Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 8 ta' Ġunju 2016 - StrasburguVerżjoni finali
It-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegati kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, is-setgħat, kif ukoll id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu
 Ftehim UE-Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Ftehim UE-Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Ftehim UE-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) ***
 Is-soġġezzjoni ta' α-PVP għal miżuri ta' kontroll *
 Ratifika u adeżjoni tal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
 Ratifika u adeżjoni tal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
 Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini (adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini (approvazzjoni) ***
 Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini (riżoluzzjoni)
 Assistenza makrofinanzjarja lit-Tuneżija ***I
 Regoli kontra ċerti prattiki ta' evitar tat-taxxa *
 Segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA
 Kapaċitajiet fil-qasam tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża Ewropea
 L-iżvilupp tas-suq spazjali
 Sitwazzjoni fil-Venezwela
 Interferenti endokrinali: sitwazzjoni attwali wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru 2015
 Prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat
 Qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4)

It-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegati kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, is-setgħat, kif ukoll id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu
PDF 350kWORD 87k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, is-setgħat, kif ukoll id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu(2016/2726(RSO))
P8_TA(2016)0253B8-0745/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba mressqa minn 337 Membru għat-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet(7),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni(9),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)(10),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE(12),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati(13),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE(14),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpanniji(15),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/771/UE tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa(16) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/772/UE tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva(17),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2016 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar strateġija esterna għal tassazzjoni effettiva (COM(2016)0024),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li jwaqqaf Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa,

2.  Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu:

   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw u jeżegwixxu b'mod effikaċi, id-Direttiva 2005/60/KE, fid-dawl tal-obbligu tal-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi tad-Direttiva (UE) 2015/849;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li japplikaw il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra lill-istituzzjonijiet responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE, kif tirrikjedi d-Direttiva 2013/36/UE;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw b'mod effikaċi, id-Direttiva 2011/16/UE, speċjalment l-Artikolu 9(1) tagħha dwar il-komunikazzjoni spontanja ta' informazzjoni fil-qasam tat-taxxa lil Stat Membru ieħor f'każijiet li fihom ikun hemm raġunijiet biex jitqies li jista' jkun hemm telf ta' taxxa, fid-dawl tal-obbligu tal-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi tad-Direttiva 2014/107/UE; għal dan l-iskop u għall-investigazzjonijiet fuq bażijiet ġuridiċi oħrajn fir-rigward tal-allegati każijiet ta' kontravvenzjonijiet jew amministrazzjoni ħażina li sar riferiment għalihom hawn fuq, il-Kumitat għandu jagħmel użu mill-aċċess għad-dokumenti rilevanti kollha tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta li nkisbu mill-kumitati speċjali TAXE 1 u TAXE 2;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Istati Membri li jeżegwixxu l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, rilevanti għall-iskop tal-inkjesta prevista f'din id-deċiżjoni;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw, id-Direttiva 2014/91/UE;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw, id-Direttiva 2011/61/UE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw, id-Direttiva 2009/138/KE;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw u jeżegwixxu b'mod effikaċi, id-Direttiva 2006/43/KE, fid-dawl tal-obbligu tal-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u tad-Direttiva 2014/56/UE;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Istati Membri li jittrasponu d-Direttiva 2013/34/UE;
   jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw b'mod effikaċi, id-Direttiva 2012/17/UE;
   jinvestiga l-ksur potenzjali tad-dmir ta' kooperazzjoni leali stabbilit mill-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea min-naħa tal-Istati Membri u tat-territorji assoċjati u dipendenti tagħhom, sakemm ikun rilevanti għall-ambitu tal-inkjesta prevista f'din id-deċiżjoni; għal dan il-għan, jivvaluta partikolarment jekk ksur eventwali ta' dan it-tip jistax ikun dovut għall-allegat nuqqas ta' adozzjoni tal-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ta' veikoli finanzjarji li jippermettu lis-sidien benefiċjarji aħħarin tagħhom jaħbuhom mill-istituzzjonijiet finanzjarji u minn intermedjarji, avukati, fornituri ta' servizzi relatati ma' kumpaniji u trusts oħrajn jew l-operat ta' kwalunkwe veikolu jew intermedjarju ieħor li jippermetti l-aġevolazzjoni tal-ħasil ta' flus, kif ukoll l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fi Stati Membri oħrajn (inkluż l-eżami tar-rwol tat-trusts u tal-kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata b'membru uniku u tal-muniti virtwali), fid-dawl ukoll tal-programmi ta' ħidma attwali li qed jitwettqu fil-livell tal-Istati Membri u li għandhom l-għan li jaffrontaw tali kwistjonijiet u jtaffulhom l-effetti;
   jifformula r-rakkomandazzjonijiet li jqis neċessarji f'dan il-kuntest, inkluż dwar l-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 hawn fuq imsemmija dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lil pajjiżi terzi japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa u tal-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, kif ukoll jivvaluta l-aktar żviluppi reċenti tal-istrateġija esterna tal-Kummissjoni għal tassazzjoni effettiva u r-rabtiet bejn il-qafas ġuridiku tal-Unjoni u tal-Istati Membri u s-sistemi tat-taxxa ta' pajjiżi terzi (pereżempju, ftehimiet dwar it-taxxa doppja, ftehimiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni, ftehimiet ta' kummerċ ħieles), kif ukoll l-isforzi li saru għall-promozzjoni, f'livell internazzjonali (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, G20, Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja u Nazzjonijiet Uniti) tat-trasparenza tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja;

3.  Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jippreżenta r-rapport finali tiegħu fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni;

4.  Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jqis f'ħidmitu kwalunkwe żvilupp rilevanti fil-kompetenza tiegħu li jfeġġu matul il-mandat tiegħu;

5.  Jiddeċiedi li kwalunkwe rakkomandazzjoni imfassla mill-Kumitat ta' Inkjesta u mill-kumitat speċjali TAXE 2 għandhom ikunu ittrattati fi ħdan il-kumitati permanenti rilevanti;

6.  Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jkollu 65 Membru;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiżgura li din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1) ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.
(2) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(3) ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.
(4) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(5) ĠU L 064, 11.3.2011, p. 1.
(6) ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1.
(7) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186.
(8) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.
(9) ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1.
(10) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(11) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(12) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77.
(13) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196.
(14) ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.
(15) ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1.
(16) ĠU L 338, 12.12.2012, p. 37.
(17) ĠU L 338, 12.12.2012, p. 41.


Ftehim UE-Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 248kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12080/2015 – C8-0400/2015 – 2015/0193(NLE))
P8_TA(2016)0254A8-0177/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12080/2015),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12077/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni inċiż, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0400/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Arikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0177/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Palau.


Ftehim UE-Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 249kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12089/2015 – C8-0374/2015 – 2015/0196(NLE))
P8_TA(2016)0255A8-0179/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12089/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (12087/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0374/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Arikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0179/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju ta' Tonga.


Ftehim UE-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 248kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12095/2015 – C8-0390/2015– 2015/0201(NLE))
P8_TA(2016)0256A8-0178/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12095/2015),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12094/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni inċiż, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0390/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Arikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0178/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kolombja.


Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) ***
PDF 247kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma ta' Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) (06925/2016 – C8-0141/2016 – 2016/0067(NLE))
P8_TA(2016)0257A8-0186/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (06925/2016),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tad-WTO tas-16 ta' Diċembru 2015, dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (06926/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0141/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0186/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.


Is-soġġezzjoni ta' α-PVP għal miżuri ta' kontroll *
PDF 247kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-soġġezzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida 1-phenyl-2-(pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP) għal miżuri ta' kontroll (15386/2015 – C8-0115/2016 – 2015/0309(CNS))
P8_TA(2016)0258A8-0175/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15386/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0115/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0175/2016),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


Ratifika u adeżjoni tal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
PDF 284kWORD 95k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri f'isem l-Unjoni mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (13806/2015 – C8-0410/2015 – 2015/0135(NLE))
P8_TA(2016)0259A8-0191/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13806/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6) punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0410/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni internazzjonali fuq ir-responsabbiltà u l-kumpens għal dannu kkawżat mill-ġarr bil-baħar ta’ sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi, tal-1996 (il-"Konvenzjoni HNS 1996"),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2010 tal-Konvenzjoni HNS 1996 ('il-Konvenzjoni HNS 2010'),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2015)0304),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 2002/971/KE tat-18 ta' Novembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri, fl-interess tal-Komunità, li jirratifikaw jew li jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS 1996(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali(3) (id-"Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali jew "ELD"),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni għall-minuti tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru u tat-8 ta' Diċembru 2015(4),

–  wara li kkunsidra d-dokument tat-18 ta' Settembru 2015 tal-industrija tat-tbaħħir li jħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw jew jaderixxu mal-Protokoll tal-2010 tal-Konvenzjoni HNS malajr kemm jista' jkun f'konformità mal-approċċ propost mill-Kummissjoni(5),

–  wara li kkunsidra r-rapport finali mħejji għall-Kummissjoni Ewropea minn BIO Intelligence Service, bl-isem "Study on ELD Effectiveness: scope and exceptions" (Studju dwar l-Effikaċja tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali: kamp ta' applikazzjoni u eċċezzjonijiet) tad-19 ta' Frar 2014(6),

–  wara li kkunsidra n-nota mis-Servizz Legali tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2016 dwar il-bażi ġuridika għall-proposta msemmija hawn fuq għal deċiżjoni tal-Kunsill (SJ-0066/16) u l-opinjoni sussegwenti fil-forma ta' ittra dwar il-bażi ġuridika xierqa għal din id-deċiżjoni proposta adottata mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fid-19 ta' Frar 2016(7) u annessa mar-rapport A8-0191/2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8–0191/2016),

A.  billi l-għan tal-Konvenzjoni HNS 2010 huwa li tiggarantixxi r-responsabbiltà u l-ħlas ta' kumpens adegwat, fil-pront u effettiv għal telf jew dannu lill-persuni, lill-proprjetà u lill-ambjent li jirriżultaw mill-ġarr ta' sustanzi perikolużi u noċivi bil-baħar permezz tal-Fond Internazzjonali speċjalizzat ta' kumpens għall-HNS;

B.  billi, għalhekk, minn naħa waħda hi għandha l-għan li tiddisponi għall-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u għall-prinċipji ta' prevenzjoni u ta' prekawzjoni li jfisser li għandha tittieħed azzjoni preventiva fil-każ tal-possibilità ta' dannu ambjentali, u għalhekk taqa' taħt il-politika u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-ambjent, u min-naħa l-oħra għandha l-għan li tirregola kwistjonijiet li jirriżultaw mid-danni kkawżati mit-trasport marittimu u li tipprevjeni u tnaqqas kemm jista' jkun danni bħal dawn, u għalhekk taqa' taħt il-politika tal-Unjoni dwar it-trasport;

C.  billi skont il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2015)0304), il-konklużjoni tal-Konvenzjoni HNS 2010 għaldaqstant tkun tikkoinċidi mal-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali;

D.  billi l-Konvenzjoni HNS 2010 għandha kamp ta' applikazzjoni li jikkoinċidi mad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali sa fejn huma kkonċernati d-dannu ambjentali kkawżat lit-territorju u lill-ilmijiet tal-baħar taħt il-ġurisdizzjoni ta' stat parti, id-dannu li jirriżulta minn kontaminazzjoni tal-ambjent ikkawżat fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) jew żona ekwivalenti ta' stat parti (sa 200 mil nawtiku mil-linji bażi) u l-miżuri ta' prevenzjoni biex tali dannu jiġi pprevenut;

E.  billi l-Konvenzjoni HNS 2010 tistabbilixxi responsabbiltà stretta ta' sid il-bastiment għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ġarr ta' sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi bil-baħar kopert mill-Konvenzjoni, kif ukoll l-obbligu li joħroġ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tkopri r-responsabbiltà tiegħu għal danni skont il-Konvenzjoni, li tipprojbixxi għal dak il-għan kwalunkwe pretensjoni oħra li ssir kontra sid il-bastiment ħlief skont din il-Konvenzjoni (l-Artikolu 7(4)(5));

F.  billi hemm riskju għalhekk ta' kunflitt potenzjali bejn l-ELD u l-Konvenzjoni HNS 2010, riskju li jista' jiġi evitat permezz tal-Artikolu 4(2) tal-ELD, li jiddisponi li d-Direttiva "ma tapplikax għal danni ambjentali jew għal kwalunkwe theddida imminenti ta' danni ambjentali li huma ir-riżultat ta' inċident li fir-rigward tiegħu ir-responsabbiltà jew il-kumpens fil-kamp ta' applikazzjoni ta' xi waħda mill-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness IV, inkluża kwalunkwe emenda futura ta' dawk il-konvenzjonijiet, li tinsab fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat";

G.  billi l-ELD għalhekk teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha danni ambjentali jew theddid imminenti ta' tali danni li huma koperti mill-Konvenzjoni HNS 2010 ladarba din tal-aħħar tidħol fis-seħħ, sakemm l-Istati Membri kollha ma jkunux irratifikaw jew aderixxew mal-Konvenzjoni HNS 2010 fl-istess limiti ta' żmien, hemm riskju li se jitfaċċa xenarju ġuridika frammentata fejn xi Stati Membri ikunu soġġetti għall-Konvenzjoni HNS 2010 u oħrajn għad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali. dan se joħloq disparità għall-vittmi tat-tniġġis, bħalma huma l-komunitajiet kostali, is-sajjieda, eċċ. u jkun ukoll kontra l-ispirtu tal-Konvenzjoni HNS 2010;

H.  billi l-prinċipji bażiċi sottostanti għall-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali jipprovdu wkoll il-bażi għall-Konvenzjoni HNS 2010, u dawn huma r-responsabbiltà stretta ta' sid il-bastiment, assigurazzjoni mandatarja biex tkopri d-danni lill-partijiet terzi, id-dritt ta' rikors dirett tal-persuni li jsofru danni kontra l-assiguratur, il-limitazzjoni tar-responsabbiltà u, fil-każ taż-żejt u ta' sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi, fond speċjali ta' kumpensi li jħallas għad-danni meta dawn jaqbżu l-limiti tar-responsabbiltà ta' sid il-bastiment;

I.  billi huwa fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi li jkun hemm reġim ta' responsabbiltà omoġenju applikabbli għad-danni li jirriżultaw mill-ġarr ta' sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi fuq il-baħar;

J.  billi mhuwiex assolutament ċar jekk l-Artikolu 4(2) tal-ELD jfissirx li l-ELD ma tistax tiġi applikata fi Stat Membru li jkun irratifika l-Konvenzjoni HNS 2010, jew li l-esklużjoni hija limitata sal-punt sa fejn ir-responsabbiltà jew il-kumpens jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni;

K.  billi l-Konvenzjoni HNS 2010 tikkostitwixxi reġim ta' kumpens u għalhekk għandhaambitu iżgħar mill-ELD fl-istabbiliment ta' reġim li jirrikjedi lill-operaturi, u jidderieġi lill-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu lill-operaturi, jipprevjenu jew jirrimedjaw theddida imminenti ta' dannu ambjentali jew dannu ambjentali attwali, rispettivament;

L.  billi għall-kuntrarju ta' dak li huwa l-każ skont l-ELD, l-ebda kumpens ma jista' jingħata skont il-Konvenzjoni HNS 2010 għal dannu ta' natura mhux ekonomika;

M.  billi l-ELD ma timponix garanzija finanzjarja mandatarja fuq l-operaturi sabiex tiżgura li dawn ikollhom fondi biex jassiguraw il-prevenzjoni u r-rimedju ta' dannu ambjentali, sakemm Stat Membru ma jkunx adotta dispożizzjonijiet aktar stretti mill-ELD;

N.  billi l-Konvenzjoni HNS 2010 tistabbilixxi obbligu ċar li s-sid jikkuntratta assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra biex ikopri r-responsabbiltà tiegħu għad-danni skont il-Konvenzjoni;

O.  billi l-Konvenzjonijiet l-oħra tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali inklużi fl-Anness IV tad-Direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali wrew li huma effettivi, peress li rnexxielhom jilħqu bilanċ bejn l-interessi ambjentali u l-interessi kummerċjali permezz tal-allokazzjoni ċara tar-responsabbiltà li permezz ta' hekk normalment ma jkun hemm l-ebda inċertezza dwar min hija l-parti responsabbli, kif ukoll permezz tal-istabbiliment ta' assikurazzjoni obbligatorja u mekkaniżmi rapidi ta' kumpens, li mhumiex limitati għad-danni ambjentali biss;

1.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

   (i) Jiggarantixxu r-rispett tal-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi tal-UE skont l-Artikolu 5(1) tat-TUE u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddisponi li "l-għażla tal-bażi legali ta' att Komunitarju għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi li jistgħu jwasslu għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut ta' dan l-att"(8);
   (ii) Jilqgħu għalhekk l-opinjoni fil-forma ta' ittra tad-19 ta' Frar 2016 adottata mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont liema:

"peress li l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill għandha l-għan li tawtorizza lill-Istati Membri li jirratifikaw, jew aderixxu, f'isem l-Unjoni, mal-Protokoll HNS 2010 u sussegwentement jintrabtu mill-Konvenzjoni HNS 2010, u meta jitqies li din tal-aħħar ma tkoprix biss każijiet ta' ħsara ambjentali (li jagħtu s-saħħa lill-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva u li min iniġġes għandu jħallas), iżda wkoll każijiet ta' ħsara mhux ambjentali, kemm ikkawżati mit-trasportazzjoni ta' ċerti sustanzi bit-trasport bil-baħar, l-Artikoli 100(2), 192(1) u 218(6)(a)(v) tat-TFUE jikkostitwixxu l-bażi ġuridika adegwata għal din il-proposta"

   (iii) Jiżguraw li l-uniformità, l-integrità u l-effettività tar-regoli komuni tal-Unjoni ma jiġux affettwati b'mod negattiv mill-impenji internazzjonali meħuda bir-ratifika tal-Konvenzjoni HNS 2010 jew bl-adeżjoni magħha skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja(9);
   (iv) Jagħtu attenzjoni akbar f'dan ir-rigward lill-koinċidenza bejn id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali u l-Konvenzjoni HNS 2010, sa fejn huma kkonċernati d-dannu ambjentali kkawżat lit-territorju u lill-ilmijiet tal-baħar taħt il-ġurisdizzjoni ta' stat parti, idannu li jirriżulta minn kontaminazzjoni tal-ambjent ikkawżat fiż-ŻEE jew f'żona ekwivalenti (sa 200 mil nawtiku mil-linji bażi) ta' stat parti u l-miżuri ta' prevenzjoni biex jiġi pprevenut jew minimizzat tali dannu (miżuri preventivi, rimedju primarju, u rimedju kumplimentari);
   (v) Jiżguraw li l-possibbiltà ta' kunflitt bejn id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali u l-Konvenzjoni HNS 2010 tiġi minimizzata billi jieħdu l-azzjonijiet kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-klawżola ta' esklussività skont l-Artikolu 7(4) u (5) tal-Konvenzjoni HNS 2010, li permezz tagħha ma tista' ssir l-ebda pretensjoni oħra kontra sid il-bastiment ħlief f'konformità ma' din il-Konvenzjoni, tiġi rispettata bis-sħiħ mill-Istati Membri li jirratifikaw jew li jaderixxu skont l-Artikolu 4(2) u l-Anness IV tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali;
   (vi) Jiżguraw li jitnaqqas ir-riskju li jinħoloq u jiġi konsolidat żvantaġġ kompetittiv għall-istati li huma lesti biex jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS 2010, meta mqabbla ma' dawk li possibilment jixtiequ jibdew dan il-proċess aktar tard u jibqgħu marbuta bid-Direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali biss;
   (vii) Jiżguraw it-tneħħija tal-koeżistenza permanenti ta' żewġ reġimi ta' responsabbiltà marittima – wieħed ibbażat fl-Unjoni u ieħor internazzjonali – li tirriżulta fil-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, barra minn hekk, tikkomprometti l-allokazzjoni ċara tar-responsabbiltà u tista' twassal għal proċeduri twal u għaljin għad-detriment tal-vittmi u l-industrija tat-tbaħħir;
   (viii) Jiżguraw f'dan ir-rigward li jiġi impost obbligu ċar fuq l-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiksbu riżultat konkret, jiġifieri li jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS 2010 fi żmien raġonevoli, li ma għandux ikun itwal minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jikkonkludi li din ir-riżoluzzjoni se tkun possibbiltà oħra għall-Kunsill u għall-Kummissjoni biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jitlob iktar diskussjonijiet mal-Kummissjoni u l-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll ill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.
(2) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 55.
(3) ĠU L 143, 30.4.2004, p.56.
(4) Nota punt 13142/15.
(5) Disponibbli onlajn fuq: http://www.ics-shipping.org/docs/default-source/Submissions/EU/hazardous-and-noxious-substances.pdf.
(6) Disponibbli onlajn fuq: http://ec.europa.eu/environment/legal/liability/pdf/BIO%20ELD%20Effectiveness_report.pdf.
(7) PE576.992.
(8) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Lulju 2012, Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-130/10, ECLI:EU:C:2012:472, punt 42.
(9) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Marzu 1993, 2/91, ECLI:EU:C:1993:106, punt 25; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2002, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tad-Danimarka, C–467/98, ECLI:EU:C:2002:625, punt 82; Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Frar 2006, 1/03, ECLI:EU:C:2006:81, punti 120 u 126; Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


Ratifika u adeżjoni tal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
PDF 278kWORD 89k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, f'isem l-Unjoni, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara fir-rigward tal-aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (14112/2015 – C8-0409/2015 – 2015/0136(NLE))
P8_TA(2016)0260A8-0190/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14112/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 81 u l-Artikolu 218(6)(a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0409/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattati,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni internazzjonali fuq ir-responsabilità u l-kumpens għal dannu kkawżat mill-ġarr bil-baħar ta’ sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi, tal-1996 ('il-Konvenzjoni HNS 1996'),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2010 tal-Konvenzjoni HNS 1996 ('il-Konvenzjoni HNS 2010'),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2015)0305),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/971/KE tat-18 ta' Novembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri biex, fl-interess tal-Komunità, jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS 1996(2),

–  wara li kkunsidra l-"proposal for a Council decision authorizing the Member States to ratify in the interest of the European Community the International Convention on Liability and Compensation for Damage in Connection with the Carriage of Hazardous and Noxious Substances by Sea, 1996" (il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw fl-interess tal-Komunità Ewropea l-Konvenzjoni internazzjonali fuq ir-responsabilità u l-kumpens għal dannu kkawżat mill-ġarr bil-baħar ta’ sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi,tal-1996) (il-"Konvenzjoni HNS") (COM(2001)0674),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (3)(ir-"riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I"),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni għall-minuti tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru u tat-8 ta' Diċembru 2015(4),

–  wara li kkunsidra d-dokument tat-18 ta' Settembru 2015 tal-industrija tat-tbaħħir li jħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw jew jaderixxu mal-Protokoll tal-2010 tal-Konvenzjoni HNS malajr kemm jista' jkun f'konformità mal-approċċ propost mill-Kummissjoni(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8–0190/2016),

A.  billi l-għan tal-Konvenzjoni HNS 2010 huwa li tiggarantixxi r-responsabilità u l-ħlas ta' kumpens adegwat, fil-pront u effettiv għat-telf jew ħsara lill-persuni, lill-proprjetà u lill-ambjent li jirriżulta mill-ġarr ta' sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi bil-baħar permezz tal-Fond Internazzjonali speċjalizzat ta' kumpens għall-HNS;

B.  billi l-prinċipji bażiċi sottostanti għall-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni HNS 2010, huma r-responsabilità stretta ta' sid il-bastiment, l-assigurazzjoni mandatarja li tkopri d-danni lil partijiet terzi, id-dritt ta' rikors dirett ta' persuni li jsofru danni kontra l-assiguratur, il-limitazzjoni tar-responsabilità u, fil-każ taż-żejt u ta' sustanzi noċivi u potenzjalment perikolużi, fond speċjali ta' kumpensi li jħallas għad-danni meta dawn jaqbżu l-limiti tar-responsabilità ta' sid il-bastiment;

C.  billi, għalhekk, minn naħa waħda hi għandha l-għan li tiddisponi għall-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u għall-prinċipji ta' prevenzjoni u prekawzjoni li jfisser li għandha tittieħed azzjoni preventiva fil-każ ta' dannu ambjentali possibbli, u għalhekk taqa' taħt il-politika u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-ambjent, u min-naħa l-oħra għandha l-għan li tirregola kwistjonijiet li jirriżultaw mid-danni kkawżati mit-trasport marittimu, u li tevita u tnaqqas danni bħal dawn, u għalhekk taqa' taħt il-politika tal-Unjoni dwar it-trasport;

D.  billi l-Konvenzjoni HNS 2010 tinkludi regoli dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-istati partijiet fuq il-pretensjonijiet imressqa minn persuni li jġarrbu danni koperti mill-konvenzjoni kontra sid il-bastiment jew l-assikuratur tiegħu, jew kontra l-Fond speċjalizzat tal-kumpens għall-HNS, u tinkludi wkoll regoli dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi mill-qrati fl-istati partijiet;

E.  billi skont il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2015)0305), il-konklużjoni tal-Konvenzjoni HNS 2010, għalhekk 'tikkoinċidi mal-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tar-riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I;

F.  billi r-riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I tippermetti raġunijiet multipli ta' ġurisdizzjoni, meta fl-istess ħin il-Kapitolu IV tal-Konvenżjoni HNS 2010 jistabbilixxi reġim restrittiv ħafna ta' ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-atturi u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar ir-responsabilità u l-kumpens;

G.  billi minn naħa waħda n-natura speċifika tar-reġim ta' ġurisdizzjoni tal-Konvenzjoni HNS 2010 għandha l-għan li tiżgura li l-vittmi ta' inċidenti jistgħu jibbenefikaw minn regoli proċedurali ċari u ċertezza legali, u b'hekk twassal għal pretensjonijiet aktar effettivi quddiem il-qrati, u min-naħa l-oħra d-diffikultajiet legali u prattiċi antiċipati li huma involuti fl-applikazzjoni ta' reġim ta' ġurisdizzjoni separat mal-Unjoni meta mqabbel ma' dak li japplika għall-partijiet l-oħra tal-Konvenzjoni HNS 2010, jiġġustifikaw eċċezzjoni għall-applikazzjoni ġenerali tar-riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I;

H.  billi d-Danimarka hija eżentata mill-applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE u ma tiħux sehem fl-adozzjoni tad-deċizjoni proposta tal-Kunsill fir-rigward tal-aspetti relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili;

I.  billi l-koinċidenza bejn il-Konvenzjoni HNS 2010 u r-regoli tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali sawret il-bażi ġuridika għad-Deċiżjoni 2002/971/KE, peress li l-Protokoll HNS 2010 emenda l-Konvenzjoni HNS 1996, l-effett tal-Konvenzjoni HNS 2010 fuq ir-regoli tal-Unjoni għandu jiġi vvalutat fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni u tar-regoli tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali")(6) li saret parti mill-ordinament ġuridiku tal-UE mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni 2002/971/KE;

J.  billi d-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha danni ambjentali jew theddid imminenti ta' tali danni li huma koperti mill-Konvenzjoni HNS 2010 ladarba din tal-aħħar tidħol fis-seħħ (l-Artikolu 4(2) u l-Anness IV tad-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali);

K.  billi l-Konvenzjoni HNS 2010 tistabbilixxi responsabilità stretta ta' sid il-bastiment għal kwalunkwe dannu li jirriżulta mill-ġarr tal-HNS bil-baħar kopert mill-Konvenzjoni, kif ukoll l-obbligu li tinħareġ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tkopri r-responsabilità tiegħu għal danni skont il-Konvenzjoni, li tipprojbixxi għal dak il-għan kwalunkwe pretensjoni oħra li ssir kontra sid il-bastiment ħlief skont din il-Konvenzjoni (l-Artikolu 7(4)(5));

L.  billi sakemm l-Istati Membri kollha ma jkunux irratifikaw jew aderixxew mal-Konvenzjoni HNS 2010 fl-istess limiti ta' żmien, hemm riskju li l-industrija tat-tbaħħir tkun soġġetta għal żewġ reġimi ġuridiċi differenti fl-istess ħin, wieħed tal-Unjoni u ieħor internazzjonali, u dan jista' joħloq ukoll disparità għall-vittmi tat-tniġġis, bħalma huma komunitajiet kostali, is-sajjieda, eċċ. u jkun ukoll kontra l-ispirtu tal-Konvenzjoni HNS 2010;

M.  billi l-Konvenzjonijiet l-oħra tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali inklużi fl-Anness IV tad-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali wrew li huma effettivi, peress li rnexxielhom jilħqu bilanċ bejn l-interessi ambjentali u kummerċjali permezz tal-allokazzjoni ċara tar-responsabilità li permezz tagħha normalment ma jkunx hemm inċertezza dwar min hija l-parti responsabbli, kif ukoll permezz tal-istabbiliment ta' assigurazzjoni obbligatorja u mekkaniżmi rapidi ta' kumpens, li mhumiex limitati biss għad-danni ambjentali;

1.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

   (i) Jiżguraw li l-uniformità, l-integrità u l-effettività tar-regoli komuni tal-Unjoni ma jiġux affettwati b'mod negattiv mill-impenji internazzjonali meħuda mir-ratifika tal-Konvenzjoni HNS 2010 jew mill-adeżjoni magħha skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja(7);
   (ii) Jagħtu attenzjoni akbar f'dan ir-rigward lill-koinċidenza tar-riformulazzjoni tar-Regolament Brussell I u l-Konvenzjoni HNS tal-2010 sa fejn ikunu kkonċernati r-regoli tal-proċedura applikabbli għat-talbiet u l-azzjonijiet skont din il-Konvenzjoni quddiem il-qrati ta' stati partijiet;
   (iii) Jiżguraw li l-possibilità ta' kunflitt bejn id-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali u l-Konvenzjoni HNS 2010 tiġi minimizzata billi jieħdu l-azzjoni kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-klawsola ta' esklużività skont l-Artikolu 7(4) u (5) tal-Konvenzjoni HNS 2010, li permezz tagħha ma tista' ssir l-ebda pretensjoni oħra kontra sid il-bastiment ħlief skont din il-Konvenzjoni, tiġi rispettata bis-sħiħ mill-Istati Membri ratifikanti jew aderenti;
   (iv) Jiżguraw li jitnaqqas ir-riskju li jinħoloq u jiġi konsolidat żvantaġġ kompetittiv għall-istati li huma lesti biex jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS 2010, meta mqabbla ma' dawk li possibilment jixtiequ jħallu dan il-proċess għal aktar tard u jibqgħu marbuta bid-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali biss;
   (v) Jiżguraw it-tneħħija tal-koeżistenza permanenti ta' żewġ reġimi ta' responsabilità marittima – wieħed ibbażat fl-Unjoni u ieħor internazzjonali – li tirriżulta fil-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, barra minn hekk, tikkomprometti l-allokazzjoni ċara tar-responsabilità u tista' twassal għal proċeduri twal u għaljin għad-detriment tal-vittmi u l-industrija tat-tbaħħir;
   (vi) Jiżguraw f'dan ir-rigward li jiġi impost obbligu ċar fuq l-Istati Membri sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiksbu riżultat konkret, jiġifieri li jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS 2010 fi żmien raġonevoli, li ma għandux ikun itwal minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jikkonkludi li din ir-riżoluzzjoni se tkun possibilità oħra għall-Kunsill u għall-Kummissjoni biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jitlob iktar diskussjonijiet mal-Kummissjoni u l-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.
(2) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 55.
(3) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.
(4) Nota punt 13142/15.
(5) Disponibbli onlajn fuq: http://www.ics-shipping.org/docs/default-source/Submissions/EU/hazardous-and-noxious-substances.pdf.
(6) Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).
(7) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Marzu 1993, 2/91, ECLI:EU:C:1993:106, punt 25; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2002, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju tad-Danimarka, C–467/98, ECLI:EU:C:2002:625, punt 82; Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Frar 2006, 1/03, ECLI:EU:C:2006:81, punti 120 u 126; Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini (adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 252kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13085/2014 – C8-0009/2015 – 2014/0224(NLE))
P8_TA(2016)0261A8-0148/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (13085/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13082/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0009/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0148/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Filippini.


Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini (approvazzjoni) ***
PDF 251kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (05431/2015 – C8-0061/2015 – 2013/0441(NLE))
P8_TA(2016)0262A8-0149/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (05431/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (15616/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0061/2015),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0149/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Filippini.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0263.


Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini (riżoluzzjoni)
PDF 291kWORD 97k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (05431/2015 – C8-0061/2015 – 2013/0441(NLE)2015/2234(INI))
P8_TA(2016)0263A8-0143/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05431/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (15616/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu (C8-0061/2015),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni(1)

–  wara li kkunsidra r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn il-Filippini u l-UE (dak iż-żmien il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE)), stabbiliti fit-12 ta' Mejju 1964 mal-ħatra tal-Ambaxxatur tal-Filippini għall-KEE,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas bejn il-KE u l-Filippini għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1985,

–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali tal-Unjoni Ewropea għall-Filippini 2014-2020,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1440/80 tat-30 ta' Mejju 1980 li għandu x'jaqsam mal-konklużjoni tal-Ftehim tal-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor u t-Tajlandja – pajjiżi membri fl-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja(2),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-18 ta' Mejju 2015 lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu "L-UE u l-ASEAN: sħubija b'għan strateġiku'',

–  wara li kkunsidra l-10 Summit tal-ASEM li sar f'Milan bejn is-16 u s-17 ta' Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Laqgħa Interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament tal-Filippini ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra t-23 laqgħa tal-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni (KKK) ASEAN-UE li saret f'Jakarta fl-4 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar il-Filippini, b'mod partikolari dik tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar każijiet ta' impunità fil-Filippini(3), tal-21 ta' Jannar 2010 dwar il-Filippini (wara l-massakru ta' Maguindanao tat-23 ta' Novembru 2009)(4), u tat-12 ta' Marzu 2009 dwar il-Filippini (dwar l-ostilitajiet bejn il-forzi tal-gvern u l-Front għal-Liberazzjoni Nazzjonali Moro (MNLF))(5),

–  wara li kkunsidra l-istatus tal-Filippini bħala membru fundatur tal-ASEAN wara l-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta' Bangkok fit-8 ta' Awwissu 1967,

–  wara li kkunsidra s-27 Summit tal-ASEAN li sar f'Kuala Lumpur (il-Malasja) u mit-18 sat-22 ta' Novembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-14-il Summit dwar is-Sigurtà tal-Asja (IISS id-Djalogu ta' Shangri-La) li sar f'Singapore bejn id-29 u l-31 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel, Hilal Elver (id-29 ta' Diċembru 2015 – A/HRC/31/51/Add.1), tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-traffikar tal-bnedmin, Joy Ngosi Ezeilo (id-19 ta' April 2013 – A/HRC/23/48/Add.3), u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, Philip Alston (id-29 ta' April 2009 – A/HRC/11/2/Add.8),

–  wara li kkunsidra t-tieni Eżami Perjodiku Universali mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU ta' Mejju 2012, li mit-88 rakkomandazzjoni tiegħu ġew aċċettati 66 mill-Filippini,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Filippini dwar in-Nutrizzjoni għall-2011-2016, il-Programm għall-Aċċelerazzjoni tat-Tnaqqis tal-Ġuħ, il-Pjan ta' Riforma Komprensiva Agrarja tal-1988 u l-Kodiċi tas-Sajd tal-1998,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0143/2016),

A.  billi f'termini ta' leġiżlazzjoni internazzjonali u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-Filippini huwa ta' eżempju għal pajjiżi oħra fir-reġjun, billi rratifika tmienja mid-disa' konvenzjonijiet ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem, bl-eċċezzjoni tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat (CPPED), kif ukoll irratifika l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali fl-2011;

B.  billi f'Marzu 2014 il-Gvern tal-Filippini qabel dwar ftehim ta' paċi għall-gżira ta' Mindanao mal-Front Iżlamiku ta' Liberazzjoni Moro (MILF), li jinvolvi l-ħolqien ta' reġjun awtonomu (Bangsamoro) fin-nofsinhar Musulman tal-gżira, iżda ma jinkludix il-parteċipazzjoni ta' gruppi oħrajn tal-milizzji li jopponu l-proċess ta' paċi; billi, madankollu, il-Kungress tal-Filippini ma rnexxilux jadotta l-Liġi Bażika Bangsamoro (BBL) fi Frar 2016, u b'hekk ma temmx in-negozjati ta' paċi b'suċċess;

C.  billi l-Filippini rċieva taħriġ kontra l-irvellijiet, kontra t-terroriżmu u taħriġ tal-intelligence mill-armata tal-Istati Uniti fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-grupp ta' milizzji li għandhom rabtiet potenzjali mal-gruppi terroristiċi reġjonali (tax-Xlokk tal-Asja) u internazzjonali bħal al-Qaeda u l-ISIS;

D.  billi f'April 2015 il-Filippini u l-Istati Uniti ffirmaw Ftehim ta' Kooperazzjoni Msaħħa fil-qasam tad-Difiża (EDCA);

E.  billi l-Ġappun u l-Filippini ffirmaw Memorandum dwar il-Kooperazzjoni u l-Iskambji fil-Qasam tad-Difiża f'Jannar 2015;

F.  billi r-relazzjonijiet Sino-Filippini esperjenzaw deterjorament gradwali mindu kien hemm allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-2008 fir-rigward ta' assistenza Ċiniża, u prinċipalment b'segwitu għall-assertività dejjem tikber taċ-Ċina rigward il-pretensjonijiet territorjali tagħha fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar;

G.  billi l-Filippini beda proċediment ta' arbitraġġ quddiem it-Tribunal Internazzjonali tal-Arbitraġġ tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) f'Jannar 2013, li fih qiegħed jitlob kjarifika dwar id-drittijiet marittimi tiegħu skont l-UNCLOS u l-validità tal-pretensjoni taċ-Ċina rigward ''id-disa' linji ta' demarkazzjoni'' fuq parti kbira mill-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar;

H.  billi l-Filippini ħabbar li se jiftaħ faċilitajiet ġodda ta' bażi navali u tal-ajru b'aċċess estensiv fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u se jagħmel dawn il-faċilitajiet disponibbli għall-bastimenti tal-Istati Uniti, tal-Ġappun u tal-Vjetnam;

I.  billi f'Diċembru 2014, l-UE tat l-istatus ta' SĠP+ lill-Filippini, bħala l-ewwel pajjiż tal-ASEAN li jgawdi minn tali preferenzi kummerċjali; billi dan jippermetti lill-Filippini jesporta 66 % tal-prodotti kollha tiegħu mingħajr tariffi fl-UE, inkluż frott ipproċessat, żejt tal-ġewż tal-Indi, żraben, ħut u tessuti;

J.  billi l-Filippini jikkonsisti f'eluf ta' gżejjer, struttura li toħloq sfida f'termini ta' konnettività interna, infrastruttura u kummerċ;

K.  billi l-UE hija investitur barrani kbir u sieħba kummerċjali tal-Filippini;

L.  billi l-UE hija r-raba' l-akbar sieħba kummerċjali tal-Filippini u r-raba' l-akbar suq tal-esportazzjoni, li jammonta għal 11,56 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-Filippini;

M.  billi l-Filippini reċentement esprima l-interess tiegħu li jaderixxi mas-Sħubija Transpaċifika u jinsab attwalment f'konsultazzjoni mal-Istati Uniti dwar l-adeżjoni ma' dan il-ftehim;

N.  billi l-UE aktar minn irduppjat l-allokazzjoni finanzjarja tagħha fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Filippini tul il-perjodu 2014-2020, u pprovdiet ukoll assistenza umanitarja u ta' emerġenza sinifikanti lill-vittmi ta' tempesti tropikali;

O.  billi l-Filippini huwa t-tielet l-aktar pajjiż li qed jiżviluppa li huwa vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, ċirkostanza li se taffettwa ħażin l-agrikoltura tal-pajjiż u r-riżorsi tal-baħar;

P.  billi l-impatt devastanti tat-tifun Haiyan li fl-2013 qatel madwar 6 000 persuna, qed ikompli jkollu effetti negattivi fuq l-ekonomija, u aggrava b'mod speċjali s-sigurtà tal-ikel, filwaqt li miljun persuna oħra sfaw foqra, skont l-istimi tan-NU;

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni mal-Filippini;

2.  Iqis li l-UE għandha tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza għall-bini tal-kapaċità lill-Filippini għat-tnaqqis tal-faqar, l-inklużjoni soċjali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, il-promozzjoni tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, is-sigurtà u r-riforma ġudizzjarja, u tgħin lill-pajjiż fit-tħejjija għad-diżastri, is-sokkors u l-irkupru u l-implimentazzjoni ta' politiki effikaċi biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;

3.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Filippini jkompli jrawwem aktar progress fl-eliminazzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Ifaħħar lill-Filippini talli ilu parti mill-koalizzjoni internazzjonali kontra t-terroriżmu sa mill-2001; jesprimi, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar ir-rapporti kontinwi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-militari Filippini fit-twettiq ta' miżuri kontra l-irvellijiet, b'mod partikolari minn unitajiet paramilitari;

5.  Jirrimarka li l-grupp Abu Sayyaf huwa akkużat li wettaq l-agħar atti ta' terroriżmu kommessi fil-Filippini, inklużi l-bumbardamenti fatali bħal pereżempju l-attakk fuq vapur f'Manila fl-2004 li wasal għall-qtil ta' aktar minn 100 persuna;

6.  Jenfasizza li qed jiżdied it-tħassib dwar il-fatt li l-ISIS se jikseb l-appoġġ ta' gruppi affiljati fix-Xlokk tal-Asja, peress li qed ixerred propaganda bil-lingwi lokali u xi estremisti fir-reġjun diġà wiegħdu lealtà lejh;

7.  Japprezza l-impenji li saru mill-Gvern tal-Filippini, u jissottolinja l-importanza li jinkiseb proċess ta' paċi għal Mindanao li jkun inklużiv kemm jista' jkun; jinnota l-kontribut li sar għall-ftehimiet ta' Mindanao permezz tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali; jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li l-Ftehim ta' Paċi ta' Mindanao ma ġiex adottat mill-Kungress tal-Filippini; jappella sabiex jitkomplew in-negozjati għall-paċi u li l-Kungress jadotta l-BBL;

8.  Jikkundanna l-massakru tal-24 ta' Diċembru 2015 ta' bdiewa Kristjani minn ribelli separatisti f'Mindanao; jilqa' l-inizjattiva mill-NGO Filippina PeaceTech li t-tfal tal-iskola Kristjani u Musulmani jkunu f'kuntatt ma' xulxin permezz ta' Skype, fi sforz sabiex jiġi promoss il-kuntatt bejn iż-żewġ komunitajiet;

9.  Jistieden lill-Gvern tal-Filippini jibni l-kapaċità fil-qasam ta' ġbir sistematiku ta' data dwar it-traffikar tal-bnedmin, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw lill-gvern, u notevolment il-Kunsill ta' Bejn l-Aġenziji kontra t-Traffikar (IACAT), fl-isforzi li qed isiru biex tissaħħaħ l-assistenza u l-appoġġ lill-vittmi, jidħlu fis-seħħ miżuri effiċjenti ta' infurzar tal-liġi, jitjiebu l-mezzi legali ta' migrazzjoni tal-ħaddiema, u jiġi żgurat trattament dinjituż għall-migranti Filippini f'pajjiżi terzi;

10.  Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom mal-Filippini sabiex ikun hemm skambju ta' intelligence, jikkooperaw u jipprovdu appoġġ għall-bini tal-kapaċità tal-gvern fil-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

11.  Jinnota li l-Filippini huwa strateġikament importanti hekk kif jinsab qrib rotot internazzjonali marittimi u tal-ajru ewlenin fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar;

12.  Ifakkar fit-tħassib serju tiegħu dwar it-tensjoni fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; iqis li huwa ta' dispjaċir li, għal kuntrarju tad-Dikjarazzjoni tal-Kondotta tal-2002, bosta partiti qed jippretendu bi dritt art f'ibħra kkontestati; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-iskala massiva tal-attivitajiet attwali taċ-Ċina fiż-żona, inkluż bini ta' faċilitajiet militari, portijiet u mill-inqas passaġġ wieħed għat-tlugħ u nżul tal-ajruplani; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fiż-żona kontestata biex joqogħdu lura minn azzjonijiet unilaterali u provokattivi u biex isolvu t-tilwim b'mod paċifiku abbażi tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-UNCLOS, u b'medjazzjoni u arbitraġġ internazzjonali imparzjali; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrikonoxxu l-ġurisdizzjoni kemm tal-UNCLOS kif ukoll tat-tribunal tal-arbitraġġ, u jitlob li tiġi rispettata kwalunkwe deċiżjoni eventwali tal-UNCLOS; jappoġġa l-azzjonijiet kollha li jippermettu li l-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar isir "baħar ta' paċi u kooperazzjoni"; jappoġġa wkoll kull sforz sabiex ikun żgurat li l-partijiet jaqblu fuq kodiċi ta' kondotta għall-isfruttament paċifiku taż-żoni marittimi inkwistjoni, inkluż l-istabbiliment ta' rotot kummerċjali sikuri, u jħeġġeġ miżuri għall-bini ta' fiduċja; jemmen li l-UE għandha timpenja ruħha f'kooperazzjoni bilaterali u multilaterali sabiex tikkontribwixxi b'mod effikaċi għas-sigurtà fir-reġjun;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim ta' Mejju 2014 bejn il-Filippini u l-Indoneżja, li ċċara l-kwistjoni tas-sovrappożizzjoni tal-fruntieri marittimi fl-ibħra ta' Mindanao u Celebes;

14.  Jistieden lill-Filippini, bħala wieħed mill-pajjiżi li ngħata status ta' SĠP+ mill-UE, biex jiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, l-ambjent u l-governanza tajba, kif elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 978/2012; jirrikonoxxi li l-Filippini saħħaħ il-leġiżlazzjoni tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Filippini jkompli jħeġġeġ aktar progress fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-pubblikazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll l-eliminazzjoni tal-korruzzjoni; jesprimi tħassib partikolari fir-rigward fir-repressjoni kontra l-attivisti li qed jagħmlu kampanji b'mod paċifiku biex jipproteġu l-artijiet ta' missirijiethom mill-impatt tas-settur tal-minjieri u d-deforestazzjoni; ifakkar li skont il-SĠP+, il-benefiċjarji se jkollhom juru li huma qed jimplimentaw l-obbligi tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol, tal-ambjent u tal-governanza;

15.  Jieħu nota tal-valutazzjoni SĠP+ mill-Filippini, partikolarment fir-rigward tar-ratifika tas-seba' konvenzjonijiet kollha tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti għall-SĠP+ tal-UE; jenfasizza l-ħidma li għad jeħtieġ issir biex jiġu implimentati; jirrikonoxxi l-passi li ħa l-gvern u l-progress li nkiseb sa issa;

16.  Iħeġġeġ lill-Filippini jkompli jtejjeb l-klima ta' investiment, inklużi l-ambjent tal-IDB, billi jżid it-trasparenza u l-governanza tajba u l-implimentazzjoni tal-prinċipji gwida tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ulterjuri tal-infrastruttura, fejn xieraq permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati; jesprimi tħassib dwar l-effetti li t-tibdil fil-klima ser ikollu fuq il-Filippini;

17.  Iħeġġeġ lill-Gvern jinvesti f'teknoloġiji ġodda u tal-internet sabiex jippromwovi skambji kulturali u kummerċjali bejn il-gżejjer li jiffurmaw il-Filippini;

18.  Jilqa' l-ftehim tat-22 ta' Diċembru 2015 li jinfetħu n-negozjati dwar Ftehim ta' Kummerċ Ħieles mal-Filippini; iqis li jkun xieraq li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Filippini jiżguraw standards għoljin dwar id-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol u l-ambjent; jenfasizza li tali Ftehim ta' Kummerċ Ħieles għandu jservi bħala element fundamentali lejn ftehim interreġjonali UE-ASEAN dwar il-kummerċ u l-investiment li jista' jerġa' jinbeda b'mod parallel;

19.  Jieħu nota tal-fatt li 800 000 Filippin qed jgħixu fl-UE u li l-baħrin Filippini li jaħdmu fuq bastimenti reġistrati fl-UE jibagħtu flus lejn il-Filippini fl-ammont ta' EUR 3 biljun fis-sena; iqis li l-UE għandha tiżviluppa aktar skambji interpersonali ta' studenti, akkademiċi u ta' riċerkaturi xjentifiċi, kif ukoll skambji kulturali;

20.  Jistieden lill-Istati Membri, huwa u jqis il-fatt li l-maġġoranza tal-ekwipaġġ fuq ħafna bastimenti li ma jtajrux bnadar Komunitarji huma Filippini, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħorox u diżumani li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom dawn il-baħħara, biex ma jippermettux li dawn il-bastimenti jintlaqgħu fil-portijiet Ewropej meta l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord ikunu jiksru d-drittijiet tax-xogħol u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ bl-istess mod biex il-bastimenti li ma jtajrux bnadar Komunitarji jiggarantixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ekwipaġġ tagħhom skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali u r-regoli stipulati mill-ILO u l-IMO;

21.  Jappella sabiex ikun hemm skambji regolari bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Parlament, b'mod li dan tal-aħħar ikun jista' jsegwi l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas u l-kisba tal-objettivi tiegħu;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Filippini.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0262.
(2) ĠU L 144, 10.6.1980, p. 1.
(3) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 99.
(4) ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 11.
(5) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 181.


Assistenza makrofinanzjarja lit-Tuneżija ***I
PDF 132kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (COM(2016)0067 – C8-0032/2016 – 2016/0039(COD))
P8_TA(2016)0264A8-0187/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0067),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0032/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Ġunju 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0187/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni.

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni UE 2016/1112.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Din id-Deċiżjoni qed tiġi adottata bla ħsara għad-Dikjarazzjoni Konġunta adottata flimkien mad-Deċiżjoni 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja, li għandha tibqa' titqies bħala l-bażi għad-deċiżjonijiet kollha tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdu assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi u territorji terzi.


Regoli kontra ċerti prattiki ta' evitar tat-taxxa *
PDF 755kWORD 348k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (COM(2016)0026 – C8-0031/2016 – 2016/0011(CNS))
P8_TA(2016)0265A8-0189/2016

