-forma serja ta' kriminalità organizzata; jikkundanna l-fatt li, kulma jmur l-internet qiegħed jintuża dejjem aktar għar-reklutaġġ tal-vittmi kemm fl-UE kif ukoll barra mill-UE permezz ta' offerti ta' xogħol foloz, b'servizzi ta' reklamar provduti minn vittmi sfruttati, u għall-iskambju ta' informazzjoni fost in-netwerks kriminali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki rispettivi tagħhom kontra t-traffikar iqisu dan, u li l-isforzi tal-infurzar tal-liġi li jindirizzaw iċ-ċiberteknoloġiji jkollhom għarfien espert dwar il-ġeneri meħtieġ għall-prevenzjoni u għall-ġlieda effiċjenti kontra l-forom kollha ta' dan ir-reat, partikolarment dwar it-traffikar tal-bnedmin għal skopijiet ta' sfruttament sesswali; jenfasizza li teknoloġiji ġodda, il-midja soċjali u l-internet għandhom jintużaw ukoll biex jinxterdu prattiki tajba għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u biex titrawwem sensibilizzazzjoni u biex vittmi potenzjali jiġu mwissija dwar ir-riskji tat-traffikar; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga ulterjorment ir-rwol tal-internet fit-traffikar tal-bnedmin u biex iżżomm lill-Parlament infurmat kif xieraq;

24.  Jiddispjaċih li l-identifikazzjoni tal-vittmi għadha waħda mill-aktar aspetti diffiċli u mhux kompluti tal-implimentazzjoni, iżda jenfasizza li dan ma jnaqqasx ir-responsabilità tal-Istati Membri biex jipproteġu lil dawn il-persuni vulnerabbli; jenfasizza li minħabba n-natura koerċittiva u qarrieqa tar-reat, huwa possibbli li l-vittmi ma jkunux kapaċi jirrikonoxxu l-vulnerabilità tagħhom stess; jenfasizza li l-fatt li l-azzjonijiet li l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ikunu mġiegħla jwettqu huma atti kriminali f'xi Stati Membri, f'ċerti każijiet idgħajjef il-fiduċja bejn il-vittmi u l-awtoritajiet; jinnota li d-Direttiva 2011/36/UE tipprojbixxi l-kriminalizzazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-Artikoli 11 sa 17 tad-Direttiva dwar il-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin b'approċċ sensittiv għall-ġeneru (b'mod partikolari billi jżidu n-numru ta' rifuġji għall-vittmi u billi jsaħħu l-programmi għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-vittmi fis-soċjetà) u jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità biex jiżguraw appoġġ u assistenza xierqa għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, inkluż fir-rigward tad-dritt ta' residenza fl-Istat Membru li fih il-vittma tkun ġiet ittraffikata u l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dan l-istess Stat Membru; jenfasizza li dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx ikun kundizzjonali fuq il-fatt li l-vittmi jressqu lmenti jew jikkooperaw f'investigazzjonijiet kriminali; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prattiki għall-protezzjoni tal-vittmi;

25.  Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-individwi li jaħdmu biex jipproteġu u jgħinu lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ma għandhom jinżammu responsabbli għall-ebda reat;

26.  Huwa kritiku ħafna tal-fatt li għadu mhuwiex reat kriminali li wieħed juża s-servizzi ta' persuni traffikati madwar l-Istati Membri kollha, iżda jirrikonoxxi d-diffikultà li tiġi ppruvata l-konsapevolezza f'kuntest ġudizzjarju, u jqis li dan ikun pass importanti fir-rikonoxximent tal-gravità ta' dan ir-reat, filwaqt li jiġi żgurat qafas reali għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u biex tinqered il-kultura tal-impunità;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu pieni kriminali qawwija għar-reati tat-traffikar tal-bnedmin, l-iskjavitù moderna u l-isfruttament; u jistabbilixxu bħala reat kriminali l-att li wieħed konxjament juża s-servizzi ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, inklużi vittmi tat-traffikar fil-prostituzzjoni, l-isfruttament tal-prostituzzjoni ta' oħrajn jew forom oħra ta' sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inklużi s-sisija, l-iskjavitù jew prattiki simili għall-iskjavitù, is-servitù jew l-isfruttament ta' attivitajiet kriminali jew it-teħid ta' organi; jinnota n-numru baxx ta' prosekuzzjonijiet u kundanni għar-reat tat-traffikar fil-livell nazzjonali;

28.  Jinnota li s-sors prinċipali ta' informazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-vittmi hi l-Pulizija, u dan jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa għal riżorsi umani u finanzjarji suffiċjenti, inkluż taħriġ immirat u speċjalizzat għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll għal bilanċ akbar bejn is-sessi fost il-persunal; jenfasizza l-fatt li r-reġistrazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin permezz ta' ħabsijiet u ċentri ta' detenzjoni f'xi Stati Membri juri nuqqasijiet fis-sistema u fl-għarfien tal-professjonisti involuti; jinsisti li l-Istati Membri tal-UE għandhom japplikaw b'mod effettiv leġiżlazzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin, u jenfasizza wkoll li, sabiex tittejjeb l-identifikazzjoni tal-vittmi u jiġi żviluppat fehim ta' mezzi sottili tat-traffikar, is-sistema tal-ġustizzja kriminali għandha tiffoka aktar fuq id-dinamiki ta' sfruttament kif ukoll l-applikazzjoni tal-liġi; jinnota f'dan il-kuntest li skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/2219, is-CEPOL għandu jippromwovi fehim u rispett komuni għad-drittijiet fundamentali fl-infurzar tal-liġi, inklużi d-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi;

