Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 15 ta' Settembru 2016 - StrasburguVerżjoni finali
Il-ħatra ta' Membru tal-Kummissjoni Ġdid
 Il-Filippini
 Is-Somalja
 Iż-Żimbabwe
 Dokument tal-ivvjaġġar għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali ***I
 Il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ ***I
 Ażil: miżuri proviżorji għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja *
 Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
 L-objettivi strateġiċi tal-UE għas-17-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tas-CITES f'Johannesburg
 Applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali
 Aċċess għall-Finanzjament għall-SMEs u żieda fid-diversità tal-finanzjament lill-SMEs f'Unjoni tas-Swieq Kapitali
 Kif nisfruttaw bl-aħjar mod il-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi tal-SMEs?
 L-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi
 L-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014
 L-adozzjoni ta’ l-emendi għal proposta tal-Kummissjoni (Interpretazzjoni tal-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-ħatra ta' Membru tal-Kummissjoni Ġdid
PDF 246kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 li tapprova l-ħatra tas-Sur Julian King bħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0339/2016 - 2016/0812(NLE))
P8_TA(2016)0348

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-punt 6 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżenja tas-Sur Jonathan Hill minn Membru tal-Kummissjoni, mogħtija fil-25 ta’ Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2016, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra tas-Sur Julian King bħala Membru tal-Kummissjoni (C8-0339/2016),

–  wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ tas-Sur Julian King fit-12 ta' Settembru 2016, li kienet immexxija mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u d-dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 118 u l-Anness XVI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

1.  Japprova l-ħatra tas-Sur Julian King bħala Membru tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


Il-Filippini
PDF 269kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-Filippini (2016/2880(RSP))
P8_TA(2016)0349RC-B8-0990/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Filippini, b'mod partikolari dik tat-8 ta' Ġunju 2016(1) dwar il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Filippini, dik tal-14 ta' Ġunju 2012(2) u dik tal-21 ta' Jannar 2010(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Settembru 2016 mill-kelliem tas-SEAE dwar l-attakk f'Davao,

–  wara li kkunsidra r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn il-Filippini u l-UE (dak iż-żmien il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE)), stabbiliti fit-12 ta' Mejju 1964 bil-ħatra tal-Ambaxxatur tal-Filippini għall-KEE,

–  wara li kkunsidra l-istatus tal-Filippini bħala membru fundatur tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) wara l-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta' Bangkok fit-8 ta' Awwissu 1967,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon dwar l-approvazzjoni apparenti ta' każijiet ta' qtil extraġudizzjarju,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Awwissu 2016 mid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) dwar is-sitwazzjoni fil-Filippini,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-4 ta' Settembru 2016 attribwibbli għall-Kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Filippini,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-4 ta' Settembru 2016 dwar l-attakki terroristiċi fil-Filippini,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Filippini u l-UE ilhom igawdu relazzjonijiet diplomatiċi, ekonomiċi, kulturali u politiċi bejniethom;

B.  billi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dejjem kienu parti importanti mit-taħditiet bilaterali bejn l-UE u l-Filippini;

C.  billi l-Gvern tal-Filippini li ġie elett reċentement se jiffaċċa sfidi enormi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-korruzzjoni u biex imexxi l-proċess tal-paċi fil-pajjiż;

D.  billi l-kummerċ illegali tad-drogi fil-Filippini għadu kwistjoni ta' tħassib nazzjonali u internazzjonali serju; billi fl-2015, skont ir-rapport annwali tad-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti lill-Kungress, il-Philippine Drug Enforcement Agency (PDEA), l-aġenzija ewlenija tal-infurzar kontra n-narkotiċi fil-pajjiż, irrapportat li 8 629 raħal jew barangay (madwar 20 % tal-irħula tal-pajjiż) kienu rrappurtaw reati marbuta mad-drogi, u billi l-Filippini titqies li għandha l-ogħla rata ta' użu ta' metamfetamina fl-Asja tal-Lvant;

E.  billi wieħed mill-aspetti ewlenin tal-kampanja presidenzjali ta' Rodrigo Duterte kien impenn biex jintemmu l-livelli kollha ta' reati relatati mad-drogi fil-pajjiż; billi, matul il-kampanja elettorali tiegħu u l-ewwel jiem fil-kariga, il-President Duterte ħeġġeġ ripetutament lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u lill-pubbliku biex joqtlu lill-persuni suspettati bi traffikar ta' drogi li ma jkunux ċedew, u lill-persuni li jikkunsmaw id-drogi;

F.  billi il-President Duterte ddikjara pubblikament li hu ma kienx se jressaq quddiem il-qrati lil uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u ċittadini li joqtlu lit-traffikanti tad-drogi li jirreżistu l-arrest;

G.  billi ċifri maħruġa mill-Pulizija Nazzjonali tal-Filippini juru li bejn l-1 ta' Lulju u l-4 ta' Settembru 2016, il-pulizija qatlu aktar minn elf persuna suspettati li biegħu jew ikkonsmaw id-drogi, u billi statistiċi oħrajn tal-pulizija jattribwixxu l-qtil ta' aktar minn elf persuna allegatament traffikanti tad-drogi u persuni li jikkunsmaw id-drogi f'dawn l-aħħar xahrejn għal persuni armati mhux magħrufa; billi, skont Al Jazeera, aktar minn 15 000 persuna suspettati b'reati relatati mad-drogi ġew arrestati, l-aktar fuq il-bażi ta' għajdut u allegazzjonijiet magħmula minn ċittadini oħra, u billi kważi 700 000 taw ruħhom "volontarjament" f'idejn il-pulizija u rreġistraw għal trattament taħt il-programm Tokhang sabiex jevitaw li jkunu l-mira tal-pulizija jew viġilanti;

H.  billi fit-8 ta' Ġunju 2016, is-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon ikkundanna s-sensiela ta' eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji billi ddikjara li dawn huma illegali u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

I.  billi fit-18 ta' Awwissu 2016, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, Agnes Callamard, u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għas-saħħa, Dainius Pūras, ħeġġew lill-Gvern tal-Filippini itemm il-mewġa attwali ta' eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji u qtil fil-kuntest ta' kampanja intensifikata kontra l-kriminalità u kontra d-drogi mmirata fuq it-traffikanti u fuq il-persuni li jikkunsmaw id-drogi;

J.  billi s-Senat u l-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Filippini wettqu l-inkjesti indipendenti tagħhom stess dwar l-imwiet;

K.  billi l-Filippini kien wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Asja li abolixxew il-piena tal-mewt, fl-1987; billi, wara li kienet reġgħet iddaħħlet, il-piena tal-mewt ġiet abolita għat-tieni darba taħt il-President Arroyo fl-2006; billi matul il-kampanja elettorali tiegħu l-President Duterte talab li din terġa' tiddaħħal, b'mod partikolari fil-każ ta' kummerċ illegali ta' drogi, u billi abbozz ta' liġi qed jiġi eżaminat fil-Kungress;

L.  billi abbozz ta' liġi ieħor fil-Kungress hu mmirat biex titnaqqas l-età tar-responsabiltà kriminali minn ħmistax-il sena għal disa' snin;

M.  billi fit-2 ta' Settembru 2016 attakk bil-bombi, rivendikat minn Abu Sayyaf u l-affiljati tiegħu, f'suq fil-belt ta' Davao, wassal għal tal-anqas 14-il persuna mejta u 70 ruħ midruba; billi l-forzi armati tal-Filippini qed ikomplu offensiva militari kontra l-militanti ta' Abu Sayyaf, affiljati ta' IS, fil-provinċja ta' Nofsinhar ta' Sulu;

N.  billi, wara l-attakk, il-Gvern tal-Filippini ddikjara "stat ta' emerġenza nazzjonali minħabba l-atti ta' vjolenza illegali f'Mindanao";

O.  billi fis-26 ta' Awwissu 2016, taħt l-awspiċi tal-Gvern Norveġiż, ġie ffirmat waqfien mill-ġlied indefinit bejn il-Gvern tal-Filippini u l-NDFP (Front Demokratiku Nazzjonali tal-Filippini), li jirrappreżenta pass ewlieni tul 47 sena ta' gwerrilja li swiet il-ħajja ta' madwar 40 000 ruħ;

P.  billi l-Filippini se jkollha l-Presidenza tal-ASEAN fl-2017, u billi l-President Duterte ħabbar li "matul il-Presidenza tal-Filippini, aħna se nuru l-ASEAN bħala mudell ta' reġjonaliżmu u attur globali, li għandha fil-qalba tagħha l-interessi tal-persuni";

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakk fuq is-suq ta' billejl fil-belt ta' Davao fit-2 ta' Settembru 2016, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi; jenfasizza li l-atturi ta' dan il-qtil għandhom jinżammu responsabbli, iżda jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE timmonitorja bir-reqqa r-rikors għas-"sospensjoni tal-istat irregolat mill-istat tad-dritt"; iħeġġeġ lill-istati kollha, f'konformità mal-obbligi tagħhom li joħorġu mid-dritt internazzjonali u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jikkoperaw b'mod attiv mal-Gvern tal-Filippini u l-awtoritajiet rilevanti kollha f'dan ir-rigward;

2.  Jikkundanna bil-qawwa t-traffikar u l-abbuż tad-drogi fil-Filippini; jenfasizza li d-drogi illegali jikkostitwixxu theddida għaż-żgħażagħ fil-Filippini u waħda mill-aktar problemi serji fis-soċjetà;

3.  Huwa konxju tal-fatt li fil-Filippini miljuni ta' persuni huma milquta mil-livell għoli ta' dipendenza fuq id-drogi u l-konsegwenzi tagħha; jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu, madankollu, dwar l-għadd straordinarjament għoli ta' persuni maqtula matul l-operazzjonijiet tal-pulizija u minn gruppi ta' viġilanza fil-kuntest ta' kampanja intensifikata kontra l-kriminalità u d-droga diretta lejn in-negozjanti u l-konsumaturi tad-drogi, u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Filippini jtemm il-mewġa attwali ta' eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji;

4.  Jilqa' l-intenzjoni tal-gvern li jnaqqas il-livelli għoljin ta' kriminalità u korruzzjoni fil-pajjiż, iżda jistieden lill-gvern jadotta politiki u programmi globali u speċifiċi, li għandhom jinkludu wkoll miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni u r-riabilitazzjoni, mingħajr fokus esklussiv fuq ir-ripressjoni vjolenti;

5.  Jilqa' bil-qawwa l-inizjattiva tal-President Duterte biex jagħti saħħa ġdida lill-proċess ta' paċi mal-NDFP (Front Demokratiku Nazzjonali tal-Filippini) u qed jistenna bil-ħerqa li jintemm dan il-kunflitt fil-futur qrib, minħabba li, skont il-pjan tan-negozjati, il-ftehim finali biex jintemm il-kunflitt armat jista' jinkiseb fi żmien sena;

6.  Jenfasizza li r-rispons għall-kummerċ illeċitu tad-drogi għandu jitwettaq f'konformità sħiħa mal-obbligi nazzjonali u internazzjonali;

7.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-istrumenti internazzjonali rratifikati mill-Filippini;

8.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iniedu investigazzjoni immedjata dwar l-għadd straordinarjament għoli ta' persuni li nqatlu waqt operazzjonijiet tal-pulizija;

9.  Jinnota li l-UNODC jinsab lest li jinvolvi ruħu aktar mal-Filippini biex it-traffikanti tad-drogi jaffaċjaw il-ġustizzja bis-salvagwardji ġuridiċi xierqa f'konformità ma' standards u normi internazzjonali;

10.  Jirrakkomanda li jiġi stabbilit mingħajr dewmien mekkaniżmu nazzjonali għall-prevenzjoni tat-tortura, kif previst mill-Konvenzjoni kontra t-Tortura u l-Protokoll Fakultattiv tagħha;

11.  Iħeġġeġ lill-Gvern Filippin jikkundanna l-azzjonijiet tal-gruppi ta' viġilanti u jinvestiga r-responsabbiltà tagħhom fil-qtil; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Filippini jwettqu investigazzjoni immedjata, approfondita, effikaċi u imparzjali sabiex jiġu identifikati dawk kollha responsabbli, jitressqu quddiem qorti ċivili kompetenti u imparzjali u jingħatawlhom il-pieni previsti mil-liġi;

12.  Jistieden lill-Gvern tal-Filippini jiggarantixxi protezzjoni adegwata għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, it-trejdjunjonisti u l-ġurnalisti;

13.  Jilqa' l-impenn tal-President Duterte fir-rigward tal-programmi ta' riabilitazzjoni mid-dipendenza fuq id-drogi, u jitlob lill-UE tappoġġja lill-gvern fl-isforzi tiegħu biex jipprovdi lill-konsumaturi tad-drogi b'għajnuna adegwata ħalli jeħilsu mid-dipendenza tagħhom, u biex tkompli bl-appoġġ tagħha għar-riforma tas-sistema tal-ġustizzja kriminali fil-Filippini;

14.  Jirrakkomanda li l-Filippini tirratifika mingħajr dewmien il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Persuni kollha mill-Għajbien Sfurzat u li tikkriminalizza l-għajbien furzat u l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji fil-leġislazzjoni nazzjonali;

15.  Iħeġġeġ lill-Kungress tal-Filippini jastjeni milli jintroduċi mill-ġdid il-piena tal-mewt; u milli jbaxxi l-età minima tar-responsabilità kriminali;

16.  Jinnota li, abbazi tal-evidenza empirika kollha, il-piena tal-mewt ma tnaqqasx id-delinkwenza relatata mad-drogi u se teqred kisba kbira tas-sistema ġudizzjarja Filippina;

17.  Iħeġġeġ lill-UE tuża l-istrumenti kollha disponibbli biex tgħin lill-Gvern tal-Filippini jirrispetta l-obbligi internazzjonali tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari permezz tal-Ftehim Qafas;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Filippini, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-istati membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0263.
(2) ĠU C 332E, 15.11.2013, p. 99.
(3) ĠU C 305E, 11.11.2010, p. 11.


Is-Somalja
PDF 280kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar is-Somalja (2016/2881(RSP))
P8_TA(2016)0350RC-B8-0989/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Somalja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar l-attakki fis-Somalja tas-27 ta' Frar 2016, tat-2 ta' Ġunju 2016, tas-26 ta' Ġunju 2016, tas-26 ta' Lulju 2016 u tal-21 ta' Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Somalja tat-18 ta' Lulju 2016 u tal-15 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini, dwar id-deċiżjoni dwar mudell elettorali għas-Somalja fl-2016,

–  wara li kkunsidra l-"Kumpatt ta' Patt Ġdid" adottat fis-16 ta' Settembru 2013 fi Brussell,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fir-reġjun tas-Saħel ta' Settembru 2011,

–  wara li kkunsidra r-rapport tan-NU dwar il-libertà ta' espressjoni fis-Somalja, li nħareġ fl-4 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2297 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-7 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapporti dwar is-Somalja tas-Segretarju Ġenerali tan-NU lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-8 ta' Jannar 2016 u tad-9 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Eżami Perjodiku Universali tat-13 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra l-kundanna espressa mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fis-Somalja, Michael Keating, tal-ibbumbardjar ta' lukanda f'Mogadishu fit-30 ta' Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra l-aħħar Eżami Perjodiku Universali dwar is-Somalja quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Jannar 2016,

–  wara li kkunsidra s-sejħa tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) tat-2 ta' Settembru 2016 għall-għajnuna kontra l-użu ta' apparat esplożiv improvviżat (IED) fis-Somalja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-AMISOM tas-26 ta' Lulju 2016 li tikkundanna l-attakki terroristiċi f'Mogadishu,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Speċjali tal-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (SRCC) għas-Somalja, l-Ambaxxatur Francisco Caetano Madeira, tat-30 ta' Awwissu 2016, fejn ifaħħar lill-forzi tas-sigurtà Somali b'rabta mal-attakk fuq lukanda f'Mogadishu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou bejn l-AKP u l-UE,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana fl-455 laqgħa tiegħu tat-2 ta' Settembru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti fl-Afrika,

–  wara li kkunsidra l-mandat tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli biex tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem u tal-popli taħt il-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, adottata fl-1999,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-Somalja, wara għoxrin sena ta' gwerra ċivili, nuqqas ta' kontroll mill-Istat u terroriżmu, tinsab f'perjodu ta' tranżizzjoni kruċjali; billi mill-2012 'il hawn, meta gvern ġdid appoġġat fuq livell internazzjonali ngħata l-poter, is-Somalja qed tersaq bil-mod il-mod lejn l-istabilità, iżda l-awtoritajiet il-ġodda għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' sfida min-naħa ta' ribelli ta' Al-Shabaab allinjati ma' Al-Qaeda;

B.  billi, minkejja li ġew osservati impenji u żviluppi ta' politika pożittivi tal-gvern tas-Somalja, bħalma huma l-ħolqien ta' Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem indipendenti, in-nuqqas ta' sigurtà u l-ġlied politiku intern għadhom qed ixekklu l-progress konkret fuq il-ġustizzja u r-riforma tas-settur tas-sigurtà;

C.  billi, fin-nuqqas ta' ġudikatura ċivili li tiffunzjona, il-Gvern tas-Somalja jiddependi mill-qrati militari biex jipproċessa u jikkundanna lil membri tal-popolazzjoni ċivili, u dan ma jiggarantixxix id-drittijiet tal-imputati ċivili; billi jingħataw setgħat wesgħin ta' stħarriġ lill-National Intelligence and Security Agency (NISA - Aġenzija Nazzjonali tal-Intelligence u s-Sigurtà), li bħalissa ma għandhiex mandat ta' infurzar tal-liġi, li jwassal għal ksur sostanzjali tad-drittijiet għal proċess ġust tal-persuni arrestati miżmuma minn NISA;

D.  billi l-poplu tas-Somalja qed jiffaċċja problemi u jbati l-konsegwenzi ta' attakki brutali kontinwi minn kmandanti militari u terroristi; billi fit-30 ta' Awwissu 2016 mill-inqas 10 persuni, inklużi suldati u persuni ċivili, sfaw maqtula f'Mogadishu quddiem il-Palazz Presidenzjali; billi fis-26 ta' Lulju 2016, Al-Shabaab immira għall-bażi tal-Unjoni Afrikana f'Mogadishu, fejn inqatlu mill-inqas 13-il persuna, inkluż persunal tan-NU, u attakki oħrajn sparati bil-bus ġew irrappurtati fix-xhur preċedenti, li matulhom inqatlu aktar minn 100 persuna; billi Al-Shabaab għadu wkoll attiv fil-pajjiż ġar tal-Kenja, fejn iwettaq attakki terroristiċi regolari;

E.  billi l-AMISOM, il-missjoni tal-Unjoni Afrikana għaż-żamma tal-paċi ta' 22 000 ruħ, ngħatat il-mandat, inter alia, li tnaqqas it-theddida maħluqa minn Al-Shabaab u gruppi armati oħrajn tal-oppożizzjoni, li tipprovdi sigurtà sabiex ikun jista' jseħħ il-proċess politiku fil-livelli kollha, kif ukoll sforzi għall-istabbilizzazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-paċi fis-Somalja, u li tiffaċilita t-trasferiment gradwali tar-responsabilitajiet tas-sigurtà mill-AMISOM għall-forzi tas-sigurtà Somali, li jiddependi mill-kapaċitajiet ta' dawn tal-aħħar; billi l-mandat tal-AMISOM ġie estiż sal-31 ta' Mejju 2017, mossa li tintlaqa' tajjeb mill-Parlament;

F.  billi l-Uganda, l-akbar kontributur ta' truppi, ħabbret li ser tirtira aktar minn 6 000 mit-truppi tagħha mis-Somalja sa tmiem l-2017; billi l-Unjoni Afrikana ħabbret il-pjanijiet tagħha li tirtira l-forzi kompletament sa tmiem l-2020, u qalet li r-responsabilitajiet ta' sigurtà se jiġu ttrasferiti gradwalment lill-militar Somalu, sa mill-2018;

G.  billi l-forzi tal-AMISOM ġew akkużati f'diversi okkażjonijiet li wettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil indiskriminat u xi każijiet ta' sfruttament u abbuż sesswali;

H.  billi l-proċess elettorali li se jsir dalwaqt fis-Somalja huwa pass importanti għall-poplu tas-Somalja u se jkollu implikazzjonijiet fit-tul għas-sigurtà, l-istabilità u l-iżvilupp tas-Somalja u tar-reġjun usa';

I.  billi l-votazzjoni għall-membri tal-Kamra Superjuri tal-Parlament Federali tas-Somalja għandha sseħħ fil-25 ta' Settembru 2016, u l-votazzjoni għall-membri tal-Kamra tal-Poplu tal-Parlament Federali tas-Somalja se sseħħ bejn l-24 ta' Settembru u l-10 ta' Ottubru 2016; billi l-President għandu jiġi elett miż-żewġ kmamar fit-30 ta' Ottubru 2016;

J.  billi l-proċess elettorali ser ikun kruċjali għal elezzjoni universali demokratika fl-2020, li ser tiġi organizzata mill-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti;

K.  billi Omar Mohammed Abdulle, il-President tal-Federal Indirect Electoral Implementation Team (FIEIT - Tim Federali ta' Implimentazzjoni Elettorali Indiretta), ikkonferma mill-ġdid li l-proċess elettorali tal-2016 se jseħħ fil-ħin u li se jkun trasparenti u kredibbli;

L.  billi l-libertà ta' espressjoni, li taqdi rwol ċentrali fil-bini ta' stati demokratiċi, għadha limitata b'mod sinifikanti; billi rapport reċenti tan-NU dwar il-libertà ta' espressjoni fis-Somalja juri l-ambjent diffiċli li għadhom qed iħabbtu wiċċhom miegħu l-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-mexxejja politiċi, inklużi qtil - l-aktar mill-Al-Shabaab - arresti, intimidazzjoni u għeluq ta' mezzi tax-xandir kritiċi; billi l-awtoritajiet rarament jinvestigaw dawn il-każijiet jew iħarrku lill-awturi ta' tali delitti;

M.  billi setgħat wesgħin ta' stħarriġ huma mogħtija lill-National Intelligence and Security Agency (NISA - Aġenzija Nazzjonali tal-Intelligence u s-Sigurtà), li attwalment ma għandhiex mandat ta' infurzar tal-liġi, u b'hekk dan qed jirriżulta fi ksur sinifikanti tad-drittijiet għal proċess ġust tal-persuni arrestati miżmuma minn NISA;

N.  billi, skont ir-rapport tan-NU, jistgħu jiġu identifikati 120 każ ta' arrest u detenzjoni arbitrarji ta' persuni li jaħdmu fil-midja bejn Jannar 2014 u Lulju 2016; billi, minn Jannar 2015, huma biss għaxra mit-48 ġurnalist u ħaddiem tal-midja li kienu ġew arrestati li tressqu quddiem qorti;

O.  billi s-Somalja għadha wieħed mill-pajjiżi bl-akbar u l-aktar komunitajiet spustati fit-tul madwar id-dinja, b'1,1 miljun ruħ spustati internament, inkluż madwar 400 000 li jgħixu f'Mogadishu biss, u kważi miljun rifuġjat fir-reġjun tal-Qarn tal-Afrika; billi f'Lulju 2016 biss, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) irrapporta li evizzjonijiet furzati u nuqqas ta' sigurtà minħabba l-offensiva militari li għadha għaddejja rriżultaw fi kważi 28 000 spustament ġdid;

P.  billi hemm 420 000 rifuġjat mis-Somalja f'kampijiet fil-Kenja, bi 350 000 fil-kamp ta' Dadaab, u l-gvernijiet tas-Somalja u tal-Kenja u l-UNHCR qablu li jiffaċilitaw ir-ritorn volontarju ta' 10 000 rifuġjat lejn is-Somalja, lejn żoni li huma ħielsa mill-kontroll ta' Al-Shabaab; billi l-Gvern Kenjan iddikjara f'Mejju 2016 li l-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab fil-Grigal tal-Kenja se jingħalaq sa tmiem is-sena;

Q.  billi t-tfal għadhom qed jinqatlu, jiġu detenturi b'mod arbitrarju, u reklutati fil-forzi armati, minkejja li s-Somalja rratifikat il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal f'Jannar 2015, u minkejja li approvat id-Dikjarazzjoni dwar Skejjel Sikuri f'Novembru 2015, billi ħadet l-impenn li tieħu passi konkreti biex tipproteġi lill-istudenti u lill-istituzzjonijiet edukattivi;

R.  billi l-UE pprovdiet EUR 286 miljun permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2014-2020), filwaqt li ffukat fuq l-implimentazzjoni tal-"Kumpatt" u b'mod partikolari fuq il-bini tal-istat u l-bini tal-paċi, is-sigurtà tal-ikel, ir-reżiljenza u l-edukazzjoni; billi l-UE hija impenjata wkoll li tappoġġa lill-AMISOM permezz tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika;

1.  Jesprimi s-solidarjetà profonda tiegħu mal-vittmi tal-attakki terroristiċi reċenti fis-Somalja u mal-familji tagħhom, u jiddispjaċih b'mod profond għat-telf ta' ħajjiet; fl-istess ħin, jikkundanna bil-qawwa l-awturi ta' dawn l-attakki, attribwiti lill-gruppi ribelli Al-Shabaab;

2.  Jitlob li jissaħħu l-arkitettura tas-sigurtà nazzjonali u l-protezzjoni tal-popolazzjoni, kif ukoll li jingħata appoġġ addizzjonali mill-komunità internazzjonali lill-AMISOM u lill-Gvern tas-Somalja fil-ħidma tagħhom biex jibnu l-paċi u l-istabilità;

3.  Ifakkar li l-istabilità u l-paċi dejjiema jistgħu jinkisbu biss permezz tal-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba bbażati fuq il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt li fihom id-dinjità u d-drittijiet tal-popli huma rispettati bis-sħiħ;

4.  Jesprimi l-ħtieġa ta' djalogu komprensiv bejn is-setturi soċjali tal-pajjiż, inklużi l-klannijiet u t-tribujiet li jikkomponu n-nazzjon tas-Somalja, biex jitħalla jkun hemm fehim reċiproku u jiġi stabbilit kunsens għal paċi dejjiema u stabbli;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-approvazzjoni min-naħa tal-gvern u tal-mexxejja reġjonali ta' Politika ta' Sigurtà Nazzjonali ġdida, filwaqt li jappella lill-gvern biex jaċċelera l-implimentazzjoni tagħha minħabba t-theddida li għadha teżisti minn Al-Shabaab;

6.  Jistieden lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha jibqgħu impenjati bil-qawwa li jikkooperaw mas-Somalja fil-bini ta' istituzzjonijiet leġittimi u settur tas-sigurtà taħt sjieda Somala biex jiġġieldu kontra t-terroriżmu u jipprovdu protezzjoni għan-nies kollha; jenfasizza li dan huwa ta' importanza ewlenija għall-iżvilupp kostruttiv tas-Somalja u għas-sigurtà tar-reġjun;

7.  Jistieden lill-Unjoni Afrikana (UA) tiżgura li l-pajjiżi kollha li qed jikkontribwixxu truppi jikkondividu informazzjoni mas-CCTARC (iċ-Ċellola tal-Insegwiment, l-Analiżi u r-Rispons ta' Diżgrazzji Ċivili tal-AMISOM) fir-rigward ta' rapporti ta' diżgrazzji ċivili jew investigazzjonijiet dwar diżgrazzji ċivili mill-pajjiżi li qed jikkontribwixxu truppi, u li din l-informazzjoni tiġi kondiviża wkoll man-NU, skont ir-riżoluzzjoni 2297 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u tiddaħħal fil-pjanijiet operattivi tal-AMISOM;

8.  Jistieden lill-gvern u lill-UE, bħala parti mill-attivitajiet tagħha rigward l-istat tad-dritt fis-Somalja, jiżguraw li n-NISA hija regolata b'mekkaniżmi effikaċi ta' sorveljanza u jibnu l-għarfien espert tekniku tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (CID) tas-Somalja biex iwettqu investigazzjonijiet bir-reqqa, effettivi u li jirrispettaw id-drittijiet;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-investigazzjoni tal-UA ta' allegazzjonijiet ta' vjolenza sesswali mit-truppi tal-AMISOM, jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport, u, f'konformità mar-riżoluzzjoni 2272 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, iħeġġeġ lill-UA u lill-pajjiżi li qed jikkontribwixxu truppi jiżguraw li l-allegazzjonijiet jiġu investigati kif għandu jkun u bir-reqqa, u li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

10.  Jappella għal monitoraġġ aħjar u għal bini tal-kapaċità aħjar min-naħa tal-UE biex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont għall-abbużi mill-AMISOM, speċjalment minħabba l-fatt li l-UE hija responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-finanzjament tiegħu;

11.  Jenfasizza l-progress inkoraġġanti li sar lejn elezzjonijiet aktar inklussivi u lejn gvern b'obbligu akbar ta' rendikont mill-2012; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Forum Nazzjonali ta' Tmexxija li jippromwovi l-istabbiliment u r-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi fis-sentejn li ġejjin, b'antiċipazzjoni tal-elezzjonijiet tal-2020, abbażi tal-prinċipju "persuna waħda, vot wieħed", kif ukoll it-tentattiv biex jinbnew mill-ġdid l-istituzzjonijiet tal-Istat u l-adozzjoni ta' liġijiet ġodda importanti dwar il-partiti politiċi u dwar il-ħolqien ta' Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem indipendenti; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjonijiet meħuda biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa; jenfasizza kemm hu tal-akbar importanza li jkun hemm proċess elettorali kredibbli, inklussiv, trasparenti u bl-obbligu ta' rendikont li jiżgura tal-leġittimità meħtieġa għat-tmexxija eletta;

12.  Jirrikonoxxi l-kontributi pożittivi li għamel l-Uffiċċju ta' Appoġġ tan-NU fis-Somalja (UNSOS) fl-appoġġ tiegħu tal-kisbiet li għamlu l-AMISOM u l-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fis-Somalja (UNSOM) billi kkontribwixxa truppi, riżorsi finanzjarji u riżorsi materjali sabiex jiggarantixxi l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili fis-Somalja;

13.  Iħeġġeġ lill-Armata Nazzjonali tas-Somalja u lill-AMISOM jieħdu l-azzjoni kollha meħtieġa biex iwaqqfu kull attentat mill-grupp ribelli militanti Al-Shabaab biex jisfratta l-proċess elettorali li se jsir dalwaqt; jenfasizza li l-iżgurar tal-proċess elettorali għandu jkun il-prijorità ewlenija;

14.  Jikkundanna r-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-forzi tas-sigurtà bħala suldati u bħala informaturi, inkluż l-użu ta' suldati tfal maqbuda jew diżerturi; jistieden lill-Gvern Somalu jwaqqaf għalkollox din il-prattika;

15.  Jappella għal miżuri aktar qawwija għall-ħarsien tat-tfal milquta mill-kunflitt armat u mir-reklutaġġ u l-użu minn forzi u gruppi armati; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jittrattaw lit-tfal li jkunu ssuspettati b'assoċjazzjoni ma' Al-Shabaab primarjament bħala vittmi, u jikkunsidraw l-aħjar interess tat-tfal u l-istandards ta' protezzjoni internazzjonali bħala l-prinċipji ta' gwida;

16.  Ifakkar li ma jistax ikun hemm sigurtà mingħajr żvilupp, jew żvilupp mingħajr sigurtà; jitlob li jkun hemm aktar koerenza bejn l-azzjonijiet ta' żvilupp u dawk ta' sigurtà, li jissaħħu l-programmi kemm għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali u kemm biex jiġu miġġielda s-sottożvilupp u l-kawżi u l-bażi tat-terroriżmu; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu pprovduti s-servizzi bażiċi u appoġġ għall-persuni meħlusa, b'mod partikolari biex tiġi żgurata r-riintegrazzjoni sostenibbli tar-rifuġjati li jirritornaw lejn il-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi aċċelerata l-konsolidazzjoni tal-istruttura amministrattiva tal-Istat Somalu u tal-istituzzjonijiet li jipprovdu dawn is-servizzi;

17.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi li jospitaw rifuġjati mis-Somalja jibqgħu realistiċi dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà f'partijiet kbar tas-Somalja meta jkunu qed jibagħtu rifuġjati lura lejn is-Somalja;

18.  Jinsab serjament imħasseb dwar l-attakki kontra l-atturi umanitarji fis-Somalja; itenni l-importanza essenzjali li għandha l-għajnuna umanitarja biex twassal dak li hemm bżonn, taħt il-prinċipji tal-indipendenza u n-newtralità, lill-persuni fil-bżonn;

19.  Ifakkar li l-libertà ta' espressjoni taqdi rwol ċentrali fil-bini ta' stat demokratiku, speċjalment fi żminijiet ta' trasformazzjoni politika; jistieden lill-Gvern Somalu jeżamina mill-ġdid il-kodiċi penali, il-liġi l-ġdida dwar il-midja u leġiżlazzjoni oħra, bil-għan li jġibhom konformi mal-obbligi internazzjonali tas-Somalja fir-rigward tal-libertà ta' espressjoni u l-midja;

20.  Jikkundanna bil-qawwa l-għadd kbir ta' qtil u arresti u l-intimidazzjoni mifruxa, l-għeluq tal-mezzi kritiċi tax-xandir, il-konfiska ta' tagħmir u l-imblukkar ta' siti web; jitlob li tittieħed azzjoni urġenti mill-awtoritajiet Somali biex jiżguraw li l-vjolazzjonijiet kollha tad-dritt għal-libertà ta' espressjoni jiġu investigati bis-sħiħ, u li l-awturi ta' tali vjolazzjonijiet jitressqu quddiem il-ġustizzja;

21.  Ifaħħar lill-UNSOM u lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU talli ppubblikaw ir-rapport fl-4 ta' Settembru 2016 dwar id-dritt għal-libertà ta' espressjoni fis-Somalja, li kien l-ewwel rapport pubbliku dwar id-drittijiet tal-bniedem li qatt sar min-NU dwar is-Somalja; jistieden lin-NU tagħmel aktar rappurtar pubbliku;

22.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jadottaw u jimplimentaw oqfsa legali xierqa u jwettqu r-riformi ġudizzjarji meħtieġa sabiex jirrispondu għall-bżonn li n-nies għandhom tal-ġustizzja u l-protezzjoni, peress li l-impunità ma tistax tiġi ttollerata;

23.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd dejjem jikber ta' evizzjonijiet furzati tan-nies spustati minn infrastruttura pubblika u privata fil-bliet ewlenin tas-Somalja; ifakkar li dawn l-espulsjonijiet għandhom jikkonformaw ma' oqfsa nazzjonali u internazzjonali rilevanti; jistieden lill-Gvern Federali tas-Somalja u lill-atturi kollha involuti jsibu soluzzjonijiet konkreti għall-problemi tal-persuni spustati; jitlob lill-Gvern tas-Somalja joħloq, bl-appoġġ tas-sħab tiegħu, il-kundizzjonijiet għar-ritorn volontarju tar-rifuġjati b'dinjità, ladarba s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż tkun tippermetti li dan isir;

24.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Unjoni Afrikana, lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Parlament tas-Somalja, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


Iż-Żimbabwe
PDF 265kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar iż-Żimbabwe (2016/2882(RSP))
P8_TA(2016)0351RC-B8-0995/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE tat-12 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE dwar il-ħtif ta' Itai Dzamara tad-9 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/220 tal-15 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku Globali ffirmat fl-2008 mit-tliet partiti politiċi ewlenin, jiġifieri ZANU PF, MDC-T u MDC,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, li ż-Żimbabwe rratifika,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-poplu taż-Żimbabwe bata għal ħafna snin taħt reġim awtoritarju mmexxi mill-President Mugabe li jżomm is-setgħa tiegħu permezz ta' korruzzjoni, vjolenza, elezzjonijiet imbagħbsa u apparat ta' sigurtà brutali; billi l-poplu taż-Żimbabwe ma esperjenzax libertà vera f'għexieren ta' snin, u ħafna persuni taħt l-età ta' tletin sena, għalhekk, jafu biss ħajja ta' faqar u ripressjoni vjolenti;

B.  billi l-ferment qed jikber għal darb'oħra fiż-Żimbabwe, mifni bil-kriżi, fi sfond ta' nuqqas ta' likwidità, qgħad fuq skala wiesgħa, korruzzjoni mill-istat u sforzi mill-awtoritajiet biex irażżnu l-libertà tal-espressjoni u l-oppożizzjoni politika; billi d-diversi gruppi issa qed jippożizzjonaw ruħhom fi stennija għall-era post-Mugabe;

C.  billi, mill-waqgħa tal-gvern ta' koalizzjoni fl-2013, il-ħidma ta' Tendai Biti biex ġiet stabbilizzata l-ekonomija u jiżdied id-dħul tal-gvern inħattet minn ritorn għas-sistema ta' patroċinji u kleptokrazija u stat ta' biża'; billi ż-Żimbabwe issa qed jesperjenza l-agħar kriżi ekonomika mill-iperinflazzjoni tal-2008 'l hawn; billi l-gvern huwa effettivament fallut;

D.  billi minn Mejju 2016 eluf ta' dimostranti – negozjanti informali, żgħażagħ qiegħda u, issa, persuni professjonali – niżlu fit-toroq f'għadd ta' ċentri urbani madwar iż-Żimbabwe biex jipprotestaw kontra t-telf ta' impjiegi, qgħad tal-massa u l-falliment tal-gvern biex jissodisfa l-aspettattivi ekonomiċi bażiċi tan-nies, jiġifieri suq tax-xogħol li jipprovdi l-impjiegi, forza tax-xogħol pubblika li tkun imħallsa fil-ħin, munita stabbli u affidabbli, u reġim ta' prezzijiet raġonevoli; billi l-armata biss qed titħallas regolarment u b'munita ta' valur;

E.  billi l-moviment ta' protesta mmexxi mill-qassis Evan Mawarire, bl-użu tal-hashtag #ThisFlag, attira l-appoġġ tal-knejjes u l-klassi medja, li sa issa kellhom it-tendenza li jżommu 'l bogħod mill-politika tat-triq;

F.  billi fis-6 ta' Lulju 2016 il-moviment ta' oppożizzjoni #ThisFlag sejjaħ għal ġurnata nazzjonali ta' "bojkott" bi protesta kontra n-nuqqas ta' azzjoni mill-gvern kontra l-korruzzjoni, l-impunità u l-faqar; billi dan wassal sabiex numru kbir ħafna ta' ħwienet u negozji baqgħu magħluqin fil-belt kapitali u għal ripressjoni ħarxa mill-awtoritajiet;

G.  billi Promise Mkwananzi, il-mexxej ta' #Tajamuka, moviment soċjali marbut mal-bojkott ta' Lulju, li ġie arrestat u akkużat b'inċitament ta' vjolenza pubblika, inħeles bi pleġġ; billi attivista ieħor ta' #Tajamuka, Linda Masarira, ġiet arrestata matul il-protesta f'Lulju 2016 u baqgħet f'detenzjoni sa llum;

H.  billi bosta dimostrazzjonijiet issa huma organizzati permezz tal-midja soċjali, u billi l-awtoritajiet taż-Żimbabwe imblukkaw l-aċċess għall-internet u l-messaġġi bil-WhatsApp biex jostakolaw il-protesta;

I.  billi mijiet ta' persuni ġew arrestati waqt id-dimostrazzjonijiet; billi fis-26 ta' Awwissu 2016 seħħ ġlied imdemmi fil-kapitali, Harare, meta l-pulizija injoraw ordni tal-qorti u sawtu bil-lembuba eluf ta' dimostranti li kienu nġabru taħt il-patroċinju tal-Aġenda ta' Riforma Elettorali Nazzjonali (NERA) biex jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom għal riformi elettorali pendenti qabel l-elezzjonijiet nazzjonali tal-2018 mistennija b'ħerqa kbira; billi ħafna minn dawk miżmuma għadhom f'kustodja, u mhux magħruf fejn jinsabu bosta nies;

J.  billi l-President Mugabe ilu fil-poter mill-indipendenza fl-1980 u qed ifittex li jerġa' jiġi elett, u billi diversi membri tal-gvern tiegħu ddenunzjaw is-sejħiet għal riforma elettorali qabel l-elezzjonijiet tal-2018;

K.  billi l-veterani tal-ġlieda għall-indipendenza, li qabel kienu alleati mill-qrib tal-partit governanti ta' Mugabe, ibbojkottjaw id-diskors tiegħu fit-8 ta' Awwissu 2016, filwaqt li ddenunzjaw l-iskop dittatorjali tiegħu u n-nuqqas tiegħu li jsolvi l-kriżi ekonomika gravi li ilha tifni lill-pajjiż mis-sena 2000; billi l-President ikkunsidra dan il-bojkott bħala tradiment u, b'ritaljazzjoni, arresta tliet membri tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Indipendenza;

L.  billi fit-2 ta' Settembru 2016 il-pulizija invokat l-Istrument Statutorju 101A biex tipprojbixxi d-dimostrazzjonijiet kollha f'Harare ċentrali, ftit sigħat qabel 18-il partit politiku kienu lesti jagħmlu dimostrazzjoni maġġuri fil-belt kapitali;

M.  billi fis-7 ta' Settembru 2016 il-Qorti Suprema ssospendiet din il-projbizzjoni għal sebat ijiem u billi din is-sentenza waslet ftit jiem biss wara li l-President Mugabe indaħal fl-indipendenza tal-ġudikatura billi kkritika bl-aħrax lill-imħallfin taż-Żimbabwe għal sentenzi "bl-addoċċ" li ppermettew dimostrazzjonijiet kontra l-ħakma tiegħu;

N.  billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe qalet li l-għajnuna għall-ikel, mobilizzata biex tassisti lill-abitanti tal-irħula li jinsabu bil-ġuħ minħabba li kienu affettwati minn kundizzjonijiet ta' nixfa madwar il-pajjiż, kienet qed titqassam fuq bażi partiġġjana, b'uffiċjali ta' Zanu PF jiċħdu l-għajnuna għall-ikel lill-persuni li jappoġġaw il-partiti tal-oppożizzjoni; billi l-Gvern taż-Żimbabwe ddikjara stat ta' diżastru fi Frar 2016, filwaqt li hu stmat li madwar 4.5 miljun ruħ se jkunu jeħtieġu għajnuna għall-ikel minn Jannar 2017 u li massimu ta' nofs il-popolazzjoni rurali qed tiffaċċja l-ġuħ;

O.  billi d-9 ta' Marzu 2016 kien l-ewwel anniversarju tal-ħtif tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Itai Dzamara; billi l-Qorti Suprema ordnat lill-gvern ifittex lil Dzamara u jirrapporta l-progress lill-Qorti kull ħmistax sakemm jiġi determinat fejn jinsab;

P.  billi ż-Żimbabwe huwa firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou, li l-Artikolu 96 tiegħu jistipula li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huwa element essenzjali tal-kooperazzjoni AKP-UE,

Q.  billi numru żgħir ta' miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim taż-Żimbabwe ġġeddu fi Frar 2016 sal-20 ta' Frar 2017; billi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar se jkomplu japplikaw għall-President Mugabe, Grace Mugabe, u għall-Industriji tad-Difiża taż-Żimbabwe; billi l-embargo fuq l-armi se jibqa' fis-seħħ. billi l-UE preċedentement kienet neħħiet ir-restrizzjonijiet fuq 78 persuna u 8 entitajiet;

R.  billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali (NIP) għaż-Żimbabwe ġie allokat EUR 234 miljun għall-perjodu 2014-2020 taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, biex dawn il-flejjes jiġu ffukati fuq tliet setturi ewlenin, jiġifieri s-saħħa, l-iżvilupp ekonomiku bbażat fuq l-agrikultura, u l-governanza u l-bini ta' istituzzjonijiet;

1.  Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda fil-vjolenza kontra d-dimostranti fiż-Żimbabwe f'dawn l-aħħar xhur; jinnota b'allarm il-projbizzjoni ta' xahar imħabbra dan l-aħħar fuq id-dimostrazzjonijiet; jistieden lill-gvern u lill-partijiet kollha fiż-Żimbabwe jirrispettaw id-dritt ta' dimostrazzjoni paċifika sabiex jiġi indirizzat tħassib ġenwin, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jinvestigaw allegazzjonijiet ta' użu eċċessiv tal-forza u abbużi oħra kontra d-drittijiet tal-bniedem minn elementi fi ħdan il-pulizija taż-Żimbabwe, u jżommuhom responsabbli;

2.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fl-għadd ta' arresti arbitrarji ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u legali, u jħeġġeġ li l-istat tad-dritt jiġi rrispettat u li tiġi ppreservata l-kostituzzjoni;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet;

4.  Jikkundanna d-dikjarazzjonijiet reċenti li saru mill-President Mugabe, fejn attakka l-ġudikatura taż-Żimbabwe, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet fiż-Żimbabwe sabiex ma jinterferixxux mal-indipendenza tal-ġudikatura;

5.  Ifakkar li, skont il-Ftehim Politiku Globali, iż-Żimbabwe impenja ruħu li jiżgura li kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll il-proċeduri u l-prattiki tiegħu jkunu konformi mal-prinċipji u l-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertajiet ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni;

6.  Jiġbed l-attenzjoni lejn is-sitwazzjoni partikolari ta' ħafna nisa fiż-Żimbabwe u l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet tan-nisa;

7.  Jemmen li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw bir-reqqa ikunx xieraq li jerġgħu jimponu ċerti miżuri restrittivi, filwaqt li jagħmluha ċara li dawn se jitneħħew u li se jkun disponibbli pakkett ta' assistenza ladarba ż-Żimbabwe jkun biċ-ċar fi triqtu lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jispeċifikaw, b'mod partikolari, li se tiġi pprovduta assistenza biex tappoġġa proċess elettorali ħieles u ġust u r-riforma tal-pulizija;

8.  Jitlob li jkun hemm tranżizzjoni paċifika tas-setgħa bbażata fuq proċess elettorali ħieles u ġust, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem sabiex tiġi żviluppata demokrazija ħielsa, prospera u pluralista;

9.  Jikkundanna bil-qawwa l-imblukkar tal-għajnuna għall-ikel biex isir gwadann politiku; jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar kwalunkwe miżura oħra li tagħmel ħsara lill-produzzjoni agrikola, u jitlob li jittieħdu passi sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-ikel;

10.  Jesprimi t-tħassib kontinwu tiegħu dwar il-ħtif ta' Itai Dzamara; jitlob li l-habeas corpus jiġi rispettat u li dawk responsabbli għall-ħtif tiegħu jitressqu quddiem il-ġustizzja;

11.  Jinsisti li l-UE għandha tiżgura li l-fondi allokati liż-Żimbabwe għall-Programm Indikattiv Nazzjonali tiegħu jindirizzaw b'mod effettiv l-oqsma kkonċernati, u jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe jippermetti lill-Kummissjoni aċċess mingħajr xkiel għall-proġetti ffinanzjati mill-UE u biex isaħħaħ id-disponibilità tiegħu għal assistenza teknika għal proġetti u programmi miftiehma b'mod konġunt;

12.  Jenfasizza li huwa importanti għall-UE li tibda djalogu politiku mal-awtoritajiet taż-Żimbabwe skont l-Artikoli 8 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, u b'hekk tikkonferma l-impenn tagħha biex tappoġġa lill-popolazzjoni lokali;

13.  Iħeġġeġ il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u lill-Commonwealth jerġgħu jimpenjaw ruħhom biex jgħinu liż-Żimbabwe jerġa' jaqbad it-triq tad-demokrazija;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Gvern u lill-Parlament taż-Żimbabwe, lill-gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.

(1) ĠU L 40, 17.2.2016, p. 11.


Dokument tal-ivvjaġġar għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali ***I
PDF 336kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (COM(2015)0668 – C8-0405/2015 – 2015/0306(COD))
P8_TA(2016)0352A8-0201/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0668),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0405/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0201/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1953.)


Il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ ***I
PDF 1207kWORD 148k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (COM(2015)0583 – C8-0375/2015 – 2015/0268(COD))(1)
P8_TA(2016)0353A8-0238/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda 1, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P8_TA(2016)0353A8-0238/2016
għall-proposta tal-Kummissjoni
P8_TA(2016)0353A8-0238/2016
---------------------------------------------------------
P8_TA(2016)0353A8-0238/2016
Proposta għal
P8_TA(2016)0353A8-0238/2016

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi pass essenzjali lejn it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u il-Kumitat tar-Reġjuni, intitolat "Pjan ta' Azzjoni dwar il-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali" tat-30 ta' Settembru 2015. L-għan tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li jgħin lill-impriżi jisfruttaw aktar sorsi differenti ta' kapital minn kullimkien fi ħdan l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "l-Unjoni"), li s-swieq jaħdmu b'mod aktar effiċjenti u joffru lill-investituri u lil dawk li jfaddlu opportunitajiet addizzjonali biex ipoġġu l-flus tagħhom biex joperaw, sabiex jissaħħaħ it-tkabbir u joħolqu l-impjiegi.

(2)  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) tistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli armonizzati dwar il-prospett li għandu jiġi mfassal, approvat u ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Minħabba l-iżviluppi leġiżlattivi u tas-suq mid-dħul fis-seħħ tagħha, dik id-Direttiva għandha tiġi ssostitwita.

(3)  Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni f'każ ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni ta' titoli għall-kummerċ f'suq regolat huwa vitali biex jipproteġi lill-investituri billi jitneħħew l-asimmetriji ta' informazzjoni li jeżistu bejniethom u l-emittenti. L-armonizzazzjoni ta' din id-divulgazzjoni jippermetti l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' passaport transkonfinali li jiffaċilita l-funzjonament effettiv tas-suq intern fil-varjetà wiesgħa ta' titoli.

(4)  Metodi diverġenti jistgħu jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern peress li emittenti, offerenti u persuni li jitolbu l-ammissjoni jkunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti u prospetti approvati fi Stat Membru wieħed jistgħu ma jitħallewx jintużaw fi Stati Membri oħra. Fin-nuqqas ta' qafas armonizzat li jiżgura l-uniformità ta' divulgazzjoni u l-funzjonament tal-passaport fl-Unjoni huwa għalhekk probabbli li d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri joħolqu ostakoli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern għat-titoli. Għalhekk, sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tas-swieq kapitali, u biex jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas regolatorju għall-prospetti fil-livell ta' Unjoni.

(5)  Huwa xieraq u neċessarju għar-regoli tad-divulgazzjoni meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jieħdu l-forma leġiżlattiva ta' Regolament sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jimponu direttament obbligi fuq il-persuni involuti fl-offerti ta' titoli lill-pubbliku u fl-ammissjonijiet ta' titoli għall-kummerċ f'suq regolat jiġu applikati b'mod uniformi fl-Unjoni kollha. Peress li qafas ġuridiku għad-dispożizzjonijiet dwar il-prospetti neċessarjament jinvolvi miżuri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti preċiżi dwar l-aspetti differenti kollha inerenti għall-prospetti, anke diverġenzi żgħar dwar il-metodu użat fir-rigward ta' wieħed minn dawn l-aspetti jistgħu jwasslu għal tfixkil sinifikattiv għal offerti transkonfinali ta' titoli, għall-kwotazzjoni ta' titoli multipli fi swieq regolati u għar-regoli tal-UE għall-ħarsien tal-konsumatur. Għalhekk, l-użu ta' Regolament, li huwa direttament applikabbli mingħajr ma tkun meħtieġa leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jnaqqas il-possibbiltà ta' miżuri diverġenti meħuda fil-livell nazzjonali, u għandu jiżgura strateġija konsistenti, ċertezza tad-dritt ikbar u jipprevjeni l-preżenza ta' impedimenti sinifikanti għall-offerti transkonfinali u għall-kwotazzjonijiet multipli ta' ishma. L-użu ta' Regolament għandu jsaħħaħ ukoll il-fiduċja fit-trasparenza tas-swieq fl-Unjoni kollha, u jnaqqas il-kumplessità regolatorja kif ukoll l-ispejjeż tat-tiftix u tal-konformità għall-kumpaniji.

(6)  Il-valutazzjoni tad-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill uriet(7) li ċerti tibdiliet introdotti b'dik id-Direttiva ma laħqux l-għanijiet oriġinali tagħhom u li emendi addizzjonali għar-reġim tal-prospett fl-Unjoni huma meħtieġa biex tiġi ssemplifikata u tittejjeb l-applikazzjoni tagħha, tiżdied l-effiċjenza tagħha u tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni, biex b'hekk tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi.

(7)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-protezzjoni tal-investituri u l-effiċjenza tas-suq, filwaqt li jsaħħaħ is-suq uniku għall-kapital. Il-forniment ta' informazzjoni li, skont in-natura tal-emittent u tat-titoli, hija meħtieġa biex investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni ta' investiment infurmata jiżgura, flimkien mar-regoli dwar it-twettiq tan-negozju, il-protezzjoni tal-investituri. Barra minn hekk, dan it-tagħrif jipprovdi mezz effettiv sabiex tiżdied il-fiduċja fit-titoli u b'hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament u l-iżvilupp xierqa tas-swieq tat-titoli. Il-mod xieraq biex dan it-tagħrif ikun disponibbli huwa li jiġi ppubblikat prospett.

(8)  Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tar-Regolament preżenti ma jipprevjenux lil Stat Membru jew lil awtorità kompetenti jew lil borża li permezz tal-ġabra tar-regoli tagħha timponi rekwiżiti oħra partikolari fil-kuntest ta' ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f'suq regolat (b'mod partikolari rigward il-governanza korporattiva). Dawn ir-rekwiżiti ma jistgħux jirrestrinġu direttament jew indirettament it-tfassil, il-kontenut u t-tixrid ta' prospett approvat minn awtorità kompetenti.

(9)  It-titoli mhux ta' ekwità maħruġa minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali ta' Stat Membru, minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri m'għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament, u għalhekk għandhom jibqgħu mhux affettwati minn dan ir-Regolament.

(10)  L-ambitu tar-rekwiżit tal-prospett għandu jkopri kemm it-titoli ta' ekwità u mhux ta' ekwità offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar fi swieq regolati sabiex tiġi żgurata il-protezzjoni għall-investitur. Uħud mit-titoli koperti b'dan ir-Regolament jagħtu d-dritt lid-detentur li jikseb titoli trasferibbli jew li jirċievi ammont fi flus kontanti permezz ta' pagament fi flus determinati b'referenza għal strumenti oħra, partikolarment titoli trasferibbli, valuti, rati ta' mgħax jew profitti, prodotti bażiċi jew indiċijiet jew miżuri oħra. Dan ir-Regolament ikopri b'mod partikolari warrants, warrants koperti, ċertifikati, riċevuti depożitarji u bonds konvertibbli, bħal titoli konvertibbli fuq l-għażla tal-investitur.

(11)  Biex tiġi żgurata l-approvazzjoni u l-passporting tal-prospett kif ukoll is-superviżjoni ta' konformità ma' dan ir-Regolament b'mod partikolari rigward l-attività ta' reklamar, jeħtieġ li tiġi identifikata awtorità kompetenti għal kull prospett. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiddetermina b'mod ċar l-Istat Membru ta' domiċilju biex japprova l-prospett.

(12)  Għal offerti ta' titoli lill-pubbliku ta' korrispettiv totali fl-Unjoni taħt il-EUR 1 000 000, l-ispiża tal-produzzjoni ta' prospett skont dan ir-Regolament x'aktarx tkun sproporzjonata għar-rikavat previst tal-offerta. Huwa għalhekk xieraq li r-rekwiżit li jitfassal prospett skont dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-offerti ta' skala tant żgħira. L-Istati Membri ma għandhomx jestendu r-rekwiżiti għat-tfassil ta' prospett skont dan ir-Regolament għall-offerti ta' titoli b'korrispettiv totali taħt tali limitu minimu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu f'livell nazzjonali rekwiżiti ta' divulgazzjoni oħra li jistgħu joħolqu piż sproporzjonat jew mhux meħtieġ fir-rigward ta' offerti bħal dawn u b'hekk iżidu l-frammentazzjoni tas-suq intern. Meta l-Istati Membri jimponu tali rekwiżiti nazzjonali ta' divulgazzjoni, huma għandhom jinnotifikaw ir-regoli applikabbli lill-Kummissjoni u lill-ESMA.

(12a)   Il-Kummissjoni għandha tanalizza tali rekwiżiti nazzjonali ta' divulgazzjoni u tinkorpora r-riżultati fil-ħidma tagħha fil-qasam tal-crowdfunding, fid-dawl tal-bżonn li tkun evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. Huwa importanti li l-kuntest regolatorju fil-livell tal-Unjoni jiżgura li l-kumpaniji jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biżżejjed għażliet biex jinġabar il-kapital. Għalhekk, fl-ispirtu tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u biex jitnieda mill-ġdid l-investiment, il-Kummissjoni għandha tipproponi inizjattiva regolatorja sabiex tirregola u tarmonizza prattiki ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni kollha.

(13)  Barra minn hekk, fid-dawl tad-daqs varjabbli tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, huwa xieraq li l-Istati Membri jingħataw l-għażla ta' eżenzjoni tal-offerti ta' titoli lill-pubbliku li ma jeċċedux il-EUR 5 000 000 mill-obbligu ta' prospett kif previst f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li fid-dritt nazzjonali tagħhom jiffissaw limitu minimu bejn EUR 1 000 000 u EUR 5 000 000, espress bħala korrispettiv totali tal-offerta fl-Unjoni fuq perjodu ta' 12-il xahar, li minnu tkun tapplika l-eżenzjoni, filwaqt li jikkunsidraw il-livell ta' protezzjoni tal-investitur nazzjonali li huma jqisu bħala xierqa. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-limitu minimu li jkunu għażlu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. L-offerti ta' titoli lill-pubbliku li jsiru fl-ambitu ta' tali eżenzjoni ma għandhomx jibbenefikaw mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, tali offerti għandu jkun fihom indikazzjoni ċara li l-offerta pubblika ma għandhiex natura transkonfinali u ma għandhiex tissolleċita b'mod attiv lill-investituri barra dan l-Istat Membru.

(13a)   Meta Stat Membru jagħżel li jeżenta l-offerti ta' titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali li ma jeċċedix il-EUR 5 000 000, l-ebda element f'dan ir-Regolament ma għandu jipprevjeni lil tali Stat Membru milli jintroduċi regoli fil-livell nazzjonali li jippermettu lill-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs) jiddeterminaw il-kontenut tad-dokument ta' ammissjoni li l-emittent huwa obbligat li jipproduċi mal-ammissjoni inizjali għall-kummerċ tat-titoli tiegħu. Fit-tali każ, jista' jkun xieraq għall-operatur tal-MTF li jiddefinixxi l-mod kif id-dokument ta' ammissjoni jiġi rieżaminat, li mhux neċessarjament ikun jinvolvi approvazzjoni formali tal-awtorità kompetenti jew tal-MTF.

(14)  Meta offerta ta' titoli tiġi indirizzata esklużivament lil ċirku ristrett ta' investituri li mhumiex investituri kwalifikati jew investituri oħrajn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013, it-tfassil ta' prospett jirrappreżenta piż sproporzjonat fid-dawl tan-numru żgħir ta' persuni mmirati mill-offerta, u b'hekk ma jkunx hemm rekwiżit ta' prospett. Dan għandu japplika pereżempju għal offerta indirizzata lill-qraba jew konoxxenti personali tal-amministraturi ta' kumpanija.

(15)  L-għoti ta' inċentiv lid-diretturi u l-impjegati li jiddetjenu titoli tal-kumpanija tagħhom stess jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-governanza tal-kumpaniji u jgħin sabiex joħolqu valur fit-tul billi jitrawmu d-dedikazzjoni tal-impjegati u s-sens ta' appartenenza, l-allinjament tal-interessi rispettivi tal-azzjonisti u l-impjegati, u b'hekk dawn tal-aħħar jingħataw opportunitajiet ta' investiment. Il-parteċipazzjoni tal-impjegati fis-sjieda tal-kumpanija tagħhom hija partikolarment importanti għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li fihom l-impjegati individwali x'aktarx ikollhom rwol sinifikanti fis-suċċess tal-kumpanija. Għalhekk, m'għandux ikun hemm rekwiżit sabiex jitfassal prospett għall-offerti li jsiru fil-kuntest ta' skema kondiviża bejn l-impjegat ġewwa l-Unjoni, sakemm ikun hemm disponibbli dokument li jkun fih informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta, li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-investitur. Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal skemi ta' kondiviżjoni bejn l-impjegati għad-diretturi u l-impjegati kollha, indipendentement minn jekk min iħaddimhom huwiex stabbilit fi jew barra l-Unjoni, l-ebda deċiżjoni ta' ekwivalenza ta' swieq ta' pajjiżi terzi m'għandha tkun meħtieġa għal żmien itwal, sakemm id-dokument imsemmi qabel ikun disponibbli. Għalhekk, il-parteċipanti kollha fi skemi ta' kondiviżjoni bejn l-impjegati se jibbenefikaw mill-istess trattament u informazzjoni.

(16)  Il-ħruġ b'effett dilwittiv ta' ishma jew titoli li jagħtu aċċess għall-ishma ta' spiss jindika tranżazzjonijiet b'impatt sinifikanti tal-istruttura tal-kapital tal-emittent, il-prospettivi u s-sitwazzjoni finanzjarja, li għalihom tkun meħtieġa l-informazzjoni li tinsab fil-prospett. Min-naħa l-oħra, meta emittent ikollu ishma diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, il-prospett ma jkunx meħtieġ għal kwalunkwe ammissjoni sussegwenti tal-istess ishma fl-istess suq regolat, inkluż fejn tali ishma jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minn titoli oħra, sakemm l-ishma li għadhom kif ġew ammessi jirrappreżentaw proporzjon limitat dwar azzjonijiet tal-istess klassi li jkunu nħarġu diġà fl-istess suq regolat, sakemm tali ammissjoni tiġi kkombinata ma' offerta lill-pubbliku li taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. L-istess prinċipju għandu japplika b'mod aktar ġenerali għat-titoli funġibbli ma' titoli diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

(17)  Meta tapplika d-definizzjoni ta' "offerta ta' titoli lill-pubbliku", il-kapaċità ta' investitur li jieħu deċiżjoni individwali biex jixtri jew jissottoskrivi titoli għandu jkun kriterju deċiżiv. Għalhekk, fejn titoli jiġu offruti mingħajr element ta' għażla individwali min-naħa tal-benefiċjarju, inkluż f'allokazzjonijiet ta' titoli fejn m'hemm l-ebda dritt biex topponi l-allokazzjoni, din it-tranżazzjoni m'għandhiex taqa' taħt id-definizzjoni ta' offerta ta' "titoli lill-pubbliku" preskritta minn dan ir-Regolament.

(18)  L-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli li mhumiex suġġetti għall-obbligu biex jiġi ppubblikat prospett għandu jkollhom id-dritt li jfasslu, fuq bażi volontarja, prospett sħiħ jew prospett tat-tkabbir UE, skont il-każ, f'konformità ma' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, għandhom jibbenefikaw mill-passaport uniku fejn jagħżlu li jikkonformaw ma' dan Regolament fuq bażi volontarja.

(19)  Id-divulgazzjoni permezz tal-prospett m'għandhiex tkun meħtieġa għal offerti limitati għal investituri kwalifikati. B'kuntrast ma' dan, kull bejgħ mill-ġdid lill-pubbliku jew il-kummerċ pubbliku permezz tal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jeħtieġ il-pubblikazzjoni ta' prospett.

(20)  Prospett validu, imfassal minn emittent jew mill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett u disponibbli għall-pubbliku fil-waqt tal-aħħar assenjazzjoni ta' titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji jew fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli, jipprovdi biżżejjed tagħrif lill-investituri biex jaslu għal deċiżjoni informata dwar l-investiment. Għalhekk, l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew li sussegwentement ibigħu mill-ġdid it-titoli għandu jkollhom id-dritt li joqogħdu fuq il-prospett inizjali ppubblikat mill-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett, sakemm dan ikun validu u ssupplimentat kif xieraq u li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett tkun taqbel mal-użu tiegħu. L-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandu jkun jista' jorbot il-kundizzjonijiet mal-kunsens tiegħu jew tagħha. Il-kunsens li juża l-prospett, inkluż il-kundizzjonijiet kollha mehmuża magħha, għandu jingħata fi ftehim bil-miktub li jippermetti valutazzjoni mill-partijiet rilevanti dwar jekk il-bejgħ mill-ġdid jew l-assenjazzjoni finali tat-titoli jikkonformawx mal-ftehim. Fil-każ li l-kunsens biex jintuża l-prospett ikun ingħata, l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett inizjali għandha tkun responsabbli għall-informazzjoni ddikjarata fih u fil-każ ta' prospett bażi, biex tipprovdi u tippreżenta l-kundizzjonijiet finali u l-ebda prospett ieħor ma jkun meħtieġ. Madankollu, fil-każ li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett inizjali ma jaqbilx mal-użu tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun meħtieġ jippubblika prospett ġdid. F'dak il-każ, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni fil-prospett, inkluża l-informazzjoni kollha inkorporata b'referenza u, fil-każ ta' prospett bażi, il-kundizzjonijiet finali.

(21)  L-armonizzazzjoni tat-tagħrif inkluż fil-prospett għandu jipprovdi protezzjoni ekwivalenti lill-investutur fil-livell ta' Unjoni. Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment, prospett imfassal fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti u neċessarja fir-rigward ta' investiment f'titoli li investitur ikun, raġonevolment, jeħtieġ biex jagħmel valutazzjoni informata tal-attiv u tal-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja, tal-profitt u tat-telf u l-prospettivi tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti ieħor, u d-drittijiet marbuta mat-titoli. Tali informazzjoni għandha tkun imfassla u ppreżentata f'forma faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u tkun adattata għat-tip ta' prospett imfassal skont dan ir-Regolament, inkluż dawk li jsegwu r-reġim ta' divulgazzjoni issemplifikat għall-ħruġ sekondarju u għar-reġim tal-prosett tat-tkabbir UE. Prospett m'għandux ikun fih informazzjoni li ma tkunx materjali jew speċifika għall-emittent u t-titoli kkonċernati, peress li dan jista' jaħbi l-informazzjoni rilevanti għall-investituri u b'hekk tkun imminata l-protezzjoni tal-investitur. Għalhekk, l-informazzjoni li hija inkluża fi prospett għandha tkun adattata biex tirrifletti n-natura u ċ-ċirkostanzi tal-emittent, it-tip ta' titoli, it-tip ta' investituri fil-mira tal-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat u l-probabbiltà ta' għarfien ta' tali investituri kif ukoll l-informazzjoni li tkun disponibbli għal tali investituri minħabba li tkun ġiet ippubblikata skont rekwiżiti ġuridiċi jew regolatorji oħra.