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0026),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0031/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Malti u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0189/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Il-prijoritajiet politiċi attwali fit-tassazzjoni internazzjonali jenfasizzaw il-ħtieġa li jkun żgurat li titħallas it-taxxa fejn jiġu ġġenerati profitti u valur. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi rrestawrata l-fiduċja fil-korrettezza tas-sistemi tat-taxxa u li l-gvernijiet jitħallew jeżerċitaw b’mod effettiv is-sovranità fiskali tagħhom. Dawn l-għanijiet politiċi ġodda ġew tradotti f’rakkomandazzjonijiet ta’ azzjoni konkreta fil-kuntest tal-inizjattiva kontra l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS) mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ tassazzjoni aktar ġusta, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni tistabbilixxi Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea3 (il-Pjan ta’ Azzjoni).
(1)  Il-prijoritajiet politiċi attwali fit-tassazzjoni internazzjonali jenfasizzaw il-ħtieġa li jkun żgurat li titħallas it-taxxa fejn jiġu ġġenerati profitti u fejn jinħoloq valur. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi rrestawrata l-fiduċja fil-korrettezza tas-sistemi tat-taxxa u li l-gvernijiet jitħallew jeżerċitaw b’mod effettiv is-sovranità fiskali tagħhom. Dawn l-għanijiet politiċi ġodda ġew tradotti f’rakkomandazzjonijiet ta’ azzjoni konkreta fil-kuntest tal-inizjattiva kontra l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS) mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ tassazzjoni aktar ġusta, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni tistabbilixxi Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea3 (il-Pjan ta’ Azzjoni) li fih tirrikonoxxi li Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) kompleta, bi kriterju ta' distribuzzjoni xierqa u ġusta, tkun il-veru fattur ta' bidla fil-ġlieda kontra strateġiji artifiċjali tal-BEPS. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika proposta ambizzjuża għal BKKTK mill-aktar fis possibbli, u l-awtorità leġiżlattiva għandha tikkonkludi n-negozjati dwar dik il-proposta kruċjali mill-aktar fis possibbli. Għandha titqies kif xieraq il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK).
__________________
__________________
3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Sistema tat-Taxxa Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea: 5 Oqsma Ewlenin għall-Azzjoni COM(2015)0302 finali tas-17 ta’ Ġunju 2015.
3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Sistema tat-Taxxa Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea: 5 Oqsma Ewlenin għall-Azzjoni COM(2015)0302 final tas-17 ta’ Ġunju 2015.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   L-Unjoni temmen li l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa hija prijorità politika prevalenti, peress li prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa huma inaċċettabbli mill-perspettiva tal-integrità tas-suq intern u tal-ġustizzja soċjali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-parti l-kbira tal-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ membri tal-OECD, intrabtu li jimplimentaw r-riżultat tal-15-il punt ta’ Azzjoni kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitti, ippubblikati fil-5 ta’ Ottubru 2015. Għaldaqstant huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li, bħala minimu, l-Istati Membri jimplimentaw l-impenn tagħhom taħt il-BEPS u b’mod aktar wiesa’, jieħdu azzjoni sabiex jiskoraġġixxu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa u jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva fl-Unjoni b’mod koerenti u kkoordinat biżżejjed. F’suq ta’ ekonomiji integrati ħafna, hemm bżonn ta’ approċċi strateġiċi komuni u azzjoni kkoordinata, li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u li nimmassimizzaw l-effetti pożittivi tal-inizjattiva kontra l-BEPS. Barra minn hekk, qafas komuni biss jista’ jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq u jtemm id-diskrepanzi u d-distorsjonijiet tas-suq li jeżistu attwalment . Finalment, miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali li jsegwu linja komuni madwar l-Unjoni jipprovdu lill-kontribwenti ċ-ċertezza legali li dawk il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.
(2)  Il-parti l-kbira tal-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ membri tal-OECD, intrabtu li jimplimentaw ir-riżultat tal-15-il punt ta’ Azzjoni kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitti ġenwini, ippubblikati fil-5 ta’ Ottubru 2015. Għaldaqstant huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li, bħala minimu, l-Istati Membri jimplimentaw l-impenn tagħhom taħt il-BEPS u b’mod aktar wiesa’, jieħdu azzjoni sabiex jiskoraġġixxu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa u jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva fl-Unjoni b’mod koerenti u kkoordinat biżżejjed. F’suq ta’ ekonomiji integrati ħafna, hemm bżonn ta’ approċċi strateġiċi komuni u azzjoni kkoordinata, li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u li nimmassimizzaw l-effetti pożittivi tal-inizjattiva kontra strateġiji ta' BEPS ġenwini, filwaqt li fl-istess ħin titħares kif xieraq il-kompetittività tal-kumpaniji li joperaw f'dak is-suq intern. Barra minn hekk, qafas komuni biss jista’ jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq u jtemm id-diskrepanzi u d-distorsjonijiet tas-suq li jeżistu attwalment. Finalment, miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali li jsegwu linja komuni madwar l-Unjoni jipprovdu lill-kontribwenti ċ-ċertezza legali li dawk il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. F'Unjoni kkaratterizzata minn swieq nazzjonali li huma differenti ħafna, valutazzjoni tal-impatt li tiġbor fiha l-miżuri antiċipati kollha tibqa' kruċjali biex jiġi żgurat li din il-linja komuni ssib appoġġ mifrux fost l-Istati Membri.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)   Peress li r-rifuġji fiskali jistgħu jiġu kklasifikati bħala trasparenti mill-OECD, għandhom jitressqu proposti biex tiżdied it-trasparenza ta' fondi fiduċjarji u fondazzjonijiet.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   Huwa essenzjali li l-awtoritajiet tat-taxxa jingħataw il-mezzi xierqa biex ikunu jistgħu jiġġieldu b'mod effikaċi kontra l-BEPS u, b'dan il-mod, itejbu t-trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali kbar, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-profitti, it-taxxa mħallsa fuq il-profitti, is-sussidji riċevuti, ir-rimborżi tat-taxxa, in-numru ta' impjegati u l-assi miżmuma.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)   Biex tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tat-trattament ta' stabbilimenti permanenti, huwa essenzjali li l-Istati Membri japplikaw definizzjoni komuni ta' stabbilimenti permanenti skont l-Artikolu 5 tal-Mudell tal-OECD ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Kapital.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdida)
(4c)   Biex tiġi evitata allokazzjoni inkonsistenti tal-profitti lil stabbilimenti permanenti, l-Istati Membri għandhom isegwu regoli għal profitti attribwibbli lil stabbilimenti permanenti li huma konformi mal-Artikolu 7 tal-Mudell tal-OECD ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Kapital u għandhom jallinjaw il-liġi applikabbli u t-trattati bilaterali tagħhom ma' dawk ir-regoli, meta dawn ir-regoli jiġu rieżaminati.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli kontra l-erożjoni tal-bażijiet tat-taxxa fis-suq intern u t-trasferiment tal-profitti ’l barra mis-suq intern. Ir-regoli f’dawn l-oqsma li ġejjin huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dak l-għan: limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax, it-tassazzjoni tal-ħruġ, klawżola ta’ bdil, regola ġenerali kontra l-abbuż, regoli għall-kumpaniji kkontrollati minn barra ’l pajjiż u qafas għall-indirizzar tad-diskrepanzi ibridi. Meta l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli toħloq tassazzjoni doppja, il-kontribwenti għandhom jirċievu ħelsien mit-taxxa bi tnaqqis għat-taxxa mħallsa fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, skont il-każ. B’hekk, ir-regoli mgħandhomx jimmiraw biss li jiġġieldu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa iżda jevitaw ukoll li joħolqu ostakoli oħrajn għas-suq, bħat-tassazzjoni doppja.
(5)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli kontra l-erożjoni tal-bażijiet tat-taxxa fis-suq intern u t-trasferiment tal-profitti ’l barra mis-suq intern. Ir-regoli f’dawn l-oqsma li ġejjin huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dak l-għan: limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax,miżuri bażiċi ta' difiża kontra l-użu ta' ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa għall-BEPS, it-tassazzjoni tal-ħruġ, definizzjoni ċara ta' stabbiliment permanenti, regoli preċiżi li jirregolaw il-prezzar ta' trasferiment, qafas għal sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, klawżola ta’ bdil fin-nuqqas ta' trattat sod dwar it-taxxa ta' effett simili ma' pajjiż terz, regola ġenerali kontra l-abbuż, regoli għall-kumpaniji kkontrollati minn barra ’l pajjiż u qafas għall-indirizzar tad-diskrepanzi ibridi. Meta l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli toħloq tassazzjoni doppja, il-kontribwenti għandhom jirċievu ħelsien mit-taxxa bi tnaqqis għat-taxxa mħallsa fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, skont il-każ. B’hekk, ir-regoli m'għandhomx jimmiraw biss li jiġġieldu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa iżda jevitaw ukoll li joħolqu ostakoli oħrajn għas-suq, bħat-tassazzjoni doppja. Biex dawk ir-regoli jiġu applikati b'mod korrett, l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri jrid ikollhom ir-riżorsi adatti. Minkejja dan, huwa wkoll meħtieġ li jiġi stabbilit urġentememt sett wieħed ta' regoli għall-kalkolu tal-profitti taxxabbli ta' kumpaniji transkonfinali fl-Unjoni billi gruppi korporattivi jiġu trattati bħala entità waħda għall-finijiet tat-taxxa, sabiex jissaħħaħ is-suq intern u jiġu eliminati ħafna mid-dgħufijiet tal-qafas tat-taxxa korporattiva attwali li jippermettu ppjanar aggressiv tat-taxxa.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Fi sforz biex inaqqsu l-obbligu fiskali globali tagħhom, il-gruppi ta’ kumpaniji transkonfinali qegħdin dejjem aktar jittrasferixxu l-profitti, normalment permezz ta’ ħlasijiet ta’ mgħax esaġerat, mill-ġurisdizzjonijiet b’taxxa għolja għal pajjiżi bi skemi ta’ taxxa aktar baxxi. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax hija meħtieġa biex tiskoraġġixxi prattiki bħal dawn billi tillimita l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ispejjeż finanzjarji netti (jiġifieri l-ammont li bih l-ispejjeż finanzjarji jaqbżu d-dħul finanzjarju). Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ffissat proporzjon għall-possibbiltà ta’ tnaqqis li jirreferi għall-qligħ ta’ kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzamenti (EBITDA). Il-fatturat finanzjarju eżenti mit-taxxa mgħandux ikun ikkumpensat bi spejjeż finanzjarji. Dan għaliex id-dħul taxxabbli biss għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-ammont li għandu jitnaqqas mill-imgħax. Biex ikunu ffaċilitati dawk il-kontribwenti li huma f’inqas riskju relatat mal-erożjoni tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti, l-imgħax nett għandu dejjem ikun deduċibbli sa ammont massimu fiss, li jibda japplika meta jwassal għal tnaqqis ogħla mill-proporzjon ibbażat fuq l-EBITDA. Meta l-kontribwent ikun parti minn grupp li jiffajlja kontijiet statutorji konsolidati, id-dejn tal-grupp globali għandu jiġi kkunsidrat biex il-kontribwenti jingħataw il-permess inaqqsu ammonti ogħla ta’ spejjeż finanzjarji netti. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax għandha tapplika f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż finanzjarji netti ta’ kontribwent mingħajr distinzjoni ta’ jekk l-ispejjeż joriġinawx f’dejn magħmul fil-pajjiż, lil hinn mill-fruntieri fl-Unjoni jew f’pajjiż terz. Għalkemm huwa ġeneralment aċċettat li l-impriżi finanzjarji, jiġifieri l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, ukoll għandhom ikunu soġġetti għal limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax, huwa rikonoxxut ukoll li dawn iż-żewġ setturi għandhom karatteristiċi speċjali li jitolbu approċċ aktar personalizzat. Peress li d-diskussjonijiet f’dan il-qasam għadhom mhumiex konklussivi biżżejjed fil-kuntest internazzjonali u dak Ewropew, għadu mhuwiex possibbli li jiġu pprovduti regoli speċifiċi fis-settur finanzjarju u dak tal-assigurazzjoni.
(6)  Fi sforz biex inaqqsu l-obbligu fiskali globali tagħhom, il-gruppi ta’ kumpaniji transkonfinali qegħdin dejjem aktar jittrasferixxu l-profitti, normalment permezz ta’ ħlasijiet ta’ mgħax esaġerati, mill-ġurisdizzjonijiet b’taxxa għolja għal pajjiżi bi skemi ta’ taxxa aktar baxxi. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax hija meħtieġa biex tiskoraġġixxi prattiki BEPS ġenwini bħal dawn billi tillimita l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ispejjeż finanzjarji netti (jiġifieri l-ammont li bih l-ispejjeż finanzjarji jaqbżu d-dħul finanzjarju) tal-kontribwenti. Fir-rigward tal-kostijiet tal-imgħax, għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ffissat proporzjon għall-possibbiltà ta’ tnaqqis li jirreferi għall-qligħ ta’ kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzamenti (EBITDA). Il-fatturat finanzjarju eżenti mit-taxxa m'għandux ikun ikkumpensat bi spejjeż finanzjarji. Dan għaliex id-dħul taxxabbli biss għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-ammont li għandu jitnaqqas mill-imgħax. Biex ikunu ffaċilitati dawk il-kontribwenti li huma f’inqas riskju relatat mal-erożjoni tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti, l-imgħax nett għandu dejjem ikun deduċibbli sa ammont massimu fiss, li jibda japplika meta jwassal għal tnaqqis ogħla mill-proporzjon ibbażat fuq l-EBITDA. Meta l-kontribwent ikun parti minn grupp li jiffajlja kontijiet statutorji konsolidati, id-dejn tal-grupp globali għandu jiġi kkunsidrat biex il-kontribwenti jingħataw il-permess inaqqsu ammonti ogħla ta’ spejjeż finanzjarji netti. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax għandha tapplika f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż finanzjarji netti ta’ kontribwent mingħajr distinzjoni ta’ jekk l-ispejjeż joriġinawx f’dejn magħmul fil-pajjiż, lil hinn mill-fruntieri fl-Unjoni jew f’pajjiż terz. Huwa ġeneralment aċċettat li l-impriżi finanzjarji, jiġifieri l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, ukoll għandhom ikunu soġġetti għal limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax, possibbilment b'approċċ aktar personalizzat.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Fil-każ tal-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura fit-tul li huma fl-interess pubbliku permezz ta' dejn lil parti terza, fejn dak id-dejn ikun ogħla mil-limitu għal eżenzjoni stabbilita b'din id-Direttiva, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħtu eżenzjoni lil self lil partijiet terzi li jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura pubblika taħt ċerti kundizzjonijiet, peress li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet proposti dwar il-limitazzjoni tal-imgħax f'każijiet bħal dawn tkun kontroproduċenti.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdida)
(6b)   It-trasferiment tal-profitti lejn ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa joħloq riskju partikolari għar-rikavati mit-taxxa tal-Istati Membri kif ukoll għat-trattament ġust u ugwali bejn id-ditti li jevitaw it-taxxa u dawk li huma konformi magħha, kemm kbar kif ukoll żgħar. Minbarra l-miżuri ġeneralment applikabbli proposti f'din id-Direttiva għall-ġurisdizzjonijiet kollha, huwa essenzjali li ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa jiġu skoraġġuti milli jibbażaw it-taxxa korporattiva u l-ambjent ġuridiku tagħhom fuq li jipprovdu kenn lill-profitti minn evitar tat-taxxa filwaqt li fl-istess ħin ma jimplimentawx b'mod adegwat standards globali fir-rigward ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa, jew jinvolvu ruħhom f'nuqqas ta' konformità taċita billi ma jinfurzawx b'mod adatt il-liġijiet tat-taxxa. Għalhekk qed jiġu proposti miżuri speċifiċi sabiex din id-Direttiva tintuża bħala għodda li tiżgura l-konformità tal-ġurisdizzjonijiet attwali ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa mal-ispinta internazzjonali għal trasparenza u ġustizzja fil-qasam tat-taxxa.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Spiss wisq, il-kumpaniji multinazzjonali jagħmlu arranġamenti biex jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn rifuġji fiskali mingħajr ma jkunu ħallsu ebda taxxa jew billi jħallsu rati baxxi ħafna ta' taxxa. Il-kunċett ta' stabbiliment permanenti jipprovdi definizzjoni preċiża u vinkolanti tal-kriterji li jridu jiġu ssodisfati jekk kumpanija multinazzjonali trid tagħti prova li tinsab f'pajjiż partikolari. Dan jobbliga lill-kumpaniji multinazzjonali jħallsu t-taxxi tagħhom b'mod ġust.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 7b (ġdida)
(7b)   It-terminu "prezzar ta' trasferimenti" jirreferi għall-kundizzjonijiet u l-arranġamenti rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa f'kumpanija multinazzjonali, inklużi sussidjarji u kumpaniji fittizji li l-profitti tagħhom huma ċeduti lil kumpanija multinazzjonali omm. Dan jikkonċerna l-prezzijiet imposti bejn kumpaniji assoċjati stabbiliti f'pajjiżi differenti għat-tranżazzjonijiet intragrupp tagħhom, bħat-trasferiment ta' oġġetti u ta' servizzi. Billi l-prezzijiet jiġu stabbiliti minn membri assoċjati mhux indipendenti fl-istess kumpanija multinazzjonali, dawn jistgħu ma jirriflettux il-prezz oġġettiv tas-suq. L-Unjoni trid tiżgura ruħha li l-profitti taxxabbli ġġenerati mill-kumpaniji multinazzjonali ma jiġux ittrasferiti barra mill-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati u li l-bażi tat-taxxa ddikjarata mill-kumpaniji multinazzjonali f'pajjiżhom tirrifletti l-attività ekonomika mwettqa hemmhekk. Għall-kontribwenti, huwa essenzjali li jiġu limitati r-riskji ta' nontassazzjoni doppja li jistgħu jirriżultaw minn tilwim bejn żewġ pajjiżi dwar id-determinazzjoni tal-prezz ta' distakkament tat-tranżazzjonijiet internazzjonali tagħhom ma' intrapriżi assoċjati. Din is-sistema ma teskludix l-użu ta' firxa ta' arranġamenti artifiċjali, b'mod partikolari li jinvolvu prodotti li għalihom m'hemm l-ebda prezz tas-suq (pereżempju frankiġja jew servizzi provduti lill-intrapriżi).
Emenda 101/rev
Proposta għal direttiva
Premessa 7c (ġdida)
(7c)  Skemi marbuta mal-proprjetà intelletwali, mal-privattivi u mar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) jintużaw ħafna fl-Unjoni kollha. Bosta studji tal-Kummissjoni wrew b'mod ċar, madankollu, li r-rabta bejn is-sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi u l-promozzjoni tar-R&Ż f'ħafna każijiet hija waħda arbitrarja. L-OECD żviluppat l-approċċ nexus modifikat sabiex tirregola s-sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi. Dan il-metodu jiggarantixxi li, fl-ambitu tas-sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, rata ta' taxxa favorevoli tkun imposta biss fuq rikavati marbuta direttament ma' nfiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. Madankollu, diġà qed tidher id-diffikultà li jiffaċċjaw l-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-kunċetti ta' "nexus" u "sustanza ekonomika" għas-sistema tagħhom ta' inċentivi tat-taxxa favur l-innovazzjoni. Jekk, sa Jannar 2017, l-Istati Membri jkunu għadhom ma implimentawx l-approċċ nexus modifikat b'mod uniformi bil-għan li jeliminaw is-sistemi dannużi attwali ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva ġdida u vinkolanti skont l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex iġġib 'il quddiem għat-30 ta' Ġunju 2017 l-abolizzjoni tas-sistemi dannużi preċedenti billi tqassar il-perjodu li matulu tapplika r-regola tal-anterjorità. Il-BKKTK għandha telimina l-kwistjoni tat-trasferiment tal-profitti permezz ta' ppjanar tat-taxxa fir-rigward tal-proprjetà intellettwali.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 7d (ġdida)
(7d)   It-tassazzjoni tal-ħruġ m'għandhiex tiġi imposta meta l-assi ttrasferiti jkunu assi tanġibbli li jiġġeneraw dħul attiv. Trasferimenti ta' assi bħal dawn huma parti inevitabbli ta' allokazzjoni effettiva tar-riżorsi minn intrapriża u mhumiex primarjament maħsuba għall-ottimizzazzjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u b'hekk għandhom jiġu eżentati minn tali dispożizzjonijiet.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Minħabba d-diffikultajiet inerenti fl-għoti ta’ ħelsien ta’ kreditu għal taxxi mħallsa barra l-pajjiż, l-Istati għandhom dejjem aktar it-tendenza li jeżentaw dħul barrani mit-tassazzjoni fl-Istat ta’ residenza. L-effett negattiv involontarju ta’ dan l-approċċ madankollu huwa li jinkoraġġixxi sitwazzjonijiet li fihom dħul mhux intaxxat jew intaxxat ftit jidħol fis-suq intern u mbagħad jiċċirkola – ħafna drabi mingħajr ma jkun ġie ntaxxat – fl-Unjoni, permezz tal-istrumenti disponibbli fil-liġi tal-Unjoni. Il-klawżoli ta’ bdil spiss jintużaw kontra prattiki bħal dawn. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi pprovduta klawżola ta’ bdil li tkun immirata kontra ċerti tipi ta’ dħul barrani, pereżempju, distribuzzjonijiet ta’ profitti, rikavati mid-disponiment ta’ ishma u profitti minn stabbilimenti permanenti li huma eżenti mit-taxxa fl-Unjoni u joriġinaw f’pajjiżi terzi. Dan id-dħul għandu jkun taxxabbli fl-Unjoni, jekk ġie intaxxat taħt ċertu livell fil-pajjiż terz. Jekk wieħed jikkunsidra li l-klawżola ta’ bdil ma teħtieġx kontroll fuq l-entità intaxxata ftit u għaldaqstant jista’ ma jkunx hemm aċċess għall-kontijiet statutorji tal-entità, il-komputazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva tista’ tkun eżerċizzju kkumplikat ħafna. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jużaw ir-rata tat-taxxa statutorja meta japplikaw il-klawżola ta’ bdil. L-Istati Membri li japplikaw il-klawżola ta’ bdil għandhom jagħtu kreditu għat-taxxa mħallsa barra l-pajjiż, sabiex jevitaw l-intaxxar doppju.
(8)  Minħabba d-diffikultajiet inerenti fl-għoti ta’ ħelsien ta’ kreditu għal taxxi mħallsa barra l-pajjiż, l-Istati għandhom dejjem aktar it-tendenza li jeżentaw dħul barrani mit-tassazzjoni fl-Istat ta’ residenza. L-effett negattiv involontarju ta’ dan l-approċċ madankollu huwa li jinkoraġġixxi sitwazzjonijiet li fihom dħul mhux intaxxat jew intaxxat ftit jidħol fis-suq intern u mbagħad jiċċirkola – ħafna drabi mingħajr ma jkun ġie ntaxxat – fl-Unjoni, permezz tal-istrumenti disponibbli fil-liġi tal-Unjoni. Il-klawżoli ta’ bdil spiss jintużaw kontra prattiki bħal dawn. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi pprovduta klawżola ta’ bdil li tkun immirata kontra ċerti tipi ta’ dħul barrani, pereżempju, distribuzzjonijiet ta’ profitti, rikavati mid-disponiment ta’ ishma u profitti minn stabbilimenti permanenti li huma eżenti mit-taxxa fl-Unjoni. Dan id-dħul għandu jkun taxxabbli fl-Unjoni, jekk ġie intaxxat taħt ċertu livell fil-pajjiż ta' oriġini u fin-nuqqas ta' trattat sod dwar it-taxxa ta' effett simili ma' dak il-pajjiż. L-Istati Membri li japplikaw il-klawżola ta’ bdil għandhom jagħtu kreditu għat-taxxa mħallsa barra l-pajjiż, sabiex jevitaw l-intaxxar doppju.
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Regoli ġenerali kontra l-abbuż (GAARs) huma inklużi fis-sistemi fiskali sabiex jindirizzaw prattiki tat-taxxa abbużivi li għadhom ma ġewx indirizzati permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċikament immirati. Għaldaqstant il-GAARs għandhom funzjoni mmirata biex timla l-vojt, li mgħandux jaffettwa l-applikabbiltà ta’ regoli speċifiċi kontra l-abbuż. Fi ħdan l-Unjoni, l-applikazzjoni ta’ GAARs għandu jkun limitat għal arranġamenti li huma "kompletament artifiċjali" (mhux ġenwini); inkella, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jagħżel l-aktar struttura effiċjenti ta’ taxxa għall-affarijiet kummerċjali tiegħu. Barra minn hekk huwa importanti li jkun żgurat li l-GAARs japplikaw f’sitwazzjonijiet interni, fi ħdan l-Unjoni u vis-à-vis pajjiżi terzi b’mod uniformi, biex l-ambitu u r-riżultati tal-applikazzjoni tagħhom f’sitwazzjonijiet interni u transkonfinali ma jvarjawx.
(9)  Regoli ġenerali kontra l-abbuż (GAARs) huma inklużi fis-sistemi fiskali sabiex jindirizzaw prattiki tat-taxxa abbużivi li għadhom ma ġewx indirizzati permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċikament immirati. Għaldaqstant il-GAARs għandhom funzjoni mmirata biex timla l-vojt, li mgħandux jaffettwa l-applikabbiltà ta’ regoli speċifiċi kontra l-abbuż. Fi ħdan l-Unjoni, l-applikazzjoni tal-GAARs għandha tiġi applikata għal arranġamenti attwati għall-iskop ewlieni jew wieħed mill-iskopijiet ewlenin li jinkiseb vantaġġ fiskali li jmur kontra l-għan u l-iskop tad-dispożizzjonijiet fiskali li kieku japplikaw mingħajr ma jipprevjenu kontribwent tat-taxxa milli jagħżel l-aktar struttura effiċjenti għal affarijiet kummerċjali tagħha. Barra minn hekk huwa importanti li jkun żgurat li l-GAARs japplikaw f’sitwazzjonijiet interni, fi ħdan l-Unjoni u vis-à-vis pajjiżi terzi b’mod uniformi, biex l-ambitu u r-riżultati tal-applikazzjoni tagħhom f’sitwazzjonijiet interni u transkonfinali ma jvarjawx.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Arranġament jew sensiela ta' arranġamenti jistgħu jitqiesu bħala mhux ġenwini meta dawn iwasslu għal tassazzjoni differenti ta' ċerti tipi ta' dħul, bħal dawk iġġenerati mill-privattivi.
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Premessa 9 b (ġdida)
(9b)   L-Istati Membri għandhom jimplementaw dispożizzjonijiet dettaljati li jiċċaraw it-tifsira ta’ arranġamenti mhux ġenwini u attivitajiet oħra fi kwestjonijiet tat-taxxa soġġetti għal sanzjonijiet. Is-sanzjonijiet għandhom jiġu delineati b’mod ċar sabiex ma tinħoloqx inċertezza legali u jkun dispost inċentiv qawwi għal konformità sħiħa mal-liġi tat-taxxa.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 9c (ġdida)
(9c)   L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ sistema ta' penali kif previst fid-dritt nazzjonali u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 9d (ġdida)
(9d)   Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' entitajiet ad hoc, bħal kumpaniji tal-isem jew kumpanniji fittizji bi trattament tat-taxxa aktar baxx, l-intrapriżi għandhom jikkorrispondu għad-definizzjonijiet ta' stabbiliment permanenti u ta' sustanza ekonomika minima stabbiliti fl-Artikolu 2.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 9e (ġdida)
(9e)   L-użu ta' kumpaniji tal-isem mill-kontribwenti li joperaw fl-Unjoni għandu jkun ipprojbit. Il-kontribwenti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet tat-taxxa evidenza li turi s-sustanza ekonomika ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp tagħhom, bħala parti mill-obbligi tagħhom ta'rappurtar annwali pajjiż b'pajjiż.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 9f (ġdida)
(9f)   Sabiex jittejbu l-mekkaniżmi attwali għas-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali dwar it-tassazzjoni fl-Unjoni, filwaqt li l-enfasi ma ssirx biss fuq każijiet ta' tassazzjoni doppja iżda anke fuq in-nontassazzjoni doppja, sa Jannar 2017 għandu jiddaħħal mekkaniżmu b'regoli aktar ċari u bi skedi ta' żmien aktar stretti.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 9g (ġdida)
(9g)   L-identifikazzjoni xierqa tal-kontribwenti hija essenzjali għall-iskambju effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Il-ħolqien ta' numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) Ewropew komuni jipprovdi l-aħjar mezzi għal din l-identifikazzjoni. Dan jippermetti lil kwalunkwe parti terza tidentifika u tirreġistra malajr, faċilment u b'mod korrett in-NIT f'relazzjonijiet transkonfinali u jservi ta' bażi għall-iskambju awtomatiku effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha wkoll taħdem b'mod attiv favur il-ħolqien ta' numru ta' identifikazzjoni simili fuq livell globali, bħall-Identifikatur tal-Entità Ġuridika Globali (LEI) tal-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja;
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Ir-regoli dwar il-Kumpaniji Kkontrollati minn Barra l-Pajjiż (CFC) għandhom l-effett li jattribwixxu mill-ġdid id-dħul ta’ sussidjarja kkontrollata intaxxata ftit lill-kumpaniji prinċipali tagħha. Imbagħad, il-kumpanija prinċipali ssir taxxabbli għal dan id-dħul attribwit fl-Istat fejn hija residenti għall-finijiet tat-taxxa. Skont il-prijoritajiet politiċi ta’ dak l-Istat, ir-regoli dwar is-CFC jistgħu jkunu diretti lejn sussidjarja sħiħa ntaxxata ftit jew ikunu limitati għad-dħul li ġie devjat b’mod artifiċjali lejn is-sussidjarja. Huwa mixtieq li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet kemm fil-pajjiżi terzi kif ukoll fl-Unjoni. Sabiex ikun hemm konformità mal-libertajiet fundamentali, l-impatt tar-regoli fl-Unjoni għandu jkun limitat għall-arranġamenti li jirriżultaw f’trasferiment artifiċjali ta’ profitti mill-Istat Membru tal-kumpanija omm lejn is-CFC. F’dan il-każ, l-ammonti ta’ dħul attribwiti lill-kumpanija omm għandhom jiġu aġġustati skont il-prinċipju tad-distakkament, b’tali mod li l-Istat Membru tal-kumpanija omm biss jintaxxa l-ammonti tad-dħul tal-CFC sal-punt li ma jkunux konformi ma’ dan il-prinċipju. Ir-regoli dwar is-CFC għandhom jeskludu lill-impriżi finanzjarji mill-ambitu tagħhom meta dawn ikunu residenti taxxabbli fl-Unjoni, inklużi stabbilimenti permanenti ta’ tali impriżi li jinsabu fl-Unjoni. Dan għaliex l-ambitu għal applikazzjoni leġittima tar-regoli dwar is-CFC fl-Unjoni għandu jkun limitat għal sitwazzjonijiet artifiċjali mingħajr sustanza ekonomika, li jimplika li s-setturi finanzjarji u tal-assigurazzjoni rregolati ħafna aktarx li ma jkunux inklużi f’dawn ir-regoli.
(10)  Ir-regoli dwar il-Kumpaniji Kkontrollati minn Barra l-Pajjiż (CFC) għandhom l-effett li jattribwixxu mill-ġdid id-dħul ta’ sussidjarja kkontrollata intaxxata ftit lill-kumpaniji prinċipali tagħha. Imbagħad, il-kumpanija prinċipali ssir taxxabbli għal dan id-dħul attribwit fl-Istat fejn hija residenti għall-finijiet tat-taxxa. Skont il-prijoritajiet politiċi ta’ dak l-Istat, ir-regoli dwar is-CFC jistgħu jkunu diretti lejn sussidjarja sħiħa ntaxxata ftit jew ikunu limitati għad-dħul li ġie devjat b’mod artifiċjali lejn is-sussidjarja. Huwa mixtieq li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet kemm fil-pajjiżi terzi kif ukoll fl-Unjoni. L-impatt tar-regoli fl-Unjoni għandu jkopri l-arranġamenti kollha li wieħed mill-prinċipji ewlenin tagħhom huwa t-trasferiment artifiċjali ta’ profitti mill-Istat Membru tal-kumpanija omm lejn is-CFC. F’dan il-każ, l-ammonti ta’ dħul attribwiti lill-kumpanija omm għandhom jiġu aġġustati skont il-prinċipju tad-distakkament b’tali mod li l-Istat Membru tal-kumpanija omm biss jintaxxa l-ammonti tad-dħul tal-CFC sal-punt li ma jkunux konformi ma’ dan il-prinċipju. It-trikkib bejn ir-regoli dwar il-CFC u l-klawżola ta' bdil għandu jiġi evitat.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Id-diskrepanzi ibridi huma l-konsegwenza ta’ differenzi fil-karatterizzazzjoni ġuridika tal-pagamenti (strumenti finanzjarji) jew ta’ entitajiet u dawk id-differenzi jitfaċċaw fl-interazzjoni bejn is-sistemi legali taż-żewġ ġurisdizzjonijiet. L-effett ta’ tali diskrepanzi huwa spiss tnaqqis doppju (jiġifieri tnaqqis fiż-żewġ stati) jew tnaqqis tad-dħul fi stat wieħed mingħajr l-inklużjoni fil-bażi tat-taxxa fl-ieħor. Sabiex jiġi evitat dan ir-riżultat, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom wieħed miż-żewġ ġurisdizzjonijiet f’diskrepanza għandha tagħti karatterizzazzjoni ġuridika lill-istrument ibridu jew lill-entità u l-ġurisdizzjoni oħra għandha taċċetta dan. Għalkemm l-Istati Membri qablu dwar gwida, fil-qafas tal-Grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi, dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi4 u stabbilimenti permanenti ibridi5 ġewwa l-Unjoni kif ukoll dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, xorta waħda jeħtieġ li jiġu ppromulgati regoli vinkolanti. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġi limitat l-ambitu ta’ dawn ir-regoli għad-diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri. Id-diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi għadhom iridu jiġi eżaminati aktar.
(11)  Id-diskrepanzi ibridi huma l-konsegwenza ta’ differenzi fil-karatterizzazzjoni ġuridika tal-pagamenti (strumenti finanzjarji) jew ta’ entitajiet u dawk id-differenzi jitfaċċaw fl-interazzjoni bejn is-sistemi legali taż-żewġ ġurisdizzjonijiet. L-effett ta’ tali diskrepanzi huwa spiss tnaqqis doppju (jiġifieri tnaqqis fiż-żewġ stati) jew tnaqqis tad-dħul fi stat wieħed mingħajr l-inklużjoni fil-bażi tat-taxxa fl-ieħor. Sabiex jiġi evitat dan ir-riżultat, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom waħda miż-żewġ ġurisdizzjonijiet f’diskrepanza għandha tagħti karatterizzazzjoni ġuridika lill-istrument ibridu jew lill-entità u l-ġurisdizzjoni oħra għandha taċċetta dan. Meta tinħoloq tali diskrepanza bejn Stat Membru u pajjiż terz, tassazzjoni xierqa ta' tali operazzjoni trid tiġi salvagwardjata mill-Istat Membru. Għalkemm l-Istati Membri qablu dwar gwida, fil-qafas tal-Grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi, dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi4 u stabbilimenti permanenti ibridi5 ġewwa l-Unjoni kif ukoll dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, xorta waħda jeħtieġ li jiġu ppromulgati regoli vinkolanti.
__________________
__________________
4 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 16553/14, FISC 225, 11.12.2014.
4 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 16553/14, FISC 225, 11.12.2014.
5 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 9620/15, FISC 60, 11.6.2015.
5 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 9620/15, FISC 60, 11.6.2015.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Għandhom jitfasslu definizzjoni għall-Unjoni kollha u "lista sewda" eżawrjenti tar-rifuġji fiskali u l-pajjiżi, fosthom dawk fl-Unjoni, li jgħawġu l-kompetizzjoni billi jagħtu arranġamenti tat-taxxa favorevoli. Il-lista sewda għandha tiġi komplementata b'lista ta' sanzjonijiet għal ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u għal istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw f'rifuġji fiskali.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)   Waħda mill-problemi ewlenin li jiffaċċjaw l-awtoritajiet tat-taxxa hija l-impossibilità li jiksbu aċċess fi żmien debitu għal informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar l-istrateġiji ta' ppjanar tat-taxxa tal-Intrapriżi Multinazzjonali. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli, sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr għar-riskji tat-taxxa, billi jivvalutaw dawk ir-riskji b'mod aktar effettiv, filwaqt li jiddirezzjonaw il-verifiki u jenfasizzaw il-bidliet meħtieġa għal-liġijiet fis-seħħ.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Jekk wieħed iqis li għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern inġenerali kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa transkonfinali, dan ma jistax jinkiseb biżżejjed jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod individwali. Is-sistemi tat-taxxa korporattiva nazzjonali huma diversi u azzjoni indipendenti mill-Istati Membri sempliċement tirreplika l-frammentazzjoni eżistenti tas-suq intern fit-tassazzjoni diretta. B’hekk tippermetti li jippersistu n-nuqqas ta’ effiċjenza u d-distorsjonijiet fl-interazzjoni ta’ miżuri nazzjonali differenti. Ir-riżultat ikun nuqqas ta’ koordinazzjoni. Pjuttost, minħabba l-fatt li nuqqas kbir ta’ effiċjenza fis-suq intern joħloq primarjament problemi ta’ natura transkonfinali, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa kruċjali li jiġu adottati soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern inġenerali u dan jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B’hekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. Bl-istabbiliment ta’ livell minimu ta’ protezzjoni għas-suq intern, din id-Direttiva għandha biss l-għan li tikseb il-grad minimu essenzjali ta’ koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi tagħha.
(14)  Jekk wieħed iqis li għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern inġenerali kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa transkonfinali, dan ma jistax jinkiseb biżżejjed jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod individwali. Is-sistemi tat-taxxa korporattiva nazzjonali huma diversi u azzjoni indipendenti mill-Istati Membri sempliċement tirreplika l-frammentazzjoni eżistenti tas-suq intern fit-tassazzjoni diretta. B’hekk tippermetti li jippersistu n-nuqqas ta’ effiċjenza u d-distorsjonijiet fl-interazzjoni ta’ miżuri nazzjonali differenti. Ir-riżultat ikun nuqqas ta’ koordinazzjoni. Pjuttost, minħabba l-fatt li nuqqas kbir ta’ effiċjenza fis-suq intern joħloq primarjament problemi ta’ natura transkonfinali, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa kruċjali li jiġu adottati soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern inġenerali u dan jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B’hekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. Bl-istabbiliment ta’ livell minimu ta’ protezzjoni għas-suq intern, din id-Direttiva għandha biss l-għan li tikseb il-grad minimu essenzjali ta’ koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi tagħha. Madankollu, reviżjoni fil-fond tal-qafas legali għat-taxxa sabiex jiġu indirizzati l-prattiki ta' erożjoni tal-bażi tat-taxxa permezz ta' regolamentazzjoni kienet trendi possibbli l-kisba ta´ eżitu aħjar fir-rigward tal-garanzija ta' kundizzjonijiet indaqs fis-suq intern kollu.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji u tivvaluta l-impatt possibbli ta' livelli għoljin ta' taxxa fuq ir-ripatrijazzjoni ta' kapital li jkun ġej minn pajjiżi terzi b'rati baxxi ta' taxxa.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 14b (ġdida)
(14b)   Il-ftehimiet kummerċjali u l-ftehimiet ta' sħubija ekonomika kollha li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħhom għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa, bl-għan li tiżdied it-trasparenza u li jiġu miġġielda l-prattiki ta' ħsara fil-qasam tat-taxxa.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kwalunkwe tagħrif meħtieġ għal din l-evalwazzjoni,
(15)  Il-Kummissjoni għandha tpoġġi fis-seħħ mekkaniżmu ta' monitoraġġ speċifiku biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva u l-interpretazzjoni omoġenja tal-miżuri tagħha mill-Istati Membri. Hija għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kwalunkwe tagħrif meħtieġ għal din l-evalwazzjoni.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)   "kontribwent" tfisser entità korporattiva fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a)   "kost tar-royalties" tfisser kostijiet li jiġu minn pagamenti ta' kwalunkwe tip magħmula bħala kunsiderazzjoni għall-użu ta', jew id-dritt tal-użu ta', kull dritt tal-awtur ta' xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku, inklużi films ċinematografiċi u software, kull privattiva, trademark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew għal informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika jew kwalunkwe assi ieħor intanġibbli; pagamenti għall-użu ta', jew id-dritt tal-użu ta', apparat industrijali, kummerċjali jew xjentifiku għandhom jitqiesu bħala kostijiet tar-royalties;
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
(4b)   "ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa" tfisser kwalunkwe ġurisdizzjoni li, mill-31 ta' Diċembru 2016, tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a)   nuqqas ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni mal-firmatarji kollha tal-ftehim multilaterali tal-awtoritajiet kompetenti b'konformità mal-istandards tal-OECD ppubblikati fil-21 ta' Lulju 2014 intitolati 'Standard għal Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni tal-Kont Finanzjarju fi Kwistjonijiet Fiskali';
(b)   l-ebda reġistru tas-sidien benefiċjarji aħħarin ta' korporazzjonijiet, trusts u strutturi ġuridiċi ekwivalenti konformi tal-anqas mal-istandard minimu definit fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
(c)   liġijiet jew dispożizzjonijiet jew prattiki amministrattivi li jagħtu trattament tat-taxxa favorevoli lil intrapriżi irrispettivament minn jekk iwettqux attività ekonomika ġenwina jew jekk għandhomx preżenza ekonomika sinifikanti fil-pajjiż inkwistjoni,
__________________
1a Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
(7a)   "stabbiliment permanenti" tfisser post tan-negozju fiss li jinsab fi Stat Membru li minnu jitwettaq kompletament jew parzjalment in-negozju ta' kumpanija ta' Stat Membru ieħor; din id-definizzjoni tkopri sitwazzjonijiet li fihom kumpaniji li jwettqu attivitajiet diġitali kompletament dematerjalizzati jiġu kkunsidrati li għandhom stabbiliment permanenti fi Stat Membru jekk dawn iżommu preżenza sinifikanti fl-ekonomija ta' dak l-Istat Membru;
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)
(7b)   "rifuġju fiskali" tfisser ġurisdizzjoni kkarratterizzata minn wieħed jew diversi mill-kriterji li ġejjin:
(a)   ebda taxxa jew taxxa nominali biss għal persuni mhux residenti;
(b)   liġijiet jew prattiki amministrattivi li jipprevjenu l-iskambju effettiv ta' informazzjoni dwar it-taxxa ma' ġurisdizzjonijiet oħra;
(c)   liġijiet jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jipprevjenu trasparenza fit-taxxa jew in-nuqqas ta' ħtieġa li titwettaq attività ekonomika sostanzjali.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)
(7c)   "sustanza ekonomika minima" tfisser kriterji fattwali, inkluż fil-kuntest tal-ekonomija diġitali, li jippermettu li intrapriza tiġi definita abbażi ta' kriterji fattwali bħall-eżistenza ta' riżorsi umani u materjali speċifiċi għall-entità, l-awtonomija tal-ġestjoni tagħha, ir-realtà ġuridika tagħha u, meta jkun xieraq, in-natura tal-assi tagħha;
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7d (ġdid)
(7d)   "numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew" jew "NIT" tfisser numru kif definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 li tinkludi pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa. ;
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7e (ġdid)
(7e)   "ipprezzar ta' trasferiment (transfer pricing)" tfisser l-ipprezzar li permezz tiegħu intrapriża tittrasferixxi beni tanġibbli jew assi intanġibbli, jew tipprovdi servizzi lil intrapriżi assoċjati;
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7f (ġdid)
(7f)   "sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi" tfisser sistema użata biex tikkalkula d-dħul mill-proprjetà intellettwali (PI) li huwa eliġibbli għal benefiċċji tat-taxxa bl-istabbiliment ta' konnessjoni bejn in-nefqa eliġibbli li saret meta nħolqu l-assi tal-PI (espressa bħala proporzjon tan-nefqa globali marbuta mal-ħolqien tal-assi tal-PI) u d-dħul minn dawk l-assi tal-PI; din is-sistema tillimita l-assi tal-PI għal privattivi jew għal beni intanġibbli b'funzjoni ekwivalenti u tipprovdi l-bażi għad-definizzjoni ta' "nefqa eliġibbli", "nefqa globali" u "dħul mill-assi tal-PI";
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7g (ġdid)
(7g)   "kumpanija tal-isem" tfisser kull tip ta' entità ġuridika mingħajr sustanza ekonomika u li titwaqqaf purament għal skopijiet ta' taxxa;
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7h (ġdid)
(7h)   "persuna jew intrapriża assoċjata ma' kontribwent" tfisser sitwazzjoni li fiha l-ewwel persuna jkollha parteċipazzjoni ta' aktar minn 25 % fit-tieni, jew ikun hemm terza persuna li jkollha parteċipazzjoni ta' aktar minn 25 % fit-tnejn li huma.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7i (ġdid)
(7i)   "diskrepanza ibrida" tfisser sitwazzjoni bejn kontribwent fi Stat Membru wieħed u intrapriża assoċjata, kif definita skont is-sistema tat-taxxa korporattiva applikabbli, fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz fejn ir-riżultat sussegwenti jkun attribwibbli għal differenzi fil-karatterizzazzjoni ġuridika ta' strument finanzjarju jew entità finanzjarja:
(a)   tnaqqis tal-istess pagament, spejjeż jew telf iseħħ kemm fl-Istat Membru li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu, ikunu saru l-ispejjeż jew ikun iġġarrab it-telf kif ukoll fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz l-ieħor ("tnaqqis doppju"); or
(b)   ikun hemm tnaqqis ta' pagament fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni korrispondenti tal-istess pagament fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz l-ieħor (tnaqqis mingħajr inklużjoni).
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Il-kostijiet tas-self eċċessivi għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu fis-sena fiskali li fiha jiġġarrbu sa 30 fil-mija biss tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (EBITDA) jew sal-ammont ta’ EUR 1 000 000, liema minnhom ikun l-ogħla. L-EBITDA għandu jkun ikkalkolat billi wieħed jerġa’ jżid mad-dħul taxxabbli l-ammonti aġġustati mit-taxxa għall-kostijiet tal-imgħax nett u kostijiet oħrajn ekwivalenti kif ukoll l-ammonti aġġustati mit-taxxa għad-deprezzament u l-amortizzament.
2.  Il-kostijiet tas-self eċċessivi għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu fis-sena fiskali li fiha jiġġarrbu sa 20 % biss tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (EBITDA) jew sal-ammont ta’ EUR 2 000 000, liema minnhom ikun l-ogħla. L-EBITDA għandu jkun ikkalkolat billi wieħed jerġa’ jżid mad-dħul taxxabbli l-ammonti aġġustati mit-taxxa għall-kostijiet tal-imgħax nett u kostijiet oħrajn ekwivalenti kif ukoll l-ammonti aġġustati mit-taxxa għad-deprezzament u l-amortizzament.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 kostijiet eċċessivi tas-self imġarrba minn self tal-parti terza użat għall-finanzjament ta' proġett ta' infrastruttura pubblika li jdum mill-inqas 10 snin u kkunsidrat li huwa fl-interess pubbliku ġenerali minn Stat Membru jew mill-Unjoni.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  L-EBITDA ta’ sena fiskali li ma jkunx assorbit għal kollox mill-kostijiet tas-self imġarrba mill-kontribwent f’dik is-sena fiskali jew dawk preċedenti jistgħu jiġu riportati għal snin fiskali futuri.
4.  L-EBITDA ta’ sena fiskali li ma jkunx assorbit għal kollox mill-kostijiet tas-self imġarrba mill-kontribwent f’dik is-sena fiskali jew dawk preċedenti jistgħu jiġu riportati għal snin fiskali futuri għal perjodu ta’ ħames snin.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 5
5.  Il-kostijiet tas-self li ma jistgħux jitnaqqsu fis-sena fiskali kurrenti taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu sa 30 fil-mija tal-EBITDA fi snin fiskali sussegwenti bl-istess mod bħall-kostijiet tas-self għal dawk is-snin.
5.  Il-kostijiet tas-self li ma jistgħux jitnaqqsu fis-sena fiskali kurrenti taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu sa 20 % tal-EBITDA fil-ħames snin fiskali sussegwenti bl-istess mod bħall-kostijiet tas-self għal dawk is-snin.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 6
6.  Il-paragrafi 2 sa 5 mgħandhomx japplikaw għall-impriżi finanzjarji.
6.  Il-paragrafi 2 sa 5 m'għandhomx japplikaw għall-impriżi finanzjarji. Il-Kummissjoni trid twettaq rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jekk u meta jintlaħaq ftehim fil-livell tal-OECD u meta l-Kummissjoni tiddetermina li l-ftehim tal-OECD jista' jiġi implimentat fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Stabbiliment permanenti
1.   Post tan-negozju fiss li jintuża jew jinżamm minn kontribwent jitqies bħala stabbiliment permanenti jekk l-istess kontribwent jew persuna marbuta mill-qrib mal-kontribwent iwettqu attivitajiet kummerċjali fl-istess post jew f'post ieħor fl-istess Stat u:
(a)   dak il-post jew il-post l-ieħor jikkostitwixxi stabbiliment permanenti għall-kontribwent jew il-persuna marbuta mill-qrib skont dan l-Artikolu; jew
(b)   l-attività globali li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-kontribwent u l-persuna marbuta mill-qrib fl-istess post, jew mill-istess kontribwent jew persuni marbuta mill-qrib fiż-żewġ postijiet, ma tkunx ta' natura preparatorja jew awżiljari, sakemm l-attivitajiet kummerċjali mwettqa mill-kontribwent u l-persuna marbuta mill-qrib fl-istess post, jew mill-istess kontribwent jew persuni marbuta mill-qrib fiż-żewġ postijiet, ma jikkostitwixxux funzjonijiet komplementari li jagħmlu parti minn operazzjoni kummerċjali koerenti.
2.   Meta persuna taġixxi fi Stat f'isem kontribwent u, b'dan il-mod, normalment tikkonkludi kuntratti, jew normalment tiżvolġi r-rwol ewlieni li jwassal għall-konklużjoni ta' kuntratti li huma sistematikament konklużi mingħajr modifika sostanzjali mill-kontribwent, u dawn il-kuntratti jkunu:
(a)   f'isem il-kontribwent;
(b)   intiżi għall-bejgħ ta' proprjetà li tappartjeni lil dan il-kontribwent jew li l-kontribwent għandu d-dritt juża, jew intiżi għall-għoti ta' dritt ta' użu ta' tali proprjetà; jew
(c)   għall-forniment ta' servizzi minn dak il-kontribwent, dak il-kontribwent għandu jitqies li jkollu stabbiliment permanenti f'dak l-Istat għall-attivitajiet kollha li dik il-persuna twettaq għall-kontribwent, sakemm l-attivitajiet ta' tali persuna jkunu ta' natura awżiljari jew preparatorja b'tali mod li, jekk jitwettqu f'post tan-negozju fiss, ma jagħmlux lil dan il-post ta' negozju fiss stabbiliment permanenti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.
3.   L-Istati Membri għandhom jallinjaw il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom u kwalunke trattat bilaterali dwar it-taxxa doppja ma' danl-Artikolu.
4.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jikkonċernaw il-kunċetti ta' natura preparatorja jew awżiljari.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 4b (ġdid)
Artikolu 4b
Profitti attribwibbli għal stabbiliment permanenti
1.   Il-profitti fi Stat Membru li jkunu attribwibbli għall-istabbiliment permanenti msemmi fl-Artikolu 4a huma wkoll il-profitti li huwa mistenni li jagħmel, b'mod partikolari fin-negozjati tiegħu ma' partijiet oħra tal-intrapriża, li kieku kienu intrapriżi separati u indipendenti impenjati fl-istess attività u b'kundizzjonijiet simili, b'kont meħud tal-assi u r-riskji tal-istabbilimenti permanenti involuti.
2.   Meta Stat Membru jaġġusta l-profitt attribwibbli għall-istabbiliment permanenti msemmi fil-paragrafu 1 u jintaxxah kif xieraq, il-profitt u t-taxxa fi Stati Membri oħra għandhom jiġu aġġustati kif xieraq, sabiex tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja.
3.   Bħala parti mill-Azzjoni 7 tal-OECD dwar il-BEPS, l-OECD attwalment qed teżamina mill-ġdid ir-regoli definiti fl-Artikolu 7 tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital li jittrattaw il-profitti attribwibbli għal stabbilimenti permanenti u, ladarba dawk ir-regoli jiġu aġġornati, l-Istati Membri għandhom jallinjaw il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom skont dan.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 4c (ġdid)
Artikolu 4c
Ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa
1.   Stat Membru jista' jimponi taxxa minn ras il-għajn fuq pagamenti minn entità f'dak l-Istat Membru lil entità f'ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa.
2.   Il-pagamenti li mhumiex magħmula direttament lil entità f'ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa, iżda li jista' jkun raġonevolment preżunt li jiġu magħmula lil entità f'ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa b'mod indirett, pereżempju permezz ta' sempliċi intermedjarji f'ġurisdizzjonijiet oħra, għandhom ikunu koperti wkoll mill-paragrafu 1.
3.   Fi żmien debitu, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw kwalunkwe Ftehim dwar it-Taxxa Doppja li attwalment jipprekludi tali livell ta' taxxa minn ras il-għajn bl-għan li jitneħħa kull ostaklu ġuridiku għal din il-miżura ta' difiża kollettiva.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa f’ammont ugwali għall-valur tas-suq tal-assi trasferiti, fil-ħin tal-ħruġ, nieqes il-valur tagħhom għall-finijiet tat-taxxa, fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
1.  Kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa f’ammont ugwali għall-valur tas-suq tal-assi trasferiti, fil-ħin tal-ħruġ tal-assi, nieqes il-valur tagħhom għall-finijiet tat-taxxa, fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-uffiċċju prinċipali tiegħu għall-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;
(a)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-uffiċċju prinċipali tiegħu għall-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz sakemm l-Istat Membru tal-uffiċċju prinċipali m'għadx għandu d-dritt li jintaxxa l-assi trasferiti minħabba t-trasferiment;
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru għall-uffiċċju prinċipali tiegħu jew stabbiliment permanenti ieħor fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;
(b)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru għall-uffiċċju prinċipali tiegħu jew stabbiliment permanenti ieħor fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz sakemm l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti m'għadx għandu d-dritt li jintaxxa l-assi trasferiti minħabba t-trasferiment;
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d
(d)  kontribwent jistabbilixxi l-istabbiliment permanenti tiegħu minn Stat Membru.
(d)  kontribwent jittrasferixxi l-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz sakemm l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti m'għadx għandu d-dritt li jintaxxa l-assi trasferiti minħabba t-trasferiment.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 7
7.  Dan l-artikolu ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ natura temporanja fejn l-assi huwa maħsub li jaqa’ lura f’idejn l-Istat Membru tat-trasferent.
7.  Dan l-artikolu la għandu japplika għal trasferimenti ta’ natura temporanja fejn l-assi huwa maħsub li jaqa’ lura f’idejn l-Istat Membru tat-trasferent, u lanqas għal trasferimenti ta' assi tanġibbli trasferiti sabiex jiġi ġġenerat dħul minn negozju attiv. Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni, il-kontribwent ikollu juri lill-awtoritajiet tat-taxxa tiegħu li d-dħul barrani huwa r-riżultat ta' negozju attiv, per eżempju permezz ta' ċertifikat mill-awtoritajiet tat-taxxa barranin.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Prezzar ta' trasferiment
1.   B'konformità mal-linji gwida tal-OECD ippubblikat fit-18 ta' Awwissu 2010 bit-titolu "Transfer Pricing Guidelines for Multinational Enterprises and Tax Administrations", il-profitti li jkunu saru minn intrapriża iżda li ma jkunux saru b'riżultat tal-kundizzjonijiet li ġejjin, jistgħu jiġu inklużi fil-profitti ta' dik l-intrapriża u jistgħu jiġu ntaxxati skont dan:
(a)   intrapriża ta' Stat tipparteċipa, direttament jew indirettament, fit-tmexxija, fil-kontroll jew fil-kapital ta' intrapriża tal-Istat l-ieħor; jew
(b)   l-istess persuni jipparteċipaw, direttament jew indirettament, fit-tmexxija, fil-kontroll jew fil-kapital ta' intrapriża ta' Stat wieħed u f'intrapriża tal-Istat l-ieħor; u
(c)   fiż-żewġ każijiet, iż-żewġ intrapriżi, fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom, huma marbutin b'kundizzjonijiet miftiehma jew imposti li huma differenti minn dawk li jkunu miftiehma bejn intrapriżi indipendenti,
2.   Meta Stat jinkludi fil-profitti ta' intrapriża ta' dak l-Istat – u jintaxxa skont dan – profitti li fuqhom intrapriża tal-Istat l-ieħor tkun ġiet intaxxata f'dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi huma profitti li jkunu saru mill-intrapriża tal-ewwel Stat, jekk il-kundizzjonijiet miftiehma bejn iż-żewġ intrapriżi kienu dawk li kienu jeżistu bejn intrapriżi indipendenti, l-Istat l-ieħor għandu jagħmel aġġustament xieraq tal-ammont tat-taxxa li ġiet imposta fuq dawk il-profitti. Biex dan l-aġġustament jiġi stabbilit, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati għandhom jikkonsultaw lil xulxin.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri mgħandhomx jeżentaw kontribwent mit-taxxa fuq id-dħul barrani li l-kontribwent ikun irċieva bħala distribuzzjoni tal-profitt mingħand entità f’pajjiż terz jew bħala rikavat mid-disponiment ta’ ishma miżmumin f’entità f’pajjiż terz jew bħala dħul minn stabbiliment permanenti li jinsab f’pajjiż terz fejn l-entità jew l-istabbiliment permanenti huwa soġġett, fil-pajjiż ta’ residenza tal-entità jew fil-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment permanenti, għal taxxa fuq il-profitti b’rata ta’ taxxa korporattiva statutorja ta’ inqas minn 40 fil-mija tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja li kienet tkun imposta taħt is-sistema tat-taxxa korporattiva applikabbli fl-Istat Membru tal-kontribwent. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa fuq id-dħul barrani bi tnaqqis tat-taxxa mħallsa fil-pajjiż terz mill-obbligu fiskali tiegħu fl-istat ta’ residenza tiegħu għall-finijiet tat-taxxa. It-tnaqqis mgħandux jaqbeż l-ammont ta’ taxxa, kif ikkomputata qabel it-tnaqqis, li hija attribbwibbli għad-dħul li jista’ jkun intaxxat.
1.  L-Istati Membri m'għandhomx jeżentaw kontribwent mit-taxxa fuq id-dħul barrani, li ma joriġinax minn negozju attiv, li l-kontribwent ikun irċieva bħala distribuzzjoni tal-profitt mingħand entità f’pajjiż terz jew bħala rikavat mid-disponiment ta’ ishma miżmumin f’entità f’pajjiż terz jew bħala dħul minn stabbiliment permanenti li jinsab f’pajjiż terz fejn l-entità jew l-istabbiliment permanenti huwa soġġett, fil-pajjiż ta’ residenza tal-entità jew fil-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment permanenti, għal taxxa fuq il-profitti b’rata ta’ taxxa korporattiva statutorja ta’ inqas minn 15 fil-mija. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa fuq id-dħul barrani bi tnaqqis tat-taxxa mħallsa fil-pajjiż terz mill-obbligu fiskali tiegħu fl-istat ta’ residenza tiegħu għall-finijiet tat-taxxa. It-tnaqqis mgħandux jaqbeż l-ammont ta’ taxxa, kif ikkomputata qabel it-tnaqqis, li hija attribbwibbli għad-dħul li jista’ jkun intaxxat. Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni, il-kontribwent ikollu juri bil-provi lill-awtoritajiet tat-taxxa tiegħu li d-dħul barrani joriġina minn negozju attiv, sostnut minn persunal, tagħmir, assi u post adatti li jiġġustifikaw id-dħul attribwit lilu.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Arranġamenti mhux ġenwini jew sensiela ta’ arranġamenti li jsiru bl-iskop essenzjali li jinkiseb vantaġġ fiskali li jegħleb l-għan jew l-iskop tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa suppost applikabbli għandhom ikunu injorati għall-finijiet tal-ikkalkolar tal-obbligu tat-taxxa korporattiva. Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda.
1.  Arranġamenti mhux ġenwini, jew sensiela minnhom li, wara li jkunu ddaħħlu fis-seħħ bl-iskop ewlieni jew b'wieħed mill-iskopijiet ewlenin li jinkiseb vantaġġ fiskali li jegħleb l-għan jew l-iskop tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa suppost applikabbli, mhumiex ġenwini meta jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, għandhom ikunu injorati għall-finijiet tal-ikkalkolar tal-obbligu tat-taxxa korporattiva. Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda.
Emenda 103
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Meta arranġamenti jew sensiela ta’ arranġamenti jiġu injorati skont l-ewwel paragrafu, l-obbligu tat-taxxa għandu jkun ikkalkolat b’referenza għas-sustanza ekonomika skont il-liġi nazzjonali.
3.  Meta arranġamenti jew sensiela ta’ arranġamenti jiġu injorati skont l-ewwel paragrafu, l-obbligu tat-taxxa għandu jkun ikkalkolat b’referenza għas-sustanza ekonomika kif definit fl-Artikolu 2 skont il-liġi nazzjonali.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji adegwati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari lill-persunal tal-awditjar tat-taxxa, kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal tal-amministrazzjoni tat-taxxa li jiffoka fuq kooperazzjoni transkonfinali dwar il-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   Il-Kummissjoni tistabbilixxi Unità ta’ kontroll u monitoraġġ tal-BEPS fl-istruttura tagħha bħala għodda b’saħħitha kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt li se tivvaluta u tagħti pariri dwar l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva u atti leġiżlattivi oħra li ġejjin li jindirizzaw il-kwestjoni tal-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Dik l-Unità ta’ kontroll u monitoraġġ tal-BEPS tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew.
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
(b)  taħt l-iskema ġenerali fil-pajjiż tal-entità, il-profitti jkunu soġġetti għal rata tat-taxxa korporattiva effettiva ta’ inqas minn 40 fil-mija tar-rata tat-taxxa effettiva li kienet tkun imposta taħt is-sistema tat-taxxa korporattiva applikabbli fl-Istat Membru tal-kontribwent;
(b)  taħt l-iskema ġenerali fil-pajjiż tal-entità, il-profitti jkunu soġġetti għal rata tat-taxxa korporattiva effettiva ta’ inqas minn 15 fil-mija; dik ir-rata għandha tiġi riveduta kull sena skont l-iżviluppi ekonomiċi fil-kummerċ dinji;
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  aktar minn 50 fil-mija tad-dħul li jakkumula għall-entità jaqa’ f’xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:
(c)  aktar minn 25 fil-mija tad-dħul li jakkumula għall-entità jaqa’ f’xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c – punt viia (ġdid)
(viia) dħul minn oġġetti nnegozjati mal-kontribwent jew l-intrapriżi assoċjati tiegħu, ħlief tali oġġetti standardizzati li jiġu regolarment innegozjati bejn partijiet indipendenti u li għalihom jeżistu prezzijiet osservabbli pubblikament.
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-ewwel paragrafu meta entità tkun residenti fiskali fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE jew fir-rigward ta’ stabbiliment permanenti ta’ entità ta’ pajjiż terz li jinsab fi Stat Membru, sakemm l-istabbiliment tal-entità ma jkunx kompletament artifiċjali jew sakemm l-entità ma tidħolx, waqt l-attività tagħha, f’arranġamenti mhux ġenwini stabbiliti għall-iskop essenzjali li tikseb vantaġġ fiskali.
2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel paragrafu meta entità tkun residenti fiskali fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE jew fir-rigward ta’ stabbiliment permanenti ta’ entità ta’ pajjiż terz li jinsab fi Stat Membru, sakemm il-kontribwent ma jkunx jista' jistabbilixxi li l-kumpanija barranija kkontrollata twaqqfet għal raġunijiet kummerċjali validi u qed twettaq attività ekonomika sostnuta b'persunal, tagħmir, assi u post adatti li jiġġustifikaw id-dħul attribwit lilha. Fil-każ speċifiku ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fatt li kumpanija prinċipali tassigura mill-ġdid ir-riskji tagħha permezz tas-sussidjarji tagħha stess għandu jitqies bħala mhux ġenwin.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – titolu
Diskrepanzi ibridi
Diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja tagħhom ma' pajjiżi terzi jew jinnegozjaw kollettivament ftehimiet ekwivalenti sabiex jagħmlu d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu applikabbli f'relazzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Diskrepanzi ibridi relatati ma' pajjiżi terzi
Meta diskrepanza ibrida bejn Stat Membru u pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis doppju, l-Istat Membru għandu jiċħad it-tnaqqis ta' tali pagament, sakemm il-pajjiż terz ma jkunx għamel hekk diġà.
Meta diskrepanza ibrida bejn Stat Membru u pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru għandu jiċħad it-tnaqqis jew in-noninklużjoni ta' tali pagament, kif ikun xieraq, sakemm il-pajjiż terz ma jkunx għamel hekk diġà.
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 10b (ġdid)
Artikolu 10b
Rata tat-taxxa effettiva
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodu komuni ta' kalkolu tar-rata tat-taxxa effettiva f'kull Stat Membru, sabiex ikun possibbli li titfassal tabella komparattiva tar-rati tat-taxxa effettivi madwar l-Istati Membri kollha.
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 10c (ġdid)
Artikolu 10c
Miżuri kontra l-abbużi tat-trattati dwar it-taxxa
1.   L-Istati Membri għandhom jemendaw it-trattati bilaterali tagħhom dwar it-taxxa biex jinkludu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)   klawżola li tiżgura li ż-żewġ partijiet għat-trattati jimpenjaw ruħhom li t-taxxa titħallas fejn iseħħu l-attivitajiet ekonomiċi u fejn jinħoloq valur;
(b)   addendum biex jiġi ċċarat li l-għan tat-trattati bilaterali, apparti biex jevitaw it-tassazzjoni doppja, huwa li jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa;
(c)   klawżola għal regola ġenerali kontra l-evitar tat-taxxa bbażata fuq test tal-għan prinċipali, kif definit fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/136 tat-28 ta' Jannar 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri kontra l-abbuż ta' trattat dwar it-taxxa1a;
(d)   definizzjoni ta' stabbiliment permanenti, kif definit fl-Artikolu 5 tal- Mudell tal-OECD ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u l-Kapital.
2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta sal-31 ta' Diċembru 2017 għal "Approċċ Ewropew għat-trattati dwar it-taxxa" sabiex jiġi stabbilit mudell Ewropew ta' trattat dwar it-taxxa li fl-aħħar mill-aħħar jista' jissostitwixxi eluf ta' trattati bilaterali konklużi minn kull Stat Membru.
3.   L-Istati Membri għandhom jiddenunzjaw jew jibqgħu lura milli jiffirmaw trattati bilaterali ma' ġurisdizzjonijiet li ma jirrispettawx l-istandards minimi tal-prinċipji maqbula tal-Unjoni dwar governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa.
1a ĠU L 25, 2.2.2016, p. 67.
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 10d (ġdid)
Artikolu 10d
Governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa
Il-Kummissjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa, bl-għan li tiżdied it-trasparenza u jiġu miġġielda prattiki ta' ħsara fil-qasam tat-taxxa fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali u fi ftehimiet ta' sħubija ekonomika li l-Unjoni Ewropea hija parti fihom.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 10e (ġdid)
Artikolu 10e
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – titolu
Reviżjoni
Rieżami u monitoraġġ
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u jirrapporta lill-Kunsill dwarha.
1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha.
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed fis-seħħ mekkaniżmu speċifiku ta' monitoraġġ biex tiżgura t-traspożizzjoni sħiħa u adegwata ta' din id-Direttiva u l-interpretazzjoni korretta tad-definizzjonijiet kollha previsti u l-azzjonijiet meħtieġa mill-Istati Membri, sabiex ikollna approċċ Ewropew koordinat għall-ġlieda kontra l-BEPS.
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew
Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva għal numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew armonizzat u komuni sal-31 ta' Diċembru 2016, sabiex tagħmel l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar it-taxxa aktar effiċjenti u affidabbli fl-Unjoni.
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 11b (ġdid)
Artikolu 11b
Skambju awtomatiku mandatorju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa u l-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa għandu jkun awtomatiku u mandatorju, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE1a.
_______________
1a Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

Segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA
PDF 387kWORD 126k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA (2016/2573(RSP))
P8_TA(2016)0266B8-0580/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7 u 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 18 u 19 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,

–  wara li kkunsidra l-istrumenti rilevanti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-10 ta' Diċembru 1984 u l-protokolli rilevanti tagħhom, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat tal-20 ta' Diċembru 2006,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2178 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-24 ta' Settembru 2014 dwar it-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżat minn atti terroristiċi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, imħejji mir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, li jiffoka fuq il-kummissjonijiet ta' inkjesta b'risposta għal sistemi jew prattiki ta' tortura jew forom oħra ta' maltrattament,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawżi Nasr u Ghali vs l-Italja (Abu Omar) ta' Frar 2016, Al Nashiri vs il-Polonja u Husayn (Abu Zubaydah) vs il-Polonja ta' Lulju 2014 u El-Masri vs l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ta' Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra wkoll il-każijiet pendenti u li għadhom għaddejjin quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Abu Zubaydah vs il-Litwanja u Al Nashiri vs ir-Rumanija),

–  wara li kkunsidra s-sentenza ta' qorti Taljana li sabet ħatja lil 22 aġent tas-CIA, pilota tal-forza tal-ajru u żewġ aġenti Taljani u kkundannathom in absentia għal piena ta' ħabs għar-rwol tagħhom fil-ħtif tal-Imam ta' Milan, Abu Omar, fl-2003,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u tal-Istati Uniti tal-Amerka, tal-15 ta' Ġunju 2009, dwar l-għeluq tal-faċilità ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantánamo u l-kooperazzjoni futura kontra t-terroriżmu, ibbażata fuq valuri kondiviżi, id-dritt internazzjonali, u r-rispett tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar Guantánamo: deċiżjoni imminenti tal-piena tal-mewt(1), ir-riżoluzzjonijiet l-oħra tiegħu dwar Guantánamo, l-aktar waħda reċenti dik tat-23 ta' Mejju 2013 dwar strajk tal-ġuħ tal-priġunieri(2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt(3) u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u ż-żamma illegali ta' priġunieri, adottata f'fażi intermedja tal-ħidma tal-Kumitat Temporanju(4), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri(5), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu tar-Rapport tal-Kumitat tat-TDIP tal-Parlament Ewropew(6), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA(7),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 u s-6 ta' Ġunju 2014 dwar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2012(8), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2013-2014)(9),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 bit-titolu "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt" (COM(2014)0158),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA(10),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, adottata f'Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra l-għeluq tal-inkjesta dwar iż-żamma u t-trasport illegali ta' detenuti suspettati b'atti terroristiċi, imwettqa skont l-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), kif ukoll it-talba tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati firmatarji kollha tal-KEDB biex jipprovdulu informazzjoni dwar investigazzjonijiet li saru fil-passat jew li għadhom għaddejjin, kawżi rilevanti quddiem il-qrati domestiċi jew miżuri oħra meħuda b'rabta mas-suġġett ta' din l-inkjesta sat-30 ta' Settembru 2015(11),

–  wara li kkunsidra l-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern f'Bucharest, ir-Rumanija, tal-24 u l-25 ta' Settembru 2015, u r-rapport relattiv dwar din il-missjoni;

–  wara li kkunsidra s-seduta pubblika li saret mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fit-13 ta' Ottubru 2015 dwar l-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati każijiet ta' trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA,

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni, fl-2015, tal-istudju tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bit-titolu "A quest for accountability? EU and Member State inquiries into the CIA Rendition and Secret Detention Programme" (Tfittxija għar-responsabbiltà? Inkjesti mill-UE u l-Istati Membri dwar il-programm ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA),

–  wara li kkunsidra l-ittra miftuħa tal-11 ta' Jannar 2016 indirizzata lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka mill-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa fl-okkażjoni tal-14-il anniversarju mill-ftuħ tal-faċilità ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantánamo,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti adottati mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – kif ukoll ir-rapporti ppubblikati minnha – b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem tad-detenuti fi Guantánamo, inkluż l-aċċess tagħhom għall-kura medika, ir-rapport tal-2015 tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE-ODIHR), u d-deċiżjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA (O-000038/2016 – B8-0367/2016 u O-000039/2016 – B8-0368/2016),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE hija msejsa fuq il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt internazzjonali, mhux biss fil-politiki interni tagħha iżda anke fid-dimensjoni esterna tagħha; billi l-impenn tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, kif imsaħħaħ bid-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-proċess ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jeħtieġ jiġi rifless fl-oqsma kollha tal-politika sabiex tiżdied l-effikaċja tal-politika tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi, bl-enfasi fuq il-"Gwerra kontra t-Terroriżmu", fil-bilanċ bejn id-diversi poteri tal-istat kien hemm ċaqliqa perikoluża favur poteri akbar għall-gvernijiet, għad-detriment tal-parlamenti u l-ġudikatura, u dan wassal għal livell bla preċedent ta' każijiet fejn ġiet invokata s-segretezza tal-istat, li jimpedixxi l-inkjesti pubbliċi fir-rigward tal-allegati abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi l-Parlament talab kemm-il darba biex il-ġlieda kontra t-terroriżmu tirrispetta l-istat tad-dritt, id-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam, abbażi tat-Trattati tal-UE, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-kostituzzjonijiet nazzjonali u l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali;

D.  billi l-Parlament, bħala eżitu tal-ħidma tal-Kumitat Temporanju tiegħu dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej min-naħa tas-Central Intelligence Agency (CIA) tal-Istati Uniti għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri, ikkundanna bil-qawwa l-programm ta' konsenja u detenzjoni sigrieta li jinvolvi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-detenzjoni illegali u arbitrarja, it-tortura u trattament inuman jew degradanti ieħor, ksur tal-prinċipju ta' non-refoulement u għajbien sfurzat bl-użu tal-ispazju tal-ajru u t-territorju tal-pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA;

E.  billi, biex id-drittijiet tal-bniedem jiġu protetti u promossi b'mod effikaċi fil-politiki interni u esterni tal-UE, u biex jiġu żgurati politiki tas-sigurtà leġittimi u effikaċi msejsa fuq l-istat tad-dritt, huwa essenzjali li tittieħed responsabbiltà għal dawn l-atti;

F.  billi l-Parlament talab kemm-il darba li jsiru investigazzjonijiet sħaħ dwar l-involviment tal-Istati Membri tal-UE fil-programm ta' detenzjoni sigrieta u konsenja straordinarja tas-CIA;

G.  billi d-9 ta' Diċembru 2015 kien jaħbat l-ewwel anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-istudju tal-Kumitat Magħżul dwar l-Intelligence (SSCI) tal-Istati Uniti dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA u l-użu ta' diversi forom ta' tortura fuq id-detenuti bejn l-2001 u l-2006; billi l-istudju żvela fatti ġodda li saħħew l-allegazzjonijiet li għadd ta' Stati Membri tal-UE, l-awtoritajiet tagħhom, kif ukoll uffiċjali u aġenti tas-sigurtà u tas-servizzi sigrieti tagħhom kienu kompliċi fil-programm ta' detenzjoni sigrieta u konsenja straordinarja tas-CIA, xi drabi permezz ta' mezzi korrotti bbażati fuq ammonti sostanzjali ta' flus mogħtija mis-CIA bħala ħlas għall-kooperazzjoni tagħhom; billi l-istudju ma wassal għall-ebda tip ta' teħid ta' responsabbiltà min-naħa tal-Istati Uniti fir-rigward tal-programmi ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA; billi, sfortunatament, l-Istati Uniti naqsu milli jikkooperaw mal-investigazzjonijiet li saru mill-awtoritajiet Ewropej fir-rigward tal-kompliċità tal-pajjiżi Ewropej fil-programmi tas-CIA, u billi ħadd mill-persuni responsabbli għadu ma ntalab iwieġeb għal għemilu;

H.  billi Mark Martins, il-Prosekutur Ewlieni tal-Kummissjonijiet Militari fil-Bajja ta' Guantánamo, iddikjara li l-fatti deskritti fis-sommarju tal-istudju tal-SSCI dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA seħħew tassew;

I.  billi, permezz tal-informazzjoni fis-sommarju tal-SSCI, twettqet analiżi estensiva ġdida li kkonfermat l-investigazzjonijiet preċedenti b'rabta mal-involviment ta' għadd ta' pajjiżi – fosthom Stati Membri tal-UE – u identifikat toroq investigattivi ġodda;

J.  billi l-Parlament Ewropew preċedenti, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013, talab lill-Parlament attwali jkompli jwettaq u jimplimenta l-mandat mogħti mill-Kumitat Temporanju dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri, u konsegwentement jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jkunu ġew segwiti, jistudja l-elementi l-ġodda li jistgħu joħorġu u jeżerċita bis-sħiħ id-drittijiet tiegħu ta' inkjesta, filwaqt li jiżviluppahom;

K.  billi r-riżoluzzjonijiet reċenti adottati mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – kif ukoll ir-rapporti ppubblikati minnha – b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem tad-detenuti fi Guantánamo jqajmu tħassib dwar il-possibbiltà li xi detenuti, jew tal-inqas xi wħud minnhom, mhumiex qed jirċievu kura medika jew riabilitazzjoni adegwati; billi r-rapport tal-OSKE-ODIHR tal-2015 ukoll jesprimi tħassib b'rabta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fi Guantánamo, inkluża ċ-ċaħda tad-dritt ta' proċess ġust, u billi d-deċiżjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja jgħidu li diversi detenuti ta' Guantánamo qed jinżammu b'mod arbitrarju;