29.  Jitlob li l-Europol u l-forzi tal-pulizija nazzjonali jingħataw aktar prijorità u riżorsi għall-prosekuzzjoni ta' dawk li jiffaċilitaw it-traffikar tal-bnedmin, b'attenzjoni speċjali għas-sensibilizzazzjoni fost il-forzi tal-pulizija kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali dwar forom ġodda ta' traffikar tal-bnedmin;

30.  Jistieden lill-Europol u lill-Istati Membri jsaħħu l-azzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra r-reklutanti kemm jekk permezz ta' approċċ proattiv jew abbażi tax-xhieda ta' vittma skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/36/UE; jenfasizza li r-reklutanti jużaw varjetà ta' mezzi, inklużi n-netwerks soċjali u s-siti tal-internet (aġenziji ta' reklutaġġ online); jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-mandat tal-Unità tal-UE ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet (IRU), tal-Europol, fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Europol fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza l-importanza tal-iskambju sistematiku ta' data u l-importanza li l-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għall-bażijiet ta' data Ewropej użati għal dan l-għan, inklużi l-bażijiet ta' data tal-Europol Focal Point Phoenix u Focal Point Twins; jenfasizza l-ħtieġa li l-gwardji tal-fruntieri u l-gwardji kostali jkollhom aċċess għall-bażijiet ta' data tal-Europol;

32.  Jinnota li l-vittmi jġarrbu l-isfruttament b'modi differenti, u li metodu ta' identifikazzjoni li juża "check list" ta' indikaturi jista' jxekkel l-identifikazzjoni formali u għaldaqstant ikollu impatt fuq l-aċċess tal-vittmi għas-servizzi, għajnuna u protezzjoni;

33.  Jenfasizza li, biex tinkuraġġixxi lill-vittmi tat-traffikar biex jirrappurtaw dawn ir-reati lill-awtoritajiet u b'hekk tiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi, il-liġi għandha tiġi emendata biex tagħraf il-vittmi tat-traffikar bħala detenturi tad-drittijiet f'għajnejn il-liġi; huwa tal-fehma li l-vittmi tat-traffikar għandhom ikunu intitolati għal għajnuna u protezzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata aktar setgħa lill-ħaddiema soċjali, lill-persunal mediku u lis-servizzi tal-immigrazzjoni sabiex jiddeterminaw x'jikkostitwixxi traffikar u lil min għandha tingħata assistenza u protezzjoni bil-liġi;

34.  Jitlob implimentazzjoni u monitoraġġ aħjar tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/36/EU, bl-għan li jiġu żgurati n-nonprosekuzzjoni u n-nonapplikazzjoni tas-sanzjonijiet jew il-pieni għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u jenfasizza li dan jinkludi n-nonapplikazzjoni ta' sanzjonijiet jew penali għall-persuni li jinsabu fil-prostituzzjoni u li ma jingħatawx pieni għal dħul jew residenza irregolari fil-pajjiżi ta' tranżitu u ta' destinazzjoni.

35.  Jinnota bi tħassib l-evidenza ta' xi vittmi tat-traffikar tal-bnedmin li ġew soġġetti għal arrest u deportazzjoni minflok ma tħallew igawdu d-drittijiet tagħhom u ġew megħjuna biex igawduhom bħala vittmi u jkollhom aċċess għall-għajnuna meħtieġa, kif suppost isir skont id-Direttiva 2004/81/KE;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida bbażati fuq l-aħjar prattiki għall-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-tagħrif espert dwar il-ġeneru fl-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi madwar l-UE;

37.  Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw fl-iżvilupp aħjar ta' linji gwida dwar l-identifikazzjoni ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, li għandhom jgħinu lis-servizzi konsulari u l-gwardjani tal-fruntiera f'dan il-kompitu;

38.  Jenfasizza l-importanza tat-"traċċar tal-flus" bħala strateġija ewlenija għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tan-netwerks tal-kriminalità organizzata li jagħmlu profitt mit-traffikar tal-bnedmin, u jistieden lill-Europol u l-Eurojust isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-Europol u bejniethom bl-għan li jinvestigaw l-aspetti finanzjarji u l-ħasil tal-flus fil-każijiet tat-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fl-iffriżar u l-ikkonfiskar tal-assi tal-individwi involuti fit-traffikar, peress li dan jista' jkun mezz effettiv biex jinbidel it-traffikar tal-bnedmin minn negozju "ta' riskju baxx u profitt kbir" għal wieħed "ta' riskju għoli u profitt żgħir"; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jużaw b'mod aktar effiċjenti l-għodod eżistenti kollha disponibbli bħalma huma r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta u l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea; jemmen li l-assi kkonfiskati tal-persuni misjuba ħatja ta' reati ta' traffikar għandhom jintużaw biex jappoġġjaw u jikkumpensaw lill-vittmi tat-traffikar; jinnota wkoll li l-fondi enormi miġbura mit-traffikar u l-isfruttament tal-bnedmin jiffinanzjaw tipi oħra ta' kriminalità serja;