(22)  Is-sommarju tal-prospett għandu jkun sors ta' informazzjoni utli għall-investituri, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur. Għandha tkun parti kompluta u indipendenti tal-prospett u għandha tiffoka fuq l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex ikunu jistgħu jiddeċiedu liema offerti u ammissjonijiet għall-kummerċ ta' titoli jixtiequ jeżaminaw ulterjorment billi jirrieżaminaw il-prospett kollu kemm hu bl-għan li jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment. Dan jimplika li l-informazzjoni prodotta fis-sommarju mhijiex replikata fi ħdan il-korp ewlieni tal-prospett sakemm dan ma jkunx assolutament neċessarju. Informazzjoni ewlenija ta' dan it-tip għandha tagħti l-karatteristiċi essenzjali tal-emittent, kwalunkwe garanti, u t-titoli offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll ir-riskji assoċjati magħhom, inklużi identifikaturi uniċi bħall-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tal-atturi involuti fl-offerta u n-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN). Għandha wkoll tipprovdi l-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-offerta. B'mod partikolari, il-preżentazzjoni ta' fatturi ta' riskju fis-sommarju għandha tikkonsisti minn għażla limitata ta' riskji speċifiċi li l-emittent iqis li jkun l-aktar ta' rilevanza għall-investitur huwa u jieħu deċiżjoni dwar l-investiment. Id-deskrizzjoni tal-fatturi ta' riskju fis-sommarju għandha tkun ta' rilevanza għall-offerta speċifika u titħejja esklużivament għall-benefiċċju tal-investituri u mhux tipprovdi dikjarazzjonijiet ġenerali dwar ir-riskju tal-investiment, jew tillimita r-responsabbiltà tal-emittent, tal-offerent jew ta' kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom.

(22a)   Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara li tenfasizza r-riskji, partikolarment għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, fil-każ ta' titoli maħruġa minn banek li huma soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (BRRD)(8).

(23)  Is-sommarju tal-prospett għandu jkun qasir, sempliċi, ċar u faċli għall-investituri biex jifhmu. Għandu jiġi abbozzat f'lingwa ċara, mhux teknika, u li jippreżenta l-informazzjoni b'mod faċilment aċċessibbli. M'għandux ikun sempliċi kumpilazzjoni ta' siltiet mill-prospett. Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu massimu għas-sommarju sabiex jiġi żgurat li l-investituri ma jiġux skoraġġiti milli jaqrawh u biex jinkoraġġixxu lill-emittenti biex jagħżlu l-informazzjoni li hi essenzjali għall-investituri. F'każijiet eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti għandha madankollu, tkun tista' tippermetti lill-emittent ifassal sommarju itwal sa 10 faċċati ta' folja A4 meta tistampah, li fiha l-kumplessità tal-attivitajiet tal-emittent, in-natura tal-ħruġ, jew in-natura tat-titoli maħruġa teħtieġ hekk, u meta l-investitur jiġi żgwidat mingħajr l-informazzjoni addizzjonali definita fis-sommarju bħala riżultat.

(24)  Biex tiġi żgurata l-istruttura uniformi tas-sommarju tal-prospett, għandhom jiġu pprovduti taqsimiet ġenerali u sottointestaturi, b'kontenut indikattiv li l-emittent għandu jimla b'deskrizzjonijiet fil-qosor, inklużi ċifri fejn xieraq. Sakemm dawn jippreżentawha b'mod ġust u bbilanċjat, l-emittenti għandhom jingħataw diskrezzjoni li jagħżlu l-informazzjoni li huma jqisu importanti u sinifikanti.

(25)  Is-sommarju tal-prospett għandu jkun immudellat kemm jista' jkun fuq id-dokument bl-informazzjoni ewlenija meħtieġa taħt ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Fejn titoli jaqgħu fl-ambitu kemm ta' dan ir-Regolament kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014, l-użu mill-ġdid sħiħ tal-kontenut tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jitħalla fis-sommarju sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż ta' konformità u l-piż amministrattiv fuq l-emittenti. Madankollu m'għandux ikun hemm deroga għar-rekwiżit li jitfassal prospett meta dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ, peress li dan tal-aħħar ma jkollux informazzjoni ewlenija fuq l-emittent u l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozju tat-titoli kkonċernati.

(26)  L-ebda responsabblità ċivili m'għandha tingħata lil persuna esklużivament abbażi tas-sommarju, inkluża kull traduzzjoni tiegħu, għajr jekk ikun qarrieqi, żbaljat jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tal-prospett. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara f'dan is-sens.

(27)  L-emittenti li ripetutament jiġbru l-finanzjament fis-swieq kapitali għandhom jiġu offruti formati speċifiċi ta' dokumenti ta' reġistrazzjoni u prospetti kif ukoll proċeduri speċifiċi għad-depożitu u għall-approvazzjoni tagħhom, sabiex jingħataw aktar flessibbiltà u jkunu jistgħu jaħtfu l-iżbokki fis-suq. Fi kwalunkwe każ, dawn il-forom u proċeduri għandhom ikunu fakultattivi skont l-għażla tal-emittenti.

(28)  Għat-titoli kollha mhux ta' ekwità, inkluż meta dawn ikunu maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut jew bħala parti minn programm ta' offerti, l-emittenti għandhom jitħallew ifasslu prospett fil-forma ta' prospett bażi. Prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali tiegħu għandu jkun fihom l-istess informazzjoni bħall-prospett.

(29)  Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-kundizzjonijiet finali għall-prospett bażi għandu jkun fihom biss informazzjoni relatata man-nota tat-titoli li hija speċifika għall-ħruġ individwali u li tista' tiġi ddeterminata biss fil-mument tal-ħruġ individwali. Din l-informazzjoni tista', pereżempju, tinkludi n-numru tal-identifikazzjoni internazzjonali tat-titoli, il-prezz tal-ħruġ, id-data ta' maturità, kwalunkwe kupun, id-data tal-eżerċizzju, il-prezz tal-eżerċizzju, il-prezz biex tifdi u kundizzjonijiet oħra mhux magħrufa fil-waqt li jkun qed jitfassal il-prospett bażi. Meta l-kundizzjonijiet finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi m'għandhomx bżonn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti, iżda għandhom jiġu ddepożitati biss għandu. Informazzjoni ġdida oħra li tista' taffettwa l-valutazzjoni tal-emittent u t-titoli għandha tiġi inkluża f'suppliment mal-prospett bażi. La l-kundizzjonijiet finali u lanqas is-suppliment m'għandhom jintużaw biex jinkludu tip ta' titoli li ma jkunux deskritti diġà fil-prospett bażi.

(30)  Taħt il-prospett bażi, is-sommarju għandu jitfassal biss mill-emittent fir-rigward ta' kull ħarġa individwali offruta, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u biex itejbu l-leġġibbiltà għall-investituri. Dak is-sommarju speċifiku għall-ħarġa għandu jiġi anness mal-kundizzjonijiet finali u għandu jiġi approvat biss mill-awtorità kompetenti meta l-kundizzjonijiet finali huma inklużi fil-prospett bażi jew f'suppliment għal dan.

(31)  Sabiex tittejjeb il-flessibbiltà u l-kosteffikaċja tal-prospett bażi, l-emittent għandu jkun awtorizzat li jfassal prospett bażi bħala dokumenti separati u li juża d-dokument ta' reġistrazzjoni universali bħala parti kostituttiva ta' dak il-prospett bażi, fejn huwa jkun emittent frekwenti.

(32)  L-emittenti frekwenti għandhom ikunu mħeġġa li jfasslu l-prospett tagħhom bħala dokumenti separati peress li dan jista' jnaqqas l-ispiża ta' konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament u jħallihom jirreaġixxu malajr għall-iżbokki fis-suq. Għalhekk, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati jew f'faċilitajiet multilaterali tan-negozjar għandu jkollhom l-għażla, iżda mhux l-obbligu, li jfasslu u jippubblikaw kull sena finanzjarja dokument ta' reġistrazzjoni universali li jkun fih informazzjoni ġuridika, kummerċjali, finanzjarja, ta' kontabbiltà u dwar l-ishma u li jipprovdi deskrizzjoni tal-emittent għal dik is-sena finanzjarja. Dan għandu jippermetti lill-emittent biex iżomm l-informazzjoni aġġornata u jħejji prospett meta l-kundizzjonijiet tas-suq isiru favorevoli għal offerta jew ammissjoni billi jżid nota tat-titoli u sommarju. Id-dokument ta' reġistrazzjoni universali għandu jkollu għanijiet diversi, sakemm il-kontenut tiegħu jkun l-istess minkejja jekk l-emittent sussegwentement jużahx għal offerta jew ammissjoni għall-kummerċ ta' ekwità, titoli ta' dejn jew derivattivi. Huwa għandu jaġixxi bħala sors ta' referenza fuq l-emittent, li jagħti lill-investituri u l-analisti l-informazzjoni minima meħtieġa biex jagħmlu ġudizzju infurmat dwar l-attività tal-kumpanija, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospettivi, il-governanza u l-parteċipazzjoni.

(33)  Emittent li jkun iddepożita u rċieva l-approvazzjoni għal dokument ta' reġistrazzjoni universali għal sentejn konsekuttivi jista' jitqies bħala magħruf sew għall-awtorità kompetenti. Id-dokumenti kollha sussegwenti ta' reġistrazzjoni universali u kull emenda tagħhom għandhom, għalhekk, jitħallew jiġu ddepożitati mingħajr l-approvazzjoni minn qabel u rieżaminati fuq bażi ex post mill-awtorità kompetenti meta dik l-awtorità kompetenti tqis li jkun meħtieġ, sakemm dawn l-emendi jikkonċernaw ommissjoni, jew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni informata tal-emittent. Kull awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi l-frekwenza ta' tali rieżami billi tiġi kkunsidrata, pereżempju, il-valutazzjoni tar-riskji tal-emittent tagħha, il-kwalità tad-divulgazzjoni tal-passat tiegħu, jew it-tul ta' żmien li jkun għadda minn meta d-dokument ta' reġistrazzjoni universali ddepożitat ikun ġie rieżaminat l-aħħar.

(34)  Għandu jkun possibbli li d-dokument ta' reġistrazzjoni universali, sakemm ma jkunx sar parti kostituttiva ta' prospett approvat, li jrid jiġi emendat, jew volontarjament mill-emittent - pereżempju fil-każ ta' bidla materjali fl-organizzazzjoni tiegħu jew fis-sitwazzjoni finanzjarja - jew fuq talba mill-awtorità kompetenti fil-kuntest ta' rieżami ta' wara d-depożitu, meta l-istandards ta' kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza ma jintlaħqux. Dawn l-emendi għandhom jiġu ppubblikati skont l-istess arranġamenti li japplikaw għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali. B'mod partikolari, meta l-awtorità kompetenti tidentifika ommissjoni jew żball materjali jew ineżattezza, l-emittent għandu jemenda d-dokument ta' reġistrazzjoni universali tiegħu u jagħmel din l-emenda disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed. Peress li la offerta lill-pubbliku, u lanqas ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli mhi qed isseħħ, il-proċedura għall-emendar ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali għandha tkun distinta mill-proċedura biex il-prospett ikollu suppliment, li għandha tapplika biss wara l-approvazzjoni tal-prospett.

(35)  Meta emittent iħejji prospett li jikkonsisti f'dokumenti separati, il-partijiet kollha li jikkostitwixxu l-prospett għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni, inkluż, fejn applikabbli, id-dokument ta' reġistrazzjoni universali u l-emendi tiegħu, fejn dawn ikunu ġew iddepożitati għand l-awtorità kompetenti iżda ma jkunux għadhom ġew approvati. Fil-każ ta' emittent frekwenti, l-ebda emenda tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma għandha bżonn tkun approvata qabel il-pubblikazzjoni, iżda minflok għandha tkun tista' tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti fuq bażi ex post.

(36)  Biex jitħaffef il-proċess ta' tħejjija ta' prospett u biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq kapitali b'mod effettiv għan-nefqa, l-emittenti frekwenti li jipproduċu dokument ta' reġistrazzjoni universali għandhom jingħataw il-benefiċċju ta' proċess ta' approvazzjoni aktar mgħaġġel, peress li l-parti kostituttiva prinċipali tal-prospett tkun jew diġà ġiet approvata jew diġà tkun disponibbli għar-rieżami mill-awtorità kompetenti. Il-ħin meħtieġ biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-prospett għandha għalhekk titqassar meta d-dokument ta' reġistrazzjoni jieħu l-forma ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali.

(37)  Sakemm l-emittent jikkonforma mal-proċeduri għall-preżentazzjoni, it-tixrid u l-ħażna ta' informazzjoni regolata u mal-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), dan għandu jitħalla jippubblika r-rapporti finanzjarji annwali u ta' nofs is-sena meħtieġa mid-Direttiva 2004/109/KE bħala partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, sakemm l-Istati Membri ta' domiċilju tal-emittent ikunu differenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2004/109/KE u sakemm il-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE. Dan jista' jnaqqas il-piż amministrattiv marbut ma' applikazzjonijiet żejda, mingħajr ma jaffettwa l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku jew is-superviżjoni ta' dawn ir-rapporti skont id-Direttiva 2004/109/KE.

(38)  Għandu jingħata limitu ta' żmien ċar għall-validità ta' prospett sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet ta' investiment li jkunu bbażati fuq tagħrif skadut. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt, il-validità tal-prospett għandha tibda mal-approvazzjoni tiegħu, f'ħin partikolari li jista' faċilment jiġi vverifikat mill-awtorità kompetenti. Offerta ta' titoli lill-pubbliku skont prospett bażi għandha tiġi estiża biss lil hinn mill-validità tal-prospett bażi fejn il-prospett bażi sussegwenti jiġi approvat qabel ma dik il-validità tagħhom tiskadi u tkopri l-offerta li jmiss.

(39)  Min-natura tagħha stess, informazzjoni dwar taxxi fuq l-introjtu mit-titoli fi prospett tista' tkun ġenerika biss, li żżid valur informattiv żgħir għall-investitur fil-livell tal-konsumatur. Minħabba li tali informazzjoni għandha tkopri mhux biss il-pajjiż tal-uffiċċju reġistrat tal-emittent, iżda wkoll il-pajjiżi fejn l-offerta qed issir jew fejn tkun qed tiġi mfittxija l-ammissjoni għall-kummerċ, fejn prospett ikollu passaport, ikun jiswa ħafna biex tipproduċih u dan jista' jxekkel l-offerti transkonfinali. Għalhekk prospett għandu jinkludi biss twissija li l-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istat Membru tal-investitur u tal-Istat Membru fejn ġie inkorporat l-emittent jista' jkollha impatt fuq l-introjtu riċevut mit-titoli. Madankollu, il-prospett għandu xorta jkollu informazzjoni xierqa dwar it-tassazzjoni fejn l-investiment propost jinkludi sistema fiskali partikolari, pereżempju fil-każ ta' investimenti f'titoli li jagħtu lill-investituri trattament fiskali favorevoli.

(40)  Ladarba klassi ta' titoli tiġi ammessa għall-kummerċ f'suq regolat, l-investituri huma pprovduti b'divulgazzjoni kontinwa mill-emittent skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u d-Direttiva 2004/109/KE. Il-ħtieġa għal prospett sħiħ hija għalhekk inqas akuta fil-każ ta' offerti sussegwenti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ minn dan l-emittent. Prospett distint semplifikat għandu għalhekk ikun disponibbli għall-użu fil-każ ta' ħruġ sekondarju u l-kontenut tiegħu għandu jiġi mħaffef meta mqabbel mar-reġim normali, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni divulgata diġà. Madankollu, l-investituri jeħtieġu li jingħataw informazzjoni kkonsolidata u strutturata tajjeb fuq dawn l-elementi bħal kundizzjonijiet tal-offerta u l-kuntest tagħha▌. Għalhekk, il-prospett semplifikat għal ħruġ sekondarju għandu jkun fih l-informazzjoni ridotta rilevanti li jkunu, raġonevolment, jeħtieġu l-investituri biex jifhmu l-prospettivi tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti, id-drittijiet marbuta mat-titoli kif ukoll ir-raġunijiet tal-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, partikolarment id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju, id-divulgazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn, l-impatt fuq l-istruttura tal-kapital kumplessiv u sommarju konċiż tal-informazzjoni rilevanti divulgata fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 mid-data tal-aħħar ħruġ.

(41)  Ir-reġim semplifikat ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju għandu jkun estiż għat-titoli nnegozjati fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs peress li l-operaturi tagħhom huma meħtieġa skont id-Direttiva 2014/65/UE li jistabbilixxu u japplikaw regoli li jiżguraw divulgazzjoni kontinwa xierqa mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati f'dawn il-postijiet. Ir-reġim għandu wkoll japplika għall-MTFs, barra milli għas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, meta tali MTFs ikollhom rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal dawk rikjesti għas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE.

(42)  Ir-reġim semplifikat ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju għandu jkun disponibbli għall-użu biss wara li jkun għadda perjodu minimu ta' żmien mill-ammissjoni inizjali għall-kummerċ ta' klassi ta' titoli ta' emittent. Terminu ta' 18-il xahar għandu jiżgura li l-emittent ikun konformi mill-inqas darba mal-obbligu tiegħu li jippubblika rapport finanzjarju annwali skont id-Direttiva 2004/109/KE jew taħt ir-regoli tal-operatur tas-suq ta' suq tat-tkabbir tal-SMEs jew MTF b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti.

(43)  Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali għall-SMEs fl-Unjoni. Peress li kumpaniji bħal dawn normalment ikollhom bżonn li jgħollu l-ammonti relattivament aktar baxxi minn emittenti oħrajn, l-ispiża biex jitfassal prospett sħiħ jista' jkun sproporzjonatament għoli u jista' jżommhom lura milli joffru t-titoli tagħhom lill-pubbliku. Fl-istess ħin, minħabba d-daqs tagħhom u s-suċċess iqsar, l-SMEs jistgħu jwasslu għal riskju ta' investiment speċifiku meta mqabbla ma' emittenti akbar u għandhom jiddivulgaw informazzjoni suffiċjenti lill-investituri biex jieħdu d-deċiżjoni fuq l-investiment tagħhom. Barra minn dan, bil-għan li jkun inkoraġġit ir-rikors għal finanzjament mis-suq tal-kapital min-naħa tal-SMEs, dan ir-Regolament għandu jiżgura li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs huma strument promettenti biex jippermettu lill-kumpaniji iżgħar u li qed jikbru, biex jiġbru l-kapital. Is-suċċess ta' dawn il-postijiet jiddependi, madankollu, minn kemm huma attraenti għal kumpaniji ta' ċertu daqs. Analogament, l-emittenti li joffru titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali fl-Unjoni li ma jeċċedix l-EUR 20 000 000 kieku jibbenefikaw minn aċċess aktar faċli għall-finanzjament mis-swieq tal-kapital biex ikunu jistgħu jikbru u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jkunu jistgħu jiġbru l-fondi bi spejjeż li ma jkunux sproporzjonatament għoljin. Għaldaqstant, huwa opportun li dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim speċifiku proporzjonat ta' prospett tat-tkabbir UE li jkun disponibbli għall-SMEs, għall-emittenti li jagħmlu offerta ta' titoli lill-pubbliku li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq tat-tkabbir tal-SMEs kif ukoll għall-emittenti li joffru titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali fl-Unjoni li ma jeċċedix l-EUR 20 000 000. Għalhekk għandu jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-aċċess effiċjenti għan-nefqa għas-swieq finanzjarji u l-protezzjoni tal-investituri meta jiġi kkalibrat il-kontenut ta' prospett tat-tkabbir UE li japplika għall-SMEs, u r-reġim ta' divulgazzjoni speċifiku għandu għalhekk jiġi żviluppat għall-SMEs biex jintlaħaq dak l-għan. Ladarba jiġu approvati, il-prospetti tat-tkabbir UE għandhom jibbenefikaw mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament u għandhom għalhekk ikunu validi għal kwalunkwe offerta ta' titoli lill-pubbliku fl-Unjoni kollha.

(44)  L-informazzjoni ridotta meħtieġa li tiġi divulgata fil-prospetti tat-tkabbir UE għandha tiġi kkalibrata b'mod li tiffoka fuq l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti meta jsir investiment fit-titoli maħruġa u tkun teħtieġ li tiżgura l-proporzjonalità bejn id-daqs tal-kumpanija u l-ħtiġijiet tagħha għal ġbir ta' fondi, fuq naħa waħda, u l-ispiża tal-produzzjoni ta' prospett, min-naħa l-oħra. Sabiex jiġi żgurat li tali kumpaniji jkunu jistgħu jfasslu prospetti mingħajr ma jeħlu spejjeż li mhumiex proporzjonati għad-daqs tagħhom, u għaldaqstant id-daqs tal-ġbir ta' fondi tagħhom, ir-reġim tal-prospett tat-tkabbir UE għandu jkun aktar flessibbli mir-reġim li japplika għall-kumpaniji fi swieq regolati sal-punt kompatibbli mal-garanzija li l-informazzjoni ewlenija meħtieġa għall-investituri tiġi divulgata.

(45)  Ir-reġim ta' divulgazzjoni proporzjonat għall-prospetti tat-tkabbir UE m'għandux ikun disponibbli meta t-titoli jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għaliex l-investituri fi swieq regolati għandhom ikunu kunfidenti li l-emittenti li jinvestu t-titoli tagħhom ikunu soġġetti għal sett wieħed ta' regoli ta' divulgazzjoni. Għalhekk m'għandux ikun hemm standard ta' divulgazzjoni ta' żewġ livelli għall-ammissjoni ta' titoli fi swieq regolati skont id-daqs tal-emittent.

(46)  Il-prospett tat-tkabbir UE għandu jkun dokument standardizzat, li jkun faċli għall-emittenti li jimlew u għandu jkopri l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, dwar it-titoli u dwar l-offerta. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa atti delegati biex tispeċifika l-kontenut ridott u l-format tal-prospett tat-tkabbir UE standardizzat. Hija u tistabbilixxi d-dettalji tar-reġim ta' divulgazzjoni proporzjonat għall-prospetti tat-tkabbir UE, il-Kummissjoni għandha tqis il-bżonn li jiġi żgurat li l-prospett tat-tkabbir UE jkun notevolment u tassew eħfef mill-prospett sħiħ f'termini ta' piż amministrattiv u ta' spejjeż tal-ħruġ, il-bżonn li jiġi aġevolat l-aċċess għas-swieq tal-kapital għall-SMEs u tiżgura li l-fiduċja tal-investitur biex jinvesti f'tali kumpaniji, il-bżonn li jiġu minimizzati l-ispejjeż u l-piż għall-SMEs, il-bżonn li tiġi fornuta informazzjoni speċifika partikolarment rilevanti għall-SMEs, id-daqs tal-emittent u ż-żmien kemm ilu jopera, id-diversi tipi u karatteristiċi tal-offerti u d-diversi tipi ta' informazzjoni meħtieġa mill-investituri fir-rigward tat-tipi differenti ta' titoli.

(48)  L-għan primarju li jiġu inklużi fatturi ta' riskju fi prospett huwa li jiġi żgurat li l-investituri jagħmlu valutazzjoni informata ta' tali riskji u b'hekk jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment b'għarfien sħiħ tal-fatti. Il-fatturi ta' riskju għandhom għalhekk ikunu limitati għal dawk ir-riskji li jkunu sostanzjali u speċifiċi għall-emittent u t-titoli tiegħu u li huma kkorroborati mill-kontenut tal-prospett. Prospett m'għandux jinkludi fatturi ta' riskju li jkunu ġeneriċi u li jservu biss bħala dikjarazzjonijiet ta' ċaħda, għax dawn jistgħu joskuraw fatturi ta' riskju aktar speċifiċi li l-investituri għandhom ikunu konxji minnhom, u b'hekk jipprevjenu milli l-prospett jippreżenta informazzjoni f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem. L-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-ispeċifiċità u tas-sinifikat tal-fatturi ta' riskju biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rieżami tagħhom tal-fatturi ta' riskju b'tali mod li jinkoraġġixxi fattur ta' divulgazzjoni tar-riskju xieraq u ffokat mill-emittenti.

(49)  L-ommissjoni ta' informazzjoni sensittiva fi prospett għandha tkun awtorizzata f'ċerti ċirkostanzi permezz ta' deroga mogħtija mill-awtorità kompetenti sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' dannu għall-emittent.

(50)  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ħafna informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom li ġeneralment tkun disponibbli fid-dominju pubbliku. Għalhekk, meta Stat Membru jiggarantixxi offerta ta' titoli, tali informazzjoni m'hemmx bżonn li tingħata fil-prospett.

(51)  Li l-emittenti jitħallew jinkorporaw b'dokumenti ta' referenza li jkun fih l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata fi prospett jew fi prospett bażi — sakemm id-dokumenti inkorporati b'referenza jkunu ġew ippubblikati qabel elettronikament — għandha tiffaċilita l-proċedura tat-tfassil ta' prospett u tbaxxi l-ispejjeż għall-emittenti mingħajr ma tiġi pperikolata l-protezzjoni tal-investitur. Madankollu, dan l-għan tas-semplifikazzjoni u ta' tnaqqis tal-ispejjeż biex jitħejja prospett m'għandux jinkiseb għad-detriment tal-interessi l-oħra li l-prospett huwa intiż li jipproteġi, inkluża l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. Il-lingwa użata għall-informazzjoni inkorporata b'referenza għandha ssegwi r-reġim lingwistiku li japplika għall-prospetti. Informazzjoni inkorporata b'referenza tista' tirreferi għad-data storika, madankollu fejn din l-informazzjoni ma tibqax rilevanti minħabba bidla materjali, dan għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar fil-prospett u għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni aġġornata. Barra minn hekk, l-emittenti frekwenti għandhom ikunu liberi li jagħżlu li jinkorporaw kwalunkwe bidla għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali permezz ta' referenza dinamika fil-prospett. Tali referenza dinamika tiżgura li l-qarrej jirreferi dejjem għall-verżjoni l-iktar reċenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, mingħajr il-bżonn ta' suppliment. L-użu ta' referenza dinamika minflok suppliment m'għandux jaffettwa d-dritt tal-irtirar tal-investitur.

(52)  Kwalunkwe informazzjoni regolata ▌għandha tkun eliġibbli għall-inkorporazzjoni b'referenza fi prospett. L-emittenti li t-titoli tagħhom ikunu negozjati f'faċilità multilaterali tan-negozjar, u l-emittenti li huma eżenti milli jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 2004/109/KE, għandhom jitħallew ukoll jinkorporaw b'referenza fi prospett l-informazzjoni finanzjarja annwali u interim tagħhom kollha jew parzjali, ir-rapporti ta' verifika, ir-rapporti finanzjarji, ir-rapporti ta' ġestjoni jew dikjarazzjonijiet ta' governanza korporattiva, sakemm dawn ikunu ppubblikati elettronikament.

(53)  Mhux l-emittenti kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni u gwida adegwati dwar l-iskrutinju u l-proċess ta' approvazzjoni u l-passi meħtieġa li jridu jsegwu biex ikollhom prospett approvat, peress li jeżistu metodi differenti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Dan ir-Regolament għandu jelimina dawn id-differenzi billi jiġu armonizzati r-regoli li japplikaw għall-proċess ta' skrutinju u l-approvazzjoni u jissemplifika l-proċess ta' approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti kollha jsegwu metodu konverġenti meta tkun qed tiġi analizzata l-kompletezza, il-konsistenza u l-komprensibbiltà tal-informazzjoni li tinsab fi prospett. Gwida dwar kif jitolbu l-approvazzjoni ta' prospett għandha tkun disponibbli pubblikament fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti. L-ESMA għandu jkollha rwol ewlieni fit-trawwim ta' konverġenza superviżorja f'dan il-qasam billi tuża s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). B'mod partikolari, l-ESMA għandha twettaq rieżamijiet bejn il-pari li jkopru l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament fi żmien xieraq qabel ir-rieżami ta' dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tiżviluppa sistema ta' fluss ta' xogħol ċentrali li tintegra l-proċess ta' approvazzjoni tal-prospett mill-bidu sal-approvazzjoni, li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-emittenti jiġġestixxu u jimmonitorjaw it-talbiet għall-approvazzjoni online. Din is-sistema tkun tforni informazzjoni ewlenija u taħdem bħala strument għall-ESMA u għall-awtoritajiet kompetenti biex tiggwida l-konverġenza tal-proċessi u tal-proċeduri ta' approvazzjoni tal-prospett fl-Unjoni u tiżgura, fil-futur, li l-prospetti jkunu approvati bl-istess mod fl-Unjoni kollha.

(53a)   L-ESMA għandha tagħmel valutazzjoni dwar it-tfassil, il-finanzjament u l-operat ta' sistema ċentrali tal-fluss tax-xogħol fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(54)  Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq tal-Istati Membri, huwa importanti li t-tariffi mitluba mill-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni u d-depożitu tal-prospetti u d-dokumenti relatati tagħhom ikunu raġonevoli u jiġu divulgati. It-tariffi imposti fuq l-emittenti stabbiliti f'pajjiż terz għandhom jirriflettu l-piż li tali ħruġ jirrappreżenta.

(55)  Peress li l-internet jiżgura l-aċċess faċli għall-informazzjoni, u sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà aħjar għall-investituri, il-prospett approvat għandu dejjem jiġi ppubblikat f'forma elettronika. Il-prospett għandu jkun ippubblikat f'sezzjoni ddedikata tas-sit web tal-emittent, l-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, jew, fejn applikabbli, fuq is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji fejn iqiegħdu jew ibigħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu, jew fuq is-sit web tas-suq irregolat fejn wieħed ifittex l-ammissjoni għall-kummerċ, jew tal-operatur tal-faċilità multilaterali tan-negozjar, u jiġi trażmess mill-awtorità kompetenti lill-ESMA flimkien mad-data rilevanti li tippermetti l-klassifikazzjoni tiegħu. L-ESMA għandha tipprovdi mekkaniżmu tal-ħażna ċentralizzata ta' prospetti li jippermettu l-aċċess mingħajr ħlas u faċilitajiet ta' tiftix xierqa għall-pubbliku. Bil-għan li l-investituri jkollhom aċċess għal data affidabbli li tista' tintuża u tkun analizzata fil-pront u b'mod effiċjenti, l-informazzjoni ewlenija li tinsab fil-prospetti, bħan-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) u l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) li jidentifika l-emittenti, l-offerenti u l-garanti, għandha tkun leġġibbli elettronikament anki meta tintuża l-metadata. Il-prospetti għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom biex jiżguraw li dak il-perjodu tagħhom ta' disponibbiltà pubblika huwa allinjat ma' dak tar-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur skont id-Direttiva 2004/109/KE. Il-prospett għandu madankollu dejjem ikun disponibbli għall-investituri fuq mezz durevoli, mingħajr ħlas ▌fuq talba.

(56)  Huwa wkoll meħtieġ li jiġu armonizzati r-reklami sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef il-fiduċja pubblika u li jiġi ippreġudikat il-funzjonament xieraq tas-swieq finanzjarji. Is-sens ta' ġustizzja u l-preċiżjoni tar-reklami, kif ukoll il-konsistenza tagħhom mal-kontenut tal-prospett huma ta' importanza kbira għall-protezzjoni tal-investituri, inklużi investituri fil-livell tal-konsumatur. Mingħajr preġudizzju għar-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament, is-superviżjoni ta' dawn ir-reklami hija parti integrali tar-rwol tal-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir r-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma' offerta lill-pubbliku ta' titoli jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, mal-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm bżonn, l-Istat Membru ta' domiċilju għandu jassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 30(1), l-iskrutinju tar-reklmar min-naħa ta' awtorità kompetenti m'għandux jikkostitwixxi prekundizzjoni għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ fi kwalunkwe Stat Membru ospitanti.

(57)  Kull fattur ġdid sinifikanti, żball jew ineżattezza materjali li tista' tinfluwenza l-valutazzjoni tal-investiment, li jirriżultaw wara l-pubblikazzjoni tal-prospett imma qabel l-għeluq tal-offerta jew il-ftuħ ta' kummerċ f'suq regolat, għandhom jiġu vvalutati mill-investituri u għalhekk jeħtieġ l-approvazzjoni u d-disseminazzjoni ta' suppliment mal-prospett mingħajr dewmien żejjed.

(58)  Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt, it-termini rispettivi li fihom l-emittent għandu jippubblika s-suppliment għall-prospett u li fih l-investituri għandhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni tagħhom tal-offerta wara l-pubblikazzjoni ta' suppliment għandha tiġi ċċarata. Min-naħa waħda, l-obbligu li jsir suppliment għall-prospett għandu japplika sal-għeluq finali tal-perjodu tal-offerta jew il-ħin meta n-negozjar ta' tali titoli f'suq regolat ikun beda, skont liema jseħħ l-aħħar. Min-naħa l-oħra, id-dritt li aċċettazzjoni tiġi rtirata għandu japplika biss meta l-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku u l-fattur ġdid, żball jew ineżattezza jkun beda qabel l-għeluq finali tal-offerta u l-konsenja tat-titoli. Għalhekk, id-dritt tal-irtirar għandu jkun marbut mal-ħin tal-fattur ġdid, żball jew ineżattezza li jagħti lok għal suppliment, u għandu jassumi li dan l-avveniment seħħ waqt li l-offerta hija miftuħa u qabel ma t-titoli kienu mogħtija. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt, is-suppliment għall-prospett għandu jispeċifika meta jintemm id-dritt tal-irtirar. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jiffaċilitaw il-proċeduri meta l-investituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet.

(59)  L-obbligu tal-emittent li jittraduċi l-prospett kollu fil-lingwi uffiċjali kollha rilevanti jiskoraġġixxi l-offerti transkonfinali jew il-kummerċ multiplu. Biex jiġu faċilitati offerti transkonfinali, meta l-prospett jitfassal f'lingwa li hi komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, is-sommarju biss għandu jiġi tradott fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat(i) Membru/i ospitanti jew ta' domiċilju jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali użata fil-parti tal-Istat Membru fejn il-prodott ta' investiment huwa distribwit.

(60)  L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom id-dritt li jirċievu ċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju li jiddikjara illi l-prospett, jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali individwali f'każijiet li fihom tali dokument biss ikun ġie approvat, tfassal skont dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika wkoll lill-emittent jew lill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, skont il-każ, taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-prospett li huwa indirizzat lill-awtorità tal-Istat Membru ospitanti sabiex jipprovdi lill-emittent jew lill-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett jew tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, skont il-każ, iċ-ċertezza dwar jekk u meta tkun seħħet in-notifika.

(61)  Sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament se jintlaħqu kompletament, huwa wkoll meħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tiegħu titoli maħruġa minn emittenti li jkunu rregolati bil-liġijiet ta' pajjiżi terzi. ▌Sabiex jiġu żgurati skambji ta' informazzjoni u kooperazzjoni ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rigward l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi terzi. Kull trasferiment ta' data personali mwettaq abbażi ta' dawk il-ftehimiet għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(62)  Varjetà ta' awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, b'responsabbiltajiet differenti, toħloq spejjeż bla ħtieġa u duplikazzjoni ta' responsabbiltajiet mingħajr ma jkun hemm benefiċċju addizzjonali. F'kull Stat Membru għandha tinħatar awtorità kompetenti waħda sabiex tapprova l-prospetti u tassumi r-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Dik l-awtorità kompetenti għandha tiġi stabbilita bħala awtorità amministrattiva u f'tali forma li l-indipendenza tagħha mill-atturi ekonomiċi tkun garantita u sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess. Il-ħatra ta' awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta' prospett m'għandhiex teskludi l-kooperazzjoni bejn din l-awtorità kompetenti u entitajiet oħra, bħar-regolaturi bankarji u tal-assigurazzjoni jew l-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza tal-kwotazzjonijiet, bil-ħsieb li tiggarantixxi skrutinju effiċjenti u l-approvazzjoni tal-prospetti fl-interess tal-emittenti, l-investituri, il-parteċipanti fis-suq u s-swieq bl-istess mod. Id-delega tal-kompiti minn awtorità kompetenti lil entità oħra għandha tkun awtorizzata biss meta din tkun relatata mal-pubblikazzjoni tal-prospetti approvati.

(63)  Sett ta' għodod u setgħat u riżorsi effettivi għall-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jiggarantixxi l-effettività tas-superviżjoni. Dan ir-Regolament għalhekk b'mod partikolari jipprevedi sett minimu ta' setgħat superviżorji u investigattivi li għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f'konformità mad-dritt nazzjonali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati, meta d-dritt nazzjonali jkun jirrikjedi dan, permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. Meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jaġixxu b'mod oġġettiv u imparzjali u jibqgħu awtonomi fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom.

(64)  Għall-finijiet ta' sejbien ta' ksur ta' dan ir-Regolament, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaċċedu għal siti oħra minbarra r-residenzi privati ta' persuni fiżiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għal tali bini hu meħtieġ meta jkun hemm suspett raġonevoli li dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett ta' spezzjoni jew investigazzjoni ikunu fil-fatt jeżistu u jistgħu jkunu rilevanti biex jippruvaw li hemm ksur ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-aċċess għal tali bini huwa meħtieġ meta: il-persuna li għaliha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos milli tikkonforma magħha; jew meta hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa, jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba għal informazzjoni tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu.

(65)  F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 intitolata "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji" u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti ta' dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur ta' dan ir-Regolament ikun soġġett għal penali amministrattivi u miżuri adatti. Dawk il-penali u miżuri amministrattivi għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi u jiżguraw metodu komuni fl-Istati Membri u effett deterrenti. Dan ir-Regolament m'għandux jillimita l-Istati Membri milli jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi ta' livelli ogħla.

(66)  Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, dawn għandhom normalment ikunu ppubblikati ħlief jekk l-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament jidhrilha li jkun neċessarju li tintgħażel pubblikazzjoni fuq bażi anonima, sabiex tiddewwem il-pubblikazzjoni jew le tas-sanzjonijiet.

(67)  Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi u kriminali dwar l-istess ksur, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament li huwa soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali sa [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. F'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri mhumiex obbligati li jimponu kemm penali amministrattivi u kriminali għall-istess vjolazzjoni, iżda għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan jekk dan ikun permess mid-dritt nazzjonali tagħhom. Madankollu, iż-żamma ta' penali kriminali minflok penali amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tnaqqas jew taffettwa b'xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċedu għal u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali.

(68)  L-iżvelar ta' informazzjoni protetta jista' jġib informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom sabiex jidentifikaw u jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta' ksur ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti adegwati li jippermettu li l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jkun jista' jallerta lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur reali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament u biex ikunu protetti minn ritaljazzjoni.

(69)  Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut ta' informazzjoni minima tad-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 1(3) u punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(4), l-aġġustament tad-definizzjonijiet tal-Artikolu 2, ▌il-format tal-prospett, il-prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali, u l-informazzjoni speċifika li għandha tkun inkluża fil-prospett, l-informazzjoni minima li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali, l-informazzjoni ridotta li tinsab fil-prospett semplifikat fil-każ ta' ħruġ sekondarju u mill-SMEs, il-kontenut ridott u l-format speċifiċi tal-prospett tat-tkabbir UE previst f'dan ir-Regolament, ir-reklami għat-titolu li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, u l-kriterji ġenerali ta' ekwivalenza għall-prospetti mfassla mill-emittenti ta' pajjiżi terzi. Huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandu jkollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(70)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-ekwivalenza tal-leġiżlazzjonijiet tal-prospett ta' pajjiż terz, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni fuq tali ekwivalenza. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13).

(71)  L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw protezzjoni adegwata għall-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta' politika, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

(72)  Il-Kummissjoni għandha tadotta abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA, rigward il-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja essenzjali storika li għandha tiddaħħal fis-sommarju, l-iskrutinju, l-approvazzjoni, id-depożitu u r-rieżami tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-emenda jew għall-aġġornament tiegħu u l-kundizzjonijiet fil-każ li l-istatus tal-emittent frekwenti jistgħu jintilfu, l-informazzjoni li għandha tkun inkorporata b'referenza u tipi oħra ta' dokumenti mitluba skont id-dritt tal-Unjoni, il-proċeduri għall-iskrutinju u għall-approvazzjoni tal-prospett, il-pubblikazzjoni tal-prospett, l-informazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti fil-mekkaniżmu tal-ħażna mħaddem mill-ESMA, id-dispożizzjonijiet marbuta mar-reklamar, is-sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett teħtieġ suppliment għall-prospett li għandu jiġi ppubblikat, l-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fil-kuntest tal-obbligu ta' kooperazzjoni, u l-kontenut minimu tal-kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji f'pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(73)  Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ESMA għandha tkun fdata bit-tfassil ta' standards tekniċi li jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-formoli, mudelli u proċeduri bażiċi għan-notifika taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni, il-prospett, is-suppliment għall-prospett u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju, il-formoli standard, il-mudelli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u l-proċeduri u l-formoli għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.

(74)  Fl-eżerċizzju tal-poteri delegati u implimentattivi tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

   il-ħtieġa li tiġi assigurata l-fiduċja fis-swieq finanzjarji fost l-investituri fil-livell tal-konsumatur u l-SMEs billi jiġu promossi standards għoljin ta' trasparenza fis-swieq finanzjarji,
   il-ħtieġa li tikkalibra r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni ta' prospett filwaqt li tqis id-daqs tal-emittent u l-informazzjoni li emittent ikun meħtieġ li jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014,
   il-ħtieġa li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq kapitali għall-SMEs, filwaqt li tiżgura l-fiduċja tal-investituri li jinvestu f'dawn il-kumpaniji,
   il-ħtieġa li l-investituri jiġu pprovduti b'firxa wiesgħa ta' opportunitajiet ta' investiment li jikkompetu ma' xulxin u livell ta' divulgazzjoni u protezzjoni mfassla apposta skont iċ-ċirkostanzi tagħhom,
   il-ħtieġa li jiġi żgurat illi l-awtoritajiet regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b'mod konsistenti, speċjalment rigward il-ġlieda kontra d-delitti tal-kullar abjad,
   il-ħtieġa ta' trasparenza u ta' konsultazzjoni ta' livell għoli mal-parteċipanti kollha tas-swieq u mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill,
   il-ħtieġa li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji jekk dawn iridu jkunu dinamiċi u effiċjenti,
   il-ħtieġa li tiġi żgurata l-istabbiltà sistemika tas-sistema finanzjarja billi l-innovazzjoni finanzjarja tiġi mmonitorjata mill-qrib u b'mod reattiv,
   l-importanza li titnaqqas l-ispiża tal-kapital u li jiżdied l-aċċess għalih,
   il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati, fuq bażi fit-tul, l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-parteċipanti kollha tas-suq ta' kull miżura ta' implimentazzjoni,
   il-ħtieġa li titrawwem il-kompetittività internazzjonali tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni mingħajr preġudizzju għall-estensjoni tant meħtieġa tal-kooperazzjoni internazzjonali,
   il-ħtieġa li tinkiseb bażi ugwali għall-parteċipanti kollha tas-suq billi tiġi stabbilita leġiżlazzjoni tal-Unjoni kull darba li jkun xieraq,
   il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni f'dan il-qasam, minħabba li l-iżbilanċi fl-informazzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza jistgħu jipperikolaw l-operat tas-swieq u fuq kollox jagħmlu dannu lill-konsumaturi u lill-investituri żgħar.

(75)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir b'mod konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-ESMA għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(76)  Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tevalwa b'mod partikolari jekk ir-reġimi ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju u għall-SMEs, id-dokument ta' reġistrazzjoni universali u s-sommarju tal-prospett għadhomx xierqa biex jilħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-Regolament.

(77)  L-applikazzjoni tar-rekwiżiti f'dan ir-Regolament għandha tiġi ddifferita sabiex tippermetti l-adozzjoni ta' atti delegati u implimentattivi u sabiex tippermetti lill-parteċipanti fis-suq jassimilaw u jippjanaw l-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda.

(78)  Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-investitur u l-effiċjenza tas-suq filwaqt li tiġi stabbilita l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(79)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b'rispett għal dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(80)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001▌.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta' applikazzjoni

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat stabbilit fi Stat Membru.

2.  Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4, m'għandux japplika għat-tipi ta' titoli li ġejjin:

(a)  l-unitajiet maħruġa minn impriżi oħra ta' investiment kollettiv▌;

(b)  it-titoli mhux ta' ekwità maħruġa minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali ta' Stat Membru, minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(c)  l-ishma fil-kapital tal-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(d)  it-titoli ggarantiti bis-sħiħ, mingħajr kundizzjonijiet u b'mod irrevokabbli minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta' Stat Membru;

(e)  it-titoli maħruġa minn assoċjazzjonijiet bi status ġuridiku jew korpi mingħajr skop ta' lukru, rikonoxxuti minn Stat Membru, għall-finijiet li jinkiseb il-finanzjament meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom mingħajr skop ta' profitt;

(g)  ishma mhux funġibbli ta' kapital li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdu lid-detentur bi dritt li jokkupa appartament, jew għamla oħra ta' proprjetà immobbli jew parti minnha u meta l-ishma ma jkunux jistgħu jinbiegħu lil ħaddieħor mingħajr ma jirrinunzja dan id-dritt;

(i)  titoli mhux ta' ekwità maħruġa b'manjiera ssuktata jew imtennija mill-istituzzjoni ta' kreditu, fejn il-korrispettiv totali aggregat fl-Unjoni għat-titoli offruti ikun inqas minn EUR 75 000 000 għal kull istituzzjoni ta' kreditu fuq perjodu ta' 12-il xahar, sakemm dawn it-titoli:

(i)  ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli;

(ii)  ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta' titoli u li ma jkunux marbuta ma' strument derivattiv.

3.  Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4, m'għandux japplika għal kwalunkwe mit-tipi ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku li ġejjin:

(a)  indirizzati lill-investituri kkwalifikati biss;

(b)  indirizzati lil inqas minn 350 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru u f'total ta' mhux aktar minn 4 000 persuna fiżika jew ġuridika fl-Unjoni għajr għall-investituri kkwalifikati jew investituri oħrajn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(c)  indirizzati lill-investituri li jiksbu titoli għal ammont totali ta' mill-inqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata;

(d)  ▌b'korrispettiv totali fl-Unjoni ta' inqas minn EUR 1 000 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar;

(e)  l-ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta' dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

(f)  titoli offruti b'konnessjoni ma' akkwiżizzjoni permezz ta' offerta ta' skambju, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi l-operazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(g)  titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun hemm disponibbli dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-tranżazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(h)  id-dividendi mħallsa lill-azzjonisti eżistenti fl-għamla ta' ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;

(i)  titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata, li tinsab fl-Unjoni jew le, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-assenjazzjoni.

L-Istati Membri ma għandhomx jestendu r-rekwiżit tat-tfassil ta' prospett skont dan ir-Regolament għall-offerti ta' titoli msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jastjenu milli jimponu fuq tali tipi ta' offerti ta' titoli rekwiżiti ta' divulgazzjoni oħrajn li jistgħu jikkostitwixxu piż sproporzjonat jew bla bżonn. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni applikati fil-livell nazzjonali, jekk eżistenti, inkluż it-test tad-dispożizzjonijiet rilevanti.

4.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)  titoli funġibbli ma' titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, sakemm dawn jirrappreżentaw, fuq perjodu ta' 12-il xahar, inqas minn 20 fil-mija tan-numru ta' ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

(b)  ishma li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti minn titoli oħra, meta l-ishma li jirriżultaw huma tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, sakemm l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, matul perjodu ta' 12-il xahar, inqas minn 20 fil-mija tan-numru ta' ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat. Jekk il-prospett tfassal skont dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2003/71/KE fil-mument tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma, jew jekk it-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tal-ishma li jirriżultaw minkejja l-proporzjon tagħhom fir-rigward tan-numru ta' ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat.

(c)  ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, meta l-ħruġ ta' tali ishma ma jinvolvix xi żieda fil-kapital maħruġ;

(d)  titoli offruti b'konnessjoni ma' akkwiżizzjoni permezz ta' offerta ta' skambju, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi l-operazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(e)  titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi l-operazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(f)  l-ishma offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi mħallsa fl-għamla ta' ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm l-ishma msemmija jkunu tal-istess klassi bħal ishma diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew assenjazzjoni;

(g)  titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew impriża affiljata, li tinsab fl-Unjoni jew le, sakemm it-titoli msemmija jkunu tal-istess klassi bħat-titoli diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar in-numru u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew assenjazzjoni;

(h)  ishma diġà ammessi għall-kummerċ f'suq ieħor regolat, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)  li dawn it-titoli, jew titoli tal-istess klassi, ikunu ġew ammessi għall-kummerċ fis-suq l-ieħor regolat għal iktar minn 18-il xahar;

(ii)  li, għal titoli ammessi l-ewwel għall-kummerċ f'suq regolat wara l-1 ta' Lulju 2005, l-ammissjoni għall-kummerċ f'dan is-suq regolat ieħor kienet suġġetta għal prospett approvat u ppubblikat skont id-Direttiva 2003/71/KE;

(iii)  li, ħlief fejn il-punt (ii) japplika, għat-titoli ammessi għall-ewwel darba għall-kwotazzjoni wara t-30 ta' Ġunju 1983, id-dettalji tal-kwotazzjoni kienu ġew approvati skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE(16) jew id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17);

(iv)  li jkunu sodisfatti l-obbligi kontinwi għall-kummerċ f'dan is-suq l-ieħor regolat; u

(v)  li persuna li titlob l-ammissjoni ta' titolu għall-kummerċ f'suq regolat skont din l-eżenzjoni tforni lill-pubbliku fl-Istat Membru tas-suq regolat meta l-ammissjoni għall-kummerċ tkun qed tintalab, bil-mod iddikjarat f'dan Artikolu 20(2), dokument li l-kontenut tiegħu jkun konformi mal-Artikolu 7, li jkun imfassal f'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tas-suq regolat meta l-ammissjoni tkun qed tintalab. Id-dokument għandu jiddikjara minn fejn il-prospett l-iktar reċenti jista' jinkiseb u fejn l-informazzjoni finanzjarja ppubblikata mill-emittent skont l-obbligi ta' divulgazzjoni tiegħu tkun disponibbli.

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 li jistabbilixxi l-kontenut ta' informazzjoni minima tad-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-paragrafu 3 u l-punti (d) u​(e) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)  "titoli" tfisser titoli trasferibbli kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE bl-eċċezzjoni ta' strumenti tas-suq monetarju kif definit mill-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE, li jkollhom maturità ta' inqas minn 12-il xahar;

(b)  "titoli ta' ekwità" tfisser l-ishma u t-titoli l-oħra trasferibbli ekwivalenti għall-ishma fil-kumpaniji, kif ukoll kull tip ieħor ta' titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati t-titoli msemmija hawn fuq bħala konsegwenza tal-konverżjoni jew tal-eżerċizzju tad-drittijiet ikkonferiti minnhom, sakemm it-titoli tat-tip tal-aħħar jinħarġu minn emittent tal-ishma sottostanti jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tal-imsemmi emittent;

(c)  "titoli mhux ta' ekwità" tfisser it-titoli kollha li mhumiex titoli ta' ekwità;

(d)  "offerta tat-titoli lill-pubbliku" tfisser komunikazzjoni lil persuni f'kull għamla u b'kull mezz, li tippreżenta informazzjoni biżżejjed dwar il-kundizzjonijiet tal-offerta u dwar it-titoli li jkunu sejrin jiġu offerti, hekk li jgħinu lill-investitur jiddeċiedi jixtrix jew jissottoskrivix dawn it-titoli. Din id-definizzjoni tapplika wkoll għat-tqegħid tat-titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji;

(e)  "investituri kwalifikati" tfisser persuni jew entitajiet li huma elenkati fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE, u persuni jew entitajiet li huma, fuq talba, ittrattati bħala klijenti professjonisti skont it-Taqsima II tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE, jew rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE sakemm ma jkunux talbu li jiġu ttrattati bħala klijenti mhux professjonisti. Fuq talba, id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkomunikaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom lill-emittent bla preġudizzju għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.

(f)  "impriżi żgħar u ta' daqs medju" ("SMEs") tfisser jew

–  kumpaniji, li, skont il-kontijiet annwali jew ikkonsolidati tagħhom, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja ta' inqas minn 250, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx it-EUR 43 000 000 u fatturat nett annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 000 000; jew

–  impriżi żgħar u ta' daqs medju kif definiti fl-Artikolu 4(1)(13) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(g)  "istituzzjoni ta' kreditu" tfisser impriża kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18);

(h)  "emittent" tfisser persuna ġuridika li toħroġ jew tipproponi li toħroġ it-titoli;

(i)  "offerent" tfisser persuna ġuridika jew fiżika li toffri t-titoli lill-pubbliku;

(j)  "suq regolat" tfisser suq regolat kif definit bl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(k)  "reklam" tfisser avviżi:

–  dwar offerta speċifika ta' titoli għall-pubbliku ▌jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

–  ippubblikata minn jew f'isem l-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew il-garanti; u

–  li jfittxu li jippromwovu speċifikament is-sottoskrizzjoni potenzjali jew l-akkwiżizzjoni ta' titoli.

(l)  "informazzjoni regolata" tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kwalunkwe persuna oħra li applikat għall-ammissjoni għall-kummerċ ta' titoli f'suq regolat mingħajr il-kunsens tal-emittent, huwa meħtieġ jiddivulga, fl-ambitu tad-Direttiva 2004/109/KE jew tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru adottati skont l-Artikolu 2(1)(k) ta' dik id-Direttiva u skont l-Artikoli 17 u 19 jew tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(m)  "Stat Membru ta' domiċilju" tfisser:

(i)  għal dawk kollha li joħorġu titoli stabbiliti fl-Unjoni li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(ii)  għal kull ħruġ ta' titoli mhux ta' ekwità li d-denominazzjoni għal kull unità tammonta għal mill-inqas EUR 1 000, u għal kull ħruġ ta' titoli mhux ta' ekwità li jagħti d-dritt li jakkwistaw kwalunkwe titolu trasferibbli jew li jirċievu ammont fi flus kontanti, bħala konsegwenza li dawn ikunu ġew konvertiti jew id-drittijiet ikkonferiti minnhom jiġu eżerċitati, bil-kundizzjoni li l-emittent tat-titoli mhux ta' ekwità ma jkunx l-emittent tat-titoli sottostanti jew entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent tal-aħħar, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew meta t-titoli kienu jew ikunu ser jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed tagħmel it-talba għall-ammissjoni. L-istess għandu japplika għat-titoli mhux ta' ekwità f'munita oħra għajr l-euro, sakemm il-valur ta' tali denominazzjoni minima jkun ta' kważi EUR 1 000;

(iii)  għall-emittenti kollha ta' titoli stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru meta t-titoli jkunu intiżi li jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba jew meta tkun saret l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni, soġġett għall-għażla sussegwenti ta' emittenti stabbiliti f'pajjiż terz f'waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

–  fejn l-Istat Membru ta' domiċilju ma jkunx ġie stabbilit mill-għażla ta' dawn l-emittenti,

–  skont il-punt (1)(i)(iii) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/109/KE;

(n)  "Stat Membru ospitanti" tfisser Stat Membru fejn issir l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew fejn tkun qed tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ta' domiċilju;

(na)   "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità nominata minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 29, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament;

(o)  "impriża ta' investiment kollettiv▌'' tfisser impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) awtorizzati skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) u fondi ta' investiment alternattivi (AIFs) skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20);

(p)  "unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv" tfisser titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f'din l-impriża fuq l-assi tagħha;

(q)  "approvazzjoni" tfisser l-att pożittiv mar-riżultat tal-iskrutinju mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju rigward il-kompletezza, il-konsistenza u kemm tinftiehem l-informazzjoni mogħtija fil-prospett;

(r)  "prospett bażi" tfisser prospett li jkun konformi mal-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, u, skont l-għażla tal-emittent, il-kundizzjonijiet finali tal-offerta;

(s)  "ġranet ta' xogħol', għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tfisser ġranet tax-xogħol tal-awtorità ▌kompetenti rilevanti esklużi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi, kif iddefinit mid-dritt nazzjonali applikabbli għal tali awtorità nazzjonali kompetenti;

(t)  "faċilità multilaterali tan-negozjar" tfisser sistema multilaterali kif definita fl-Artikolu 4(1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(u)  "suq tat-tkabbir tal-SMEs" tfisser suq tat-tkabbir tal-SMEs kif definit fl-Artikolu 4(1)(12) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(v)  "emittent ta' pajjiż terz" tfisser emittent stabbilit f'pajjiż terz.

(va)   "mezz durevoli" tfisser kwalunkwe strument li:

(i)   jippermetti lil klijent jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b'mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(ii)   jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna.

2.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 biex tispeċifika xi elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għajr id-definizzjoni ta' "impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)" fil-punt (f) tal-paragrafu 1, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni fis-swieq nazzjonali differenti, ▌ il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ▌kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi.

Artikolu 3

Obbligu ta' pubblikazzjoni ta' prospett u eżenzjoni

1.  It-titoli għandhom ikunu offruti lill-pubbliku fl-Unjoni biss wara l-pubblikazzjoni minn qabel tal-prospett skont dan ir-Regolament.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżenta l-offerta ta' titoli lill-pubbliku mill-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fil-paragrafu 1 sakemm il-korrispettiv totali tal-offerta fl-Unjoni ma jeċċedix il-EUR 5 000 000 kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar,

L-offerti pubbliċi li jsiru fil-qafas tal-eżenzjoni stabbilita skont l-ewwel subparagrafru:

(a)   m'għandhomx jibbenefikaw mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament u għalhekk m'għandhomx japplikaw l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament;

(b)   għandu jkun fihom indikazzjoni ċara li l-offerta pubblika ma għandhiex naturali transkonfinali; u

(c)   ma għandhomx jissolleċitaw b'mod attiv lill-investituri barra l-Istat Membru msemmijin fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'kull deċiżjoni meħuda skont l-ewwel subparagrafu u l-limitu minimu magħżul għall-korrispettiv totali msemmi fiha.

3.  It-titoli għandhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat stabbilit fl-Unjoni biss wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta' prospett.

3a.   Sabiex jitqiesu l-movimenti tar-rata tal-kambju, inklużi l-inflazzjoni u r-rati tal-kambju ta' valuti oħra għajr l-euro, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 42, miżuri li jispeċifikaw il-limitu minimu stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Prospett volontarju

Meta offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni ta' titoli għall-kummerċ f'suq regolat ma taqax fl-ambitu ta' dan ir-Regolament kif speċifikat fl-Artikolu 1, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandu jkollha d-dritt li volontarjament tfassal prospett jew prospett tat-tkabbir UE, skont il-każ, skont dan ir-Regolament.

Tali prospett, imfassal fuq bażi volontarja, approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kif stabbilit skont l-Artikolu 2(1)(m), għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi previsti fil-prospett meħtieġ minn dan ir-Regolament u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, taħt is-superviżjoni ta' dik l-awtorità kompetenti.

Artikolu 5

Il-bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli

Kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli li qabel kienu s-suġġett ta' tip wieħed jew aktar ta' offerta ta' titoli esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(3) għandu jitqies bħala offerta separata u d-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(d) għandha tapplika sabiex ikun stabbilit jekk dan il-bejgħ mill-ġdid huwiex offerta ta' titoli għall-pubbliku. It-tqegħid tat-titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji għandu jkun soġġett għall-pubblikazzjoni ta' prospett fejn l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(3) ma jkunu sodisfatti għat-tqegħid finali.

L-ebda prospett addizzjonali m'għandu jkun meħtieġ fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti bħal dan ta' titoli jew tqegħid finali ta' titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji sakemm prospett validu jkun disponibbli skont l-Artikolu 12 u l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu permezz ta' ftehim bil-miktub.

KAPITOLU II

IT-TFASSIL TAL-PROSPETT

Artikolu 6

Il-prospett

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 17(2), il-prospett għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti u neċessarja li investitur ikun, raġonevolment, jeħtieġ fir-rigward ta' investiment f'titoli bil-għan li jkun jista' jagħmel valutazzjoni informata:

(a)   tal-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja, il-profitt u t-telf, u l-prospettivi tal-emittent u ta' kull garanti; u

(b)   tad-drittijiet marbuta ma' dawn it-titoli.

Dik l-informazzjoni għandha tkun imfassla u ippreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u tista' tvarja skont:

(a)   in-natura tal-emittent;

(b)   it-tip ta' titoli;

(c)   iċ-ċirkostanzi tal-emittent;

(d)   jekk ikun il-każ, it-tip ta' investitur fil-mira tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ, l-għarfien li x'aktarx ikollu dan it-tip ta' investitur, u s-suq li fih it-titoli għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ;

(e)   kwalunkwe informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-investituri lil hinn mill-obbligi imposti fuq l-emittent tat-titoli skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni jew ir-regoli ta' kwalunkwe awtorità kompetenti jew ċentru tan-negozjar li fihom it-titoli tal-emittent ikunu elenkati jew ammessi għall-kummerċ jew permezz tagħhom u li jista' jinkiseb aċċess għalihom permezz ta' mekkaniżmu maħtur uffiċjalment kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE;

(f)   l-applikabbiltà ta' kwalunkwe reġim ta' divulgazzjoni semplifikat jew proporzjonat kif stabbilit fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15.

2.  L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat jistgħu jfasslu l-prospett bħala dokument uniku jew bħala dokumenti separati.

Prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f'dokument tar-reġistrazzjoni, nota tat-titoli u s-sommarju, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(7) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1). Id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-emittent. In-nota dwar it-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni li tirrigwarda t-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

Artikolu 7

Is-sommarju tal-prospett

1.  Il-prospett għandu jinkludi sommarju li jipprovdi l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, il-garanti u t-titoli li qed jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar f'suq regolat, u li, għandu jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett biex jgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f'dawn it-titoli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-prospett jikkonċerna l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' titoli mhux ta' ekwità offruti biss lil investituri kwalifikati, m'għandu jinħtieġ l-ebda sommarju.

2.  Il-kontenut tas-sommarju għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett u għandu jkun konsistenti mal-partijiet l-oħra tal-prospett.

3.  Is-sommarju għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b'mod konċiż u ta' massimu ta' sitt faċċati ta' folja A4 meta stampat.

F'każijiet eċċezzjonali biss iżda, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-emittent ifassal sommarju itwal sa massimu ta' 10 faċċati ta' folja A4 meta stampat, li fiha l-kumplessità tal-attivitajiet tal-emittent, in-natura tal-ħruġ, jew in-natura tat-titoli maħruġa teħtieġ hekk, u meta jokkorri r-riskju li l-investitur jiġi żgwidat mingħajr l-informazzjoni addizzjonali definita fis-sommarju bħala riżultat.

Is-sommarju għandu:

(a)  jiġi ppreżentat u strutturat b'mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta' tipa li tinqara;

(b)  ikun miktub f'lingwaġġ u stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b'mod partikolari, li l-lingwaġġ ikun ċar, mhux tekniku, konċiż u li jinftiehem għat-tip ta' investituri kkonċernati.

4.  Is-sommarju għandu jkun magħmul mill-erba' taqsimiet li ġejjin:

(a)  introduzzjoni li tinkludi t-twissijiet ġenerali u speċifiċi, inkluża l-portata tat-telf eventwali għall-investituri fl-agħar każ possibbli;

(b)  informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed tagħmel it-talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

(c)  informazzjoni ewlenija fuq it-titoli;

(d)  informazzjoni ewlenija dwar l-offerta nnifisha u/jew l-ammissjoni għall-kummerċ.

5.  L-introduzzjoni tas-sommarju għandu jkun fiha:

(a)   l-isem u n-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tat-titoli;

(b)   l-identità u d-dettalji tal-emittent, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tiegħu;

(c)   l-identità u d-dettalji tal-offerent, inkluż il-LEI tiegħu jekk l-offerent ikollu personalità ġuridika, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni;

(d)   l-identità u d-dettalji tal-awtorità kompetenti ta' domiċilju u d-data tad-dokument.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta l-prospett ikun jikkonsisti minn dokumenti separati approvati minn awtoritajiet kompetenti differenti, l-introduzzjoni tas-sommarju għandha tidentifika l-awtoritajiet kompetenti kollha kif ukoll tforni d-dettalji tal-kuntatt tagħhom.

Dan għandu jkun fih twissijiet li:

(a)  il-ġabra fil-qosor għandha tinqara bħala introduzzjoni għall-prospett;

(b)  kull deċiżjoni ta' investiment fit-titoli għandha tiġi bbażata fuq kunsiderazzjoni tal-prospett sħiħ mill-investitur;

(c)  meta jsir appell li jkollu x'jaqsam mat-tagħrif li jkun jinsab fi prospett jitressaq quddiem il-qorti, l-investitur rikorrenti jista', skont id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, jkollu jbati l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċeduri legali;

(d)  ir-responsabbiltà ċivili tinkombi biss lil dawk il-persuni li jkunu intavolaw is-sommarju, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, iżda biss fejn is-sommarju jkun iqarraq, ineżatt jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew fejn dan ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, l-informazzjoni ewlenija sabiex tgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli.

6.  Is-sezzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "Min hu l-emittent tat-titoli?", deskrizzjoni qasira tal-emittent tat-titoli, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:

–  id-domiċilju u l-forma ġuridika tiegħu, l-identifikatur LEI tiegħu, il-leġiżlazzjoni li taħtha dan jopera u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni tiegħu;

–  l-attivitajiet prinċipali tiegħu;

–  l-azzjonisti ewlenin tiegħu, inkluż jekk ikunx direttament jew indirettament immexxi jew ikkontrollat u minn min;

–  l-identità tad-diretturi eżekuttivi ewlenin tiegħu u tal-bord tad-diretturi;

–  l-identità tal-awdituri statutorji tiegħu.

(b)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "X'inhi l-informazzjoni finanzjarja prinċipali li tirrigwarda l-emittent?" għażla ta' informazzjoni finanzjarja ewlenija storika, inkluż​fejn applikabbli informazzjoni pro forma, ippreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kull perjodu finanzjarju interim sussegwenti akkumpanjat minn data komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja preċedenti. L-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ għandha tiġi approvata bil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ tat-tmiem tas-sena.

(c)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għall-emittent?" deskrizzjoni qasira ta' mhux aktar minn 10 mill-fatturi ta' riskju sinifikanti l-aktar speċifiċi għall-emittent li jinsabu fil-prospett inklużi, partikolarment, ir-riskji operattivi u ta' investiment.

7.  Is-sezzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "X'inhuma l-karatteristiċi ewlenin tat-titoli?", deskrizzjoni qasira tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment inklużi mill-inqas:

–  it-tip u l-klassi tagħhom, l-ISIN tagħhom, il-valuta tagħhom, id-denominazzjoni, il-valur nominali, in-numru ta' titoli maħruġa, it-terminu tat-titoli;

–  id-drittijiet marbuta mat-titoli ;

–  is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza, inkluża, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u t-trattament tagħhom fil-każ ta' riżoluzzjoni fl-ambitu tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD);

–  kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli;

–  fejn applikabbli, il-politika tad-dividendi jew ħlas.