L.  billi l-President tal-Istati Uniti Barack Obama kien impenja ruħu li sa Jannar 2010 jagħlaq il-faċilità ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Guantánamo; billi fil-15 ta' Ġunju 2009, l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerka ffirmaw dikjarazzjoni konġunta dwar l-għeluq tal-faċilità ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Guantánamo u l-kooperazzjoni futura kontra t-terroriżmu, ibbażata fuq valuri kondiviżi, id-dritt internazzjonali, u r-rispett tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; billi fit-23 ta' Frar 2016 il-President Obama bagħat lill-Kungress pjan biex jingħalaq darba għal dejjem il-ħabs militari tal-Bajja ta' Guantánamo; billi l-kontribut tal-Istati Membri tal-UE biex xi wħud mill-priġunieri jiġu risistemati kien limitat;

M.  billi l-ebda wieħed mill-Istati Membri implikati ma wettaq investigazzjonijiet sħaħ u effikaċi sabiex il-persuni responsabbli minn reati fil-qafas tad-dritt internazzjonali u domestiku jitressqu quddiem il-ġustizzja, jew biex tiġi żgurata r-responsabbiltà wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti;

N.  billi huwa ta' dispjaċir li l-membri tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament f'Bucharest ma setgħux iżuru l-bini tal-Uffiċċju tar-Reġistru Nazzjonali tal-Informazzjoni Klassifikata (ORNISS) li, skont xi rapporti, kien intuża bħala sit ta' detenzjoni sigriet mis-CIA;

O.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA, il-Parlament ta istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex, flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u b'mod partikolari s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ikompli bl-investigazzjonijiet tiegħu dwar l-allegati każijiet ta' trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA u jirrapporta lill-plenarja fi żmien sena;

1.  Jenfasizza l-importanza unika u n-natura strateġika tar-relazzjoni transatlantika fi żmien ta' instabbiltà globali li qed tiżdied; huwa tal-fehma li din ir-relazzjoni, li hija bbażata fuq interessi komuni u valuri kondiviżi, jeħtieġ tissaħħaħ aktar abbażi tar-rispett għall-multilateraliżmu, l-istat tad-dritt u r-riżoluzzjoni negozjata tal-kunflitti;

2.  Itenni l-kundanna qawwija tiegħu fir-rigward tal-użu ta' tekniki ta' interrogazzjoni msaħħa, li huma pprojbiti skont id-dritt internazzjonali u li jiksru, fost l-oħrajn, id-drittijiet għal-libertà, is-sigurtà, it-trattament dinjituż, il-libertà mit-tortura, il-preżunzjoni tal-innoċenza, il-proċess ġust, il-konsulenza legali u l-protezzjoni ugwali skont il-liġi;

3.  Jesprimi, sena wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti, it-tħassib serju tiegħu dwar l-apatija li wrew l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tar-rikonoxximent tad-diversi każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u tortura li seħħew fl-Ewropa bejn l-2001 u l-2006, l-investigazzjoni tagħhom u t-tressiq ta' dawk kompliċi u responsabbli quddiem il-ġustizzja;

4.  Jilqa' s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-23 ta' Frar 2016 fil-kawża Nasr u Ghali vs l-Italja (44883/09), li fiha ntqal li l-awtoritajiet Taljani kienu jafu bit-tortura mwettqa fil-konfront tal-imam Eġizzjan Abu Omar, u evidentement kienu użaw il-prinċipju tas-"segretezza tal-istat" biex jiżguraw li dawk responsabbli jgawdu minn impunità de facto; jitlob lill-eżekuttiv Taljan ineħħi l-prinċipju tas-"segretezza tal-istat" għall-eks-kap tas-Servizzi Sigrieti u s-Sigurtà Militari (SISMi) u l-viċi tiegħu, kif ukoll għal tliet eks-membri tas-SISMi, sabiex jiġi żgurat li ssir ġustizzja mingħajr ma jkun hemm ostakli;

5.  Jiddeplora l-fatt li f'Settembru 2015 saret biss missjoni trasversali waħda ta' ġbir ta' informazzjoni fir-Rumanija; jitlob li l-Parlament Ewropew jorganizza aktar missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni fil-pajjiżi li l-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA identifika bħala kompliċi f'dak il-programm, bħalma huma l-Litwanja, il-Polonja, l-Italja u r-Renju Unit;

6.  Jenfasizza l-fatt li l-kooperazzjoni transatlantika bbażata fuq valuri komuni bħall-promozzjoni tal-libertà u s-sigurtà, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem hija u għandha tkun prijorità ewlenija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE; itenni l-pożizzjoni ċara stabbilita fid-dikjarazzjoni tal-2009 tal-UE u l-Istati Uniti, fis-sens li l-isforzi konġunti biex jiġi miġġieled it-terroriżmu jeħtieġ ikunu konformi mal-obbligi previsti mid-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju, u li dan se jsaħħaħ il-pajjiżi tagħna u jagħmilhom aktar siguri; jitlob lill-Istati Uniti jagħmlu kull sforz, f'dan il-kuntest, biex jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE bħalma jirrispettaw dawk taċ-ċittadini Amerikani;

7.  Jemmen li l-kooperazzjoni transatlantika dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu jeħtieġ tirrispetta d-drittijiet fundamentali, il-libertajiet fundamentali u l-privatezza, kif iggarantiti mil-leġiżlazzjoni tal-UE, għall-benefiċċju taċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku; jitlob li jkompli d-djalogu politiku bejn is-sħab transatlantiċi dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet ċivili u d-drittijiet tal-bniedem, sabiex it-terroriżmu jiġi miġġieled b'mod effikaċi;

8.  Jiddeplora l-fatt li, aktar minn sena wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti u l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament li fiha l-Istati Uniti ntalbu jinvestigaw u jistitwixxu proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tad-diversi każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li rriżultaw mill-programmi ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA, u jikkooperaw mat-talbiet kollha min-naħa tal-Istati Membri tal-UE b'rabta mal-programm tas-CIA, ħadd minn dawk responsabbli ma ntalab iwieġeb għal għemilu u l-Gvern tal-Istati Uniti naqas milli jikkoopera mal-Istati Membri tal-UE;

9.  Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Uniti biex ikomplu jinvestigaw u jistitwixxu proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tad-diversi każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li rriżultaw mill-programmi ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA mmexxija mill-amministrazzjoni Amerikana preċedenti, u jikkooperaw mat-talbiet kollha min-naħa tal-Istati Membri tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni, estradizzjonijiet u rimedji effettivi għall-vittmi b'rabta mal-programm tas-CIA; iħeġġeġ lill-SSCI tal-Istati Uniti jippubblika l-istudju sħiħ tiegħu dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA; jenfasizza l-konklużjoni fundamentali li wasal għaliha s-Senat tal-Istati Uniti li l-metodi vjolenti u illegali applikati mis-CIA naqsu milli jiġġeneraw informazzjoni li kellha tevita aktar attakki terroristiċi; ifakkar il-kundanna assoluta tiegħu fil-konfront tat-tortura u l-għajbien sfurzat; jistieden ukoll lill-Istati Uniti jikkonformaw mad-dritt internazzjonali li jirregola l-investigazzjoni ta' allegazzjonijiet attwali ta' tortura u maltrattament fi Guantánamo, fosthom diversi talbiet min-naħa tal-Istati Membri għal informazzjoni rigward detenuti li kienu miżmuma f'ħabsijiet sigrieti tas-CIA kif ukoll min-naħa tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura b'rabta mal-mandat tiegħu biex jispezzjona Guantánamo u jintervista l-vittmi ta' atti ta' tortura mis-CIA;

10.  Jiddeplora l-għeluq tal-inkjesta mwettqa mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa skont l-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, peress li l-investigazzjonijiet f'għadd ta' Stati Membri għadhom għaddejjin u hemm bżonn aktar osservazzjoni f'dan ir-rigward; itenni, għaldaqstant, l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex jinvestigaw, bi trasparenza sħiħa, l-allegazzjonijiet li fit-territorju tagħhom kien hemm ħabsijiet sigrieti li fihom inżammu persuni fil-qafas tal-programm tas-CIA, u biex jistitwixxu proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tal-persuni involuti f'dawn l-operazzjonijiet, inklużi atturi pubbliċi, fid-dawl tal-evidenza l-ġdida kollha li ħarġet (inklużi l-pagamenti li saru, kif deskritt fis-sommarju tal-SSCI), u jinnota b'dispjaċir il-pass batut tal-investigazzjonijiet, il-livell baxx ta' responsabbiltà u s-serħan eċċessiv fuq is-sigrieti tal-istat;

11.  Iħeġġeġ lil-Litwanja, ir-Rumanija u l-Polonja jwettqu b'urġenza investigazzjonijiet kriminali trasparenti, dettaljati u effikaċi fir-rigward tal-faċilitajiet ta' detenzjoni sigrieti tas-CIA fit-territorji rispettivi tagħhom, u jagħmlu dan fid-dawl tal-evidenza fattwali kollha li ġiet żvelata, iressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jippermettu lill-investigaturi jwettqu eżami dettaljat tan-netwerk tat-titjiriet tal-konsenji u ta' kuntatti li huwa magħruf pubblikament li organizzaw jew ipparteċipaw fit-titjiriet inkwistjoni, iwettqu eżamijiet forensiċi fil-ħabsijiet u fir-rigward tal-għoti ta' kura medika lid-detenuti miżmuma f'dawn il-postijiet, janalizzaw ir-rekords telefoniċi u t-trasferimenti ta' flus, jikkunsidraw applikazzjonijiet għall-istatus/il-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni min-naħa ta' dawk li setgħu kienu vittmi, u jiżguraw li jitqiesu r-reati rilevanti kollha, inkluż b'rabta mat-trasferiment ta' detenuti, jew jippubblikaw il-konklużjonijiet ta' kwalunkwe investigazzjoni li saret sal-lum;

12.  Jinsisti fuq l-eżekuzzjoni sħiħa u fil-pront tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-konfront tal-Polonja u tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, inkluża l-konformità ma' miżuri individwali u ġenerali urġenti; itenni l-appell tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa biex il-Polonja tfittex u tirċievi assigurazzjonijiet diplomatiċi min-naħa tal-Istati Uniti fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni tal-piena tal-mewt u assigurazzjoni ta' proċedimenti ġusti, u twettaq investigazzjonijiet kriminali dettaljati, effikaċi u f'waqthom, tiżgura li jiġu indirizzati r-reati rilevanti kollha, inkluż b'rabta mal-vittmi kollha, u tressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa', għaldaqstant, l-intenzjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li toħloq korp investigattiv indipendenti ad hoc, u jħeġġeġ it-twaqqif tiegħu mingħajr dewmien u b'appoġġ u parteċipazzjoni fil-livell internazzjonali;

13.  Ifakkar li l-eks-direttur tas-servizzi sigrieti Rumeni, Ioan Talpes, ammetta uffiċjalment mad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li huwa kien jaf bil-preżenza tas-CIA fit-territorju Rumen, u rrikonoxxa li kien ta permess biex "jikri" bini tal-gvern lis-CIA;

14.  Jesprimi tħassib dwar l-ostakli li ltaqgħu magħhom l-investigazzjonijiet parlamentari u ġudizzjarji nazzjonali fir-rigward tal-involviment ta' xi Stati Membri fil-programm tas-CIA, u l-klassifikazzjoni ta' dokumenti li ma kellhiex issir u li wasslet għal impunità de facto fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

15.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem issa rrikonoxxiet espressament – fis-sentenza tagħha tal-24 ta' Lulju 2014 – li sorsi pubbliċi u evidenza kumulattiva li jgħinu biex jintefa' aktar dawl fuq l-involviment tal-Istati Membri fil-programm ta' konsenja tas-CIA huma evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji, speċjalment jekk id-dokumenti uffiċjali tal-istat ikunu esklużi mill-iskrutinju pubbliku jew tal-qrati għal raġunijiet ta' "sigurtà nazzjonali";

16.  Jilqa' l-isforzi li saru s'issa mir-Rumanija, u jitlob lis-Senat Rumen jiddeklassifika l-partijiet klassifikati li fadal tar-rapport tal-2007 tiegħu, jiġifieri l-annessi li fuqhom kienu bbażati l-konklużjonijiet tal-inkjesta tas-Senat Rumen; itenni l-appell tiegħu lir-Rumanija biex tinvestiga l-allegazzjonijiet li kien hemm ħabs sigriet, tistitwixxi proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-persuni involuti f'dawn l-operazzjonijiet, fid-dawl tal-evidenza l-ġdida kollha li ħarġet, u tikkonkludi l-investigazzjoni b'urġenza;

17.  Jinnota li t-tagħrif miġbur matul l-inkjesta tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà u d-Difiża Nazzjonali Litwan (Seimas CNSD) fir-rigward tal-involviment tal-Litwanja fil-programm ta' detenzjoni sigriet ma ġiex ippubblikat, u jitlob il-pubblikazzjoni ta' dan it-tagħrif;

18.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu li, minkejja diversi talbiet (ittra lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Rumanija mingħand il-President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament, u talba oħra fi żmien il-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni lis-Segretarju tal-Istat), il-membri tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni ma setgħux iżuru "Bright Light", bini li ġie rrappurtat kemm-il darba – anke uffiċjalment – li ntuża bħala sit ta' detenzjoni;

19.  Jistieden lill-Membri kollha tal-Parlament Ewropew jappoġġjaw b'mod sħiħ u attiv l-investigazzjoni dwar l-involviment tal-Istati Membri tal-UE fil-programm ta' detenzjoni sigrieta u konsenja straordinarja tas-CIA, speċjalment dawk li kellhom karigi governattivi fil-pajjiżi kkonċernati meta seħħew il-każijiet li qed jiġu investigati;

20.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrappurtaw lura lill-plenarja qabel tmiem Ġunju 2016 dwar l-azzjoni meħuda fuq ir-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew fl-inkjesta tiegħu dwar l-allegati każijiet ta' trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA u fir-riżoluzzjonijiet sussegwenti tiegħu, u dwar il-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ġudizzjarji mwettqa fl-Istati Membri;

21.  Jitlob li d-djalogu interparlamentari regolari u strutturat bejn l-UE u l-Istati Uniti, b'mod partikolari bejn il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew u l-kontropartijiet rilevanti tiegħu fil-Kungress u s-Senat tal-Istati Uniti, jissaħħaħ bl-użu tal-mezzi kollha ta' kooperazzjoni u djalogu previsti fid-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD); jilqa', f'dan ir-rigward, it-78 laqgħa tat-TLD bejn il-Parlament Ewropew u l-Kungress tal-Istati Uniti, li se ssir f'The Hague bejn is-26 u t-28 ta' Ġunju 2016 bħala opportunità biex tissaħħaħ dik il-kooperazzjoni, peress li l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu se tkun parti integrali mid-diskussjoni;

22.  Ifakkar li t-trasparenza hija l-pedament assolut ta' kwalunkwe soċjetà demokratika, il-kundizzjoni indispensabbli għar-responsabbiltà ta' gvern fil-konfront taċ-ċittadini tiegħu; jesprimi, għaldaqstant, it-tħassib serju tiegħu dwar ix-xejra dejjem akbar li l-gvernijiet jinvokaw is-"sigurtà nazzjonali" bl-għan uniku jew primarju li jimpedixxu l-iskrutinju pubbliku min-naħa taċ-ċittadini (li l-gvern huwa responsabbli lejhom) jew min-naħa tal-ġudikatura (li hija l-gwardjan tal-liġijiet ta' pajjiż); jirrimarka l-periklu kbir li tista' tirrappreżenta d-diżattivazzjoni ta' kwalunkwe mekkaniżmu ta' responsabbiltà demokratika, li effettivament jeżenta lill-gvern mir-responsabbiltà tiegħu;

23.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li l-wegħda tal-President tal-Istati Uniti li jagħlaq il-faċilità ta' Guantánamo sa Jannar 2010 għadha ma ġietx implimentata; itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jeżaminaw mill-ġdid is-sistema ta' kummissjonijiet militari bil-għan li jiġu żgurati proċessi ġusti, jagħlqu Guantánamo, u jipprojbixxu fi kwalunkwe ċirkustanza l-użu tat-tortura, il-maltrattament u d-detenzjoni indefinita mingħajr proċess;

24.  Jiddispjaċih li l-Gvern tal-Istati Uniti ma rnexxilux jilħaq wieħed mill-objettivi ewlenin tiegħu, jiġifieri li jagħlaq il-faċilità ta' detenzjoni fil-bażi militari tal-Istati Uniti fil-Bajja ta' Guantánamo; jappoġġja kull sforz ieħor biex tingħalaq din il-faċilità ta' detenzjoni u jinħelsu d-detenuti li ma ġewx akkużati; jitlob lill-Istati Uniti jindirizzaw it-tħassib imqajjem mill-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem tad-detenuti fi Guantánamo, inkluż l-aċċess għal kura medika adegwata u l-miżuri ta' riabilitazzjoni għas-superstiti tat-tortura; jenfasizza li l-President Obama, fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-20 ta' Jannar 2015, tenna d-determinazzjoni tiegħu li jwettaq il-wegħda li għamel matul il-kampanja elettorali tal-2008 li jagħlaq il-ħabs fil-Bajja ta' Guantánamo, u jilqa', barra minn hekk, il-pjan li bagħat lill-Kungress fit-23 ta' Frar 2016; jitlob lill-Istati Membri joffru asil lil dawk il-priġunieri li rċevew uffiċjalment l-awtorizzazzjoni biex jinħelsu;

25.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li proċessi kriminali normali soġġetti għall-ġurisdizzjoni ċivili huma l-aqwa mod biex jissolva l-istatus tad-detenuti ta' Guantánamo; jinsisti li d-detenuti li jinsabu fil-kustodja tal-Istati Uniti għandhom jiġu akkużati minnufih u pproċessati skont l-istandards internazzjonali tal-istat tad-dritt jew jinħelsu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li għandhom japplikaw għal kulħadd, mingħajr ebda diskriminazzjoni, l-istess standards dwar proċessi ġusti;

26.  Jitlob lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti ma jimponux il-piena tal-mewt fuq id-detenuti tal-Bajja ta' Guantánamo;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Awtorità ta' Konvokazzjoni għall-Kummissjonijiet Militari tal-Istati Uniti, lis-Segretarju tal-Istat, il-President, il-Kungress u s-Senat tal-Istati Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

(1) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 132.
(2) ĠU C 55, 12.2.2016, p. 123.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0348.
(4) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 833.
(5) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 309.
(6) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 1.
(7) Testi adottati, P7_TA(2013)0418.
(8) Testi adottati, P7_TA(2014)0173.
(9) Testi adottati, P8_TA(2015)0286.
(10) Testi adottati, P8_TA(2015)0031.
(11) http://website-pace.net/documents/19838/2008330/AS-JUR-INF-2016-06-EN.pdf/f9280767-bf73-44a1-8541-03204e2dfae3


Kapaċitajiet fil-qasam tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża Ewropea
PDF 339kWORD 156k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar kapaċitajiet spazjali għas-sigurtà u d-difiża Ewropea (2015/2276(INI))
P8_TA(2016)0267A8-0151/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea (TUE),

–  wara li kkunsidra t-Titoli XVII u XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra t-talba ta' Franza tas-17 ta' Novembru 2015 għall-għajnuna u l-assistenza taħt l-Artikolu 42(7) tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2015 dwar it-tisħiħ tar-rispons tal-ġustizzja kriminali fil-konfront tar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u għall-estremiżmu vjolenti,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2013 u tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2013 u tat-18 ta' Novembru 2014 dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 u l-21 ta' Frar 2014 dwar il-politika dwar l-ispazju,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tas-7 ta' Lulju 2014 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tagħha dwar id-difiża,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-11 ta' Diċembru 2013 tal-VP/RGħ u l-Kummissjoni bit-titolu "L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni" (JOIN(2013)0030), u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Jens Stoltenberg, is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO), fil-Parlament Ewropew fit-30 ta' Marzu 2015 dwar kooperazzjoni aktar stretta bejn l-UE u n-NATO,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' Bob Work, il-Viċi Segretarju għad-Difiża tal-Istati Uniti, fit-28 ta' Jannar 2015 u fl-10 ta' Settembru 2015 dwar it-tielet Strateġija Offset tal-Istati Uniti u l-implikazzjonijiet tagħha għas-sħab u l-alleati,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tat-18 ta' Novembru 2015 tal-VP/RGħ u tal-Kummissjoni bit-titolu "Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat" (JOIN(2015)0050),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 911/2010(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju(3);

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0151/2016),

A.  billi l-ambjent ta' sigurtà qed isir dejjem aktar perikoluż u ta' sfida, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, ikkaratterizzat minn attakki terroristiċi u qtil tal-massa li jaffettwaw lill-Istati Membri kollha u li għalihom l-Istati Membri jeħtiġilhom iwieġbu billi jadottaw strateġija konġunta u rispons ikkoordinat; billi dawk l-isfidi ta' sigurtà jqajmu l-ħtieġa ta' tisħiħ tas-sigurtà tal-UE permezz tal-iżvilupp kontinwu u l-appoġġ tal-UE għall-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni sabiex issir strument ta' politika aktar effikaċi u garanzija reali għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u għall-promozzjoni u l-ħarsien ta' normi, interessi u valuri Ewropej kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE;

B.  billi jeħtieġ li l-UE tqawwi r-rwol tagħha bħala fornitur tas-sigurtà internament u esternament, u tiżgura l-istabbiltà fil-viċinat tagħha u fid-dinja; billi jeħtieġ li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-isfidi għas-sigurtà, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mit-terroriżmu sew internament kif ukoll esternament, inkluż permezz ta' appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kawżi ewlenin tiegħu; billi l-Istati Membri u l-Unjoni jeħtiġilhom jaħdmu flimkien b'mod effikaċi u koerenti fuq sistema ta' ġestjoni tal-fruntieri sabiex il-fruntieri esterni jkunu siguri;

C.  billi jeħtieġ li l-Unjoni ttejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħha mal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u mal-Istati Uniti, li t-tnejn jibqgħu garanturi għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ewropa, flimkien man-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, l-Unjoni Afrikana, u l-ġirien u s-sħab reġjonali oħrajn;

D.  billi jeħtieġ li l-Unjoni tindirizza l-kawżi sottostanti tal-isfidi għas-sigurtà tagħna, ta' taqlib u ta' kunflitt armat fil-viċinat tagħna, tal-migrazzjoni, tad-degradazzjoni tal-għajxien tal-persuni minn atturi statali u mhux statali, u l-erożjoni tal-Istati u l-ordnijiet reġjonali, inkluż bħala riżultat tat-tibdil fil-klima u l-faqar, permezz ta' approċċ għall-ġestjoni ta' kriżijiet ġewwa u barra l-Unjoni li jkun komprensiv u msejjes fuq il-valuri;

E.  billi l-kapaċitajiet bis-satellita jistgħu jintużaw biex jiġi vvalutat u identifikat aħjar il-fluss ta' immigranti illegali u r-rotot li jużaw, u, fil-każ ta' dawk li ġejjin mill-Afrika ta' Fuq, jiġu identifikati ż-żoni minn fejn qed jimbarkaw sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod aktar rapidu u jiġu salvati aktar ħajjiet;

F.  billi l-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2015, li ffoka fuq id-difiża, appella għal trawwim ta' kooperazzjoni Ewropea akbar u aktar sistematika fil-qasam tad-difiża bil-għan li jiġu pprovduti l-kapaċitajiet ewlenin, inkluż permezz tal-użu koerenti u effiċjenti ta' fondi tal-UE;

G.  billi l-politika dwar l-ispazju hija element essenzjali tal-awtonomija strateġika li l-UE jeħtiġilha tiżviluppa sabiex tħares il-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali sensittivi u l-kapaċitajiet biex jitwettqu valutazzjonijiet indipendenti;

H.  billi l-kapaċitajiet spazjali għas-Sigurtà u d-Difiża Ewropea huma importanti u, f'xi każijiet, saħansitra vitali, għal numru kbir ta' sitwazzjonijiet, li jvarjaw minn użu ta' kuljum fi żmien ta' paċi għall-ġestjoni ta' kriżijiet u sfidi ta' sigurtà aktar akuti, inkluża gwerra fuq skala sħiħa; billi l-iżvilupp ta' tali kapaċitajiet huwa impenn fuq medda twila ta' żmien; billi l-iżvilupp ta' kapaċitajiet futuri jrid jiġi pprogrammat meta l-kapaċitajiet attwali jkunu qed jiġu skjerati;

I.  billi l-proliferazzjoni tat-teknoloġiji spazjali u d-dipendenza dejjem tikber tas-soċjetajiet fuq is-satelliti jżidu l-kompetizzjoni fuq l-assi spazjali (rotot, frekwenzi) u tagħmel mis-satelliti infrastruttura kritika; billi l-iżvilupp ta' teknoloġiji kontra s-satelliti (ASAT) minn għadd ta' atturi, inklużi l-kapaċitajiet ta' armi orbitali, juru li l-ispazju qed jimtela bl-armamenti;

J.  billi, fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà, l-Unjoni tista' taġixxi permezz ta', fost oħrajn, istituzzjonijiet bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u ċ-Ċentru Satellitari tal-UE;

K.  billi l-assi spazjali Ewropej ġew żviluppati matul dawn l-aħħar ħames deċennji bis-saħħa tal-isforzi kkoordinati tal-aġenziji spazjali nazzjonali u, aktar tard, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA); billi t-Trattat dwar l-ispazju extratmosferiku, il-qafas legali bażiku tal-liġi internazzjonali dwar l-ispazju, daħal fis-seħħ f'Ottubru 1967;

L.  billi l-iżvilupp u s-sosteniment tal-kapċitajiet spazjali għas-sigurtà u d-difiża fl-Ewropa jeħtieġu kooperazzjoni effikaċi u sinerġija bejn l-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet Ewropej u dawk internazzjonali;

M.  billi l-kapċitajiet spazjali tal-UE għandhom ikunu kompatibbli mal-kapaċitajiet tan-NATO u tal-Istati Uniti, sabiex ikunu jistgħu jintużaw b'mod sħiħ bħala netwerk f'każ ta' kriżi;

N.  billi r-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija fil-qasam tal-ispazju huwa settur b'rendiment għoli li jipproduċi wkoll prodotti sekondarji ta' software u hardware ta' kwalità għolja għal użu kummerċjali varjat;

1.  Iqis li l-kapaċitajiet u s-servizzi fil-qasam tal-ispazju jaqdu rwol ewlieni, fost l-oħrajn, fil-kuntest tas-sigurtà u d-difiża Ewropea; hu konvint li l-kapaċitajiet u s-servizzi attwali u futuri fil-qasam tal-ispazju se jagħtu lill-Istati Membri u lill-Unjoni kapaċità operazzjonali mtejba ta' użu doppju għall-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u ta' politiki oħra tal-UE f'oqsma bħalma huma l-azzjoni esterna, il-ġestjoni tal-fruntieri, is-sigurtà marittima, l-agrikoltura, l-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-sigurtà tal-enerġija, il-ġestjoni tad-diżastri, l-għajnuna umanitarja u t-trasport;

2.  Iqis li hemm bżonn ta' aktar implimentazzjoni tal-PSDK; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiżdiedu l-effikaċja, il-viżibbiltà u l-impatt tal-PSDK; jafferma mill-ġdid l-importanza u l-valur miżjud tal-Politika dwar l-Ispazju għall-PSDK; iqis li l-ispazju għandu jkun inkluż fil-politiki futuri tal-Unjoni (eż. is-sigurtà interna, it-trasport, l-ispazju, l-enerġija, ir-riċerka) u li għandhom jissaħħu u jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji mal-ispazju; jenfasizza li l-użu tal-kapċitajiet spazjali fil-gwerra kontra t-terroriżmu u organizzazzjonijiet terroristiċi, permezz tal-kapaċità ta' lokalizzazzjoni u ta' monitoraġġ tal-kampijiet ta' taħriġ tagħhom, huwa vitali;

3.  Jemmen li l-gvernijiet nazzjonali u l-Unjoni għandhom itejbu l-kapaċitajiet ta' komunikazzjoni satellitari fil-qasam tal-ispazju tagħhom, l-għarfien tas-sitwazzjoni tal-ispazju, in-navigazzjoni preċiża u l-kapaċitajiet għall-osservazzjoni tad-dinja, u jiżguraw in-nondipendenza Ewropea rigward it-teknoloġiji spazjali kruċjali u l-aċċess għall-ispazju; iqis li l-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali, b'mod partikolari, se jkompli jaqdi rwol vitali f'affarijiet militari u ċivili; jissottolinja l-impenn favur in-nonmilitarizzazzjoni tal-ispazju; jirrikonoxxi li, sabiex jintlaħaq dan il-għan, jeħtieġ investiment finanzjarju suffiċjenti; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-awtonomija tal-UE fir-rigward tal-istrutturi spazjali, filwaqt li jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għal dan il-għan; iqis li dan l-għan huwa ta' importanza vitali għal attivitajiet ċivili (fil-pajjiżi tal-Punent huwa stmat li bejn 6 u 7 % tal-PDG huwa dipendenti fuq it-teknoloġija ta' pożizzjonar u navigazzjoni permezz tas-satellita) u għas-sigurtà u d-difiża; jemmen li l-kooperazzjoni għandha tinbeda fuq bażi intergovernattiva u permezz tal-ESA;

4.  Jissottolinja d-dimensjoni tas-sigurtà tal-programm Copernicus, b'mod partikolari l-applikazzjonijiet li għandhom il-għan li jipprevjenu u jirrispondu għall-kriżi, l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni, il-prevenzjoni tal-kunflitti li tinvolvi monitoraġġ tal-konformità ma' trattati internazzjonali, u s-sorveljanza marittima; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-objettiv tal-prevenzjoni tal-kunflitti tal-kapċitajiet spazjali;

5.  Jenfasizza li l-politika dwar l-ispazju tal-UE tippromwovi l-progress xjentifiku u tekniku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, skont l-Artikolu 189 tat-TFUE, li jinkludi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża; ifakkar li ż-żewġ programmi ewlenin tal-UE – Galileo u Copernicus – huma programmi ċivili taħt kontroll ċivili u li n-natura Ewropea ta' Galileo u Copernicus għamlet dawn il-programmi possibbli u żgurat is-suċċess tagħhom; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-programmi Ewropej fil-qasam tal-ispazju jiżviluppaw kapaċitajiet u servizzi ċivili spazjali li jkunu rilevanti għall-kapaċitajiet ta' sigurtà u ta' difiża Ewropej, partikolarment permezz tal-allokazzjoni ta' fondi adegwati għar-riċerka; jemmen li l-kapaċità ta' użu doppju tal-kapċitajiet spazjali huwa importanti sabiex isir l-aktar użu effikaċi mir-riżorsi;

6.  Jenfasizza li l-programmi spazjali għandhom benefiċċji ta' sigurtà u ta' difiża li huma marbuta b'mod teknoloġiku mal-benefiċċji ċivili u jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-kapaċità ta' użu doppju ta' Galileo u Copernicus; jemmen li din il-kapaċità għandha tiġi żviluppata bis-sħiħ fil-ġenerazzjonijiet li jmiss, inkluż pereżempju fit-titjib tal-preċiżjoni, l-awtentikazzjoni, il-kriptaġġ, il-kontinwità u l-integrità (Galileo); jenfasizza li d-data ta' osservazzjoni tad-dinja u s-sistemi ta' pożizzjonament b'riżoluzzjoni għolja huma utli għall-applikazzjonijiet fl-oqsma ċivili u tas-sigurtà, pereżempju fl-oqsma tal-ġestjoni tad-diżastri, l-azzjonijiet umanitarji, l-għajnuna għar-rifuġjati, is-sorveljanza marittima, it-tisħin globali, is-sigurtà tal-enerġija u s-sigurtà globali tal-ikel, kif ukoll għad-detezzjoni tad-diżastri naturali globali u r-rispons għalihom, speċjalment nixfiet, terremoti, għargħar u nirien fil-foresti; jinnota l-ħtieġa għal interazzjoni aħjar bejn id-drones u s-satelliti; jitlob li fir-rieżami ta' nofs it-terminu jiġu disposti biżżejjed riżorsi għall-iżvilupp fil-ġejjieni tas-sistemi satelittari kollha;

7.  Iqis li hu meħtieġ approċċ olistiku, integrat u fit-tul għall-qasam tal-ispazju fil-livell tal-UE; jemmen li s-settur tal-ispazju għandu jissemma fl-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà l-ġdida, filwaqt li jitqies l-iżvilupp attwali tal-programmi tal-UE ta' użu doppju relatati mal-ispazju u l-ħtieġa li jiġu żviluppati ulterjorment il-programmi ċivili tal-UE fil-qasam tal-ispazju li jistgħu jintużaw kemm għad-difiża, kif ukoll għas-sigurtà ċivili;