39.  Jistieden lill-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) bħall-Eurojust, l-Europol, il-FRA, il-Frontex, is-CEPOL u l-EASO jiżviluppaw programm sostnut ta' titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti għat-traffikar; jitlob ċifri dwar il-kompożizzjoni skont il-ġeneru tal-bordijiet maniġerjali tagħhom u tal-persunal, li għandhom jiġu rilaxxati, segwiti minn diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar il-benefiċċji ta' reklutaġġ u promozzjoni ekwi fis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u tal-fruntieri; jitlob bl-istess mod biex programmi bħal "Female Factor" tal-Europol jinfirxu madwar l-aktar aġenziji tal-ĠAI ddominati mill-irġiel fuq bażi perjodika, u mhux fuq bażi sporadika;

40.  Ifakkar li t-taħriġ tal-professjonisti u l-uffiċjali huwa kruċjali għall-identifikazzjoni bikrija ta' vittmi potenzjali u l-prevenzjoni tar-reati; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri biex japplikaw b'mod sħiħ l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2011/36/UE u jikkondividu l-aħjar prattiki, b'mod partikolari meta joħolqu programmi ta' taħriġ sensittiv għall-ġeneri għal dawk li jkollhom kuntatt ma' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin f'kapaċità uffiċjali, inklużi uffiċjali tal-pulizija u forzi oħra tas-sigurtà, uffiċjali tal-fruntieri, imħallfin, maġistrati, avukati u awtoritajiet ġudizzjarji oħra, persunal mediku l-aktar espost, ħaddiema soċjali u konsulenti psikoloġiċi; jenfasizza li t-taħriġ għandu jinkludi l-iżvilupp ta' fehim ta' vjolenza u sfruttament ibbażati fuq il-ġeneru, id-detezzjoni tal-vittmi, il-proċess ta' identifikazzjoni formali u assistenza għall-vittmi xierqa u speċifika għall-ġeneru;

41.  Jitlob l-iżvilupp usa' u t-tixrid ta' pubblikazzjonijiet immirati biex itejbu l-għarfien fost il-professjonijiet, bħall-"Handbook for consular and diplomatic staff on how to assist and protect victims of human trafficking" (Manwal għall-persunal konsulari u diplomatiku dwar kif jiġu assistiti u protetti l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin)(19);

42.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-iżvilupp ta' relazzjonijiet fit-tul bejn l-infurzar tal-liġi, il-fornituri tas-servizzi, il-partijiet interessati varji u l-vittmi sabiex tinbena fiduċja u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-vittmi b'mod sensittiv; jenfasizza li organizzazzjonijiet ta' appoġġ jirrikjedu finanzjament suffiċjenti għall-proġetti, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li ħafna organizzazzjonijiet, speċjalment organizzazzjonijiet tan-nisa, jinsabu f'diffikultà minħabba tnaqqis ta' finanzjament;

43.  Jenfasizza li l-finanzjament mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għandu jkun immirat lejn l-aktar fornituri xierqa ta' servizzi, abbażi tal-ħtiġijiet tal-vittmi, inklużi rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u għat-tfal, l-għarfien espert tal-fornitur u l-kamp ta' applikazzjoni biex il-fornitur jinvolvi ruħu f'għajnuna u kura wiesgħa u fit-tul;

44.  Jistieden lill-Istati Membri jinkludu b'mod attiv is-sħab soċjali, is-settur privat, it-trade unions u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-NGOs li qed jaħdmu biex jiġġieldu kontra t-traffikar u jagħtu għajnuna lill-vittmi, fl-inizjattivi tagħhom għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, speċjalment fil-qasam tal-isfruttament tax-xogħol, inkluż fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' vittmi u l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni;

45.  Jinnota li minkejja li l-isfruttament sesswali tat-tfal huwa illegali fl-Istati Membri kollha, dan ma jipprevenix it-traffikar tat-tfal għal sfruttament sesswali; Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/92/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u jsaħħu l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja biex jipprevjenu u jiġġieldu l-isfruttament sesswali tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, teżamina kif id-domanda għas-servizzi sesswali tixpruna t-traffikar tal-bnedmin, inkluż it-traffikar tat-tfal, u l-aħjar mod biex titnaqqas id-domanda; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-obbligu tal-Istati Membri li jagħtu attenzjoni speċjali lill-vittmi tat-traffikar li huma tfal, inklużi minorenni mhux akkumpanjati li jiġu minn pajjiżi terzi, u li jipprovdu protezzjoni speċjali lit-tfal fil-proċeduri kriminali, waqt li l-aħjar interessi tal-minorenni jitqiesu tal-akbar importanza f'kull ħin;