(b)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "Fejn se jiġu nnegozjati t-titoli?", indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew hux se jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew għall-kummerċ f'faċilità multilaterali tan-negozjar u l-identità tas-swieq kollha fejn it-titoli huma jew se jiġu nnegozjati.

(c)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "Hemm garanzija mehmuża mat-titoli?" deskrizzjoni qasira tan-natura u l-ambitu tal-garanzija, jekk ikun hemm, kif ukoll deskrizzjoni qasira tal-garanti, inkluż il-LEI tiegħu.

(d)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għat-titoli?" deskrizzjoni qasira ta' mhux aktar minn 10 mill-fatturi ta' riskju sinifikanti l-aktar speċifiċi għat-titoli, li jinsabu fil-prospett.

Meta dokument ta' informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21), l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tagħmel it-talba għall-ammissjoni jistgħu jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f'dan paragrafu bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (b) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. F'dak il-każ u meta sommarju wieħed ikopri diversi titoli li jvarjaw biss f'xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 8(8), il-limitu tat-tul stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż bi 3 faċċati addizzjonali ta' folja A4 għal kull titolu addizzjonali.

8.  Is-sezzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  taħt is-subsezzjoni bit-titolu "Taħt liema kundizzjonijiet u kalendarju nista' ninvesti f'dan it-titolu?", fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet ġenerali, il-kundizzjonijiet u l-kalendarju mistenni tal-offerta, id-dettalji tal-ammissjoni għall-kummerċ, il-pjan ta' distribuzzjoni, l-ammont u l-perċentwali ta' dilwizzjoni immedjata li tirriżulta mill-offerta u l-istima tal-ispejjeż totali tal-ħruġ u/jew offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li se jintalbu lill-investitur mill-emittent jew l-offerent.

(b)  taħt it-taqsima bit-titolu "Għaliex għandu l-emittent jipproduċi dan il-prospett?" deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet għall-offerta jew għall-ammissjoni għall-kummerċ, kif ukoll l-użu u l-ammont nett stmat tar-rikavat.

9.  Taħt kull sezzjoni deskritta fil-paragrafi 6, 7 u 8, l-emittent jista' jżid subintestaturi fejn ikun meħtieġ.

10.  Is-sommarju m'għandux ikun fih kontroreferenzi għall-partijiet l-oħra tal-prospett jew jinkorpora fih tagħrif b'referenza.

11.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija storika msemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 6, filwaqt li tqis id-diversi tipi ta' titoli u emittenti u tiżgura li l-informazzjoni mogħtija tkun qasira, konċiża u tinftiehem.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Il-prospett bażi

1.  Għal titoli mhux ta' ekwità, il-prospett jista', skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jikkonsisti fi prospett bażi li jkun fih l-informazzjoni rilevanti ▌li tikkonċerna l-emittent u t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

2.  Il-prospett bażi għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)  lista tal-informazzjoni li se tkun inkluża fil-kundizzjonijiet finali tal-offerta;

(b)  mudell, intitolat "formola tal-kundizzjonijiet finali", li għandu jimtela għal kull ħruġ individwali;

(c)  l-indirizz tas-sit web fejn il-kundizzjonijiet finali se jkunu ppubblikati.

3.  Il-kundizzjonijiet finali għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta' dokument separat jew għandhom ikunu inklużi fil-prospett bażi jew f'suppliment tiegħu. Il-kundizzjonijiet finali għandhom jitħejjew f'forma faċilment analizzabbli u komprensibbli.

Il-kundizzjonijiet finali għandhom jinkludu biss informazzjoni relatata man-nota tat-titoli u m'għandhomx jintużaw biex iservu ta' suppliment tal-prospett bażi. L-Artikolu 17(1)(a) għandu japplika f'każijiet bħal dawn.

4.  Meta l-kundizzjonijiet finali la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f'suppliment, l-emittent għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 20 u jiddepożitahom għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kemm jista' jkun malajr qabel il-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ.

Għandha tiddaħħal fil-kundizzjonijiet finali dikjarazzjoni ċara u prominenti li tindika:

(a)  li l-kundizzjonijiet finali jkunu ġew ippreparati għall-għan ta' dan ir-Regolament u għandhom jinqraw flimkien mal-prospett bażi u s-suppliment(i) tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni kollha rilevanti;

(b)  fejn il-prospett bażi u s-suppliment(i) tiegħu jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 20;

(c)  li sommarju tal-ħruġ individwali jkun l-anness għall-kundizzjonijiet finali.

5.  Prospett bażi jista' jitfassal bħala dokument wieħed jew bħala dokumenti separati.

Meta l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat qabel tkun iddepożitat dokument ta' reġistrazzjoni għal tip partikolari ta' titoli mhux ta' ekwità, jew dokument ta' reġistrazzjoni universali kif definit fl-Artikolu 9, u, fi stadju aktar tard, jagħżel li jfassal prospett bażi, il-prospett bażi għandu jikkonsisti f'dan li ġej:

(a)  l-informazzjoni inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni, jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali;

(b)  l-informazzjoni li kieku kellha tiġi inkluża fin-nota tat-titoli rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet finali meta l-kundizzjonijiet finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi.

6.  L-informazzjoni speċifika dwar kull wieħed mit-titoli differenti inklużi fi prospett bażi għandha tkun segregata b'mod ċar.

7.  Is-sommarju għandu jitfassal biss meta l-kundizzjonijiet finali jkunu inklużi fil-prospett bażi skont il-paragrafu 3 jew iddepożitati u tali sommarju għandu jkun speċifiku għall-ħruġ individwali.

8.  Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun soġġett għall-istess ħtiġijiet bħall-kundizzjonijiet finali, kif stabbiliti f'dan l-Artikolu, u għandhom ikunu annessi magħhom.

Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jikkonforma mal-Artikolu 7 u għandu jipprovdi l-informazzjoni ewlenija tal-prospett bażi u tal-kundizzjonijiet finali. Għandu jkun fih dan li ġej:

(a)  l-informazzjoni tal-prospett bażi li hija rilevanti biss għall-ħruġ individwali, inkluża l-informazzjoni essenzjali fuq l-emittent;

(b)  l-għażliet li jkunu jinsabu fil-prospett bażi li huma rilevanti biss għall-ħruġ individwali kif determinat fil-kundizzjonijiet finali;

(c)  l-informazzjoni rilevanti mogħtija fil-kundizzjonijiet finali li preċedentement kienet tħalliet barra fil-prospett bażi.

Meta l-kundizzjonijiet finali jirreferu għal diversi titoli li huma differenti biss f'ċerti dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data ta' maturità, sommarju wieħed tal-ħruġ individwali jista' jiġi mehmuż ma' dawk it-titoli kollha, sakemm l-informazzjoni li tirreferi għat-titoli differenti tkun segregata b'mod ċar.

9.  L-informazzjoni li tinsab fil-prospett bażi għandha tkun supplimentata, fejn meħtieġ, skont l-Artikolu 22, b'informazzjoni aġġornata fuq l-emittent u rigward it-titoli li jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

10.  Offerta lill-pubbliku tista' tkompli wara l-iskadenza tal-prospett bażi li taħtu kienet bdiet sakemm il-prospett bażi sussegwenti jiġi approvat sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti. Il-kundizzjonijiet finali ta' offerta bħal din għandu jkollhom twissija prominenti fuq l-ewwel paġna tagħhom li tindika l-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti u fejn il-prospett bażi sussegwenti se jkun ippubblikat. Il-prospett bażi sussegwenti għandu jinkludi jew jinkorpora b'referenza l-formola tal-kundizzjonijiet finali tal-prospett bażi inizjali u jirreferi għall-kundizzjonijiet finali rilevanti għall-offerta kontinwa.

Id-dritt tal-irtirar mogħti skont l-Artikolu 22(2) għandu japplika wkoll għall-investituri li jkunu qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli matul il-perjodu tal-validità tal-prospett bażi preċedenti, ħlief jekk it-titoli jkunu diġà ngħataw lilhom.

Artikolu 9

Dokument ta' reġistrazzjoni universali

1.  Kwalunkwe emittent li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru u li t-titoli tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar jista' jfassal għal kull sena finanzjarja dokument ta' reġistrazzjoni fil-forma ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali li jiddeskrivi l-organizzazzjoni, l-attività tal-kumpanija, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospettivi, il-governanza u l-istruttura tal-ishma.

2.  Kwalunkwe emittent li jagħżel li jfassal dokument ta' reġistrazzjoni universali għal kull sena finanzjarja għandu jippreżentah għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4 u 5 tal-Artikolu 19.

Wara li l-emittent kellu dokument ta' reġistrazzjoni universali approvat mill-awtorità kompetenti għal sentejn finanzjarji konsekuttivi, id-dokumenti ta' reġistrazzjoni universali sussegwenti jew l-emendi ta' tali dokumenti ta' reġistrazzjoni universiali, jistgħu jiġu ddepożitati għand l-awtorità kompetenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, sakemm dawn l-emendi jikkonċernaw ommissjoni, jew żball materjali jew ineżattezza, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent.

Meta l-emittent wara jonqos milli jiddepożita dokument ta' reġistrazzjoni universali għal sena finanzjarja waħda, il-benefiċċju tad-depożitu mingħajr l-approvazzjoni jintilef u d-dokumenti kollha sussegwenti ta' reġistrazzjoni universali għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni sakemm il-kundizzjoni tat-tieni subparagrafu terġa' tkun sodisfatta.

3.  L-emittenti li, qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kellhom ċertifikat tar-reġistrazzjoni, imfassal skont l-Anness I jew XI tar-Regolament (KE) Nru 809/2004(22), approvat minn awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn konsekuttivi u li wara ġie ddepożitat, skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/71/KE, jew fejn tali dokument ta' reġistrazzjoni ġie approvat kull sena, għandhom ikunu awtorizzati biex jiddepożitaw dokument ta' reġistrazzjoni universali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.  Ladarba jkun ġie approvat jew iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni, id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll l-emendi tiegħu msemmija fil-paragrafi 7 u 9, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed u skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 20.

5.  Id-dokument ta' reġistrazzjoni universali għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-lingwa stipulati fl-Artikolu 25.

6.  L-informazzjoni tista' tkun inkorporata b'referenza f'dokument ta' reġistrazzjoni universali fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18.

7.  Wara d-depożitu jew l-approvazzjoni ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali, l-emittent jista' f'kull mument jaġġorna l-informazzjoni li jkun fih billi jibgħat emenda għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali tiegħu lill-awtorità kompetenti.

8.  L-awtorità kompetenti tista' f'kull mument tirrieżamina l-kontenut ta' kull dokument ta' reġistrazzjoni universali li jkun ġie ddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, kif ukoll il-kontenut tal-emendi tiegħu.

Ir-rieżami mill-awtorità kompetenti għandu jikkonsisti fl-iskrutinju tal-kompletezza, il-konsistenza u l-komprensibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali u l-emendi tiegħu.

9.  Meta l-awtorità kompetenti, matul ir-rieżami, tikkonstata li d-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma jissodisfax l-istandards ta' kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza, u/jew li l-emendi jew l-informazzjoni supplimentari huma neċessarji, din għandha tinnotifika lill-emittent.

Talba għal emenda jew informazzjoni supplimentari indirizzata mill-awtorità kompetenti lill-emittent għandha tiġi kkunsidrata biss mill-emittent fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali sussegwenti ddepożitat għas-sena finanzjarja ta' wara, ħlief meta l-emittent jixtieq juża dokument ta' reġistrazzjoni universali bħala parti kostituttiva ta' prospett ippreżentat għall-approvazzjoni. F'dak il-każ, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(5).

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-emittent li l-emenda tiegħu tikkonċerna ommissjoni jew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-emittent għandu jiddepożita emenda fil-konfront tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali mingħajr dewmien żejjed.

10.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 7 u 9 għandhom japplikaw biss meta d-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma jintużax bħala parti kostituttiva ta' prospett. Kull meta dokument ta' reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostituttva ta' prospett, ir-regoli biss tal-Artikolu 22 li jissupplimentaw il-prospett għandhom japplikaw mill-mument meta l-prospett jiġi approvat sal-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, skont il-każ kif ikun, il-mument meta l-kummerċ f'suq regolat jibda, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar.

11.  L-emittent li jissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 għandu jkollu l-istatus ta' emittent frekwenti u għandu jibbenefika mill-proċess ta' approvazzjoni aktar mgħaġġel deskritt fl-Artikolu 19(5), sakemm:

(a)  meta kull dokument ta' reġistrazzjoni universali jiġi ddepożitat jew ippreżentat għall-approvazzjoni, l-emittent jipprovdi konferma bil-miktub lill-awtorità kompetenti li l-informazzjoni regolata kollha li hija meħtieġa li tiġi divulgata skont id-Direttiva 2004/109/KE, jekk applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tkun ġiet iddepożitata u ppubblikata skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dawk l-atti; u

(b)  meta l-awtorità kompetenti twettaq ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 8, l-emittent għandu jemenda d-dokument ta' reġistrazzjoni universali tiegħu skont l-arranġamenti stabbiliti fil-paragrafu 9.

Meta xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma tiġix sodisfatta mill-emittent, l-istatus ta' emittent frekwenti jintilef.

12.  Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitat għand jew approvat mill-awtorità kompetenti jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, u dan ikun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata fir-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23), l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju annwali previst minn dan l-Artikolu.

Meta d-dokument ta' reġistrazzjoni universali, jew emenda tiegħu, jiġi ddepożitat għand jew approvat mill-awtorità kompetenti u jsir pubbliku mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u fih ikun hemm l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi divulgata fir-rapport finanzjarju ta' nofs is-sena msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju ta' nofs is-sena previst skont dak l-Artikolu.

Fil-każijiet deskritti taħt l-ewwel jew it-tieni subparagrafu, l-emittent:

(a)  għandu jinkludi fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali lista b'kontroreferenzi li tidentifika fejn kull punt meħtieġ fir-rapporti finanzjarji annwali u ta' nofs is-sena jistgħu jinstabu fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali;

(b)  għandu jiddepożita dokument ta' reġistrazzjoni universali skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2004/109/KE u jagħmlu disponibbli għall-mekkaniżmu maħtur b'mod uffiċjali msemmi fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE;

(c)  għandu jinkludi fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali dikjarazzjoni ta' responsabbiltà fil-kundizzjonijiet mitluba mill-Artikolu 4(2)(c) u 5(2)(c) tad-Direttiva 2004/109/KE.

13.  Il-paragrafu 12 għandu japplika biss meta l-Istat Membru tad-domiċilju tal-emittent għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huwa wkoll l-Istat Membru ta' oriġini għall-finijiet tad-Direttiva 2004/109/KE, u meta l-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE.

14.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċedura għall-iskrutinju, l-approvazzjoni, id-depożitu u r-rieżami tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-emenda u l-kundizzjonijiet meta l-istatus tal-emittent frekwenti jista' jintilef.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 10

Prospetti li jikkonsistu f'dokumenti separati

1.  L-emittent li jkollu diġà ċertifikat tar-reġistrazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ li jħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. F'dak il-każ, in-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

Meta, mill-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni 'il quddiem, kien hemm fattur sinifikanti ġdid, żball jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni li jista' jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli, is-suppliment għad-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun ippreżentat għall-approvazzjoni fl-istess ħin bħan-nota tat-titoli u s-sommarju. Id-dritt li jiġu rtirati l-aċċettazzjonijiet skont l-Artikolu 22(2) m'għandux japplika f'dak il-każ.

Id-dokument ta' reġistrazzjoni u s-suppliment tiegħu, fejn applikabbli, akkumpanjat bin-nota tat-titoli u s-sommarju għandu jikkostitwixxi prospett, ladarba approvat mill-awtorità kompetenti.

2.  L-emittent li jkollu diġà ċertifikat tar-reġistrazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti jew li jkun iddepożata dokument ta' reġistrazzjoni universali mingħajr approvazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), għandu jkun meħtieġ li jħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. F'dak il-każ, in-nota tat-titoli, is-sommarju u l-emendi kollha tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ddepożitati sa mill-approvazzjoni jew mid-depożitu tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, ħlief l-emendi tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ta' emittent frekwenti skont l-Artikolu 19(5), għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

Meta l-emittent ikun iddepożita dokument universali ta' reġistrazzjoni mingħajr approvazzjoni, id-dokument sħiħ, inklużi l-emendi tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni, minkejja l-fatt li dawn id-dokumenti jibqgħu separati.

Id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, emendat skont il-paragrafi 7 u 9 tal-Artikolu 9, flimkien man-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom jikkostitwixxu prospett, ladarba approvati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

Responsabbiltà marbuta mal-prospett

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett tkun marbuta mal-emittent jew l-entitajiet amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu, l-offerent, il-persuna li tagħmel talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew mal-garanti. Il-persuni responsabbli għandhom ikunu identifikati b'mod ċar fil-prospett b'isimhom u l-funzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħhom li, safejn ikunu jafu, l-informazzjoni li tkun tinsab fil-prospett tkun skont il-fatti u li l-prospett ma jħalli barra xejn li x'aktarx jaffettwa l-portata tiegħu.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli mill-informazzjoni mogħtija fil-prospett.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil persuna esklużivament abbażi tas-sommarju, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, l-informazzjoni ewlenija bħala għajnuna għall-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara għal dak il-għan.

3.  Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f'dokument ta' reġistrazzjoni universali għandha tkun marbuta mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 biss f'każijiet li fihom id-dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun użat bħala parti kostituttiva ta' prospett approvat. Dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE meta l-informazzjoni f'dawn l-Artikoli tiġi inkluża f'dokument ta' reġistrazzjoni universali.

Artikolu 12

Validità ta' prospett, ta' prospett bażi u ta' dokument ta' reġistrazzjoni

1.  Prospett jew prospett bażi, kemm jekk ikun dokument uniku jew inkella jikkonsisti f'dokumenti separati, għandu jkun validu għal 12-il xahar wara li jiġi approvat għall-offerti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat, sakemm ikun imtela b'kull suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 22.

Fejn prospett jew prospett bażi ikun jikkonsisti f'dokumenti separati, il-validità għandha tibda wara l-approvazzjoni tan-nota tat-titoli.

2.  Dokument ta' reġistrazzjoni, inkluż dokument ta' reġistrazzjoni universali kif imsemmi fl-Artikolu 9, li jkun ġie ddepożitat jew approvat qabel, għandu jkun validu biex jintuża bħala parti kostituttiva ta' prospett għal 12-il xahar wara d-depożitu jew l-approvazzjoni tiegħu.

It-tmiem tal-validità ta' tali dokument ta' reġistrazzjoni m'għandhiex taffettwa l-validità ta' prospett li dan ikun parti kostituttiva tiegħu.

KAPITOLU III

KONTENUT U FORMAT TAL-PROSPETT

Artikolu 13

Informazzjoni minima u format

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-Artikolu 42, l-atti li jirrigwardaw il-format tal-prospett, il-prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali, u l-iskedi li jiddefinixxu l-informazzjoni speċifika li għandha tkun inkluża fi prospett, filwaqt li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun mibni fuq dokumenti separati.

B'mod partikolari, meta jiġu mfassla l-iskedi ta' prospett varji, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:

(a)  it-tipi varji ta' informazzjoni meħtieġa mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta' ekwità mqabbla mat-titoli mhux ta' ekwità; għandu jiġi segwit metodu konsistenti rigward l-informazzjoni meħtieġa fi prospett għat-titoli li jkollhom razzjonal ekonomiku simili, partikolarment it-titoli derivattivi;

(b)  it-tipi u l-karatteristiċi varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli mhux ta' ekwità;

(c)  il-format użat u l-informazzjoni meħtieġa fil-prospetti bażi li jirrigwardaw it-titoli mhux ta' ekwità, inklużi l-warrants f'kull għamla;

(d)  fejn applikabbli, in-natura pubblika tal-emittent;

(e)  fejn applikabbli, in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-emittent.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tfassal żewġ gruppi ta' skedi tal-prospett separati u materjalment differenti li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta' informazzjoni applikabbli għal titoli mhux ta' ekwità adattati għad-diversi kategoriji ta' investituri - kwalifikati jew mhux kwalifikati - li l-offerta tiġi indirizzata lilhom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' informazzjoni differenti ta' dawk l-investituri.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-Artikolu 42, l-atti delegati li jistabbilixxu l-iskeda li tiddefinixxi l-informazzjoni minima li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll skeda ddedikata għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

Tali skeda għandha tiżgura li d-dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-emittent sabiex l-istess dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun jista' jintuża bl-istess mod għall-offerta sussegwenti għall-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozju tal-ekwità, titoli ta' dejn jew derivattivi. Rigward l-informazzjoni finanzjarja, ir-rieżami operattiv u finanzjarju kif ukoll il-prospetti u l-governanza korporattiva, din l-informazzjoni għandha tiġi allinjata kemm jista' jkun mal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi divulgata fir-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, inkluż ir-rapport ta' ġestjoni u d-dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva.

3.  L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards fil-qasam tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja stipulati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet tat-titoli, b'mod partikolari mill-IOSCO u fl-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa [6 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Artikolu 14

Reġim ta' divulgazzjoni semplifikat għall-ħruġ sekondarju

1.  Il-persuni li ġejjin jistgħu jagħżlu li jħejju prospett semplifikat taħt ir-reġim semplifikat ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju, f'każ ta' offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ta' ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f'suq regolat:

(a)  emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq tat-tkabbir għall-SMEs jew MTF, għajr suq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3)(d), (e), (f) u (g) tal-MiFID, għal mill-inqas 18-il xahar u li joħorġu aktar titoli tal-istess klassi;

(b)  emittenti li t-titoli ta' ekwità tagħhom ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq tat-tkabbir għall-SMEs jew MTF, għajr suq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3)(d), (e), (f) u (g) tal-MiFID, għal mill-inqas 18-il xahar u li joħorġu titoli mhux ta' ekwità;

(c)  offerenti ta' klassi ta' titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq tat-tkabbir għall-SMEs jew MTF, għajr suq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3)(d), (e), (f) u (g) tal-MiFID, għal mill-inqas 18-il xahar.

Il-prospett semplifikat previst fl-ewwel subparagrafu għandu, minbarra s-sommarju stabbilit fl-Artikolu 7, jikkonsisti f'dokument speċifiku tar-reġistrazzjoni li jista' jintuża mill-persuni msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) u n-nota tat-titoli speċifiċi li tista' tintuża mill-persuni msemmija taħt il-punti (a) u (c).

Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tippubblika u taġġorna regolarment lista tal-MTFs, apparti s-swieq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3), (d), (e), (f) u (g) tal-MiFID.

2.  F'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(2), il-prospett semplifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi biss l-informazzjoni rilevanti ridotta li investitur raġonevolment ikollu bżonn b'rabta ma' ħruġ sekondarju biex ikun jista' jagħmel valutazzjoni informata dwar:

(a)   prospetti tal-emittent u ta' kull garanti, ibbażata fuq informazzjoni finanzjarja ▌inkluża jew inkorporata b'referenza fil-prospett li jkopri l-aħħar sena finanzjarja biss,

(b)   id-drittijiet marbuta mat-titoli,

(c)   ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, partikolarment id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju, id-divulgazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u tad-dejn, l-impatt fuq l-istruttura tal-kapital kumplessiv u sommarju konċiż tal-informazzjoni rilevanti divulgata fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 mid-data tal-aħħar ħruġ.

Is-sommarju għandu jkopri biss l-informazzjoni rilevanti meħtieġa skont ir-reġim ta' divulgazzjoni semplifikat għal ħruġ sekondarju.

L-informazzjoni li tinsab fil-prospett semplifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi abbozzata u ppreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri sabiex jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 biex tispeċifika l-informazzjoni ridotta msemmija fil-paragrafu 2, li għandha tiġi inkluża fl-iskedi applikabbli taħt ir-reġim ta' divulgazzjoni semplifikat imsemmi fil-paragrafu 1.

Meta tispeċifika l-informazzjoni ridotta li għandha tiġi inkluża fl-iskedi applikabbli taħt ir-reġim ta' divulgazzjoni semplifikat, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq tal-kapital, l-importanza tat-tnaqqis tal-ispiża ta', u taż-żieda ta' aċċess għal, kapital, u l-informazzjoni li emittent huwa diġà obbligat jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE, fejn applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014. Sabiex tevita li timponi piżijiet bla bżonn fuq l-emittenti, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti sabiex jiffokaw fuq l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti għal ħruġ sekondarju u jkunu proporzjonati.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa [6 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Artikolu 15

Prospett tat-tkabbir UE

1.  L-entitajiet li ġejjin għandu jkollhom id-dritt li jfasslu Prospett tat-tkabbir UE taħt ir-reġim ta' divulgazzjoni proporzjonat stabbilit f'dan l-Artikolu fil-każ ta' offerta ta' titoli lill-pubbliku ħlief meta t-titoli se jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat:

(a)   l-SMEs;

(b)   l-emittenti, apparti l-SMEs, meta l-offerta lill-pubbliku tikkonċerna titoli li għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq tat-tkabbir tal-SMEs;

(c)   l-emittenti, apparti dawk li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b), meta l-korrispettiv totali fl-Unjoni tal-offerta tat-titoli lill-pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 20 000 000 kkalkulati fuq perjodu ta' 12-il xahar.

Prospett tat-tkabbir UE approvat skont dan l-Artikolu għandu jkun validu għal kwalunkwe offerta ta' titoli lill-pubbliku fi kwalunkwe numru ta' Stati Membri ospitanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 23, 24 u 25.

Prospett tat-tkabbir UE taħt ir-reġim ▌ta' divulgazzjoni proporzjonat li hemm referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jkun dokument standardizzat, li jkun faċli għall-emittenti biex ilestuh.

1a.   Il-Prospett tat-tkabbir UE għandu jkopri t-tliet elementi ewlenin li ġejjin:

(a)   informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, bħal:

(i)   l-isem tal-emittent u l-persuni responsabbli għall-prospett;

(ii)   deskrizzjoni ġenerali tal-attivitajiet, il-kummerċ attwali u l-prospettivi tal-emittent;

(iii)   fatturi ta' riskju relatati mal-emittent;

(iv)   informazzjoni finanzjarja, li tista' tiġi inkorporata b'referenza;

(b)   informazzjoni ewlenija dwar it-titoli, bħal:

(i)   l-għadd u n-natura tat-titoli li jiffurmaw parti mill-offerta;

(ii)   il-patti u l-kundizzjonijiet tat-titoli u deskrizzjoni ta' kwalunkwe dritt marbut mat-titoli;

(iii)   fatturi ta' riskju relatati mat-titoli;

(c)   informazzjoni ewlenija dwar l-offerta, bħal:

(i)   il-patti u l-kundizzjonijiet tal-offerta, inkluż il-prezz tal-ħruġ;

(ii)   ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu maħsub tar-rikavati netti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 sabiex tispeċifika l-kontenut ridott u l-format speċifiku għall-prospett tat-tkabbir UE msemmi f'paragrafi 1 u 1a. Dawk l-atti għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa fl-iskedi tal-prospett b'lingwaġġ sempliċi, bl-użu ta' inkorporazzjoni b'referenza fejn xieraq.

Meta tispeċifika l-kontenut u l-format ridotti tal-prospett tat-tkabbir UE standardizzat, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti biex jikkonċentraw fuq:

(a)   l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti meta jsir investiment fit-titoli maħruġa għall-investituri;

(b)   il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità bejn id-daqs tal-kumpanija u l-ħtiġijiet tagħha fejn jidħlu fondi; u

(c)   l-ispiża tal-produzzjoni tal-prospett.

Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

–  il-bżonn li jiġi żgurat li l-prospett tat-tkabbir UE jkun notevolment u tassew eħfef mill-prospett sħiħ f'termini ta' piż amministrattiv u ta' spejjeż għall-emittenti;

–  il-ħtieġa li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq kapitali għall-SMEs filwaqt li tiżgura l-fiduċja tal-investituri li jinvestu f'dawn il-kumpaniji;

–  il-ħtieġa li jiġu mminimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet għall-SMEs;

–  il-ħtieġa li jinkisbu tipi speċifiċi ta' informazzjoni ta' rilevanza speċjali għall-SMEs;

–  id-daqs tal-emittent u kemm ilu jopera;

–  il-varji tipi u karatteristiċi tal-offerti;

–  il-varji tipi ta' informazzjoni meħtieġa mill-investituri relatata mat-tipi differenti ta' titoli.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa [6 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Artikolu 16

Fatturi ta' riskju

1.  Il-fatturi ta' riskju li dehru fil-prospett għandhom ikunu limitati għal riskji li huma speċifiċi għall-emittent u/jew it-titoli u huma materjali biex tittieħed deċiżjoni informata dwar l-investiment, kif ikkorroborat mill-kontenut tad-dokument tar-reġistrazzjoni u n-nota tat-titoli. ▌

1a.   Il-fatturi ta' riskju għandhom jinkludu wkoll dawk li jirriżultaw mil-livell ta' subordinazzjoni ta' titolu u l-impatt fuq id-daqs jew it-tempistika mistennija tal-pagamenti lid-detenturi tat-titoli li jkunu ddikjaraw falliment, jew kwalunkwe proċedura oħra simili, inkluż, jekk ikun il-każ, l-insolvenza ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ir-riżoluzzjoni jew ir-ristrutturar tagħha f'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE (BRRD).

2.  L-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida dwar il-valutazzjoni mill-awtoritajiet ▌dwar l-ispeċifiċità u l-materjalità tal-fatturi ta' riskju▌. Barra minn hekk, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rieżami tagħhom tal-fatturi ta' riskju b'tali mod li tinkoraġġixxi divulgazzjoni tal-fattur ta' riskju xieraq u ffokat mill-emittenti.

Artikolu 17

Ommissjoni tal-informazzjoni

1.  Meta l-prezz finali tal-offerta u/jew l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku ma jistgħux jiġu inkużi fil-prospett:

(a)  il-kriterji, u/jew il-kundizzjonijiet li skonthom l-elementi t'hawn fuq għandhom jiġu ddeterminati jew, fil-każ tal-prezz, il-prezz massimu, għandhom jiġu divulgati fil-prospett; jew

(b)  l-aċċettazzjonijiet tax-xiri jew is-sottoskrizzjoni ta' titoli jistgħu jiġu rtirati għal mhux inqas minn jumejn tax-xogħol wara l-prezz tal-offerta finali u/jew l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku jkunu ġew depożitati.

L-offerta finali u l-ammont tat-titoli għandhom jiġu depożitati għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u ppubblikati skont l-Artikolu 20(2).

2.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista' tawtorizza l-ommissjoni mill-prospett ta' ċerta informazzjoni li tiġi inkluża fi prospett, meta jkun jidhrilha li xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:

(a)  id-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni ikun kuntrarju għall-interess pubbliku;

(b)  id-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni tkun ta' detriment serju għall-emittent, sakemm l-ommissjoni ta' dik l-informazzjoni ma tkunx tiżgwida lill-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-offerent jew il-garanti, jekk ikun hemm, u tad-drittijiet marbuta mat-titoli tad-dejn kkonċernati ma' dan il-prospett;

(c)  din l-informazzjoni tkun ta' importanza minuri fir-rigward ta' offerta speċifika jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat u ma taffettwax il-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent, l-offerent jew il-garanti.

L-awtorità kompetenti għandha tippreżenta rapport lill-ESMA fuq bażi annwali dwar l-informazzjoni li l-ommissjoni tagħha tkun ġiet awtorizzata minnha.

3.  Mingħajr preġudizzju għal informazzjoni adegwata lill-investituri, meta, b'mod eċċezzjonali, ċerta informazzjoni meħtieġa li trid tiġi inkluża fi prospett ma tkunx xierqa għall-isfera ta' attività jew għall-forma ġuridika tal-emittent jew għat-titoli li magħhom ikollu x'jaqsam il-prospett, il-prospett għandu jkun fih informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa, sakemm ma jkun hemm l-ebda informazzjoni bħal din.

4.  Meta t-titoli jkunu garantiti minn Stat Membru, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, meta jkun qed jitfassal prospett skont l-Artikolu 4, għandu jkollu d-dritt li jħalli barra l-informazzjoni li tappartjeni għal dak l-Istat Membru.

5.  L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' linji gwida biex tispeċifika l-każijiet fejn l-informazzjoni tista' titħalla barra skont il-paragrafu 2, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 18

Inkorporazzjoni b'referenza

1.  L-informazzjoni tista' tkun inkorporata b'referenza fi prospett jew prospett bażi fejn din tkun ġiet ippubblikata elettronikament qabel jew simultanjament, imfassla f'lingwa li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 u depożitata fil-kuntest tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew depożitata skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar jew is-suq tat-tkabbir għall-SMEs:

(a)  id-dokumenti li jkunu ġew approvati minn awtorità kompetenti▌, jew depożitati għandu, bi qbil ma' dan ir-Regolament;

(b)  id-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 1(3) u l-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(4);

(c)  l-informazzjoni regolata kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2(1);

(d)  l-informazzjoni finanzjarja annwali u proviżorja;

(e)  id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti tal-awditur;

(f)  ir-rapporti ta' ġestjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24);

(g)  id-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva kif definiti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(h)  [rapporti tar-rimunerazzjoni kif definiti fl-Artikolu [X] tad-[Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti riveduta(25)];

(ha)   rapporti annwali jew kwalunkwe informazzjoni ta' divulgazzjoni f'konformità mal-Artikolu 22 u 23 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(i)  memorandum u artikli ta' assoċjazzjoni.

Tali informazzjoni għandha tkun dik l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent.

Meta biss ċerti partijiet ta' dokument ikunu inkorporati b'referenza, għandha tiddaħħal dikjarazzjoni fil-prospett li l-partijiet mhux inkorporati huma jew mhumiex rilevanti għall-investitur jew koperti xi mkien ieħor fil-prospett.

2.  Meta tiġi inkorporata l-informazzjoni b'referenza, l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu aċċess għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. B'mod partikolari, għandha tiġi pprovduta lista ta' referenzi inkroċjati fil-prospett sabiex tgħin lill-investituri biex jidentifikaw punti ta' informazzjoni li jkunu speċifiċi faċilment, filwaqt li l-prospett għandu jkun fih hyperlinks għad-dokumenti kollha li fihom informazzjoni li tkun inkorporata b'referenza.

3.  Fejn possibbli flimkien mal-ewwel abbozz tal-prospett ippreżentat lill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ matul il-proċess tar-rieżami tal-prospett, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat għandu jippreżenta kwalunkwe informazzjoni li tista' tiġi mfittxija elettronikament u li tkun inkorporata b'referenza fil-prospett, sakemm din l-informazzjoni tkun diġà ġiet approvata minn jew depożitata għand l-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett.

4.  ▌L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex taġġorna l-lista ta' dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bl-inklużjoni ta' tipi addizzjonali ta' dokumenti meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni li jkunu depożitati jew approvati minn awtorità pubblika.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU IV

ARRANĠAMENTI GĦALL-APPROVAZZJONI U L-PUBBLIKAZZJONI TAL-PROSPETT

Artikolu 19

Skrutinju u approvazzjoni tal-prospett

1.  L-ebda prospett m'għandu jiġi ppubblikat sakemm hu, jew il-partijiet kostituttiva tiegħu, ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ta' domiċilju rispettiv.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, bid-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-prospett fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni tal-abbozz tal-prospett.

▌L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA l-approvazzjoni tal-prospett u kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu fl-istess ħin peress li dik l-approvazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

3.  Il-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż għal 20 jum ta' xogħol meta l-offerta lill-pubbliku tinvolvi titoli maħruġa minn emittent li ma jkollu l-ebda titolu ammess għall-kummerċ f'suq regolat u li qabel ma jkunx offra titoli lill-pubbliku.

Il-limitu ta' żmien ta' 20 jum ta' xogħol għandu japplika biss għall-preżentazzjoni inizjali tal-abbozz tal-prospett. Meta l-preżentazzjonijiet sussegwenti jkunu meħtieġa skont il-paragrafu 4, għandu japplika l-limitu ta' żmien tal-paragrafu 2.

4.  Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-abbozz tal-prospett ma jilħaqx livelli ta' kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza meħtieġa għall-approvazzjoni tiegħu u/jew li emendi jew informazzjoni supplimentari jkunu meħtieġa:

(a)  din għandha tinforma lill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni tal-abbozz tal-prospett u/jew tal-informazzjoni supplimentari, u jiddikjara jew tiddikjara r-raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni, u

(b)  l-iskadenzi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom konsegwentement japplikaw biss mid-data meta l-abbozz tal-prospett emendat u/jew l-informazzjoni supplimentari mitluba jiġu preżentati lill-awtorità kompetenti.

5.  B'deroga mill-paragrafi 2 u 4, l-iskadenza msemmija f'dawk il-paragrafi għandha titnaqqas għal 5 ijiem tax-xogħol għall-emittenti frekwenti msemmija fl-Artikolu 9 (11). L-emittent frekwenti għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mill-inqas 5 ijiem ta' xogħol qabel id-data prevista għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

Emittent frekwenti għandu jippreżenta lill-awtorità kompetenti applikazzjoni li jkun fiha l-emendi meħtieġa għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, fejn applikabbli, in-nota tat-titoli u s-sommarju preżentat għall-approvazzjoni.

Emittent frekwenti m'għandux ikun meħtieġ li jikseb approvazzjoni għall-emendi għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali dment li dawk l-emendi jikkonċernaw ommissjoni, jew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għal valutazzjoni informata tal-emittent.

6.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu fuq is-siti web tagħhom gwida fuq il-proċess ta' skrutinju u l-approvazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni effiċjenti u f'waqtha tal-prospetti. Din il-gwida għandha tinkludi il-punti tal-kuntatt fir-rigward tal-approvazzjonijiet. L-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għandu jkollu l-possibbiltà li jikkomunika direttament u li jirreaġixxi mal-personal tal-awtorità kompetenti matul il-proċess tal-approvazzjoni tal-prospett.

9.  Il-livell tat-tariffi imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospetti, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni, inklużi dokumenti ta' reġistrazzjoni universali, supplimenti u emendi, kif ukoll għad-depożitu ta' dokumenti ta' reġistrazzjoni universali, l-emendi għalihom u l-kundizzjonijiet finali, għandu jkun raġonevoli u proporzjonat u għandu jiġi divulgat lill-pubbliku mill-inqas fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti.

10.  L-ESMA tista' tabbozza standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċeduri għall-iskrutinju tal-kompletezza, kemm jinftiehem, il-konsistenza u l-approvazzjoni tal-prospett.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.  L-ESMA għandha tuża s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jippromwovi l-konverġenza superviżorja fir-rigward tal-proċessi ta' skrutinju u ta' approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti huma u jevalwaw l-kompletezza, il-konsistenza u kemm tinftiehem l-informazzjoni li tinsab fi prospett. Għal dan il-għan, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-superviżjoni u tal-infurzar tal-prospetti, li jkopru l-eżami tal-konformità ma' dan ir-Regolament u ma' eventwali atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont tali Regolament kif ukoll l-applikazzjoni ta' miżuri u sanzjonijiet amministrattivi adegwati fil-każ ta' ksur skont l-Artikoli 36 u 37. [Em. 2] B'mod partikolari, l-ESMA għandha tippromwovi l-konverġenza fir-rigward tal-effiċjenza, il-metodi u ż-żmien tal-iskrutinju mill-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni mogħtija fil-prospett, permezz ta' rieżamijiet bejn il-pari jekk ikun xieraq.

11a.   L-ESMA għandha tiżviluppa sistema ta' fluss ta' xogħol ċentrali, li tintegra l-proċess ta' approvazzjoni tal-prospett mill-bidu sal-approvazzjoni, li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-emittenti jiġġestixxu u jimmonitorjaw it-talbiet għall-approvazzjoni online u fl-Unjoni kollha.

12.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha torganizza u twettaq tal-anqas rieżami bejn il-pari wieħed tal-proċeduri ta' skrutinju u ta' approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, inklużi n-notifiki tal-approvazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Ir-rieżami bejn il-pari għandu jivvaluta wkoll l-impatt ta' metodi differenti rigward l-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-kapaċità tal-emittenti li jiġbru l-kapital fl-Unjoni Ewropea. Ir-rapport dwar dan ir-rieżami bejn il-pari għandu jiġi ppubblikat sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fil-kuntest ta' dan ir-rieżami bejn il-pari, l-ESMA għandha tqis il-parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Swieq u t-Titoli msemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

Pubblikazzjoni tal-prospett

1.  Ladarba approvat, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi żmien raġonevolment bil-quddiem, u l-aktar tard fil-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli involuti.

Fil-każ ta' offerta inizjali lill-pubbliku ta' klassi ta' ishma li huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli mill-inqas sitt ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.

2.  Il-prospett, jekk ikun dokument uniku jew jikkonsisti f'dokumenti separati, għandu jitqies disponibbli għall-pubbliku meta dan jiġi ppubblikat f'forma elettronika fuq wieħed minn dawn is-siti web:

(a)  is-sit web tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni,

(b)  is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu,

(c)  is-sit web tas-suq regolat meta tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ, jew tal-operatur tal-faċilità multilaterali tan-negozjar, fejn applikabbli.

3.  Il-prospett għandu jiġi ppubblikat f'sezzjoni dedikata tas-sit web li tkun faċilment aċċessibbli meta wieħed jidħol fiha. Dan għandu jkun jista' jitniżżel, jiġi stampat u f'format li jitfittex elettronikament u ma jistax jiġi modifikat.

Id-dokumenti li fihom informazzjoni inkorporata b'referenza fil-prospett, u s-supplimenti u/jew il-kundizzjonijiet finali marbuta mal-prospett għandhom ikunu aċċessibbli taħt l-istess taqsima flimkien mal-prospett, inkluż permezz ta' hyperlinks fejn meħtieġ.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-irtirar imsemmi fl-Artikolu 22(2), emittenti frekwenti, kif imsemmija fl-Artikolu 9(11), jistgħu, minflok suppliment, jagħżlu li jinkorporaw kull bidla għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali inkluż fil-prospett permezz ta' referenza dinamika għall-verżjoni l-aktar reċenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali.

4.  L-aċċess għall-prospett m'għandux ikun soġġett għat-tlestija ta' proċess tar-reġistrazzjoni, l-aċċettazzjoni ta' ċaħda li tillimita r-responsabbiltà legali jew il-ħlas ta' tariffa.

5.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-prospetti kollha approvati jew għall-inqas il-lista tal-prospetti approvati, inkluża hyperlink għas-sezzjonijiet ddedikati tas-sit web imsemmi fil-paragrafu 3 kif ukoll bħala identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 24. Il-lista ppubblikata, inklużi l-hyperlinks, għandhom jinżammu aġġornati u kull parti għandha tibqa' fuq is-sit web għall-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 7.

Fl-istess żmien li tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni ta' prospett jew kull suppliment għal dan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ESMA b'kopja elettronika tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha mill-ESMA fil-mekkaniżmu ta' ħażna msemmija fil-paragrafu 6 u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 45.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tippubblika l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha dwar in-notifiki kollha li jaslulha skont l-Artikolu 24.

6.  Sa mhux aktar tard mill-ftuħ tal-offerta għall-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli involuti, l-ESMA għandha tippubblika l-prospetti kollha li jkunu waslu mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web tagħha, inkluż kwalunkwe suppliment għal dawn, il-kundizzjonijiet finali u t-traduzzjonijiet relatati fejn applikabbli, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 24. Il-pubblikazzjoni għandha tkun żgurata permezz ta' mekkaniżmu ta' ħażna li jipprovdi lill-pubbliku aċċess mingħajr ħlas u funzjonijiet ta' tfittxija. L-informazzjoni ewlenija inkluża fil-prospetti, bħall-ISIN li jidentifika lit-titoli u l-LEI li jidentifika lill-emittenti, l-offerenti u l-garanti, għandha tkun tista' tinqara permezz ta' magna inkluż meta tintuża metadata.

7.  Il-prospetti kollha approvati għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku f'format diġitali għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-siti web speċifikati fil-paragrafi 2 u 6.

8.  Fil-każ ta' prospett li jkun fih numru ta' dokumenti u/jew li jinkorpora informazzjoni b'referenza, id-dokumenti u l-informazzjoni li jikkostitwixxu l-prospett jistgħu jiġu ppubblikati u distribwiti separatament sakemm dawk id-dokumenti jkunu disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 2. Kull dokument kostituttiv tal-prospett għandu jindika minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti l-oħra li huma diġà approvati u/jew li se jiġu depożitati lill-awtorità kompetenti.

9.  It-test u l-format tal-prospett, u/jew is-supplimenti għall-prospett li jkunu disponibbli għall-pubbliku għandhom f'kull ħin ikunu identiċi għall-verżjoni oriġinali approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

10.  Għandha tintbagħat kopja ▌tal-prospett fuq mezz durevoli lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, fuq talba u mingħajr ħlas, mill-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ jew l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew ibiegħu t-titoli. Il-konsenja għandha tkun limitata għall-ġurisdizzjonijiet li fihom l-offerta għall-pubbliku jew fejn l-ammissjoni għall-kummerċ qed issir taħt dan ir-Regolament.

11.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tal-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

12.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti msemmija fil-paragrafu 5.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21

Reklami

1.  Kwalunkwe reklam relatat jew ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku ▌ jew mal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandu jkun konformi mal-prinċipji li jinsabu f'dan l-Artikolu.

2.  Ir-reklami għandhom jiddikjaraw illi ġie ppubblikat jew ser jiġi ppubblikat prospett u għandhom jindikaw fejn l-investituri għandhom jew jistgħu jiksbuh.

3.  Ir-reklami jridu jintgħarfu b'mod ċar. L-informazzjoni li tkun tinsab fir-reklam m'għandhiex tkun żbaljata jew qarrieqa. Din l-informazzjoni fir-reklam għandha tkun ukoll konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-prospett, fejn ikun diġà ppubblikat, jew mal-informazzjoni meħtieġa li tkun fil-prospett, fejn il-prospett jiġi ppubblikat wara.

4.  L-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-offerta tat-titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat divulgata f'għamla orali jew miktuba, anki meta mhux għal skopijiet ta' pubbliċità, għandha tkun konsistenti ma' dik li hemm fil-prospett.

Meta emittent jew offerent jiddivulga informazzjoni importanti lil investitur magħżul wieħed jew aktar f'forma orali jew bil-miktub, din l-informazzjoni għandha tkun divulgata lill-investituri kollha l-oħra li għalihom hija indirizzata l-offerta, kemm jekk huwa meħtieġ prospett skont dan ir-Regolament kif ukoll jekk mhuwiex. Meta prospett ikun meħtieġ li jiġi ppubblikat, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-prospett jew f'suppliment mal-prospett skont l-Artikolu 22(1).

5.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ▌fejn isir ir-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku ▌jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, mal-prinċipji msemmija fil-paragrafi 2 sa 4.

Jekk ikun hemm bżonn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 30(1), l-iskrutinju tar-reklamar min-naħa ta' awtorità kompetenti m'għandux jikkostitwixxi prekundizzjoni għall-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi kwalunkwe Stat Membru ospitanti.

5b.   M'għandha tintalab l-ebda tariffa minn awtorità kompetenti għall-iskrutinju tar-reklami skont dan l-Artikolu.

5c.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar tista' taqbel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, meta dan tal-aħħar ikun awtorità kompetenti differenti, li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandu jkollu s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività ta' reklamar skont il-paragrafu 5. Fl-eventwalità ta' tali ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika lill-emittent u lill-ESMA b'dan mingħajr dewmien.

6.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-reklami stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 u 5a ta' dan ir-Regolament, inkluż sabiex tispeċifika d-dispożizzjonijet dwar it-tixrid tar-reklami u biex jiġu stabbiliti proċeduri dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12 -il xahar mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 22

Supplimenti tal-prospetti

1.  Kull fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett li jistgħu jaffettwaw il-valutazzjoni tat-titoli u li jinħoloq jew jiġi nnutat bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew meta l-kummerċ f'suq regolat jibda, skont liema jseħħ l-aħħar, għandu jissemma f'suppliment għall-prospett mingħajr dewmien żejjed.

Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod bħall-prospett f'massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol u jiġi ppubblikat skont tal-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta l-prospett orġinali kien ippubblikat skont l-Artikolu 20. Is-sommarju, u kull traduzzjoni tiegħu, għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, fejn ikun meħtieġ, biex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni l-ġdida inkluża fis-suppliment.

2.  Meta l-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu diġà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, sakemm il-fattur, l-iżball jew l-ineżattezza msemmija fil-paragrafu 1 ikunu seħħew qabel l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew l-kunsinna tat-titoli, liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta' rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.

Meta emittent jagħżel li jinkorpora kwalunkwe tibdil fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali bħala referenza dinamika għall-aktar verżjoni reċenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, minflok suppliment skont l-Artikolu 20(3), dan m'għandux jaffettwa d-dritt tal-investitur li jirtira skont kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

3.  Meta l-emittent iħejji suppliment dwar l-informazzjoni fil-prospett bażi li jirrigwarda kwistjoni waħda jew aktar, id-dritt tal-investituri li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom skont il-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-kwistjoni(jiet) rilevanti u mhux għal ħruġ ieħor ta' titoli taħt il-prospett bażi.

4.  Suppliment wieħed biss għandu jiġi mfassal u approvat meta l-fattur ġdid sinifikanti, żball jew ineżattezza importanti msemmija fil-paragrafu 1 jikkonċernaw biss l-informazzjoni li tinsab f'dokument ta' reġistrazzjoni jew f'dokument ta' reġistrazzjoni universali u meta dan id-dokument ta' reġistrazzjoni jew dan id-dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun użat fl-istess ħin bħala parti kostituttiva ta' diversi prospetti. F'dak il-każ, is-suppliment għandu jsemmi l-prospetti kollha li dan ikopri.

5.  Meta jiġi eżaminat suppliment qabel l-approvazzjoni, mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu 2a tal-Artikolu 20(3), l-awtorità kompetenti tista' titlob biex is-suppliment jinkludi fih verżjoni konsolidata tal-prospett issupplimentat fl-anness, fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni mogħtija fil-prospett tkun tinftiehem sew. Din it-talba għandha titqies li tkun talba għal informazzjoni supplimentari skont l-Artikolu 19(4).

6.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur sinifikanti ġdid, żball jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fil-prospett tkun teħtieġ suppliment għall-prospett li għandu jiġi ppubblikat.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU V

OFFERTI TRANSKONFINALI U AMMISSJONIJIET GĦALL-KUMMERĊ U L-UŻU TAL-LINGWI

Artikolu 23

Kamp ta' applikazzjoni tal-Unjoni tal-approvazzjonijiet ta' prospetti

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, meta offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jingħataw fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru ta' domiċilju u kwalunkwe suppliment għal dan għandu jkun validu għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'kull numru ta' Stati Membri ospitanti, sakemm l-ESMA u l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 24. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti m'għandhomx jindaħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi li jkollhom x'jaqsmu mal-prospetti.

Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għad-dokumenti ta' reġistrazzjoni universali li diġà ġew approvati.

Meta prospett jiġi preżentat għall-approvazzjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar u jkun fih dokument ta' reġistrazzjoni universali li jkun diġà ġie approvat fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti li tikkunsidra l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-prospett m'għandhiex terġa' teżamina d-dokument ta' reġistrazzjoni universali u għandha taċċetta l-approvazzjoni preċedenti tiegħu.

2.  Meta fatturi ġodda sinifikanti, żbalji materjali jew ineżattezzi jinħolqu wara l-approvazzjoni tal-prospett, kif imsemmi fl-Artikolu 22, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha teħtieġ li l-pubblikazzjoni tas-suppliment għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 19(1). L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju dwar il-bżonn ta' informazzjoni ġdida.

Artikolu 24

Notifika

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq talba tal-emittent jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett u fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-wasla ta' dik it-talba jew, meta t-talba tiġi preżentata flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien ġurnata tax-xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti permezz ta' ċertifikat ta' approvazzjoni li jattesta li l-prospett tfassal skont dan ir-Regolament u kopja elettronika ta' dak il-prospett. L-ESMA għandha tistabbilixxi portal li kull awtorità kompetenti nazzjonali tpoġġi din l-informazzjoni fuqu.

Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tal-prospett u/jew sommarju magħmul taħt ir-responsabbiltà tal-emittent jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett.

Meta dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun ġie approvat skont l-Artikolu 9, l-ewwel u t-tieni suparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett jew tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif xieraq, għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tkun ġiet innotifikata.

2.  L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) u (3) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.  Meta l-kundizzjonijiet finali tal-prospett bażi li kien notifikat qabel la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f'suppliment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkomunikahom b'mod elettroniku lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti u lill-ESMA kemm jista' jkun malajr malli dan ikun prattiku wara li jiġu depożitati.

5.  M'għandha tiġi imposta l-ebda tariffa mill-awtoritajiet kompetenti għan-notifika, jew ir-riċevuta tan-notifika, ta' prospetti u supplimenti mehmużin magħhom, jew tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ikun japplika, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata, kemm fl-Istat Membru ta' domiċilju jew fl-Istat(i) Membru/i ospitanti.

6.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-prospett, is-suppliment għall-prospett jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 25

Użu tal-lingwi

1.  Meta ssir offerta lill-pubbliku jew tintalab ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fl-Istat Membru ta' domiċilju biss, il-prospett għandu jitfassal b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.  Meta ssir offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew iktar minbarra l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri jew f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni.

L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti għandha teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jinqaleb fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tagħha , iżda m'għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta' xi parti oħra tal-prospett. [Em. 3]

Għall-fini tal-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f'lingwa aċċettata minn din l-awtorità jew b'lingwa użata fl-isfera finanzjarja internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ.

3.  Meta ssir offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew iktar inkluż l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal f'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, u għandu jkun disponibbli wkoll jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti jew inkella f'lingwa komuni fl-isfera finanzjarja internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent, tal-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ.

L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti tista' teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 jinqaleb fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tagħha, iżda m'għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta' xi parti oħra tal-prospett.

4.  Il-kundizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali għandhom jitfasslu fl-istess lingwa bħal-lingwa tal-prospett bażi approvat.

Meta l-kundizzjonijiet finali jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, fejn hemm Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, il-kundizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali anness miegħu, għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-lingwa stipulati f'dan l-Artikolu.

KAPITOLU VI

REGOLI SPEĊIFIĊI RIGWARD EMITTENTI STABBILITI F'PAJJIŻI TERZI

Artikolu 26

Offerta ta' titoli jew l-ammissjoni għall-kummerċ magħmula taħt prospett imfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament

1.  Meta emittent ta' pajjiż terz ikun beħsiebu joffri titoli lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f'suq regolat stabbilit fl-Unjoni skont prospett imfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament, huwa għandu jikseb l-approvazzjoni tal-prospett tiegħu, skont l-Artikolu 19, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu.

Ladarba prospett jiġi approvat f'konformità mal-ewwel subparagrafu, dan għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha previsti għal prospett skont dan ir-Regolament u l-prospett u l-emittent ta' pajjiż terz għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

Artikolu 27

Offerta ta' titoli jew ammissjoni għall-kummerċ magħmula taħt prospett imfassal skont il-leġiżlazzjoni ta' pajjiż terz

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta' emittent ta' pajjiż terz tista' tapprova prospett għal offerta lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, imfassal skont, u li huwa soġġett għal, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-emittent ta' pajjiż terz, sakemm:

(a)   ir-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti mill-imsemmija leġiżlazzjoni ta' pajjiż terz ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament: u

(b)   l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tkun ikkonkludiet arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-emittent tal-pajjiż terz skont l-Artikolu 28.

2.  Fil-każ ta' offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għalll-kummerċ f'suq regolat tat-titoli maħruġa minn emittent ta' pajjiż terz, fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 23, 24 u 25 għandhom japplikaw.

Għal dawn l-emittenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju fejn għandhom ikunu jistgħu jitolbu tariffa addizzjonali li tirrifletti l-piż li jirrappreżenta tali ħruġ.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 42 li jistabbilixxi l-kriterji ġenerali ta' ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 13.

Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara li r-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti minn leġiżlazzjoni ta' pajjiż terz huma ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Tali deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 28

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 27, u, fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 26, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f'pajjiżi terzi u l-infurzar tal-obbligi li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament fil-pajjiżi terzi sakemm dak il-pajjiż terz ma jkunx ffil-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx imfassla mill-Kummissjoni. Dawn l-arranġamenti ta' kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta' informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra meta tipproponi li tidħol f'arranġament bħal dan.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 27, u, fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 26, l-ESMA għandha tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta' pajjiżi terzi.

L-ESMA għandha wkoll, fejn ikun meħtieġ, tiffaċilita u tikkoordina l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tat-tagħrif miksub mill-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li jista' jkun rilevanti għall-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikoli 36 u 37.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni divulgata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 33. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

3a.   L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3b.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi mudell ta' dokument għall-arranġamenti ta' kooperazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

KAPITOLU VII

ESMA U AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 29

Awtoritajiet kompetenti

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità amministrattiva kompetenti unika li tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra ta' Stati Membri oħra dwar dan.

L-awtorità kompetenti għandha tkun ▌indipendenti mill-parteċipanti kollha tas-suq.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti tagħhom sabiex tiddelega l-kompiti tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet tal-prospetti approvati.

Kwalunkwe delega ta' kompiti lill-entitajiet għandha ssir b'deċiżjoni speċifika li tiddikjara l-kompiti li se jitwettqu u l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu, u li tinkludi klawsola li tobbliga lill-entità kkonċernata sabiex taġixxi u tkun organizzata b'tali mod li jiġu evitati kunflitti ta' interess u b'hekk l-informazzjoni miksuba permezz tal-kompiti delegati ma tintużax b'mod inġust jew biex timpedixxi l-kompetizzjoni. Tali deċiżjoni trid tispeċifika l-arranġamenti konklużi bejn l-awtorità kompetenti u l-entità li lilha jiġu ddelegati l-kompiti.

Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza tal-konformità ma' dan ir-Regolament u għall-approvazzjoni tal-prospett għandha tkun tal-awtorità kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra bid-deċiżjoni msemmija fis-subparagrafu 2, inklużi l-kundizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għat-territorji barranin Ewropej li dak l-Istat Membru jkun responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom.

Artikolu 30

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  Sabiex jaqdu d-dmirjiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a)  li jeħtieġu lill-emittenti, offerenti jew lil persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat li jinkludu fil-prospett informazzjoni supplimentari, fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-investituri;

(b)  li jeħtieġu lill-emittenti, offerenti u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti;

(c)  li jeħtieġu lill-awdituri u l-maniġers tal-emittenti, l-offerenti jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kummissjonati li jwettqu l-offerta lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ, biex jipprovdu l-informazzjoni;

(d)  li jissospendu offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ għal massimu ta' 25 jum tax-xogħol konsekuttiv f'kull okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru;

(e)  li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jeħtieġu lill-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, jew l-intermedjarji finanzjarji rilevanti sabiex iwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f'kull okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru;

(f)  li jipprojbixxu offerta lill-pubbliku fejn issib illi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru jew fejn hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jistgħu jinkisru;

(g)  li jissospendu jew jitlobu lis-swieq regolati rilevanti li jissospendu l-kummerċ f'suq regolat għall-massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f'kull okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament inkisru;

(h)  li jipprojbixxu l-kummerċ f'suq regolat, meta jsibu li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru;

(i)  li jagħmlu pubbliku l-fatt li emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ qed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu;

(j)  li jissospendu l-iskrutinju tal-prospett preżentat għall-approvazzjoni jew jissospendu l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ meta l-awtorità kompetenti tagħmel użu mis-setgħa li timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26), sakemm tali projbizzjoni jew restrizzjoni tkun waqfet;

(k)  li jirrifjutaw l-approvazzjoni ta' kwalunkwe prospett imfassal minn ċertu emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ għal massimu ta' 5 snin, meta dan l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ ripetutament u serjament ikun kiser id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(l)  li jiddivulgaw, jew li jeħtieġu lill-emittent biex jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista' jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri jew sabiex titwitta l-ħidma tas-suq;

(m)  li jissospendu jew jitolbu lis-suq regolat rilevanti biex jissospendi t-titoli mill-kummerċ meta jikkunsidraw li s-sitwazzjoni tal-emittent hija dik li l-iskambju ikun ta' detriment għall-interessi tal-investituri;

(n)  biex iwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f'siti minbarra dawk tar-residenzi privati ta' persuni fiżiċi, u għal dan il-għan li jidħlu fil-bini sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex jipprovaw il-ksur ta' dan ir-Regolament.

Fejn meħtieġ taħt id-dritt nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fil-punt (n) fejn jitwettqu b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1, bl-aħjar mod meħtieġ biex jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom għas-superviżjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament u għall-approvazzjoni tal-prospett fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  direttament;

(b)  f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c)  taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil tali awtoritajiet;

(d)  b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

4.  Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament m'għandhiex tkun kkunsidrata li kisret xi restrizzjoni fuq divulgazzjoni ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u m'għandha tkun soġġetta għall-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' tali notifika.

5.  Il-paragrafi 1 sa 3 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli l-Istat Membru.

Artikolu 31

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw f'attivitajiet ta' investigazzjoni, superviżjoni u ta' infurzar.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 36, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiżguraw li l-miżuri xierqa jkunu fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom li jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma' investigazzjonijiet kriminali jew proċeduri mibdija għal ksur possibbli ta' dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-ESMA biex dawn iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma' xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

2.  Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba sabiex tikkoopera f'investigazzjoni biss f'xi waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a)  fejn il-konformità mat-talba x'aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta' infurzar jew l-investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(b)  meta l-proċeduri ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(c)  meta sentenza finali tkun diġà ngħatat fir-rigward ta' dawn il-persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kull informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4.  L-awtorità kompetenti tista' titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward ta' spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-ESMA b'kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta' investigazzjoni jew spezzjoni b'effett transkonfinali, l-ESMA għandha, fejn tintalab tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, tista':

(a)  twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(b)  tippermetti lill-awtorità kompetenti li preżentat it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;

(c)  tippermetti lill-awtorità kompetenti li preżentat it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;

(d)  taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post, u/jew

(e)  taqsam kompiti speċifiċi relatati ma' attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

5.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ESMA sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għall-kollaborazzjoni, b'mod partikolari għal skambju ta' informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza l-ESMA tista' taġixxi skont is-setgħa mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.  L-ESMA tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 32

Kooperazzjoni mal-ESMA

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tiddetermina l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 33

Segretezza professjonali

1.  L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna n-negozju jew kundizzjonijiet operattivi u affarijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor ikkonċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista' tiġi divulgata jew tali divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċeduri legali.

2.  L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe entità li lilha l-awtorità kompetenti tkun iddelegat il-poteri. L-informazzjoni koperta b'segretezza professjonali ma tistax tiġi divulgata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 34

Protezzjoni tad-data

Rigward l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta' dan ir-Regolament skont il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.

Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 35

Miżuri kawtelatorji

1.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ssib li ġew imwettqa irregolaritajiet mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ jew mill-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-offerta lill-pubbliku jew li dawk il-persuni jkunu kisru l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u lill-ESMA.

2.  Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ jew l-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-offerta lill-pubbliku jibqgħu jiksru d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-ESMA, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'dan mingħajr dewmien żejjed.

3.  L-ESMA tista', fis-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu, taġixxi skont is-setgħa mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU VIII

MIŻURI U SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 36

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigatorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom is-setgħa li jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu sanzjonijiet amministrattivi, li għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Dawn il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi għandhom japplikaw mill-inqas għal:

(a)  il-ksur tal-Artikolu 3, Artikolu 5, Artikolu 6, Artikolu 7(1) sa (10), Artikolu 8, Artikolu 9(1) sa (13), Artikolu 10, Artikolu 11(1) u (3), Artikolu 12, Artikolu 14(2), Artikolu 15(1) u (2), Artikolu 16(1), Artikolu 17(1) u (3), Artikolu 18(1) sa (3), Artikolu 19(1), Artikolu 20(1) sa (4) u (7) sa (10), Artikolu 21(2) to (4), Artikolu 22(1), (2) u (4), u Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament;

(b)  nuqqas ta' kooperazzjoni jew konformità f'investigazzjoni jew ma' spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 30.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew punt (b) ta' dak is-subparagrafu ikun diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fid-dritt nazzjonali tagħhom sa [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Meta jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sa [12-il xahar wara mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ESMA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

2.  L-Istati Membri għandhom, skont id-dritt nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a)  dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur f'konformità mal-Artikolu 40;

(b)  inġunzjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(c)  sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi mill-inqas darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(d)  fil-każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta' mill-inqas EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jew 3 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali.

Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta' impriża prinċipali li hi meħtieġa biex tipprepara l-kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' dħul skont iddritt rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija.

(e)  fil-każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi għall-inqas ta' EUR 700 000, jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta' multi amministrattivi minn dawk previsti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u s-setgħat ta' sanzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti inkluż, fejn xieraq:

(a)  il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)  il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)  l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri individwali;

(e)  l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;

(f)  il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)  ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(h)  miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tiegħu.

2.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom biex jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra taħt l-Artikolu 36, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jimponu jkunu effettivi u xierqa taħt dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jiġu imposti sanzjonijiet u miżuri amministrattivi f'każijiet transkonfinali.

Artikolu 38

Dritt ta' appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu mmotivati kif xieraq u soġġetti għad-dritt tal-appell quddiem tribunal.

Artikolu 39

Rappurtar tal-ksur

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu u jippermettu r-rappurtar ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament lilhom.

2.  Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)  proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta' rapporti ta' ksur attwali jew potenzjali u l-issuktar tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta' kanali ta' komunikazzjoni siguri għal rapporti bħal dawn;

(b)  protezzjoni xierqa lill-impjegati li jaħdmu taħt kuntratt ta' impjieg li jirrapportaw il-ksur mill-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta' trattament inġust mill-impjegatur tagħhom jew partijiet terzi;

(c)  protezzjoni tal-identità u d-data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur u tal-persuna naturali li hija allegatament responsabbli tal-ksur, fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm tali divulgazzjoni tkun meħtieġa mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjoni ulterjuri jew wara proċeduri ġudizzjarji.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji lil persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament li għandhom jingħataw skont id-dritt nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet ġuridiċi jew kuntrattwali preeżistenti li jirrapportaw tali informazzjoni oħra, u sakemm l-informazzjoni tkun ġdida u li din tirriżulta fl-impożizzjoni ta' sanzjoni amministrattiva jew kriminali, jew fit-teħid ta' miżura amministrattiva oħra, għall-ksur ta' dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil impjegaturi li jkunu involuti f'attivitajiet li huma regolati għal skopijiet tas-servizzi finanzjarji biex ikollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrappurtaw ksur attwali jew potenzjali internament permezz ta' kanal speċifiku, indipendenti u awtonomu.