8.  Jilqa' l-inizjattiva multilaterali sponsorjata mill-UE lejn Kodiċi ta' Kondotta għall-Attivitajiet fl-Ispazju bħala mod ta' kif jiġu introdotti standards ta' mġiba fl-ispazju hekk kif tipprova tikseb aktar sikurezza, sigurtà u sostenibbiltà fl-ispazju billi tenfasizza li l-attivitajiet fil-qasam tal-ispazju għandhom jinvolvu livell għoli ta' kura, diliġenza dovuta, u trasparenza xierqa, bil-għan li tinbena l-fiduċja fis-settur tal-ispazju;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi fi żmien qasir il-ħtiġijiet tal-UE rigward il-kontribut potenzjali tal-politika dwar l-ispazju lill-PSDK għall-aspetti ewlenin kollha: l-illanċjar, il-pożizzjonament, l-użu ta' immaġni, il-komunikazzjoni, it-temp fl-ispazju, id-debris fl-ispazju, iċ-ċibersigurtà, l-imblukkar (jamming), l-ispoofing u theddid intenzjonali ieħor, u s-sigurtà tas-segment terrestri; iqis li l-karatteristiċi futuri fil-qasam tal-ispazju tas-sistemi Ewropej attwali għandhom jiġu stabbiliti skont ir-rekwiżiti tal-PSDK u għandhom ikopru l-aspetti relatati kollha msemmija hawn fuq;

10.  Jappella biex ir-rekwiżiti meħtieġa għal sistemi futuri, privati u pubbliċi, li jikkontribwixxu għall-applikazzjonijiet safety-of-life (sikurezza tal-ħajja) (eż. pożizzjonar, ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM)) jiġu definiti fir-rigward tal-protezzjoni kontra attakki tas-sigurtà possibbli (imblukkar, spoofing, attakki ċibernetiċi, it-temp fl-ispazju u d-debris); iqis li dawn ir-rekwiżiti ta' sikurezza għandhom ikunu ċertifikabbli u taħt is-sorveljanza ta' entità Ewropea (bħall-EASA);

11.  Jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-iżvilupp ta' kapaċitajiet Ewropej fil-qasam tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża Ewropea għandu jsegwi żewġ objettivi strateġiċi ewlenin: is-sigurtà fuq il-pjaneta permezz ta' sistemi spazjali fl-orbita mfassla biex jimmonitorjaw il-wiċċ tad-dinja jew biex jipprovdu pożizzjonar, informazzjoni dwar in-navigazzjoni u t-timing jew komunikazzjonijiet bis-satellita u s-sikurezza fl-ispazju extratmosferiku, kif ukoll is-sigurtà spazjali, jiġifieri s-sikurezza fl-orbita u fl-ispazju permezz ta' sistemi terrestri u orbitali ta' għarfien sitwazzjonali;

12.  Jidentifika l-perikli ta' gwerra ċibernetika u theddidiet ibridi għall-programmi Ewropej tal-ispazju, filwaqt li jitqies li l-ispoofing jew l-imblukkar jistgħu jiddisturbaw il-missjonijiet militari jew ikollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-ħajja ta' kuljum fid-dinja; jemmen li ċ-ċibersigurtà teħtieġ approċċ konġunt mill-UE, l-Istati Membri, u n-negozji u l-ispeċjalisti tal-internet; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tinkludi programmi tal-ispazju fl-attivitajiet tagħha ta' ċibersigurtà;

13.  Iqis li l-koordinazzjoni tas-sistemi spazjali implimentati b'mod frammentat mid-diversi Stati Membri għal diversi ħtiġijiet nazzjonali għandha tissaħħaħ sabiex ikun jista' jiġi antiċipat minnufih it-tfixkil ta' applikazzjonijiet differenti (eż. għall-ATM);

14.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Istati Membri hija kruċjali għat-titjib tal-kapaċitajiet u s-servizzi Ewropej fil-qasam tal-ispazju; huwa tal-fehma li l-Unjoni, b'mod partikolari l-VP/RGħ, għandha tikkoordina, tiffaċilita u tappoġġa tali kooperazzjoni fil-qasam tal-ispazju, tas-sigurtà u tad-difiża permezz ta' ċentru ta' koordinazzjoni operazzjonali speċifiku; jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-Aġenzija Spazjali Ewropea għandha taqdi rwol importanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni ta' politika Ewropea waħdanija dwar l-ispazju li tinkludi l-politika ta' sigurtà u difiża;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta r-riżultati tal-qafas Ewropew ta' kooperazzjoni għar-riċerka dwar is-sigurtà u d-difiża tal-ispazju u jitlob għal rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jiġi żviluppat ulterjorment; jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika kif riċerka ċivili-militari taħt Orizzont 2020 serviet fis-settur tal-kapċitajiet spazjali għall-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni;

16.  Jilqa' l-Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-qafas u l-impatt tiegħu fuq is-sigurtà u d-difiża; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf pjan direzzjonali ta' implimentazzjoni dwar id-definizzjoni tal-arkitettura prevista;

17.  Jenfasizza l-importanza strateġika li jiġu stimolati l-innovazzjoni u r-riċerka tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża; jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tat-teknoloġiji spazjali kritiċi bħas-Sistema Ewropea ta' Relay ta' Data, li tippermetti osservazzjoni tad-dinja f'ħin reali u persistenti, il-varar ta' mega kostellazzjonijiet ta' nanosats u, fl-aħħar nett, il-bini ta' kapaċità reattiva fil-qasam tal-ispazju; jissottolinja l-ħtieġa ta' teknoloġiji innovattivi ta' big data biex jintuża l-potenzjal sħiħ ta' data spazjali għas-sigurtà u d-difiża; jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora dawn it-teknoloġiji fl-Istrateġija Spazjali tagħha għall-Ewropa;

18.  Jitlob għall-iżvilupp ta' diversi inizjattivi diplomatiċi tal-UE f'kwistjonijiet tal-ispazju, kemm bilaterali kif ukoll f'kuntest multilaterali, sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-istituzzjonalizzazzjoni tal-ispazju u għaż-żieda fit-trasparenza u fil-miżuri għall-bini ta' fiduċja; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi intensifikata l-ħidma dwar il-promozzjoni ta' kodiċi ta' kondotta internazzjonali għall-attivitajiet fl-ispazju extratmosferiku; iħeġġeġ lis-SEAE jikkunsidra l-komponent spazjali f'negozjati f'oqsma oħra;

19.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu u jiffinalizzaw programmi u inizjattivi konġunti, bħalma huma l-programmi tas-sistema multinazzjonali tal-immaġini mill-ispazju għas-sorveljanza, għat-tkixxif u għall-osservazzjoni, tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita (GOVSATCOM) u tas-sorveljanza u insegwiment fl-ispazju (SST), u biex jiġbru flimkien u jikkondividu fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà, u jiddikjara l-appoġġ tiegħu għal tali programmi u inizjattivi konġunti;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proġett tal-EDA u l-ESA dwar il-komunikazzjoni governattiva bis-satellita (GOVSATCOM), li huwa wieħed mill-programmi ewlenin tal-EDA identifikati mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2013; jappella, f'dan ir-rigward, lill-atturi involuti biex iwaqqfu programm permanenti u biex jużaw il-valur miżjud Ewropew tal-EDA għall-komunikazzjoni satellitari militari ukoll; jilqa' t-tlestija b'suċċess tal-proġett DESIRE I u t-tnedija tal-proġett ta' dimostrazzjoni DESIRE II għall-operazzjoni futura ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS) fi spazju tal-ajru mhux segregat mill-EDA u l-ESA;

21.  iqis li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fir-rigward tal-kapaċitajiet u s-servizzi futuri fil-qasam tal-ispazju għal skopijiet ta' sigurtà u ta' difiża tkun ta' benefiċċju għat-tnejn; iqis li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti hija aktar effiċjenti u kompatibbli meta ż-żewġ partijiet ikunu fuq l-istess livell ta' kapaċità u t-teknoloġija; jistieden kwalunkwe diskrepanza teknoloġika potenzjali tiġi identifikata u indirizzata mill-Kummissjoni; jinnota l-ħidma mwettqa favur it-tielet Strateġija Offset tal-Istati Uniti; iħeġġeġ lill-Unjoni tqis dan l-iżvilupp meta tkun qed tħejji l-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Barranija tagħha u tinkludi l-kapċitajiet spazjali għas-sigurtà u d-difiża fl-ambitu ta' din l-istrateġija; jemmen li r-relazzjonijiet bilaterali diġà eżistenti bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti jistgħu jintużaw fejn xieraq; jistieden lill-VP/RGħ tiddiskuti mal-ministri tad-difiża dwar l-approċċ strateġiku li għandu jittieħed, u tinforma lill-Parlament hekk kif dan id-dibattitu jkun qed jevolvi;

22.  Jemmen li l-UE għandha tkompli tiffaċilita l-istabbiliment ta' Kodiċi ta' Kondotta internazzjonali għall-attivitajiet fl-ispazju extratmosferiku, bil-għan li tiġi protetta l-infrastruttura spazjali filwaqt li jiġi evitat li l-ispazju jimtela bl-armamenti; iqis li l-iżvilupp tal-programm għall-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali (SSA) hija vitali għal dan; jitlob lill-Unjoni taħdem għal dan il-għan f'kooperazzjoni mal-Kumitat tan-NU dwar l-użi paċifiċi tal-ispazju extratmosferiku u ma' imsieħba oħra rilevanti;

23.  Ifakkar fil-ħtieġa ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-UE u n-NATO fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO għandha tkopri l-bini ta' reżiljenza miż-żewġ korpi, id f'id mal-ġirien tal-UE, kif ukoll l-investiment fid-difiża; iqis li l-kooperazzjoni dwar il-kapaċitajiet u s-servizzi fil-qasam tal-ispazju toffri prospetti għal kompatibbiltà u sinerġija aħjar bejn iż-żewġ oqfsa; hu konvint li dan għandu jsaħħaħ ukoll ir-rwol tan-NATO fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża u fid-difiża kollettiva;

24.  Jindika, madankollu, li l-UE għandha tkompli tipprova tiżgura sal-aktar grad possibbli l-awtonomija tal-ispazju u dik militari; jindika li, fit-tul, l-UE jrid ikollha l-istrumenti proprji tagħha li jistabbilixxu Unjoni ta' Difiża;

25.  Iqis li l-protezzjoni ta' kapaċitajiet u servizzi fil-qasam tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża kontra attakki ċibernetiċi, theddid fiżiku, debris jew interferenzi oħra ta' ħsara tista' toffri prospetti għal kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO li tirriżulta fl-infrastruttura teknoloġika meħtieġa biex tiżgura r-riżorsi, minħabba li, fil-każ kuntrarju, ikun hemm ċans li l-investimenti fl-infrastrutturi spazjali Ewropea, li jiswew biljuni ta' flus tal-kontribwenti, jinħlew; jirrikonoxxi l-użu tas-satelliti kummerċjali għat-telekomunikazzjonijiet u l-użu dejjem jikber tagħhom għal skopijiet militari jpoġġuhom f'riskju ta' attakk; jistieden lir-RGħ/VP iżżomm lill-Parlament infurmat dwar kif qed tevolvi l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO f'dan il-qasam;

26.  Iqis li l-programmi ċivili tal-UE fil-qasam tal-ispazju jipprovdu firxa ta' kapaċitajiet u servizzi li huma ta' użu potenzjali f'bosta setturi, inklużi l-istadji li jmiss tal-evoluzzjoni tas-sistemi Copernicus u Galileo; jinnota l-ħtieġa li jitqies mill-ewwel kwalunkwe tħassib relatat mad-difiża u s-sigurtà; iqis li l-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali / it-temp fl-ispazju, il-komunikazzjoni bis-satellita, l-intelligence elettroniku u t-twissija bikrija huma oqsma li jistgħu jibbenefikaw minn aktar kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati, u investiment kontinwu ta' appoġġ ulterjuri fil-livell tal-UE permezz ta', u bl-appoġġ ta', aġenziji fl-oqsma tal-ispazju, tas-sigurtà u tad-difiża;

27.  Jinnota l-importanza tas-servizz pubbliku regolat ta' Galileo (PRS) għan-navigazzjoni u għall-iggwidar tas-sistemi militari; jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri tal-UE biex iżidu l-isforzi tagħhom rigward ir-reviżjoni possibbli tat-Trattat tal-1967 dwar l-ispazju extratmosferiku jew biex jagħtu bidu għal qafas regolatorju ġdid li jqis il-progress teknoloġiku li sar mis-sittinijiet s'issa u li jkollu l-għan li jipprevjeni tellieqa tal-armi fl-ispazju;

28.  Jinnota li t-trasparenza u s-sensibilizzazzjoni pubblika effikaċi tal-Ewropej għall-applikazzjonijiet tal-programmi tal-ispazju tal-UE li għandhom impatt dirett fuq l-utenti, bħalma huma Galileo u Copernicus, huma kruċjali għas-suċċess tal-programmi; jaħseb li dawn il-programmi jistgħu jintużaw biex tiżdied l-effikaċja fit-tfassil ta' strateġiji u fl-operazzjonijiet, fil-qafas tal-PSDK; jinkoraġġixxi l-identifikazzjoni u l-iżvilupp tal-bżonnijiet ta' kapaċitajiet li jtejbu s-sigurtà u d-difiża għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' sistemi Galileo u Copernicus;

29.  Jindika l-eżistenza tas-Servizz Pubbliku Regolat (PRS) tal-Galileo, li huwa limitat għal utenti awtorizzati mill-gvern u huwa adatt għal applikazzjonijiet sensittivi fejn iridu jiġu żgurati r-robustezza u l-affidabbiltà sħiħa; iqis li l-kapaċità tal-PRS għandha tiġi żviluppata ulterjorment fil-ġenerazzjonijiet li jmiss b'rispons għat-theddid li jevolvi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċeduri operattivi jkunu effiċjenti kemm jista' jkun, b'mod partikolari f'każ ta' kriżi; jenfasizza l-ħtieġa li jibqgħu jiġu żviluppati u promossi applikazzjonijiet ibbażati fuq il-kapaċitajiet ta' Galileo, inklużi dawk meħtieġa għall-PSDK, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi; ifakkar, barra minn hekk, il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà tal-infrastruttura ta' Galileo, inkluż is-segment terrestri, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa f'din id-direzzjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

30.  Jissottolinja l-livell għoli ta' sigurtà għas-sistemi GNSS tal-UE; jenfasizza l-eżekuzzjoni b'suċċess tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, b'mod partikolari permezz tal-Bord ta' Akkreditament ta' Sigurtà u taċ-Ċentri ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo; jitlob, f'dan ir-rigward, li jsir użu mill-għarfien espert u l-infrastruttura tas-sigurtà tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, anke għal Copernicus; jitlob li din il-kwistjoni tiġi indirizzata fir-rieżami ta' nofs it-terminu ta' Galileo u ta' Copernicus;

31.  Jinnota, b'mod partikolari, il-ħtieġa operattiva ta' data ta' osservazzjoni tad-dinja b'riżoluzzjoni għolja ħafna fil-programm Copernicus u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif din il-ħtieġa tista' tiġi ssodisfata, b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-PSDK; jenfasizza żviluppi bħall-osservazzjoni kważi f'ħin reali u l-video-streaming mill-ispazju, u jirrakkomanda lill-Kummissjoni tinvestiga kif tista' tieħu vantaġġ minn dawn, anke għal skopijiet ta' sigurtà u ta' difiża; ifakkar, barra minn hekk, fil-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà tal-infrastruttura ta' Copernicus, inkluż is-segment terrestri, u s-sigurtà tad-data, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa f'din id-direzzjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri; jirrimarka, barra minn hekk, dwar l-importanza li jitqies kif l-industrija tista' tiġi involuta fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta' Copernicus;

32.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jittejjeb il-proċess ta' tixrid ta' informazzjoni mis-satelliti għall-utenti, inkluż billi tinbena l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa; jinnota l-fatt imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li 60 % tat-tagħmir elettroniku abbord is-satelliti Ewropej huma attwalment importati mill-Istati Uniti; jitlob inizjattiva dwar kif tista' tiġi mħarsa data sensittiva jew personali f'dan il-kuntest;

33.  Jilqa' x-xogħol li qed isir sabiex l-UE tiġi pprovduta b'aċċess awtonomu għall-komunikazzjonijiet governattivi bis-satellita (GovSatcom) u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħmel progress rigward dan il-fajl; ifakkar li l-ewwel pass fil-proċess kien l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ċivili u militari mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, rispettivament, u jqis li l-inizjattiva għandha tinvolvi l-ġbir flimkien tad-domanda u għandha titfassal b'mod li jissodisfa l-ħtiġijiet identifikati bl-aħjar mod; jistieden lill-Kummissjoni, abbażi tal-ħtiġijiet u tar-rekwiżiti tal-benefiċjarji, twettaq evalwazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji għal soluzzjonijiet differenti:

   il-forniment ta' servizzi minn operaturi kummerċjali,
   sistema li tiddependi fuq il-kapaċitajiet attwali bil-possibbiltà li jiġu integrati l-kapaċitajiet futuri, jew
   il-ħolqien ta' kapaċitajiet ġodda permezz ta' sistema dedikata;

jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tas-sjieda u r-responsabbiltà; jinnota li, tkun xi tkun id-deċiżjoni finali, kwalunkwe inizjattiva ġdida għandha tkun fl-interess pubbliku u ta' benefiċċju għall-industrija Ewropea (manifatturi, operaturi, lanċaturi u oqsma oħra tal-industrija); iqis li l-GovSatcom għandha titqies ukoll bħala opportunità biex tingħata spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni billi jittieħed vantaġġ mill-iżvilupp ta' teknoloġiji b'użu doppju, fil-kuntest estremament kompetittiv u dinamiku tas-suq tas-SATCOM; jissottolinja l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza fuq fornituri ta' tagħmir u servizzi minn barra l-UE;

34.  Jinnota l-iżvilupp tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) bħala inizjattiva tajba fil-kooperazzjoni dwar l-ispazju u pass lejn is-sigurtà fl-ispazju; jitlob li l-iżvilupp ulterjuri tal-kapaċitajiet SST ikunu prijorità għall-Unjoni għall-protezzjoni tal-ekonomija, tas-soċjetà u tas-sikurezza taċ-ċittadini u fil-qasam tal-kapċitajiet spazjali għas-sigurtà u d-difiża Ewropea; iqis li l-SST għandu jsir programm tal-UE b'baġit għalih filwaqt li jiġi żgurat li l-fondi għal proġetti li għadhom għaddejjin ma jkunux b'hekk imnaqqsa; jemmen, barra minn hekk, li l-UE għandha tiżviluppa kapaċità aktar olistika għall-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali (SSA), b'kapaċitajiet ta' previżjoni akbar, li jinvolvu s-sorveljanza tal-ispazju u l-analiżi u l-valutazzjoni ta' theddid u perikli potenzjali għall-attivitajiet spazjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tibni fuq l-SST, billi tiżviluppa kunċett ta' SSA usa' li jindirizza wkoll theddid intenzjonali lis-sistemi spazjali u, b'kooperazzoni mal-ESA, tieħu kont tat-temp fl-ispazju u ta' oġġetti qrib id-dinja u l-ħtieġa għal riċerka dwar sistemi teknoloġiċi għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tad-debris fl-ispazju; jemmen li koordinazzjoni olistika tal-attivitajiet spazjali għandha tinkiseb mingħajr ma tixxekkel il-libertà li jintuża l-ispazju; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li s-settur privat jitħalla jaqdi rwol importanti fl-iżvilupp ulterjuri u ż-żamma tal-parti mhux sensittiva tas-sistema SST, li għaliha l-istruttura ta' governanza b'żewġ livelli ta' Galileo tista' sservi ta' eżempju;

35.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati politiki u kapaċitajiet ta' riċerka sabiex jiġu pprovduti applikazzjonijiet futuri u tiġi żviluppata industrija Ewropea kompetittiva, li kapaċi jkollha suċċess kummerċjali msejjes fuq ambjent ekonomiku f'saħħtu; jinnota l-importanza dejjem akbar ta' entitajiet privati fis-suq tal-ispazju; jissottolinja l-ħtieġa għal, u l-benefiċċji ta', l-involviment tal-SMEs fil-proċessi ta' riċerka, żvilupp u produzzjoni relatati mat-teknoloġiji spazjali, b'mod partikolari dawk li huma rilevanti biex tiġi żgurata s-sigurtà; jibqa' kawt rigward ir-riskji relatati ma' inizjattivi privati mhux regolati b'implikazzjoni għas-sigurtà u d-difiża; jenfasizza li l-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji jista' jvarja minn settur għal ieħor ta' attivitajiet spazjali, u għalhekk jeħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ, b'mod partikolari fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tagħha f'termini ta' sovranità u awtonomija strateġika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jipprovdu l-mezzi meħtieġa biex jillimitaw dawn ir-riskji;

36.  Jenfasizza li fejn l-ispazju hu konċernat, u minħabba l-importanza strateġika tiegħu, il-fokus tal-isforzi fl-investiment għandhom ikunu fuq l-investiment fis-settur pubbliku; huwa tal-fehma li l-ispejjeż għoljin għall-iżvilupp ta' programmi u ta' infrastruttura fil-qasam tal-ispazju ifissru li l-uniku mod biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' dawn il-proġetti huwa permezz ta' sforzi deċiżivi tas-settur pubbliku biex jidderieġu inizjattivi privati;

37.  Jindika, fir-rigward tal-finanzjament futur tal-programmi tal-ispazju Ewropej, li wieħed jiddetermina meta jista' jkun possibbli li jintużaw forom ta' sħubija pubblika-privata.

38.  Jindika li l-oqfsa regolatorji u l-politiki korretti jridu jiġu stabbiliti sabiex l-industrija tingħata aktar impetu u inċentivi biex tikseb żvilupp teknoloġiku u twettaq riċerka dwar il-kapċitajiet spazjali; jitlob li jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ għal riċerka relatata mal-ispazju fl-oqsma msemmija hawn fuq; jinnota r-rwol importanti li Orizzont 2020 jista' jaqdi biex l-UE tkun tista' tnaqqas id-dipendenza tagħha f'termini ta' teknoloġiji spazjali kritiċi; ifakkar, f'dak ir-rigward, li l-parti dwar l-ispazju ta' Orizzont 2020 taqa' taħt il-prijorità "Tmexxija industrijali", u b'mod partikolari fi ħdan l-objettiv speċifiku ta' "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali"; huwa tal-fehma, għalhekk, li Orizzont 2020 għandu jintuża biex jappoġġa l-bażi tat-teknoloġija spazjali u l-kapaċitajiet industrijali tal-Ewropa fil-qasam tal-ispazju; jistieden lill-Kummissjoni tiddisponi b'mod suffiċjenti għal teknoloġiji spazjali kritiċi għas-sigurtà u d-difiża matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu ta' Orizzont 2020;

39.  Jemmen li l-UE tista' taqdi rwol biex il-kapaċitajiet u s-servizzi fil-qasam tal-ispazju Ewropej isiru aktar b'saħħithom, reżiljenti u flessibbli; huwa konvint li kapaċità ta' reazzjoni rapida biex jinbidlu jew jiġu rristorati assi bil-ħsara jew li ddeterjoraw fl-ispazju waqt kriżi għandha tiġi żviluppata b'mod effikaċi permezz ta' sħubijiet bejn diversi Stati, inkluż fil-livell Ewropew; ifaħħar tax-xogħol tal-ESA fl-iżvilupp ta' programm għall-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali (SSA) biex jidentifika u jbassar id-debris fl-ispazju jew kolliżjoni bejn satelliti; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li, minħabba n-numru dejjem akbar ta' satelliti u debris fl-ispazju, jitnaqqas ir-riskju ta' kolliżjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikomplu l-iffinanzjar ta' din il-kapaċità wara l-2016; jilqa', għalhekk, l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar sistema Ewropea ta' sorveljanza spazjali u ta' traċċar (SST), li tiggarantixxi l-awtonomija tal-UE fl-ispazju; jistaqsi jekk humiex fis-seħħ strutturi ta' governanza xierqa għall-ġestjoni tal-PRS u ta' infrastruttura spazjali ewlenija oħra fil-każ ta' attakk armat jew ta' kriżi kbira ta' sigurtà oħra;

40.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-aġenziji Ewropej fl-oqsma tal-ispazju, tas-sigurtà u d-difiża jingħaqdu flimkien biex jiżviluppaw White Paper dwar ir-rekwiżiti ta' taħriġ vis-à-vis l-użu ta' kapaċitajiet u servizzi fil-qasam tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża; huwa tal-fehma li għandhom jiġu mobilizzati r-riżorsi tal-UE għal korsijiet pilota f'dawk l-oqsma li għalihom l-Istati Membri u l-aġenziji kompetenti Ewropej identifikaw bżonn imminenti;

41.  Jemmen li appoġġ finanzjarju u politiku ulterjuri għall-iżvilupp u għall-użu ta' lanċaturi tal-UE u tal-Programm għad-Dimostratur Riutilizzabbli f'Orbita fl-Ewropa (PRIDE) huwa ta' importanza strateġika, minħabba li d-dimostratur huwa aktar kosteffikaċi u jipprovdi l-indipendenza fl-aċċess għall-ispazju, kif ukoll pjan għall-ġestjoni ta' kriżi fl-ispazju;

42.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fl-ispiża tal-programmi Copernicus u Galileo ferm aktar mill-ammont inizjali tal-allokazzjonijiet baġitarji; jesprimi l-appoġġ tiegħu għal aktar żvilupp tal-kapaċitajiet tal-UE fil-qasam tal-ispazju, filwaqt li jappella għal ġestjoni xierqa tar-riżorsi finanzjarji;

43.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li ma rratifikawx it-Trattat dwar l-ispazju extratmosferiku li jagħmlu dan, minħabba l-importanza tiegħu fil-ħarsien tal-liġi fl-ispazju;

44.  Jilqa' l-proċess u l-pjanijiet għall-iżvilupp tal-lanċaturi Ewropej il-ġodda, Ariane 6 u VEGA, u jikkunsidra l-iżvilupp ta' dawn il-lanċaturi bħala kruċjali għall-vijabbiltà fit-tul u għall-indipendenza tal-programmi Ewropej fil-qasam tal-ispazju li jservu għall-finijiet ta' difiża u sigurtà; huwa tal-fehma soda li ż-żamma tal-pożizzjoni predominanti tal-lanċaturi Ewropej għandha tkun għan strateġiku Ewropew fi żmien meta qed joħorġu kompetituri ġodda li huma appoġġati minn mudelli ta' finanzjament kompetittivi ħafna; iqis li, sabiex jintlaħaq dan il-għan, irid isir tibdil xieraq fl-istruttura, fil-leġiżlazzjoni u fil-finanzjament sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta' proġetti innovattivi u kompetittivi fil-livell Ewropew; jirrakkomanda, fost affarijiet oħra, l-innovazzjoni u l-użu mill-ġdid ta' komponenti, peress li dan jirrappreżenta pass sinifikanti 'l quddiem f'termini kemm ta' effiċjenza u sostenibbiltà; jemmen li l-UE għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-impatt ta' ċerti proġetti li jikkonċernaw l-indipendenza tal-UE, bħalma huma l-kooperazzjoni mar-Russja f'oqsma sensittivi bħall-illanċjar ta' satelliti permezz ta' rokits Soyuz;

45.  Jinnota l-importanza strateġika tal-aċċess indipendenti għall-ispazju u l-ħtieġa għall-azzjoni tal-UE ddedikata, anke fir-rigward tas-sigurtà u d-difiża, peress li din il-kapaċità se tippermetti lill-Ewropa tikseb aċċess għall-ispazju f'każ ta' kriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kollaborazzjoni mal-ESA u l-Istati Membri:

   tikkoordina, taqsam u tiżviluppa proġetti spazjali ppjanati u swieq Ewropej, sabiex l-industrija Ewropea tkun tista' tantiċipa d-domanda (biex b'hekk tingħata spinta lill-impjiegi u l-industrija bbażata fl-Ewropa) u tiġġenera wkoll id-domanda tagħha f'termini ta' utilizzazzjoni xprunata min-negozju;
   tappoġġa l-infrastruttura tal-illanċjar, u
   tippromwovi r-R&Ż, inkluż permezz tal-istrument ta' sħubijiet pubbliċi-privati, b'mod partikolari f'teknoloġiji innovattivi;

iqis li dawn l-isforzi huma meħtieġa biex l-Ewropa tkun tista' tikkompeti fis-suq globali tal-illanċjar; iqis, barra minn hekk, li l-UE trid tiżgura li jkollha bażi tat-teknoloġija spazjali soda u l-kapaċitajiet industrijali meħtieġa li jippermettulha tfassal, tiżviluppa, tillanċja, topera u tisfrutta sistemi spazjali, li jvarjaw minn awtonomija teknoloġika u ċibersigurtà għal kunsiderazzjonijiet min-naħa tal-provvista;

46.  Iqis li l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-atturi kollha tat-teknoloġija u tal-katini ta' provvista tal-għarfien biex idawru l-attenzjoni tagħhom lejn kapaċitajiet u servizzi fil-qasam tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża, u għandha tippromwovi l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet innovattivi u ta' ideat kummerċjali ġodda f'dan il-qasam, b'enfasi partikolari fuq kumpaniji żgħar u ta' daqs medju u fuq l-iżvilupp tal-intraprenditorija f'dan is-settur; jinnota li hemm bżonn ta' investiment finanzjarju kontinwu biex jiġu sostnuti r-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku; jemmen bis-sħiħ li s-settur pubbliku għandu jipprovdi inċentivi għall-ħolqien ta' inkubaturi speċjalizzati u ta' fondi maħsubin biex jipprovdu finanzjament għal negozji ġodda innovattivi, sabiex jiġi żgurat li l-ispejjeż għoljin ta' riċerka spazjali ma jfixklux l-iżvilupp ta' proġetti innovattivi; jitlob li jkun hemm pjan għall-użu ta' teknoloġiji spazjali b'użu doppju fil-qasam tal-ispazju, bil-għan li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' industrija tad-difiża Ewropea u għal aktar kompetizzjoni;

47.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-isforzi diretti lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fis-settur ħalli jingħeleb il-livell għoli ta' frammentazzjoni, speċjalment fir-rigward tad-domanda istituzzjonali; huwa konvint li l-industrija spazjali Ewropea tista' tkun kompetittiva fuq livell internazzjonali biss jekk tkun aktar kosteffikaċi, trasparenti u konsolidata; jenfasizza li l-politika industrijali spazjali Ewropea għandha tiġi żviluppata ulterjorment b'koordinazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) biex tiġi żgurata l-komplementarjetà;

48.  Ifakkar li sabiex tinżamm u tissaħħaħ is-sigurtà, id-difiża u l-istabbiltà tal-Ewropa huwa importanti li tiġi evitata l-esportazzjoni ta' teknoloġija spazjali sensittiva lejn pajjiżi li jipperikolaw is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali jew globali, titwettaq politika barranija aggressiva, direttament jew indirettament jiġi appoġġat it-terroriżmu jew joħonqu n-nies tagħhom internament; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli, lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni jiżguraw li t-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 944 u r-regoli tar-Regolament dwar l-Użu Doppju qed jiġu rispettati b'mod sħiħ f'dak li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' teknoloġija sensittiva relatata mal-ispazju;

49.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-koordinazzjoni aħjar tal-kapċitajiet spazjali tal-UE, billi jiġu żviluppati l-arkitetturi tas-sistema u l-proċeduri meħtieġa sabiex jiġi żgurat livell proporzjonat ta' sigurtà, inkluża s-sigurtà tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tippromwovi mudell ta' governanza għal kull sistema li tipprovdi servizzi relatati mas-sigurtà u d-difiża; iqis li, sabiex jiġi pprovdut servizz integrat lill-utenti aħħarin, il-kapċitajiet spazjali tal-UE ddedikati għas-sigurtà u d-difiża għandhom jiġu ġestiti minn ċentru ta' servizz ta' koordinazzjoni operazzjonali (Ċentru ta' Kmand u Kontroll kif imsejjaħ fil-Programm ta' Ħidma 2014-2015 ta' Orizzont 2020); iqis li, għal raġunijiet ta' kosteffikaċja, dan għandu, jekk ikun possibbli, jiġi inkorporat f'wieħed mill-korpi eżistenti tal-UE, bħall-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, iċ-Ċentru Satellitari tal-UE jew l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea, filwaqt li jittieħed kont tal-kapaċitajiet diġà offruti minn dawk l-aġenziji;

50.  Iqis li l-ħolqien ta' qafas legali fit-tul li jippermetti investimenti sostnuti fil-livell tal-UE jista' jrawwem kapaċitajiet ta' sigurtà u ta' difiża Ewropea akbar u aktar sistematiċi fil-qasam tad-difiża bil-għan li jkun hemm kooperazzjoni li twassal għal kapaċitajiet ewlenin; jinnota, għalhekk, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2015; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni sabiex jiżviluppaw il-qafas meħtieġ għal finanzjament fil-livell tal-UE;

51.  Jinnota li l-industrija spazjali Ewropea hija kkonċentrata ħafna, bi grad għoli ta' integrazzjoni vertikali fejn erba' kumpaniji huma responsabbli għal aktar minn 70 % tal-esportazzjonijiet totali tal-UE u 90 % tal-impjiegi tal-manifattura Ewropea fil-qasam tal-ispazju huma f'sitt pajjiżi; jenfasizza li l-potenzjal ta' pajjiżi b'rekord tajjeb ta' applikazzjonijiet għal brevetti ta' teknoloġija għolja iżda li m'għandhomx tradizzjoni ta' attivitajiet spazjali m'għandux jiġi injorat, u jistieden għal politiki li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-qasam tal-ispazju Ewropew, b'mod partikolari bl-użu tal-għodod tal-programm "Orizzont 2020";

52.  Jemmen li r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-teknoloġija u tas-servizzi spazjali għandhom jissaħħu f'qafas konsistenti ta' politika tal-UE;

53.  Hu tal-fehma li White Paper dwar is-sigurtà u d-difiża fil-livell tal-UE tkun il-mezz xieraq ta' kif jiġi strutturat l-involviment futur tal-UE fil-kapaċitajiet ta' sigurtà u ta' difiża fil-qasam tal-ispazju; jistieden lir-RGħ/VP biex tniedi dibattitu dwar id-definizzjoni tal-livell ta' ambizzjoni tal-UE fl-oqsma koinċidenti tal-kapċitajiet spazjali u tas-sigurtà u d-difiża; hu tal-fehma li dan ikun jista' jippermetti wkoll żvilupp koerenti fl-oqsma ta' kapaċità kollha fir-rigward taż-żamma tal-paċi, tal-prevenzjoni tal-konflitti u tat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, skont il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden lill-Kummissjoni tfassal Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża futur dwar il-pjanijiet tagħha tal-attivitajiet spazjali f'appoġġ għas-sigurtà u d-difiża; jirrikonoxxi, fl-istess ħin, il-benefiċċji ta' kooperazzjoni internazzjonali b'rabta mal-qasam tas-sigurtà mal-imsieħba affidabbli tal-UE fil-qasam tal-ispazju;

54.  Ifakkar li d-debris fl-ispazju jikkostitwixxi problema li qed tikber għas-sigurtà spazjali, u jistieden lill-UE tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji attivi għat-tneħħija ta' debris (ADR); iħeġġeġ lill-UE tinvesti fit-twaqqif ta' ftehim internazzjonali li jipprovdi definizzjoni legali ta' debris fl-ispazju, li jistabbilixxi regoli u regolamenti dwar it-tneħħija tiegħu, u biex jiġu ċċarati kwistjonijiet ta' responsabbiltà; jenfasizza l-ħtieġa għal titjib tal-mekkaniżmu ta' għarfien tas-sitwazzjoni spazjali globali, u jappella biex is-sistema SSA Ewropea tkun marbuta ma' sħab bħall-Istati Uniti, u għal aktar miżuri ta' bini ta' fiduċja u ta' skambju ta' informazzjoni ma' kontropartijiet oħra;

55.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, id-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227.