46.  Jinnota li l-ġbir tad-data dwar it-traffikar tat-tfal għandu jkun ibbażat fuq definizzjoni komuni ta' dan il-fenomenu kriminali; jinnota bl-istess mod li xi Stati Membri jikkunsidraw lit-traffikar tat-tfal bħala forma separata ta' sfruttament waqt li oħrajn jinkludu l-vittmi tfal mal-adulti, u dan qed ixekkel il-possibilità tal-ħolqien ta' stampa ta' intelligence komprensiva u d-definizzjoni tal-aħjar reazzjonijiet investigattivi fil-livell tal-UE;

47.  Jissottolinja l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 23, paragrafu 2, tad-Direttiva li sal-2016 tressaq rapport li jivvaluta l-impatt ta' liġijiet nazzjonali eżistenti dwar il-kriminalizzazzjoni tal-użu konsapevoli tas-servizzi ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri; jenfasizza li l-Kummissjoni m'għandhiex tiddependi biss fuq ir-rappurtar ta' Stat Membru, iżda għandha wkoll tivvaluta l-konformità permezz tal-involviment tas-soċjetà ċivili u korpi rilevanti oħra, bħal GRETA u r-rapporti tal-pajjiżi ppreżentati mir-Rappreżentant Speċjali tal-OSKE dwar it-Traffikar tal-Bnedmin u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Traffikar u l-Forom Kontemporanji ta' Skjavitù;

48.  Jinnota n-nuqqas ta' fehim komuni fost l-Istati Membri dwar x'jikkostitwixxi d-domanda għal sfruttament u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu linji gwida dwar il-piena tal-klijent ibbażati fuq il-mudell Nordiku, filwaqt li jrawmu sensibilizzazzjoni għal kull forma ta' traffikar tal-bnedmin, speċjalment għall-isfruttament sesswali, u jagħmlu viżibbli forom oħra ta' sfruttament bħas-servitù domestika;

49.  Jinnota li żieda fil-vulnerabilità ta' ċerti gruppi ta' nies tqegħedhom f'riskju partikolari li jisfaw vittmi tat-traffikar; jiddeplora, madankollu, il-fatt li t-traffikar iseħħ bħala riżultat ta' domanda għolja għal prodotti u servizzi li jiddependu fuq l-isfruttament tal-bnedmin, li hija forma ta' kriminalità organizzata li tħalli ħafna profitt;

50.  Jenfasizza d-data li tikkonferma l-effett deterrenti li l-kriminalizzazzjoni tax-xiri ta' servizzi sesswali kellu fl-Isvezja; jenfasizza l-effett normattiv ta' dan il-mudell ta' regolamentazzjoni u l-potenzjal tiegħu li jbiddel l-attitudnijiet soċjali sabiex titnaqqas id-domanda ġenerali għas-servizzi tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

51.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod sħiħ l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva u biex jiżviluppaw strateġiji speċifiċi biex titnaqqas id-domanda għat-traffikar għal sfruttament sesswali, bħal programmi biex wieħed joħroġ miċ-ċirku tal-isfruttament u skemi li jemanċipaw u jipproteġu d-drittijiet ta' persuni fil-prostituzzjoni u jnaqqsu l-vulnerabilità tagħhom għall-isfruttament, u kampanji li jiskoraġġixxu d-domanda għas-servizzi sesswali ta' persuni traffikati, filwaqt li jinnota wkoll li r-regolamentazzjoni tal-prostituzzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni teżamina ulterjorment kwalunkwe rabta bejn id-domanda għal servizzi sesswali u t-traffikar tal-bnedmin; jemmen li t-tnaqqis fid-domanda jista' jinkiseb permezz ta' leġiżlazzjoni li tneħħi r-responsabilità kriminali minn fuq dawk li jbigħu is-servizzi sesswali tal-persuni traffikati għal fuq dawk li jixtruhom;

52.  Jitlob li l-UE tagħmel viżibbli u tagħti attenzjoni lill-forom ġodda ta' traffikar u sfruttament tal-bnedmin, inklużi l-isfruttament riproduttiv u t-traffikar tat-trabi tat-twelid;

53.  Jinnota bi tħassib li huma verament ftit l-Istati Membri li ddefinixxew b'mod ċar il-programmi ta' tnaqqis tad-domanda, u li, b'mod ġenerali, dawn kienu ffukati fuq it-traffikar għall-isfruttament sesswali; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta' tnaqqis fid-domanda għat-tipi kollha ta' traffikar tal-bnedmin;

54.  Jinnota li ż-żwiġijiet ta' konvenjenza jistgħu jikkwalifikaw bħala traffikar tal-bnedmin taħt ċerti ċirkostanzi jekk ikun hemm element ta' forza jew ta' sfruttament, u li n-nisa u l-bniet huma aktar probabbli li jsiru vittmi;

55.  Jenfasizza li l-isforzi biex tittejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, u għandhom jinkludu strateġiji għall-edukazzjoni u programmi għall-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fis-soċjetà u jsiru anqas vulnerabbli għat-traffikar; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu azzjonijiet preventivi aktar proattivi bħal kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ imfassal b'mod speċifiku għall-irġiel, workshops immirati ma' gruppi vulnerabbli u attivitajiet ta' edukazzjoni fl-iskejjel, inklużi attivitajiet li jippromwovu l-ugwaljanza, il-ġlieda kontra l-isterjotipi sessisti u l-vjolenza sessista, peress li t-trattament ugwali għandu jkun objettiv tas-soċjetà kollha kemm hi;