Artikolu 40

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.  Deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura għal ksur ta' dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna sanzjonata tiġi infurmata dwar dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi għallinqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu m'għandux japplika għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta' natura investigatorja.

2.  Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew id-data tal-identità jew personali ta' persuni fiżiċi, tkun meqjusa mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b'każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali data, jew meta din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tal-investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew:

(a)  jipposponu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b)  jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b'mod li jkun konformi mad-dritt nazzjonali, fejn il-pubblikazzjoni anonima tista' tassigura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata. Fil-każ ta' deċiżjoni li tippubblika sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi posposta għal perjodu raġonevoli ta' żmien fejn huwa previst li f'dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima m'għandhomx jibqgħu jeżistu;

(c)  ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) hawn fuq jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiżguraw:

(i)  li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii)  il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta' natura minuri.

3.  Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom xorta waħda jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit web uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' tali appell. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi penali jew miżura.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għal perjodu li jkun meħtieġ f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 41

Rappurtar tas-sanzjonijiet lill-ESMA

1.  L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u l-miżuri imposti skont l-Artikolu 36. L-ESMA għandha tippubblika din l-informazzjoni f'rapport annwali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 36(1), li jiġu stabbiliti sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(1) l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b'informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u l-penali kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar pieni kriminali imposti f'rapport annwali.

2.  Meta l-awtorità kompetenti tkun divulgat sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali jew miżuri amministrattivi oħra lill-pubbliku, hija għandha fl-istess ħin tirrapporta dawk is-sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri lill-ESMA.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha jew il-miżuri imposti iżda mhux ippubblikati skont l-Artikolu 40(2)(c) inkluż kwalunkwe appell dwarhom u l-eżitu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b'rabta ma' kwalunkwe piena kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm database ċentrali ta' penali komunikati lilha għall-finijiet biss tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Din id-database għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 42

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  ▌Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 1 ▌(6), l-Artikolu 2(2b), ▌l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3) ▌u l-Artikolu 27(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1▌ u (6), l-Artikolu 2(2), ▌ l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), ▌u l-Artikolu 27(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 1 ▌(6), l-Artikolu 2(2), ▌ l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), ▌ u l-Artikolu 27(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew meta, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 43

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE(27). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 44

Revoka

1.  Id-Direttiva 2003/71/KE qed tiġi rrevokata b'effett minn [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

2.  Referenzi għad-Direttiva 2003/71/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

4.  Prospetti approvati skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2003/71/KE qabel \ [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali sal-aħħar tal-validità tagħhom, jew sakemm ikunu għaddew tnax-il xahar wara \ [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], skont liema jseħħ l-ewwel.

Artikolu 45

Rapport tal-ESMA dwar il-prospetti

1.  Fuq il-bażi tad-dokumenti ppubblikati permezz tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 20(6), l-ESMA għandha tippubblika kull sena rapport li jkun fih statistika dwar il-prospetti approvati u notifikati fl-Unjoni u analiżi tax-xejriet li jqisu t-tipi ta' emittenti, b'mod partikolari l-SMEs, u t-tipi ta' ħruġ, b'mod partikolari l-konsiderazzjoni tal-offerta, it-tip ta' titoli trasferibbli, it-tip ta' post tan-negozjar u d-denominazzjoni.

2.  Dan ir-rapport għandu jkun fih b'mod partikolari:

(a)  analiżi tal-punt sa fejn ir-reġimi ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 u d-dokument ta' reġistrazzjoni universali stabbilit fl-Artikolu 9 qed jintużaw fl-Unjoni kollha;

(b)  statistika dwar prospetti bażi u l-kundizzjonijiet finali, u dwar il-prospetti mfassla bħala dokumenti separati jew bħala dokument uniku;

(c)  statistika dwar l-ammonti medji u globali miġburin permezz ta' offerta ta' titoli lill-pubbliku soġġett għal dan ir-Regolament, skont kumpaniji mhux ikkwotati, kumpaniji li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fuq faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali, inkluż swieq ta' tkabbir tal-SMEs, u kumpaniji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati. Fejn applikabbli, dawn l-istatistiċi għandhom jipprovdu rendikont dettaljat bejn offerti pubbliċi inizjali u offerti sussegwenti, u bejn titoli ta' ekwità u dawk mhux ta' ekwità;

(ca)   statistika dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' prospett, imqassma, almenu, fi klassijiet differenti ta' emittenti, id-daqs u l-post tal-ħruġ, kif ukoll il-klassijiet tat-tariffi u l-ħlasijiet inkorsi mill-emittenti u l-klassijiet tal-fornituri tas-servizzi li jitolbuhom; l-istatistika għandha tkun akkumpanjata minn analiżi tal-effikaċja tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi involuti fit-tħejjija ta' prospetti u rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż.

Artikolu 46

Rieżami

Qabel [ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva.

Ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħrajn, jekk is-sommarju tal-prospett, ir-reġimi ta' divulgazzjoni stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u d-dokument ta' reġistrazzjoni universali stabbiliti fl-Artikolu 9 jibqgħux xierqa fid-dawl tal-għanijiet segwiti tagħhom. Ir-rapport għandu jikkunsidra r-riżultati tar-rieżami bejn il-pari msemmi fl-Artikolu 19(12).

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan għandu japplika minn [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2a.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw il-limiti minimi stabbiliti għall-finijiet tal-eżenzjoni fl-Artikolu 1(3)(d) jew l-għażla fl-Artikolu 3(2), mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ikunu konformi mal-Artikolu 11, l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 29, l-Artikolu 30, l-Artikolu 36, l-Artikolu 37, l-Artikolu 38, l-Artikolu 39, l-Artikolu 40, u l-Artikolu 41 sa [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament EwropewGħall-Kunsill

Il-PresidentIl-President

ANNESS I

PROSPETT

I.   Sommarju

II.   L-identità tad-diretturi, tad-diriġenti għoljin, tal-konsulenti u tal-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

III.   L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkollhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

A.  L-istatistika tal-offerta

B.  Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

IV.   Informazzjoni essenzjali

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.  L-informazzjoni finanzjarja magħżula

B.  Kapitalizzazzjoni u d-dejn

C.  Raġunijiet għall-offerta u l-użu tar-rikavat

D.  Fatturi ta' riskju

V.   Informazzjoni dwar il-kumpanija

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw l-attivitajiet. Huwa maħsub ukoll li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

A.  L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

B.  Ħarsa ġenerali tal-attivitajiet

C.  Struttura organizzattiva

D.  Proprjetà, impjant u tagħmir

VI.   Rieżami operattiv u finanzjarju u prospetti

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bir-rapporti finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

A.  Riżultati tal-operat

B.  Likwidità u riżorsi kapitali

C.  Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

D.  Xejriet

VII.   Id-diretturi, id-diriġenti għolja u l-impjegati

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u d-diriġenti tal-kumpanija li jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

A.  Diretturi u diriġenti għolja

B.  Remunerazzjoni

C.  Prattiki tal-Bord

D.  Impjegati

E.  Sjieda tal-ishma

VIII. L-azzjonisti maġġuri u t-tranżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Tiġi provduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk il-kundizzjonijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

A.  Azzjonisti maġġuri

B.  Tranżazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

C.  Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

IX.   Informazzjoni finanzjarja

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema rapporti finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien li jridu jiġu koperti, l-età tar-rapporti finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tar-rapporti finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A.  Dikjarazzjonijiet ikkonsoliati u informazzjoni finanzjarja oħra

B.  Bidliet sinifikanti

X.   Id-dettalji tal-offerta u d-dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A.  L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

B.  Pjan għad-distribuzzjoni

C.  Swieq

D.  Pussessuri tat-titoli li jkunu qegħdin ibigħu

E.  Effett ta' dilwizzjoni (it-titoli ta' ekwità biss)

F.  Spejjeż tal-ħruġ

XI.   Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li l-biċċa l-kbira minnha hija ta' natura statutorja, li mhi koperta fi mkien ieħor fil-prospett.

A.  Kapital azzjonarju

B.  Memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

C.  Kuntratti materjali

D.  Kontrolli tal-iskambju

E.  Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

F.  Dividendi u l-aġenti ta' pagament

G.  Dikjarazzjoni tal-esperti

H.  Dokumenti murija

I.  Informazzjoni sussidjarja

ANNESS II

DOKUMENT TA' REĠISTRAZZJONI

I.   L-identità tad-diretturi, tad-diriġenti għolja, tal-konsulenti u tal-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

II.   Informazzjoni prinċipali dwar l-emittenti

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk ir-rapporti finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.  L-informazzjoni finanzjarja magħżula

B.  Kapitalizzazzjoni u d-dejn

C.  Fatturi ta' riskju

III.   Informazzjoni dwar il-kumpanija

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni dwar il-ħidmiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw l-attivitajiet. Huwa maħsub ukoll li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir tal-kumpanija, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

A.  L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

B.  Ħarsa ġenerali tal-attività

C.  Struttura organizzattiva

D.  Proprjetà, impjant u tagħmir

IV.   Rieżami operattiv u finanzjarju u l-prospetti

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bir-rapporti finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

A.  Riżultati tal-operat

B.  Likwidità u riżorsi kapitali

C.  Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

D.  Xejriet

V.   Id-diretturi, id-diriġenti għolja u l-impjegati

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u d-diriġenti tal-kumpanija li jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

A.  Diretturi u diriġenti għolja

B.  Remunerazzjoni

C.  Prattiċi tal-Bord

D.  Impjegati

E.  Sjieda tal-ishma

VI.   L-azzjonisti maġġuri u t-tranżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Tiġi provduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk il-kundizzjonijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

A.  Azzjonisti maġġuri

B.  tranżazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

C.  Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

VII.   Informazzjoni finanzjarja

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien li jridu jiġu koperti, l-età tadr-rapporti finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tar-rapporti finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A.  Dikjarazzjonijiet ikkonsoliati u informazzjoni finanzjarja oħra

B.  Bidliet sinifikanti

VIII. Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li l-biċċa l-kbira minnha hija ta' natura statutorja, li mhi koperta fi mkien ieħor fil-prospett.

A.  Kapital azzjonarju

B.  Memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

C.  Kuntratti materjali

D.  Dikjarazzjoni tal-esperti

E.  Dokumenti murija

F.  Informazzjoni sussidjarja

ANNESS III

NOTA TAT-TITOLI

I.   L-identità tad-diretturi, tad-diriġenti għolja, il-konsulenti u l-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tar-rapporti finanzjarji.

II.   L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkollhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

A.  L-istatistika tal-offerta

B.  Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

III.   Informazzjoni prinċipali dwar l-emittent

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk ir-rapporti finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.  Kapitalizzazzjoni u d-dejn

B.  Raġunijiet għall-offerta u l-użu tar-rikavat

C.  Fatturi ta' riskju

IV.   L-interessi tal-esperti

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom mal-esperti jew il-konsulenti impjegati fuq bażi ta' kontinġenza.

V.   Dettalji tal-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A.  L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

B.  Pjan għad-distribuzzjoni

C.  Swieq

D.  Pussessuri tat-titoli li jbigħu

E.  Effett ta' dilwizzjoni (għat-titoli ta' ekwità biss)

F.  Spejjeż tal-ħruġ

VI.   Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li l-biċċa l-kbira minnha hija ta' natura statutorja, li mhi koperta fi mkien ieħor fil-prospett.

A.  Kontrolli tal-iskambju

B.  Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

C.  Dividendi u l-aġenti ta' pagament

D.  Dikjarazzjoni tal-esperti

E.  Dokumenti murija

Anness IV

Tabella ta' korrelazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 44)

Direttiva 2003/71/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), ħlief l-Artikolu 1(2)(h)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)(h)

Artikolu 1(3)(d)

Artikolu 1(3)

Artikolu 4

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)(a) u (b)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)(a)

Artikolu 1(3)(a)

Artikolu 3(2)(b)

Artikolu 1(3)(b)

Artikolu 3(2)(c)

Artikolu 1(3)(c)

Artikolu 3(2)(d)

-

Artikolu 3(2)(e)

-

Artikolu 3(2) subparagrafi 2 u 3

Artikolu 5

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 1(5)(b)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 1(3)(e)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 1(3)(f)

Artikolu 4(1)(c)

Artikolu 1(3)(g)

Artikolu 4(1)(d)

Artikolu 1(3)(h)

Artikolu 4(1)(e)

Artikolu 1(3)(i)

Artikolu 4(1), subparagrafi 2 sa 5

-

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 1(4)(a)

Artikolu 4(2)(b)

Artikolu 1(4)(c)

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 1(4)(d)

Artikolu 4(2)(d)

Artikolu 1(4)(e)

Artikolu 4(2)(e)

Artikolu 1(4)(f)

Artikolu 4(2)(f)

Artikolu 1(4)(g)

Artikolu 4(2)(g)

Artikolu 1(4)(b)

Artikolu 4(2)(h)

Artikolu 1(4)(h)

Artikolu 4(3)

Artikolu 1(6)

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 7

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(4) subparagrafu 1

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(4) subparagrafu 2

Artikolu 8(9)

Artikolu 5(4) subparagrafu 3

Artikolu 8(4) u Artikolu 24(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 13(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 13(1) subparagrafu 1

Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 13(1) subparagrafu 2, punt (a)

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (b)

Artikolu 7(2)(c)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (c)

Artikolu 7(2)(d)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (c)

Artikolu 7(2)(e)

Artikolu 15

Artikolu 7(2)(f)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (d)

Artikolu 7(2)(g)

Artikolu 14

Artikolu 7(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 7(4)

-

Artikolu 8(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 8(3a)

Artikolu 17(4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 17(5)

Artikolu 8(5)

-

Artikolu 9(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(4)

Artikolu 12(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 18(4)

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(1) subparagrafu 1

Artikolu 12(2)

Artikolu 10(1) subparagrafu 2

Artikolu 12(3)

-

Artikolu 13(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 19(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 19(4)

Artikolu 13(5)

Artikolu 19(7)

Artikolu 13(6)

Artikolu 19(8)

Artikolu 13(7)

Artikolu 19(10)

Artikolu 14(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 14(3)

-

Artikolu 14(4)

Artikolu 20(5)

Artikolu 14(4a)

Artikolu 20(6)

Artikolu 14(5)

Artikolu 20(8)

Artikolu 14(6)

Artikolu 20(9)

Artikolu 14(7)

Artikolu 20(10)

Artikolu 14(8)

Artikolu 20(11)

Artikolu 15(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 21(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 21(4)

Artikolu 15(5)

-

Artikolu 15(6)

Artikolu 21(5)

Artikolu 15(7)

Artikolu 21(6)

Artikolu 16(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 22(6)

Artikolu 17(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 18(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 24(2)

Artikolu 18(3) subparagrafu 1

Artikolu 24(3)

Artikolu 18(3) subparagrafu 2

Artikolu 20(5) subparagrafu 3 u Artikolu 20(6)

Artikolu 18(4)

Artikolu 24(6)

Artikolu 19(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 25(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 25(3)

Artikolu 19(4)

-

Artikolu 20(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 27(2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 27(3)

Artikolu 21(1)

Artikolu 29(1)

Artikolu 21(1a)

Artikolu 32(1)

Artikolu 21(1b)

Artikolu 32(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 29(2)

Artikolu 21(3)(a)

Artikolu 30(1)(a)

Artikolu 21(3)(b)

Artikolu 30(1)(b)

Artikolu 21(3)(c)

Artikolu 30(1)(c)

Artikolu 21(3)(d)

Artikolu 30(1)(d)

Artikolu 21(3)(e)

Artikolu 30(1)(e)

Artikolu 21(3)(f)

Artikolu 30(1)(f)

Artikolu 21(3)(g)

Artikolu 30(1)(g)

Artikolu 21(3)(h)

Artikolu 30(1)(h)

Artikolu 21(3)(i)

Artikolu 30(1)(i)

Artikolu 21(3) subparagrafu 2

Artikolu 30(1) subparagrafu 2

Artikolu 21(4)(a)

Artikolu 30(1)(l)

Artikolu 21(4)(b)

Artikolu 30(1)(m)

Artikolu 21(4)(c)

-

Artikolu 21(4)(d)

Artikolu 30(1)(n)

Artikolu 21(4) subparagrafu 2

Artikolu 30(1) subparagrafu 3

Artikolu 21(5)

Artikolu 29(3) u Artikolu 30(5)

Artikolu 22(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 22(2) subparagrafu 1

Artikolu 31(1)

Artikolu 22(2) subparagrafu 2

-

Artikolu 22(2) subparagrafu 3

Artikolu 31(5)

Artikolu 22(3)

-

Artikolu 22(4)

Artikolu 31(6) u (7)

Artikolu 23(1)

Artikolu 35(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 35(2)

Artikolu 24

Artikolu 43

Artikolu 24a(1)

Artikolu 42(2)

Artikolu 24a(2)

Artikolu 42(4)

Artikolu 24a(3)

Artikolu 42(1)

Artikolu 24b

Artikolu 42(3)

Artikolu 24c

Artikolu 42(5)

Artikolu 25(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 40

Artikolu 26

Artikolu 38

Artikolu 27

-

Artikolu 28

-

Artikolu 29

-

Artikolu 30

-

Artikolu 31

Artikolu 46

Artikolu 32

Artikolu 47

Artikolu 33

Artikolu 47

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0238/2016).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3)ĠU C 177, 18.5.2016, p. 9.
(4) ĠU C 195, 2.6.2016, p. 1.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-...[(ĠU …)/(għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ ….
(6) Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
(7) Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1).
(8) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(9)Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għall-prodotti aggregati ta' investiment bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
(10)Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(11)Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(12)Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(13)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14)Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(15)Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(16)Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta' Marzu 1980 li tikkoordina l-ħtiġijiet għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tad-dettalji tal-kwotazzjoni li għandhom jiġu ppubblikati għall-ammissjoni ta' titoli għall-kwotazzjoni uffiċjali f'borża (ĠU L 100, 17.4.1980, p. 1).
(17)Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta' titoli fil-listi uffiċjali tal-borża u dwar informazzjoni li għandha tkun ippubblikata dwar dawk it-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).
(18)Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(19) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(20) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(21)Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għall-prodotti aggregati ta' investiment bbażati fuq l-assigurazzjoni (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
(22)Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).
(23)Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(24)Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(25)[ĠU C , , p. ].
(26)Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(27)Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).


Ażil: miżuri proviżorji għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja *
PDF 596kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2016)0171 – C8-0133/2016 – 2016/0089(NLE))
P8_TA(2016)0354A8-0236/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0171),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0133/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0236/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
(2)  Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 mis-26 ta' Settembru 2016, 54 000 applikant għandhom jiġu rilokati mill-Italja u mill-Greċja, lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra sakemm sa dik id-data, skont l-Artikolu 4(3), il-Kummissjoni ma tkunx għamlet proposta biex tallokahom lil Stati Membri benefiċjarji oħra li qegħdin jaffaċċjaw sitwazzjoni ta' emerġenza kkaraterizzata minn dħul f'daqqa ta' persuni.
(2)  Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601, mis-26 ta' Settembru 2016, 54 000 applikant għandhom jiġu rilokati mill-Italja u mill-Greċja fil-proporzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni (jiġifieri, 12 764 applikant mill-Italja u 41 236 mill-Greċja) lejn it-territorju ta' Stati Membri oħra sakemm sa dik id-data, skont l-Artikolu 4(3), il-Kummissjoni ma tkunx għamlet proposta biex tallokahom lil Stati Membri benefiċjarji oħra li qegħdin jaffaċċjaw sitwazzjoni ta' emerġenza kkaratterizzata minn influss mhux mistenni ta' persuni.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
(3)   L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha żżomm is-sitwazzjoni rigward dħul massiv ta' migranti fl-Istati Membri taħt rieżami kostanti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kif xieraq, proposti biex din id-Deċiżjoni tiġi emendata sabiex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-post u tal-impatt tagħha fuq il-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni, kif ukoll tal-evoluzzjoni tal-pressjoni fuq l-Istati Membri, b'mod partikolari l-Istati Membri l-aktar esposti.
imħassar
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3a (ġdida)
(3a)   L-Artikolu 4(1)(c) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 jipprevedi li 54 000 applikant għandhom jiġu rilokati. Ir-rilokazzjoni hija definita fl-Artikolu 2(e) ta' dik id-Deċiżjoni bħala t-trasferiment ta' applikant mit-territorju tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali lejn it-territorju tal-Istat Membru ta' rilokazzjoni. Rilokazzjoni ma tinkludix ir-risistemazzjoni jew l-ammissjoni ta' persuni li jkollhom bżonn il-protezzjoni internazzjonali minn pajjiż terz lejn it-territorju ta' Stat Membru.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3b (ġdida)
(3b)   Għandu jkun id-dover tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li żżomm is-sitwazzjoni rigward dħul massiv ta' ċittadini minn pajjiżi terzi fl-Istati Membri taħt rieżami kostanti.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
(4)  Fis-7 ta' Marzu, il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-UE qablu li jaħdmu abbażi ta' sensiela ta' prinċipji għal ftehim mat-Turkija, inkluż li jirrisistemaw, għal kull Sirjan riammess fit-Turkija mill-gżejjer Griegi, Sirjan ieħor mit-Turkija fl-Istati Membri, fi ħdan il-qafas tal-impenji eżistenti. Dawn il-prinċipji komplew jiġu żviluppati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-passi operazzjonali li jmiss fil-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija fil-qasam tal-migrazzjoni li talbet li jittieħdu l-passi meħtieġa biex xi wħud mill-impenji meħuda fl-ambitu tad-deċiżjonijiet ta' rikolazzjoni eżistenti jiġu ttrasferiti lejn l-iskema 1:1, speċjalment il-54 000 post kollu jew parti minnhom li attwalment mhumiex allokati.
(4)  Fis-7 ta' Marzu, il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-UE, permezz ta' dikjarazzjoni, qablu li jaħdmu abbażi ta' sensiela ta' prinċipji għal ftehim mat-Turkija, inkluż li jirrisistemaw, għal kull Sirjan riammess fit-Turkija mill-gżejjer Griegi, Sirjan ieħor mit-Turkija fl-Istati Membri, fi ħdan il-qafas tal-impenji eżistenti. Din l-iskema ta' 1:1 għandha tiġi implimentata bl-għan li tipproteġi lis-Sirjani li qed jaħarbu mill-gwerra u l-persekuzzjoni u b'rispett sħiħ għad-dritt li wieħed ifittex asil u l-prinċipju ta' non-refoulement minqux fil-liġi tal-Unjoni, fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u fil-Protokoll tagħha tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-refuġjati.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
(5)  Huwa mistenni li r-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja, jew forom oħra ta' ammissjoni legali mit-Turkija skont skemi nazzjonali u multilaterali jtaffu l-pressjoni migratorja fuq l-Istati Membri li huma benefiċjarji tar-rilokazzjoni skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 billi jipprovdu mezz legali u sikur biex wieħed jidħol fl-Unjoni u billi jiskoraġġixxu d-dħul irregolari. Għalhekk, l-isforzi ta' solidarjetà tal-Istati Membri li jikkonsistu fl-ammissjoni fit-territorju tagħhom ċittadini Sirjani li jinsabu fit-Turkija li għandhom bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali għandhom jitqiesu fir-rigward tal-54 000 applikant għal protezzjoni internazzjonali msemmija hawn fuq. In-numru ta' persuni li jiġu ammessi minn Stat Membru b'dan il-mod mit-Turkija għandu jitnaqqas min-numru ta' persuni li għandhom jiġu rilokati fl-Istat Membru skont id-Deċiżjoni 2015/1601 fir-rigward ta' tali 54 000 applikant.
(5)  Huma meħtieġa r-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja, jew forom oħra ta' ammissjoni legali mit-Turkija taħt skemi nazzjonali u multilaterali fuq skala kbira biex itaffu l-pressjoni migratorja fuq l-Istati Membri billi jipprovdu mezzi legali u sikuri biex wieħed jidħol fl-Unjoni u billi d-dħul irregolari jagħmluh mhux meħtieġ. Għalhekk għandhom jiġu estiżi. Sal-lum, huma biss għadd minimu ta' rifuġjati Sirjani li ġew risistemati fl-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni, il-Parlament Ewropew sejjaħ għall-iżvilupp ta' rotot aktar sikuri u legali għall-applikanti għal asil u r-rifuġjati fl-Unjoni, inkluż approċċ leġiżlattiv vinkolanti u mandatorju tal-Unjoni għar-risistemazzjoni, l-istabbiliment ta' programmi ta' ammissjoni umanitarja mill-Istati Membri kollha u użu aktar estensiv ta' viżi umanitarji. Dawk il-miżuri għandhom ikunu kumplimentari għal skemi ta' rilokazzjoni adottati skont id-Deċiżjonijiet (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Il-mekkaniżmi għall-ammissjoni jistgħu jinkludu r-risistematizzazzjoni, l-ammissjoni umanitarja jew mezzi legali oħra għall-ammissjoni ta' persuni bi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali, bħal programmi ta' viża umanitarja, trasferiment umanitarju, programmi ta' riunifikazzjoni tal-familja, proġetti ta' sponserxipp privat, programmi ta' mobbiltà tax-xogħol, skemi ta' mobbiltà tax-xogħol u oħrajn.
(6)  Il-mekkaniżmi għall-ammissjoni jistgħu jinkludu r-risistematizzazzjoni, l-ammissjoni umanitarja jew mezzi legali oħra għall-ammissjoni ta' persuni bi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali, bħal programmi ta' viża umanitarja, trasferiment umanitarju, programmi ta' riunifikazzjoni tal-familja, proġetti ta' sponserxipp privat, programmi ta' boroż ta' studju, aċċess għall-edukazzjoni, skemi ta' mobbiltà tax-xogħol u oħrajn.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE1a tipprevedi miżuri dwar riunifikazzjoni tal-familja li għandhom jiġu adottati b'konformità mal-obbligu ta' protezzjoni tal-familja u r-rispett għall-ħajja tal-familja minquxa f'ħafna strumenti tad-dritt internazzjonali. Riunifikazzjoni tal-familja m'għandhiex tiddependi fuq politiki oħra tal-Unjoni jew miżuri ta' solidarjetà jew emerġenza. Jeħtieġ li tiġi rispettata u promossa mill-Istati Membri fil-każijiet kollha.
___________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6b (ġdida)
(6b)   Bosta applikanti fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali attwalment preżenti fil-Greċja u l-Italja ma jistgħux jibbenefikaw mir-rilokazzjoni tal-iskema peress li jaqgħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 604/2013. L-Istati Membri għandhom bżonn jimplimentaw id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 malajr u jgħaġġlu każijiet vulnerabbli biex ikunu jistgħu jerġgħu jingħaqdu mal-familja tagħhom malajr kemm jista' jkun.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
(7)  L-impenji li l-Istati Membri ħadu bħala parti mill-iskema ta' risistemazzjoni, li kien hemm qbil dwarhom fil-laqgħa tal-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2015 m'għandhomx jiġu affettwati minn din id-Deċiżjoni u m'għandhomx jgħoddu biex jiġu ssodisfati l-obbligi skont id-Deċiżjoni 2015/1601. Għalhekk, Stat Membru li jagħżel li jissodisfa l-obbligi skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 permezz tal-ammissjoni ta' Sirjani preżenti fit-Turkija bl-iskema ta' risistematizzazzjoni ma jistax jgħodd dan l-isforz bħala wieħed li jikkostitwixxi parti mill-impenn tiegħu skont l-iskema ta' risistemazzjoni tal-20 ta' Lulju 2015.
(7)  L-impenji li l-Istati Membri ħadu bħala parti mill-iskema ta' risistemazzjoni, li kien hemm qbil dwarhom fil-laqgħa tal-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2015 m'għandhomx jiġu affettwati minn din id-Deċiżjoni u m'għandhomx jgħoddu biex jiġu ssodisfati l-obbligi skont id-Deċiżjoni 2015/1601.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
(8)  Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw fuq bażi ta' kull xahar lill-Kummissjoni dwar is-Sirjani preżenti fit-Turkija li ġew ammessi fit-territorju tagħhom skont l-alternattiva prevista f'din l-emenda li tispeċifika taħt liema skema, nazzjonali jew multilaterali, il-persuna ġiet ammessa u l-forma ta' ammissjoni legali.
(8)  Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw fuq bażi ta' kull xahar lill-Kummissjoni dwar is-Sirjani preżenti fit-Turkija li ġew ammessi fit-territorju tagħhom, il-forma ta' ammissjoni użata u t-tip ta' skema li taħtha tkun saret.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Ir-risistemazzjoni m'għandhiex issir għad-detriment ta' rilokazzjoni. It-tnejn huma strumenti importanti ta' solidarjetà. Ir-rilokazzjoni hija forma ta' solidarjetà interna fost l-Istati Membri, filwaqt li r-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja jew tipi oħra ta' ammissjoni huma forma ta' solidarjetà esterna ma' pajjiżi terzi li jilqgħu l-biċċa l-kbira tar-rifuġjati.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Rigward in-numru attwali ta' applikanti għall-asil fil-Greċja, u n-numru dejjem jikber ta' applikanti għall-asil li qed jaslu l-Italja, il-ħtieġa għal postijiet ta' rilokazzjoni ta' emerġenza hija mistennija li tibqa' għolja.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8c (ġdida)
(8c)   Skont dejta reċenti tal-UNHCR, 53 859 persuna li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali bħalissa għadhom fil-Greċja, il-biċċa l-kbira minnhom huma Sirjani (45 %), Iraqini (22 %) u Afgani (21 %). Minkejja tnaqqis fl-għadd ta' wasliet, u minħabba n-natura politika tad-dikjarazzjoni tat-18 ta' Marzu 2016 tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE dwar il-kooperazzjoni mat-Turkija, m'hemm l-ebda ċertezza dwar jekk huwiex se jkompli t-tnaqqis attwali fil-wasliet ta' persuni li jfittxu l-asil lejn il-Greċja. Min-naħa l-oħra, ir-rifuġjati jistgħu jirrikorru għal rotot ġodda, bħar-rotta tal-Mediterran Ċentrali għall-Italja, fejn il-UNHCR irrappurtat li kien hemm żieda ta' 42.5 % fl-għadd ta' migranti li qed jaslu mil-Libja meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015. Għaldaqstant, wieħed jista' jistenna li l-bżonn ta' postijiet ta' rilokazzjoni ser jibqa' għoli.
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8d (ġdida)
(8d)   Fil-Komunikazzjoni tagħha "First report on relocation and resettlement" (L-Ewwel Rapport dwar rilokazzjoni u risistemazzjoni) tas-16 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni indikat li l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tippreżenta ħafna nuqqasijiet. It-tweġiba tal-Istati Membri għas-sejħa ġenerali mill-EASO għal 374 espert hija evidentement insuffiċjenti minħabba s-sitwazzjoni kritika li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-Italja u l-Greċja. Minkejja n-numru dejjem jikber ta' minuri mhux akkumpanjati fost l-applikanti għall-asil u r-rifuġjati eliġibbli għal rilokazzjoni, numru limitat ħafna biss minnhom ġew rilokati, minkejja d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar rilokazzjoni li jipprevedu għall-applikanti vulnerabbli biex jiġu pproċessati b'mod prijoritarju. Sal-lum uħud mill-Istati Membri għadhom m'għamlux disponibbli xi postijiet għar-rilokazzjoni. 18-il Stat Membru biss wiegħdu biex jirrilokaw l-applikanti mill-Greċja u 19-il Stat Membru wiegħdu li jagħmlu dan mill-Italja. Fost dawk l-Istati Membri, uħud għamlu biss wegħdiet limitati ħafna fid-dawl tal-allokazzjoni totali tagħhom.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8e (ġdida)
(8e)   Il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta' ksur kontra l-Italja u l-Greċja dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u kontra l-Greċja fir-rigward id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. Madankollu, ittieħdet azzjoni legali kontra l-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/1601.
_________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (riformulazzjoni) (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).
1b Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8f (ġdida)
(8f)   L-Istati Membri ta' rilokazzjoni jeħtieġ li jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjonijiet (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601 bil-ħsieb li jtaffu l-pressjoni fuq Stati Membri li huma l-aktar milquta. L-Istati Membri ta' rilokazzjoni għandhom iżidu malajr u b'mod sinifikanti l-isforzi tagħhom biex iwieġbu għas-sitwazzjoni umanitarja urġenti fil-Greċja u jipprevjenu d-deterjorament tas-sitwazzjoni fl-Italja. S'issa, l-Istati Membri għamlu biss disponibbli 7 % tal-postijiet ta' rilokazzjoni. Sal-5 ta' Ġunju 2016 kienu biss 793 persuna mill-Italja u 2033 persuna mill-Greċja li ġew rilokati b'mod effettiv. Il-Kummissjoni, fl-ewwel rapport tagħha dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni tas-16 ta' Marzu 2016, indikat li l-Istati Membri jridu jilħqu rata ta' rilokazzjoni ta' kull xahar ta' mill-inqas 5 680 sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rilokazzjoni fi ħdan l-iskadenza ta' sentejn.
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8g (ġdida)
(8g)   L-Afgani għandhom ukoll ikunu eliġibbli għar-rilokazzjoni skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601. Fl-2015, l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-asil ippreżentati mill-Afgani fl-Unjoni laħaq livell bla preċedent ta' madwar 180 000, li tagħmel lill-Afgani t-tieni l-akbar grupp ta' persuni li jfittxu l-asil lejn l-Unjoni fl-2015. L-akbar għadd minnhom jaslu fil-Greċja. Bosta minnhom huma minuri mhux akkumpanjati. Huma għandhom bżonnijiet ta' protezzjoni speċjali, li l-Greċja, minħabba l-pressjoni qawwija ta' asil li għaddejja bħalissa, ma tistax tissodisfa. Is-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora fl-Afganistan, b'għadd rekord ta' attakki terroristiċi u vittmi ċivili fl-2015, irriżultat f'żieda sinifikanti fir-rati ta' rikonoxximent ta' Afgani li jfittxu asil fl-Unjoni: minn 43 % fl-2014 għal 66 % fl-2015, skont id-dejta tal-Eurostat.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
(14)  Fid-dawl tal-urġenza tas-sitwazzjoni, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
(14)  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ immedjatament fid-data wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Deċiżjoni (UE) 2015/1601
Artikolu 3 – paragrafu 2
-1.   Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Ir-rilokazzjoni skont din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata biss fir-rigward ta' applikant li huwa ta' nazzjonalità li għaliha il-proporzjon ta' deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali fost deċiżjonijiet meħuda fl-ewwel istanza dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1] ikun, skont id-data trimestrali l-aktar reċenti tal-Eurostat, aġġornata u disponibbli fl-Unjoni kollha, 75 % jew aktar. Fil-każ ta' persuni apolidi, għandu jittieħed kont tal-pajjiż li qabel kien ir-residenza abitwali tagħhom. Aġġornamenti trimestrali għandhom jitqiesu biss fir-rigward ta' applikanti li ma jkunux diġà ġew identifikati bħala applikanti li jistgħu jiġu rilokati skont l-Artikolu 5(3) ta' din id-Deċiżjoni.
2. Ir-rilokazzjoni skont din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata biss fir-rigward ta' applikanti b'nazzjonalità Sirjana, Iraqija, Eritreana jew Afgana jew għal dawk li huma ta' nazzjonalità li għaliha l-proporzjon ta' deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali fost deċiżjonijiet meħuda fl-ewwel istanza dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ikun, skont id-data trimestrali l-aktar reċenti tal-Eurostat, aġġornata u disponibbli fl-Unjoni kollha, 75 % jew aktar. Fil-każ ta' persuni apolidi, għandu jittieħed kont tal-pajjiż li qabel kien ir-residenza abitwali tagħhom. Aġġornamenti trimestrali għandhom jitqiesu biss fir-rigward ta' applikanti li ma jkunux diġà ġew identifikati bħala applikanti li jistgħu jiġu rilokati skont l-Artikolu 5(3) ta' din id-Deċiżjoni".
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
Deċiżjoni (UE) 2015/1601
Artikolu 4 – paragrafu 3a
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601, iddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:
imħassar
"3a. Fir-rigward tar-rilokazzjoni ta' applikanti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-ammissjoni tal-Istati Membri fit-territorju tagħha ta' ċittadini Sirjani preżenti fit-Turkija skont skemi ta' ammissjoni nazzjonali jew multilaterali għal persuni bi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali, li huma differenti mill-iskema ta' risistemazzjoni li kienet is-suġġett tal-laqgħa tal-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2015, twassal għal tnaqqis rispettiv tal-obbligu tal-Istat Membru rispettiv.
L-Artikolu 10 japplika mutatis mutandis għal kull ammissjoni legali li twassal għal tnaqqis tal-obbligu ta' rilokazzjoni.
L-Istati Membri jirrapportaw kull xahar lill-Kummissjoni dwar in-numru ta' persuni legalment ammessi għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, fejn jiġi indikat it-tip ta' skema li taħtha saret l-ammissjoni u l-forma ta' ammissjoni legali użata."
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Deċiżjoni (UE) 2015/1601
Artikolu 5 – paragrafu 2
1a.   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  L-Istati Membri għandhom, f'intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, jindikaw in-numru ta' applikanti li jistgħu jiġu rilokati malajr lejn it-territorju tagħhom u kull informazzjoni rilevanti oħra.
2. L-Istati Membri għandhom, f'intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, jindikaw in-numru ta' applikanti li jistgħu jiġu rilokati malajr lejn it-territorju tagħhom u kull informazzjoni rilevanti oħra. L-Istati Membri għandhom jagħmlu tal-inqas terz mill-postijiet ta' rilokazzjoni tagħhom disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2016."
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Deċiżjoni (UE) 2015/1601
Artikolu 5 – paragrafu 4
1b.   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
4.  Wara l-approvazzjoni tal-Istat Membru ta' rilokazzjoni, l-Italja u l-Greċja, malajr kemm jista' jkun, għandhom jieħdu deċiżjoni li jirrilokaw kull wieħed mill-applikanti identifikati lejn Stat Membru ta' rilokazzjoni speċifiku, f'konsultazzjoni mal-EASO, u għandhom jinnotifikaw lill-applikant skont l-Artikolu 6(4). L-Istat Membru ta' rilokazzjoni jista' jiddeċiedi li ma japprovax ir-rilokazzjoni ta' applikant biss jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
4. Wara l-approvazzjoni tal-Istat Membru ta' rilokazzjoni, l-Italja u l-Greċja, malajr kemm jista' jkun, għandhom jieħdu deċiżjoni li jirrilokaw kull wieħed mill-applikanti identifikati lejn Stat Membru ta' rilokazzjoni speċifiku, f'konsultazzjoni mal-EASO, u għandhom jinnotifikaw lill-applikant skont l-Artikolu 6(4). L-Istat Membru ta' rilokazzjoni jista' jiddeċiedi li ma japprovax ir-rilokazzjoni ta' applikant biss jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. Jekk l-Istat Membru ta' rilokazzjoni ma japprovax ir-rilokazzjoni fi żmien ġimagħtejn, dak l-Istat Membru għandu jitqies li jkun ta l-approvazzjoni tiegħu."
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
Deċiżjoni (UE) 2015/1601
Artikolu 5 – paragrafu 10
1c.   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:
10.  Il-proċedura ta' rilokazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha titlesta malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn xahrejn minn meta tingħata l-indikazzjoni mill-Istat Membru ta' rilokazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, sakemm l-approvazzjoni mill-Istat Membru tar-rilokazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ssir inqas minn ġimagħtejn qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu ta' xahrejn. F'każ bħal dan, il-limitu ta' żmien biex titlesta l-proċedura ta' rilokazzjoni jista' jiġi estiż għal perijodu mhux itwal minn ġimagħtejn oħra. Barra minn hekk, dan il-limitu ta' żmien jista' wkoll jiġi estiż, b'perijodu ulterjuri ta' erba' ġimgħat, kif xieraq, fejn l-Italja jew il-Greċja juru li hemm ostakoli prattiċi oġġettivi li jimpedixxu t-trasferiment milli jsir.
10. Il-proċedura ta' rilokazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha titlesta malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn xahrejn minn meta tingħata l-indikazzjoni mill-Istat Membru ta' rilokazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż għal perijodu ta' erba' ġimgħat, kif xieraq, fejn l-Italja jew il-Greċja juru li hemm ostakoli prattiċi oġġettivi li jimpedixxu t-trasferiment milli jsir."

Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
PDF 438kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2016)0071 – C8-0098/2016 – 2016/0043(NLE))
P8_TA(2016)0355A8-0247/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0071),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0098/2016),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0247/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa -1 (ġdida)
(-1)  Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni (UE) 2015/18481a tiegħu, għażel, għal darb'oħra, li jinjora r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015. L-approċċ tal-Kunsill ma jirriflettix l-ispirtu tat-Trattati, u jdgħajjef il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni filwaqt li jkabbar id-"defiċit demokratiku" fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew jiddeplora bil-qawwa l-approċċ tal-Kunsill u jenfasizza li r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament għandha tiġi kkunsidrata.
____________
1a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
(1)  It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula, fl-Artikolu 145, li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b'mod partikolari għall-promozzjoni ta' forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u li tadatta, kif ukoll swieq tax-xogħol li jirreaġixxu għat-tibdil ekonomiku, bl-għan li jinkisbu l-objettivi definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).
(1)  It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula, fl-Artikolu 145, li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b'mod partikolari għall-promozzjoni ta' forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u li tadatta, kif ukoll swieq tax-xogħol li jirreaġixxu għat-tibdil ekonomiku, bl-għan li jinkisbu l-objettivi definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-Artikolu 9 u 10 tat-TFUE, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tiżgura suq tax-xogħol inklużiv u integrat li jkun kapaċi jindirizza l-impatt sever tal-qgħad u jiżgura livell għoli ta' impjieg, tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fl-Unjoni kollha, inklużi pagi adegwati, u tiggarantixxi protezzjoni soċjali
xierqa u konformi mar-regolamenti dwar ix-xogħol, il-ftehimiet kollettivi u bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif ukoll livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ u tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
(2)  L-"Istrateġija Ewropa 2020" proposta mill-Kummissjoni tippermetti lill-Unjoni ddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, akkumpanjat minn impjiegi ta' livell għoli, produttività u koeżjoni soċjali. Ħames miri ewlenin, elenkati taħt il-linji gwida rilevanti, jikkostitwixxu objettivi kondiviżi li jiggwidaw l-azzjoni tal-Istati Membri, u jikkunsidraw il-pożizzjonijiet inizjali relattivi tagħhom u ċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom, kif ukoll il-pożizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi tal-Unjoni. L-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi għandha r-rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-objettivi marbutin mal-impjiegi u mas-suq tax-xogħol tal-istrateġija l-ġdida.
(2)  L-"Istrateġija Ewropa 2020" proposta mill-Kummissjoni (Ewropa 2020) għandha tippermetti lill-Unjoni ddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, akkumpanjat minn livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. L-Unjoni teħtieġ politika olistika u investimenti pubbliċi li jiġġieldu l-qgħad u l-faqar. F'dan ir-rigward, l-iżvilupp tal-indikaturi tal-impjieg u soċjali tal-Ewropa 2020 sal-lum huwa ta' tħassib kbir, peress li l-għadd ta' persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali żdied b'ħames miljuni minflok ma naqas, ir-rata tal-impjieg f'ċerti pajjiżi għadha ma rritornatx għal-livelli ta' qabel il-kriżi, filwaqt li f'xi Stati Membri r-rata ta' żgħażagħ li mhumiex qed jaħdmu, jistudjaw jew jitħarrġu (NEET) hija 'l fuq minn 20 % u r-rata ta' dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien tlaħħaq it-23 %. L-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi għandha r-rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-objettivi marbutin mal-impjiegi, mal-inklużjoni soċjali u mas-suq tax-xogħol tal-istrateġija l-ġdida. Madankollu, dawn l-objettivi għadhom ma ntlaħqux u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi aktar sinifikanti sabiex jinkisbu r-riżultati mistennija. It-twettiq tal-Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali jeħtieġ jibqa' objettiv kruċjali tal-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
3)   Dawn il-linji gwida integrati huma f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Huma jagħtu gwida preċiża lill-Istati Membri fid-definizzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom u fl-implimentazzjoni tar-riformi, waqt li jirriflettu l-interdipendenza u b'mod konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jiffurmaw il-bażi għal kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż li l-Kunsill jista’ jindirizza lill-Istati Membri skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE, b’mod parallel mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 121(2) ta’ dak it-Trattat. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom ukoll jifformaw il-bażi għall-istabbiliment tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi li jintbagħat kull sena mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew.
(3)  Dawn il-linji gwida integrati għandhom ikunu f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Huma jagħtu gwida preċiża lill-Istati Membri fid-definizzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom u fl-implimentazzjoni tar-riformi, waqt li jirriflettu l-interdipendenza u bi qbil mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jiġu kkunsidrati għal kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż li l-Kunsill jista’ jindirizza lill-Istati Membri skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE, f'bilanċ mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jagħtu kas mhux biss tal-indikaturi ekonomiċi iżda anke, jekk ikun xieraq, ta' dawk soċjali u tal-impjiegi, filwaqt li jivvalutaw ex ante r-riformi li għandhom jiġu implimentati u l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini. Il-linji gwida dwar l-impjiegi għandhom jiġu stabbiliti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew u għandhom jifformaw il-bażi għall-istabbiliment tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi li jintbagħat kull sena mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew. Tliet indikaturi tal-impjiegi – ir-rata ta' attività, l-impjieg taż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul – dan l-aħħar ġew inklużi fil-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku, u l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 20161a, appella biex dawn l-indikaturi jqanqlu analiżi fil-fond fl-Istati Membri rilevanti li tista' twassal għall-proposta u l-applikazzjoni ta' aktar riformi ekonomiċi, soċjali u tas-suq tax-xogħol.
________________
1a Testi adottati, P8_TA(2016)0058.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
(4)  L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri li qegħdin fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, turi li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jonqos il-qgħad strutturali, titrawwem forza tax-xogħol ta' ħila skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u jiġu promossi impjiegi ta' kwalità u t-tagħlim tul il-ħajja, tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ f'kull livell u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar.
(4)  L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri, li qegħdin fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, juri li l-Istati Membri għandhom jagħtu kas tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u l-linji gwida dwar l-impjiegi u għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jonqos il-qgħad strutturali billi jinħolqu l-impjiegi, jingħata appoġġ lil suq tax-xogħol dinamiku u inklużiv li jiffunzjona tajjeb, titrawwem forza tax-xogħol ta' ħila li tkun kapaċi tirrispondi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u jiġu promossi impjiegi deċenti u t-tagħlim tul il-ħajja, tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ f'kull livell u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-familja u l-ħajja professjonali, l-oppożizzjoni għal kull tip ta' diskriminazzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar, partikolarment il-faqar fost it-tfal, kif ukoll it-titjib tal-kapaċità ta' popolazzjoni li qed tixjieħ.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   120 miljun ċittadin tal-Unjoni madwar 25% qegħdin f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali. Din is-sitwazzjoni ta' emerġenza, li hija riflessa wkoll fl-għadd dejjem kbir ta' ċittadini tal-Unjoni li huma mingħajr impjieg, tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta miżuri biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw skemi ta' introjtu bażiku minimu nazzjonali sabiex huma jkunu jistgħu jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
Il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri4 għandhom jinżammu għall-2016 u għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politiki tal-impjiegi tagħhom.
Il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, kif stabbiliti fl-Anness, qed jiġu adottati. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politiki tal-impjiegi u fil-programmi ta' riforma tagħhom, u għandu jsir rapport dwar dan f'konformità mal-Artikolu 148(3) tat-TFUE.
__________________
4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness (ġdid)
Linja gwida 5: Inżidu d-domanda għax-xogħol
L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom jindirizzaw b'mod effikaċi u fil-pront il-kwistjoni serja tal-qgħad, u jiffaċilitaw u jinvestu fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, jindirizzaw l-aċċessibbiltà għall-gruppi li qegħdin f'riskju u jnaqqsu l-ostakli lin-negozji biex iħaddmu persuni fil-livelli kollha tal-ħiliet u fis-setturi kollha tas-suq tax-xogħol, inkluż billi jnaqqsu l-burokrazija, filwaqt li jirrispettaw l-istandards soċjali u tax-xogħol, jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, u b'mod partikolari jappoġġjaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji ħalli tiżdied ir-rata tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jippromwovu attivament, fost l-oħrajn, l-impjiegi ekoloġiċi u dawk fil-qasam tas-saħħa u s-settur marittimu, kif ukoll l-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni soċjali.
Il-ħaddiema għandu jonqsilhom il-piż tat-taxxa u minflok dan għandhom jerfgħuh sorsi oħrajn ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir filwaqt li għandu jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u l-infiq immirat lejn l-investiment pubbliku, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi. It-tnaqqis fit-tassazzjoni fuq ix-xogħol għandu jkun immirat lejn komponenti rilevanti tal-piż tat-taxxa u għandu jsir bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni u jonqsu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità u għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġu rispettati l-istandards eżistenti tax-xogħol.
Il-politiki li jiżguraw li l-pagi jippermettu introjtu adegwat li jiggarantixxi l-għajxien jibqgħu importanti għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar fl-Unjoni. Flimkien mas-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom għalhekk jirrispettaw u jinkoraġġixxu mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi ħalli l-pagi reali jkunu jistgħu jwieġbu għall-iżviluppi fil-produttività u jgħinu jikkoreġu diverġenzi tal-passat mingħajr ma jinkoraġġixxu pressjoni deflazzjonarja. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jiżguraw riżorsi suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi tal-faqar speċifiċi għal kull Stat Membru. Għalhekk għandhom jitqiesu d-differenzi fil-ħiliet u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol lokali bil-għan li jiġu żgurati pagi għal għajxien deċenti madwar l-Unjoni. Meta jiġu biex jiffissaw il-pagi minimi f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw l-adegwatezza tagħhom kif ukoll iqisu l-impatt li dawn iħallu fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu, l-introjtu tal-familji, id-domanda aggregata, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività.
L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-burokrazija sabiex itaffu l-piż fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, billi dawn jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-ħolqien tal-impjiegi.
Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tax-xogħol u l-ħiliet
L-Istati Membri għandhom jippromwovu produttività sostenibbli u impjegabbiltà ta' kwalità permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien u ħiliet rilevanti, magħmula aċċessibbli u disponibbli għal kulħadd. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali u s-servizzi tat-trasport li qed jiffaċċjaw jew se jiffaċċjaw nuqqas ta' persunal fit-terminu medju. L-Istati Membri għandhom jagħmlu investimenti effikaċi f'edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità għolja minn età bikrija u fis-sistemi tat-taħriġ vokazzjonali u għandhom itejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom ħalli jiżdiedu l-kompetenzi u l-livell tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, filwaqt li tiżdied id-diversità tal-ħiliet, u b'hekk din tkun tista' tantiċipa aħjar u tissodisfa l-ħtiġijiet tant flessibbli tas-swieq tax-xogħol dinamiċi f'ekonomija li qed issir dejjem aktar diġitali. Għal dan il-għan, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-"ħiliet mhux tekniċi" bħall-komunikazzjoni qed isiru dejjem aktar importanti għal għadd kbir ta' impjiegi.
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ billi, fost l-oħrajn, jintroduċu korsijiet volontarji dwar l-intraprenditorija u jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' intrapriżi tal-istudenti fl-iskejjel sekondarji u fil-kulleġġi. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex ma jħallux liż-żgħażagħ jitilqu mill-iskola u biex jiżguraw tranżizzjoni bla intoppi mill-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħajja professjonali, biex jitjieb l-aċċess u jitneħħew l-ostakli għal tagħlim ta' kwalità għolja għall-adulti kollha b'enfasi partikolari fuq gruppi b'riskju għoli u l-ħtiġijiet tagħhom, billi joffru taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet meta t-telf ta' impjiegi u t-tibdil fis-suq tax-xogħol ikunu jeħtieġu riintegrazzjoni attiva. Fl-istess ħin l-Istati Membri għandhom jimplimentaw strateġiji għal tixjiħ attiv biex jippermettu ħajja tax-xogħol b'saħħitha sal-età reali tal-irtirar.
Filwaqt li jiżguraw il-livell ta' ħiliet meħtieġ minn suq tax-xogħol li kontinwament qed jinbidel u jappoġġjaw l-edukazzjoni u t-taħriġ flimkien ma' programmi ta' edukazzjoni tul il-ħajja, l-Istati Membri għandhom iżommu f'moħħhom li l-impjiegi li jeħtieġu ftit kwalifiki huma meħtieġa wkoll u li l-opportunitajiet ta' impjieg huma aħjar għal dawk li għandhom ħafna kwalifiki milli għal dawk li għandhom kwalifiki medji jew baxxi.
L-aċċess għal servizzi ta' edukazzjoni u kura għall-but ta' kulħadd u ta' kwalità għolja fil-bidu tat-tfulija għandu jkun prijorità għall-politiki komprensivi u l-investiment flimkien mal-appoġġ għall-familja u l-ġenituri u miżuri ta' rikonċiljazzjoni li jgħinu lill-ġenituri jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol ma' tal-familja, bħala kontribut għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u għaż-żieda fl-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.
Il-kwistjoni tal-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fit-tul u l-qgħad reġjonali għoli, għandha tiġi solvuta b'mod effikaċi u f'waqtu, kif ukoll evitata permezz ta' taħlita ta' miżuri min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista. Permezz ta' strateġiji komprensivi u li jsaħħu lil xulxin għandhom jiġu indirizzati l-għadd ta' persuni qiegħda għal żmien twil u l-problema tan-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u ta' ħiliet skaduti, billi fost l-oħrajn jingħata appoġġ attiv personalizzat u bbażat fuq il-ħtiġijiet u jiġu pprovduti skemi ta' protezzjoni soċjali xierqa lil dawn il-persuni biex jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol b'mod infurmat u responsabbli. Anke l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandu jiġi indirizzat b'mod komprensiv permezz ta' strateġija globali għall-impjieg taż-żgħażagħ. Dan jinkludi investiment fis-setturi li jistgħu joħolqu impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ u billi l-atturi rilevanti bħas-servizzi ta' appoġġ għaż-żgħażagħ, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jingħataw il-mezzi meħtieġa ħalli l-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni nazzjonali tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom jimplimentawhom għalkollox u b'mod konsistenti, iżda wkoll bl-użu rapidu tar-riżorsi min-naħa tal-Istati Membri. L-aċċess għall-finanzjament għal dawk li jagħżlu li jibdew negozju għandu jiġi ffaċilitat permezz ta' disponibbiltà usa' ta' informazzjoni, tnaqqis ta' burokrazija eċċessiva u l-possibbiltà li l-benefiċċji tal-qgħad ta' diversi xhur jiġu konvertiti f'għotja inizjali bil-quddiem wara l-preżentazzjoni ta' pjan tan-negozju u f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki kontra l-qgħad, l-Istati Membri għandhom iqisu l-inugwaljanzi lokali u reġjonali u jikkooperaw mas-servizzi pubbliċi lokali tal-impjiegi.
Għandhom jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ħalli jkunu żgurati riżultati fit-tagħlim ta' kwalità filwaqt li jkun evitat u jingħeleb it-tluq bikri mill-iskola, u tiġi promossa edukazzjoni komprensiva u ta' kwalità għolja mil-livell l-aktar bażiku tagħha. Dan jeħtieġ sistemi edukattivi flessibbli b'enfasi fuq il-prattika. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom itejbu l-kwalità tar-riżultati tas-sistema edukattiva billi jagħmluha aċċessibbli għal kulħadd, jistabbilixxu u jtejbu s-sistemi ta' tagħlim doppju, adattati għall-ħtiġijiet tagħhom, bit-titjib tat-taħriġ professjonali u ta' oqfsa eżistenti bħall-Europass, filwaqt li jiżguraw, fejn ikun hemm bżonn, taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet u rikonoxximent tal-ħiliet miksuba barra s-sistema edukattiva formali. Ir-rabtiet bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol għandhom jissaħħu, filwaqt li jiġi żgurat li l-edukazzjoni tkun wiesgħa biżżejjed biex tipprovdi lin-nies b'bażi solida għall-impjegabbiltà tul il-ħajja.
L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw aħjar is-sistemi tat-taħriġ tagħhom mas-suq tax-xogħol sabiex itejbu t-tranżizzjoni mit-taħriġ għad-dinja tax-xogħol. L-impjiegi ekoloġiċi u s-settur tal-kura tas-saħħa huma partikolarment essenzjali fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni u f'termini ta' teknoloġiji ġodda.
Jeħtieġ li tonqos aktar id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol kif ukoll fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-aktar għall-gruppi li jiffaċċjaw diskriminazzjoni jew esklużjoni, bħan-nisa, l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabilità u l-migranti legali. Fis-suq tax-xogħol għandhom ikunu żgurati l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża paga ugwali, u l-aċċess għal servizzi ta' edukazzjoni u kura ta' kwalità u għall-but ta' kulħadd fil-bidu tat-tfulija kif ukoll il-flessibbiltà meħtieġa biex tiġi evitata l-esklużjoni ta' dawk b'waqfiet fil-karriera tagħhom minħabba responsabbiltajiet familjari bħal dawk li jieħdu ħsieb il-familja. Għalhekk, id-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet għandha tiġi żblukkata mill-Istati Membri.
F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li r-rati ta' żgħażagħ li mhumiex qed jaħdmu, jistudjaw jew jitħarrġu (NEETs) huma ogħla għan-nisa milli għall-irġiel u li l-fenomenu tan-NEETs jeżisti primarjament minħabba żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ iżda wkoll minħabba inattività mhux marbuta mal-edukazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ, effikaċi u effiċjenti mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn ta' appoġġ li għandha l-Unjoni biex jiġġieldu l-faqar u jtejbu l-impjiegi ta' kwalità, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi. Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-pjattaformi ta' investiment tiegħu għandhom ikunu wkoll mobilizzati sabiex jiġi żgurat li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u li l-ħaddiema jingħataw il-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn mudell ta' tkabbir sostenibbli.
Linja gwida 7: Intejbu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol
L-Istati Membri għandhom inaqqsu s-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jindirizzaw l-impjiegi prekarji, is-sottoimpjieg, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol. Għandhom isiru regoli li jħarsu x-xogħol u l-istituzzjonijiet ħalli jinħoloq ambjent xieraq għar-reklutaġġ filwaqt li dawn ikunu joffru livelli xierqa ta' protezzjoni lil min jaħdem u lil min qed ifittex xogħol jew jaħdem b'kuntratt temporanju, part-time jew atipiku jew b'kuntratt tax-xogħol indipendenti, billi jinvolvu b'mod attiv lill-partijiet soċjali u jippromwovu n-negozjar kollettiv. Għandhom ikunu żgurati impjiegi ta' kwalità għal kulħadd, u dan mil-lat ta' sigurtà soċjoekonomika, durabbiltà, salarji adegwati, drittijiet fuq ix-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti (inkluż mill-perspettiva tas-saħħa u s-sikurezza), il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta' taħriġ. Għalhekk hemm bżonn li ssir promozzjoni għad-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, ir-riintegrazzjoni ta' persuni qiegħda għal żmien twil u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, bil-forniment ta' kura bi prezz raġonevoli u bl-immodernizzar tal-organizzazzjoni tax-xogħol. Għandha ssir promozzjoni favur il-konverġenza 'l fuq fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni kollha.
L-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jiffaċilita l-intraprenditorija, il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fis-setturi kollha, inklużi l-impjiegi ekoloġiċi, u l-kura soċjali u l-innovazzjoni, sabiex isir l-aħjar użu mill-ħiliet tal-persuni, jitrawwem l-iżvilupp tul il-ħajja tagħhom u titħeġġeġ l-innovazzjoni mmexxija mill-impjegati.
Filwaqt li jibqgħu konformi mal-prinċipju ta' sħubija u mal-prattiki nazzjonali, meta jkunu qed ifasslu u jwettqu riformi u politiki rilevanti, l-Istati Membri għandhom jinvolvu mill-qrib lill-parlamenti nazzjonali, lis-sħab soċjali, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u għandhom jappoġġjaw it-titjib tal-funzjonament u l-effikaċja tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, b'mod speċjali f'dawk il-pajjiżi bl-ikbar problemi ta' devalwazzjoni tal-pagi minħabba d-deregolamentazzjoni reċenti tas-swieq tax-xogħol u d-dgħufija tan-negozjar kollettiv.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw standards ta' kwalità bażiċi għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jtejbu l-livell ta' kemm ikunu mmirati, kemm jilħqu 'l bogħod, kemm ikunu mifruxin, u kemm jinteraġixxu ma' miżuri ta' appoġġ bħas-sigurtà soċjali. Billi jipprovdu servizzi pubbliċi tal-impjiegi kwalifikati ħafna li jagħtu appoġġ individwalizzat u billi joħolqu sistemi li jkejlu l-prestazzjoni, dawn il-politiki għandhom jimmiraw li jtejbu l-aċċess għas-suq tax-xogħol, isaħħu n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali u jgħinu għal tranżizzjonijiet sostenibbli fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li b’mod effettiv, is-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom jattivaw u jagħmluha possibbli biex kull min jista’, jieħu sehem fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jipproteġu lil dawk li (temporanjament) huma esklużi mis-swieq tax-xogħol u/jew ma jistgħux jieħdu sehem fihom, u jħejju lill-individwi għal riskji potenzjali u kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali varjabbli, billi jinvestu fil-kapital uman. L-Istati Membri għandhom jintroduċu, bħala waħda mill-miżuri possibbli biex biha jitnaqqas il-faqar u f'konformità mal-prattika nazzjonali, introjtu minimu proporzjonali għas-sitwazzjoni soċjoekonomika speċifika tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd u jistabbilixxu miżuri effikaċi kontra d-diskriminazzjoni.
Għandha tkun żgurata l-mobilità tal-ħaddiema bħala dritt fundamentali u kwistjoni ta' għażla ħielsa ħalli jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew, u fost l-oħrajn dan jista’ jsir billi jissaħħu t-trasferibbiltà tal-pensjonijiet u r-rikonoxximent effettiv tal-kwalifiki u l-ħiliet u l-eliminazzjoni tal-burokrazija u ta' ostakli eżistenti oħrajn. Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jegħlbu l-ostakli lingwistiċi, u b'hekk itejbu s-sistemi tat-taħriġ f'dan il-qasam. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu użu adatt min-netwerk tal-EURES sabiex jinkoraġġixxu l-mobilità tal-ħaddiema. Għandu jiġi promoss l-investiment fir-reġjuni li qed jesperjenzaw flussi ta' ħruġ ta' ħaddiema sabiex jittaffa l-eżodu ta' mħuħ u biex il-ħaddiema mobbli jiġu mħeġġa jerġgħu lura.
Linja gwida 8: Intejbu l-kwalità u l-prestazzjoni tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ fil-livelli kollha
L-Istati Membri għandhom jagħmlu prijorità l-aċċess għas-servizzi ta' kura u edukazzjoni ta' kwalità għall-but ta' kulħadd sa mill-bidu tat-tfulija, minħabba li t-tnejn huma miżuri ta' appoġġ importanti għall-atturi tas-suq tax-xogħol u jikkontribwixxu għaż-żieda fir-rata tal-impjiegi globali filwaqt li jappoġġjaw l-individwi fir-responsabbiltajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu politiki komprensivi u investimenti meħtieġa biex jitjieb l-appoġġ għall-familja u l-ġenituri u miżuri ta' rikonċiljazzjoni li jgħinu lill-ġenituri jsibu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, bħala kontribut għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u għaż-żieda fl-opportunitajiet taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.
Linja gwida 9: Niżguraw il-ġustizzja soċjali, niġġieldu l-faqar u nippromwovu l-opportunitajiet indaqs
L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom itejbu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom billi jiżguraw standards bażiċi ħalli jagħtu protezzjoni effikaċi, effiċjenti u sostenibbli f'kull stadju tal-ħajja taċ-ċittadini, filwaqt li jiżguraw ħajja dinjituża, solidarjetà, aċċess għall-protezzjoni soċjali, rispett sħiħ tad-drittijiet soċjali, ġustizzja u jindirizzaw l-inugwaljanzi kif ukoll jiżguraw l-inklużjoni sabiex jeliminaw il-faqar, b'mod partikolari għall-persuni li huma esklużi mis-suq tax-xogħol u għall-gruppi aktar vulnerabbli. Hemm bżonn politiki soċjali simplifikati, aktar immirati u aktar ambizzjużi, inkluż permezz ta' kura tat-tfal u edukazzjoni ta' kwalità għall-but ta' kulħadd, taħriġ effikaċi u għajnuna fl-impjiegi, appoġġ għall-akkomodazzjoni u kura tas-saħħa ta' kwalità għolja aċċessibbli għal kulħadd, aċċess għal servizzi bażiċi bħal kontijiet bankarji u l-internet u azzjoni biex ikun evitat it-tluq bikri mill-iskola u jingħelbu l-faqar estrem, l-esklużjoni soċjali u, b'mod aktar ġenerali, kull forma ta' faqar. B'mod partikolari għandu jiġi indirizzat b'mod deċiżiv il-faqar fost it-tfal.
Għal dan il-għan għandhom jintużaw bosta strumenti varji iżda b'mod komplementari, fosthom servizzi ta' għajnuna u attivazzjoni tax-xogħol u appoġġ għall-introjtu li jkunu maħsuba skont il-ħtiġijiet individwali. F'dan ir-rigward, hija kompetenza ta' kull Stat Membru li jiffissa livelli ta' introjtu minimu f'konformità mal-prattika nazzjonali u b'mod proporzjonali mas-sitwazzjoni soċjoekonomika speċifika fl-Istat Membru partikolari. Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali għandhom jitfasslu b'tali mod li kull persuna, mingħajr ebda diskriminazzjoni, issibha faċli biex tikseb aċċess għalihom u tużahom, b'tali mod li jkunu jappoġġjaw l-investiment fil-kapital uman, u jkunu jgħinu biex jiġi evitat il-faqar, biex dan jonqos u biex iċ-ċittadini jitħarsu minnu u mill-esklużjoni soċjali kif ukoll minn riskji oħrajn bħal tnaqqis fis-saħħa jew telf ta' impjieg. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq it-tfal li jgħixu fil-faqar minħabba l-qgħad fit-tul tal-ġenituri tagħhom.
Is-sistemi tal-pensjonijiet għandhom ikunu strutturati b'mod li s-sostenibbiltà, is-sikurezza u l-adegwatezza tagħhom għan-nisa u l-irġiel tkun iggarantita permezz tat-tisħiħ ta' skemi tal-irtirar li jimmiraw għal introjtu ta' rtirar deċenti li tal-inqas jaqbeż is-soll tal-faqar. Is-sistemi tal-pensjonijiet għandhom jipprevedu l-konsolidazzjoni, l-iżvilupp ulterjuri u t-titjib tat-tliet pilastri tas-sistemi ta' tfaddil għall-irtirar. Il-ħolqien ta' rabta bejn l-età tal-irtirar u l-istennija tal-għomor mhijiex l-uniku strument li permezz tiegħu tista' tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ. Ir-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom ukoll, fost l-oħrajn, jirriflettu x-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rata tat-twelid, is-sitwazzjoni demografika, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon ta' dipendenza fuq l-ekonomija. L-aqwa mod biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ huwa li tiżdied ir-rata ġenerali tal-impjiegi, abbażi ta', fost l-oħrajn, investimenti soċjali f'tixjiħ attiv.
L-Istati Membri għandhom itejbu l-kwalità, l-affordabbiltà, l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-kura fit-tul u s-servizzi soċjali kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-setturi relatati, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà finanzjarja ta' dawn is-sistemi bit-titjib tal-finanzjament ibbażat fuq is-solidarjetà.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn ta' appoġġ li għandha l-Unjoni fil-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, itejbu l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika.
L-objettiv tal-miri ewlenin ta' Ewropa 2020, li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom, skont il-pożizzjonijiet inizjali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali relattivi tagħhom, huwa li r-rata ta' impjieg għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 tiżdied għal 75 % sal-2020; li r-rata ta' tluq bikri mill-iskola titnaqqas għal inqas minn 10 %; li s-sehem ta' dawk bejn 30 u 34 sena li temmew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti jiżdied għal mhux inqas minn 40 %; u li titrawwem l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar, billi mill-inqas 20 miljun persuna titneħħa mir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni1a.
______________
1a Il-popolazzjoni hija definita bħala l-għadd ta' persuni li huma f'riskju ta' faqar u esklużjoni skont tliet indikaturi (f'riskju ta' faqar; privazzjoni materjali; familja mingħajr impjieg), li jħalli lill-Istati Membri liberi li jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom abbażi tal-indikaturi l-aktar adatti, fid-dawl taċ-ċirkustanzi u l-prijoritajiet nazzjonali tagħhom.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0261.