L-iżvilupp tas-suq spazjali
PDF 367kWORD 112k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-iżvilupp tas-suq spazjali (2016/2731(RSP))
P8_TA(2016)0268B8-0739/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 189 tat-Titolu XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 2013 intitolata "Il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE" (COM(2013)0108),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2011 intitolata "Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini" (COM(2011)0152),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 intitolata "Inizjattiva tal-Cloud Ewropea – Il-bini ta' dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa" (COM(2016)0178),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-14 ta' Ġunju 2010 intitolata "Pjan ta' Azzjoni dwar l-Applikazzjonijiet tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS)" (COM(2010)0308),

–  Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 911/2010(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill u d-"Dikjarazzjoni ta' Amsterdam" Ministerjali tal-14 ta' April 2016 dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sewqan konness u awtomatizzat,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar kapaċitajiet fil-qasam tal-ispazju għas-sigurtà u d-difiża Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE, ir-rilaxx tal-Potenzjal għat-Tkabbir fis-Settur Spazjali(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2012 dwar strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar applikazzjonijiet għat-trasport tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita – il-politika tal-UE għal perjodu qasir u medju ta' żmien(10),

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Jannar 2016 dwar l-Iżvilupp tas-Suq Spazjali fl-Ewropa(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-attivitajiet spazjali tal-UE huma ta' importanza ewlenija għal progress xjentifiku u tekniku, l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività industrijali, il-koeżjoni soċjali, il-ħolqien ta' impjiegi b'ħiliet u ta' intrapriżi, u opportunitajiet ġodda kemm fis-swieq upstream u dawk downstream;

B.  billi n-navigazzjoni bis-satellita, l-osservazzjoni tad-Dinja (EO) u s-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita jistgħu jagħtu kontribut essenzjali lejn l-implimentazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' politiki tal-Unjoni; billi ċ-ċittadini Ewropej jistgħu jibbenefikaw b'mod sinifikanti min-navigazzjoni bis-satellita u s-servizzi tal-EO;

C.  billi l-implimentazzjoni ta' programmi ewlenin spazjali turi l-valur miżjud tal-kooperazzjoni fil-livell tal-UE; billi l-UE għad m'għandhiex politika spazjali integrata u koerenti;

D.  billi l-aċċess awtonomu għall-ispazju huwa ta' importanza strateġika għall-UE; billi l-informazzjoni affidabbli u preċiża ħafna dwar l-ippożizzjonar u l-ittajmjar huma fundamentali għat-tisħiħ tal-awtonomija Ewropea u billi l-programmi GNSS Ewropea u Copernicus għandhom approċċ innovattiv uniku lejn l-implimentazzjoni teknoloġika; billi l-Unjoni ser tinvesti iktar minn EUR 11-il biljun fl-infrastruttura tagħhom għall-perjodu sal-2020;

E.  billi l-European Geostationary Navigation Overlay Service (EGNOS), li jżid fuq is-sinjali tal-GPS, diġà huwa operattiv u l-Galileo dalwaqt se jniedi s-servizzi inizjali tiegħu; billi Copernicus huwa operattiv, u s-servizzi ewlenin tiegħu huma diġà disponibbli għall-utenti u d-data hija liberament aċċessibbli mad-dinja kollha;

F.  billi t-teknoloġiji żviluppati fil-qafas tar-riċerka spazjali jwasslu għal livell għoli ta' arrikkiment trasversali ta' ideat u effetti multiplikaturi f'oqsma oħra ta' politika;

G.  billi l-konnessjoni tal-infrastruttura eżistenti fl-oqsma tal-ħżin ta' data, netwerking u informatika ta' prestazzjoni għolja fl-Ewropa hija neċessarja biex tiġi żviluppata l-kapaċità li jiġu pproċessati u maħżuna volumi kbar ta' data satellitari, u għalhekk huwa importanti li tiġi ffaċilitata industrija downstream EO Ewropea b'saħħitha u kompetittiva;

H.  billi fl-għoxrin sena li ġejjin, il-GNSS Ewropea hija mistennija li tiġġenera benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta' valur ta' bejn EUR 60 u 90 biljun; billi l-potenzjal tal-fatturat annwali tas-suq tas-servizzi downstream EO li għandu jintlaħaq sal-2030 huwa stmat għal madwar EUR 2.8 biljun, li minnu aktar minn 90 % għandu jirriżulta minn Copernicus;

I.  billi l-adozzjoni ta' applikazzjonijiet u servizzi downstream ibbażati fuq data spazjali s'issa ma laħqitx l-aspettattivi; billi sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq ta' data spazjali, kemm id-domanda pubblika kif ukoll dik privata jeħtieġ li jiġu stimulati u jeħtieġ li tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq u kwalunkwe ostaklu tekniku, leġiżlattiv u ostakli oħrajn għall-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tal-prodotti u s-servizzi relatati mal-ispazju;

J.  billi l-Kummissjoni ħabbret fil-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2016, l-intenzjoni li tippreżenta "Strateġija Spazjali għall-Ewropa" u nediet konsultazzjoni pubblika f'April 2016; billi din ir-Riżoluzzjoni ser tagħti kontribut lill-istrateġija;

L-istrateġija spazjali u l-iżvilupp tas-suq

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija komprensiva, ambizzjuża u li tħares 'il quddiem, li tiżgura, fi żmien qasir, medju u fit-tul, pożizzjoni ta' tmexxija għall-Ewropa f'teknoloġiji u servizzi spazjali fis-swieq globali, li tiżgura aċċess indipendenti għall-ispazju għall-Ewropa u li tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-industrija spazjali Ewropea;

2.  Jemmen li waħda mill-elementi prinċipali tal-istrateġija għandha tkun l-adozzjoni mis-suq ta' data, servizzi u applikazzjonijiet spazjali, sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-programmi spazjali tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal qafas ta' politika industrijali spazjali Ewropea ċara bħala parti mill-istrateġija li jmiss;

4.  Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp futur tal-programmi spazjali tal-UE għandu jkun orjentat lejn l-utent u mmexxi mill-ħtiġijiet tal-utenti pubbliċi, privati u xjentifiċi;

5.  Jirrikonoxxi li l-firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tal-Politika Spazjali Ewropea, b'mod partikolari l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea GNSS (GSA), l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), fornituri ta' servizzi ta' Copernicus (Eumetsat, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Frontex, iċ-Ċentru Ewropew għat-Tbassir tat-Temp fuq Medda-Medja, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Mercator Ocean), l-Istati Membri u l-industrija; iħeġġiġhom ikomplu jrawmu l-kooperazzjoni tagħhom, jiġifieri bejn l-UE u l-ESA; jistieden lill-Kummissjoni biex ikollha rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-industrija Ewropea biex ittejjeb l-aċċess għad-data, l-iżvilupp tas-suq u l-kompetittività fis-suq globali;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' struttura istituzzjonali simplifikata għall-attivitajiet spazjali tal-UE biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni mill-utenti, kemm pubblika kif ukoll privata; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza din il-ħtieġa fl-istrateġija tagħha u tipproponi definizzjonijiet ċari tar-rwoli tal-atturi differenti;

7.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni reġjonali; jappoġġja involviment ikbar tal-awtoritajiet reġjonali u lokali f'politika spazjali tal-UE ta' suċċess; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu kkoordinati inizjattivi lokali fil-livell nazzjonali biex tiġi evitata duplikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

Ostakli tekniċi

8.  Jilqa' l-progress li sar fir-rigward taż-żewġ programmi ewlenin spazjali, Galileo u Copernicus; jemmen li għandhom jitqiesu bħala programmi komplementari u li għandhom jiġu inkoraġġuti sinerġiji ulterjuri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-iskeda taż-żmien u tiżgura l-operat sħiħ u rapidu tal-infrastruttura spazjali u tal-art u servizzi pprovduti miż-żewġ programmi ewlenin; jemmen li, l-evitar ta' dewmien ulterjuri huwa ta' importanza ewlenija biex tinżamm il-fiduċja tas-settur privat; itenni l-opportunitajiet fis-suq globali tal-GNSS Ewropea marbuta mal-estensjoni tal-kopertura EGNOS fix-Xlokk u fil-Lvant tal-Ewropa, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani;

9.  Jappoġġja l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet integrati li jużaw kemm l-EGNOS/Galileo u Copernicus;

10.  Iqis li t-tixrid ta' data ta' Copernicus huwa frammentat wisq u li l-approċċ tal-UE huwa essenzjali sabiex l-industrija Ewropea tieħu vantaġġ minnu; jenfasizza l-fatt li aċċess aħjar għal data tal-Copernicus EO huwa prekundizzjoni għall-iżvilupp ta' settur ta' industrija downstream b'saħħtu; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa ta' aċċess aktar mgħaġġel għal settijiet kbar ta' data tal-EO, bħalma huma s-serje tal-ħin;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li d-data tal-Copernicus tkun disponibbli fuq pjattaformi tal-ICT indipendenti, li jippermettu ħżin, ġestjoni, ipproċessar ta' big data u aċċess faċli għaliha, u tagħmilha aktar faċli biex jiġu integrati settijiet ta' data minn kemm jista' jkun sorsi u tressaqhom viċin l-utent; jemmen li dawn il-pjattaformi għandhom:

   jiġbru d-domanda, fejn b'hekk jgħinu biex tingħeleb il-frammentazzjoni attwali u joħolqu suq tad-data tal-EO intern mingħajr il-ħtieġa ta' miżuri regolatorji;
   jiggarantixxu aċċess miftuħ u mhux diskriminatorju għall-utenti;
   jippermettu lill-industrija tforni kwalunkwe servizz li jqisu xieraq permezz tal-pjattaformi;
   ikunu kumplimentari ma' sforzi oħra mill-Istati Membri, l-ESA, l-industrija u l-Cloud tax-Xjenza Miftuħa (Open Science Cloud);

12.  Jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri u l-ESA dwar il-ħolqien ta' sistema ta' infrastruttura integrata b'mod xieraq, b'livelli adegwati ta' sigurtà tad-data;

13.  Jenfasizza l-fatt li, mingħajr chipsets u riċevituri abilitati għall-Galileo, id-dħul fis-suq tal-Galileo se jkun imxekkel b'mod serju; jilqa', għalhekk, l-ammont allokat fil-baġit tal-GNSS Ewropea għall-programm ta' finanzjament "Elementi Fundamentali", li hu ġestit mill-GSA, biex tappoġġja l-iżvilupp tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fl-eżami ta' nofs it-terminu teżamina jekk l-ammont għandux jiżdied;

14.  Jistieden lill-GSA tkompli taħdem ma' manifatturi taċ-chipsets u tar-riċevituri biex jifhmu aħjar il-ħtiġijiet tagħhom u jipprovduhom bl-informazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex jiżguraw li t-tagħmir tal-utent ikun kemm jista' jkun kompatibbli mal-Galileo; jemmen li l-industrija teħtieġ tkun inkorporata fil-proċess tal-evoluzzjoni tal-programm sabiex is-sistema tkompli tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Galileo tiġi inkluża mill-industrija bħala waħda mill-kostellazzjonijiet ta' referenza għar-riċevituri ta' ħafna kostellazzjonijiet;

15.  Ifakkar li l-Galileo se jkollha "differenzjaturi", jiġifieri, ċerti vantaġġi mhux provduti minn kostellazzjonijiet GNSS oħrajn, bħal servizz ta' awtentikazzjoni miftuħ u l-preċiżjoni għolja ħafna u l-affidabbiltà tas-servizzi kummerċjali; jenfasizza li huwa essenzjali għal dawn id-differenzjaturi li jkunu disponibbli kemm jista' jkun malajr biex jgħinu jiżguraw li l-Galileo ssir kostellazzjoni ta' referenza u li l-vantaġġi fuq il-kompetituri tagħha jkunu jistgħu jiġu promossi;

16.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-istandards tekniċi meħtieġa jkunu fis-seħħ biex jippermettu lid-data spazjali u s-servizzi jintużaw; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi gruppi ta' ħidma tematiċi b'esperti mill-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti tali standards;

L-ostakli għas-suq

17.  Iqis li l-attivitajiet tas-settur pubbliku, inklużi dawk ta' aġenziji Ewropej fdati, għandhom ikunu prevedibbli sabiex jistimulaw l-investimenti tas-settur privat; jemmen fil-prinċipju li s-servizzi spazjali futuri għandhom ikunu pprovduti prinċipalment minn, u akkwistati minn, impriżi kummerċjali sakemm ma jkunx hemm raġuni tajba biex dan ma jsirx, pereżempju, minħabba riskji ta' sigurtà tanġibbli; jissuġġerixxi li l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolamenti Copernicus u Galileo għandha tintuża sabiex jiġi żgurat involviment akbar tas-settur privat fl-akkwist tas-servizzi;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fir-rigward tad-data ta' Copernicus, tiddefinixxi b'mod ċar malajr kemm jista' jkun ir-rwol tas-servizzi pubbliċi ewlenin (liema prodotti jipprovdu fi ħdan il-politika ta' aċċess miftuħa u libera, il-proċeduri li bihom prodotti ġodda jistgħu jiġu miżjuda) u dak li għandu jitħalla lis-settur downstream; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtiġijiet ta' riżoluzzjoni għolja ħafna tad-data tal-EO għal skopijiet operazzjonali interni tal-UE; jemmen li din id-data għandha tiġi akkwistata minn fornituri kummerċjali Ewropej sabiex l-industrija Ewropea titqiegħed f'pożizzjoni b'saħħitha li jippermettilha tbigħ fi swieq kummerċjali madwar id-dinja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu wkoll miżuri biex tiffaċilita l-akkwist ta' servizzi fuq bażi spazjali minn awtoritajiet pubbliċi, inkluż billi tħeġġeġ akkwist prekummerċjali, b'mod partikolari biex jiġu appoġġjati SMEs innovattivi;

19.  Jitlob li jiżdiedu l-isforzi biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal ta' programmi spazjali Ewropej fost is-settur pubbliku u dak privat u l-utenti aħħarija u biex jiġi inkoraġġut l-użu ta' data spazjali fis-settur pubbliku u l-komunità tan-negozju; jemmen li approċċ stimulat mill-utenti u wieħed tas-soluzzjoni għall-problemi, fejn il-ħtiġijiet tal-politika huma mqabbla ma' servizzi operazzjonali bbażati fuq is-satellita, jista' jkun effikaċi; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki, bħall-UK Space for Smarter Government Programme; iqis li l-Kummissjoni tista' taqdi rwol importanti fil-ġbir tal-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u tgħin fil-ġenerazzjoni tad-domanda mill-utenti;

20.  Japprezza d-diversi attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni pprovduti mill-Kummissjoni, il-GSA u l-ESA, il-fornituri ta' servizzi ta' Copernicus, l-aġenziji spazjali nazzjonali u partijiet interessati oħra; jenfasizza bħala eżempji b'suċċess tal-aħjar prattika fil-Konferenzi Annwali dwar il-Politika Ewropea dwar l-Ispazju, il-konferenzi European Space Solutions, l-Ispace Days, l-Expo tal-European Space, il-Kompetizzjoni tat-Tpinġija ta' Galileo, il-Kompetizzjoni tan-Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea u l-Copernicus Masters;

21.  Jemmen li għandhom isiru iktar sforzi sabiex jiġi promoss u kumerċjalizzat il-Programm Copernicus;

22.  Iħeġġeġ lill-GSA tkompli bl-isforzi tagħha fil-qasam tal-promozzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Galileo u tal-EGNOS u fil-provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-utenti u żviluppi fis-suq tan-navigazzjoni bis-satellita;

23.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tinvolvi n-netwerk ta' ċentri reġjonali Europe Direct fl-Istati Membri fit-tixrid ta' sensibilizzazzjoni tal-vantaġġi tad-data spazjali minn Copernicus u Galileo u tappoġġja wkoll l-awtoritajiet pubbliċi fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom;

L-ispazju fil-politiki tal-UE

24.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-infrastruttura tal-programmi spazjali Ewropej u s-servizzi tagħhom jiġu użati f'politiki u programmi relatati; iqis li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ ir-rabtiet bejn l-assi u l-attivitajiet spazjali tal-UE f'oqsma ta' politika bħas-suq intern, il-bażi industrijali, l-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment, l-enerġija, il-klima, l-ambjent, is-saħħa, l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, it-trasport, it-turiżmu, is-suq uniku diġitali, il-politika reġjonali u l-ippjanar lokali; jemmen li hemm potenzjal enormi biex jiġu indirizzati sfidi bħalma huma l-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntiera u l-iżvilupp sostenibbli;

25.  Jagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni, għalhekk, biex twettaq "verifika spazjali" fuq l-inizjattivi ta' politiki kollha eżistenti u ġodda, biex tiżgura li jsir l-aħjar użu mill-assi spazjali tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE biex tivvaluta jekk humiex meħtieġa xi bidliet biex jiġi stimulat l-użu tad-data u s-servizzi bis-satellita (GNSS, EO, telekomunikazzjoni), jiġu pprovduti benefiċċji soċjoekonomiċi u oħrajn u biex titwettaq "verifika spazjali" ta' kull leġiżlazzjoni ġdida;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga opportunitajiet għall-użu tal-GNSS Ewropea u l-Copernicus fil-viċinat u fil-politika ta' żvilupp tal-Unjoni u f'negozjati dwar kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

27.  Jenfasizza l-importanza kritika li d-data tal-GNSS Ewropea għal aktar sikurezza u użu effiċjenti tas-sistemi tat-trasport intelliġenti u tal-ġestjoni tat-traffiku; jiġbed l-attenzjoni għar-Regolamenti dwar l-eCall u t-takografu diġitali, li se jgħinu biex jippromwovu l-adozzjoni tal-Galileo u l-EGNOS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza oqsma ta' applikazzjoni rilevanti oħra b'benefiċċji għas-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE bħal post ta' sejħa/messaġġ ta' emerġenza; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri leġiżlattivi f'dan ir-rigward biex tiżgura l-kompatibilità taċ-chipsets tal-GNSS mal-Galileo/EGNOS, b'mod partikolari fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u l-infrastrutturi kritiċi;

28.  Jenfasizza l-fatt li d-data spazjali u s-servizzi jistgħu jaqdu rwol essenzjali f'li jippermettu lill-Ewropa tkun tista' tieħu rwol ta' mexxejja f'tendenzi teknoloġiċi prinċipali bħal pereżempju l-internet tal-oġġetti, il-bliet intelliġenti, il-big data u l-vetturi konnessi/awtonomi; jilqa', f'dan ir-rigward, id-"Dikjarazzjoni ta' Amsterdam" li tenfasizza r-rwol tal-Galileo u l-EGNOS;

Aċċess għall-finanzjament u l-għarfien espert

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ il-finanzjament għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet u servizzi downstream u s-suq downstream b'mod ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni, biex fil-perjodu tal-QFP li jmiss, teżamina x-xewqa li għal dan l-iskop jiġi mwarrab proporzjon akbar tal-baġit spazjali tal-UE;

30.  Jenfasizza li l-UE għandha firxa wiesgħa ta' aċċess għal opportunitajiet ta' finanzjament għad-dispożizzjoni tagħha biex tappoġġja s-settur spazjali downstream (l-Orizzont 2020, il-FSIE, il-COSME, il-FEIS, eċċ.); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża dawn l-istrumenti b'mod koordinat u ffukat u, inkluż permezz tal-iffaċilitar ta' servizzi ta' konsulenza u ta' komunikazzjoni; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tintroduċi mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi u flessibbli u biex tindirizza d-disponibbiltà insuffiċjenti ta' kapital ta' riskju; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari li jkun issimplifikat l-aċċess għall-finanzjament għal kumpaniji Ewropej ġodda, mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'mod partikolari biex jiġu megħjuna jkollhom suċċess fil-fażijiet bikrin tal-kummerċjalizzazzjoni;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni tal-kumpaniji spazjali, inklużi l-SMEs, permezz ta' aċċess aħjar għal finanzjament u appoġġ adegwat għall-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea, u wkoll permezz ta' azzjoni speċifika tal-UE li tippermetti l-aċċess indipendenti tal-Ewropa għall-ispazju;

32.  Jirrakkomanda li għandu jkun hemm rabta aktar b'saħħitha bejn ir-R&Ż u appoġġ għall-programmi ta' żvilupp tan-negozji; iqis b'mod partikolari li l-potenzjal ta' innovazzjoni tal-Orizzont 2020 għandu jiġi sfruttat aħjar għas-settur spazjali; jitlob li jkun hemm strateġija xierqa ta' tixrid tar-riżultati ta' riċerka relatata mal-ispazju tal-Orizzont 2020 lill-komunità tan-negozju u jemmen li jeħtieġ li tiġi promossa kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u l-kumpaniji privati għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

33.  Huwa konvint li r-raggruppamenti, l-inkubaturi u inizjattivi simili oħra tal-industrija spazjali jgħinu biex isaħħu d-dħul fis-suq, jistimulaw l-innovazzjoni u jippromwovu sinerġiji bejn l-ispazju u l-ICT u setturi oħra tal-ekonomija; jilqa' l-isforzi ta' xi Stati Membri f'dan il-qasam kif ukoll l-inkubaturi tan-negozju tal-ESA; jemmen li l-Kummissjoni għandha tibni fuq dawn l-isforzi biex tiġi żviluppata strateġija koerenti tal-UE li tappoġġja l-intraprenditorija spazjali u tiżviluppa l-mezzi biex tgħaqqadhom mal-ekonomija usa'; jistieden lill-Kummissjoni tgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċ ġeografiku ta' dawn l-attivitajiet li fihom il-pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant għadhom lura; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni ta' kapaċitajiet tal-infrastruttura;

34.  Iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom, b'kooperazzjoni mas-settur privat, iżidu l-isforzi tagħhom biex jistimolaw il-ħiliet u l-intraprenditorija u biex jattiraw studenti minn universitajiet tekniċi, xjenzjati u intraprendituri żgħażagħ lejn is-settur spazjali; jemmen li dan se jgħin sabiex tinżamm kapaċità ta' xjenza spazjali fuq quddiem u biex jiġi prevenut eżodu ta' mħuħ ta' esperti b'edukazzjoni u b'ħiliet għolja lejn partijiet oħra tad-dinja;

o
o   o

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU L 150, 20.5.2014, p. 72.
(2)ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.
(3)ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(4)ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(5)ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.
(6)ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0267.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0534.
(9) ĠU C 227 E, 6.8.2013, p. 16.
(10) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 1.
(11)L-Iżvilupp tas-Suq Spazjali fl-Ewropa, Studju għall-Kumitat ITRE, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A, 2016, ISBN 978-92-823-8537-1.


Sitwazzjoni fil-Venezwela
PDF 342kWORD 92k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2016/2699(RSP))
P8_TA(2016)0269RC-B8-0700/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-diversi r-riżoluzzjonijiet preċedenti u reċenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela(1), tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela(2) u tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela(3),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Venezwela hija parti għalih,

–  wara li kkunsidra l-Karta Demokratika Inter-Amerikana adottata fil-11 ta' Settembru 2001,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u b'mod partikolari l-Artikoli 72 u 233 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar id-detenzjoni ta' dimostranti u persunaġġi politiċi fil-Venezwela,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-7 ta' Diċembru 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar l-elezzjonijiet fil-Venezwela,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-5 ta' Jannar 2016 mill-Kelliem tas-SEAE dwar l-inawgurazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali l-ġdida tal-Venezwela,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' April 2016 mill-Kelliem għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Ravina Shamdasani,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Mejju 2016 mill-VP/RGħ dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Mejju 2016 mill-Human Rights Watch lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, Luis Almagro, dwar il-Venezwela(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani tat-18 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet uffiċjali tas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerika t'Isfel (UNASUR) maħruġa fit-23 ta' Mejju(5) u fit-28 ta' Mejju(6) 2016 dwar il-laqgħat esploratorji biex jitnieda djalogu nazzjonali bejn ir-rappreżentanti tal-Gvern Venezwelan u l-koalizzjoni tal-oppożizzjoni tal-MUD (Mesa de la Unidad Democrática),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja li pparteċipaw fis-Summit tal-G7 li sar f'Ise-Shima fis-26 u s-27 ta' Mejju 2016(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, John Kerry, tas-27 ta' Mejju 2016, dwar it-telefonata tiegħu mal-eks Prim Ministru Spanjol, José Luis Rodríguez Zapatero(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-koalizzjoni tal-oppożizzjoni tal-Venezwela, il-MUD, rebħet 112-il siġġu fl-Assemblea Nazzjonali li għandha kamra leġiżlattiva waħda b'167 membru, jiġifieri maġġoranza ta' żewġ terzi meta mqabbla mal-55 siġġu tal-PSUV (Partido Socialista Unido de Venezuela); billi l-Qorti Suprema sussegwentement imblukkat erba' rappreżentanti li kienu għadhom kemm ġew eletti fl-Assemblea Nazzjonali (li 3 minnhom huma tal-MUD) milli jieħdu l-kariga, u dan ċaħħad lill-oppożizzjoni mill-maġġoranza tagħha ta' żewġ terzi;

B.  billi, fil-ħames xhur ta' attività leġiżlattiva tal-Assemblea Nazzjonali l-ġdida, li fiha l-oppożizzjoni demokratika għandha l-maġġoranza, il-Qorti Suprema qatgħet 13-il sentenza b'motivazzjonijiet politiċi favur l-eżekuttiv, li kollha kemm huma jipperikolaw il-bilanċ tas-setgħat neċessarju fi stat iggvernat bl-istat tad-dritt;

C.  billi deċiżjonijiet bħal dawk li ħarġu u kkonfermaw id-Digriet ta' Stat ta' Eċċezzjoni u ta' Emerġenza Ekonomika, li eliminaw is-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali rigward l-iskrutinju tal-politiki, li rrifjutaw li jirrikonoxxu s-setgħa kkonferita mill-kostituzzjoni lill-Assemblea Nazzjonali li din tal-aħħar tirrevoka l-ħatra ta' mħallfin tal-Qorti Suprema, li ddikjaraw mhux kostituzzjonali r-riforma tal-Liġi dwar il-Bank Ċentrali tal-Venezwela u ssospendew l-artikoli tar-Regoli dwar id-Dibattiti Interni tal-Assemblea Nazzjonali, fost l-oħrajn, ittieħdu bi ksur tas-setgħat leġiżlattivi tal-Assemblea Nazzjonali, bl-ebda rispett għall-bilanċ tas-setgħat li huwa essenzjali fi stat iggvernat bl-istat tad-dritt;

D.  billi hemm madwar 2 000 persuna miżmuma l-ħabs, taħt arrest domiċiljarju jew fuq probation għal raġunijiet politiċi, fosthom mexxejja politiċi importanti bħal Leopoldo López, Antonio Ledezma u Daniel Ceballos; billi fit-30 ta' Marzu 2016, l-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela għaddiet liġi li tagħti amnestija lill-priġunieri msemmijin hawn fuq, u b'hekk wittiet it-triq għal djalogu lejn ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali; billi din il-liġi hija konformi mal-Artikolu 29 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela, minkejja d-dikjarazzjoni ta' nonkostituzzjonalità mogħtija mill-Qorti Suprema; billi Zeid Ra’ad Al Hussein, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, stqarr pubblikament li l-Liġi dwar l-Amnestija u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali kienet konformi mad-dritt internazzjonali u esprima d-diżappunt tiegħu dwar ir-rifjut tagħha;

E.  billi l-istat tad-dritt u l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat mhumiex irrispettati kif xieraq fil-Venezwela; billi l-fatti attwali jindikaw l-influwenza u l-kontroll tal-gvern fuq il-poter ġudizzjarju u l-Kunsill Elettorali Nazzjonali, fatt li għandu impatt detrimentali fuq is-setgħat tal-leġiżlatur u tal-oppożizzjoni, li huma l-pedament ta' kull sistema demokratika, bi ksur ċar tal-prinċipju ta' indipendenza u separazzjoni tas-setgħat li huwa karatteristika ta' stati demokratiċi rregolati mill-istat tad-dritt;

F.  billi l-oppożizzjoni demokratika bdiet proċess rikonoxxut kostituzzjonalment li jippermetti li uffiċjali pubbliċi jitneħħew mill-kariga permess ta' referendum ta' revoka wara li jkunu lestew 50 % tal-mandat tagħhom; billi l-Kunsill Elettorali Nazzjonali rċieva mingħand il-MUD 1,8 miljun firma ta' ċittadini tal-Venezwela b'appoġġ għal dan il-proċess, ħafna aktar mill-198 000 inizjalment meħtieġa biex il-proċess ikun legali u aċċettat kostituzzjonalment;