56.  Jenfasizza l-effikaċja ta' skemi ta' sensibilizzazzjoni għall-edukazzjoni tal-konsumaturi biex jagħżlu prodotti minn korporazzjonijiet li jiżguraw katina tal-provvista ħielsa mill-iskjavitù, iżda jinnota li dan fih innifsu mhux biżżejjed biex titnaqqas id-domanda għat-traffikar tal-bnedmin;

57.  Jinnota li skont id-Direttiva 2009/52/KE, huwa diġà illegali għal min iħaddem li juża xogħol jew servizzi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li m'għandhomx status ta' residenza legali fl-UE bl-għarfien li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; jirrikonoxxi li ċittadini tal-UE li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin mhumiex inklużi taħt din il-leġiżlazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom iċ-ċittadini tal-UE li huma vittmi tat-traffikar jiġu protetti mill-isfruttament tax-xogħol u li jiġu stabbiliti s-sanzjonijiet rilevanti;

58.  Ifakkar li, skont l-Europol, madwar 10 000 tfal mhux akkumpanjati sparixxew wara l-wasla tagħhom fl-UE fl-2015 u li dawn it-tfal jistgħu jkunu vittmi ta' traffikar u esposti għal kull tip ta' sfruttament u abbuż; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-pakkett tal-asil u jirreġistraw it-tfal mal-wasla tagħhom sabiex jiżguraw l-inklużjoni tagħhom fis-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-qsim ta' informazzjoni sabiex jipproteġu aħjar lit-tfal migranti fl-Ewropa;

59.  Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' data dwar in-nisa u t-tfal Rom li jinsabu f'riskju li jiġu traffikati għal xogħol jew servizzi furzati, li jinkludu s-sisija; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi data dwar in-nisa u t-tfal Rom rikonoxxuti bħala vittmi tat-traffikar, kemm minnhom irċevew għajnuna għall-vittmi u f'liema pajjiżi;

60.  Jenfasizza li ż-żwieġ furzat jista' jiġi meqjus bħala tip ta' traffikar tal-bnedmin jekk ikun fih element ta' sfruttament tal-vittma u jistieden lill-Istati Membri kollha jinkludu din id-dimensjoni; jenfasizza li l-isfruttament jista' jkun sesswali (vjolazzjoni konjugali, prostituzzjoni furzata jew pornografija furzata) jew ekonomiku (xogħol domestiku furzat jew sisija furzata) u li ż-żwieġ furzat jista' jkun l-għan finali tat-traffikar (il-bejgħ tal-vittma għaż-żwieġ jew l-ikkuntrattar taż-żwieġ b'ġegħil); jenfasizza li huwa diffiċli għall-awtoritajiet biex jidentifikaw dan it-tip ta' traffikar, peress li jsir fil-privat; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu servizzi ta' rifuġju xierqa lil dawn il-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;

61.  Jinsab imħasseb dwar il-fenomenu dejjem jikber tas-solleċitazzjoni sesswali; jirrimarka li l-vittmi sikwit jinsabu f'sitwazzjoni ta' dipendenza emozzjonali b'riżultat li x-xogħol investigattiv jiġi mxekkel minħabba li mhux faċli jiġu identifikati bħala vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u spiss jirrifjutaw li jixhdu kontra n-nies li jkunu qed jissolleċitawhom sesswalment; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu rifuġju speċifiku għal dawn il-vittmi u jiżguraw li s-servizzi tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jirrikonoxxu l-istatus tagħhom ta' vittmi, u dan b'mod partikolari jekk huma minorenni, sabiex jiġi evitat li jiġu stigmatizzati minħabba "imġiba devjanti";

Id-dimensjoni tal-ġeneru tal-għajnuna u l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi

62.  Jesprimi tħassib li mhux il-vittmi kollha jkunu jistgħu jaċċedu għas-servizzi faċilment jew li jkunu konxji tagħhom; jenfasizza li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fl-aċċess għas-servizzi;

63.  Jinnota li l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jeħtieġu servizzi speċjalizzati, inkluż l-aċċess għal akkomodazzjoni sikura fuq perjodu qasir u fit-tul, skemi ta' protezzjoni tax-xhieda, kura tas-saħħa u konsulenza, servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni, rimedji legali, kumpens, aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, l-impjieg, l-integrazzjoni (mill-ġdid), medjazzjoni familjari u assistenza għal risistemazzjoni, u li dawn is-servizzi għandhom ikunu individwalizzati ulterjorment każ b'każ, b'kunsiderazzjoni speċifika mogħtija lill-kwistjoni tal-ġeneru;

64.  Jenfasizza li d-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar tal-bnedmin tinvolvi obbligu biex l-Istati Membri jindirizzawha bħala forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza l-fatt li għandha tingħata aktar attenzjoni għad-dinamika ta' sfruttament u għall-ħsara emozzjonali u psikoloġika fit-tul li tkun assoċjata ma' dan; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, li tinkludi proposta leġiżlattiva dwar il-vjolenza kontra n-nisa li tinkludi t-traffikar tal-bnedmin;