L-objettivi strateġiċi tal-UE għas-17-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tas-CITES f'Johannesburg
PDF 404kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għas-17-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), li se ssir f'Johannesburg (l-Afrika t'Isfel) mill-24 ta' Settembru sal-5 ta' Ottubru 2016 (2016/2664(RSP))
P8_TA(2016)0356B8-0987/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-gravità tat-tnaqqis fil-bijodiversità globali, li jirrappreżenta s-sitt estinzjoni massiva tal-ispeċijiet,

–  wara li kkunsidra r-rwol tal-foresti u l-foresti tropikali, li huma l-akbar riżerva tal-bijodiversità terrestri fid-dinja u ħabitat essenzjali għall-fawna u l-flora selvaġġi u għall-popolazzjonijiet indiġeni,

–  wara li kkunsidra s-17-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (CoP 17) għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), li se ssir mill-24 ta' Settembru sal-5 ta' Ottubru 2016 f'Johannesburg (l-Afrika t'Isfel),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 69/314 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (AĠNU) dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' organiżmi selvaġġi, adottata fit-30 ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar objettivi ewlenin għall-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES f'Johannesburg (l-Afrika t-Isfel) mill-24 ta' Settembru sal-5 ta' Ottubru 2016 (O-000088/2016 – B8-0711/2016 u O-000089/2016 – B8-0712/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-CITES hija l-akbar ftehim dinji eżistenti dwar il-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi, b'181 Parti, fosthom l-UE u t-28 Stat Membru tagħha;

B.  billi l-għan tas-CITES huwa li tiżgura li l-kummerċ internazzjonali fl-annimali u l-pjanti selvaġġi ma jkunx theddida għas-sopravivenza tal-ispeċijiet li jgħixu fis-selvaġġ;

C.  billi, skont il-Lista Ħamra tal-Ispeċijiet Mhedda tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali (IUCN), iktar minn 23 000 speċi, li jirrappreżentaw madwar 30 % tad-79 837 speċi studjati mill-IUCN, jinsabu fil-periklu ta' estinzjoni;

D.  billi l-foresti pluvjali tropikali jilqgħu bejn 50 u 80 % tal-ispeċijiet ta' annimali u pjanti terrestri; billi llum dawn l-ambjenti huma partikolarment mhedda, inkluż mill-kummerċjalizzazzjoni tal-ispeċijiet, b'mod partikolari l-isfruttament tal-injam tropikali u tas-sottoswoli; billi d-deforestazzjoni u l-bejgħ illegali tal-injam qed iħallu impatt diżastruż fuq il-preservazzjoni tal-fawna u l-flora tal-foresti;

E.  billi s-sajd intensiv, il-kaċċa kummerċjali u l-isfruttament bla limitu ta' mikroorganiżmi u ta' riżorsi ta' taħt qiegħ il-baħar qed jagħmlu ħsara lill-bijodiversità tal-baħar;

F.  billi ħafna speċijiet soġġetti għall-kaċċa għat-trofej qed iġarrbu tnaqqis serju fil-popolazzjoni; billi fuq perjodu ta' 10 snin, l-Istati Membri tal-UE ddikjaraw bħala trofej tal-kaċċa l-importazzjoni ta' kważi 117 000 kampjun ta' speċijiet selvaġġi elenkati fl-appendiċijiet tas-CITES;

G.  billi t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi sar fattur ewlieni tal-kriminalità organizzata transnazzjonali li għandu impatti negattivi fuq il-bijodiversità u fuq l-għajxien tal-popolazzjonijiet lokali, peress li jċaħħadhom minn introjtu legali u joħloq sens ta' insigurtà u ta' instabilità;

H.  billi t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi sar ir-raba' l-ikbar suq illeċitu, wara dawk tad-drogi, tal-bnedmin, u tal-armi; billi l-internet ħa rwol ewlieni fit-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; billi anke l-gruppi terroristiċi jużaw dawn it-tipi ta' traffikar biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom; billi r-reati ta' traffikar tal-organiżmi selvaġġi ma jiġux ikkastigati biżżejjed;

I.  billi l-korruzzjoni għandha rwol ċentrali fit-traffikar tal-organiżmi salvaġġi;

J.  billi l-evidenza tissuġġerixxi li kampjuni maqbuda fis-selvaġġ qed jiddaħħlu fis-sistema legali permezz tal-użu frodulenti ta' permessi tas-CITES u pretensjonijiet ta' trobbija fil-magħluq;

K.  billi l-UE hija suq ewlieni ta' destinazzjoni u ta' tranżitu għall-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi, speċjalment għall-kummerċ fl-għasafar, fil-fkieren tal-baħar, fir-rettili u fi speċijiet ta' pjanti(1) elenkati fl-appendiċijiet tas-CITES;

L.  billi fl-Ewropa u madwar id-dinja qed jinżammu bħala annimali domestiċi għadd dejjem ikbar ta' speċijiet eżotiċi kkumerċjalizzati illegalment; billi, jekk dawn l-annimali jaħarbu, dan jista' jwassal għal tixrid bla kontroll li jkollu riperkussjonijiet fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-pubbliku;

M.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jipprovdu appoġġ finanzjarju u loġistiku sostanzjali favur is-CITES u favur l-indirizzar tal-kummerċ illegali fl-organiżmi selvaġġi f'ħafna pajjiżi terzi;

N.  billi l-ispeċijiet inklużi fis-CITES huma elenkati f'appendiċijiet skont l-istatus ta' konservazzjoni u l-livelli ta' kummerċ internazzjonali tagħhom, l-Appendiċi I fih speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni li l-kummerċ tagħhom huwa pprojbit, u l-Appendiċi II fih speċijiet li l-kummerċ tagħhom irid jiġi kkontrollat sabiex jiġi evitat użu inkompatibbli mas-sopravivenza tagħhom;

O.  billi l-ispeċijiet tal-Appendiċi I tas-CITES huma protetti b'mod qawwi, billi kwalunkwe negozju kummerċjali fl-ispeċijiet elenkati fih huwa pprojbit, u billi kwalunkwe permess biex jinbiegħu kampjuni jew prodotti kkonfiskati, (pereżempju avorju, prodotti relatati mat-tigri jew qrun tar-rinoċeronti) jippreġudika l-għan tal-Konvenzjoni CITES;

P.  billi huwa essenzjali li jsiru sforzi biex titjieb it-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

1.  Jilqa' l-adeżjoni tal-UE għas-CITES; iqis li l-adeżjoni hija pass fundamentali biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tkompli ssegwi l-objettivi usa' tal-politiki ambjentali tagħha u r-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fl-ispeċijiet ta' flora u fawna selvaġġi fil-periklu u tippromwovi l-politiki ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-NU;

2.  Jilqa' b'mod partikolari l-fatt li l-UE qed tipparteċipa għall-ewwel darba bħala parti, u jappoġġa l-proposti li saru mill-UE u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet li ġew proposti dwar il-korruzzjoni u dwar it-trofej tal-kaċċa, l-estensjoni tal-protezzjoni tas-CITES għal għadd ta' speċijiet importati fl-UE, b'mod partikolari bħala annimali domestiċi, u l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni 13.7 (Rev. CoP14) dwar il-kontroll tal-kummerċ f'oġġetti personali u domestiċi;

3.  Jenfasizza li l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-CITES għamlet l-istatus ġuridiku tal-Unjoni Ewropea fis-CITES aktar trasparenti fil-konfront tal-partijiet terzi għall-Konvenzjoni; jemmen li huwa pass loġiku u neċessarju li jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun kompletament kapaċi ssegwi l-objettivi tagħha skont il-politika ambjentali tagħha; ifakkar li l-adeżjoni tippermetti li l-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tesprimi pożizzjoni koerenti tal-UE fi kwistjonijiet relatati mas-CITES u jkollha rwol sostanzjali fin-negozjati waqt il-Konferenzi tal-Partijiet;

4.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea saret parti għas-CITES fl-2015 u fil-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES se tkun qed tivvota bi 28 vot dwar kwistjonijiet ta' kompetenza tal-UE; jappoġġa, f'dan ir-rigward, il-bidliet fir-Regoli ta' Proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet li jirriflettu t-test tal-Konvenzjoni CITES dwar il-votazzjoni min-naħa ta' organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika u li huma konsistenti ma' dak li ilu bosta snin stabbilit fi ftehimiet internazzjonali oħra, u ma jaqbilx li l-voti tal-Unjoni Ewropea jiġu kkalkulati abbażi tal-għadd ta' Stati Membri li jkunu akkreditati b'mod adegwat għal-laqgħa dakinhar li ssir il-votazzjoni;

5.  Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE adottat riċentement kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, li għandu l-għan li jimpedixxi dan it-traffikar billi jindirizza l-kawżi prinċipali tiegħu, itejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli eżistenti u jiġġieled il-kriminalità organizzata b'rabta mal-organiżmi selvaġġi b'mod iktar effettiv; jilqa' l-inklużjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni, ta' kapitolu speċifiku dwar it-tisħiħ tas-sħubija globali tal-pajjiżi ta' oriġini, tal-konsum u ta' tranżitu kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi; iħeġġeġ ukoll lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jadottaw u jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni msaħħaħ, sabiex juru impenn Ewropew b'saħħtu fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi;

6.  Jappoġġa l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jaqblu dwar linji gwida globali rigward il-kaċċa għat-trofej fi ħdan is-CITES sabiex jikkontrollaw aħjar, fil-livell internazzjonali, l-oriġini sostenibbli tat-trofej tal-kaċċa tal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I jew II;

7.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaderixxu mal-prinċipju ta' prekawzjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-ispeċijiet fid-deċiżjonijiet kollha tagħhom dwar dokumenti ta' ħidma u proposti għal inklużjoni fl-elenkar (kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tas-CITES Konf. 9.24 (Rev. CoP16)) – b'mod partikolari fir-rigward tal-importazzjoni ta' trofej tal-kaċċa ta' speċijiet tas-CITES – filwaqt li jqisu wkoll, b'mod partikolari, il-prinċipju ta' min juża jħallas, il-prinċipju ta' azzjoni preventiva u l-approċċ ekosistemiku; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, barra min hekk, jippromwovu t-tneħħija tal-eżenzjonijiet għal permessi għat-trofej tal-kaċċa kollha minn speċijiet elenkati fis-CITES;

8.  Jitlob li d-deċiżjonijiet kollha tas-CITES/CoP 17 ikunu bbażati fuq ix-xjenza, analiżi bir-reqqa u konsultazzjoni ekwa mal-Istati affettwati u jintlaħqu b'kooperazzjoni mal-komunitajiet lokali; jenfasizza li kwalunkwe regolamentazzjoni dwar l-organiżmi selvaġġi għandha tinċentiva l-involviment tal-popolazzjoni rurali fil-ħarsien tan-natura billi torbot il-benefiċċji tagħha mal-istat tal-bijodiversità;

9.  Iħeġġeġ lill-Partijiet għas-CITES biex isaħħu l-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-konvenzjonijiet relatati mal-bijodiversità fil-livelli relevanti kollha;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu għal kooperazzjoni, koordinazzjoni u skambju immedjat ta' informazzjoni fost l-aġenziji relevanti kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni CITES, b'mod partikolari l-awtoritajiet doganali, il-pulizija, is-servizzi li jwettqu spezzjonijiet veterinarji u fitosanitarji fil-fruntieri, u korpi oħra;

11.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu u jappoġġaw inizjattivi biex tiżdied il-protezzjoni kontra l-impatt tal-kummerċ internazzjonali fuq speċijiet li l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi suq ta' tranżitu jew ta' destinazzjoni sinifikanti għalihom;

12.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-linja li tifred il-kummerċ legali u dak illegali hija sottili ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċjalizzazzjoni tal-ispeċijiet u tal-prodotti derivati minnhom, u li bl-effetti kumulattivi tal-attività tal-bniedem u t-tisħin globali, illum il-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet ta' fawna u flora selvaġġi jinsabu fil-periklu ta' estinzjoni;

13.  Iħeġġeġ lill-UE tadotta leġiżlazzjoni biex jitnaqqas il-kummerċ illegali billi tirrendi illegali l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-akkwiżizzjoni jew ix-xiri ta' annimali jew pjanti selvaġġi meħuda, fil-pussess, ittrasportati jew mibjugħa bi ksur tal-liġi tal-pajjiż ta' oriġini jew ta' tranżitu;

14.  Jimpenja ruħu b'mod partikolari biex iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri kollha: jipprojbixxu l-esportazzjoni ta' avorju mhux maħdum, kif diġà jagħmlu l-Ġermanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit u xi Stati Amerikani; iżidu l-viġilanza tagħhom fir-rigward taċ-ċertifikati ta' kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom; jagħmlu l-ġlieda kontra l-frodi effettiva, b'mod partikolari fil-fruntieri; iniedu operazzjonijiet ta' qerda tal-avorju illegali; u jżidu l-penali għat-traffikar ta' speċijiet protetti (b'mod partikolari ljunfanti, rinoċeronti, tigri, primati u varjetajiet ta' injam tropikali);

15.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, kif ukoll lill-Partijiet għas-CITES, biex minbarra l-Artikoli III, IV u V tal-Konvenzjoni, jippromwovu u jappoġġaw inizjattivi biex itejbu l-benessri tal-annimali ħajjin fil-lista tas-CITES fil-kummerċ; inizjattivi bħal dawn jinkludu mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-annimali "jitħejjew u jiġu ttrasportati b'tali mod li jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' korriment, ħsara għas-saħħa jew trattament krudili", li d-destinazzjonijiet ikunu "mgħammra sewwa sabiex jilqgħuhom u jindukrawhom" u li l-konfiska ta' kampjuni ħajjin issir b'mod li jitqies il-benessri tagħhom;

16.  JInsab imħasseb dwar l-impatt li jista' jkollu "s-serħan fuq l-estinzjoni", jew ix-xiri ta' prodotti bit-tama li l-ispeċi kkonċernata dalwaqt tiġi estinta, fuq il-protezzjoni ta' organiżmi selvaġġi fil-periklu. jistieden lill-Partijiet u s-Segretarjat tas-CITES iwettqu riċerka ulterjuri dwar jekk prodotti u teknoloġiji emerġenti bħall-Bitcoin għandhomx rwol ta' katalist;

17.  Jirrikonoxxi li l-osservaturi tas-CITES għandhom rwol importanti minħabba li jipprovdu għarfien espert dwar l-ispeċijiet u l-kummerċ, u jappoġġaw il-bini ta' kapaċità min-naħa tal-Partijiet;

It-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet

18.  Iqis li t-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet f'istituzzjonijiet ambjentali internazzjonali hija element ewlieni għall-funzjonament effettiv tagħhom; jilqa' l-isforzi volontarji u proċedurali kollha biex tiżdied it-trasparenza fil-governanza tas-CITES; jopponi bil-qawwa l-użu ta' votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet bħala prattika ġenerali fi ħdan is-CITES;

19.  Jilqa' d-deċiżjoni meħuda fil-laqgħa CoP 16 biex jiġi inkluż rekwiżit biex il-membri tal-Kumitati dwar l-Annimali u l-Pjanti jipprovdu dikjarazzjonijiet ta' kwalunkwe konflitt ta' interess; jirrikonoxxi, madankollu, li dan ir-rekwiżit huwa bbażat biss fuq awtovalutazzjoni mill-membri; jiddispjaċih li s'issa ma kien hemm ebda dikjarazzjoni ta' xi konflitt ta' interess finanzjarju potenzjali mill-membri ta' dawn il-kumitati;

20.  Iħeġġeġ lis-Segretarjat tas-CITES biex jinvestiga l-potenzjal ta' bord ta' rieżami indipendenti, jew tal-espansjoni tal-mandat tal-Kumitat Permanenti biex jinkludi bord ta' rieżami indipendenti, sabiex tinħoloq salvagwardja ta' sorveljanza fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-konflitti ta' interess;

21.  Iqis li t-trasparenza hija imperattiva għal kwalunkwe proċess ta' finanzjament u hija rekwiżit għal governanza tajba, u għalhekk jappoġġa r-riżoluzzjoni proposta mill-UE dwar "Sponsored Delegates Project" (il-Proġett ta' Delegati Sponsorjati)(2);

Rapportar

22.  Iqis li t-traċċabbiltà hija essenzjali għal kummerċ legali u sostenibbli, indipendentement minn jekk dan ikunx ta' natura kummerċjali jew le, u hija ċentrali għall-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-traffikar u l-kaċċa illegali ta' organiżmi selvaġġi, liema suq huwa meqjus bħala r-raba' l-ikbar suq illeċitu fid-dinja; f'dan ir-rigward jenfasizza l-ħtieġa li l-Partijiet kollha jimplimentaw is-sistema għall-ħruġ elettroniku tal-permessi, li għandha tkun organizzata b'mod trasparenti u b'mod konġunt minnhom kollha; jirrikonoxxi, madankollu, l-isfidi tekniċi li xi Partijiet jiffaċċjaw b'dan, u jħeġġeġ l-għoti ta' appoġġ għall-bini ta' kapaċità biex il-Partijiet kollha jkunu jistgħu jimplimentaw is-sistema għall-ħruġ elettroniku tal-permessi;

23.  Jilqa' d-deċiżjoni meħuda fil-CoP 16 dwar rappurtar regolari, min-naħa tal-Partijiet għas-CITES, dwar il-kummerċ illegali; iqis li l-format il-ġdid tar-rapport annwali dwar il-kummerċ illegali, kif imdaħħal fin-Notifika tas-CITES Nru 2016/007 huwa pass sinifikanti lejn l-iżvilupp ta' fehim aħjar tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, u jħeġġeġ lill-Partijiet kollha għas-CITES jirrappurtaw b'mod preċiż u regolari dwar il-kummerċ illegali billi jużaw il-format stabbilit;

24.  Jilqa' inizjattivi tas-settur privat bħalma huma dawk meħuda mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru dwar it-trasport elettroniku tal-merkanzija fil-katina ta' provvista tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru; iqis li l-espansjoni ta' tali inizjattivi ta' traċċabilità, speċjalment għas-settur tat-trasport, hija għodda importanti fil-ġbir ta' intelligence;

25.  Jenfasizza l-importanza tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi fil-ġbir effettiv ta' data, u għalhekk ir-rwol ċentrali tal-Awtoritajiet ta' Ġestjoni; itenni li l-awtoritajiet li joħroġu l-permessi għandhom ikunu indipendenti, bkonformità mal-Artikolu VI tas-CITES;

It-traffikar ta' organiżmi selvaġġi u l-korruzzjoni

26.  Jiġbed l-attenzjoni għall-każijiet ta' korruzzjoni fejn sar ħruġ deliberatament frodulenti ta' permessi minn atturi fl-awtoritajiet li joħorġu l-permessi; jistieden lis-Segretarjat u lill-Kumitat Permanenti tas-CITES jindirizzaw dawn il-każijiet bħala kwistjoni ta' prijorità u urġenza;

27.  Jenfasizza li l-korruzzjoni tinsab f'kull stadju tal-katina tal-kummerċ tal-organiżmi selvaġġi, u dan jaffettwa lill-pajjiżi ta' oriġini, lill-pajjiżi ta' tranżitu u lill-pajjiżi ta' destinazzjoni, u jgħawwar l-effettività, l-implimentazzjoni xierqa u s-suċċess aħħari tal-Konvenzjoni CITES; iqis, għalhekk, li miżuri b'saħħithom u effettivi kontra l-korruzzjoni huma essenzjali fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi;

28.  Iqajjem tħassib serju dwar l-użu deliberatament ħażin tal-kodiċijiet tal-oriġini għall-kummerċ illegali ta' kampjuni ta' organiżmi maqbuda fis-selvaġġ, fil-forma ta' użu frodulenti tal-kodiċijiet li jikkorrispondu għal organiżmi mrobbija fil-magħluq għal speċijiet tas-CITES; jitlob li l-CoP 17 tadotta sistema robusta għar-reġistrar, il-monitoraġġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-kummerċ fi speċijiet imrobbija jew imnissla fil-magħluq, kemm fil-pajjiżi ta' oriġini kif ukoll fl-UE, sabiex jiġi evitat li jsir dan l-abbuż;

29.  Iħeġġeġ lill-Partijiet għas-CITES biex jiżviluppaw gwida ulterjuri u jappoġġaw l-iżvilupp ta' tekniki u metodoloġiji addizzjonali biex issir distinzjoni bejn l-ispeċijiet li joriġinaw minn faċilitajiet ta' produzzjoni fil-magħluq u l-ispeċijiet maqbuda mis-selvaġġ;

30.  Jikkundanna l-livell għoli ta' attività illegali minn netwerks u gruppi kriminali organizzati fi ksur tal-Konvenzjoni, li frekwentement jużaw il-korruzzjoni biex jiffaċilitaw it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u jxekklu l-isforzi biex tiġi infurzata l-liġi;

31.  Iħeġġeġ lill-Partijiet li għadhom mhumiex firmatarji, jew li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni biex jagħmlu dan mingħajr dewmien;

32.  Jilqa' l-impenn internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-AĠNU Nru 69/314 (Lulju 2015), inter alia dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (l-Artikolu 10)(3);

33.  Jappoġġa l-inizjattivi tal-UE u tal-Istati Membri li jitolbu azzjoni ulterjuri fil-ġlieda dinjija kontra l-korruzzjoni taħt is-CITES; iħeġġeġ lill-Partijiet għas-CITES biex jappoġġaw il-proposta tal-UE għal riżoluzzjoni kontra l-attivitajiet li jiffaċilitaw il-korruzzjoni mwettqa fi ksur tal-Konvenzjoni;

Infurzar

34.  Jitlob l-użu sħiħ u f'waqtu tas-sanzjonijiet mis-CITES kontra l-Partijiet li ma jikkonformawx ma' aspetti ewlenin tal-Konvenzjoni, u b'mod partikolari li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu użu mill-mekkaniżmi disponibbli biex jinkoraġġixxu lill-Partijiet sabiex jikkonformaw mal-Konvenzjoni CITES u ma' ftehimiet internazzjonali oħra mmirati lejn il-protezzjoni tal-organiżmi selvaġġi u l-bijodiversità;

35.  Jissottolinja l-importanza ta' kooperazzjoni internazzjonali konġunta bejn l-atturi kollha fil-katina tal-infurzar, sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali; jilqa' l-kontribut tagħhom, u jitlob involviment ulterjuri; jirrimarka l-importanza li jitwaqqfu uffiċċji ta' prosekuturi speċjali u skwadri speċjalizzati tal-pulizija biex il-ġlieda kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi tkun aktar effettiva; jenfasizza l-importanza tal-operazzjonijiet konġunti ta' infurzar internazzjonali taħt l-ICCWC(4), u jinsab sodisfatt, f'dan ir-rigward, bis-suċċess tal-operazzjoni COBRA III(5); jilqa' l-appoġġ tal-UE għall-ICCWC;

36.  Jirrikonoxxi ż-żieda fil-kummerċ illegali fil-fawna u l-flora selvaġġi u l-prodotti tagħhom permezz tal-internet, u jistieden lill-Partijiet għas-CITES jikkollaboraw mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-unitajiet taċ-ċiberkriminalità u l-Konsorzju Internazzjonali għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi bl-għan li jiġu identifikati l-aħjar prattiki u miżuri domestiċi eżemplari biex jiġi indirizzat il-kummerċ illegali fuq l-internet;

37.  Jistieden lill-Partijiet jadottaw u jimplimentaw politiki ċari u effettivi sabiex jiskoraġġixxu l-konsum ta' prodotti dderivati minn speċijiet selvaġġi vulnerabbli, iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impatt tal-konsum tagħhom fuq l-ispeċijiet selvaġġi u jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-perikli tan-netwerks ta' traffikar illegali;

38.  Jistieden lill-Partijiet jappoġġaw l-iżvilupp tal-għajxien għall-komunitajiet lokali li jinsabu l-eqreb tal-organiżmi selvaġġi kkonċernati u jinvolvu lil dawn il-komunitajiet fil-ġlieda kontra l-kaċċa illegali u fl-għoti ta' informazzjoni dwar l-effetti tal-kummerċ fl-ispeċijiet ta' fawna u flora li jinsabu fil-periklu ta' estinzjoni;

39.  Jitlob impenn internazzjonali kontinwu sabiex jiġi ffaċilitat il-bini ta' kapaċità fit-tul, jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence u jiġu kkoordinati l-isforzi ta' infurzar tal-awtoritajiet tal-gvern;

40.  Jistieden lill-Partijiet jiżguraw it-tnedija ta' proċedimenti ġudizzjarji effettivi fil-konfront ta' dawk li jwettqu reati relatati mat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u jiżguraw li dawn jiġu kkastigati b'mod proporzjonali mal-gravità ta' azzjonijiethom;

Finanzjament

41.  Jirrimarka l-ħtieġa li jiżdied il-finanzjament disponibbli għall-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi u l-programmi ta' tisħiħ ta' kapaċità;

42.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu allokati riżorsi adegwati lis-Segretarjat tas-CITES, speċjalment fid-dawl tar-responsabbiltajiet ikbar u l-ammont ta' xogħol addizzjonali tiegħu; jenfasizza wkoll il-ħtieġa tad-depożitu f'waqtu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mwiegħda mill-Partijiet għas-CITES;

43.  Jistieden lill-Partijiet jikkunsidraw żieda fil-baġit prinċipali tas-CITES sabiex tiġi riflessa l-inflazzjoni u jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Konvenzjoni CITES;

44.  Iħeġġeġ sabiex kemm il-finanzjament minn sħubiji pubbliċi-privati ta' programmi ta' bini ta' kapaċità kif ukoll il-finanzjament dirett jiġu estiżi għall-oqsma oħra tal-qafas tal-Konvenzjoni CITES, sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

45.  Jilqa' l-finanzjament tal-UE pprovdut għall-Konvenzjoni CITES permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u jħeġġeġ lill-UE tkompli tipprovdi u tiżgura appoġġ finanzjarju mmirat u, anke fuq perjodu ta' żmien fit-tul, tkompli tappoġġa għajnuna finanzjarja speċifika u mmirata;

Emendi fl-Appendiċijiet tas-CITES

46.  Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-proposti ta' inklużjoni fl-elenkar imressqa mill-UE u mill-Istati Membri tagħha;

47.  Iħeġġeġ lill-Partijiet kollha għas-CITES u l-parteċipanti kollha fil-CoP 17 biex jirrispettaw il-kriterji stabbiliti fil-Konvenzjoni għall-inklużjoni ta' speċijiet fl-appendiċijiet, u jadottaw approċċ ta' prekawzjoni bl-għan li jkun żgurat livell għoli u effiċjenti ta' protezzjoni ta' speċijiet fil-periklu; josserva li l-kredibbiltà tas-CITES tiddependi fuq il-kapaċità tagħha li timmodifika l-listi b'reazzjoni kemm għax-xejriet negattivi kif ukoll għal dawk pożittivi, u għalhekk jilqa' l-possibbiltà li speċijiet jingħataw klassifikazzjoni ġdida biss meta dan ikun xieraq, b'konformità ma' kriterji xjentifiċi stabbiliti, bi prova li l-elenkar tas-CITES jiffunzjona tajjeb;

Il-kummerċ tal-avorju u l-iljunfanti Afrikani

48.  Jinnota li bl-irduppjar tal-qtil illegali u t-triplikar tal-kwantità ta' avorju kkonfiskat f'dawn l-aħħar għaxar snin, il-kriżi li qed jaffaċċjaw l-iljunfanti Afrikani (Loxondonta africana) minħabba l-kaċċa illegali għall-kummerċ tal-avorju għadha waħda devastanti u qed twassal għal tnaqqis fil-popolazzjonijiet fl-Afrika kollha, u tikkostitiwixxi theddida għall-għajxien ta' miljuni ta' nies, meta jitqies li l-kummerċ illegali tal-avorju jagħmel ħsara lill-iżvilupp ekonomiku, irawwem il-kriminalità organizzata, jiffavorixxi l-korruzzjoni, jinkoraġġixxi l-konflitti u jhedded is-sigurtà reġjonali u nazzjonali peress li jikkostitwixxi sors ta' finanzjament għall-milizzji; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw proposti li jsaħħu l-protezzjoni tal-iljunfanti Afrikani u li jnaqqsu l-kummerċ illegali fl-avorju;

49.  Jilqa' l-proposta mressqa mill-Benin, il-Burkina Faso, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Kenja, il-Liberja, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, is-Sri Lanka u l-Uganda, u approvata mill-African Elephant Coalition, li għandha l-għan li telenka l-popolazzjonijiet ta' ljunfanti kollha fl-Afrika fl-Anness I u b'hekk tissimplifika l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali fl-avorju u tibgħat messaġġ ċar lid-dinja rigward id-determinazzjoni globali biex tiġi evitata l-estinzjoni tal-iljunfanti Afrikani;

50.  Jistieden lill-UE u lill-Partijiet kollha jżommu l-moratorju attwali u jopponu, għaldaqstant, il-proposti magħmula min-Namibja u ż-Żimbabwe dwar il-kummerċ tal-avorju, li għandhom l-għan li jneħħu r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ b'rabta mal-annotazzjonijiet tal-elenkar tal-Appendiċi II tal-popolazzjonijiet tal-iljunfanti ta' dawk il-partijiet;

51.  Josserva li t-tentattivi tas-CITES biex tnaqqas il-kaċċa u l-kummerċ illegali billi tippermetti l-bejgħ legali tal-avorju fallew u li t-traffikar tal-avorju żdied b'mod sinifikanti; jitlob sforzi ulterjuri mill-partijiet ikkonċernati fil-qafas tal-proċess tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Avorju; jappoġġa miżuri għall-ġestjoni u l-qerda tal-ħażniet tal-avorju;

52.  Ifakkar fit-talba li għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi(6) fejn stieden lit-28 Stat Membru tal-UE jintroduċu moratorji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni kummerċjali, kif ukoll fuq ix-xiri u l-bejgħ domestiku ta' snien tal-iljunfanti u prodotti tal-avorju – sew maħduma u sew le – sakemm il-popolazzjonijiet tal-iljunfanti selvaġġi ma jibqgħux aktar mhedda mill-kaċċa illegali; jinnota li l-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, ir-Renju Unit, l-Awstrija, l-Iżvezja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u d-Danimarka diġà ddeċidew li ma joħorġux permessi ta' esportazzjoni għal avorju "mhux maħdum" ta' qabel il-Konvenzjoni; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għaldaqstant, biex jipprojbixxu l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-avorju u biex jipprojbixxu l-bejgħ u x-xiri kummerċjali kollu tal-avorju fl-UE;

Ir-rinoċeronti abjad

53.  Jiddeplora l-proposta magħmula mis-Swaziland biex tillegalizza l-kummerċ fil-qrun tar-rinoċeronti mill-popolazzjoni tagħha ta' rinoċeronti bojod (Certotherium simum simum), peress li dan jiffaċilita r-riċiklaġġ ta' qrun tar-rinoċeronti kkaċċjati illegalment fiil-kummerċ legali u jippreġudika l-isforzi eżistenti ta' tnaqqis fid-domanda domestika u l-projbizzjonijiet kummerċjali domestiċi fis-swieq tal-konsumaturi, u jaf iżid il-kaċċa illegali tal-popolazzjonijiet tar-rinoċeronti fl-Afrika u l-Asja; iħeġġeġ lill-UE u lill-Partijiet kollha biex jopponu din il-proposta, u konsegwentement jistieden lis-Swaziland tirtira l-proposta tagħha;

L-iljun Afrikan

54.  Jinnota li filwaqt li l-popolazzjonijiet tal-iljun Afrikan (Panthera leo) kellhom tnaqqis dedott drammatiku ta' 43 % f'21 sena u dan l-aħħar inqerdu minn 12-il Stat Afrikan, il-kummerċ internazzjonali fil-prodotti dderivati mill-iljuni żdied b'mod sinifikanti; iħeġġeġ lill-UE u lill-Partijiet kollha jappoġġaw il-proposta tan-Niġer, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, il-Gabon, il-Guinea, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġerja, ir-Rwanda u t-Togo biex jittrasferixxu l-popolazzjonijiet tal-iljuni Afrikani kollha fl-Appendiċi I tas-CITES;

Il-pangolini

55.  Josserva li l-pangolini huma l-aktar mammiferi kkummerċjalizzati illegalment fid-dinja, kemm għal laħamhom u kemm għal qoxrithom, li tintuża fil-mediċina tradizzjonali, u b'hekk it-tmien speċijiet ta' pangolin (Manis crassicaudata, M. tetradactyla, M. tricuspis, M. gigantea, M. temminckii, M. javanica, M. pentadactyla, M. culionensis) qegħdin f'riskju ta' estinzjoni; jilqa', għaldaqstant, il-proposti varji għat-trasferiment tal-ispeċijiet kollha tal-pangolin Asjatiku u Afrikan fl-Appendiċi I tas-CITES;

It-tigri u felini Asjatiċi kbar oħra

56.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Partijiet kollha biex jappoġġaw l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet proposti mill-Kumitat Permanenti tas-CITES li jistabbilixxu kundizzjonijiet stretti għat-trobbija tat-tigri u l-kummerċ ta' kampjuni u prodotti ta' tigri mrobbija fil-magħluq, kif ukoll il-proposta li għamlet l-Indja li tinkoraġġixxi lill-Partijiet jikkondividu ritratti ta' kampjuni u prodotti tat-tigri li jgħinu lill-aġenziji tal-infurzar fl-identifikazzjoni ta' tigri individwali permezz tad-disinn uniku tal-istrixxi tagħhom; jitlob lill-UE tikkunsidra li tiffinanzja l-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet, u jitlob li jingħalqu l-farms tat-tigri u jintemm il-kummerċ fil-partijiet u l-prodotti dderivati mit-tigri mrobbija fil-magħluq fil-CoP 17 tas-CITES;

Il-kummerċ ta' speċijiet domestiċi

57.  Josserva li s-suq għall-annimali domestiċi eżotiċi qiegħed jikber internazzjonalment u fl-UE u li tressqu għadd kbir ta' proposti sabiex jiġu elenkati rettili, amfibji, għasafar, ħut u mammiferi li huma mhedda mill-kummerċ internazzjonali għas-suq tal-annimali domestiċi; jitlob lill-Partijiet kollha jappoġġaw dawn il-proposti sabiex tiġi żgurata protezzjoni aħjar għal dawn l-ispeċijiet mhedda mill-isfruttament għall-kummerċ tal-annimali domestiċi;

58.  Jitlob lill-Istati Membri tal-UE, jistabbilixxu lista pożittiva ta' annimali eżotiċi li jistgħu jinżammu bħala annimali domestiċi;

L-injam tal-agar u tar-rosewood

59.  Jirrikonoxxi li l-qtugħ illegali tas-siġar huwa wieħed mill-aktar reati distruttivi għall-organiżmi selvaġġi, peress li jhedded mhux biss speċi waħda iżda ħabitats sħaħ u li d-domanda għar-rosewood (Dalbergia spp.) għas-swieq Asjatiċi kompliet tikber; iħeġġeġ lill-UE u lill-Partijiet kollha biex jappoġġaw il-proposta tal-Arġentina, il-Brażil, il-Gwatemala u l-Kenja biex il-genus Dalbergia jiddaħħal fl-Appendiċi II tas-CITES, bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I, peress li dan ikun kontribut ta' importanza kritika għall-isforzi biex jitwaqqaf il-kummerċ insostenibbli fir-rosewood;

60.  Jinnota li l-eċċezzjonijiet attwali għar-rekwiżiti tas-CITES jistgħu jippermettu l-esportazzjoni ta' trab reżinuż tal-injam tal-agar (Aquilaria spp. u Gyrinops spp.) bħala trab eżawrit, u l-ippakkjar ta' prodotti oħra għall-bejgħ bl-imnut qabel l-esportazzjoni, b'tali mod li jiġu evitati r-regolamenti dwar l-importazzjoni; jitlob, għalhekk, lill-UE u lill-Partijiet kollha jappoġġaw il-proposta tal-Istati Uniti tal-Amerka biex l-annotazzjoni tiġi emendata sabiex jiġu evitati lakuni għall-kummerċ f'dan l-injam aromatiku prezzjuż ħafna;

Speċijiet oħra

61.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Partijiet kollha biex:

   jappoġġaw il-proposta tal-Perù biex l-annotazzjoni tal-vicuña (Vicugna vicugna) fl-Appendiċi II tiġi emendata peress li dan jikkonsolida r-rekwiżiti tal-immarkar għall-kummerċ internazzjonali ta' din l-ispeċi;
   jappoġġaw l-inklużjoni tan-nautilus (Nautildae spp.) fl-Appendiċi II, kif propost minn Fiġi, l-Indja, Palau u l-Istati Uniti tal-Amerika fid-dawl tal-fatt li l-kummerċ internazzjonali fil-qxur tan-nautilus bħala ġojjelli u dekorazzjoni jikkostitwixxi theddida kbira għal dawn l-ispeċijiet bijoloġikament vulnerabbli;
   jopponu l-proposta tal-Kanada biex il-bież (Falco peregrinus) jitmexxa mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II, peress li dan jista' jiggrava l-kummerċ illegali sinifikanti f'din l-ispeċi;

62.  Ifakkar li s-Sultan iċ-Ċawl tal-Banggai (Pterapogon kauderni) jinsab fil-lista tal-IUCN ta' speċijiet mhedda u li ntilef proporzjon kbir minn din l-ispeċi, inklużi diversi popolazzjonijiet sħaħ, minħabba d-domanda għolja kontinwa għall-kummerċ tal-akkwarji, fejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti huma destinazzjonijiet ewlenin; jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw l-inklużjoni tas-Sultan iċ-Ċawl tal-Banggai fl-Appendiċi I, minflok l-Appendiċi II;

63.  Jinnota ż-żieda fil-kummerċ internazzjonali tal-qroll – kemm dak maħdum u kemm dak li mhuwiex – u ż-żieda fid-domanda tas-suq għall-qroll prezzjuż, u li dan jhedded is-sostenibbiltà tal-qroll prezzjuż; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Partijiet kollha biex jappoġġaw l-adozzjoni tar-rapport dwar il-qroll prezzjuż fil-kummerċ internazzjonali ppreżentat mill-Istati Uniti;

o
o   o

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Partijiet għas-CITES u lis-Segretarjat tas-CITES.

(1) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/570008/IPOL_STU(2016)570008_EN.pdf
(2) http://ec.europa.eu/environment/cites/pdf/cop17/Res%20sponsored%20delegate%20project.pdf
(3) http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/69/314
(4) Il-Konsorzju Internazzjonali għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Organiżmi Selvaġġi, li jinkludi l-INTERPOL, is-Segretarjat tas-CITES, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Drogi u l-Kriminalità Organizzata u l-Bank Dinji.
(5) L-Operazzjoni Internazzjonali Konġunta tal-Pulizija u tad-Dwana mwettqa f'Mejju 2015
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0031.


Applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali
PDF 384kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (2016/2010(INI))
P8_TA(2016)0357A8-0254/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jirrigwardaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni,

–  wara li kunsidra l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni li japplikaw għal impriżi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll 26 tat-TFUE dwar servizzi ta' interess ġenerali,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz(1), kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali"),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2010 li tistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Posta(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (COM(2015)0568), u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah (SWD(2015)0207),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2013 bit-titolu "Pjan direzzjonali dwar l-ikkompletar tas-suq uniku għall-konsenja tal-pakketti: It-tiswir tal-fiduċja fis-servizzi ta' konsenja u l-għoti ta' spinta lill-bejgħ onlajn" (COM(2013)0886)

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2012 bl-isem "Suq integrat għall-konsenja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE" (COM(2012)0698),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bl-isem "Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online" (COM(2011)0942),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 bit-titolu "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" (COM(2011)0144),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar suq integrat għall-konsenja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 bit-titolu Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0254/2016),

A.  billi s-suq postali għadu qasam tal-ekonomija bi prospetti sodi għal tkabbir u żieda fil-kompetizzjoni, minkejja li bejn l-2012 u l-2013 is-servizzi tal-posta tal-ittri naqsu b'4.85 % bħala medja fl-UE skont il-Bażi tad-Data tal-Istatistiki Postali tal-Kummissjoni Ewropea, li huwa konsistenti mat-tnaqqis fil-volum tal-ittri matul l-aħħar 10 snin, fil-biċċa l-kbira minħabba l-proċess ta' sostituzzjoni elettronika;

B.  billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali għenet lis-swieq domestiċi jinfetħu għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-ittri, iżda l-iżvilupp mexa bil-mod u ma wassalx għat-tlestija tas-suq intern għas-servizzi postali, u s-settur f'ħafna mill-Istati Membri għadu ddominat mill-fornituri ta' servizz universali;

C.  billi l-użu tal-ICT kontinwament itejjeb is-servizzi postali billi jipprovdi opportunitajiet għall-innovazzjoni u lok ta' espansjoni tas-suq;

D.  billi kompetituri ġodda ffukaw prinċipalment fuq klijenti kummerċjali kbar u żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni;

E.  billi s-suq tal-konsenja tal-pakketti huwa settur kompetittiv ħafna, innovattiv u qed jikber b'rata mgħaġġla: bi tkabbir ta' 33 % bejn l-2008 u l-2011 f'dak li hu volum, u billi l-kummerċ elettroniku huwa fattur li jixpruna dan it-tkabbir;

F.  billi l-użu mifrux ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (drones) jipprevedi modi ta' konsenja tal-pakketti li huma ġodda, rapidi, effiċjenti u ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, speċjalment f'żoni b'densità baxxa ta' popolazzjoni, żoni iżolati u żoni distanti;

G.  billi l-konsumaturi u n-negozji ż-żgħar jirrapportaw li l-problemi rigward il-konsenja tal-pakketti, b'mod partikolari l-prezzijiet għoljin, iżommuhom milli jbigħu u jixtru aktar minn Stati Membri oħra;

I. Servizz universali: it-tisħiħ tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  Jinnota li filwaqt li l-istandards minimi assoċjati mal-obbligu ta' servizz universali (oġġetti postali sa 2 kg, pakketti postali sa bejn 10 u 20 kg, oġġetti reġistrati u assigurati, u servizzi oħra ta' interess ekonomiku ġenerali bħalma huma l-gazzetti u r-revisti), regolati fl-UE b'mod partikolari billi jiggarantixxu firxa minima essenzjali ta' servizzi f'kull parti tal-UE, mingħajr ma jżommu lill-Istati Membri milli japplikaw standards ogħla, ġeneralment jissodisfaw it-talbiet tal-klijienti, ċerti rekwiżiti dettaljati, li mhumiex soġġetti għal regolamentazzjoni fil-livell tal-UE, huma ġustament stabbiliti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fdati b'dan il-kompitu;

2.  Jinnota li l-kompitu primarju tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali hu li jintlaħaq l-objettiv ġenerali tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali li jiżgura l-provvediment sostenibbli tas-servizz universali; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw ir-rwol u l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali permezz ta' kriterji ta' kwalifika professjonali għolja għall-persunal, b'aċċess ġust u mhux diskriminatorju garantit għal taħriġ fuq ix-xogħol, termini tal-kariga fissi u protezzjoni ġuridika kontra tkeċċija mingħajr raġuni, u, f'każ ta' tkeċċija, b'lista eżawrjenti ta' raġunijiet li jiġġustifikaw tali tkeċċija (eż. ksur serju tal-liġi), biex b'hekk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom li ġejjin mid-Direttiva dwar is-Servizzi Postali b'mod newtrali, trasparenti u f'waqtu;

3.  Iqis li kwalunkwe espansjoni tar-rwol tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali taħt ir-regolamenti l-ġodda fis-suq tal-pakketti għandha tindirizza l-għażliet selettivi fis-settur tal-konsenji u tistabbilixxi standards minimi għall-operaturi kollha sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta u ugwali;

4.  Jemmen li l-obbligi tal-indipendenza jistgħu jiġu ssodisfati biss jekk il-funzjonijiet regolatorji tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu separati fl-istruttura u fil-funzjoni mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew il-kontroll ta' operatur postali; iqis li l-uffiċjali anzjani tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jitħallew jaħdmu għall-operatur postali pubbliku jew partijiet interessati oħra għal mill-inqas 6 xhur wara li jkunu telqu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, bil-ħsieb li ma jkunx hemm kunflitti ta' interess; Iqis li, għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jintroduċu dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jippermettu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għall-ksur tal-obbligu msemmi hawn fuq;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita u ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-interoperabbiltà fil-konsenja transfruntiera u biex tissorvelja l-attivitajiet regolatorji tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — inkluż il-forniment ta' servizzi universali — sabiex tiżgura approċċ uniformi mal-applikazzjoni tad-dritt Ewropew u l-armonizzazzjoni tas-suq postali fi ħdan l-UE;

6.  Ifakkar li d-Direttiva dwar is-Servizzi Postali tipprovdi lill-Istati Membri bil-flessibbiltà meħtieġa biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet lokali u biex jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-forniment tas-servizz universali, filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti u jkun hemm adattament għall-bidliet fl-ambjent tekniku, ekonomiku u soċjali;

7.  Jinnota l-konferma tal-Kummissjoni li d-Direttiva dwar is-Servizzi Postali ma tirrikjedi l-ebda struttura ta' sjieda partikolari għall-fornituri tas-servizz universali; jemmen li l-fornituri ta' servizz universali m'għandhomx jinżammu mill-jinvestu u jinnovaw fil-forniment ta' servizzi postali effiċjenti u ta' kwalità;

II. Iż-żamma tas-servizz universali u l-ħolqien ta' ambjent fejn il-kompetizzjoni ġusta tkun tista' sseħħ: l-aċċess, il-kwalità tas-servizz u l-ħtiġijiet tal-utent

8.  Iqis li teżisti tendenza ta' ambitu aktar limitat għall-obbligu tas-servizz universali; iħeġġeġ il-promozzjoni ta' għażla tal-konsumatur sabiex jiddefinixxi l-konsenja ta' ittri fil-firxa tal-obbligu tas-servizz universali; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li jiġi pprovdut servizz universali ta' kwalità għolja taħt kundizzjonijiet li jintlaħqu, li jkunu jikkonsistu f'mill-inqas ħamest ijiem ta' konsenja u ħamest ijiem ta' ġbir fil-ġimgħa għal kull ċittadin tal-UE; jinnota li bl-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tas-servizz universali, u minħabba l-karatteristiċi nazzjonali u s-sitwazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi tagħhom, xi Stati Membri jippermettu grad ta' flessibilità; ifakkar li filwaqt li livell ta' flessibbiltà hi permessa mid-Direttiva, ir-regolamenti nazzjonali m'għandhomx imorru lil hinn minn dan il-livell ta' flessibbiltà;

9.  Ifakkar li s-servizz universali jeħtieġ jevolvi b'rispons għall-ambjent tekniku, ekonomiku u soċjali u għall-ħtiġiet tal-utenti, u li d-Direttiva tas-Servizzi Postali tagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet lokali u biex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-forniment tas-servizz universali;

10.  Jikkunsidra li l-kopertura ġeografika u l-aċċessibilità għas-servizzi universali għal konsenji ta' pakketti jistgħu jitjiebu u jeħtieġ li jitjiebu, speċjalment għal ċittadini b'diżabbiltà u mobilità mnaqqsa u dawk li jgħixu f'żoni remoti; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà bla ostakoli għas-servizzi postali u l-konsistenza tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali skont l-Att dwar l-Aċċessibbiltà;

11.  Jinnota li f'ħafna Stati Membri, it-tnaqqis fil-volum tal-ittri qed jagħmel il-provvediment tas-servizzi universali tal-posta aktar u aktar diffiċli; jirrikonoxxi li ħafna fornituri ta' servizz universali magħżula jużaw id-dħul minn attivitajiet kummerċjali li mhumiex obbligu ta' servizz universali, bħas-servizzi finanzjarji jew il-konsenja tal-pakketti, biex jiffinanzjaw l-obbligu ta' servizz universali;

12.  Jinnota li hemm għadd ta' każijiet ta' kompetizzjoni inġusta fis-settur postali u jistieden lill-awtorità responsabbli biex tissanzjona kwalunkwe mġiba ħażina;

13.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jissorveljaw il-forniment tas-servizzi postali bħala servizz pubbliku sabiex ikun żgurat li l-kumpens għal servizz pubbliku jiġi implimentat b'mod li jkun proporzjonat, trasparenti u ġust;

14.  Jenfasizza kemm huwa importanti li l-prezzijiet fl-ambitu tal-obbligu ta' servizz universali jkunu jintlaħqu minn kulħadd u jipprovdu aċċess lill-utenti kollha għas-servizzi pprovduti; Ifakkar li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu b'mod ċar l-aċċessibbiltà għal oġġett ta' korrispondenza u li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu servizzi postali b'xejn għall-persuni għomja jew b'vista mnaqqsa;

15.  Jistieden lill-Istati Membri jżommu l-koeżjoni territorjali u soċjali u r-rekwiżiti ta' kwalità assoċjati, u jinnota li l-Istati Membri diġà jistgħu jadattaw xi karatteristiċi speċifiċi biex jakkomodaw id-domanda lokali billi japplikaw il-flessibbiltà prevista fid-Direttiva 97/67/KE; jirrikonoxxi li n-netwerks u s-servizzi postali huma importanti ħafna għaċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat f'każijiet eċċezzjonali biss, b'konformità mal-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni, u b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u xieraq, u biex jiżguraw li l-konsumaturi jkomplu jkollhom aċċess għas-servizzi postali, billi jiżguraw, fejn xieraq, għadd minimu ta' servizzi fl-istess punt ta' aċċess; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi ta' kumpens ikunu proporzjonali u li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku jkunu trasparenti u ġusti;

16.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-ftuħ tas-suq ikompli jkun ta' benefiċċju għall-utenti kollha, u b'mod partikolari għall-konsumaturi u għall-SMEs, permezz ta' monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi tas-suq; jinkoraġġixxi aktar titjib fil-ħeffa, l-għażla u l-affidabbiltà tas-servizzi;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb id-definizzjoni attwali ta' servizz universali sabiex jiġi stipulat livell minimu garantit ta' servizz għall-konsumaturi, tagħmel l-obbligu ta' servizz universali adatt għal swieq li qed jevolvu, biex tqis il-bidliet fis-suq fi Stati Membri differenti u biex tħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali; isostni, madankollu, peress li kull suq għandu l-limitazzjonijiet speċifiċi tiegħu, li l-operaturi għandhom jingħataw marġni ta' flessibbiltà fl-organizzazzjoni tas-servizz universali; Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw proċeduri ta' liċenzjar skont id-Direttiva attwali u jarmonizzaw aktar il-proċeduri ta' liċenzjar u/jew notifika sabiex jitnaqqsu l-ostakli mhux ġustifikati għad-dħul fis-suq intern, mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa;

18.  Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' proċeduri ta' konċiljazzjoni li jkunu faċilment aċċessibbli u bi prezz li jintlaħaq għandha potenzjal interessanti fir-rigward tal-kisba ta' soluzzjoni faċli u għal żmien qasir, kemm għall-operaturi kif ukoll għall-konsumaturi f'każijiet ta' tilwim; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur postali;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fit-tfassil ta' proposti leġiżlattivi tqis id-diġitalizzazzjoni u l-opportunitajiet li din iġġib magħha, il-karatteristiċi speċifiċi tal-Istati Membri u x-xejriet ġenerali fis-swieq postali u tal-pakketti;

20.  Ifakkar li l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi postali għandha tiġi applikata b'mod li jimminimizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn dawk li qabel kienu monopolji u dawk li daħlu fis-suq, filwaqt li tiggarantixxi s-sostenibbiltà fit-tul tal-obbligu ta' servizz universali, biex b'hekk l-operaturi kollha jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu servizzi postali madwar l-Ewropa; jinnota li l-garanzija ta' eżenzjoni tal-VAT lill-fornitur tas-servizz attwali għal servizzi li mhumiex is-servizz universali, meta fornituri tas-servizz oħra huma soġġetti għall-VAT, hija ostakolu sinifikanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kundizzjonijiet kummerċjali ekwi bejn il-fornituri, kemm għall-posta tradizzjoni kif ukoll għall-qasam - li qed jikber b'rata mgħaġġla - tal-konsenja tal-pakketti postali, u bejn l-operaturi diġà stabbiliti u dawk li għadhom jibdew; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tivvaluta jekk il-proċeduri ta' sejħiet għal offerti jimponux piż inġust;

22.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li l-operaturi eżistenti jridu la jkunu vantaġġati permezz ta' appoġġ statali u lanqas żvantaġġati minħabba l-obbligu ta' servizz pubbliku tagħhom jew spejjeż li jintirtu vis-à-vis kompetituri ġodda fis-suq;

23.  Iqis li l-kompetizzjoni u s-suq huma l-muturi għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' servizzi b'valur miżjud u jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa, billi tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità u r-raġunijiet ekonomiċi, l-innovazzjoni fis-settur sabiex tippromwovi servizzi b'valur miżjud, bħal dawk ta' tiftix u traċċar, postijiet ta' ġbir u tħollija, ħin tal-konsenja flessibbli, proċeduri ta' ritorn adatti u aċċess għal proċeduri ta' rikors faċli; jirrikonoxxi l-ħidma u l-investimenti magħmula mill-operaturi postali f'dan il-qasam;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-appoġġ tal-Istati Membri l-oħra tal-obbligu ta' servizz universali u spejjeż oħra li jintirtu tal-fornituri tas-servizzi postali skont is-sensiela ewlenija ta' regoli għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (2012 Qafas dwar servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali);

25.  Iqis li l-kwalità tas-servizz għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-istandards stipulati fid-Direttiva u tirrifletti l-ħtiġijiet tal-konsumaturi sabiex tiżdied l-interoperabbiltà u titjieb il-kwalità tas-servizz;

26.  Jinnota li l-operaturi postali Ewropej investew fit-titjib tal-interkonnettività tan-netwerk tagħhom u introduċew servizzi innovattivi u faċli għall-utent għall-konsumaturi u l-bejjiegħa online tal-SMEs li jagħmlu kummerċ elettroniku transfruntiera; iqis li dawn l-investimenti għandhom jiġu protetti b'kundizzjonijiet ta' aċċess ġusti;

27.  Itenni l-appoġġ tiegħu lill-Forum tal-Utenti Postali, li ġie stabbilit fl-2011 mill-Kummissjoni u li għandu l-għan li jiffaċilita d-diskussjoni bejn l-utenti, l-operaturi, it-trade unions u partijiet interessati oħra dwar kwistjonijiet li jinkludu s-sodisfazzjon tal-utent finali, ir-rekwiżiti ta' utent kummerċjali u kif tista' titjieb il-konsenja permezz tal-kummerċ elettroniku; huwa tal-fehma li l-Forum huwa utli ħafna u għandu jiltaqa' regolarment sabiex jidentifika soluzzjonijiet potenzjali għat-titjib tas-servizzi postali u tal-konsenja tal-pakketti;

III. Id-dimensjoni transfruntiera u l-kummerċ elettroniku

28.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw l-interoperabilità u t-titjib tan-netwerks postali u, fejn jeżistu diversi fornituri ta' servizz universali, biex jevitaw l-ostakoli għat-trasport ta' oġġetti postali u jippermettu lill-SMEs aċċess għas-servizzi finanzjarjament attraenti tal-konsenji transfruntiera billi jżidu t-trasparenza tat-tariffi applikati mill-operaturi postali;

29.  Jikkunsidra li l-konsenja tal-pakketti hi settur kompetittiv ferm, li huwa innovattiv u li qed jikber b'rata mgħaġġla; jinnota l-importanza ta' servizzi ta' konsenja ta' pakketti affidabbli u bi prezz li jintlaħaq fit-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali; ifakkar li l-ftuħ ta' dan is-settur għall-kompetizzjoni ta spinta lill-iżvilupp ta' servizzi b'valur miżjud, bħal dawk ta' tiftix u traċċar, postijiet ta' ġbir u tħollija, ħinijiet ta' konsenja flessibbli u proċeduri ta' ritorn; għalhekk jemmen li kwalunkwe regolament ġdid f'dan is-suq jeħtieġ li jkun proporzjonat u sostnut b'evidenza ekonomika tajba;

30.  Jinnota f'dan ir-rigward li l-vantaġġi kollha offruti minn teknoloġiji ġodda, inklużi l-inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod, għandhom jiġu kkunsidrati, peress li dawn jistgħu jiffaċilitaw is-servizzi ta' konsenja, speċjalment f'żoni bi ftit popolazzjoni, iżolati jew remoti, filwaqt li jitqiesu wkoll l-aspetti tas-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali;

31.  Iqis li d-dinamika tas-suq tal-konsenja tal-pakketti, li hu kompetittiv ħafna, innovattiv u qed jikber b'rata mgħaġġla, m'għandux jiġi mxekkel minn regolamentazzjoni mhux ġustifikata u burokrazija żejda;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sorveljanza tas-suq tal-konsenja tal-pakketti fejn meħtieġ, f'direzzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, u biex tinkoraġġixxi, mingħajr ma ddgħajjef il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-aċċessibbiltà tat-tariffi transfruntiera u tidentifika prattiki inġusti antikompetittivi u monopolistiċi; iħeġġeġ li jiżdiedu t-trasparenza tat-tariffi u d-disponibbiltà tas-servizz, b'mod partikolari għall-konsumaturi bejjiegħa u l-SMEs;

33.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar aċċess transfruntier trasparenti u mhux diskriminatorju għall-elementi kollha tan-netwerk, il-faċilitajiet assoċjati, is-servizzi rilevanti u s-sistemi ta' informazzjoni tan-netwerks postali għal partijiet terzi; jemmen li l-użu effiċjenti tal-infrastruttura jista' jġib miegħu gwadann ekonomiku għal fornituri ta' servizz universali u jżid il-kompetizzjoni fil-konsenja transfruntiera;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru aktar data dwar is-suq tal-konsenja tal-pakketti sabiex jiġi analizzat aħjar l-iżvilupp ta' dan is-settur ekonomiku u l-iżvilupp strutturali tiegħu;

35.  Jenfasizza l-importanza li titjieb il-kwalità tas-servizz u l-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi sabiex jerġa' jinkiseb livell adegwat ta' fiduċja min-naħa tal-konsumatur; iqis li trasparenza akbar fir-rigward tal-prezzijiet, l-għażliet, il-modalitajiet u l-kwalità/prestazzjoni (veloċità, kopertura ġeografika, dewmien u l-immaniġġar ta' oġġetti ddanneġġjati jew mitlufa) tal-konsenja, kif ukoll it-tikketti ta' fiduċja, jistgħu jindirizzaw in-nuqqas ta' fiduċja;

36.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jtejbu t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-iffissar pubbliku tal-prezzijiet u l-prestazzjoni tas-servizzi (għażliet ta' konsenja, il-konsenja finali, l-affidabbiltà), speċjalment fir-rigward tal-kummerċ elettroniku; jitlob li jkun hemm kontrolli tat-trasparenza meta l-prezzijiet ma jkunux ikkontrollati mill-kompetizzjoni jew ikunu għoljin b'mod mhux raġonevoli; jenfasizza l-importanza li jitnaqqas id-distakk bejn il-prezzijiet domestiċi u transfruntiera u jappoġġa miżuri li jżidu l-għarfien tal-konsumaturi u l-kapaċità li jitqabblu l-istrutturi tal-prezzijiet domestiċi u transfruntiera; jistieden lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw jekk il-prezzijiet fuq xi rotot transfruntiera jistgħux jintlaħqu minn kulħadd, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil differenzi eċċessivi;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-istrateġija dwar il-kummerċ elettroniku u l-konsenja transfruntiera tal-pakketti; jissuġġerixxi li tittejjeb l-interoperabilità tul il-katina tal-konsenja u li jiġu żviluppati l-aħjar prattiki għall-bejjiegħa online;

38.  Iqis li l-proċeduri għall-ilmenti u l-arranġamenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim iridu jkunu sempliċi u effettivi u japplikaw fuq bażi transfruntiera; jenfasizza li d-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u l-pjattaforma online stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 524/2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji fit-tranżazzjonijiet transfruntiera; huwa mħasseb li, minkejja l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' Lulju 2015, s'issa 24 Stat Membru biss ittrasponew id-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u konsegwentement miljuni ta' ċittadini Ewropej qed jiġu mċaħħda minn dan il-mekkaniżmu ta' rimedju importanti; jemmen li l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ESCP) tista' tkun rikors siewi għall-konsumaturi u n-negozji fi tranżazzjonijiet transfruntiera; jitlob li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' mekkaniżmi ulterjuri għal rimedju xieraq għall-konsumaturi fis-servizzi postali, jekk dan ikun neċessarju;

39.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw it-tnaqqis tal-ispejjeż billi jtejbu l-interoperabbiltà tal-proċessi tad-dispaċċ u tal-ġbir tal-pakketti, u jiżviluppaw standards Ewropej għal sistemi ta' traċċar integrati; japprezza l-progress li sar mill-industrija fil-qadi tal-konsumaturi u l-SMEs minn pajjiż għal ieħor permezz tat-tisħiħ tal-interoperabbiltà u s-sistemi ta' tiftix u traċċar (track-and-trace); jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' għodod miftuħa u indikaturi tal-kwalità tas-servizz sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-offerti minn fornituri differenti tas-servizzi; jilqa' l-progress li jikkonferma l-approċċ tas-suq sostnut u mitlub mill-Parlament; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' pjattaformi għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-operaturi tal-konsenja sabiex tinħoloq għażla usa' ta' possibilitajiet ta' konsenja u soluzzjonijiet ta' ritorn għall-konsumaturi;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestigaw l-iffunzjonar tal-konsenja transfruntiera tal-pakketti skont id-diversi regoli li jirriżultaw jew mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (pereżempju r-regoli tal-Unjoni Postali Universali (UPU) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) jew mid-dritt tal-UE (pereżempju l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), speċjalment l-obbligu ta' servizz universali, li jista' jiġi użat ħażin u joħloq distorsjoni fis-suq; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tapplika għal sħubija fl-Unjoni Postali Universali sabiex tikseb settur postali Ewropew integrat għalkollox;

41.  Jappoġġja l-prinċipju li tinġabar statistika dwar is-suq tal-konsenja tal-pakketti sabiex tinkiseb stampa aktar ċara tal-atturi ewlenin tas-suq, il-kompetizzjoni u x-xejriet tas-suq;

IV. Id-dimensjoni soċjali: it-titjib tal-impjiegi

42.  Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-servizzi postali kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, inkluż il-livell meħtieġ ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, irrispettivament mid-daqs u t-tip ta' kumpanija li timpjegahom, il-post tax-xogħol jew il-kuntratt sottostanti; jenfasizza l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari fid-dawl tat-tibdil demografiku u l-livell għoli ta' mobilità tal-ħaddiema fis-settur postali; jilqa' l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u s-sħab soċjali fis-settur postali fil-kampanja "Healthy Workplaces Manage Stress" ("Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa jimmaniġġaw l-Istress");

43.  Jinnota li s-settur tas-servizzi postali nbidel ħafna f'dawn l-aħħar snin minħabba l-avvanzi teknoloġiċi u d-diġitizzazzjoni, u li l-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tas-servizzi postali jħallu effetti qawwija fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi fis-settur;

44.  Jinnota li l-liberalizzazzjoni tas-settur postali f'xi Stati Membri wasslet għal differenzi sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi bejn il-fornituri ta' servizz universali u l-kumpaniji kompetituri li jipprovdu servizzi postali speċifiċi; iqis li kompetizzjoni akbar m'għandhiex tiġġenera prattiki soċjali illegali jew twassal għad-degradazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

45.  Jinnota li jekk l-impriżi postali jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw u jespandu l-produzzjoni tagħhom b'mod innovattiv, partikolarment fiż-żoni periferali, dan għandu jkollu wkoll l-effett li jippromwovi l-impjieg;

46.  Jinnota li n-numru ta' ħaddiema part-time, ħaddiema temporanji u dawk li jaħdmu għal rashom fis-settur żdied u li x-xejra ġenerali hija lejn kuntratti tax-xogħol aktar flessibbli, li f'ċerti ċirkostanzi jistgħu joħolqu impjiegi prekarji, mingħajr ħarsien xieraq għall-impjegati; jilqa' l-iżvilupp ta' mudelli ġodda tal-ħin tax-xogħol li jippermettu lill-ħaddiema, pereżempju, itejbu l-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol, biex ikopru taħriġ intern jew li jkollhom l-għażla li jaħdmu part-time; jinnota li kuntratti tal-impjieg flessibbli ġodda għandhom jeskludu riskji potenzjali bħal xogħol eċċessiv għall-ħaddiema, jew livelli ta' paga li mhumiex proporzjonati mal-prestazzjoni; jenfasizza, għalhekk, minn naħa waħda l-ħtieġa ta' flessibbiltà fis-suq tax-xogħol u min-naħa l-oħra ta' sigurtà ekonomika u soċjali għall-ħaddiema; jenfasizza li t-tnaqqis fl-ispejjeż tax-xogħol billi jitnaqqsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma għandux jitqies bħala flessibbiltà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissorveljaw l-attivitajiet biex jindirizzaw l-impjieg indipendenti fittizju fis-settur postali; iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'mod aktar ġenerali, jipprevjenu l-flessibbiltà tal-kuntratti tal-impjieg milli jkollhom impatt negattiv fuq il-ħaddiema;

47.  Jilqa' r-rwol importanti tat-trade unions, li f'ħafna Stati Membri jaħdmu flimkien mal-fornituri tas-servizz universali fi sforz biex jagħmlu t-trasformazzjoni tas-settur tas-servizzi postali soċjalment sostenibbli; jenfasizza l-importanza ta' sħab soċjali b'saħħithom u indipendenti fis-settur postali, djalogu soċjali istituzzjonalizzat u l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kwistjonijiet tal-kumpanija;

48.  Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tal-konformità mal-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ obbligatorji, kif ukoll il-ħinijiet tax-xogħol fis-settur postali; jemmen li l-monitoraġġ għandu jsir permezz ta' tagħmir ta' kontroll diġitali installat fil-vetturi; ifakkar li r-Regolament (UE) Nru 165/2014 dwar it-takografi fit-trasport bit-triq ma japplikax għal vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati; jitlob għalhekk li jkun hemm kontrolli ikbar fuq il-ħinijiet tax-xogħol u tal-mistrieħ; ifakkar li l-kompiti kollha relatati mal-attività ta' impjegat għandhom jitqiesu bħala ħin tax-xogħol; jenfasizza bl-istess mod l-importanza tal-monitoraġġ tal-konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, inklużi l-kundizzjonijiet fil-vetturi, għall-persuni kollha involuti fil-konsenja postali irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom: ħaddiem għal rasu, subkuntratturi, membri tal-persunal temporanju jew ħaddiem bil-kuntratt;

49.  Jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-kompetizzjoni ħielsa, l-esiġenzi tal-konsumatur, is-sostenibbiltà tas-servizz universali u l-finanzjament tiegħu, u ż-żamma tal-impjiegi;

50.  Jinsab imħasseb dwar it-tentattivi ta' evitar tar-regolamenti eżistenti dwar il-paga minima billi jiżdied l-ammont ta' xogħol sal-punt li x-xogħol ma jkunx jista' jitwettaq matul is-sigħat tax-xogħol imħallsa;

51.  Jilqa' l-ħidma essenzjali tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali fis-Settur tas-Servizzi Postali u jenfasizza l-proġett imniedi mis-sħab soċjali Ewropej intitolat "Managing demographic challenges and finding sustainable solutions by the social partners in the postal sector" ("Il-ġestjoni tal-isfidi demografiċi u s-sejbien ta' soluzzjonijiet sostenibbli mis-sħab soċjali fis-settur postali");

52.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru aktar data dwar id-daqs tal-forza tax-xogħol u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tas-servizzi postali, sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw aħjar is-sitwazzjoni effettiva wara li l-ftuħ tas-swieq ikun ġie kkompletat u biex jirreaġixxu fil-pront għall-iżviluppi u jindirizzaw il-problemi potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib mezzi ġodda ta' konsenji postali awtomatiċi u l-impatt tagħhom fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg u jivvalutaw il-ħtieġa ta' modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi, fejn xieraq, biex jibqgħu aġġornati mal-bidliet fis-settur postali; jinkoraġġixxi s-sħab soċjali biex bl-istess mod jaġġornaw il-ftehimiet kollettivi fejn meħtieġ, sabiex ikunu jistgħu jiġu żgurati standards tax-xogħol u ta' impjieg għolja fuq il-post tax-xogħol;

o
o   o

53.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

(1) ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.
(2) ĠU C 217, 11.8.2010, p. 7.
(3) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1.
(5) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0067.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0009.