G.  billi l-Venezwela qed tħabbat wiċċha ma' kriżi umanitarja serja, ikkawżata minn nuqqasijiet ta' ikel u mediċina; billi l-Assemblea Nazzjonali ddikjarat 'kriżi umanitarja tas-saħħa u tal-ikel' minħabba n-nuqqas ġenerali ta' mediċini, tagħmir u provvisti mediċi, u talbet lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għal għajnuna umanitarja u żjara teknika biex jiġu ċertifikati l-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq;

H.  billi, minkejja n-nuqqas ta' data uffiċjali, skont l-ENCOVI (Encuesta de Condiciones de Vida) r-rata tal-faqar fil-Venezwela irdoppjat, minn 30 % fl-2013 għal 60 % fl-2016; billi 75 % tal-mediċini meqjusa bħala essenzjali mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa mhumiex disponibbli fil-Venezwela;

I.  billi l-gvern qed jimpedixxi d-dħul tal-għajnuna umanitarja fil-pajjiż, u qed jibbojkottja d-diversi inizjattivi internazzjonali ta' assistenza lis-soċjetà ċivili, kif seħħ fil-każ tal-Caritas u NGOs oħra;

J.  billi skont il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), l-ekonomija tal-Venezwela hija mbassra li se tiċkien bi 8 % fl-2016, wara t-tnaqqis ta' 5,7 % fl-2015; billi minkejja ż-żieda ta' 30 % fil-paga minima, ir-rata ta' inflazzjoni ta' 180,9 % xxekkel kwalunkwe prospett li l-prodotti bażiċi jkunu għall-but tal-Venezwelani; billi l-FMI jbassar rata medja tal-inflazzjoni ta' 700 % sa tmiem l-2016 u ta' 2 200 % fl-2017;

K.  billi n-nuqqas ta' prospettiva fl-infrastruttura bażika u l-ineffiċjenza fil-governanza wasslu għal kriżi ekonomika u soċjali kbira, kif juru l-iskarsezzi - li ilhom għaddejjin -, ta' riżorsi, materji primi, fatturi ta' produzzjoni, prodotti tal-ikel bażiċi u mediċini essenzjali, flimkien ma' produzzjoni żero, u billi l-pajjiż jinsab f'xifer ta' taqliba soċjali kbira u kriżi umanitarja b'konsegwenzi imprevedibbli;

L.  billi r-rati ta' kriminalità għoljin ħafna u l-impunità totali fil-Venezwela biddlu lill-pajjiż f'wieħed mill-aktar pajjiżi perikolużi tad-dinja, b'Caracas għandha l-ogħla rata ta' kriminalità vjolenti fid-dinja, b'aktar minn 119,87 omiċidju għal kull 100 000 persuna;

M.  billi l-ġlied għal kontroll ta' minjieri illegali huwa komuni fiż-żona li hija għanja fil-minerali qrib il-fruntieri mal-Guyana u mal-Brażil; billi fl-4 ta' Marzu 2016 seħħ massakru f'Tumeremo fl-istat ta' Bolívar, li fih 28 ħaddiem tal-minjieri għebu u mbagħad wara ġew maqtula; billi għadha dovuta tweġiba sodisfaċenti min-naħa tal-awtoritajiet, u billi l-ġurnalista Lucía Suárez, li dan l-aħħar kienet investigat il-każ, inqatlet b'arma tan-nar fit-28 ta' April 2016 f'darha f'Tumeremo;

N.  billi fis-27 ta' Mejju 2016 il-pajjiżi tal-G7 ħarġu stqarrija li fiha ħeġġew lill-Venezwela ''tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal djalogu bejn il-gvern u ċ-ċittadini tagħha biex tiġi riżolta l-kriżi politika u ekonomika dejjem aktar serja'', u billi fl-1 ta' Ġunju 2016 l-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) ħareġ dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela;

O.  billi, fil-qafas tal-UNASUR, dan l-aħħar saru laqgħat esploratorji fir-Repubblika Dominikana, immexxija mill-eks Prim Ministru Spanjol José Luis Rodríguez Zapatero, mill-eks President tar-Repubblika Dominikana Leonel Fernández u mill-eks President tal-Panama Martín Torrijos, bl-għan li jingħata bidu għal djalogu nazzjonali mar-rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela u l-partiti fl-oppożizzjoni rrappreżentati mill-MUD;

P.  billi soluzzjoni għall-kriżi tista' tinstab biss permezz ta' djalogu mal-livelli kollha tal-gvern, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni soċjoekonomika fil-Venezwela, bi klima ta' instabilità politika u soċjali li kulma jmur qed tkompli tiżdied;

2.  Jesprimi t-tħassib tiegħu anke dwar l-impass istituzzjonali attwali u l-użu min-naħa tal-eżekuttiv ta' setgħat statali biex jikkontrolla lill-Qorti Suprema u l-Kunsill Elettorali Nazzjonali bl-għan li jimpedixxi l-applikazzjoni ta' liġijiet u inizjattivi adottati mill-Assemblea Nazzjonali; jistieden lill-Gvern tal-Venezwela jirrispetta l-istat tad-dritt u l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat; ifakkar li s-separazzjoni u n-nuqqas ta' interferenza bejn is-setgħat li huma ugwalment leġittimi huwa prinċipju essenzjali ta' stati demokratiċi mmexxija mill-istat tad-dritt;

3.  Jistieden lill-Gvern Venezwelan jadotta attitudni kostruttiva sabiex tingħeleb is-sitwazzjoni attwali kritika tal-Venezwela permezz ta' soluzzjoni kostituzzjonali, paċifika u demokratika bbażata fuq id-djalogu;

4.  Jilqa' l-isforzi ta' medjazzjoni mibdija fuq l-istedina tal-UNASUR sabiex jitnieda proċess ta' djalogu nazzjonali bejn l-eżekuttiv u l-oppożizzjoni rappreżentata mill-komponenti ta' maġġoranza tal-MUD;

5.  Jieħu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G7 dwar il-Venezwela; jitlob lill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju biex joħroġ dikjarazzjoni politika dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż u biex jappoġġa l-isforzi ta' medjazzjoni li ġew imnedija reċentement sabiex jagħtu lok li jintlaħaq qbil fuq soluzzjonijiet demokratiċi u politiċi għall-Venezwela;

6.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Venezwela biex jeħles minnufih lill-priġunieri politiċi kollha; ifakkar li l-ħelsien ta' priġunieri politiċi huwa prerekwiżit stabbilit mill-oppożizzjoni għall-bidu tat-taħdidiet ta' negozjati, u jistieden liż-żewġ naħat jaqblu dwar soluzzjoni ta' kompromess bl-għan li jiġu appoġġati l-isforzi ta' medjazzjoni li jeżistu bħalissa; jistieden lill-UE u lill-VP/RGħ jħeġġu l-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi u ta' dawk miżmuma b'mod arbitrarju, bi qbil mat-talbiet li għamlu diversi korpi tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-Liġi dwar l-Amnestija u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali;

7.  Jitlob lill-awtoritajiet jirrispettaw u jiggarantixxu d-dritt kostituzzjonali għal dimostrazzjonijiet paċifiċi; jistieden ukoll lill-mexxejja tal-oppożizzjoni jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'responsabilità; jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jiggarantixxu sigurtà u l-eżerċizzju liberu tad-drittijiet taċ-ċittadini kollha, partikolarment tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti, tal-attivisti politiċi u tal-membri tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi indipendenti;

8.  Jistieden lill-President Nicolas Maduro u l-gvern tiegħu jimplimentaw riformi ekonomiċi urġenti f'kooperazzjoni mal-Assemblea Nazzjonali biex tinstab soluzzjoni kostruttiva għall-kriżi ekonomika u tal-enerġija, b'mod partikolari l-iskarsezza ta' ikel u ta' mediċini;

9.  Jesprimi tħassib serju rigward it-tensjoni soċjali li kulma jmur qed tiddeterjora, ikkawżata mill-iskarsezza ta' prodotti bażiċi bħall-ikel u l-mediċini; jistieden lill-VP/RGħ tipproponi pjan ta' assistenza għall-pajjiż u tħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex jippermettu li l-għajnuna umanitarja tidħol fil-pajjiż u biex jagħtu aċċess lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jixtiequ jgħinu lis-setturi l-aktar affettwati fis-soċjetà bil-ħsieb li jindirizzaw l-aktar ħtiġijiet urġenti u bażiċi tal-popolazzjoni;

10.  Iħeġġeġ lill-gvern u lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Venezwela biex jirrispettaw il-Kostituzzjoni, inklużi l-mekkaniżmi u l-proċeduri leġittimi u rikonoxxuti għall-attivazzjoni tal-proċess stabbilit fil-Kostituzzjoni tal-Venezwela għad-destituzzjoni tal-president qabel tmiem l-2016;

11.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ tikkoopera mal-pajjiżi tal-Amerika Latina u ma' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali bil-għan li jkun żgurat li fil-Venezwela jiġu implimentati mekkaniżmi għad-djalogu, għar-rikonċiljazzjoni u għall-medjazzjoni nazzjonali ħalli jirfdu soluzzjoni paċifika, demokratika u kostituzzjonali għall-kriżi li l-pajjiż qed iġarrab bħalissa;

12.  Iqis bħala prijorità assoluta t-tnaqqis tal-livelli għoljin attwali ta' impunità, li jżidu u jrawmu l-vjolenza u l-insigurtà, dejjem akbar, fil-pajjiż, u l-garanzija tar-rispett tas-sistema ġuridika fis-seħħ, li tesiġi ġustizzja għall-vittmi tas-sekwestri, tal-qtil u ta' delitti oħra kommessi kuljum, kif ukoll għall-familji tagħhom;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jinvestigaw il-massakru ta' Tumeremo, li fih 28 ħaddiem tal-minjieri nqatlu, bl-għan li l-awturi u l-instigaturi jinġiebu quddiem il-ġustizzja, inklużi dawk involuti fil-qtil reċenti tal-ġurnalista Lucía Suárez, li seħħ fl-istess post u li hemm suspett li huwa konness;

14.  Itenni t-talba tiegħu li tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Venezwela u li jkun hemm djalogu mas-setturi kollha involuti fil-kunflitt mill-aktar fis possibbli;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0176.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0106.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0080.
(4) https://www.hrw.org/news/2016/05/16/letter-human-rights-watch-secretary-general-almagro-about-venezuela
(5) http://www.unasursg.org/es/node/719
(6) http://www.unasursg.org/es/node/779
(7) http://www.mofa.go.jp/files/000160266.pdf
(8) http://www.state.gov/r/pa/prs/ps/2016/05/257789.htm


Interferenti endokrinali: sitwazzjoni attwali wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru 2015
PDF 324kWORD 82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-interferenti endokrinali: sitwazzjoni attwali wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropeatal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2015 (2016/2747(RSP))
P8_TA(2016)0270RC-B8-0733/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali(1),

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni biex tiddefinixxi kriterji għall-identifikazzjoni ta' interferenti endokrinali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali(2),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru 2015 fil-kawża T-521/14 (kawża mressqa mill-Iżvezja kontra l-Kummissjoni, l-Iżvezja appoġġata mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza u l-Olanda)(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 265 u 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Marzu 2016 mill-President Jean-Claude Juncker lill-President tal-Parlament Ewropew ((2016)1416502),

–  wara li kkunsidra r-rapport UNEP/WHO dwar "L-istat tax-xjenza fir-rigward tal-interferenti endokrinali 2012" ("State of the science of endocrine disrupting chemicals 2012")(4)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, is-sustanzi attivi li jitqiesu li għandhom proprjetajiet ta' interferenti endokrinali li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fil-bnedmin, jew abbażi ta' kriterji xjentifiċi li jiġu speċifikati jew, sakemm jiġu adottati dawk il-kriterji, abbażi ta' kriterji interim, m'għandhomx jiġu approvati, ħlief jekk waħda mid-derogi msemmija fl-Artikolu 5(2) hija applikabbli;

B.  billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kummissjoni kienet rikjesta li, sa mhux aktar tard mit-13 ta' Diċembru 2013, tadotta atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta' interferenti endokrinali ta' sustanzi attivi u prodotti bijoċidali;

C.  billi l-Kummissjoni għadha ma adottatx l-atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji xjentifiċi, li issa huma aktar minn sentejn u nofs tard;

D.  billi r-rapport tal-UNEP/WHO sejjaħ l-interferenti endokrinali (EDCs) theddida globali, u jirreferi, inter alia, għall-inċidenza għolja u x-xejriet li qed jiżdiedu ta' bosta mard relatat mas-sistema endokrinali fil-bnedmin, kif ukoll jinnota l-osservazzjoni tal-effetti relatati mas-sistema endokrinali fil-popolazzjoni tal-organiżmi u l-annimali selvaġġi; billi hemm evidenza emerġenti ta' effetti ħżiena fuq ir-riproduzzjoni, (l-infertilità, il-kanċer, il-malformazzjonijiet) mill-esponiment għall-EDCs, u hemm ukoll evidenza tal-effetti ta' dawn is-sustanzi kimiċi fuq il-funzjoni tat-tirojde, il-funzjoni tal-moħħ, l-obeżità u l-metaboliżmu, u l-insulina u l-omeostażi tal-glukożju;

E.  billi l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ddikjarat fis-sentenza tagħha tas-16 ta' Diċembru 2015 fil-Kawża T-521/14 li l-Kummissjoni kisret il-liġi tal-Unjoni meta naqset milli tadotta atti delegati li jispeċifikaw kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta' interferenti endokrinali;

F.  billi l-Qorti ddeċidiet fis-sentenza tagħha li l-Kummissjoni kellha obbligu ċar, preċiż u mingħajr kundizzjonijiet li tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kriterji xjentifiċi msemmija hawn fuq sa mhux aktar tard mit-13 ta' Diċembru 2013;

G.  billi sfit-28 ta' Marzu 2013, il-Grupp Konsultattiv ta' Esperti dwar l-Interferenti Endokrinali stabbilit mill-Kummissjoni u kkoordinat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), adotta rapport dwar il-kwistjonijiet xjentifiċi ewlenin li huma rilevanti għall-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-interferenti tendokrinali; billi proposta kompleta għall-kriterji xjentifiċi kienet lesta fil-ħin wara tliet snin ta' ħidma mis-servizzi;

H.  billi l-Qorti ddikjarat li ebda dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma teħtieġ valutazzjoni tal-impatt ta' kriterji xjentifiċi bbażati fuq il-periklu, u anke kieku l-Kummissjoni kienet tqis li tali valutazzjoni tal-impatt kienet meħtieġa, din ma kinitx teżentaha milli tirrispetta l-iskadenza stabbilita fir-Regolament (paragrafu 74 tas-sentenza);

I.  billi, barra minn hekk, il-Qorti ddeċidiet li l-ispeċifikazzjoni ta' kriterji xjentifiċi jistgħu biss jitwettqu b'mod oġġettiv abbażi ta' data xjentifika rigward is-sistema endokrinali, indipendentement minn kwalunkwe konsiderazzjoni oħra, b'mod partikolari konsiderazzjonijiet ekonomiċi (paragrafu 71 tas-sentenza); billi, b'hekk, il-Qorti ċċarat li valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku mhijiex adattata biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjoni xjentifika;

J.  billi, barra minn hekk, il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-applikazzjoni tas-setgħat delegati lilha mil-leġiżlatur, ma tistax tikkontesta l-bilanċ regolatorju stabbilit mil-leġiżlatur bejn it-titjib tas-suq intern u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent (paragrafu 72 tas-sentenza); billi, f'dan il-kuntest, il-Qorti ċċarat li mhux xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta l-bidliet regolatorji tal-leġiżlazzjoni settorjali bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt relatata mal-adozzjoni ta' att delegat;

K.  billi l-Qorti sabet li l-kriterji interim stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala miżuri li jwasslu għal livell ta' protezzjoni li jkun għoli biżżejjed (paragrafu 77 tas-sentenza);

L.  billi, skont l-Artikolu 266 tat-TFUE, l-istituzzjoni li n-nuqqas tagħha li taġixxi tiġi ddikjarata kuntrarju għat-Trattati għandha tkun marbuta li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

M.  billi fis-seduta plenarja tal-Parlament ta' Frar 2016, Vytenis Andriukaitis, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, ħabbar li l-Kummissjoni xorta waħda se tkompli tmexxi valutazzjoni tal-impatt, billi tikkunsidraha bħala "għodda utli u anki essenzjali biex tiggwida d-deċiżjoni futura tagħha dwar il-kriterji";

N.  billi l-Kummissjoni hija obbligata twettaq valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li huma mistennija li jkollhom impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali sinifikanti biex jiġu identifikati soluzzjonijiet alternattivi, u dan ifisser li l-valutazzjonijiet tal-impatt huma għodod prezzjużi li jgħinu lir-regolaturi jivvalutaw l-għażliet ta' politika, iżda mhux biex jiddeterminaw il-kwistjonijiet xjentifiċi rilevanti;

O.  billi l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker ikkonferma fl-ittra tiegħu tat-22 ta' Marzu 2016 lill-President tal-Parlament, Martin Schulz, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq, fl-ewwel istanza, l-opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju dwar il-valutazzjoni tal-impatt qabel ma tiddeċiedi fuq il-kriterji xjentifiċi, u mbagħad tadotta kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta' interferenti endokrinali sa tmiem Ġunju 2016;

P.  billi, għaldaqstant, ma hemm l-ebda dubju li l-Kummissjoni għadha ma ħaditx azzjoni biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti, iżda, pjuttost, baqgħet tippersisti fil-ksur tal-liġi tal-UE kif iddikjarat mill-Qorti, u għalhekk issa hija wkoll fi ksur tal-Artikolu 266 tat-TFUE;

Q.  billi huwa assolutament inaċċettabbli li l-Kummissjoni, bħala l-Gwardjan tat-Trattati, ma tikkonformax mat-Trattati;

1.  Jikkundanna lill-Kummissjoni mhux biss għan-nuqqas tagħha li tikkonforma mal-obbligu tagħha li tadotta atti delegati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, iżda barra minn hekk, talli naqqset milli tikkonforma mal-obbligi istituzzjonali tagħha kif stabbiliti fit-Trattati infushom, b'mod partikolari fl-Artikolu 266 tat-TFUE;

2.  Jinnota l-impenn politiku tal-Kummissjoni li tipproponi kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta' interferenti endokrinali qabel is-sajf;

3.  Jenfasizza li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ispeċifikazzjoni ta' kriterji xjentifiċi jistgħu biss jitwettqu b'mod oġġettiv abbażi ta' data xjentifika rigward is-sistema endokrinali, indipendentement minn kwalunkwe konsiderazzjoni oħra, b'mod partikolari konsiderazzjonijiet ekonomiċi, u li l-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-bilanċ regolatorju stipulat f'att bażiku permezz tal-applikazzjoni tas-setgħat delegati lilha skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, kwistjoni li, madankollu, il-Kummissjoni tevalwa bħala parti mill-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkonforma immedjatament mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 266 tat-TFUE u biex minnufih tadotta kriterji xjentifiċi bbażati fuq il-periklu għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta' interferenti endokrinali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill u lill-President tal-Kummissjoni, kif ukoll biex jinnotifikahom dwar ir-riżultat tal-votazzjoni dwarha fis-seduta plenarja.

(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/planned_ia/docs/2014_env_009_endocrine_disruptors_en.pdf
(3) http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf;jsessionid=9ea7d2dc30d51da24ab07e534c8a920ba78762970884.e34KaxiLc3qMb40Rch0SaxuTa3r0?text=&docid=173067&pageIndex=0&doclang=FR&mode=lst&dir=&occ=first&part=1&cid=717530
(4) http://www.who.int/ceh/publications/endocrine/en/


Prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat
PDF 273kWORD 82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/893/UE, 2011/892/UE u 2011/894/UE (D044931/01 – 2016/2682(RSP))
P8_TA(2016)0271B8-0732/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/893/UE, 2011/892/UE u 2011/894/UE (D044931/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 9(2), 19(3) u 21(2) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 vvota fil-25 ta' April 2016 li ma jagħtix opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-7 ta' Diċembru 2015(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fid-9 ta' Frar 2009, Syngenta France SAS ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Ġermanja skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu jew huma prodotti mill-qamħirrum Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21;

B.  billi l-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 fi prodotti li jikkonsistu jew li fihom minnu għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

C.  billi fil-5 ta' Lulju 2013, Syngenta estendiet l-ambitu tal-applikazzjoni biex tkopri s-sottokumbinazzjonijiet kollha tal-events ta' modifikazzjoni ġenetika unika li jikkostitwixxu l-qamħirrum Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 (''sottokumbinazzjonijiet''), inklużi l-qamħirrum Bt11 × GA21, il-qamħirrum MIR604 × GA21, il-qamħirrum Bt11 × MIR604 kif ukoll dak Bt11 × MIR604 × GA21, li huma diġà awtorizzati rispettivament mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/426/UE(8), 2011/892/UE(9), 2011/893/UE(10) u 2011/894/UE(11);

D.  billi, kif deskritt fl-applikazzjoni, il-qamħirrum SYN-BTØ11-1 jesprimi l-proteina Cry1Ab, li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, u l-proteina PAT, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi glufosinat tal-ammonju;

E.  billi, kif deskritt fl-applikazzjoni, il-qamħirrum SYN-IR162-4 jesprimi l-proteina Vip3Aa20, li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, u l-proteina PMI, li kienet tintuża bħala markatur ġenetiku;

F.  billi, kif deskritt fl-applikazzjoni, il-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 jesprimi l-proteina Cry3A, li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti koleopterani, u l-proteina PMI, li kienet tintuża bħala markatur ġenetiku;

G.  billi, kif deskritt fl-applikazzjoni, il-qamħirrum MON-ØØØ21-9 jesprimi l-proteina Cry1Ab li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, u l-proteina mEPSPS, li tagħti tolleranza lill-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat;

H.  billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer – l-aġenzija tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa speċjalizzata fil-kanċer – ikklassifikat il-glifosat bħala x'aktarx karċinoġeniku għall-bniedem fl-20 ta' Marzu 2015(12);

I.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ġie vvutat fil-Kumitat Permanenti fil-25 ta' April 2016, mingħajr ma ngħatat l-ebda opinjoni;

J.  billi fit-22 ta' April 2015 il-Kummissjoni, fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, iddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kienu ġew adottati mill-Kummissjoni, b'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, mingħajr l-appoġġ tal-opinjonijiet tal-kumitati tal-Istati Membri, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li kien tassew l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, kien sar in-norma għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar awtorizzazzjonijiet għal ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠM);

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Il-Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2015.Opinjoni xjentifika dwar applikazzjoni minn Syngenta (EFSA-GMO-DE-2009-66) għat-tqegħid fis-suq ta' qamħirrum li jiflaħ għall-erbiċidi u reżistenti għall-insetti Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21 u sottokumbinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom għall-użu ta' ikel u għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Ġurnal tal-EFSA 2015;13(12):4297 (34 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4297).
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0040.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0039.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0038.
(7) Testi adottati, P8_TA(2015)0456.
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/426/UE tat-28 ta' Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li għandhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament immodifikat MIR604xGA21 (SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2010, p. 36).
(9) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/892/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li għandhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament immodifikat MIR604xGA21 (SYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 55).
(10) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/893/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11xMIR604xGA21 (SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-5) jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 59).
(11) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/894/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11xMIR604xGA21 (SYN-BTØ11-1xSYN-IR6Ø4-5xMON-ØØØ21-9) jew jikkonsistu jew huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 64).
(12) IARC Monographs Volume 112: evaluation of five organophosphate insecticides and herbicides tal-20 ta' Marzu 2015, http://www.iarc.fr/en/media-centre/iarcnews/pdf/MonographVolume112.pdf


Qronfla ġenetikament modifikata (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4)
PDF 273kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (D044927/02 – 2016/2683(RSP))
P8_TA(2016)0272B8-0731/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (D044927/02),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE(1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni ppubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-15 ta' Diċembru 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-EFSA fl-10 ta' Novembru 2014(4),

–  wara li kkunsidra l-andament tal-votazzjoni tal-Kumitat għar-Regolamentazzjoni tal-25 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Marzu 2013, notifika (Referenza C/NL/13/01) dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) kienet intbagħtet minn Suntory Holdings Limited, Osaka, il-Ġappun, lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands;

B.  billi l-ambitu tan-notifika C/NL/13/01 ikopri l-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut fl-Unjoni tal-fjuri maqtugħa tal-qronfla ġenetikament modifikata (GM) SHD-27531-4 għal użu ornamentali biss;

C.  billi fil-25 ta' April 2016, il-Kumitat għar-Regolamentazzjoni ma ta l-ebda opinjoni, b'seba' Stati Membri li jirrappreżentaw 7.84 % tal-popolazzjoni, li vvutaw kontra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, sitt Stati Membri li jirrapreżentaw 46.26 % tal-popolazzjoni li astjenew, ħdax-il Stat Membru li jirrapreżentaw 36.29 % tal-popolazzjoni li vvutaw favur, u erba' Stati Membri ma kinux rappreżentati;

D.  billi l-opinjoni tal-EFSA tiddikjara li l-Bord tal-OĠM tal-EFSA huwa konxju dwar drawwa ta' ikel f'ċerti popolazzjonijiet li intenzjonalment jikkunsmaw il-petali tal-qronfol bħala kontorn;

E.  billi l-Bord tal-OĠM tal-EFSA ma kienx, madankollu, ivvaluta l-konsegwenzi possibbli tal-konsum intenzjonat mill-bniedem tal-qronfol ġenetikament modifikat;

F.  billi kemm l-inġestjoni mill-ħalq mill-annimali, intenzjonata jew aċċidentali, ta' fjuri tal-qronfol ĠM ġew esklużi mill-opinjoni tal-EFSA;

G.  billi l-qronfla tappartjeni għall-ispeċi Dianthus caryophyllus tal-ġeneru Dianthus li huwa kkultivat ħafna;

H.  billi membri tal-ġeneru Dianthus, inklużi speċi selvaġġi u domestikati, huma pjuttost differenti, peress li l-oriġini tagħhom jinstabu min-Nofsinhar tar-Russja sar-reġjuni Alpini tal-Greċja u l-muntanji ta' Auvergne fi Franza; billi Dianthus spp. huma adattati għar-reġjuni iktar friski Alpini tal-Ewropa u l-Asja, u jinstabu wkoll fir-reġjuni kostali tal-Mediterran; billi D. caryophyllus hija pjanta ornamentali kkoltivata ħafna fl-Ewropa, kemm fis-serer kif ukoll barra (jiġifieri fl-Italja u fi Spanja), u xi kultant hija nnaturalizzata f'xi pajjiżi tal-Mediterran iżda tidher li hija ristretta għal reġjuni kostali tal-Mediterran tal-Greċja, l-Italja, Korsika, Sardinja u Sqallija(5);

I.  billi l-pajjiżi ewlenin fil-produzzjoni tal-qronfol huma l-Italja, Spanja u n-Netherlands u billi d-Dianthus caryophyllus selvaġġ jinsab primarjament fi Franza u fl-Italja(6);

J.  billi Ċipru oġġezzjonat għan-notifika u l-Bord tal-OĠM tal-EFSA qabel ma' Ċipru li l-propagazzjoni tal-qronfol SHD-27531–4 (pereżempju tħaffir) minn individwi ma tistgħax tiġi eskluża; billi l-EFSA tikkunsidra li z-zkuk maqtugħin b'rimjiet veġetattivi jistgħu jiġu ppropagati permezz tat-tħaffir jew permezz tal-mikropropagazzjoni u rilaxxati fl-ambjent (pereżempju f'ġonna);

K.  billi fis-selvaġġ, id-dakkir inkroċjat tad-Dianthus spp. jitwettaq minn insetti pollinaturi, b'mod partikolari mill-Lepidoptera li għandhom proboxxidi ta' tul suffiċjenti biex jilħqu n-nettarini fil-bażi tal-fjuri; billi l-Bord tal-OĠM tal-EFSA huwa tal-fehma li l-potenzjal tat-tixrid tal-polline tal-qronfla ĠM SHD-27531-4 mil-Lepidoptera lill-ispeċi selvaġġi tad-Dianthus ma jistax jiġi eliminat;

L.  billi ladarba l-valur ornamentali tagħhom ikun spiċċa, id-Dianthus caryophyllus L., ġenetikament modifikat, linja SHD-27531–4 ser isir skart li, skont il-prinċipji ta' ekonomija ċirkolari, possibbilment ikun ġestit permezz ta' kompostjar, iżda billi l-EFSA ma analizzatx l-impatti ta' tali tixrid fl-ambjent;

M.  billi f'każ li joħorġu fl-ambjent permezz ta' żrieragħ vijabbli, il-polline jew pjanti bl-għeruq, il-Bord tal-OĠM tal-EFSA jikkunsidra li l-qronfla SHD-27531-4 ma turix karatteristiċi ta' idoneità msaħħa, ħlief meta esposta għal erbiċidi tas-sulfonilurea;

N.  billi l-qronfla ġenetikament modifikata tikkontjeni l-ġene SuRB (als) għal sintażi aċetolattat (ALS) mutant li ġej min-Nicotiana tabacum, li jagħti tolleranza lis-sulfonilurea;

O.  billi, skont il-PAN UK, "xi erbiċidi huma ferm tossiċi għall-pjanti, b'dożi baxxi ħafna, bħal sulfonilurea, is-sulfonammidi u l-imidażolinoni. Is-sulfonilurea ħadu post erbiċidi oħra li huma aktar tossiċi għall-annimali. Esperti wissew li l-użu mifrux tas-sulfonilureas "jista' jkollu impatt devastanti fuq il-produttività ta' uċuħ tar-raba' li mhumiex fil-mira tagħhom u l-għamla fiżika tal-komunitajiet tal-pjanti naturali u tal-katini tal-ikell tal-organiżmi selvaġġi"'(7);

P.  billi s-sulfonilurea huma għażliet komuni tat-tieni linja għall-ġestjoni tad-dijabete tat-tip 2 u huma assoċjati ma' riskju akbar ta' avvenimenti kardjovaskulari meta mqabbla ma' drogi antidiabetiċi oħra(8);

Q.  billi l-ħolqien ta' suq għal pjanti reżistenti għas-sulfonylurea jħeġġeġ l-użu dinji ta' din il-mediċina kontra d-dijabete bħala erbiċida;

R.  billi l-użu ta' mediċina għal skop ieħor għajr dak tas-saħħa pubblika li jwassal għat-tixrid mhux ikkontrollat tiegħu fl-ekosistemi jista' jkollu effetti ta' ħsara madwar id-dinja fuq il-bijodiversità u jikkawża l-kontaminazzjoni kimika tal-ilma tax-xorb;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax l-għan tal-ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent previst fid-Direttiva 2001/18/KE u għalhekk jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti f'din id-Direttiva;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2015. Opinjoni xjentifika dwar notifika tal-Parti C (Referenza C/NL/13/01) minn Suntory Holdings Limited, għall-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-fjuri maqtugħa tal-qronfol SHD-27531-4 bil-kulur tal-petali modifikat għal użu ta' tiżjin. Ġurnal tal-EFSA 2015;13(12):4358, 19 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4358.
(4) Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2014. Opinjoni xjentifika dwar l-oġġezzjonijiet ta' Stat Membru għal notifika (Referenza C/NL/13/01) għat-tqegħid fis-suq tal-qronfla ġenetikament modifikata SHD-27531-4 b'kulur modifikat, għall-importazzjoni ta' fjuri maqtugħa għal użu ornamentali, skont il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE, minn Suntory Holdings Limited. Ġurnal tal-EFSA 2014; 12(11):3878, 9 p. (doi:10.2903/j.efsa.2014.3878).
(5) Tutin et al., 1993.
(6) http://gmoinfo.jrc.ec.europa.eu/csnifs/C-NL-13-01.pdf
(7) http://www.pan-uk.org/pestnews/Issue/pn88/PN88_p4-7.pdf
(8) http://thelancet.com/journals/landia/article/PIIS2213-8587(14)70213-X/fulltext

Avviż legali