65.  Jenfasizza x-xogħol siewi mwettaq minn għadd ta' servizzi tal-gvern u tas-soċjetà ċivili bl-identifikazzjoni ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u bl-għoti ta' għajnuna u appoġġ lill-vittmi, minkejja li dan ix-xogħol mhuwiex imwettaq b'mod konsistenti madwar l-Istati Membri jew fir-rigward tat-tipi differenti ta' traffikar tal-bnedmin;

66.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament adegwat għal NGOs indipendenti u rifuġji speċifiċi għall-ġeneru biex jissodisfaw b'mod adegwat il-ħtiġijiet fil-punti kollha tal-perkors tal-vittma fil-pajjiżi ta' destinazzjoni kif ukoll għall-ħidma preventiva fil-pajjiżi ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni rilevanti;

67.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu hotlines fejn il-vittmi tat-traffikar u l-isfruttament tal-bnedmin ikunu jistgħu jċemplu biex ifittxu assistenza u parir; jinnota li tali hotlines kienu ta' suċċess f'oqsma oħra bħar-radikalizzazzjoni u l-ħtif tat-tfal;

68.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta' servizzi speċifiċi għall-ġeneru lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin li jkunu xierqa għall-ħtiġijiet tagħhom, li jirrikonoxxu l-ħtiġijiet li jistgħu ikunu speċifiċi għall-forma ta' traffikar li għaliha jkunu ġew soġġetti; jenfasizza li waqt li l-maġġoranza tal-vittmi huma nisa u bniet, għandu jkun hemm servizzi speċjalizzati għall-vittmi tal-ġeneri kollha;

69.  Jenfasizza li bosta vittmi ta' sfruttament sesswali jiġu ddrogati bl-għan li jinżammu fi stat ta' dipendenza fiżika u psikoloġika; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jipprovdu programmi ta' appoġġ speċjalizzati għal dawn il-vittmi u jirrikonoxxu dan l-element bħala ċirkostanza aggravanti fir-reazzjoni tagħhom ta' ġustizzja kriminali għat-traffikar tal-bnedmin;

70.  Jenfasizza li l-effett kumulattiv tat-tipi differenti ta' diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru jagħmel lill-persuni LGBTI partikolarment vulnerabbli għat-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet uniċi tal-persuni LGBTI; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;

71.  Jissottolinja l-importanza li l-Istati Membri kollha jirrikonoxxu b'mod sistematiku d-dritt ta' nisa vittmi tat-traffikar tal-bnedmin għal aċċess għal servizzi ta' abort sikur meta t-tqala tkun riżultat tal-isfruttament tagħhom;

72.  Hu tal-fehma li l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2011/36/UE għandu jiġi estiż sabiex jintroduċi għajnuna maħsuba għall-integrazzjoni futura (tagħlim tal-lingwa, familjarizzazzjoni mal-kultura u l-komunità, eċċ.) fejn iċ-ċirkostanzi tal-vittmi jippermettulhom jagħżlu li jieħdu permess ta' residenza;

73.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ċittadini tal-UE u ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar huma intitolati għal permessi ta' residenza;

74.  Jinnota li l-istatus ta' residenza legali irregolari ma teskludix persuna milli tkun vittma tat-traffikar tal-bnedmin, u li għaldaqstant tali vittmi għandu jkollhom l-istess drittijiet bħall-oħrajn; jistieden lill-Istati Membri ma jħalltux il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u tat-traffikar tal-bnedmin, waqt li jenfasizza l-prinċipju tal-inkondizzjonalità tal-għajnuna stabbilit fid-direttiva;

75.  Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jiggarantixxu b'mod effettiv id-drittijiet tal-vittmi u jitlob li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE tiġi analizzata fid-dawl tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2012/29/UE; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu għajnuna legali mingħajr ħlas, assistenza u rappreżentanza legali, appoġġ psikololġiku u mediku, u informazzjoni dwar id-drittijiet ta' assistenza u kura tas-saħħa, inkluż id-dritt għal abort għal vittmi ta' sfruttament sesswali, għal dawk kollha li jidentifikaw lilhom infushom, jew jissodisfaw għadd xieraq ta' kriterji għall-identifikazzjoni, bħala vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, biex jgħinuhom jaċċedu għad-drittijiet tagħhom, għal kumpens u/jew rimedju legali; jenfasizza li l-awtoidentifikazzjoni qatt ma għandha tkun l-uniku rekwiżit għall-aċċess għad-drittijiet u s-servizzi għall-vittmi;

76.  Jistieden lill-Istati Membri jqiegħdu l-għajnuna legali għad-dispożizzjoni tal-vittmi tat-traffikar mhux biss fi proċedimenti kriminali, iżda wkoll fi proċedimenti ċivili, tax-xogħol jew tal-immigrazzjoni/l-asil li jkunu involuti fihom;