Aċċess għall-Finanzjament għall-SMEs u żieda fid-diversità tal-finanzjament lill-SMEs f'Unjoni tas-Swieq Kapitali
PDF 431kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u ż-żieda tad-diversità tal-finanzjament tal-SMEs f’Unjoni tas-Swieq Kapitali (2016/2032(INI))
P8_TA(2016)0358A8-0222/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2014(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2014(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: L-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar in-negozji tal-familja fl-Ewropa(9),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu tat-13 ta' April 2016 abbażi tal-mistoqsijiet orali f'isem il-gruppi PPE, S&D, ECR, ALDE u GUE/NGL dwar ir-rieżami tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs(10),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2011 bit-titolu "Pjan ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs" (COM(2011)0870),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2015 bit-titolu ‘Pjan ta' Azzjoni għall-bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali” (COM(2015)0468),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozju" (COM(2015)0550),

–  Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta' riskju”(11) ,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali(12),

–  wara li kkunsidra l-“Istħarriġ dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-intrapriżi fiż-żona tal-euro – April sa Settembru 2015”, tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra t-tieni dokument konsultattiv tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja dwar reviżjonijiet għall-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2015 dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (COM(2015)0301),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-finanzjament kollettiv fl-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-UE (SWD(2016)0154),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju(13),

–  wara li kkunsidra l-bulletin ta' kull xahar tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' Lulju 2014(14),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2016 bit-titolu "Il-Pakkett Kontra l-Evitar tat-Taxxa: Il-pass li jmiss lejn it-twettiq ta' tassazzjoni effettiva u trasparenza fiskali akbar fl-UE" (COM(2016)0023),

–  wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2015 għal regolament dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (COM(2015)0583),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar l-SMEs u l-fattur ta' sostenn lill-SMEs(15),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2015 intitolata "Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (COM(2015)0361),

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2016 tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 (COM(2015)0691),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0222/2016),

A.  billi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u dawk b'kapitalizzazzjoni medja jaqdu rwol importanti għall-ekonomija Ewropea f'termini ta' impjiegi u tkabbir, fejn l-SMEs jammontaw għal 67 % tal-impjiegi totali, 71.4 % taż-żieda fl-impjiegi u 58 % tal-valur miżjud fis-settur kummerċjali mhux finanzjarju fl-UE fl-2014(16);

B.  billi l-ebda definizzjoni espressa unika ta' SMEs, għajr għall-kategorizzazzjonijiet "intrapriżi żgħar" u "intrapriżi ta' daqs medju" skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità, mhija stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

C.  billi l-SMEs Ewropej huma varjati ħafna u jinkludu għadd kbir ta' mikrointrapriżi, li ta' sikwit joperaw fis-setturi tradizzjonali, u għadd dejjem jikber ta' intrapriżi ġodda u intrapriżi innovattivi b'rata għolja ta' tkabbir; billi dawn il-mudelli kummerċjali jiffaċċjaw problemi differenti u, għaldaqstant, għandhom ħtiġijiet ta' finanzjament differenti;

D.  billi l-biċċa l-kbira tal-SMEs Ewropej joperaw l-aktar fil-livell nazzjonali; billi huma relattivament ftit l-SMEs involuti f'operazzjonijiet transkonfinali fi ħdan l-UE, filwaqt li dawk li jesportaw barra l-Unjoni jirrappreżentaw minoranza żgħira;

E.  billi 77 % tal-finanzjament pendenti tal-SMEs fl-Ewropa huwa pprovdut mill-banek(17);

F.  billi l-finanzjament tal-SMEs għandu jsir bl-aktar mod wiesa' possibbli, sabiex jiġi żgurat aċċess aħjar għall-finanzjament tal-SMEs f'kull stadju tal-iżvilupp ta' kumpanija; billi dan jinkludi ambjent regolatorju adegwat għall-mezzi kollha ta' finanzjament, bħall-finanzjament bankarju, il-finanzjament tas-swieq kapitali, in-noti promissorji, il-kiri, il-finanzjament kollettiv, il-kapital ta' riskju, is-self bejn il-pari eċċ.;

G.  billi l-investituri istituzzjonali bħas-servizzi tal-assigurazzjoni jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-SMEs permezz tat-trasferiment u tat-trasformazzjoni tar-riskji;

H.  billi fir-rapport tiegħu dwar l-SMEs u l-fattur ta' sostenn lill-SMEs (SF) ta' Marzu 2016, l-EBA sabet li ma hemm l-ebda evidenza li l-SF lill-SMEs ipprovda stimolu addizzjonali għal self lill-SMEs meta mqabbel ma' kumpaniji kbar; billi, madankollu, hija rrikonoxxiet li jista' jkun kmieni wisq biex wieħed jasal għal konklużjonijiet sodi, minħabba l-limitazzjonijiet tal-analiżi tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet dwar id-data disponibbli, l-introduzzjoni relattivament riċenti tal-SF lill-SMEs, il-fatt li żviluppi sovrastanti setgħu fixklu l-identifikazzjoni tal-effetti tal-SF liall-SMEs u l-użu ta' kumpaniji kbar bħala grupp ta' kontroll; billi, minflok, l-EBA sabet li, b'mod ġenerali, il-banek b'kapitalizzazzjoni aħjar isellfu aktar lill-SMEs u li l-kumpaniji iżgħar u aktar ġodda għandhom probabilità ogħla ta' restrizzjoni tal-kreditu minn kumpaniji kbar u li ilhom stabbiliti; filwaqt li tinnota wkoll li l-SF lill-SMEs ġie introdott mil-leġiżlatur bħala miżura ta' prekawzjoni sabiex ma jiġix ipperikolat is-self lill-SMEs;

I.  billi l-finanzjament tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, minkejja li riċentement irreġistra xi titjib, sofra aktar mill-kriżi milli l-finanzjament tal-intrapriżi l-kbar, u billi l-SMEs fiż-żona tal-euro esperjenzaw u għadhom sa ċertu punt jiffaċċjaw issikkar fir-rekwiżiti ta' kollateral tal-banek(18);

J.  billi, mill-ewwel sensiela ta' stħarriġ dwar l-Aċċess għall-Finanzi tal-Intrapriżi (SAFE), it-tħassib dominanti tal-SMEs fiż-żona tal-euro kien li "jsibu l-klijenti", filwaqt li l-"aċċess għall-finanzi" kien ta' tħassib aktar baxx; billi l-aħħar stħarriġ, ippubblikat f'Diċembru 2015, wera li d-disponibilità ta' finanzjament estern għall-SMEs ivarja b'mod sinifikanti bejn il-pajjiżi fiż-żona tal-euro; billi l-aċċess għall-finanzjament baqa' ta' tħassib akbar għall-SMEs milli għall-intrapriżi l-kbar;

K.  billi l-banek promozzjonali nazzjonali/reġjonali għandhom rwol importanti biex jikkatalizzaw il-finanzjament fit-tul; billi żiedu l-attivitajiet tagħhom, bil-għan li jikkontrobilanċjaw il-proċess meħtieġ tat-tneħħija tal-effett ta' lieva fis-settur bankarju kummerċjali; billi huma għandhom rwol importanti wkoll biex jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji tal-UE lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

L.  billi t-titjib fl-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs m'għandux iwassal għal tnaqqis fl-istandards finanzjarji u fir-regolamentazzjoni;

M.  billi, fl-Iżvizzera, il-WIR Bank jikkostitwixxi sistema komplementarja tal-muniti li taqdi l-aktar lin-negozji tal-SMEs fl-ospitalità, il-kostruzzjoni, il-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u s-servizzi professjonali; billi l-WIR joffri mekkaniżmu ta' awtorizzazzjoni li fih in-negozji jistgħu jixtru mingħand xulxin mingħajr ma jużaw il-frank Żvizzeru; billi, madankollu, il-WIR spiss jintuża flimkien mal-frank Żvizzeru fi tranżazzjonijiet ta' valuti doppji; billi l-kummerċ fil-WIR għandu sehem ta' 1-2 % tal-PDG Żvizzeru; billi l-WIR wera li kien kontroċikliku mal-PDG, u anki iżjed minn hekk mal-għadd ta' persuni qiegħda;

N.  billi, f'April 2015, skont kif ġie rrapportat, id-Direttiva tal-2011 dwar il-Ħlasijiet Tardivi kienet trasposta b'mod korrett minn 21 biss mit-28 Stat Membru, minkejja li l-iskadenza għaddiet aktar minn sentejn ilu;

O.  billi l-Kummissjoni, fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2016, twissi li min-naħa waħda, "it-tkabbir sar aktar dipendenti fuq sorsi tad-domanda domestika, b'mod partikolari rkupru aktar evidenti fl-investiment" u, min-naħa l-oħra, "minkejja li l-konsum issaħħaħ riċentement, id-domanda domestika għadha baxxa parzjalment fid-dawl ta' pressjonijiet sinifikanti għat-tnaqqis fl-effett ta' lieva f'diversi Stati Membri";

P.  billi d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bejn is-sessi fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, inklużi s-servizzi finanzjarji; billi l-aċċess għall-finanzjament instab li huwa wieħed mill-ostakli ewlenin li jesperjenzjaw l-imprendituri nisa; billi l-imprendituri nisa għandhom tendenza li jibdew b'anqas kapital, jissellfu anqas u jużaw il-familja aktar milli finanzjament b'dejn jew b'ekwità;

Il-ħtiġijiet diversi ta' finanzjament ta' settur varjat tal-SMEs

1.  Jirrikonoxxi d-diversità tal-SMEs, inklużi l-intrapriżi mikro, u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fl-Istati Membri, li hija riflessa fil-mudell ekonomiku tagħhom, id-daqs, il-pożizzjoni ġeografika, l-ambjent soċjoekonomiku, l-istadji ta' żvilupp, l-istruttura finanzjarja, il-forma legali u livell differenti ta' taħriġ intraprenditorjali;

2.  Jirrikonoxxi l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-SMEs minħabba d-differenzi fil-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju bejn l-Istati Membri u r-reġjuni, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kwantità u l-prezz tal-finanzjament disponibbli, li huma influwenzati minn fatturi speċifiċi għall-SMEs u għall-pajjiż u r-reġjuni fejn ikunu stabbiliti, inklużi l-volatilità ekonomika, it-tkabbir bil-mod u l-fraġilità finanzjarja akbar; jinnota wkoll sfidi oħra għall-SMEs, bħall-aċċess għal klijenti; jenfasizza li s-swieq kapitali huma frammentati u rregolati b'mod differenti madwar l-UE u li parti mill-integrazzjoni miksuba ntilfet minħabba l-kriżi;

3.  Jenfasizza li l-ħtieġa ta' alternattivi varji u mtejba ta' finanzjament pubbliku u privat għall-SMEs ma tintemmx wara l-fażi tal-bidu, iżda tkompli matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, u jirrimarka li jinħtieġ approċċ strateġiku fit-tul sabiex jiġi salvagwardjat il-finanzjament tan-negozji; jenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament huwa ta' importanza wkoll għat-trasferiment tan-negozji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-SMEs f'dan il-proċess, inkluż fl-ewwel snin ta' operat; jinnota l-ħtieġa ta' approċċ diversifikat u mfassal apposta f'termini ta' regolamentazzjoni u f'termini ta' inizjattivi li għandhom jiġu appoġġjati; jirrimarka li ma hemmx mudell ta' finanzjament komuni li huwa tajjeb għal kulħadd, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' programmi, strumenti u inizjattivi mfasslin apposta, sabiex tappoġġja n-negozji fil-fażijiet tagħhom tal-bidu, tat-tkabbir, kif ukoll fil-fażijiet ta' trasferiment tagħhom, filwaqt li tqis id-daqs, il-qligħ u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħhom; jinnota li sikwit l-intrapriżi tan-nisa f'servizzi u affarijiet oħra huma aktar ibbażati fuq ir-riżorsi mhux materjali mill-intrapriżi tal-irġiel; jinnota li l-proporzjon baxx ta' nisa li jmexxu SMEs huwa parzjalment minħabba aċċess aktar diffiċli għall-finanzjament; jiddispjaċih li l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress, li l-objettiv tagħha huwa li tippromwovi opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, kellha proporzjon ta' rġiel għal nisa għall-mikroselfiet ta' 60:40 fl-2013; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżgura li l-programmi tagħha li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs ma jiżvantaġġjawx lill-imprendituri nisa;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta d-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw l-SMEs immexxija minn gruppi vulnerabbli oħra tas-soċjetà;

5.  Jemmen li settur tas-servizzi finanzjarji diversifikat, irregolat sewwa u stabbli li joffri firxa wiesgħa ta' possibilitajiet ta' finanzjament imfassla apposta u kosteffiċjenti jaqdi l-aħjar il-ħtiġijiet reali ta' finanzjament tal-SMEs u l-ekonomija reali, u jagħmel possibbli l-iżvilupp sostenibbli fit-tul; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tal-mudelli tradizzjonali bankarji, inkluż banek reġjonali żgħar, kooperattivi tat-tfaddil u istituzzjonijiet pubbliċi; jinnota f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġi żgurat fokus b'mod ugwali fuq it-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għal mikrointrapriżi u għal negozjanti individwali;

6.  Iħeġġeġ lill-SMEs iqisu l-UE kollha kemm hi bħala s-suq domestiku tagħhom u jużaw il-potenzjal tas-suq uniku għall-ħtiġijiet tagħhom ta' finanzjament; jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni li jappoġġjaw l-SMEs u n-negozji l-ġodda f'suq uniku mtejjeb, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tabbozza proposti mfassla għall-ħtiġijiet tal-SMEs; jemmen li l-inizjattiva Start-up Europe għandha tgħin lill-kumpaniji innovattivi żgħar billi tappoġġjahom sakemm isiru operazzjonali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-konverġenza tar-regoli u l-proċeduri madwar l-Unjoni u tal-implimentazzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għall-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar li jgħin aktar lin-negozji jegħlbu l-ostakoli kemm fiżiċi kif ukoll regolatorji; jirrikonoxxi, f'dan il-kuntest, li l-innovazzjoni hija fattur ewlieni għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-UE u li għandha tingħata attenzjoni speċifika lill-SMEs innovattivi; jenfasizza r-rwol potenzjali tal-politika ta' koeżjoni tal-UE u tal-fond reġjonali tal-UE bħala sorsi ta' finanzjament għall-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-koordinazzjoni, il-konsistenza u s-sinerġiji bejn l-istrumenti u l-programmi Ewropej differenti għall-SMEs, bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu approċċ olistiku għat-tixrid ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet kollha ta' finanzjament tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħmlu progress sinifikanti lejn aktar simplifikazzjoni sabiex il-finanzjament ikun aktar attraenti għall-SMEs;

7.  Ifakkar li ambjent legali u kummerċjali aktar armonizzat li jappoġġja l-ħlasijiet fil-ħin fi tranżazzjonijiet kummerċjali huwa ewlieni għall-aċċess għall-finanzjament; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-problemi finanzjarji mġarrba mill-SMEs u s-sitwazzjoni ta' inċertezza esperjenzata mill-fornituri ġġenerata minn ħlasijiet tard ta' kumpaniji kbar, u istituzzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta matul ir-rieżami tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tardivi l-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi mmirati biex iħaffu l-ħlasijiet għall-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tardivi, previst għas-16 ta' Marzu 2016 u, jekk ikun xieraq, tifformula proposti ġodda biex timminimizza r-riskju għall-ħlasijiet transkonfinali u ta' tfixkil għall-fluss tal-flus, b'mod ġenerali;

8.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex terġa' tibda l-ħidma b'rabta mal-istabbiliment ta' suq veru Ewropew fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur bil-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji (2015); jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet tal-SMEs u tiżgura li l-attivitajiet transkonfinali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur iwasslu għal aċċess aħjar tal-SMEs għall-finanzjament;

9.  Jinnota li l-intrapriżi l-ġodda u l-mikrointrapriżi - b'mod partikulari - isibuha diffiċli jiksbu finanzjament xieraq u biex jidentifikaw u jissodisfaw ir-rekwiżiti finanzjarji regolatorji, b'mod speċjali fl-istadju tal-iżvilupp; jinnota n-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħolqien ta' SMEs; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-ostakoli amministrattivi u biex joħolqu punti uniċi ta' servizz bħala ċentri għar-rekwiżiti regolatorji kollha għall-imprendituri; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-BEI u l-banek promozzjonali nazzjonali, f'dan il-kuntest, biex jipprovdu informazzjoni dwar l-alternattivi ta' finanzjament u l-iskemi ta' garanziji fuq is-self;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tidentifika x-xkiel u l-ostakoli żejda għas-settur finanzjarju, sabiex jingħata finanzjament lill-ekonomija reali, b'mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi; jenfasizza l-fatt li l-kisba ta' suq kapitali Ewropew li jiffunzjona sew huwa waħda mill-inizjattivi l-aktar importanti għas-settur finanzjarju; jenfasizza l-importanza li jiġu ssimplifikati jew immodifikati r-regoli li jagħtu lok għal konsegwenzi mhux intenzjonati għall-SMEs jew li ma jħalluhomx jiżviluppaw; jenfasizza li dan m'għandux iwassal għal tnaqqis bla bżonn tal-istandards regolatorji finanzjarji, filwaqt li titħalla ssir is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni; jenfasizza wkoll li l-proposti l-ġodda mill-Kummissjoni m'għandhomx iwasslu għal regolamentazzjoni aktar kumplessa li tista' taffettwa l-investimenti b'mod negattiv; jemmen li approċċ Ewropew għar-regolamentazzjoni finanzjarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandu jieħu kont tal-iżviluppi internazzjonali sabiex jiġu evitati diverġenzi u duplikazzjonijiet mhux meħtieġa fil-leġiżlazzjoni u sabiex l-Ewropa tinżamm bħala post attraenti għall-investituri internazzjonali; jenfasizza li l-ekonomija Ewropea għandha tkun attraenti għal livell għoli ta' investiment dirett barrani (IDB), inkluż IDB f'żoni ġodda, biex tistimola mhux biss is-swieq kapitali imma wkoll l-industrija tal-ekwità privata kif ukoll il-kapital ta' riskju u investimenti fl-industrija Ewropea; jemmen ukoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jadottaw pjan strateġiku biex jappoġġjaw il-finanzjament tal-SMEs bil-ħsieb tal-internazzjonaliżmu tagħhom;

11.  Itenni li r-regoli kuntrattwali riveduti tal-akkwist pubbliku u l-konċessjoni m'għandhomx ixekklu l-aċċess tal-SMEs u l-mikrointrapriżi għas-suq tal-akkwist;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħtu aktar attenzjoni għat-tħassib tal-SMEs rigward id-domanda, biex jiġi rifless b'mod aktar xieraq fir-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u fil-valutazzjoni ex post tal-konformità tal-Istati Membri mar-rakkomandazzjonijiet;

Is-self mill-banek għall-SMEs

13.  Jirrikonoxxi li s-self mill-banek huwa tradizzjonalment l-aktar sors importanti ta' finanzjament estern għall-SMEs fl-Unjoni, billi l-finanzjament bankarju jammonta għal aktar minn tliet kwarti tal-finanzjament tal-SMEs, meta mqabbel ma' anqas min-nofs fl-Istati Uniti, li jwassal biex l-SMEs ikunu partikolarment vulnerabbli meta s-self mill-banek isir aktar ristrett; jinnota li l-kriżi finanzjarja kkontribwiet għal frammentazzjoni fil-finanzjament tal-banek u fil-kundizzjonijiet tas-self mill-banek; jiddeplora d-distakki eżistenti, minkejja li qed jonqsu gradwalment, bejn il-kundizzjonijiet ta' kreditu għall-SMEs fost il-pajjiżi differenti taż-żona tal-euro, li jirrifletti wkoll id-differenzi fil-perċezzjoni tar-riskju u fil-kundizzjonijiet ekonomiċi; jinnota l-kontributi tal-Unjoni Bankarja biex tiġi indirizzata din il-frammentazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2004/113/KE u jikkollaboraw mas-settur finanzjarju rigward l-obbligu tagħhom li jiżguraw aċċess sħiħ u ugwali għas-self mill-banek għall-SMEs; jenfasizza r-rwol importanti u żviluppat sew tal-banek b'għarfien lokali u reġjonali speċifiku fil-provvista ta' fondi għall-SMEs minħabba r-relazzjoni fit-tul li għandhom ma' dawn il-kumpaniji; jenfasizza li, fejn hemm banek lokali żviluppati tajjeb, dawn instabu li kienu effettivi fis-self lill-SMEs u biex jevitaw it-telf; jenfasizza għalhekk l-importanza li jiġu żviluppati banek lokali;

14.  Jenfasizza li, filwaqt li d-diġitalizzazzjoni qed tavvanza u għalhekk qed joħorġu sorsi ġodda ta' finanzjament, il-preżenza lokali ta' istituzzjonijiet tal-kreditu tradizzjonali b'mod speċjali fi gżejjer u arċipelagi, kif ukoll f'żoni rurali, remoti u periferali, tibqa' essenzjali għall-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament;

15.  Jinkoraġġixxi lill-banek jikkunsidraw l-UE kollha bħala s-suq intern tagħhom u biex jużaw il-potenzjal tas-suq uniku biex jipprovdu finanzjament lill-SMEs, inklużi l-SMEs li mhumiex ibbażati fl-istess Stat Membru bħall-bank inkwistjoni;

16.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tistudja l-possibilità li tintroduċi programmi ta' "finanzjament għas-self" li jagħmlu l-flus tal-BĊE disponibbli għall-banek bl-għan uniku li jsellfu lill-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilitajiet li tiżviluppa inizjattivi ġodda biex tattira l-investimenti;

17.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u reġjonali fil-finanzjament tas-settur tal-SMEs; ifakkar il-parti ċentrali tagħhom fit-tieqa tal-SMEs tal-FEIS u r-rwol li għandhom fl-involviment tal-Istati Membri fil-proġetti tal-FEIS; iqis il-FEIS bħala sors importanti ta' finanzjament għall-SMEs; jemmen li l-BEI/FEI għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jipprovdu lill-SMEs kompetenza biex jaċċessaw il-finanzjament u għodda biex jiffaċilitaw il-kuntatti mal-investituri bħal, inter alia, il-Fond Ewropew tal-Investituri Informali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-rwol tal-banek promozzjonali nazzjonali/reġjonali bħala katalizzatur għall-finanzjament fit-tul għall-SMEs u, b'mod paritikolari, biex tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki u biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri fejn tali entitajiet attwalment ma jeżistux, biex jistabbilixxu banek promozzjonali nazzjonali/reġjonali fuq din il-bażi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu tkabbir inklussiv u biex jiżguraw li jkun hemm aktar koordinazzjoni u konsistenza fost il-politiki ta' investiment kollha tal-UE mmirati lejn l-SMEs, inkluż il-FEIS, il-fondi reġjonali tal-UE u l-Fond Ewropew tal-Investiment (BEI);

18.  Itenni li huwa importanti wkoll li tissaħħaħ il-kapaċità tal-banek biex isellfu lill-SMEs u biex iżidu l-kapaċità tagħhom biex jisilfu lill-SMEs; jirrimarka li l-finanzjament mis-swieq kapitali waħdu mhux se jipprovdi fondi suffiċjenti u soluzzjonijiet adegwati ta' finanzjament, inkluż l-aċċess tal-SMEs għall-kapital; jinnota li d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-kreditu twassal għal stabilità akbar tas-settur finanzjarju;

19.  Jenfasizza li settur bankarju u Unjoni tas-Swieq Kapitali b'saħħithom, stabbli u reżiljenti, huma prerekwiżit biex jissaħħaħ l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament; jinnota li r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (CRR) u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (CRD IV), u b'mod partikolari l-livell ogħla u l-kwalità ta' kapital, huma reazzjoni diretta għall-kriżi u jiffurmaw il-qalba tal-istabilità mġedda tas-settur finanzjarju; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tqis is-self lill-SMEs bħala wieħed mill-oqsma ta' prijorità tagħha fir-reviżjoni tas-CRR; jinnota li l-Kummissjoni tesplora possibilitajiet sabiex l-Istati Membri kollha jibbenefikaw minn unjonijiet tal-kreditu lokali biex joperaw barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti tal-kapital tal-UE għall-banek; jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni prudenti għall-għaqdiet ta' kreditu li tiżgura kemm l-istabilità finanzjarja kif ukoll l-opportunitajiet biex l-għaqdiet ta' kreditu jipprovdu kreditu b'rati kompetittivi;

20.  Jinnota r-rekwiżiti regolatorji multipli għall-banek u l-effetti negattivi possibbli tagħhom fuq is-self lill-SMEs, filwaqt li jfakkar li r-rekwiżiti kienu ddaħħlu fis-seħħ b'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati rekwiżiti ta' rrappurtar doppju u mezzi ta' rrappurtar multipli, u b'mod aktar ġenerali piż amministrattiv bla bżonn fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'mod partikolari l-banek iżgħar; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-effetti tar-rekwiżiti regolatorji għall-banek fir-rigward tas-self lill-SMEs, bl-appoġġ tal-EBA u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU);

21.  Jinnota li s-self lill-SMEs ma kienx il-kawża tal-kriżi finanzjarja; ifakkar fid-deċiżjoni tal-koleġiżlaturi biex jintroduċu fattur ta' sostenn lill-SMEs fil-qafas tas-CRR/CRD IV u li dan tfassal biex ir-rekwiżiti kapitali għal self lill-SMEs jibqa' konsistenti mal-livelli ta' Basel II aktar milli ta' Basel III; jenfasizza l-importanza tal-Fattur ta' Sostenn lill-SMEs għaż-żamma u ż-żieda tas-self mill-banek lill-SMEs; jinnota r-rapport tal-EBA ta' Marzu 2016 dwar il-fattur ta' sostenn lill-SMEs; jinsab imħasseb dwar l-impatt negattiv possibbli tat-tneħħija tiegħu; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-fattur ta' sostenn, li tivvalutah ulterjorment u li teżamina jekk il-livell minimu għandux jiżdied sabiex jissaħħaħ aktar l-aċċess tal-SMEs għas-self mill-banek; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità li tikkalibra mill-ġdid il-fattur ta' sostenn, inklużi d-daqs u l-limitu minimu, u teżamina l-interazzjonijiet possibbli ma' rekwiżiti regolatorji oħrajn, kif ukoll elementi esterni bħall-pożizzjoni ġeografika u l-ambjent soċjoekonomiku, bil-għan li żżid l-effett tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilità li tagħmel il-fattur permanenti; jistieden lill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) jappoġġja l-fattur ta' sostenn lill-SMEs u jikkunsidra li jbaxxi l-imposti ta' kapital għal skoperturi għall-SMEs;

22.  Jenfasizza li l-valutazzjoni prudenti tar-riskju u l-evalwazzjoni ta' informazzjoni kwalitattiva huma fost l-ikbar qawwiet tal-banek, b'mod partikolari għas-self kumpless lill-SMEs; huwa tal-fehma li l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni tal-partikolaritajiet tal-SMEs fil-komunità bankarja għandhom jissaħħu aktar; jenfasizza n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni dwar il-kreditu li l-banek jirċievu meta jivvalutaw l-affidabilità kreditizja tal-SMEs;

23.  Jilqa' l-inizjattivi varji li qed isiru biex tittejjeb id-disponibilità tal-informazzjoni tal-kreditu tal-SMEs standardizzata u trasparenti, li għandhom il-potenzjal li jsaħħu l-kunfidenza tal-investituri; jenfasizza madankollu l-ħtieġa li jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità meta tintalab tali informazzjoni dwar il-kreditu, sabiex ma jintefax piż żejjed fuq l-SMEs;

24.  Jenfasizza li l-proporzjonalità hija prinċipju ta' gwida li bih l-istituzzjonijiet Ewropej, l-awtoritajiet superviżorji Ewropej u l-MSU huma marbuta meta jiżviluppaw u jimplimentaw regolamenti, standards, linji gwida u prattiki superviżorji; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, bi qbil mal-koleġiżlaturi, gwida ulterjuri lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-BĊE/MSU dwar kif il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi applikat, u tħeġġeġ li dan jinżamm, mingħajr ma jitbaxxew l-istandards regolatorji attwali, filwaqt li tħalli li l-leġiżlazzjoni tiġi ssimplifikata;

25.  Jenfasizza l-benefiċċji tal-garanziji ta' partijiet terzi fil-ftehimiet dwar self għall-imprendituri; jitlob li tingħata kunsiderazzjoni akbar ta' dawn il-garanziji ta' partijiet terzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-evalwazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif ukoll ir-regoli prudenzjali u l-prattiki superviżorji;

26.  Ifakkar li l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-SMEs spjegazzjoni dwar id-deċiżjonijiet ta' klassifikazzjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u biex issaħħaħ id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 431(4) tas-CRR, u tħeġġu li jingħata feedback lill-SMEs; jinnota d-diskussjonijiet li l-Kummissjoni qed twettaq ma' partijiet interessati rilevanti bl-għan li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza ta' tali feedback; jinnota li dan il-feedback jista' jkun il-punt tat-tluq biex jinstabu sorsi ta' informazzjoni u pariri dwar prodotti finanzjarji mhux bankarji;

27.  Jinnota li l-klassifikazzjonijiet ta' kreditu huma element importanti u kultant determinanti tad-deċiżjonijiet ta' investiment; jiġbed l-attenzjoni għall-eżistenza f'xi Stati Membri ta' sistemi interni ta' valutazzjoni ta' kreditu (ICAS) imħaddma mill-banek ċentrali nazzjonali sabiex jivvalutaw l-eliġibilità ta' kollateral u li jippermettu lill-SMEs jiksbu valutazzjoni tal-affidabilità kreditizja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali jinvestigaw aktar jekk u kif dawn is-sistemi jistgħu jintużaw sabiex jgħinu lill-SMEs jaċċessaw is-swieq kapitali;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-EBA jipprovdu aktar gwida dwar l-implimentazzjoni tar-regolament ta' tolleranza attwali; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-impatt tar-reġim attwali ta' tolleranza għas-self improduttiv, ifakkar li s-self improduttiv fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek qed ixxekkel l-għoti ta' self ġdid, speċjalment għall-SMEs; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' limitu de minimis għal ksur minuri għandha tgħin biex jiġi evitat tnaqqis mhux ġustifikat u mhux meħtieġ tal-affidabilità kreditizja tal-SMEs; jinnota l-konsultazzjoni li għaddejja tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) dwar id-definizzjonijiet ta' skoperturi improduttivi u ta' tolleranza;

29.  Jinnota li l-limiti għax-xiri ta' bonds tal-gvern mill-banek jew żieda fl-ippeżar ta' dawn il-bonds jistgħu jżidu l-ispejjeż tal-kreditu u jżidu d-distakk kompetittiv fl-UE, sakemm dan ma jsirx taħt ċerti kundizzjonijiet;

30.  Jinnota l-miżuri adottati mill-BĊE fl-10 ta' Marzu 2016 u, b'mod partikolari, is-sensiela ġdida ta' erba' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati fuq żmien itwal (TLTRO II), li se jinċentivaw is-self bankarju lill-ekonomija reali; jenfasizza li l-politiki monetarji waħedhom ma jkunux biżżejjed biex jixprunaw it-tkabbir u l-investimenti u li jridu jkunu akkumpanjati minn politiki fiskali xierqa u riformi strutturali;

31.  Jenfasizza l-importanza tal-istituzzjonijiet pubbliċi bħala alternattiva għas-servizzi bankarji privati bħala sors ta' finanzjament għall-SMEs;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-proporzjonalità fir-rigward tal-ħlas lura bikri ta' self madwar l-UE, bħal limitu massimu biex jiġu limitati l-ispejjeż għall-SMEs u aktar trasparenza fil-kuntratti għall-SMEs;

Sorsi mhux bankarji ta' finanzjament għall-SMEs

33.  Jistieden lill-Istati Membri jrawmu kultura ta' teħid ta' riskju u tas-suq kapitali; itenni li l-edukazzjoni finanzjarja għall-SMEs hija mhux biss kruċjali biex jiżdied is-self mill-banek iżda wkoll biex jiżdiedu l-użu u l-aċċettazzjoni tas-soluzzjonijiet dwar is-suq kapitali kif ukoll biex in-nisa u ż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jibdew u jespandu n-negozji tagħhom, biex b'hekk ikun hemm valutazzjoni aħjar tal-kosti, il-benefiċċji u r-riskji assoċjati; jisħaq dwar l-importanza ta' rekwiżiti tal-informazzjoni finanzjarja ċari; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu l-prinċipji bażiċi tal-edukazzjoni finanzjarja u l-etika tan-negozju fil-kurrikuli ta' qabel l-università u tal-università, biex jitrawwem l-involviment taż-żgħażagħ fl-attivitajiet tal-SMEs; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jtejbu il-litteriżmu finanzjarju tal-SMEs u l-aċċess ta' dawn għall-ħiliet u l-għarfien finanzjarju, u biex jiġi żgurat li l-aħjar prattiki jiġu kondiviżi; jirrimarka, madankollu, li l-SMEs infushom ukoll għandhom responsabilità f'dan ir-rigward;

34.  Jenfasizza l-benefiċċji tat-tranżazzjonijiet ta' kiri għall-SMEs minħabba li jirrilaxxaw il-kapital tal-kumpanija għal investiment addizzjonali fi tkabbir sostenibbli;

35.  Jinnota li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tirrappreżenta opportunità biex jimtlew kemm il-lakuni regolatorji fil-qafas attwali kif ukoll għall-armonizzazzjoni tar-regolamentazzjoni transkonfinali; jirrimarka li, fejn is-self bankarju ma jissodisfax il-ħtiġijiet finanzjarji u kummerċjali tal-SMEs, jinħoloq vojt fil-kapital; jinnota li l-iżvilupp kontinwu tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u tal-Unjoni Bankarja jeħtieġ ikun akkumpanjat minn sforzi ripetuti biex jikkonverġu l-proċessi u l-proċeduri tal-UE u biex jevalwaw il-qafas regolatorju finanzjarju eżistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-effetti tagħha fuq l-SMEs u l-istabilità makrofinanzjarja u makroekonomika ġenerali; jenfasizza li din l-evalwazzjoni għandha ssir billi tqis ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-prattiċità tal-miżuri introdotti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi qafas regolatorju xieraq u mfassal apposta għall-emittenti tal-finanzjament għall-SMEs li ma jkunx ta' piż għalihom u li jirbaħ ukoll il-fiduċja tal-investituri; jemmen li f'Unjoni tas-Swieq Kapitali komprensiva u mfassla tajjeb, il-parteċipanti kollha tas-suq bl-istess karatteristiki rilevanti għandhom jiffaċċjaw sett uniku ta' regoli, ikollhom aċċess ugwali għal sett ta' strumenti jew servizzi finanzjarji u jiġu trattati bl-istess mod meta jkunu attivi fis-suq; jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-Kummissjoni li għandu l-għan li jiżgura aċċess aktar faċli għall-SMEs għal alternattivi aktar varji ta' finanzjament; jenfasizza li l-mudelli ta' finanzjament ibbażati fuq il-banek u dawk ibbażati fuq il-kapital għandhom ikunu komplementarji;

36.  Ifakkar l-ispiża konsiderevoli għall-SMEs biex ikollhom aċċess għas-swieq kapitali, bħas-swieq ta' dejn u ta' ekwità; jenfasizza l-ħtieġa ta' regolament proporzjonat, b'rekwiżiti anqas kumplessi u burokratiċi għall-iżvelar u l-kwotazzjoni għall-SMEs biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, u li tnaqqas l-ispiża tal-aċċess tagħhom għas-swieq tal-kapital, iżda mingħajr ma jitqiegħdu f'riskju l-protezzjoni tal-investituri jew l-istabilità finanzjarja sistemika; jinnota l-introduzzjoni ta' reġim ta' żvelar minimu għall-SMEs fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ġdid dwar il-Prospett li qed tiġi diskussa bħalissa; jinnota li r-regolamentazzjoni m'għandhiex toħloq ostakli kbar wisq meta jkun hemm tranżitu minn, pereżempju, kategorija ta' daqs wieħed għal kategorija oħra, jew bejn kumpaniji kkwotati u mhux ikkwotati; għalhekk huwa tal-opinjoni li l-approċċ fi stadji b'rekwiżiti regolatorji li jiżdiedu b'mod gradwali għandu jkun ippreferut; jirreferi f'dan il-kuntest għas-swieq ta' tkabbir tal-SMEs previsti mill-MiFID II u jħeġġeġ li jkun hemm implimentazzjoni rapida ta' dan l-istrument;

37.  Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza, l-istandardizzazzjoni u d-disponibilità pubblika tal-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-SMEs għall-banek, l-investituri, is-superviżuri u partijiet interessati oħra sabiex jifhmu l-profil tar-riskju u jieħdu deċiżjonijiet infurmati, u jnaqqsu l-ispejjeż ta' finanzjament; jemmen li l-ħolqien ta' bażi ta' data Ewropea li tiġbor l-informazzjoni dwar l-istrateġiji kummerċjali u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-SMEs, fejn dawn ikunu jistgħu jdaħħlu d-data tagħhom b'mod volontarju u jżommuhom aġġornati, jista' jservi dan il-għan; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra numru ta' identifikazzjoni uniku tal-SMEs; jiġbed aktar attenzjoni lejn il-potenzjal offrut minn strutturi li jassoċjaw atturi bankarji u mhux bankarji sabiex jipprovdu appoġġ lill-SMEs; jilqa' l-istrateġija ta' informazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SMEs, speċjalment l-identifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta' appoġġ u ta' konsulenza l-aktar rilevanti għal SMEs li jfittxu finanzjament alternattiv f'kull Stat Membru u li jippromwovu eżempji tal-aqwa prattiki fil-livell tal-UE u l-investigazzjoni ta' possibilitajiet ta' appoġġ għal sistemi tal-informazzjoni pan-Ewropej li jlaqqgħu flimkien l-SMEs u l-fornituri ta' finanzjament alternattiv;

38.  Ifakkar li l-istandards tal-kontabilità huma kruċjali għaliex jinkwadraw il-mod kif l-informazzjoni tingħata lis-superviżuri u lill-investituri u sa fejn il-piż amministrattiv impost fuq il-kumpaniji jvarja skont l-istandards tal-kontabilità li japplikaw; jieħu nota tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-espedjenza tal-iddisinjar ta' standards tal-kontabilità komuni speċifiċi għall-SMEs u jistenna bil-ħerqa li jsiru aktar riflessjonijiet dwar din il-kwistjoni;

39.  Jenfasizza l-potenzjal ta' teknoloġiji finanzjarji innovattivi ġodda (FinTech) għat-tqabbil aħjar tal-SMEs mal-investituri potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' inizjattivi FinTech u jesploraw ir-riskji potenzjali u l-ħtieġa ta' qafas regolatorju armonizzat xieraq tal-UE mingħajr ma tinħonoq l-innovazzjoni;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa li titrawwem l-innovazzjoni permezz ta' pjattaformi ta' self; iħeġġeġ lill-banek iqisu l-użu ta' dawn it-teknoloġiji innovattivi bħala opportunità; jenfasizza li s-sorsi ta' finanzjament alternattivi joffru soluzzjonijiet għan-negozji l-ġodda, imprendituri nisa u SMEs innovattivi b'mod partikolari; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-ħtieġa u l-potenzjal ta' qafas armonizzat tal-UE għal sorsi ta' finanzjament alternattivi bl-għan li żżid id-disponibilità ta' dan it-tip ta' finanzjament madwar l-UE għall-SMEs; ifakkar li biex is-sistema tkun effiċjenti kemm l-SME kif ukoll il-mutwant jridu jkunu kompletament konxji tar-riskji/opportunitajiet potenzjali marbuta mal-mekkaniżmu ta' finanzjament; jinnota li l-liġijiet u r-regoli eżistenti dwar il-finanzjament kollettiv ivarjaw b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri u ma jidhrux li ppromwovew attivitajiet transkonfinali; jilqa' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-qafas eżistenti ta' finanzjament kollettiv; jappoġġja l-approċċ meħud ta' monitoraġġ kontinwu tas-suq u l-monitoraġġ taż-żviluppi regolatorji u l-promozzjoni ta' allinjament aktar mill-qrib tal-istrateġiji regolatorji, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-faċilitazzjoni tal-investiment transkonfinali; ifakkar, fl-istess ħin, li l-finanzjament kollettiv u s-self bejn il-pari ma għandhomx ikunu regolati żżejjed, peress li dan jimpedixxi l-iżvilupp tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi pjattaformi ġodda għall-finanzjament bl-ekwità privata bħall-finanzjament intermedju u l-investituri informali (business angels); jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi self sikur lill-kumpaniji minn individwi privati permezz ta' self bejn il-pari jew bonds bl-imnut; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn il-forom ġodda ta' finanzjament ikunu totalment konformi mal-leġiżlazzjoni fiskali u finanzjarja rilevanti, sabiex ma jsirux għodda għall-evitar tat-taxxa jew l-opaċità finanzjarja; jenfasizza l-ħtieġa f'dan ir-rigward li tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni attwali;

41.  Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni għal qafas għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS) u l-ikkalibrar tar-rekwiżiti prudenzjali għall-banek; jinnota li jista' jkun hemm kemm riskji kif ukoll benefiċċji assoċjati mat-titolizzazzjoni tal-SMEs; jinnota l-impatt possibbli ta' dawn il-proposti fuq is-self bankarju lill-SMEs u fuq l-investiment fihom; jenfasizza l-ħtieġa tat-trasparenza fir-rigward tar-riskji sottostanti u l-ħtieġa li jingħata kontribut għall-istabilità tas-sistema finanzjarja;

42.  Jinnota li l-eteroġenità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u l-inċertezza legali relatata jikkostitwixxu wieħed mill-ostakoli għall-investiment transkonfinali fl-SMEs u n-negozji ġodda; jemmen li regoli simplifikati u armonizzati fil-qasam jappoġġjaw l-intrapriżi l-ġodda, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u jtejbu l-ambjent kummerċjali tal-UE; jilqa', għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tindirizza din il-kwistjoni permezz ta' proposta leġiżlattiva, kif iddikjarat fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tagħha, u jistenna bil-ħerqa din il-proposta futura; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra diversi għażliet għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' insolvenza tal-UE u tagħmel rakkomandazzjonijiet biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw jew jimplimentaw leġiżlazzjoni għal reġimi ta' insolvenza effettivi u trasparenti u proċess ta' ristrutturar f'waqtu u biex ineħħu l-piżijiet amministrattivi u regolatorji imposti fuq l-SMEs, kif iddikjarat fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;

43.  Jenfasizza l-potenzjal tal-finanzjament tal-kapital għan-negozji l-ġodda u l-kapital ta' riskju, speċjalment għan-negozji l-ġodda mhux ikkwotati u SMEs innovattivi; jinnota li dawn is-swieq mhumiex żviluppati biżżejjed fl-UE; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirrevedi l-leġiżlazzjoni tal-EuVECA u tal-EuSEF; barra minn hekk jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-Kummissjoni tindirizza l-frammentazzjoni mal-fruntieri nazzjonali fis-settur Ewropew kollu tal-fondi tal-investiment;

44.  Jissottolinja l-influwenza tad-disinn ta' strutturi tat-taxxa korporattiva u fuq id-dħul u tal-possibilità tal-ħelsien mit-taxxa fuq il-kapaċità interna ta' finanzjament tal-SMEs; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'ħafna Stati Membri t-tassazzjoni tal-SMEs u ta' ċerti intrapriżi multinazzjonali tvarja ħafna, u dan jaffettwa ħażin il-kompetittività tal-SMEs u jnaqqas b'mod sinifikanti l-effettività tal-finanzjament tal-SMEs minn sorsi differenti; jirrimarka li, minħabba l-prattiki fiskali inġusti minn xi kumpaniji multinazzjonali, l-SMEs jesperjenzaw sa 30 % aktar taxxa milli kieku jesperjenzaw fil-każ ta' prattiki fiskali ġusti, li konsegwentement jaffettwa l-kapaċità interna ta' finanzjament tagħhom; jilqa', f'dak il-kuntest, il-Pakkett Kontra l-Evitar tat-Taxxa tal-Kummissjoni bil-għan li tikseb taxxa aktar sempliċi, aktar effettiva u ġusta fl-UE; jirrimarka li l-Istati Membri għandhom jaħdmu favur sistema ta' tassazzjoni ġusta, effettiva u trasparenti li tattira l-finanzjament u l-investimenti sabiex jinħolqu possibilitajiet aħjar għall-SMEs biex dawn jibdew u jikbru; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti eżenzjonijiet finanzjarji għall-SMEs, primarjament fil-fażi inizjali tagħhom, biex jippermettulhom li jkollhom fondi biżżejjed għall-perjodi sussegwenti taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta' politika ta' taxxa li tnaqqas il-piż globali tat-taxxa u tnaqqas it-taxxi fuq ix-xogħol u l-intrapriżi; jisħaq fuq l-importanza li jiġi indirizzat l-iżbilanċ fiskali bejn id-dejn u l-ekwità;

45.  Jirrimarka li l-għajnuna diretta mill-Istat, li ma tfixkilx il-benefiċċji tal-kompetizzjoni fil-livell tal-UE, kultant hija meħtieġa sabiex tipprovdi l-fondi meħtieġa għall-intrapriżi ġodda, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, speċjalment meta l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi ma jippermettux għal sors ieħor ta' aċċess għall-finanzi; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza rigward l-iskemi pubbliċi u l-għajnuna mill-Istat li jappoġġjaw l-investiment fl-SMEs, kif ukoll il-ħolqien ta' istituzzjonijiet ġodda għall-finanzjament u l-investiment;

46.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jeżaminaw u jibnu fuq l-esperjenza tal-WIR Żvizzeru mwaqqaf fl-1934 u li jibbaża ruħu fuq assoċjazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kreditu bejn l-SMEs, meta jitqies li l-WIR jaħdem b'suċċess bħala stabilizzatur makroekonomiku fi żminijiet ta' ssikkar tal-kreditu jew kriżijiet ta' likwidità;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni tibgħat rapport annwali lill-Parlament Ewropew, tiddeskrivi l-istatus tal-inizjattivi ta' implimentazzjoni u l-impatt tagħhom fuq it-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-valutazzjoni tagħha stess tad-direzzjoni strateġika u t-tibdil rakkomandat fejn applikabbli;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika l-istrumenti eżistenti bħall-fondi strutturali u programmi rilevanti oħra fir-rigward tal-adegwatezza tal-appoġġ finanzjarju tagħhom għall-SMEs fir-rigward tal-għanijiet segwiti u, fejn xieraq, fir-rigward tal-impatt tagħhom ta' tnaqqis tal-effetti tal-kriżi fuq l-SMEs;

49.  Jirrikonoxxi l-importanza dejjem ikbar ta' mikrointrapriżi u SMEs fis-setturi kulturali u dak kreattiv (CCS) għall-investiment, it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjieg, iżda wkoll fir-rwol essenzjali tagħhom li jippreservaw u jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika;

50.  Jenfasizza li bil-pubblikazzjoni tar-riżultati tas-"Survey on access to finance for cultural and creative sectors" f'Ottubru 2013, irriżulta li l-intrapriżi kulturali u kreattivi għandhom diffikultajiet kbar biex jiksbu aċċess għall-kreditu u għandhom defiċit finanzjarju stmat għal bejn EUR 8 biljun u EUR 13,3 biljun;

51.  Jenfasizza li ċ-ċifri tal-Eurostat juru li 2,9 % tal-forza tax-xogħol tal-UE, jiġifieri 6,3 miljun persuna, kienet impjegata fis-settur kulturali u dak kreattiv fl-2014, li huwa l-istess proporzjon ta' ħaddiema impjegati fis-setturi bankarju u tal-assigurazzjoni; barra minn hekk jenfasizza li s-settur kulturali u dak kreattiv jikkostitwixxu kważi 4,5 % tal-ekonomija Ewropea, b'madwar 1,4 miljun negozju ta' daqs żgħir u medju li jiġġeneraw u jxerrdu kontenut kulturali u kreattiv fl-Ewropa kollha, u li l-impjiegi fis-settur kulturali u dak kreattiv żdiedu b'mod kontinwu mill-2008, filwaqt li huma fost l-aktar setturi tal-ekonomija Ewropea li qed jikbru, fejn jiġġeneraw madwar 4,2 % tal-PDG totali tal-UE;

52.  Jirrikonoxxi li l-kultura u l-innovazzjoni huma fatturi kruċjali fl-għajnuna lir-reġjuni sabiex jattiraw l-investiment; jenfasizza l-fatt li mhuwiex probabbli li l-impjiegi fis-settur kulturali u dak kreattiv jiġu lokalizzati barra mill-pajjiż, peress li huma marbutin ma' tipoloġiji speċifiċi ta' kompetenzi kulturali u storiċi, li jikkontribwixxu wkoll għall-ħarsien ta' firxa wiesgħa ta' arti u s-snajja' tradizzjonali; jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati l-SMEs li joperaw f'ilsna ta' minoranzi jew f'dawk anqas użati, li jipproteġu u jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa, u l-importanza ta' appoġġ għal proġetti ġodda miż-żgħażagħ li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni u l-wirt kulturali;

53.  Jenfasizza li aktar promozzjoni u investiment fl-industriji kulturali u kreattivi jkunu ta' benefiċċju għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u għall-ġlieda kontra r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, minħabba l-għadd kbir ta' żgħażagħ li jsegwu studji f'dan il-qasam; jinnota li, skont studju reċenti, is-settur kulturali u dak kreattiv impjegaw aktar minn kwalunkwe settur ekonomiku ieħor lill-persuni bejn il-15 u d-29 sena (19,1 % tat-total tal-impjiegi f'dawn is-setturi meta mqabbel mat-18,6 % fil-bqija tal-ekonomija)(19); iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iżvilupp tal-kompetenzi kulturali u kreattivi u jistabbilixxu netwerks għall-iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali bejn is-sistemi edukattivi u ta' taħriġ, il-kumpaniji kreattivi u l-istituzzjonijiet kulturali u tal-arti sabiex jitrawwem approċċ interdixxiplinari; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri biex jespandu soluzzjonijiet li jħeġġu l-iżvilupp tat-talenti u tal-ħiliet fi ħdan is-settur kulturali u dak kreattiv bħal pereżempju billi jiġu previsti għotjiet innovattivi u flessibbli b'appoġġ għall-kreattività u l-innovazzjoni u l-iżvilupp tat-talenti;

54.  Jindika li, skont l-istħarriġ li sar mill-Kummissjoni fl-2013, l-ostakoli għall-aċċess għall-finanzi fis-setturi kulturali u kreattivi għandhom karatteristiċi speċifiċi ħafna, b'mod li jkollhom aktar diffikultà biex jattiraw il-kapital u l-investiment minħabba database limitata, nuqqas ta' informazzjoni li tkun faċilment disponibbli dwar is-sorsi ta' finanzjament, nuqqas ta' ħiliet fin-negozju, dipendenza fuq skemi ta' investiment pubbliku, u nuqqas ta' biżżejjed informazzjoni li jirriżultaw minn problemi fil-valutazzjoni tar-riskji u l-valutazzjoni ta' proprjetà intanġibbli bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

55.  Jenfasizza għalhekk li, sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi fis-setturi kulturali u kreattivi, jinħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi għas-settur biex ikollhom aċċess għall-finanzi, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' għarfien espert fil-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi maħluqa minn nuqqas ta' kollateral tanġibbli, dipendenza fuq assi intanġibbli u l-inċertezza tad-domanda tas-suq fi żminijiet ta' bidla diġitali; jinnota li dan l-għarfien espert huwa meħtieġ kemm fil-mikrointrapriżi u l-SMEs kif ukoll fl-istituzzjonijiet finanzjarji; jenfasizza li d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali jistgħu jiġu aċċettati bħala kollateral; jenfasizza l-importanza ta' qafas leġiżlattiv armonizzat b'dispożizzjonijiet dwar it-taxxa u l-proprjetà intellettwali fl-UE li jista' jgħin biex jattira investimenti u finanzjament għal SMEs kulturali u kreattivi;

56.  Jilqa' t-tnedija tal-Faċilità ta' Garanzija tal-programm Ewropa Kreattiva, minkejja l-fatt li din iddewmet sew, peress li hija waħda mill-mezzi ewlenin li jindirizzaw il-ħtieġa urġenti għall-aċċess għal finanzjament tas-self għal proġetti innovattivi u sostenibbli fis-settur kulturali u dak kreattiv, li jinkludu mikrointrapriżi, SMEs, assoċjazzjonijiet iżgħar mingħajr skop ta' qligħ u NGOs, kif ukoll wieħed mill-mezzi prinċipali li jiggarantixxi remunerazzjoni ġusta għall-awturi; jilqa' l-inizjattiva tal-iskema ta' taħriġ integrat tal-Faċilità ta' Garanzija proposta lill-bankiera u lill-intermedjarji finanzjarji; jirrakkomanda b'qawwa li l-miżuri neċessarji jiġu implimentati fl-2016, kif imniżżel fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni; ifakkar li d-differenza fil-finanzjament hija mistennija li taqbeż il-EUR 1 biljun fis-sena skont il-valutazzjoni ex-ante tal-Kummissjoni, u li din id-differenza hija l-ammont f'investimenti mitlufa peress li kumpaniji bi strateġiji ta' negozju sodi u profili tar-riskju tajjeb jew huma rrifjutati s-self jew jiddeċiedu li ma japplikawx għal waħda minħabba li ma jkollhomx biżżejjed assi bħala garanzija;

57.  Jilqa' r-rapport il-ġdid ippubblikat mill-grupp ta' esperti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-finanzjament għas-setturi kulturali u kreattivi, rapport li ġie abbozzat permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, u jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet li saru fih għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni sabiex jinħolqu strumenti aktar effiċjenti u innovattivi, u wkoll biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament;

o
o   o

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 24, 22.1.2016, p. 2.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0069.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0200.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0063.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0268.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0408.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0004.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0006.
(9) Testi adottati, P8_TA(2015)0290.
(10) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=CRE&reference=20160413&secondRef=ITEM-024&language=MT&ring=O-2016-000060.
(11) ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4.
(12) ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.
(13) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36
(14) https://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/art2_mb201407_pp79-97en.pdf.
(15) EBA/OP/2016/04 tat-23.03.2016
(16) Rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-SMEs Ewropej 2014/2015.
(17) L-istħarriġ tal-BĊE dwar l-Aċċess tal-Intrapriżi għall-Fondi fiż-żona tal-euro – April sa Settembru 2015.
(18) L-istħarriġ tal-BĊE dwar l-Aċċess tal-Intrapriżi għall-Fondi fiż-żona tal-euro – April sa Settembru 2015.
(19) Cultural Times - The first global map of cultural and creative industries, Diċembru 2015.