77.  Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu ż-żmien itwal meħtieġ biex persuna tirkupra mill-ħsara tat-traffikar għal skopijiet ta' sfruttament sesswali, meta mqabbel maż-żmien meħtieġ biex persuna tirkupra minn tipi oħra ta' traffikar, biex jiġu deċiżi l-parametri tal-appoġġ tal-vittmi; jitlob li l-miżuri ta' protezzjoni offruti lill-vittmi traffikati għal sfruttament sesswali jiġu estiżi, sabiex titnaqqas il-ħsara, għall-prevenzjoni ta' traffikar mill-ġdid u ta' vittimizzazzjoni sekondarja u biex f'kull każ jipprovdu għall-ħtiġijiet individwali;

Valutazzjoni ta' miżuri oħra sensittivi għall-ġeneru meħuda fl-implimentazzjoni tad-Direttiva

78.  Jenfasizza li kwalunkwe obbligu biex il-vittmi jipparteċipaw fil-prosekuzzjoni tat-traffikanti jista' jkun ta' dannu; jenfasizza li f'approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, tali obbligu m'għandux ikun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizzi;

79.  Jissottolinja li l-vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin għandhom sistematikament jiġu infurmati dwar il-possibilità li jibbenefikaw minn perjodu ta' rkupru u riflessjoni, u għandhom effettivament jiġu mogħtija tali perjodu; jiddispjaċih li f'xi Stati Membri dawn id-drittijiet ġew trasposti biss f'liġijiet tal-migrazzjoni u għalhekk ma japplikawx għall-vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin, iżda biss għal dawk li jinsabu f'sitwazzjoni irregolari; ifakkar li dawn id-drittijiet għandhom jingħataw lil vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin;

80.  Ifakkar li, skont id-Direttiva 2004/81/KE, l-Istati Membri huma obbligati jippermettu perjodu ta' riflessjoni u rkupru għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri, biex meta jiddeterminaw it-tul ta' dan il-perjodu, iqisu l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin u biex jestendu l-perjodu minimu ta' 30 ġurnata għall-perjodu ta' rkupru u riflessjoni inkluż f'din il-Konvenzjoni għall-vittmi traffikati għal skopijiet ta' sfruttament sesswali, minħabba l-ħsara sinifikanti u fit-tul ikkawżata minn din il-forma ta' vjolenza;

81.  Jinnota li l-Istrateġija attwali tal-UE lejn l-Eradikazzjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin se tintemm fi tmiem l-2016, u jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-istrateġija attwali u tintroduċi mudell ġdid li jsegwi approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem li jiffoka fuq il-vittmi, jinkludi dimensjoni ċara ta' ġeneru u jinkludi azzjonijiet konkreti f'dan ir-rigward, tindirizza l-prevenzjoni b'mod adegwat u effikaċi, u tkompli tiskoraġġixxi d-domanda li trawwem il-forom kollha ta' traffikar; jitlob li din l-istrateġija tkun integrata u tiġi magħmula koerenti ma' oqsma ta' politika oħra, bl-għan li tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri kontra t-traffikar, inkluż, iżda mhux limitat għas-sigurtà, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-migrazzjoni, iċ-ċibersigurtà u l-infurzar tal-liġi;

82.  Ifaħħar dawk l-Istati Membri li stabbilixxew mekkaniżmi nazzjonali ta' rappurtar effettivi u rapporteurs nazzjonali, u jistedinhom jiżguraw li dawn il-miżuri jkollhom ir-riżorsi adegwati u jkunu indipendenti sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom bl-aħjar mod possibbli;

83.  Jistieden lill-Istati Membri jaħtru, bl-għan li jivvalutaw l-istrateġiji u l-attivitajiet tagħhom u jtejbu l-isforzi għall-ġlieda kontra t-traffikar, rapporteur nazzjonali indipendenti li jkollu id-dritt legali li jidher quddiem il-parlament nazzjonali u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif l-aħjar jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin;

84.  Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data aktar dettaljata u aġġornata billi tinġabar informazzjoni statistika affidabbli miġbura mill-atturi ewlenin kollha, billi jiżguraw li d-data hija omoġenja u diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, it-tip ta' sfruttament (f'sottogruppi ta' tipi ta' traffikar tal-bnedmin), il-pajjiż tal-oriġini u tad-destinazzjoni, u bl-inklużjoni ta' persuni traffikati internament, sabiex jiġu identifikati aħjar il-vittmi potenzjali u għall-prevenzjoni tal-kriminalità; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kondiviżjoni tad-data sabiex jivvalutaw aħjar id-dimensjoni tal-ġeneru u x-xejriet reċenti tat-traffikar tal-bnedmin u jiġġieldu t-traffikar b'mod aktar effettiv; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li rapporteurs nazzjonali jkollhom rwol aktar sinifikanti fil-koordinazzjoni ta' inizjattivi ta' ġbir tad-data, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili attivi f'dan il-qasam;

85.  Jinnota li minkejja d-definizzjoni ċara tat-traffikar tal-bnedmin mogħtija fid-Direttiva, għadd ta' definizzjonijiet differenti ġew adottati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka dwar dan u tirraporta dwar xi jfissru fil-prattika dawn id-differenzi fid-definizzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva; jenfasizza l-importanza ta' ċarezza kunċettwali sabiex ikun evitat taħlit ma' kwistjonijiet relatati iżda separati;

86.  Jinnota li, b'mod ġenerali, il-partijiet interessati jikkonfermaw li l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ma jiġux identifikati; jirrikonoxxi li t-traffikar ta' ċerti gruppi vulnerabbli bħal żgħażagħ, tfal u persuni b'diżabilità u persuni LGBTI (li jkunu bla dar), ġie pjuttost traskurat; jenfasizza l-importanza ta' titjib fil-ġbir tad-data biex jissaħħu l-isforzi ta' identifikazzjoni tal-vittmi fir-rigward ta' dawn il-gruppi u l-iżvilupp tal-aħjar prattika fl-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawn il-vittmi;

87.  Jenfasizza li, sabiex jitjiebu l-isforzi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri, u jieħdu miżuri leġiżlattivi u oħrajn ulterjuri, jekk ikun meħtieġ;

88.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida standardizzati, inkluża l-protezzjoni tad-data, għall-ġbir tad-data għall-korpi rilevanti, bħall-infurzar tal-liġi, is-servizzi tal-fruntieri u tal-immigrazzjoni, is-servizzi soċjali, l-awtoritajiet lokali, il-ħabsijiet, l-NGOs u kontributuri oħra;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li tingħata prijorità akbar lill-ġlieda kontra t-traffikar fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)0240), sabiex tiffaċilita l-involviment tal-vittmi fil-prosekuzzjoni tat-traffikanti;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-abbuż tal-impjieg indipendenti fl-impjieg ta' ħaddiema migranti f'xi Stati Membri tal-UE sabiex jiġu evitati l-istandards lokali tax-xogħol u l-obbligi tal-impjieg, waqt li tirrikonoxxi li l-impjieg indipendenti fittizju ta' sikwit jintuża f'oqsma tax-xogħol tal-migranti l-aktar suxxettibbli għat-traffikar;

91.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali dwar it-traffikar tal-bnedmin tul rotot magħrufa, bħal mil-Lvant lejn l-UE, permezz tal-użu tal-Istrument għall-Istabilità u r-responsabilità kontinwa li għaddejja tal-pajjiżi kandidati;

92.  Jitlob li l-UE tipprovdi, permezz tal-Eurostat, stimi dwar in-numru ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, reġistrati jew xort' oħra, f'konformità mal-mudell ġenerali segwit minn organizzazzjonijiet bħalma huma l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

93.  Jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-prinċipju ta' non-refoulement fid-direttivi tagħhom kontra t-traffikar, fuq l-eżempju tal-Protokoll tan-NU dwar it-Traffikar u l-Konvenzjoni dwar it-Traffikar tal-Kunsill tal-Ewropa u skont l-obbligi tal-istati skont id-dritt internazzjonali dwar ir-rifuġjati u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

94.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jmexxu riċerka dwar l-aktar tendenzi u forom ġodda ta' traffikar tal-bnedmin, inkluża l-influwenza li jista' jkollha l-kriżi migratorja attwali fuq it-traffikar tal-bnedmin, bl-għan li l-iżviluppi l-ġodda jiġu indirizzati b'rispons adegwat u mmirat;

95.  Jitlob li l-Kummissjoni tipproduċi analiżi tar-rabtiet bejn tipi differenti ta' traffikar u r-rotot bejniethom fir-rapport li jmiss dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE, billi l-vittmi spiss jiġu sfruttati b'modi differenti fl-istess ħin jew jimxu minn tip ta' traffikar għal ieħor; u li tippromwovi riċerka kontinwa dwar il-kawżi ewlenin tat-traffikar tal-bnedmin u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

96.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiġi rieżaminat il-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew futur sabiex ladarba jiġi stabbilit, jinkludi setgħat biex jindirizza t-traffikar tal-bnedmin;

97.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex, filwaqt li tqis li l-Konvenzjoni ta' Istanbul hija għodda effettiva sabiex tipprevjeni u tiġġieled kontra l-vjolenza fuq in-nisa, inkluż it-traffikar, tipproteġi u tgħin lill-vittmi u tippromwovi r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni mill-Istati Membri;

o
o   o

98.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P8_TA(2014)0070.
(2) ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.
(3) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(4) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(5) ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24.
(6) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(7) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19.
(8) Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0162.
(10) Testi adottati, P8_TA(2015)0218.
(11) Stimi tal-ILO għall-2014, Profits and poverty the economics of forced labour (Profitti u faqar, l-ekonomija tax-xogħol furzat).
(12) Rapport tal-Eurostat "Trafficking in human beings" (Traffikar tal-bnedmin), edizzjoni tal-2015.
(13) Idem.
(14) Idem.
(15)3 Europol, Rapport tas-Sitwazzjoni: Traffikar tal-Bnedmin fl-UE (Frar 2016).
(16) Rapport tal-Eurostat, 2015.
(17) Idem.
(18) "Rapport ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE lejn il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin" (SWD(2014)0318), paġna 9.
(19) https://ec.europa.eu/anti-trafficking/publications/handbook-consular-and-diplomatic-staff-how-assist-and-protect-victims-human-trafficking_en.

Avviż legali