Kif nisfruttaw bl-aħjar mod il-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi tal-SMEs?
PDF 433kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar kif għandu jiġi sfruttat bl-aħjar mod il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (2015/2320(INI))
P8_TA(2016)0359A8-0248/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 173 u 49 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata 'Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv' (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (COM(2008)0394),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-idoneità regolatorja tal-UE (COM(2013)0685),

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni Intraprenditorjali 2020 tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Pjan ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs' (COM(2011)0870),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata 'Lejn irkupru li jwassal ghall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi' (COM(2012)0173),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Investiment Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012 intitolata 'Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi'(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar 'It-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs'(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 intitolata 'L-Unjoni Ewropea kif tista' tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent ospitabbli biex l-intrapriżi, in-negozji u n-negozji ġodda joħolqu l-impjiegi?'(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard (Direttiva 2011/7/UE),

–  wara li kkunsidra l-programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI),

–  wara li kkunsidra l-Programm tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Orizzont 2020,

–  wara li kkunsidra l-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (COSME),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2014 dwar 'Il-proċess ta' konsultazzjoni "top ten" u t-tħaffif tal-piż tar-regolamentazzjoni tal-UE fuq l-SMEs'(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni 'L-imminimizzar tal-piż regolatorju għall-SMEs – L-adattament tar-regolamentazzjoni tal-UE għall-bżonnijiet tal-intrapriżi mikro' (COM(2011)0803),

–  wara li kkunsidra l-'Annual Report on European SMEs 2013/2014 – A Partial and Fragile Recovery' (Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2013/2014 - Irkupru Parzjali u Fraġli) tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ta' Jannar 2013 intitolat 'Born global: The potential of job creation in new international businesses', (Imwielda Globali: Il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi f'negozji ġodda internazzjonali)

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2013 intitolat 'Public policy and support for restructuring in SMEs' (Politika pubblika u appoġġ għar-ristrutturar tal-SMEs),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2016 intitolat 'ERM annual report 2015: Job creation in SMEs' (Rapport Annwali 2015 tal-ERM: Il-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2012 bl-isem 'Public measures to support self-employment and job creation in one-person and micro enterprises' (Miżuri pubbliċi biex jappoġġjaw l-impjieg indipendenti u l-ħolqien ta' impjiegi f'intrapriżi mikro u b'persuna waħda),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2011 bl-isem 'SMEs in the crisis: Employment, industrial relations and local partnership' (L-SMEs fil-kriżi: l-impjiegi, ir-relazzjonijiet industrijali u s-sħubiji lokali),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2011 bl-isem 'Employee representation at establishment level in Europe' (Rappreżentanza tal-impjegati fil-livell ta' stabbiliment fl-Ewropa),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2014 bl-isem 'Social dialogue in micro and small companies' (Djalogu soċjali f'kumpaniji mikro u f'kumpaniji żgħar),

–  wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea 2015 dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-intrapriżi (SAFE),

–  wara li kkunsidra l-'Annual Report on European SMEs 2014/2015 – SMEs start hiring again' (Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2014/2015 - l-SMEs jibdew jimpjegaw mill-ġdid) tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-ħolqien ta' suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE għas-seklu 21: it-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' impjieg, bħala mod kif nirkupraw mill-kriżi(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar 'L-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs): kompetittività u opportunitajiet kummerċjali'(7),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju,

–  wara li kkunsidra l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2015 dwar l-'Internationalisation of Small and Medium-Sized Enterprises' (L-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-OECD tal-2015 intitolat 'Financing SMEs and Entrepreneurs 2015 – An OECD Scoreboard' (Il-Finanzjament tal-SMEs u tal-Intraprendituri 2015 - Tabella tal-OECD),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0248/2016),

A.  billi l-SMEs (22.3 miljun(8)kienu attivi fl-UE28 fl-2014) joħolqu aktar impjiegi minn kumpaniji oħrajn fis-settur privat, billi jipprovdu madwar żewġ terzi tal-impjiegi kollha fis-settur privat fl-UE u billi l-imprendituri u l-SMEs jagħtu kontribut importanti għat-tkabbir soċjoekonomiku u għall-iżvilupp tal-UE; jirrimarka li l-appoġġ lill-SMEs jgħin fil-ġlieda kontra r-rata ta' qgħad u r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, li huma 8.9 % u 19.4 % rispettivament(9); billi n-numru ta' persuni qiegħda – madwar 23 miljun ruħ fl-2015 – għadu storikament għoli;

B.  billi fl-2014 l-SMEs taw kontribut kbir għat-tkabbir tal-impjiegi, sa 71 % fl-ekonomija tan-negozju mhux finanzjarju;

C.  billi l-ħolqien tax-xogħol fl-SMEs huwa influwenzat minn numru ta' fatturi interni u esterni – fost dawn tal-aħħar il-kundizzjonijiet essenzjali huma kompetizzjoni maniġġabbli (inkluż mill-korporazzjonijiet multinazzjonali - MNCs, u l-ekonomija klandestina), piżijiet amministrattivi maniġġabbli u l-ispejjeż tal-produzzjoni globali, kif ukoll l-aċċess għall-finanzi u l-ħaddiema tas-sengħa;

D.  billi r-riċerka riċenti tal-Eurofound turi li l-SMEs li għandhom tendenza li joħolqu xogħlijiet huma ħafna drabi ġodda, innovattivi, attivi fil-livell internazzjonali, jinsabu f'żoni urbani u huma mmexxija minn maniġers kapaċi, u għandhom strateġiji komprensivi ta' tkabbir u ta' investiment;

E.  billi l-SMEs għandhom rwol importanti fit-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi s-settur tal-SMEs huwa importanti fil-livell reġjonali u b'mod partikolari fir-reġjuni rurali;

F.  billi, minkejja l-fatt li 90 % tat-tkabbir dinji jseħħ barra mill-UE, 13 % tal-SMEs biss mexxew negozji internazzjonali barra mill-UE;

G.  billi hemm differenzi fil-karatteristiċi tal-SMEs madwar l-UE, jiġifieri l-iskala u l-impatt fuq l-ekonomiji nazzjonali; billi hemm raġunijiet storiċi għal dawn id-differenzi;

H.  billi hemm skarsezza u disparitajiet tal-ħiliet madwar l-UE, kif ukoll il-fluss tax-xogħol tas-sengħa l-aktar mit-tkabbir tal-Istati Membri ta' wara l-2004 u l-pajjiżi fi kriżi taż-Żona tal-Euro lejn Stati Membri oħrajn, li joħolqu reġjuni perifiċi b''nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa minħabba l-fenomenu tal-eżodu tal-imħuħ;

I.  billi, minkejja r-regoli tas-suq intern, għad hemm differenzi kbar madwar l-UE f'termini ta' oqfsa regolatorji għall-SMEs, b'mod partikolari fir-rigward taċ-ċertezza ta' żviluppi regolatorji fil-ġejjieni kif ukoll il-kwalità ġuridika tar-regolamentazzjoni b'mod ġenerali;

J.  billi r-rappreżentanti tal-SMEs jindikaw spejjeż tax-xogħol għoljin bħala waħda mir-restrizzjonijiet ewlenin għall-ħolqien tal-impjiegi u jippretendu t-tnaqqis tal-imsemmija spejjeż, billi l-ogħla spejjeż tax-xogħol ġew identifikati f'sistemi burokratizzati u rregolati żżejjed;

K.  billi, minħabba l-iskala iżgħar tagħhom, l-SMEs isibuha iktar diffiċli minn kumpaniji kbar biex jikkonformaw mal-istandards regolatorji;

L.  billi r-rappreżentanza tal-impjegati u d-djalogu soċjali mhumiex mifruxin fl-SMEs daqskemm huma f'kumpaniji ikbar u t-trejdjunjins f'xi pajjiżi qed jagħmluha prijorità li jippruvaw iżidu r-rappreżentanza tal-impjegati fl-SMEs, pereżempju billli jippruvaw iħeġġu l-istabbiliment tal-kunsilli tax-xogħlijiet fl-SMEs(10);

M.  billi l-ekonomija soċjali u solidali timpjega aktar minn 14-il miljun persuna, li jirrappreżentaw madwar 6.5 % tal-ħaddiema fl-UE; billi hemm 2 miljun intrapriża tal-ekonomija soċjali u solidali fl-UE, li jirrappreżentaw 10 % tal-intrapriżi fl-Unjoni; billi l-intrapriżi soċjali wrew li huma reżiljenti matul il-kriżi ekonomika;

N.  billi l-SMEs jirreżistu aħjar il-kriżi ekonomika f'termini ta' telf ta' impjiegi, b'mod partikolari l-kooperattivi fl-industrija u s-servizzi wrew reżiljenza aħjar mill-kriżi tal-2008 minn intrapriżi oħrajn fl-istess setturi;

O.  billi t-trasferimenti tan-negozju lil impjegati taħt il-forma ta' kooperattiva huma tipi ta' trasferimenti ta' negozju b'suċċess, kif jidher ċar mir-rati għolja ta' sopravivenza tagħhom;(11)

P.  billi ħafna postijiet jibqgħu battala minħabba mobbiltà baxxa tal-ħaddiema u l-inadegwatezza ta' ċerti sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ għas-suq tax-xogħol tal-lum;

Q.  billi s-settur ekoloġiku kien wieħed mill-ħallieqa netti ewlenin fl-Ewropa matul ir-riċessjoni u l-SMEs bi pjan għal żmien twil biex joperaw fl-ekonomija ekoloġika joħolqu impjiegi li huma aktar adattabbli għall-esternalitajiet attwali tal-ekonomija globalizzata(12);

R.  billi d-data dwar l-arranġamenti kuntrattwali u l-organizzazzjoni tal-impjiegi fl-SMEs hija diffiċli biex tinstab b'mod ġenerali;

S.  billi skont l-Eurofound, il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'bosta pajjiżi, inklużi s-sigħat tax-xogħol huma ta' spiss aktar flessibbli u rranġati b'mod informali fl-SMEs milli f'kumpaniji ikbar; billi l-impatt inizjali tal-kriżi jidher li kellu l-effett li jżid il-flessibbiltajiet "interni" eżistenti, hekk kif l-organizzazzjonijiet jippruvaw ilaħħqu ma' ċirkustanzi u talbiet esterni li qed jinbidlu;

T.  billi l-BĊE jargumenta li l-kriżi tad-dejn sovran żiedet l-ispejjeż ta' finanzjament tal-banek fil-pajjiżi fi kriżi taż-Żona tal-Euro, li mbagħad ġew mgħoddija lill-SMEs fil-forma tar-rati tas-self ogħla jew self iżgħar;

U.  billi l-baġit tal-UE għandu jikkontribwixxi biex jagħti spinta lill-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u bi kwalifiki għoljin fuq perjodu twil u għall-potenzjal tal-SMEs li joħolqu impjiegi deċenti u sostenibbli;

V.  billi l-aċċess għall-finanzjament għadu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs, partikolarment fil-każ ta' intrapriżi tal-ekonomija soċjali, minħabba, fost oħrajn, in-nuqqas ta' firxa diversifikata biżżejjed ta' strumenti ta' ekwità u ta' kapital ta' riskju fl-Unjoni kollha, li hija meħtieġa tul il-perkors tat-tkabbir ta' kumpanija;

W.  billi minħabba raġunijiet storiċi xi soċjetajiet jipperċepixxu l-intraprendituri b'mod pjuttost negattiv, li f'xi każijiet huwa rifless ukoll fit-trattament diskriminatorju tal-gvernijiet tas-settur tal-SMEs, meta mqabbel, pereżempju, mal-ambjent vantaġġuż maħluq f'dawn il-pajjiżi għall-investiment barrani, speċjalment għall-MNCs;

X.  billi l-kundizzjonijiet diskriminatorji bejn il-MNCs u l-SMEs jirriżultaw ukoll mill-prattika tat-trasferimenti tal-profitti lejn il-pajjiżi meqjusa bħala ġenna fiskali (tax havens);

Y.  billi l-istudji tal-Kummissjoni ma jipprovdux valutazzjoni dettaljata tal-impatt potenzjali tas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) futura fuq l-SMEs fi Stati Membri differenti;

Il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi u l-ħaddiema tas-sengħa

1.  Ifakkar li kważi 99 % tal-kumpaniji Ewropej huma SMEs u li għalhekk dawn huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE;

2.  Jemmen li sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet aħjar għall-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità għas-settur tal-SMEs, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw il-problemi li ġejjin, li huma preżenti b'mod inugwali fi Stati Membri u f'reġjuni differenti: nuqqas ta' ħiliet, nuqqas ta' stima tal-bżonnijiet futuri fir-rigward tal-ħiliet, nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, eżodu ta' mħuħ, piżijiet regolatorji mhux meħtieġa u inċertezza regolatorja fl-oqsma kollha, insuffiċjenza ta' djalogu bejn il-partijiet interessati tas-suq tax-xogħol, aċċess limitat għall-finanzi u l-akkwist pubbliku, kapaċità baxxa ta' innovazzjoni u aċċess limitat għal teknoloġiji ġodda, appoġġ insuffiċjenti għall-SMEs fi ħdan politiki ta' investiment pubbliku, l-ekonomija sewda u frodi, kif ukoll il-pożizzjoni ta' vantaġġ tal-korporazzjonijiet multinazzjonali;

3.  Huwa tal-fehma li l-indirizzar tal-problemi strutturali msemmija hawn fuq jirriżulta, fost l-oħrajn, f'kompetizzjoni aktar ġusta u fl-estensjoni tal-kontribuzzjoni soċjali u tal-bażi tat-taxxa għal għadd akbar ta' operaturi ekonomiċi, li jagħti lill-Istati Membri l-opportunità li jiffinanzjaw politiki favorevoli għall-impjieg, b'mod partikolari għall-SMEs u jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-Istati Membri u kundizzjonijiet aktar ġusti tas-suq;

4.  Jenfasizza l-bżonn ta' ambjent regolatorju li jħeġġeġ l-investiment u li fl-istess ħin irawwem it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi ta' kwalità;

5.  Jirrikonoxxi li, fost affarijiet oħra, l-ispejjeż tax-xogħol, bħala parti min-negozju, għandhom impatt fuq il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi tal-SMEs u jistgħu jaffettwaw il-kompetittività; għal dan l-għan, jenfasizza li l-piż tat-taxxa għandu jiġi ttrasferit mix-xogħol għal sorsi oħrajn ta' tassazzjoni li huma inqas detrimentali għall-impjiegi u għat-tkabbir, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni soċjali adegwata;

6.  Jenfasizza li jrid jintlaħaq standard għoli ta' protezzjoni tal-ħaddiema u li t-tnaqqis fl-ispejjeż tax-xogħol permezz ta' tnaqqis tal-protezzjoni tal-ħaddiema m'għandux ikun mezz biex jitnaqqas il-qgħad; iwissi, barra minn hekk, li t-tnaqqis fil-pagi u fid-drittijiet tal-ħaddiema jista' jwassal għal żieda fil-flussi 'l barra ta' ħiliet ogħla u jkun ta' theddida għas-sigurtà tax-xogħol, billi jesponi lill-SMEs għal nuqqas ta' ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati, filwaqt li fl-istess ħin jiġġenera l-prekarjetà fl-Ewropa; huwa tal-fehma li ż-żieda fil-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol m'għandhiex twassal għal tnaqqis tal-protezzjoni tal-ħaddiema, peress li dan ma jżidx il-potenzjal tal-SMEs għall-ħolqien tal-impjiegi;

7.  Huwa tal-fehma li l-akkademizzazzjoni mhux neċessarja ta' xi professjonijiet ma tgħinx biex issolvi l-problema tal-iskarsezzi tal-ħiliet fl-SMEs; jemmen li t-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali u, b'mod partikolari, is-sistemi doppji mħaddma b'kooperazzjoni mal-SMEs, għandhom jingħataw aktar appoġġ pubbliku; jenfasizza li t-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali doppju huma għodda importanti fit-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u jitlob li jingħata appoġġ lill-SMEs li jħarrġu liż-żgħażagħ biex isiru ħaddiema tas-sengħa kwalifikati u għalhekk jagħtu kontribut importanti għall-inklużjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà; jindika li sistema ta' edukazzjoni doppja użata fi Stat Membru wieħed ma tistax tiġi sempliċement ikkupjata minn Stat Membru ieħor;

8.  Jitlob lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' kultura intraprenditorjali permezz tal-inkorporazzjoni ta' ħiliet relatati fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

9.  Iqis li l-iskemi ta' apprendistat fi ħdan l-SMEs għandhom jiġu promossi mill-Istati Membri, inkluż permezz ta' inċentivi fiskali u finanzjarji, kif ukoll permezz ta' oqfsa ta' kwalità, inkluż ħarsien xieraq ta' saħħa u sigurtà; ifakkar li l-SMEs jeħtieġu ħiliet speċifiċi ħafna; jenfasizza li, f'dan ir-rigward, programmi ta' edukazzjoni doppja u l-kombinazzjoni ta' edukazzjoni u opportunitajiet ta' apprendistat għandhom ukoll ikunu mħeġġa, billi jaqdu rwol ekonomiku u soċjali essenzjali bħala strumenti li jippromwovu opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha;

10.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw forom ta' kooperazzjoni li jinvolvu l-governanza kollha, negozji (inklużi negozji marbuta mal-ekonomija soċjali), trejdjunjins, istituzzjonijiet ta' tagħlim u partijiet interessati oħra, bil-għan li jiġu adattati s-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ tagħhom biex tiġi indirizzata d-disparità bejn il-ħiliet/kwalifiki u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari dawk tal-SMEs; jitlob li jkun hemm inkoraġġiment għal aktar taħriġ informali inkluż b'rabta mat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u l-qsim tal-għarfien fost il-persunal;

11.  Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-intrapriżi, inklużi l-SMEs u l-intrapriżi mikro, b'kollaborazzjoni ma' dawk li jfasslu l-politika u s-sħab soċjali fit-trasformazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u tal-programmi tat-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa, kemm fir-rigward tal-metodi tat-tagħlim u t-tfassil tal-kurrikulu, sabiex issir enfasi ikbar fuq l-iżvilupp tal-ħiliet tax-xogħol tas-seklu 21, b'mod partikolari l-ħiliet diġitali, il-ħsieb kritiku, is-soluzzjoni tal-problemi u x-xogħol f'tim; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza tal-esperjenzi prattiċi u tal-ħajja reali;

12.  Jenfasizza l-importanza li jiġi megħlub id-distakk fil-ħiliet li qed iħabbtu wiċċhom miegħu l-SMEs innovattivi; jemmen li l-Kummissjoni jeħtieġ li tagħmel enfasi fuq il-faċilitazzjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni rilevanti li jistgħu jikkontribwixxu biex jingħalaq id-distakk fil-ħiliet fir-rigward tal-ħiliet fl-ICT li huma essenzjali għal SMEs innovattivi;

13.  Iqis li, bil-għan li jiġu bbilanċjati l-provvistà u d-domanda fl-impjiegi, l-Istati Membri għandhom jirriformaw is-sistemi edukattivi tagħhom biex iqisu t-tibdil fil-kuntest soċjali fir-rigward tal-importanza li wieħed jitgħallem lingwa waħda jew iżjed u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi;

14.  Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu taħriġ xieraq u jiżguraw żvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema biex jippromwovu metodi tat-tagħlim aġġornati u l-iżvilupp ta' ħiliet u ta' kompetenzi tas-seklu 21;

15.  Jitlob li jittieħdu wkoll miżuri oħrajn għall-integrazzjoni tal-Ġenerazzjoni 50+ fis-suq tax-xogħol, fin-negozju, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ bil-għan li jiġi evitat il-qgħad għal żmien twil u r-riskju ta' esklużjoni soċjali għal din il-kategorija ta' ħaddiema u l-familji tagħhom;

16.  Iqis li l-SMEs għandhom rwol importanti fil-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi; iħeġġeġ aktar investiment fil-potenzjal għall-SMEs biex isarrfu l-isfidi ambjentali f'opportunitajiet ta' negozju;

17.  Jagħraf l-importanza dejjem tikber tal-impjieg indipendenti u tal-intrapriżi mikro, li huma ta' importanza vitali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u lilll-intraprenditorja; huwa mħasseb, madankollu, dwar il-fenomenu tal-impjieg indipendenti fittizju madwar l-UE, li ma jistax jitqies f'termini pożittivi bħala li jikkontribwixxi għan-'numru dejjem jikber ta' intrapriżi mikro', iżda, minflok, jikkawża l-prekarjetà tal-impjieg, iwassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol mhux favorevoli u protezzjoni soċjali mnaqqsa jew ineżistenti, u jimmina l-immaġini tal-intraprenditorija, filwaqt li jqiegħed lil ħafna nies f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, u b'hekk jiġġenera problemi soċjali ġodda li jeħtieġ li jiġu indirizzati;

18.  Jenfasizza li l-piż amministrattiv tar-regolamentazzjoni huwa sproporzjonatament ogħla għall-ħaddiema indipendenti u għall-intrapriżi mikro milli għal kumpaniji ikbar; iqis f'dan ir-rigward li kwalunkwe miżura li tikkonċerna l-"ħaddiema b'impjieg indipendenti fittizju" għandha tkun immirata b'mod ċar u ma għandhiex tpoġġi piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fuq l-individwu;

19.  Huwa mħasseb dwar il-kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol ta' numru kbir ta' ħaddiema indipendenti u l-livelli tagħhom dejjem jiżdiedu ta' faqar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu netwerks kollaborattivi ta' intrapriżi mikro u żgħar taħt il-forma kooperattiva (bħal kooperattivi ta' produtturi individwali, kooperattivi ta' freelancers, kooperattivi ta' SMEs, kooperattivi tal-attività u tal-impjieg) peress li dawn in-netwerks isaħħu b'mod konsiderevoli s-sostenibbiltà u l-potenzjal tal-impjieg tal-unitajiet kostitwenti;

20.  Jieħu nota tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, li huwa mfassal biex joħloq impjiegi ġodda u jagħti spinta lill-innovazzjoni u l-kompetittività, u jittama li l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment, bħala sensiela ta' proġetti trasparenti u investibbli fl-UE, jgħin sabiex l-investituri jiġu orjentati lejn l-opportunitajiet eżistenti favur l-iffinanzjar tal-SMEs u l-iżvilupp ta' negozji ġodda bħala mod importanti u sostenibbli ta' kif jitnaqqas il-qgħad u jiġi promoss l-impjieg fit-tul ta' kwalità; jitlob għalhekk li jiġu inklużi kategoriji differenti b'livelli limiti xierqa fil-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment sabiex l-SMEs u n-negozji ġodda jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-funzjonament tiegħu;

21.  Ifakkar li l-UE impenjat ruħha li ssaħħaħ il-bażi industrijali tagħha billi stabbiliet il-mira li l-produzzjoni industrijali se tammonta għal mill-inqas 20 % tal-PDG sal-2020, li għandha tiżdied għal 30 % sal-2030; iqis li dan huwa prerekwiżit essenzjali għal titjib effikaċi tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa;

22.  Jenfasizza r-rwol ta' leġiżlazzjoni li tħares 'il quddiem u l-faċilitazzjoni tal-proċess fil-kuntest ta' żviluppi rapidi fis-settur tal-SMEs intensivi fl-għarfien u innovattivi ħafna, inklużi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-intraprenditorija kooperattiva, jissottolinja r-rwol tagħhom fl-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u b'kont meħud tal-Aġenda Urbana tal-UE, kif ukoll b'ħarsa 'l quddiem lejn il-Patt ta' Amsterdam u r-rwol ta' strutturi ta' netwerking u ta' koordinazzjoni bħall-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni;

23.  Jinnota li l-SMEs fl-Istati Membri li m'għandhomx banek ta' investiment pubbliku jistgħu jkunu żvantaġġati meta mqabbla ma' dawk f'pajjiżi li għandhom banek ta' investiment pubbliku, minħabba li l-valutazzjoni tal-interess pubbliku mhijiex prijorità għal istituzzjonijiet bankarji privati;

24.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess ugwali tal-SMEs għall-akkwist pubbliku;

25.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi kooperattivi peress li hemm esperjenza pprovata li huma aktar reżiljenti waqt krizi u inqas soġġetti għat-telf ta' impjiegi mill-intrapriża medja u biex jinħolqu impjiegi ta' kwalità li ma jidelokalizzawx; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni biex iżommu lill-Parlament infurmat dwar miżuri konkreti li ttieħdu s'issa biex jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għal kooperattivi u intrapriżi soċjali;

26.  Iqis li l-politiki nazzjonali u tal-UE ma għandhomx jiffokaw biss fuq negozji SMEs ġodda u fuq il-ħolqien ta' impjiegi ġodda fl-SMEs u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jappoġġjaw it-trasferimenti tan-negozju bħala għodda għaż-żamma tal-impjiegi eżistenti fl-SMEs li qed jirriskjaw li jagħlqu; jitlob il-promozzjoni ta' trasferimenti tan-negozju lill-impjegati taħt il-forma kooperattiva bħala tipi ta' trasferimenti tan-negozju ta' suċċess;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni timpenja iktar lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-edukazzjoni terzjarja u l-faċilitajiet ta' taħriġ, l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, in-negozji, it-trejdjunjins u l-istituzzjonijiet finanzjarji, bl-għan li jippromwovu u jagħmlu użu sħiħ mis-sorsi ta' finanzjament tal-UE (eż. il-FEIS, il-FSE, il-FEŻR, COSME, Orizzont 2020 u Erasmus+) sabiex jgħinu biex jingħelbu d-diffikultajiet fl-aċċess għall-informazzjoni, il-pariri u l-finanzi, li huma wħud mill-ostakoli ewlenin għat-tkabbir tal-SMEs u l-potenzjal tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza wkoll l-importanza ta' programmi ta' promozzjoni transkonfinali tal-SMEs taħt il-qafas tal-inizjattiva tar-riċerka Ewropea EUREKA bħala mezz għal aktar kooperazzjoni bejn l-SMEs u l-istituzzjonijiet tar-riċerka; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw aħjar l-istrumenti ta' finanzjament differenti għall-SMEs;

28.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li s'issa, it-taħriġ u l-informazzjoni dwar opportunitajiet bħal dawn huma kważi ineżistenti, meta mqabbla mal-bżonnijiet attwali u l-ħafna opportunitajiet li dawn il-fondi jistgħu joħolqu;

29.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem mal-punti ta' kuntatt nazzjonali biex tiżviluppa kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni assertivi u effettivi, maħsuba biss għall-SMEs fuq l-istrument "Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni" li huwa parti mill-programm tal-Orizzont 2020;

30.  Jistieden lill-SMEs (inklużi l-mikroimpriżi) kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet eżistenti biex jikkombinaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) mal-FEIS, waqt li jitqies li dawn huma żewġ strumenti komplementari; jirrakkomanda t-taħlita ta' Fondi ESI u l-FEIS fi pjattaformi ta' investiment tematiċi u multinazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI jintensifikaw l-isforzi tagħhom għall-ħolqien ta' dawn il-pjattaformi sabiex jippromwovu l-prodotti tal-Grupp tal-BEI u jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi;

31.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiżdied l-investiment fir-riċerka, l-innovazzjoni, it-taħriġ kwalifikat u l-iżvilupp sabiex jiġu xprunati t-tkabbir kwalitattiv u l-potenzjal tal-ħolqien ta' impjiegi tal-SMEs Ewropej; jenfasizza l-fatt li EUR 75 biljun ġew allokati biex jappoġġaw lill-SMEs fi ħdan it-taqsima ddedikata għat-taqsima tal-SMEs tal-FEIS; jilqa' l-implimentazzjoni b'suċċess tal-finanzjament tal-SMEs permezz tal-FEIS fost il-proġetti approvati s'issa;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni, meta tirrevedi l-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, biex issib mod sabiex tikkumpensa bis-sħiħ għat-tnaqqis fil-baġit tal-FEIS fl-allokazzjonijiet għall-programm Orizzont 2020, minħabba l-importanza tiegħu għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għall-SMEs;

33.  Jilqa' l-pass 'il quddiem lejn strumenti finanzjari li jappoġġaw lill-SMEs, iżda jemmen li l-għotjiet finanzjarji għandhom jinżammu fejn qed ikollhom rwol importanti u meħtieġ għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, tal-iżvilupp u tar-riċerka, li huma importanti ħafna għall-ħolqien tal-impjiegi u għas-suċċess ekonomiku ġejjieni tal-Ewropa;

34.  Iħeġġeġ kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-Kummissjoni, fil-qafas ta' approċċ olistiku lejn l-appoġġ lill-SMEs, biex jagħmlu progress sinifikanti b'aktar semplifikazzjoni tal-finanzjament tal-UE sal-2017 fir-rigward tal-applikazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ/kontroll tal-proġetti, b'mod partikolari billi tiġi introdotta proċedura elettronika uniformi tal-akkwist pubbliku mal-UE kollha, koeżjoni elettronika kompluta, awditu uniku msejjes fuq il-prinċipju tar-riskju, it-tnaqqis tar-rekwiżiti ta' data u ta' informazzjoni u l-eliminazzjoni ta' regolamentazzjoni żejda permezz ta' ottimizzazzjoni regolatorja estensiva; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jkun żgurat bilanċ tajjeb bejn is-semplifikazzjoni fuq naħa waħda, u t-tiftix u l-prevenzjoni tal-irregolaritajiet, inkluż il-frodi, min-naħa l-oħra; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti għal bidliet leġiżlattivi għar-regolamenti dwar il-politika ta' koeżjoni matul ir-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu, bl-għan li jkun faċilitat l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs, u b'mod partikolari għan-negozji ġodda li jixtiequ jikbru; ifakkar li, fuq il-bażi tal-kalkoli tal-Kummissjoni, l-akkwist elettroniku Ewropew, it-trasparenza u t-tnaqqis fl-infiq amministrattiv jistgħu jagħmlu possibbli l-iffrankar ta' EUR 50 biljun fis-sena;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, qabel ma tagħti bidu għal dibattitu veru u proprju mal-Parlament dwar il-qafas finanzjarju futur u dwar il-politika ta' koeżjoni għall-perjodu wara l-2020, twettaq studji kwantitattivi meħtieġa biex tkejjel l-impatt ta' politiki u strumenti ta' appoġġ għall-SMEs, li jagħmluha possibbli li titwettaq ħidma preparatorja billi jiġu mmonitorjati r-riżultati u tiġi vvalutata l-effikaċja tagħhom meta mqabbla ma' forom oħra ta' għajnuna mhux immirata lejn intrapriżi taħt ċertu daqs;

36.  Jenfasizza l-importanza tal-aċċessibbiltà għal miżuri ta' finanzjament tal-UE li jagħtu appoġġ u għas-servizzi pubbliċi elettroniċi għall-SMEs li jinsabu f'żoni urbani iżgħar u f'żoni rurali, billi jittejjeb il-potenzjal ta' impjieg tagħhom u jingħata kontribut għall-iżvilupp ekonomiku f'żoni f'riskju ta' depopolazzjoni;

37.  Jistieden lill-SMEs biex inaqqsu d-disparità bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol fir-rigward tal-impjiegi u l-ħlas, fost kwistjonijiet oħrajn, billi jipprovdu jew jappoġġjaw il-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, il-liv tal-persuni li jindukraw, ħinijiet tax-xogħol flessibbli għall-persuni li jindukraw, u biex jiżguraw ħlas ugwali għal xogħol ugwali bejn il-ħaddiema nisa u dawk irġiel;

38.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li tiġi pprovduta infrastruttura tal-indukrar tat-tfal lokali sabiex tiffaċilità l-aċċess tal-ġenituri għall-forza tax-xogħol;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jagħtu spinta lit-taħriġ u l-edukazzjoni fl-ICT u fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) sabiex il-forza tax-xogħol attwali u dik futura tkun mgħammra bil-ħiliet elettroniċi rilevanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw programmi, bħal korsijiet online miftuħa, li jipprovdu liż-żgħażagħ qiegħda b'ħiliet elettroniċi, u jinkoraġġixxi l-provvista ta' tali korsijiet għal persuni attivi tal-ġenerazzjoni ta' 50 sena u 'l fuq.

40.  Jenfasizza l-bżonn ta' inċentivi mmirati għal negozji ġodda, SMEs, u intrapriżi mikro sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment u l-operat tagħhom, kif ukoll il-bżonn li jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ ta' forza tax-xogħol kwalifikata u t-taħriġ tal-impjegati;

41.  Huwa tal-fehma li l-mobilità f'apprendistati u taħriġ professjonali Ewropej għandha tissaħħaħ aktar;

42.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-gvernijiet reġjonali, lill-istituzzjonijiet edukattivi u lis-sħab soċjali, sabiex joħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ bil-għan li jkunu jistgħu jiksbu ħiliet intraprenditorjali kif ukoll biex jagħrfu u jivvalidaw aħjar l-edukazzjoni mhux formali u l-ħiliet; jenfasizza wkoll l-importanza ta' konsulenza tan-negozju għal intraprendituri żgħażagħ u SMEs li jkunu f'fażi bikrija sabiex jissaħħu r-rati ta' suċċess u s-sostenibbiltà tal-kumpaniji u l-impjiegi;

43.  Jemmen bis-sħiħ li ċ-Ċertifikat tal-Kapumastru għandu jinżamm;

44.  Jilqa' l-programm 'Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ', li jgħin sabiex jipprovdi l-ħiliet meħtieġa liż-żgħażagħ li jkunu imprendituri bl-għarfien u l-ħiliet utli biex jibdew u/jew imexxu negozju b'suċċess; jemmen li tali programmi għandhom jiġu promossi aktar mill-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex il-programm isir magħruf aktar fost il-gruppi mira u biex iktar żgħażagħ jiġu megħjuna jiżviluppaw in-negozji tagħhom u jiksbu suċċess;

45.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw oqfsa leġiżlattivi favorevoli biex jippromwovu u jappoġġjaw l-impjieg taż-żgħażagħ fl-SMEs jew jinċentivizzawhom biex jibdew in-negozji tagħhom, inkluż permezz ta' aċċess aħjar għal informazzjoni u pariri mfassla apposta, billi jiġi faċilitat l-aċċess għal kreditu u arranġamenti ta' finanzjament kif ukoll bil-ħolqien ta' one-stop shops; jemmen li oqfsa bħal dawn għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni ta' programmi ta' internati għall-istudenti sabiex dawn ikunu jistgħu jiksbu l-ewwel esperjenza prattika tagħhom f'SME, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni soċjali xierqa;

46.  Jinnota li għandhom jittieħdu miżuri biex jippermettu b'mod aħjar l-għarfien tal-kwalifiki u d-diplomi madwar l-Ewropa, inklużi diplomi u ċertifikati onlajn bħal dawk mogħtija mill-korsijiet onlajn miftuħin massivi (MOOCs), u l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jikkontribwixxu bl-għarfien u l-ħiliet tagħhom madwar l-Ewropa;

47.  Jilqa' l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar l-insolvenza tan-negozji, inkluż ristrutturar bikri u ċansijiet oħra, biex tiġi indirizzata l-biża ta' falliment u jiġi żgurat li l-intraprendituri jkollhom ċans ieħor;

48.  Jenfasizza li r-responsabbiltà soċjali korporattiva għandha tradizzjoni Ewropea twila u li n-negozji responsabbli b'mod soċjali jkomplu jagħtu eżempju sal-lum; jenfasizza li l-SMEs jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli mill-aspett ambjentali, soċjali u ekonomiku;

Ambjent regolatorju favorevoli u stabbli

49.  Jitlob lill-Istati Membri biex jevitaw regolamentazzjoni żejda li tfixkel il-kompetittività tan-negozji u l-potenzjal tagħhom li joħolqu l-impjiegi; huwa tal-fehma li t-tneħħija ta' piż regolatorju u amministrattiv, flimkien mal-iżvilupp ta' regolamentazzjoni soda u sostenibbli, inkluż permezz tal-użu sistematiku ta' 'test tal-SMEs' u l-implimentazzjoni effiċjenti fl-Istati Membri, jikkostitwixxu l-mod xieraq kif jitbaxxew l-ispejjeż tal-SMEs u kif jiżdied il-potenzjal tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li dan m'għandux inaqqas il-protezzjoni tal-ħaddiema;

50.  Huwa tal-fehma li ambjent regolatorju favorevoli u stabbli, inklużi ċ-ċarezza intrinsika tar-regoli, huwa prerekwiżit essenzjali għall-ħolqien sostenibbli ta' impjiegi ta' kwalità fl-SMEs; iqis li din iċ-ċertezza regolatorja għandha tinkludi, fost elementi oħrajn, il-liġi kuntrattwali u r-regolamentazzjoni fiskali u soċjali, il-protezzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll ir-regolamenti dwar it-taxxa u wkoll iċ-ċertezza legali u l-effettività proċedurali; jemmen li l-istabbilità tal-ambjent regolatorju tinkiseb l-aħjar permezz ta' involviment kontinwu tas-sħab soċjali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jekk l-impatt tar-rekwiżiti amministrattivi jinħass b'mod sproporzjonat minn SMEs, għandhom jiġu kkonsidrati b'mod sistematiku miżuri biex jitnaqqas il-piż u l-ostakli, filwaqt li jiġi żgurat li l-impjegati jirċievu protezzjoni xierqa tas-saħħa u s-sigurtà; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-ostakoli speċifiċi jeħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi, filwaqt li titqies il-varjetà wiesgħa ta' SMEs;

52.  Jenfasizza l-importanza ta' amministrazzjoni pubblika favorevoli, effettiva, flessibbli u li tirrispondi għall-SMEs fl-Istati Membri sabiex dawn ikunu jistgħu jippromwovu l-valuri intraprenditorjali, jiffaċilitaw it-tkabbir tal-SMEs u jagħtuhom iċ-ċans li jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom fil-ġenerazzjoni ta' impjiegi ta' kwalità għolja;

53.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-iskambji effiċjenti tal-aqwa prattika bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ambjenti regolatorji differenti għall-SMEs; jilqa', f'dan ir-rigward, in-Netwerk tar-Rappreżentanti tal-SMEs, li r-rwol tiegħu huwa li jtejjeb il-proċess ta' konsultazzjoni mal-SMEs nazzjonali u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE; jinkoraġġixxi wkoll il-kooperazzjoni bejn l-SMEs u l-awtoritajiet lokali u s-settur edukattiv, li tista' tkun ta' benefiċċju għall-ħolqien tal-clusters u l-inkubaturi tan-negozju u, b'hekk, għaż-żieda tal-potenzjal tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-impjiegi; jistieden lill-SMEs biex isiru membri ta' organizzazzjonijiet rappreżentattivi sabiex iwasslu leħinhom fil-livell nazzjonali u Ewropew, kif inhu l-aktar fil-każ ta' korporazzjonijiet multinazzjonali; jinkoraġġixxi wkoll lill-assoċjazzjonijiet tal-SMEs biex jappoġġjaw b'mod aħjar lill-SMEs u biex ikollhom rwol aktar b'saħħtu bħala sieħeb soċjali affidabbli;

54.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrevedu r-regoli li jaffettwaw lill-SMEs u japplikaw bis-sħiħ il-prinċipju "Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir", sabiex jitneħħew piżijiet mhux ġustifikati li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs u biex tinkiseb ċertezza regolatorja u fiskali bħala prekundizzjoni għall-istabilità u l-kwalità tal-impjiegi;

55.  Jenfasizza l-importanza li tiġi rispettata l-kundizzjonalità ex ante relatata mal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, bil-ħsieb li jitjieb l-ambjent u l-proċeduri amministrattivi għall-iżvilupp tan-negozju u l-intraprenditorjat, kif ukoll l-użu ta' opportunitajiet ta' finanzjament għall-SMEs;

56.  Iqis li l-inugwaljanzi inerenti bejn l-SMEs u l-kumpaniji multinazzjonali jridu jiġu rrimedjati sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jużaw riżorsi addizzjonali, u flimkien mal-investiment pubbliku jinħolqu impjiegi ta' kwalità;

57.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinċentivaw permezz tat-tassazzjoni t-tkabbir u l-emerġenza tal-investituri informali, tal-fond inizjali u tas-setturi tal-atturi tas-suq ta' stadju bikri;

58.  Jiġbed l-attenzjoni għad-differenzi reġjonali u l-żbilanċi fl-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament minn banek promozzjonali nazzjonali, programmi ffinanzjati mill-UE u istituzzjonijiet oħra ta' finanzjament pubbliku u privat; jappella għal kundizzjonijiet ekwi għall-SMEs kollha – b'enfasi speċjali fuq reġjuni inqas żviluppati, ifqar, aktar remoti jew iżolati li jiffaċċjaw problemi serji ta' depopolazzjoni u/jew dispersjoni, u fuq pajjiżi li kienu taħt restrizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji – biex ikollhom aċċess għal finanzjament minn strumenti finanzjarji appoġġati mill-UE filwaqt li jintużaw l-intermedjarji;

59.  Huwa tal-fehma li huwa biss b'aċċess imtejjeb għall-finanzjament permezz tal-fattur korrettiv tal-SMEs li tista' tinħoloq sitwazzjoni finanzjarja stabbli li trawwem it-tkabbir u b'hekk ssostni l-impjiegi;

60.  Jenfasizza li l-mikrokreditu, li hu mmirat l-aktar għall-mikroimprendituri u persuni f'pożizzjoni żvantaġġata li jixtiequ jaħdmu għal rashom, huwa mezz biex jingħelbu l-ostakli għall-aċċess għas-servizzi bankarji tradizzjonali; jilqa' l-inizjattivi ta' simplifikazzjoni intelliġenti bil-għan li tittejjeb l-effikaċja tal-valutazzjoni ta' proġetti li jeħtieġu l-mikrokrediti; jilqa' wkoll miżuri ta' kontabbiltà li huma mmirati għall-intermedjarji finanzjarji, li mhumiex ta' piż żejjed jew ma jżidux l-ispejjeż b'mod mhux raġonevoli;

61.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-insolvenza u r-riskji ta' falliment għall-SMEs li qed jiffaċċjaw dewmien fil-ħlasijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-infurzar tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tardivi; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex iqisu mekkaniżmi finanzjarji xierqa, bħall-garanziji tal-bank;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq ir-regolament ta' qafas Ewropew biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' swieq ta' finanzjament kollettiv u investiment kollettiv pan-Ewropej;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita t-titolizzazzjoni tas-self lill-kumpaniji mikro u lill-SMEs biex jiżdied il-kreditu li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-qafas regolatorju għan-negozji soċjali;

65.  Jirrikonoxxi l-importanza li jittieħed kont tas-sitwazzjoni, tal-ħtiġijiet speċifiċi u tad-diffikultajiet fir-rigward tal-konformità mill-intrapriżi mikro u żgħar fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-miżuri OSH fil-livell tal-kumpanija; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni, l-iskambju ta' prattiki tajbin, konsultazzjoni, gwidi għall-utent li jinftiehmu faċilment u pjattaformi onlajn huma ta' importanza kbira biex jgħinu lill-SMEs u l-intrapriżi mikro jikkonformaw b'mod aktar effettiv ma' rekwiżiti regolatorji tal-OSH; jistieden lill-Kummissjoni, l-EU-OSHA u lill-Istati Membri biex ikomplu jiżviluppaw għodod u linji gwida prattiċi, li se jiffaċilitaw il-konformità tal-SMEs u tal-intrapriżi mikro mar-rekwiżiti tal-OSH;

66.  Jilqa' l-introduzzjoni tal-Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online (OiRA) tal-EU-OSHA kif ukoll għodod elettroniċi oħra fl-Istati Membri li jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskju u għandhom l-għan li jippromwovu l-konformità u kultura ta' prevenzjoni, b'mod partikolari f'intrapriżi mikro u żgħar; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi Ewropej għal azzjonijiet tal-OSH b'mod ġenerali u l-iżvilupp ta' għodod elettroniċi b'mod partikolari bil-għan li jappoġġjaw lill-SMEs;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tqis in-natura speċifika u s-sitwazzjoni tal-SMEs u l-intrapriżi mikro meta tirrevedi l-qafas strateġiku sabiex tgħin lil dawn il-kumpaniji jilħqu l-objettivi stabbiliti fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

68.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, meta jkun xieraq u fil-qafas tar-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew speċifiċi għal kull pajjiż, tadotta approċċ differenzjat sabiex jittejjeb l-ambjent għall-SMEs, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull pajjiż u d-differenzi strutturali speċifiċi tar-reġjuni tal-UE, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq l-SMEs, b'mod partikolari l-mikrointrapriżi;

69.  Jinnota li l-Objettiv Tematiku 3 – "Insaħħu l-kompetittività tal-SMEs" – wassal lill-Istati Membri biex jinkludu enfasi fuq it-tisħiħ tat-tkabbir u tal-potenzjal tal-ħolqien ta' impjiegi għall-SMEs fil-programmi operazzjonali; jenfasizza li la l-kriżijiet ġejjiena mhux mistennija fl-UE kollha u lanqas l-inizjattivi ewlenin m'għandhom jirriżultaw fi tnaqqis fl-impenji jew pagamenti relatati mal-Objettiv Tematiku 3 u l-istrumenti rilevanti taħt l-Intestatura 1b tal-baġit ġenerali tal-UE; jirrikonoxxi li l-SMEs għandhom pożizzjoni ta' ekwità dgħajfa, u għalhekk jenfasizza li d-dewmien fil-pagamenti għal fatturi taħt il-politika ta' koeżjoni għandu jiġi minimizzat sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' insolvenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għaldaqstant, biex itejbu aktar ir-ritmu tal-pagamenti lill-SMEs;

70.  Jenfasizza li kemm ir-Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2014/2015 u l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 juru diverġenzi reġjonali fl-ambjent tal-SMEs u differenzi oħra li għandhom jiġu indirizzati b'mod effettiv mill-Istati Membri qabel tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni, flimkien ma' sforzi biex isir progress fl-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs billi jitneħħew l-ostakoli mhux tariffarji;

71.  Jistieden lill-Istati Membri b'deċentralizzazzjoni limitata tal-ġestjoni tal-finanzjament mill-UE biex ixeqilbu l-bilanċ tal-kapaċità amministrattiva għall-għajnuna teknika u s-sistemi ta' appoġġ lokali u reġjonali, fosthom aċċess imtejjeb għall-finanzjament u soluzzjonijiet tal-informazzjoni, għall-SMEs (inklużi l-mikroimpriżi) lejn l-awtoritajiet lokali, peress li dan se jippermetti riżultati u rati ta' assorbiment li jkunu reġjonalment iktar ibbilanċjati, b'mod partikolari f'reġjuni inqas żviluppati.

72.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinġiebu flimkien l-iżviluppaturi tan-negozju u l-inkubaturi tan-negozju, bil-għan li n-negozji l-ġodda jsiru għodda importanti għall-ħolqien tal-impjiegi dejjiema u li jinżamm il-potenzjal fi ħdan il-kumpaniji, u b'hekk jiġi skoraġġit "il-bejgħ ta' idea importanti" għall-profitt pur;

73.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi faċilitat l-aċċess għas-suq uniku billi jitneħħew l-ostakoli amministrattivi mhux ġustifikati li fadal u permezz tal-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta, id-distorsjonijiet fis-suq, l-impjieg indipendenti fittizju u l-"letterbox companies"; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet indaqs fir-rigward tal-aċċess għas-suq nazzjonali tagħhom għall-SMEs, b'mod partikolari fil-provvediment ta' servizzi transfruntiera; jilqa' f'dan ir-rigward il-fokus b'saħħtu fuq l-SMEs fl-Istrateġija għas-Suq Uniku tal-2015 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isegwu l-inizjattivi pożittivi b'miżuri speċifiċi li huma tanġibbli għal SMEs;

74.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw oqfsa leġiżlattivi favorevoli biex jinbdew negozji bħala wieħed mill-modi biex tiġi indirizzata l-ekonomija sewda, li tqiegħed fi żvantaġġ b'mod partikolari l-SMEs, u biex jagħmlu użu sħiħ mill-pjattaforma ġdida biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat; jirrikonoxxi li r-reċessjoni ekonomika u l-miżuri implimentati minn ħafna Stati Membri kkontribwixxew għat-tkabbir tal-ekonomija sewda;

75.  Huwa fermament konvint li l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol tkun impossibbli mingħajr appoġġ attiv u solidu minn intrapriżi mikro u intrapriżi żgħar u medji fl-UE;

76.  Jenfasizza li taħriġ lingwistiku komprensiv għar-rifuġjati huwa tal-ikbar importanza; jenfasizza li dan it-taħriġ għandu jibda kemm jista' jkun malajr u li l-għarfien tal-lingwa relatat mal-impjieg huwa essenzjali biex ir-rifuġjati jkunu jistgħu jintegraw ruħhom fil-kumpaniji;

77.  Jenfasizza li aktar sforzi u inċentivi huma meħtieġa sabiex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-ħolqien ta' SMEs, inklużi intrapriżi soċjali u mikrointrapriżi, minn persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli, u li għandha tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni f'dan ir-rigward; jenfasizza li l-iżvilupp ta' ħiliet tul il-ħajja u l-għoti ta' pariri huma għodda importanti biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs; huwa tal-fehma li l-awtoritajiet tal-Istati Membri xierqa għandhom jipprovdu lill-SMEs b'appoġġ u pariri dwar l-integrazzjoni ta' gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol;

78.  Jitlob li l-mikrointrapriżi u l-SMEs ma għandhomx ikunu meħtieġa bl-ebda mod li jiddivulgaw informazzjoni mhux finanzjarja dwar l-impenn soċjali volontarju tagħhom; jenfasizza li dan l-iżvelar jista' jiġġenera spejjeż burokratiċi għolja b'mod sproporzjonat u jipperikola, aktar milli jrawwem, l-impenn soċjali mid-ditti;

79.  Jenfasizza li l-fatt li huwa, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar ir-responsabilità soċjali korporattiva (CSR)(13), għamilha assolutament ċara li f'soċjetà ħielsa, is-CSR qatt ma tista' tagħmel azzjoni ta' karità obbligatorja; huwa fermament konvint li jekk is-CSR kellha ssir obbligatorja, in-nies ikunu inqas lesti li jappoġġjaw il-kawżi ta' karità;

80.  Jenfasizza li l-industrija tal-impjieg temporanju hija b'mod partikolari importanti għall-SMEs u għandha titqies b'mod aktar sfumat;

Kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni

81.  Jinnota li, f'xi każijiet, il-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni tista' tirriżulta f'vantaġġ li prinċipalment huwa ta' benefiċċju għall-operaturi kbar tas-suq, li huma kkaratterizzati minn ekonomiji ta' skala akbar mill-SMEs; jenfasizza f'dan ir-rigward li r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni għandhom jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi għal intrapriżi żgħar, ta' daqs medju u kbar biex jingħeleb in-nuqqas ta' ekonomiji ta' skala tal-SMEs u b'hekk tiġi permessa l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom u tingħata spinta lill-potenzjal tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari fil-kuntest ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali;

82.  Jappella lill-korpi pubbliċi tal-Istati Membri biex b'mod uffiċjali jillimitaw lilhom infushom għas-settur statutorju tagħhom meta jipprovdu s-servizzi sabiex il-pożizzjoni tat-taxxa speċjali tagħhom ma twassalx biex ikun hemm SMEs li qed ibatu minħabba l-fatt li kien hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni;

83.  Jindika li l-SMEs madwar l-Ewropa huma karatterizzati minn varjetà ta' mudelli tan-negozju u forom legali u li għandhom jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għalihom kollha, inklużi l-atturi tal-ekonomija soċjali;

84.  Huwa tal-fehma li l-aċċess inugwali tal-SMEs għas-swieq, għall-informazzjoni, għall-konsulenza, għas-servizzi pubbliċi, għall-ħiliet u għall-finanzi madwar l-UE huwa detrimentali għall-prospetti tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-impjiegi, u huwa r-riżultat ta' għadd ta' differenzi strutturali f'termini tal-iskala u l-prestazzjoni tal-intrapriżi; iqis, għalhekk, li dawn id-differenzi għandhom jitqiesu meta tiġi evalwata l-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern;

85.  Iqis li immaġini ta' SME bħala impjegatur attraenti, ibbażata fuq kundizzjonijiet tajbin ta' ħidma u ta' impjieg, hija ta' vantaġġ kompetittiv importanti fir-rigward tar-reklutaġġ ta' persunal ikkwalifikat;

86.  Huwa tal-fehma li r-regolamenti jservu l-interess ġenerali u li huma maħsuba, fost objettivi oħrajn, biex jistabbilixxu suq kompetittiv u ġust, jipproteġu lill-impjegati, jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà, jippromwovu l-innovazzjoni u jippreservaw l-ambjent naturali; jenfasizza l-bżonn urġenti għal qafas regolatorju ċar u effettiv li ma jikkawżax piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa fuq l-SMEs meta jiġu biex japplikaw għalih;

87.  Jinnota li fir-reġjuni fejn l-iżvilupp ekonomiku huwa ffokat fuq l-attrazzjoni ta' investiment dirett barrani (IDB), il-kumpaniji multinazzjonali jistgħu f'xi każijiet jiġu ttrattati b'mod preferenzjali fi kwistjonijiet leġiżlattivi; jemmen li trattament preferenzjali ta' kumpaniji multinazzjonali għandu jkun eżaminati bil-ħsieb li jitnaqqas l-impatt negattiv potenzjali tiegħu fuq l-SMEs, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni għall-SMEs u tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom ta' ħolqien ta' impjiegi; jirrikonoxxi wkoll il-fatt li ħafna SMEs jinħolqu biex jappoġġjaw lill-kumpaniji multinazzjonali u lill-impjegati tagħhom permezz tal-provvista ta' prodotti tal-katina tal-provvista u servizzi; jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir sorveljanza mill-qrib tar-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema f'dawn il-każijiet, u jilqa' wkoll il-mossa tal-OECD biex tiżdied it-trasparenza fis-sistema fiskali internazzjonali u jappella għal implimentazzjoni rapida tal-miżuri BEPS;

88.  Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw il-prinċipju tat-tassazzjoni fuq id-dħul fil-post fejn tiġi ġġenerata u miżuri oħrajn kontra l-prattiki tat-trasferimenti tal-profitti tal-korporazzjonijiet multinazzjonali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-SMEs b'hekk jiġi mtejjeb il-potenzjali tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-impjiegi;

89.  Jinnota li qafas regolatorju mtejjeb, u infurzartal-liġi effiċjenti jistgħu jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ekonomija klandestina u tal-evitar tat-taxxa;

90.  Huwa tal-opinjoni li l-ftehimiet tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi għandhom iqisu d-differenzi strutturali speċifiċi tar-reġjuni tal-UE fis-settur tal-SMEs madwar l-Unjoni, u jevalwaw l-impatt tagħhom fuq perspettivi futuri ta' impjieg u dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u l-pagi tal-impjegati tal-SMEs;

91.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-implikazzjonijiet tal-ftehim propost tat-TTIP u tagħti status tal-ekonomija tas-suq liċ-Ċina dwar l-għadd u l-kwalità tal-impjiegi fis-settur tal-SMEs fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li valutazzjoni tal-impatt bħal din għandha tinkludi analiżi dettaljata tat-tipi ta' SMEs u setturi li jistgħu jiġu affettwati;

92.  Jinnota l-opportunitajiet tas-Suq Uniku Diġitali; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal evalwazzjoni tal-potenzjal , tal-benefiċċji u tal-isfidi għall-SMEs fir-rigward tat-tkabbir u tal-potenzjal ta' ħolqien tal-impjiegi tagħhom fl-Istati Membri differenti, kif ukoll fir-rigward tal-impatt fuq fil-ħaddiema u s-sistemi tas-sigurtà soċjali; jirrakkomanda li l-Kummissjoni toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-SMEs biex jadattaw u jimxu gradwalment fis-Suq Uniku Diġitali;

93.  Jemmen li l-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni fis-settur pubbliku (gvern elettroniku) u ż-żieda fid-disponibbiltà tal-broadband f'żoni remoti għandhom inaqqsu l-ispejjeż ta' stabbiliment u dawk operattivi għall-SMEs, u għalhekk jippermettulhom li jkomplu jżidu l-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi;

94.  Iħeġġeġ lill-SMEs biex jippromwovu t-telexogħol u x-xogħol intelliġenti, li huma għodod effettivi għat-tnaqqis tal-ispejjeż materjali tal-kumpaniji u biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jsibu bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik personali tagħhom b'mod aħjar;

95.  Jilqa' l-preżenza tal-portali ta' informazzjoni mmirati speċifikament għall-SMEs, bħall-'Portal dwar l-Aċċess għall-Finanzi' fuq L-Ewropa Tiegħek, u jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb aktar il-funzjonalità u l-aċċessibbiltà tagħhom u biex tibdilhom fi strumenti aktar interattivi; jenfasizza b'mod partikolari l-importanza li l-Portal Diġitali Uniku l-ġdid imħabbar fl-Istrateġija għas-Suq Uniku jitwassal b'mod effettiv bħala punt ta' aċċess onlajn għall-informazzjoni u s-servizzi kollha relatati mas-suq uniku;

o
o   o

96.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 81.
(2) ĠU C 24, 22.1.2016, p. 2.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0394.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0459.
(5) Test adottat, P8_TA(2015)0321.
(6) Test adottat, P8_TA(2015)0264.
(7) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 40.
(8) Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2014/2015 (http://ec.europa.eu/growth/smes/business-friendly-environment/performance-review/index_en.htm)
(9) Data minn Frar 2016 (http://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/7225076/3-04042016-BP-EN.pdf/e04dadf1-8c8b-4d9b-af51-bfc2d5ab8c4a)
(10) Rapport tal-Eurofound tal-2011 bl-isem "Employee representation at establishment level in Europe" (Rappreżentanza tal-impjegati fil-livell ta' stabbiliment fl-Ewropa).
(11) Pubblikazzjoni tas-CECOP tal-2013 bl-isem "Business Transfers to Employees under the Form of a Cooperative in Europe" (Trasferimenti ta' Negozji lill-Impjegati taħt il-Forma ta' Kooperattiva fl-Ewropa).
(12) Test adottat, P8_TA(2015)0264.
(13) ĠU C 24, 22.1.2016, p. 33.


L-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi
PDF 457kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (‘Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi’ ) (2015/2116(INI))
P8_TA(2016)0360A8-0225/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 5 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 6, 8, 10, 19 u 153 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 20, 21, 23 u 26 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea adottata fil-Kunsill tal-Ewropa u d-drittijiet soċjali u tal-impjieg minquxa fiha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet Konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (Ottubru 2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport interim dwar il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin tar-Rapporteur Speċjali tan-NU, Hans Bielefeldt, ippreżentat skont ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali 68/170 dwar il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(2)),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("id-Direttiva")(3),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2013 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin,

–  wara li kkunsidra l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità ("id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali") u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi") (COM(2014)0002),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa mingħajr Ostakoli" (COM(2010)0636),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Non-diskriminazzjoni u opportunitajiet ugwali għal kulħadd – Qafas ta' Strateġija" (COM(2005)0224),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-ħolqien ta' suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE għas-seklu 21: it-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' impjieg, bħala mod kif nirkupraw mill-kriżi(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar l-intraprenditorija soċjali u l-innovazzjoni soċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2013-2014)(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa(7),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-progress miksub fil-qasam tal-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE)(15),

–  wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE fir-rigward tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni fuq bażi ta' reliġjon jew twemmin,

–  wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi – Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha",

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Reasonable Accommodation and Sheltered Workshops for People with Disabilities: Costs and Returns of Investments",

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Differential Treatment of Workers under 25 with a View to their Access to the Labour Market",

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sitwazzjoni ta' ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea 10 snin wara l-implimentazzjoni inizjali tad-direttivi dwar l-ugwaljanza,

–  wara li kkunsidra l-analiżi legali komparattiva tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess fl-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0225/2016),

A.  billi, skont it-TUE, l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni;

B.  billi t-TFUE jiddikjara li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tiġġieled kontra kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

C.  billi t-28 Stat Membru kollha ttrasponew id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi u, minkejja d-differenzi fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni tagħha, kisbu esperjenza siewja;

D.  billi d-direttivi dwar it-trattament ugwali jipprojbixxu kemm id-diskriminazzjoni diretta u indiretta, kif ukoll il-fastidju u l-istruzzjonijiet biex issir diskriminazzjoni;

E.  billi fit-tieni rapport ta' implimentazzjoni tagħha (COM(2014)0002) l-Kummissjoni semmiet li l-leġiżlazzjoni mhijiex biżżejjed biex tinkiseb ugwaljanza sħiħa, u li jeħtieġ li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni dwar il-protezzjoni eżistenti u l-użu tal-fondi tal-UE u li jissaħħu l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza;

F.  billi n-nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol tkun biss effettiva jekk tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni b'mod komprensiv fl-oqsma kollha tal-ħajja flimkien ma' ostakli oħra li, billi jillimitaw il-libertà u l-ugwaljanza, ifixklu l-iżvilupp sħiħ ta' persuna u jipprevjenu lill-ħaddiema milli jipparteċipaw b'mod ġenwin fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika tal-Istati Membri tagħhom;

G.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) enfasizzat, fil-kawża Römer(16), li d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, fiha nnifisha ma tistabbilixxix il-prinċipju ta' trattament ugwali fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol, iżda tipprovdi qafas ġenerali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq diversi raġunijiet;

H.  billi, għalkemm il-perċezzjoni tad-diskriminazzjoni żdiedet, numru kbir ta' vittmi ta' diskriminazzjoni għadhom mhumiex konxji mid-drittijiet tagħhom jew m'għandhomx il-kuraġġ li jieħdu azzjoni legali kontra prattiki diskriminatorji, minħabba diversi fatturi bħalma huma n-nuqqas ta' fiduċja fl-awtoritajiet tal-Istati Membri jew il-proċeduri legali kumplessi u twal;

I.  billi l-evidenza miġbura mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) turi li r-razziżmu, il-ksenofobija, l-omofobija, it-transfobija u forom ta' intolleranza relatati huma mifruxa, minkejja l-miżuri meħuda mill-gvernijiet u s-soċjetà ċivili madwar l-UE; billi l-klima soċjali u politika qed issir dejjem aktar tolleranti lejn aġendi estremisti, razzisti u ksenofobiċi li jisfruttaw il-biżgħat dwar il-qgħad, il-kriżi tar-rifuġjati, l-aljenazzjoni parzjalment minħabba flussi migratorji, u s-sigurtà quddiem t-terroriżmu u sfidi ġeopolitiċi oħra, li jdgħajfu l-valuri fundamentali tal-UE;

J.  billi l-istħarriġ tal-FRA dwar l-LGBT(17) u r-rapport tal-FRA bit-titolu "Being Trans in Europe"(18) jenfasizzaw id-diskriminazzjoni persistenti li jiffaċċjaw persuni LGBT meta jippruvaw jidħlu fis-suq tax-xogħol u waqt il-perkors professjonali tagħhom;

K.  billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi tistipula biss rekwiżiti minimi, iżda l-Istati Membri jistgħu jipprevedu livell ogħla ta' protezzjoni u jadottaw miżuri pożittivi f'dan il-qasam fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; billi l-leġiżlazzjoni waħedha mhijiex biżżejjed biex tiżgura ugwaljanza sħiħa u trid tiġi kkumbinata ma' azzjoni politika xierqa;

L.  billi n-nisa huma l-aktar milquta mill-qgħad u jsofru minn diskriminazzjoni negattiva f'termini ta' impjiegi, b'mod partikolari n-nisa tqal u l-ommijiet, inklużi l-ommijiet li qed ireddgħu;

M.  billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi tkopri biss il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali, iżda l-Istati Membri huma obbligati wkoll, skont id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza u l-etniċità fl-impjiegi; billi r-reliġjon xi drabi tintuża bħala sostitut għar-razza f'dak li għandu x'jaqsam mad-diskriminazzjoni fl-impjiegi, fuq il-bażi tal-appartenenza reali jew perċepita ta' persuna għal reliġjon partikolari;

N.  billi r-rata ta' impjieg ta' persuni b'diżabilità fl-Istati Membri hija ferm anqas minn 50 %, b'paragun ma' aktar minn 70 % għall-popolazzjoni ġenerali, u r-rata ta' qgħad tal-persuni b'diżabilità (18.3 %) hija kważi d-doppju tar-rata tal-popolazzjoni ġenerali (9.9 %); billi l-medji tal-UE jaħbu differenzi qawwija fil-livell tal-pajjiżi;

O.  billi n-nisa huma fil-biċċa l-kbira dawk li għandhom ir-responsabilità primarja għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' persuni oħra dipendenti, għall-familja u d-dar, u billi din ir-responsabilità tkun akbar jekk ikollhom tfal b'diżabilità; billi dan għandu effett dirett fuq l-aċċess tan-nisa għall-impjiegi u għall-iżvilupp professjonali tagħhom u jista' jaffettwa b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom, pereżempju f'diversi każijiet fejn in-nisa huma ħaddiema part-time involontarji jew imġiegħla jaċċettaw forom prekarji ta' impjiegi, u billi dawn il-fatturi kollha joħolqu differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel;

P.  billi l-familji b'ġenitur wieħed, primarjament ommijiet mhux miżżewġin, huma ta' spiss aktar milquta mill-faqar minn kategoriji oħra ta' ħaddiema, u billi l-miżuri kollha adottati għandhom jiffukaw fuq il-ġenituri waħedhom;

Q.  billi l-firxa wiesgħa ta' ħiliet u kompetenzi miksuba min-nisa waqt il-qadi tar-responsabilitajiet tal-familja jsaħħu l-iżvilupp personali u professjonali tagħhom; billi dawn il-kompetenzi, għalhekk, għandhom jiġu rikonoxxuti mis-soċjetà u mill-impjegaturi;

R.  billi l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali maġġuri li taffettwa partikolarment lin-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja personali tagħhom, peress li huwa aktar probabbli li dawn ikollhom impjiegi mhux sikuri u li jkunu aktar esposti għar-riskju ta' sensja u li ma jkollhom ebda kopertura tas-sigurtà soċjali;

S.  billi n-nuqqas ta' liġijiet ġenwinament effettivi dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata qed iwassal għal diskriminazzjoni kontra l-ġenituri li jaħdmu;

T.  billi l-Parlament diġà adotta miżuri ta' politika, bħalma huma d-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati, u billi miżuri bħal dawn għandhom il-potenzjal li jgħinu biex tinkiseb ugwaljanza akbar għan-nisa fil-qasam tal-impjiegi u biex jittejjeb l-aċċess tan-nisa għall-pożizzjonijiet maniġerjali; billi l-leġiżlazzjoni trid titqies bħala għodda kruċjali sabiex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda trid tkun ikkombinata ma' proċeduri normativi u kampanji biex jimplimentaw l-ugwaljanza bejn is-sessi, mhux biss fil-leġiżlazzjoni, iżda wkoll fl-opinjoni pubblika;

U.  billi n-nisa għadhom vittmi ta' diskriminazzjoni multipla, diretta u indiretta, fis-suq tax-xogħol, minkejja l-implimentazzjoni teoretika tat-trattament ugwali fl-Istati Membri; billi jeżistu ħafna tipi differenti ta' diskriminazzjoni indiretta, li kollha kemm huma jridu jkunu koperti mid-definizzjoni standard li tgħid li d-diskriminazzjoni sseħħ meta jiġu applikati regoli differenti f'sitwazzjonijiet komparabbli jew meta l-istess regola tiġi applikata f'sitwazzjonijiet differenti; billi n-nisa mhux dejjem jiġu mgħarrfa bid-drittijiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u dik nazzjonali eżistenti dwar l-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni, jew jiddubitaw mill-effettività tar-rappurtar ta' każijiet ta' diskriminazzjoni; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' dokumenti ta' informazzjoni u ta' gwida, kampanji ta' sensibilizzazzjoni u portali ta' informazzjoni;

V.  billi l-inugwaljanzi soċjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-ugwaljanza fl-impjiegi, tista' tiġi miġġielda biss permezz ta' politiki li jiggarantixxu tqassim aħjar tal-ġid, fuq il-bażi ta' żieda fil-pagi reali, azzjoni li tippromwovi x-xogħol u regolamentazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari permezz ta' negozjar kollettiv u garanzija ta' aċċess universali bla ħlas għall-kura tas-saħħa pubblika ta' kwalità għolja u servizzi tal-edukazzjoni;

W.  billi kważi żagħżugħ minn kull ħamsa fl-UE qed ifittex xogħol, u billi l-ispiża finanzjarja totali tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ġiet stmata li hija EUR 153 biljun fis-sena(19), u l-ispejjeż soċjali addizzjonali huma allarmanti ħafna;

X.  billi d-data mis-sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS)(20) tal-Eurofound tikkonferma li ftit sar progress f'dawn l-aħħar 10 snin biex titnaqqas id-diskriminazzjoni awtodikjarata kontra l-ħaddiema;

Y.  billi d-data mis-sitt EWCS tal-Eurofound tindika li 7 % tal-ħaddiema rrappurtaw li ġew diskriminati fuq bażi ta' mill-inqas raġuni waħda u tikkonferma każijiet ta' ħaddiema li jirrappurtaw evidenza ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' raġunijiet multipli;

Z.  billi r-rata ta' impjieg tan-nisa b'diżabilità fl-UE (44 %) hija sinifikament aktar baxxa mir-rata ta' impjieg tal-irġiel b'diżabilità (52 %), u billi r-rata ta' impjieg tan-nisa fil-grupp ta' età 55-65 f'ċerti Stati Membri hija madwar 30 % jew anqas, u d-differenza bejn is-sessi fl-impjiegi hija l-ogħla (14.5 punt perċentwali) meta mqabbla mad-differenza għall-gruppi ta' età medja (30-54 sena - 12,4 punt perċentwali) u iżgħar (20-29 sena - 8,3 punt perċentwali); billi l-qgħad fit-tul huwa partikolarment prevalenti fost l-impjegati żgħażagħ u l-impjegati akbar fl-età, b'mod partikolari n-nisa, u billi l-applikazzjoni u t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE ġew ivvalutati u l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2015(21), indika d-dubji serji tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar it-tqegħid fil-prattika tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol;

AA.  billi l-ħaddiema akbar fl-età għadhom ta' spiss jiġu esposti għal diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, l-isterjotipi u l-ostakli; billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tolqot lill-gruppi ta' età kollha, u li minħabba l-konsegwenzi tagħha, kull soċjetà umana li għandha l-għan li tikseb l-objettivi soċjali u ekonomiċi tagħha teħtieġ l-esperjenza, il-kontribut u r-rikkezza tal-ideat tal-ġenerazzjonijiet kollha, waqt li tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet;

1.  Jilqa' l-fatt li kważi l-Istati Membri kollha inkludew il-prinċipju ġenerali ta' trattament ugwali għal raġunijiet speċifiċi ta' diskriminazzjoni fil-kostituzzjoni tagħhom; jiddispjaċih, madankollu, li huma biss ftit l-Istati Membri li sistematikament żguraw li t-testi legali eżistenti kollha jkunu konformi mal-prinċipju ta' trattament ugwali, u saħansitra numru anqas minnhom jimplimentawhom sistematikament(22), filwaqt li d-diskriminazzjoni għadha parti mill-ħajja ta' kuljum ta' bosta Ewropej;

2.  Jittama li l-Istati Membri kollha se jneħħu l-ostakli naturali, soċjali u ekonomiċi li qed jipprevjenu l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' ugwaljanza u li qed jillimitaw il-libertà taċ-ċittadini Ewropej;

3.  Jiddispjaċih għall-fatt li, bħala prinċipju ġuridiku, l-idea li d-drittijiet tal-bniedem huma universali, indiviżibbli u interrelatati għadha kwistjoni teoretika aktar milli waħda prattika, meta wieħed iqis li aspetti differenti tal-bniedem jiġu trattati separatament fl-istrumenti ġuridiċi eżistenti tal-UE;

4.  Jiddispjaċih dwar iż-żieda fl-esperjenzi ta' diskriminazzjoni u fastidju, anke fuq il-post tax-xogħol u speċjalment fir-rigward is-sess, in-nazzjonalità, l-isfond soċjali, id-diżabilità, id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, l-oriġini etnika u r-reliġjon, b'mod partikolari fil-konfront ta' nisa Musulmani u persuni LGBTI; jiddispjaċih, fl-istess ħin, dwar in-nuqqas ta' rappurtar ta' kull forma ta' diskriminazzjoni, speċjalment id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità u d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tinkludi enfasi speċifika fuq it-tipi kollha ta' diskriminazzjoni meta timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjiegi u fix-xogħol, u jenfasizza l-ħtieġa li titqajjem kuxjenza fost il-persuni LGBTI dwar id-drittijiet tagħhom, pereżempju permezz ta' korpi tal-ugwaljanza, trade unions u organizzazzjonijiet tal-impjegaturi;

5.  Jenfasizza kemm huwa importanti li jintlaħaq ftehim kemm jista' jkun malajr, u jistieden lill-Kunsill jissupera l-perjodu ta' staġnar, sabiex isir progress lejn soluzzjoni pragmatika u titħaffef, mingħajr aktar dewmien, l-adozzjoni ta' direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni proposta mill-Kummissjoni fl-2008 u vvutata mill-Parlament; iqis id-direttiva prekundizzjoni biex jiġi żgurat qafas legali tal-UE konsolidat u koerenti kontra d-diskriminazzjoni, li jħares kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali barra mill-impjieg; jinnota li l-ebda restrizzjoni indebita tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva m'għandha tiġi aċċettata; iqis li l-konsolidazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar il-ġlieda kontra r-reati ta' mibegħda hija wkoll element kruċjali, meta jitqies li reati simili huma wkoll prevalenti fl-ambjent tax-xogħol;

6.  Jinnota li skont l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, il-forom kollha ta' diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, ifixklu ħafna l-użu tal-kapital uman u jikkostitwixxu ostaklu fl-iżvilupp tal-karriera; jenfasizza l-fatt li persuni b'diżabilità spiss jisfaw vittmi ta' dawn it-tipi ta' diskriminazzjoni;

7.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' ġurisprudenza li tagħti interpretazzjoni ta' "diskriminazzjoni indiretta" f'ċerti Stati Membri, kif ukoll id-diffikultà li d-definizzjoni tagħha ħolqot għat-traspożizzjoni tad-Direttiva f'ċerti Stati Membri; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tagħti pariri lill-Istati Membri dwar tali diffikultajiet ta' interpretazzjoni;

8.  Jinnota li n-nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol tkun effikaċi biss jekk id-diskriminazzjoni tiġi miġġielda b'mod komprensiv fl-oqsma kollha tal-ħajja, pereżempju, permezz ta' appoġġ komunitarju, leġiżlazzjoni u għodod ta' koordinament bħal strateġiji u oqfsa kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak tal-UE, inkluża l-possibilità li jiġu introdotti miżuri ta' azzjoni pożittiva;

Reliġjon u twemmin

9.  Jinnota li l-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin ġiet trasposta fl-Istati Membri kollha anki jekk id-Direttiva ma tiddefinixxix it-termini proprja(23);

10.  Jinnota l-intersezzjonalità bejn id-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin u r-razza u l-etniċità, u jqis li xi gruppi ta' minoranzi reliġjużi huma partikolarment affettwati mid-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon fl-impjieg, kif iddokumentat minn riċerka nazzjonali u Ewropea, b'mod partikolari r-riċerka mwettqa mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali;

11.  Huwa tal-fehma li l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin fl-Unjoni Ewropea hija attwalment ipprovduta kemm fid-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll fil-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u li dawn it-tnejn jinfluwenzaw lil xulxin b'mod reċiproku;

12.  Jenfasizza li studji juru li l-aktar gruppi reliġjużi diskriminati fil-qasam tal-impjieg jinkludu l-Lhud, is-Sikhs u l-Musulmani (u speċjalment in-nisa); jirrakkomanda l-adozzjoni ta' oqfsa Ewropej għall-istrateġiji nazzjonali biex jiġu miġġielda l-anti-Semitiżmu u l-Iżlamofobija;

13.  Jirrikonoxxi l-ġurisprudenza konsiderevoli tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECtHR) fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, jilqa' r-rwol li kellha permezz tad-deċiżjonijiet tagħha fl-interpretazzjoni tad-Direttiva kollha kemm hi, u jistenna b'interess l-ewwel deċiżjonijiet futuri dwar din il-kwistjoni meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jesprimi dispjaċir dwar in-numru baxx ta' każijiet li ġew riferuti lil qrati, li jikkuntrasta man-numru għoli ta' okkorrenzi ta' diskriminazzjoni li ħareġ minn stħarriġ tal-vittimizzazzjoni iżda li ma jiġix segwit mill-ġustizzja;

14.  Iqis li l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni għandha titqies bħala element importanti fi strateġiji li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li f'kuntest dejjem aktar ksenofobiku u Iżlamofobiku, id-diskriminazzjoni kontra komunitajiet reliġjużi, fosthom ir-rifuġjati u l-migranti, tista' tikkontribwixxi għar-radikalizzazzjoni reliġjuża tal-persuni, taffettwa l-inklużjoni b'suċċess ta' dawn tal-aħħar fis-suq tax-xogħol u jista' jkollha impatt fuq l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja b'rabta mal-istatus ta' residenza tagħhom;

15.  Jemmen li l-qrati tal-ġustizzja għandhom jaħdmu aktar biex jiżguraw li dikjarazzjoni ta' twemmin reliġjuż issir in bona fede minflok biex jivvalutaw il-validità jew il-korrettezza ta' reliġjon jew twemmin;

16.  Iqis li hija meħtieġa armonizzazzjoni ulterjuri b'segwitu għad-deċiżjonijiet meħuda kemm mill-qrati nazzjonali kif ukoll mill-QEDB fl-ivvalutar tal-prinċipju tas-sekularità tal-istat mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi fir-rigward tal-ethos;

17.  Jemmen li, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza disponibbli fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, obbligu ta' akkomodazzjoni raġonevoli għar-raġunijiet kollha ta' diskriminazzjoni – inklużi, għaldaqstant, ir-reliġjon u t-twemmin – għandu jiġi stabbilit fil-liġi tal-UE u dik nazzjonali, sakemm dan ma jimponix piż sproporzjonat fuq l-impjegaturi u l-fornituri tas-servizz;

18.  Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt fundamentali għal-libertà tal-kuxjenza;

19.  Huwa tal-fehma li għandu jiġi kkunsidrat li, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-QEDB, id-Direttiva tipprovdi protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin tal-impjegatur;

20.  Jemmen li l-eċċezzjoni ġenerali fl-Artikolu 2(5) ġiet abbozzata b'mod wiesa' u li hemm bżonn li jsir progress fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha, li hija ta' importanza partikolari fil-kuntest tal-kriżi tar-rifuġjati u l-migrazzjoni, u jittama li l-qrati tal-ġustizzja jevalwaw bir-reqqa l-limiti tiegħu f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

21.  Jinsisti li l-libertà tar-reliġjon hija prinċipju importanti li għandu jiġi rrispettat minn min iħaddem; jenfasizza, madankollu, li l-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju hija kwistjoni ta' sussidjarjetà;

Diżabilità

22.  Jenfasizza li "d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' diżabilità" tfisser kwalunkwe distinzjoni, esklużjoni jew restrizzjoni fuq il-bażi ta' diżabilità li għandha l-għan jew l-effett li tfixkel jew ixxejjen ir-rikonoxximent, it-tgawdija jew l-eżerċitar, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha fil-qasam politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali, ċivili jew fi kwalunkwe qasam ieħor. jinnota li huma inklużi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, anke ċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli(24);

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinterpretaw il-liġi tal-UE b'tali mod li jipprovdu bażi għal kunċett ta' diżabilità f'konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), li tgħaqqad dawk l-elementi li jipprovdu ugwaljanza għall-persuni b'diżabilità u li jirreferu għal ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli bħala forma ta' diskriminazzjoni kif preskritta mis-CRPD; jiddispjaċih li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ ta' ċerti Stati Membri għadha teħtieġ limitu ta' inkapaċità ta' 50 % u taċċetta biss ċertifikazzjoni medika uffiċjali;

24.  Jinnota li d-Direttiva 2000/78/KE fiha nnifisha ma tipprovdi l-ebda definizzjoni tal-kunċett ta' diżabilità; jenfasizza li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ntalbet tiddefinixxi l-kunċett ta' diżabilità b'mod indipendenti, għall-finijiet ta' Chacón Navas; ifakkar li kien hemm każijiet oħra li talbu kjarifika tal-kunċett ta' diżabilità kif ukoll tat-tifsira li għandha tingħata lill-kunċett ta' akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità li l-impjegaturi jridu jipprovdu skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (HK Danmark (C-335/11 u C-337/11);

25.  Jiddeplora l-fatt li r-rata ta' impjieg fost in-nisa b'diżabilità hija anqas minn 50 %, ċifra li tenfasizza d-diskriminazzjoni doppja li jħabbtu wiċċhom magħha, u dan jagħmilha diffiċli għalihom li jkollhom rwol sħiħ fis-soċjetà,

26.  Iqis li marda terminali, jiġifieri marda jew kundizzjoni fiżika li tista' tkun raġonevolment mistennija li twassal għal mewt f'24 xahar jew inqas wara d-data taċ-ċertifikazzjoni minn tabib, tista' titqies bħala diżabilità f'każ li tfixkel il-parteċipazzjoni tal-persuna kkonċernata fil-ħajja professjonali tagħha;

27.  Jenfasizza l-obbligu tal-impjegaturi li jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għall-ħaddiema kollha b'diżabilità, li jistgħu jinkludu ħaddiema b'mard terminali;

28.  Jenfasizza li n-natura ta' ċertu mard terminali tista' twassal għal varjazzjonijiet fl-indebboliment fiżiku, mentali u psikoloġiku u li, għaldaqstant, l-impjegaturi huma obbligati jeżaminaw mill-ġdid l-akkomodazzjonijiet raġonevoli fuq bażi regolari biex jiżguraw li jappoġġjaw bis-sħiħ lill-impjegati fir-rwol tagħhom;

29.  Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-ħaddiema b'diżabilità, inklużi dawk b'mard terminali, minn kull forma ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza b'mod partikulari l-bżonn li dawn il-ħaddiema jiġu protetti minn sensji inġusti;

30.  Jinnota li l-evidenza turi li l-investimenti f'akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità huma ta' benefiċċju f'sens ta' spejjeż u jipprovdu redditu, mhux biss f'termini ta' inklużjoni soċjali, iżda wkoll f'termini ta' żieda fil-produttività u tnaqqis tal-assenteiżmu(25); jiddispjaċih li ħafna Stati Membri naqsu milli jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli xierqa;

31.  Jenfasizza l-importanza tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità u għal persuni li jbatu minn mard serju, kroniku jew inkurabbli, u jappoġġja approċċi inklużivi għas-suq tax-xogħol li jiggarantixxu sigurtà u drittijiet liż-żewġ gruppi;

32.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li d-drittijiet u s-servizzi marbuta mal-impjiegi, inkluża akkomodazzjoni raġonevoli fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, ikunu portabbli u konformi mal-libertà ta' moviment għall-persuni b'diżabilità;

33.  Jilqa' l-fatt li l-Istati Membri kollha joffru għotjiet, sussidji jew vantaġġi fiskali, pereżempju, lill-impjegaturi li jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli, biex b'hekk jinċentivaw lill-impjegaturi sabiex jaġġustaw il-post tax-xogħol biex jadattaw u jiftħu s-suq tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità u biex jiżguraw li l-persuni kollha jgawdu u jeżerċitaw d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fuq l-istess livell mal-oħrajn; jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu u li l-Kummissjoni tappoġġja, it-taħriġ għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-akkomodazzjoni raġonevoli sabiex jippermettulhom li jipproponu linji gwida dwar l-akkomodazzjoni raġonevoli u dwar il-prevenzjoni tal-esklużjoni ta' gruppi vulnerabbli speċifiċi; jitlob li jsir djalogu mal-partijiet interessati rilevanti, bħalma huma t-trade unions u l-impjegaturi bl-objettiv li tiġi definita gwida għal prattiki ta' akkomodazzjoni raġonevoli li għandhom jiġu stabbiliti;

34.  Jenfasizza l-bżonn li l-klawżoli soċjali fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku jiġu rikonoxxuti bħala l-għodda potenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-politika soċjali; huwa tal-fehma li l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli jista' jintuża bħala strument biex jintegra l-persuni b'diżabilità u gruppi vulnerabbli oħra fis-suq tax-xogħol;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jadottaw oqfsa ta' kwalità għat-traineeships bl-għan li jiżguraw aċċessibilità u akkomodazzjoni raġonevoli għall-persuni b'diżabilità;

36.  Jenfasizza l-importanza ta' standard ta' disinn universali għal spazji pubbliċi u ambjenti tax-xogħol li jqis il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità, f'konformità mal-Kumment Ġenerali dwar l-aċċessibilità(26) adottat mill-Kumitat tan-NU fil-11 ta' April 2014, u jiġbed l-attenzjoni għall-impenji tal-UE dwar l-aċċessibilità sabiex jinkiseb titjib permanenti fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema Ewropej kollha;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu mudelli tax-xogħol intelliġenti li jippermettu lill-persuni b'diżabilità li jaħdmu mid-dar, bil-vantaġġi kollha li jirriżultaw f'termini ta' kwalità tal-ħajja u produttività;

38.  Jinnota li l-persuni b'diżabilità jagħtu kontribut prezzjuż lis-soċjetà b'mod ġenerali, u jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, biex jadattaw il-postijiet tax-xogħol u biex jipprovdu l-għajnuna meħtieġa għall-persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol u biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb li jżidu r-rata ta' impjieg tagħhom fis-suq tax-xogħol miftuħ u biex jiġġieldu kontra l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità; jindika li l-Artikolu 7 u l-Artikolu 96(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)(27) jippromwovu l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) b'mod ġenerali, u fil-Programmi Operattivi b'mod partikolari, u jenfasizza li l-evalwazzjoni ex ante għandha tevalwa l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u li jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni; jikkunsidra li finanzjament Ewropew u nazzjonali jista' wkoll jiġi indirizzat, pereżempju, lejn l-SMEs li jinkoraġġixxu lill-ħaddiema jsegwu korsijiet sabiex ikunu jistgħu jibqgħu fl-impjieg;

39.  Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid l-iskemi ta' assigurazzjoni tal-impjieg bl-għan li jipprevjenu d-diskriminazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

40.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw il-benefiċċji tal-introduzzjoni ta' miżuri ta' azzjoni pożittiva, pereżempju billi jikkombinaw politiki inattivi tas-suq tax-xogħol, bħall-ħelsien mit-taxxa u inċentivi f'forma ta' flus, ma' politiki attivi tas-suq tax-xogħol – jiġifieri, gwida u konsulenza, taħriġ u edukazzjoni, u kollokamenti tax-xogħol – biex jappoġġjaw l-impjieg ta' persuni b'diżabilità;

41.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw qafas globali għal miżuri li jippermettu l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità għal persuni b'diżabilità, inkluża l-possibilità li jintużaw, pereżempju, multi imposti għal nuqqas ta' konformità ma' leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni biex jiffinanzjaw l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol miftuħ u azzjonijiet oħra f'dan il-qasam;

42.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ kontinwu lill-impjegaturi li jirreklutaw persuni b'diżabilità sabiex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli u jiżguraw appoġġ adegwat fil-fażijiet kollha tal-ħajja tax-xogħol: reklutaġġ, żamma u progress tal-karriera;

43.  Jistieden lill-atturi kollha involuti jagħtu attenzjoni partikolari lill-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità intellettwali u psikosoċjali, u jiżviluppaw kampanja komprensiva ta' sensibilizzazzjoni dwar il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u jiġġieldu kontra l-preġudizzju fir-rigward ta' persuni b'diżabilità – speċjalment persuni b'diżabilità psikosoċjali, b'diżabilità intellettwali, persuni b'disturbi ġeneralizzati tal-awtiżmu u persuni akbar fl-età b'diżabilità fuq il-postijiet tax-xogħol; jitlob li l-materjal kollu relatat mal-bini tal-kapaċità, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi, fost l-oħrajn, isiru disponibbli f'formati aċċessibbli;

44.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fil-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-istrateġija fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea adottat mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fis-7 ta' Settembru 2015, u tinkludi organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità f'dan il-proċess;

45.  Jiddispjaċih li, fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u l-Istrateġija dwar id-Diżabilità, il-Kummissjoni għadha ma indirizzatx l-inugwaljanzi fl-età; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tissensibilizza u tindirizza d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u d-diskriminazzjoni li jsofru

Età

46.  Jenfasizza l-kontributi importanti li l-ħaddiema akbar fl-età jagħtu lis-soċjetà u l-kompetittività tal-kumpaniji; jenfasizza l-importanza li jkun hemm persuni akbar fl-età fuq il-post tax-xogħol li jistgħu jgħaddu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom lill-ħaddiema żgħażagħ fil-kuntest tat-tixjiħ attiv, u jiddispjaċih dwar il-fatt li l-età hija l-ewwel raġuni għal diskriminazzjoni fl-impjieg; jiddispjaċih li persuni akbar fl-età għadhom ta' spiss esposti għall-isterjotipi u l-ostakli fis-suq tax-xogħol u jitlob li sseħħ ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet ibbażata fuq is-solidarjetà, ir-rispett reċiproku, ir-responsabilità u r-rieda li l-persuni jieħdu ħsieb xulxin;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess għall-impjiegi u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema kollha, tkun xi tkun l-età tagħhom, u japplikaw miżuri biex jipproteġu l-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol f'termini ta' rimunerazzjoni, taħriġ, żvilupp tal-karriera, saħħa u sikurezza, eċċ.;

48.  Jinnota li tnaqqis unilaterali fl-età tal-forza tax-xogħol ma jwassalx għal aktar innovazzjoni, iżda jirrappreżenta ħela ta' esperjenza, għarfien u ħiliet;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lill-impjegaturi biex jirreklutaw żgħażagħ, iżda fl-istess ħin jiżguraw u jirrispettaw it-trattament ugwali f'termini ta' rimunerazzjoni u protezzjoni soċjali, inkluż it-taħriġ neċessarju relatat max-xogħol;

50.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tidentifika s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet bħala l-aktar għan leġittimu uniku importanti li jiġġustifika d-differenzi ta' trattament ibbażat fuq l-età(28); billi dawk l-Istati Membri li juru rati ogħla ta' impjieg għall-ħaddiema akbar fl-età huma wkoll dawk li jaħdmu ħafna aktar biex jintroduċu ż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol;

51.  Ifakkar li l-leġiżlazzjoni tal-UE li tikkonċerna l-politiki dwar it-tixjiħ trid tiġi implimentata b'mod effettiv sabiex tiġi miġġielda u evitata d-diskriminazzjoni minħabba l-età;

52.  Jinnota li, permezz tal-politiki implimentati minn ħafna Stati Membri, persuni li għandhom bejn 55 u 64 sena jirrappreżentaw sehem akbar ta' ħaddiema madwar l-Istati Membri tal-UE; jiddispjaċih, madankollu, li r-rata ta' impjieg f'dan il-grupp żdiedet bil-mod wisq u tibqa' inqas minn 50 % fl-UE 28; jenfasizza għalhekk li d-diġitalizzazzjoni għandha impatt sostanzjali fuq is-suq tax-xogħol billi toħloq opportunitajiet ġodda ta' impjiegi kif ukoll kundizzjonijiet aktar flessibbli tax-xogħol bħat-telexogħol, li jista' jservi ta' għodda effettiva kontra l-esklużjoni ta' persuni li għandhom aktar minn 50 sena u għall-persuni ta' mezza età bla sengħa; jenfasizza f'dan il-kuntest li t-titjib kontinwu tal-ħiliet diġitali billi l-impjegati jiġu offruti opportunitajiet għat-taħriġ, taħriġ ulterjuri u taħriġ mill-ġdid tul il-karriera professjonali tagħhom huwa prerekwiżit biex jittieħdu l-benefiċċji mid-diġitalizzazzjoni; jemmen ukoll li l-opportunitajiet ta' ħolqien ta' impjiegi fil-futur fis-suq diġitali se jirrikjedu sforzi ulterjuri mill-Istati Membri biex jindirizzaw in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, b'mod partikolari għal persuni li jkunu qabżu l-50 sena;

53.  Jenfasizza li l-miżuri li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età għandhom, bħala prinċipju, jevitaw li jagħmlu distinzjoni bejn it-tfal u l-anzjani, u li kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni mhux ġustifikata bbażata fuq l-età trid tiġi indirizzata b'mod xieraq;

54.  Jinnota li ħaddiema akbar fl-età b'mod partikolari jkollhom aktar kundizzjonijiet prekarji u jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tistudja l-problema li dejjem qiegħda tikber tal-qgħad fost il-persuni li għandhom aktar minn 50 sena u biex tiżviluppa għodod effettivi, bħal taħriġ vokazzjonali u inċentivi jew sussidji għall-impjegaturi, biex jintegraw mill-ġdid ħaddiema akbar fl-età fis-suq tax-xogħol u jipproteġuhom mis-sensja inġusta;

55.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu l-ħiliet diġitali fost il-popolazzjoni attiva, u jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni se tikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali u tgħin lill-persuni akbar fl-età u lill-ħaddiema b'diżabilità biex jibqgħu għal żmien itwal fis-suq tax-xogħol, billi tippermettilhom li jibbenefikaw mill-opportunitajiet tal-intelliġenza artifiċjali; iqis li huwa importanti li tissawwar l-influwenza tas-suq diġitali fuq l-impjiegi b'mod soċjalment ġust u sostenibbli; jenfasizza l-fatt li ħafna impjegaturi ma jimpjegawx ħaddiema akbar fl-età minħabba l-isterjotipi dwar nuqqasijiet ta' ħiliet jew ħiliet mhux aġġornati; għaldaqstant jappella għall-inklużjoni tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-edukazzjoni tal-adulti għall-ħaddiema ta' kull età fir-riflessjonijiet dwar l-Istrateġija tal-Ħiliet Ewropea, imħabbra mill-Kummissjoni Ewropea;

56.  Ifakkar li r-riżorsi umani jikkostitwixxu l-aktar riżorsa importanti fl-UE u fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li l-ħiliet elettroniċi huma essenzjali għall-ħaddiema li jkunu qabżu l-55 sena sabiex tissalvagwardjahom mill-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u tgħinhom isibu impjieg ġdid; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, biex jiżviluppaw strateġiji ta' ħiliet li jgħaqqdu l-edukazzjoni u x-xogħol, u għalhekk biex jinvestu u jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja u jipprovdu skemi ta' taħriġ aċċessibbli, affordabbli u komprensivi, kif ukoll it-taħriġ mill-ġdid għall-iżvilupp ta' ħiliet diġitali u ħiliet personali, inkluż l-adattament għall-ambjent virtwali (ir-realtà estiża), li jippermettu li l-popolazzjoni li qed tixjieħ tadatta aħjar għad-domanda li dejjem qiegħda tikber għal ħiliet elettroniċi f'ħafna setturi differenti; għalhekk jenfasizza li l-ħaddiema li jkunu qabżu l-55 sena, speċjalment in-nisa, għandu jkollhom aċċess kontinwu għal taħriġ tal-ICT; iħeġġeġ, ukoll, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw strateġiji biex inaqqsu d-distakk diġitali u jippromwovu aċċess ugwali għal teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

57.  Jilqa' l-programm ta' ħidma tas-sħab soċjali Ewropej għall-perjodu 2015-2017 li jiffoka fuq it-tixjiħ attiv; jistieden lis-sħab soċjali jindirizzaw bir-reqqa kwistjonijiet marbuta mad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, it-tagħlim tal-adulti, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, sabiex jibnu qafas Ewropew li jappoġġja l-impjegabilità u s-saħħa tal-ħaddiema kollha;

58.  Jenfasizza li hemm bżonn statistika affidabbli dwar is-sitwazzjoni tal-anzjani u t-tibdil demografiku sabiex jiġu żviluppati strateġiji ta' tixjiħ attiv aktar immirati u effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm ġbir komprensiv ta' data ta' kwalità għolja dwar l-istatus soċjali tal-anzjani, is-saħħa, id-drittijiet u l-istandard ta' għajxien tagħhom;

59.  Jirrimarka li l-promozzjoni ta' ambjenti adatti għall-anzjani hi għodda essenzjali biex jiġu appoġġjati l-ħaddiema anzjani u dawk li qed ifittxu xogħol u biex jiġu promossi soċjetajiet inklużivi li joffru opportunitajiet indaqs għal kulħadd; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proġett ta' ġestjoni konġunta tal-Kummissjoni mad-WHO bl-għan li tiġi adattata l-Gwida għall-Bliet Globali Xierqa għall-Anzjani tad-WHO għall-kuntest Ewropew;

60.  Jilqa' l-kampanja "Ambjenti tax-xogħol tajbin għas-saħħa għal kull età" immexxija mill-EU-OSHA; jenfasizza l-importanza tal-leġiżlazzjoni effettiva dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u inċentivi għall-kumpaniji biex jadottaw metodi ta' prevenzjoni; jappella sabiex il-kampanja tadotta komunikazzjoni b'saħħitha biex tilħaq lill-kumpaniji ta' kull daqs;

61.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-iskemi tal-pensjonijiet pubbliċi sabiex dawn jiggarantixxu introjtu deċenti wara l-irtirar;

62.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jenfasizza li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa sfida wkoll għal ħaddiema akbar fl-età, billi 18 % tal-irġiel u 22 % tan-nisa ta' bejn il-55 u l-64 sena jieħdu ħsieb membri tal-familja li jkollhom bżonn il-kura, filwaqt li aktar minn nofs in-nanniet regolarment jieħdu ħsieb in-neputijiet tagħhom; jirrakkomanda li l-inizjattiva li jmiss dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tinkludi b'mod sħiħ miżuri ta' appoġġ għal min jagħti l-kura b'mod informali u għan-nanniet fl-età tax-xogħol kif ukoll għall-ġenituri żgħażagħ;

63.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja bla ħlas li jipprovdu l-kura u l-assistenza xierqa u neċessarji għat-tfal, għall-morda u għall-anzjani;

Orjentazzjoni sesswali

64.  Jinnota li l-qrati nazzjonali u l-QtĠ-UE semgħu biss numru limitat ta' każijiet dwar diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali;

65.  Ifakkar li, minkejja l-fatt li n-numru ta' Stati Membri li estendew il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali fl-oqsma kollha koperti mid-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali żdied minn 10 fl-2010 għal 13 fl-2014, il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru għadha limitata(29);

66.  Ifakkar li l-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni mid-diskriminazzjoni disponibbli għal persuni trans, speċjalment fil-qasam tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, għadu inċert f'ħafna Stati Membri; jitlob għal miżuri sabiex tiġi implimentata b'mod effettiv il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jirrimarka li tali miżuri għandhom jinkludu definizzjonijiet legali mtejba biex jiġi żgurat li l-protezzjonijiet jinkludu l-persuni transġeneri kollha u mhux biss il-persuni trans li qed jagħmlu jew għamlu diġà bidla fis-sess(30);

67.  Jinsab imħasseb li livelli ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet fil-qasam tad-diskriminazzjoni, u ta' sensibilizzazzjoni dwar l-eżistenza ta' korpi u organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi ta' diskriminazzjoni, huma baxxi, u r-rati ta' sensibilizzazzjoni fost il-persuni LGBTI huma ogħla; huwa tal-fehma li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti kollha, għandhom jintensifikaw l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni b'mod sostanzjali kemm għall-vittmi kif ukoll għall-impjegaturi u għal gruppi oħrajn ukoll; jirrimarka li l-organizzazzjonijiet LGBTI nazzjonali huma sħab importanti f'dawn l-isforzi;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' sħubija, reġimi matrimonjali u drittijiet tal-ġenituri; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jikkunsidraw id-diskriminazzjoni speċifika li jiffaċċjaw il-persuni intersesswali fl-impjiegi u jagħmlu rieżami tal-liġijiet u l-prattiki bl-għan li jipprevjenu d-diskriminazzjoni ta' persuni intersesswali;

Aspetti orizzontali u rakkomandazzjonijiet

69.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' ċarezza u ċertezza ġuridika fir-rigward tad-diskriminazzjoni multipla, sikwit bħala konsegwenza ta' standards u regoli differenti u frammentati li jeżistu minn Stat Membru għal ieħor; jinnota l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Equinet biex jgħin fl-iżvilupp ta' standards komuni, u jemmen li dan għandu jingħata appoġġ adegwat;

70.  Jiddeplora l-fatt li d-Direttiva 2000/78/KE ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar id-diskriminazzjoni multipla, allavolja tal-anqas tiddikjara li n-nisa huma ħafna drabi vittmi tagħha u jinnota, barra minn hekk, li l-kombinazzjoni ta' żewġ forom jew aktar ta' diskriminazzjoni tista' toħloq problemi li jirriżultaw minn diverġenzi fil-livell garantit ta' protezzjoni għal forom differenti; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiġġieldu kontra l-forom kollha tad-diskriminazzjoni multipla u jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs fis-suq tax-xogħol u fl-aċċess għall-impjiegi; jirrakkomanda li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-korpi tal-infurzar tal-liġi, inklużi l-ispetturi tax-xogħol, il-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżidu l-monitoraġġ tagħhom tal-intersezzjonalità bejn is-sessi u raġunijiet oħra f'każijiet u prattiki ta' diskriminazzjoni;

71.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' data oġġettiva, komparabbli u diżaggregata dwar każijiet ta' diskriminazzjoni u inugwaljanza jagħmilha aktar diffiċli biex tiġi ppruvata l-eżistenza ta' diskriminazzjoni, partikolarment id-diskriminazzjoni indiretta; jirrimarka li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/78/KE jipprevedi bidla fil-piż tal-prova u t-treġġigħ lura tiegħu fejn ikun hemm fatti li minnhom wieħed jista' jassumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data dwar l-ugwaljanza fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva b'mod preċiż u sistematiku u bl-involviment tas-sħab soċjali, tal-korpi ta' ugwaljanza nazzjonali u tal-qrati nazzjonali;

72.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw – inkluż bħala parti mill-proċess ta' rappurtar nazzjonali u fir-Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali – statistika armonizzata u omoġenja mfassla biex timla n-nuqqasijiet kollha fil-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi biex tippromwovi tali ġbir ta' data permezz ta' Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri u billi tinkariga lill-Eurostat bl-iżvilupp ta' konsultazzjonijiet immirati lejn l-integrazzjoni ta' data diżaggregata għar-raġunijiet kollha ta' diskriminazzjoni fl-indikaturi tal-Istħarriġ Soċjali Ewropew, sabiex jittieħdu azzjoni u miżuri prattiċi kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni marbuta mar-reklutaġġ u s-suq tax-xogħol;

73.  Jirrakkomanda li, waqt il-ġbir ta' data statistika dwar kwistjonijiet relatati mal-impjieg, l-Istati Membri jinkludu mistoqsijiet fakultattivi fi stħarriġ dwar ix-xogħol sabiex jiskopru l-possibilità ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali;

74.  Jenfasizza li l-proċess leġiżlattiv fil-livelli kollha għandu jqis il-piż burokratiku fuq il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u li l-miżuri proposti għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-proporzjonalità;

75.  Jinnota r-rwol importanti tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, li jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni u l-ġbir tad-data, b'kooperazzjoni mas-sħab soċjali u ma' partijiet interessati oħra, filwaqt li jindirizzaw in-nuqqas ta' rappurtar u jieħdu rwol ewlieni fis-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tat-tressiq tal-ilmenti mill-vittmi ta' diskriminazzjoni; jitlob li r-rwol tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza jissaħħaħ, l-imparzjalità tagħhom tiġi żgurata u li l-kapaċitajiet tagħhom jiżdiedu, inkluż permezz tal-għoti ta' finanzjament adegwat;

76.  Jistieden lill-Istati Membri juru impenn akbar fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki dwar l-impjieg; jitlob l-użu attiv tal-ibbaġittjar għall-perspettiva tal-ġeneri, anke permezz tal-promozzjoni ta' skambji tal-aħjar prattiki mill-Kummissjoni, u li jkun hemm miżuri li jinkoraġġixxu l-impjieg tan-nisa fuq bażi ġusta mingħajr forom mhux sikuri ta' impjieg, b'bilanċ san bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u t-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll miżuri li jnaqqsu d-differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel, u, b'mod ġenerali, itejbu l-pożizzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

77.  Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw sistemi ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xogħol newtrali fir-rigward tas-sessi bħala miżuri indispensabbli sabiex jitħeġġeġ it-trattament ugwali;

78.  Jenfasizza l-fatt li l-politiki dwar it-trattament indaqs għandu jkollhom l-għan li jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-isterjotipi fl-impjiegi u r-rwoli kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa;

79.  Jenfasizza li s-sħab soċjali għandhom rwol ewlieni biex jinfurmaw kemm lill-ħaddiema kif ukoll lill-impjegaturi u sabiex jissensibilizzawhom dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

80.  Iqis li jeħtieġ ikun hemm aktar enfasi fuq l-ibbilanċjar bejn id-drittijiet bħal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin u l-libertà tal-espressjoni f'każijiet ta' fastidju minħabba raġunijiet bħal dawn;

81.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u jsaħħu lil korpi nazzjonali ta' spezzjoni tax-xogħol, u jipprovdulhom il-kundizzjonijiet u r-riżorsi finanzjarji u umani li jippermettuhom iżommu preżenza effettiva fil-post sabiex jiġġieldu kontra l-impjieg prekarju, l-impjieg mhux regolat u d-diskriminazzjoni fix-xogħol u fil-paga, b'mod partikolari mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

82.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u tal-ħajja privata b'miżuri konkreti, bħal li jiġu proposti ġodda dwar il-Liv tal-Maternità biex jiggarantixxu d-dritt għar-ritorn għax-xogħol għan-nisa wara t-tqala u l-liv tal-maternità u l-liv tal-ġenituri, sabiex ikun iggarantit id-dritt tagħhom għal protezzjoni effettiva tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-maternità tagħhom, u biex jieħdu miżuri biex jipprevjenu t-tkeċċija inġusta tal-impjegati matul it-tqala, eċċ., kif ukoll id-Direttiva dwar il-Liv tal-Indukraturi u t-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-liv tal-paternità;

83.  Jinnota li l-aċċess għall-ġustizzja huwa limitat f'ħafna każijiet ta' diskriminazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-informazzjoni għall-vittmi ta' diskriminazzjoni; iqis li huwa neċessarju li l-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li jiġu pprovduti konsulenza u assistenza legali raġonevoli, disponibbli u aċċessibbli lill-vittmi fl-istadji kollha tal-proċess legali, inklużi, pereżempju, konsulenza kunfidenzjali u personalizzata, u appoġġ emozzjonali, personali u morali, mill-korpi jew intermedjarji xierqa ta' ugwaljanza; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-fastidju u l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol li jmorru kontra d-dinjità tal-persuna u/jew joħolqu ambjent offensiv fuq il-post tax-xogħol;

84.  Jemmen li l-mekkaniżmi ta' lmenti għandhom jittejbu fil-livell nazzjonali permezz tat-tisħiħ tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza biex jiżdied l-aċċess għal mekkaniżmi ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji, u permezz taż-żieda fil-fiduċja fl-awtoritajiet, tal-għoti ta' appoġġ legali, tal-offerta ta' konsulenza u appoġġ legali u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri legali li spiss ikunu twal u kumplessi; jistieden lill-Istati Membri joħolqu pjattaformi li jkunu jistgħu jirċievu lmenti u jipprovdu appoġġ bla ħlas dwar il-kuntest legali f'każijiet ta' diskriminazzjoni u fastidju fuq il-post tax-xogħol;

85.  jitlob, fir-rigward ta' każijiet ta' diskriminazzjoni u/jew fastidju psikoloġiku (mobbing) u/jew insegwiment fastidjuż (stalking) fuq il-post tax-xogħol, biex jiġu addottati regoli sabiex jipproteġu lill-informaturi u l-privatezza tagħhom;

86.  Ifakkar li t-tressiq ta' kawżi l-qorti, u l-iżgurar ta' rappreżentanza adegwata, għadhom problematiċi f'ċerti każijiet, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jsibu modi biex jgħinu lill-vittmi f'dan ir-rigward, inkluż permezz ta' eżenzjonijiet mit-taxxa, għajnuna legali u assistenza minn NGOs speċjalizzati, eċċ., u billi jiżguraw rimedju legali u rappreżentanza adegwata; jenfasizza l-importanza tal-pożizzjoni legali tal-NGOs li għandhom interess leġittimu fil-proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi rilevanti;

87.  Jilqa' l-fatt li s-sanzjonijiet previsti mil-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni tal-Istati Membri huma ġeneralment konformi mad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi; jindika wkoll ir-rwol importanti tal-korpi pubbliċi speċjalizzati kontra d-diskriminazzjoni fis-soluzzjoni ta' problemi relatati mal-penali u l-appelli; jinsab imħasseb, madankollu, li, f'termini tal-livell u l-ammont ta' kumpens mogħti, il-qrati nazzjonali għandhom tendenza li japplikaw l-iżgħar skala tas-sanzjonijiet prevista mil-liġi(31); jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni mill-qrib lir-regoli applikabbli għas-sanzjonijiet u r-rimedju fl-Istati Membri sabiex tiżgura li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix, kif il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja rrappurtat, pieni purament simboliċi jew l-għoti ta' twissijiet biss f'każijiet ta' diskriminazzjoni.

88.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li ftit huma dawk fil-komunità Rom li huma attivi fis-suq tax-xogħol; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-NGOs involuti ma' din il-minorità etnika sabiex il-persuni Rom jitħeġġu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol; jinnota wkoll li l-NGOs għandhom rwol importanti biex jinfurmaw lill-persuni Rom dwar id-drittijiet tagħhom jew jgħinuhom biex jirrappurtaw każijiet ta' diskriminazzjoni, li dan fl-aħħar mill-aħħar se jservi biex itejjeb il-ġbir tad-data;

89.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibilità offruta mid-Direttiva li jintroduċu azzjoni pożittiva f'każ ta' gruppi li jbatu minn diskriminazzjoni gravi u strutturali bħar-Rom;

90.  Jilqa' l-fatt li l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri qiesu xi forma ta' azzjoni pożittiva fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva;

91.  Jenfasizza l-ħtieġa għat-tixrid ta' deċiżjonijiet rilevanti tal-QtĠ-UE u għal skambju ta' deċiżjonijiet tal-qorti nazzjonali skont tal-Ġustizzja tal-UE u tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi;

92.  Għandu jiġi żgurat li jingħata appoġġ lill-persuni li jindukraw informali li jikkombinaw responsabilitajiet ta' xogħol u ta' kura (pereżempju sigħat ta' xogħol flessibbli, kura ta' serħan) sabiex dawn (fil-biċċa l-kbira nisa) ikollhom il-mezzi biex jipprovdu l-kura, jagħtu kontribuzzjoni kbira lill-familji tagħhom u lis-soċjetà u ma jkunux penalizzati għal dan il-kontribut issa jew aktar tard f'ħajjithom;

93.  Iqis li huwa neċessarju li jingħata taħriġ adegwat lill-impjegati tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-ispettorati tax-xogħol; jemmen li t-taħriġ għall-partijiet interessati rilevanti kollha, bħal imħallfin, prosekuturi, persunal ġudizzjarju, avukati u investigaturi, pulizija u persunal tal-ħabs dwar il-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-impjiegi u fil-ġurisprudenza huwa ta' importanza kritika, flimkien ma' taħriġ dwar fehim kulturali u preġudizzju mhux konxju;

94.  Iqis li huwa neċessarju li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi lill-kumpaniji privati, inklużi l-SMEs u l-mikrointrapriżi, mudelli għall-oqfsa ta' ugwaljanza u diversità li jistgħu mbagħad ikunu replikati u adattati skont il-ħtiġijiet tagħhom; jistieden lill-partijiet interessati tan-negozju jmorru lil hinn milli jagħmlu l-wegħdiet fir-rigward tar-rispett għall-ugwaljanza u d-diversità, billi, fost l-oħrajn, jirrappurtaw fuq bażi annwali l-inizjattivi tagħhom f'dan ir-rigward bl-għajnuna tal-korpi tal-ugwaljanza, jekk ikunu jixtiequ;

95.  Jistieden lill-impjegaturi joħolqu ambjenti tax-xogħol antidiskriminatorji għall-impjegati tagħhom billi jirrispettaw u jimplimentaw id-direttivi attwali kontra d-diskriminazzjoni bbażati fuq il-prinċipju tat-trattament indaqs irrispettivament mis-sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati;

96.  Ifakkar ir-rwol importanti tas-sħab soċjali, tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili fl-għoti ta' assistenza lill-vittmi, u jenfasizza li ħafna drabi huwa aktar faċli għal persuni li jbatu minn diskriminazzjoni li jfittxu l-għajnuna tagħhom milli ta' atturi oħra; jitlob, għalhekk, li jiġi offrut appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f'dan il-qasam;

97.  Jitlob għal edukazzjoni ċivika u dwar id-drittijiet tal-bniedem li trawwem is-sensibilizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tad-diversità, u li tfittex li toħloq ambjent inklużiv billi tinkoraġġixxi d-definizzjoni mill-ġdid ta' normi u t-tneħħija ta' tikketti li jinsultaw;

98.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-istudju tal-edukazzjoni ċivika u tad-drittijiet tal-bniedem fl-iskejjel primarji u sekondarji;

99.  Iqis neċessarju li l-Kummissjoni tadotta qafas Ewropew għall-istrateġiji nazzjonali biex tiġġieled kontra l-anti-Semitiżmu, l-Iżlamofobija u forom oħra ta' razziżmu;

100.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu skemi adegwati li jippermettu lill-ħabsin li jkunu temmew il-priġunerija tagħhom biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol:

101.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għal partijiet interessati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u korpi tal-ugwaljanza, għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' edukazzjoni dwar id-diskriminazzjoni fl-impjiegi; jistieden lis-settur privat jagħti sehmu fil-ħolqien ta' ambjent tax-xogħol mingħajr diskriminazzjoni;

102.  Jistieden lill-Istati Membri jippruvaw joħolqu skambju tal-aħjar prattika biex jgħinu fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol;

103.  Jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali jiżviluppaw kuxjenza interna tal-inugwaljanza fl-impjiegi u joħorġu bi proposti biex jindirizzaw kwistjonijiet fil-livell tal-organizzazzjoni/kumpanija dwar negozjar kollettiv settorjali, taħriġ u kampanji mmirati lejn il-membri u l-ħaddiema;

104.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvolvu lis-sħab soċjali (trade unions u impjegaturi) u lis-soċjetà ċivili, inklużi korpi tal-ugwaljanza, fl-applikazzjoni effettiva tal-ugwaljanza fl-impjieg u fix-xogħol, bil-ħsieb li jitrawwem it-trattament indaqs; jistieden ukoll lill-Istati Membri jtejbu d-djalogu soċjali u l-iskambju tal-esperjenza u l-aħjar prattika;

o
o   o

105.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(3) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0321.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0320.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0286.
(7) Testi adottati, P8_TA(2015)0293.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0261.
(9) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 83.
(10) ĠU C 75, 26.2.2016, p. 130.
(11) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(12) ĠU C 74 E, 13.3.2012, p. 19.
(13) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 29.
(14) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(15) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 23.
(16) Kawża tal-10 ta’ Mejju 2011, Römer, C-147/08, ECR, EU:C:2011:286.
(17) http://fra.europa.eu/en/publication/2014/eu-lgbt-survey-european-union-lesbian-gay-bisexual-and-transgender-survey-main.
(18) http://fra.europa.eu/en/publication/2014/being-trans-eu-comparative-analysis-eu-lgbt-survey-data
(19) http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_03/SR15_03_MT.pdf.
(20) http://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1568en.pdf
(21) Testi adottati, P8_TA(2015)0351.
(22) EPRS, "Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi – Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha".
(23) Ibid.
(24) Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, it-13 ta' Diċembru 2006, Artikolu 2.
(25) Parlament Ewropew, Dipartiment Tematiku A: Politika Ekonomika u Xjentifika, "Reasonable Accommodation and Sheltered Workshops for People with Disabilities: Costs and Returns of Investments".
(26) Kumment ġenerali Nru 2 (2014) dwar l-Artikolu 9: Aċċessibilità https://documentsddsny. un.org/doc/UNDOC/GEN/G14/033/13/ PDF/G1403313.pdf?OpenElement
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
(28) Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni: Annessi tar-Rapport Konġunt dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali (2000/43/KE) u tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (2000/78/KE) (SWD(2014)0005).
(29) Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (2015), "Protection against discrimination on grounds of sexual orientation, gender identity and sex characteristics in the European Union: Comparative legal analysis".
(30) Ibid.
(31) EPRS, op. cit.


L-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014
PDF 411kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014 (2015/2284(INI))
P8_TA(2016)0361A8-0227/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2013 u l-2014 (COM(2015)0355),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ex post tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) – Rapport finali ta' Awwissu 2015,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 7/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wassal għal valur miżjud tal-UE bir-riintegrazzjoni ta' ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom?"

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ERM 2012 bit-titolu "After restructuring: labour markets, working conditions and life satisfaction" (Wara r-ristrutturar: is-swieq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sodisfazzjoni tal-ħajja),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-każ tal-Eurofound bit-titolu "Added value of the European Globalisation Adjustment Fund: A comparison of experiences in Germany and Finland (2009)" (Valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Paragun tal-esperjenzi fil-Ġermanja u l-Finlandja (2009)),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ERM 2009 "Restructuring in recession" (Ir-ristrutturar waqt reċessjoni),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-futur tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2010 dwar il-finanzjament u l-funzjonament tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet li kien adotta minn Jannar 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, inklużi l-kummenti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar l-applikazzjonijiet rispettivi,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma speċjali tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar il-FEG,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0227/2016),

A.  billi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jappoġġja ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jesprimi s-solidarjetà tiegħu magħhom; billi l-objettiv tal-FEG huwa li jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u għal promozzjoni ta' impjiegi sostenibbli billi jipprepara u jappoġġja lill-ħaddiema ssensjati għal impjieg ġdid; billi l-FEG ġie stabbilit biex jindirizza sitwazzjonijiet ta' emerġenza billi jipprovdi intervent rapidu u għajnuna fuq medda qasira ta' żmien bħala rispons għal diffikultajiet tas-suq tax-xogħol kbar u mhux previsti li jinvolvu sensji fuq skala kbira, għall-kuntrarju tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) li wkoll jipprovdi appoġġ lil ħaddiema ssensjati, iżda huwa intenzjonat li jindirizza żbilanċi strutturali fuq perjodu twil, prinċipalment permezz tat-tagħlim tul il-ħajja; jemmen li l-FEG għandu jkompli jopera barra mill-QFP matul il-perjodu ta' programazzjoni li jmiss;

B.  billi r-ristrutturar sar aktar prevalenti f'dawn l-aħħar snin, u intensifika f'ċerti setturi u nfirex f'oħrajn; billi l-kumpaniji għandhom responsabilità għall-effetti li ta' spiss ma jkunux previsti ta' dawn id-deċiżjonijiet fuq il-komunitajiet u fuq l-istruttura ekonomika u soċjali tal-Istat Membru; billi l-FEG jgħin itaffi l-effetti negattivi ta' dawn id-deċiżjonijiet ta' ristrutturar; billi aktar u aktar każijiet tal-FEG huma relatati ma' strateġiji ta' ristrutturar ta' ditti kbar u korporazzjonijiet multinazzjonali, li normalment jiġu deċiżi mingħajr l-involviment tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom; billi l-aktar forom komuni ta' ristrutturar huma r-rilokazzjoni, id-delokalizzazzjoni, l-għeluq, il-fużjonijiet, l-akkwiżizzjonijiet, it-takeovers, ir-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet;

C.  billi, l-adattabbiltà u l-proattività meta wieħed jibdel impjieg jew xogħol jistgħu madankollu jkunu mxekkla minn insigurtà minħabba li t-tranżizzjonijiet għandhom periklu potenzjali ta' qgħad, pagi aktar baxxi u insigurtà soċjali; billi r-riintegrazzjoni fl-impjieg tal-benefiċjarji ta' każijiet tal-FEG se tirnexxi aktar jekk twassal għal impjiegi ta' kwalità;

D.  billi l-kooperattivi jimmaniġġjaw ir-ristrutturar b'mod responsabbli mil-lat soċjali u billi l-mudell ta' governanza kooperattiva speċifiku tagħhom, li huwa msejjes fuq sjieda konġunta, parteċipazzjoni demokratika u l-kontroll tal-membri, kif ukoll il-kapaċità tal-kooperattivi li jiddependu fuq ir-riżorsi finanzjarji tagħhom stess u fuq netwerks ta' appoġġ, jispjegaw għalfejn il-kooperattivi huma aktar flessibbli u innovattivi fl-immaniġġjar tar-ristrutturar matul iż-żmien, kif ukoll fil-ħolqien ta' negozju ġdid;

E.  billi l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jesiġi li, ta' kull sentejn, il-Kummissjoni tibgħat rapport kwantitattiv u kwalitattiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-FEG fis-sentejn ta' qabel;

F.  billi m'hemm l-ebda qafas legali Ewropew dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema, l-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar tar-ristrutturar bl-għan li tiġi antiċipata l-bidla u jiġi evitat it-telf ta' impjiegi; billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013(6), il-Parlament talab li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tissottometti malajr kemm jista' jkun u wara li tkun ikkonsultat lis-sħab soċjali, proposta għal att legali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema, l-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar tar-ristrutturar, (wara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati stipulati fl-anness tar-riżoluzzjoni tiegħu); billi hemm differenzi sinifikanti fil-livell nazzjonali dwar ir-responsabilitajiet tal-impjegaturi lejn l-impjegati tagħhom f'dan il-proċess; billi s-sħab soċjali Ewropej ġew ikkonsultati darbtejn dwar din il-kwistjoni, u l-Kummissjoni naqset milli taġixxi; billi l-Kummissjoni tat risposti diżappuntanti għar-riżoluzzjonijiet parlamentari dwar l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u r-ristrutturar, u dan jenfasizza l-ħtieġa għal passi urġenti u konkreti f'dan il-qasam; billi huwa essenzjali li jkun hemm sistemi ta' relazzjonijiet industrijali żviluppati sew li jagħtu lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom drittijiet fl-oqsma tal-konsultazzjoni u l-informazzjoni; billi Direttiva dwar l-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni msaħħa tista' tgħin tiżgura li n-negozjati għal pjan xieraq ikunu jistgħu jsiru b'kundizzjonijiet ġusti u b'mod f'waqtu;

G.  billi l-limitu minimu tas-sensji tnaqqas minn 1 000 sensja għal 500 sensja, bil-possibilità li, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jew fi swieq tax-xogħol żgħar, applikazzjoni tal-FEG tiġi kkunsidrata meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

H.  billi, sa mill-1 ta' Jannar 2014 persuni li qabel kienu jaħdmu għal rashom jistgħu jkunu wkoll benefiċjarji eleġibbli u jingħataw assistenza; billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-FEG jilħaq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom peress li n-numru ta' persuni li jaħdmu għal rashom qed jiżdied b'mod kostanti; billi, sal-31 ta' Diċembru 2017, iż-żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) f'reġjuni eliġibbli taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-FEG f'għadd ugwali għall-għadd ta' benefiċjarji fil-mira;

I.  billi l-FEG attwali jimmira mhux biss biex jappoġġja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja iżda wkoll biex juri solidarjetà lejn dawk il-ħaddiema;

J.  billi l-baġit oriġinali tal-FEG kien ta' EUR 500 miljun fis-sena; billi l-baġit attwali huwa ta' EUR 150 miljun fis-sena, b'medja ta' nfiq annwali ta' madwar EUR 70 miljun minn mindu nħoloq;

K.  billi, filwaqt li r-rata ta' kofinanzjament inizjali kienet ta' 50 %, din żdiedet għal 65 % għall-perjodu 2009-2011, imbagħad reġgħet lura għal 50 % għall-perjodu 2012-2013, u bħalissa qiegħda 60 %;

L.  billi bejn l-2007 u l-2014 kien hemm 134 applikazzjoni minn 20 Stat Membru, relatati mal-122 121 ħaddiem fil-mira, u billi ntalab total ta' EUR 561,1 miljun; jinnota li fil-perjodu 2007-2013 ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit kienet biss 55 %; billi bejn l-2007 u l-2014 is-settur tal-manifattura kien jirrappreżenta l-ikbar numru ta' applikazzjonijiet, b'mod partikolari l-industrija awtomobilistika, li kienet tikkonċerna 29 000 minn 122 121 ħaddiem (23 % tat-total kopert mill-applikazzjonijiet ippreżentati); billi sal-lum il-kriżi ekonomika laqtet l-iktar lill-kumpaniji żgħar b'inqas minn 500 ħaddiem;

M.  billi l-Qorti tal-Awdituri tirrakkomanda li l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill jikkunsidraw li jillimitaw il-finanzjament tal-UE għal miżuri li x'aktarx jipprovdu valur miżjud tal-UE, pjuttost milli jiffinanzjaw skemi nazzjonali diġà eżistenti ta' appoġġ għall-introjtu tal-ħaddiema kif previst fl-Artikolu 7(1)(b); billi jidher li l-miżuri tal-FEG ikollhom l-aktar valur miżjud meta jintużaw biex jiġu kofinanzjati servizzi li normalment ma jeżistux taħt sistemi tal-benefiċċji għax-xogħol tal-Istati Membri, fejn dawn is-servizzi jkunu ffukati fuq it-taħriġ pjuttost milli fuq allowances u f'każijiet fejn dawn il-miżuri jkunu ġew personalizzati u jkunu kumplimentari għad-dispożizzjonijiet ġenerali, b'mod partikolari għall-aktar gruppi vulnerabbli ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja; jinnota, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jsir investiment fil-potenzjal ta' eks impjegati u l-importanza li ssir valutazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali u r-rekwiżiti tal-ħiliet peress li dan għandu jkun il-bażi għat-taħriġ u l-bini tal-kompetenzi sabiex tiġi ffaċilitata riintegazzjoni rapida tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol; ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jimplimentaw il-baġit tal-FEG b'mod effettiv;

N.  billi l-FEG ma jsolvix il-problema tal-qgħad fl-UE; billi sabiex tissolva l-kriżi tal-qgħad fl-UE hemm bżonn li l-ħolqien, il-protezzjoni u s-sostenibilità tal-impjiegi jitpoġġew fil-qalba tal-politika tal-UE; billi r-rati tal-qgħad fl-UE, speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-nies qiegħda għal żmien twil, juru ħtieġa urġenti ta' inizjattivi li joffru prospetti ġodda ta' karriera;

O.  billi l-perjodu ta' referenza għall-valutazzjoni tal-FEG għall-finijiet ta' dan ir-rapport huwa 2007-2014; billi l-evalwazzjoni ex post tal-Kummissjoni tkopri l-perjodu 2007-2013 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri jawditja l-perjodu 2007-2012;

P.  billi l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu proklamati fl-Istrateġija Ewropa 2020, għandhom jiġu żgurati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-FEG;

1.  Jinnota l-evalwazzjoni ex post tal-FEG u l-ewwel rapport biennali; jinnota li l-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligu ta' rapportar tagħha; iqis li dawn ir-rapporti u rapporti oħra mhumiex biżżejjed biex jiġu żgurati bis-sħiħ it-trasparenza u l-effiċjenza tal-FEG; jistieden lill-Istati Membri li bbenefikaw mill-FEG biex jagħmlu d-data u l-evalwazzjonijiet tal-każijiet kollha pubblikament disponibbli u biex jinkludu valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi fir-rapportar tal-każijiet; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu pubblikament disponibbli l-applikazzjonijiet u r-rapporti finali tagħhom skont ir-regolament attwali b'mod f'waqtu; filwaqt li l-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligi ta' rapportar tagħha, jemmen li l-Kummissjoni tista' tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG, inklużi r-rapporti tal-missjoni interni tagħhom wara żjarat ta' monitoraġġ rigward applikazzjonijiet pendenti fl-Istati Membri;

2.  Jilqa' l-estensjoni tal-perjodu ta' finanzjament minn sena għal sentejn; ifakkar li skont ir-riċerka tal-Eurofound, 12-il xahar ma kienx perjodu twil biżżejjed biex jgħin lill-ħaddiema ssensjati kollha, speċjalment l-aktar gruppi vulnerabbli bħalma huma l-ħaddiema b'livell baxx ta' kwalifiki, il-ħaddiema akbar fl-età, in-nisa u b'mod partikolari l-ġenituri waħedhom;

3.  Jinnota li l-evalwazzjonijiet tal-FEG juru li r-riżultati tal-interventi minn dan il-fond huma influwenzati minn fatturi bħal-livell ta' edukazzjoni u l-kwalifiki tal-ħaddiema fil-mira, kif ukoll mill-kapaċità ta' assorbiment tas-swieq tax-xogħol rilevanti u l-PDG tal-pajjiżi riċevituri; jenfasizza li dawn il-fatturi huma l-aktar influwenzati minn miżuri fit-tul li jistgħu jiġu effettivament appoġġjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fondi SIE); jirrimarka l-ħtieġa li jitqiesu dawn il-fatturi u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol lokali meta tiġi pprovduta assistenza mill-FEG; jinnota li huwa importanti li jkun hemm aktar sinerġiji bejn il-FEG u l-Fondi SIE sabiex jinkisbu riżultati aktar malajr u aktar effettivi; jenfasizza li l-Fondi SIE jistgħu jaġixxu bħala miżuri ta' segwitu fl-oqsma ta' appoġġ tal-FEG billi jistimulaw l-investiment, it-tkabbir globali u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li l-interventi tal-FEG għandhom ikunu diretti lejn investimenti li jikkontribwixxu għat-tkabbir, l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u għandhom ikunu kkoordinati ma' programmi eżistenti tal-UE bl-għan li jgħinu lin-nies isibu impjieg u jippromwovu l-intraprenditorija, speċjalment fiż-żoni u fis-setturi li diġà qed ibatu mill-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni jew tar-ristrutturar tal-ekonomija; jenfasizza li għandha tingħata preferenza lil approċċi integrati bbażati fuq programmar iffinanzjat minn fondi differenti sabiex jiġu indirizzati s-sensji u l-qgħad b'mod sostenibbli, permezz ta' allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u koordinazzjoni u sinerġiji aktar mill-qrib, b'mod partikolari bejn il-FSE u l-FEŻR; jemmen bis-sħiħ li strateġija integrata ta' programmar b'fondi multipli tnaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni u toħloq kundizzjonijiet favorevoli sabiex il-produzzjoni industrijali tirritorna lejn l-UE;

4.  Jikkunsidra li sar titjib fil-funzjonament tal-FEG permezz tar-riformi tar-regolament; jinnota li t-titjib li sar issimplifika l-proċeduri biex l-Istati Membri jkollhom aċċess għall-FEG u li dan għandu jwassal għal żieda fl-użu ta' dan il-fond mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet biex jitneħħew l-ostakli relatati mal-kapaċità amministrattiva li fixklet il-parteċipazzjoni tal-FEG; jemmen li l-FEG m'għandux jikseb funzjoni ta' stabbilizzazzjoni makroekonomika;

5.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet imnaqqsa allokati għall-FEG fil-baġit annwali kienu biżżejjed biex jipprovdu l-assistenza u l-appoġġ meħtieġa li huma kemm vitali kif ukoll neċessarji għall-persuni li tilfu xogħolhom; jenfasizza madankollu li sa mill-2014, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG ġie estiż biex jinkludi NEETs u l-kriterju ta' kriżi, u fil-każ ta' żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet jew iż-żieda ta' prerogattivi ġodda l-approprjazzjonijiet jistgħu ma jkunux biżżejjed u jkollhom jiġu miżjuda biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-FEG;

6.  Jenfasizza r-rilevanza ta' djalogu soċjali sod, ibbażat fuq fiduċja reċiproka u responsabilità konġunta, bħala l-aħjar strument sabiex jinstabu soluzzjonijiet kunsenswali u metodi komuni meta jiġu previsti, evitati u mmaniġġjati proċessi ta' ristrutturar; jenfasizza li dan jgħin biex jipprevjeni t-telf ta' impjiegi u għalhekk il-każijiet tal-FEG;

7.  Josserva ż-żieda sinifikanti fin-numru ta' applikazzjonijiet matul il-perjodu derogattiv mill-2009 sal-2011, li ppermetta applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji relatati mal-kriżi, u li dan il-kamp ta' applikazzjoni ġie estiż aktar sabiex jinkludi b'mod permanenti l-kriterju ta' kriżi u l-individwi li jaħdmu għal rashom mill-2014 sal-2020; jilqa' l-estensjoni ta' din id-deroga wara l-2013; jinnota li aktar minn nofs in-numru totali tal-proġetti bejn l-2007 u l-2014 kienu relatati mal-kriżi; jenfasizza wkoll li l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika għadhom għaddejjin f'xi Stati Membri;

8.  Jinnota li, bejn l-2007 u l-2014, 20 Stat Membru ressqu 131 applikazzjoni għall-finanzjament għal ammont totali ta' EUR 542,4 miljun, u kellhom fil-mira 121 380 ħaddiem;

9.  Jinnota li l-Kummissjoni għamlet titjib fil-bażi ta' data tal-FEG fejn tiġi rreġistrata d-data kwantitattiva dwar il-każijiet tal-FEG għal skopijiet ta' statistika, u b'hekk għamlitha aktar faċli biex l-Istati Membri jressqu l-applikazzjonijiet u biex il-Kummissjoni tanalizza u tqabbel iċ-ċifri dwar il-każijiet tal-FEG; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni inkludiet il-FEG fis-Sistema Komuni Kondiviża ta' Ġestjoni tal-Fondi, u dan għandu jirriżulta fit-tressiq ta' applikazzjonijiet aktar korretti u aktar kompluti u jnaqqas ulterjorment iż-żmien meħtieġ biex applikazzjoni titressaq minn Stat Membru; jinnota li din is-sistema tippermetti s-simplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet sabiex il-finanzjament ikun jista' jiġi pprovdut malajr sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tiegħu;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tantiċipa bis-sħiħ l-effetti tad-deċiżjonijiet tal-politika kummerċjali dwar is-suq tax-xogħol tal-UE, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-informazzjoni bbażata fuq l-evidenza ta' dawn l-effetti li ġew enfasizzati mill-applikazzjonijiet tal-FEG; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post bir-reqqa, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt soċjali, li jinvolvu effetti potenzjali fuq l-impjiegi, il-kompetittività u l-ekonomija kif ukoll l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju filwaqt li tiġi żgurata koordinazzjoni ex ante bejn DĠ Kummerċ u DĠ Impjiegi; jistieden lill-Parlament jorganizza seduti ta' smigħ konġunt b'mod regolari għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jikkontribwixxu għat-titjib fil-koordinazzjoni bejn il-politika kummerċjali u l-FEG u l-monitoraġġ tagħhom; iqis li huwa neċessarju li jiżdied l-użu tal-FEG fl-indirizzar tar-rilokazzjoni u tal-kriżijiet settorjali kkawżati minn fluttwazzjonijiet globali tad-domanda; jopponi bil-qawwa kwalunkwe inizjattiva li tikkunsidra l-FEG, fil-forma attwali tiegħu u bil-baġit attwali tiegħu, bħala għodda ta' intervent għal impjiegi mitlufa fl-Unjoni Ewropea minħabba strateġiji kummerċjali żbaljati deċiżi fil-livell tal-UE, inklużi ftehimiet kummerċjali futuri jew dawk li diġà huma fis-seħħ; jenfasizza l-ħtieġa ta' koerenza b'saħħitha bejn il-politiki kummerċjali u industrijali u l-ħtieġa li jiġu mmodernizzati l-Istrumenti għad-Difiża tan-Negozju tal-UE;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-istatus ta' ekonomija tas-suq biss lil sħab kummerċjali ladarba dawn jissodisfaw il-ħames kriterji li hija stabbiliet, jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kumissjoni tistabbilixxi strateġija ċara u effikaċi dwar il-kwistjonijiet relatati mal-għoti tal-istatus ta' ekonomija tas-suq lil pajjiżi terzi sabiex tippreserva l-kompetittività tan-negozji tal-UE u tkompli l-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta' kompetizzjoni inġusta;

12.  Jenfasizza li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-FEG huwa li jgħin lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom minħabba tibdil serju fil-kummerċ tal-Unjoni fl-oġġetti jew is-servizzi kif stabbilit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament; huwa tal-opinjoni li l-FEG għandu l-kompitu importanti li jiżgura appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minħabba l-konsegwenzi negattivi ta' tilwim kummerċjali; konsegwentement jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika li t-telf ta' impjiegi minħabba tilwim kummerċjali li jirriżulta f'tibdil serju fil-kummerċ tal-Unjoni f'oġġetti jew servizzi jaqa' kompletament fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG;

13.  Jenfasizza l-fatt li l-FEG fl-ebda każ ma jista' jissostitwixxi politika serja li tipprevjeni u tevita r-ristrutturar; jenfasizza l-importanza ta' politika industrijali reali fil-livell tal-UE li ġġib magħha tkabbir sostenibbli u inklużiv;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studji speċifiċi għas-settur fuq l-impatt tal-globalizzazzjoni u, abbażi tar-riżultati, tressaq proposti maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-kumpaniji jantiċipaw il-bidliet fl-industriji tagħhom u jħejju lill-ħaddiema tagħhom qabel ma jagħtuhom is-sensja;

15.  Jissottolinja li xi wħud mill-Istati Membri ppreferew jużaw il-FSE minflok il-FEG minħabba r-rati ogħla ta' kofinanzjament tal-FSE, implimentazzjoni aktar rapida tal-miżuri tal-FSE, in-nuqqas ta' prefinanzjament tal-FEG u l-proċedura pjuttost twila ta' approvazzjoni tal-FEG; jemmen, madankollu, li ż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament u l-proċess ta' applikazzjoni u approvazzjoni aktar f'waqtu li jinsabu fir-regolament il-ġdid jindirizzaw xi wħud minn dawn il-punti ta' tħassib; jiddispjaċih li l-appoġġ tal-FEG għadu ma laħaqx lill-ħaddiema ssensjati fl-Istati Membri kollha u jistieden lill-Istati Membri biex jużaw dan l-appoġġ fil-każ ta' sensji bil-massa;

16.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, it-tul medju ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni tal-FEG huwa 41 ġimgħa; jitlob li jsir kull sforz biex jiġu aċċellerati l-proċeduri; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas id-dewmien u tissimplifika l-proċess ta' applikazzjoni; jissottolinja li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri huwa indispensabbli f'dan ir-rigward u jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri kollha jibdew jimplimentaw il-miżuri malajr kemm jista' jkun; jinnota li ħafna Stati Membri diġà jagħmlu dan;

17.  Jinnota li l-FEG ibati minn nuqqas serju ta' għarfien min-naħa ta' wħud mill-Istati Membri, is-sħab soċjali u l-kumpaniji; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-komunikazzjoni tagħha mal-Istati Membri, man-netwerks sindikali nazzjonali u lokali u mal-pubbliku ġenerali; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu sensibilizzazzjoni tal-FEG fost il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom u biex jagħmlu dan b'mod f'waqtu sabiex jiżguraw li l-akbar numru ta' benefiċjarji potenzjali jkun jista' jintlaħaq u jibbenefika mill-miżuri tal-FEG u jippromwovu b'mod aktar effikaċi l-benefiċċji bbażati fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG;

18.  Ifakkar fl-importanza ta' salvagwardji li jipprevjenu r-rilokazzjoni ta' intrapriżi li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE fi żmien definit li tista' twassal għat-tnedija ta' skemi ta' appoġġ addizzjonali minħabba s-sensji;

Il-benefiċjarji tal-FEG

19.  Jilqa' l-konklużjonijiet fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li kważi l-ħaddiema kollha eliġibbli għall-FEG irnexxielhom jibbenefikaw minn miżuri personalizzati u kkoordinati tajjeb imfassla skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom u li kważi 50 % tal-ħaddiema li rċevew għajnuna finanzjarja issa reġgħu sabu impjieg; jinnota li nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u f'waqtha tal-programmi tal-FEG f'xi Stati Membri wassal għal nuqqas ta' nfiq; jemmen li l-involviment tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom, is-sħab soċjali, l-aġenziji tal-impjiegi lokali u partijiet interessati rilevanti oħra fil-valutazzjoni u l-applikazzjoni inizjali huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati eżiti pożittivi għall-benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' miżuri u programmi innovattivi u tivvaluta fir-rieżamijiet tagħha sa liema punt it-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati antiċipa l-perspettivi futuri u l-ħiliet meħtieġa tas-suq tax-xogħol u kien kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli; jistieden lill-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-regolament attwali, biex jagħmlu aktar sforzi biex ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati favur ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli; jinnota li l-innovazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi huma essenzjali għat-tiġdid industrijali u d-diversifikazzjoni ekonomika;

20.  Jinnota li mit-73 proġett analizzat fir-rapport ta' evalwazzjoni ex post tal-Kummissjoni, is-sehem medju tal-benefiċjarji li għandhom 55 sena jew aktar kien 15 % u tal-benefiċjarji li għandhom bejn 15 u 24 sena kien 5 %; jilqa' għalhekk l-enfasi fir-regolament il-ġdid fuq il-ħaddiema akbar fl-età u dawk iżgħar, u l-inklużjoni tan-NEETs f'ċerti applikazzjonijiet; jinnota li s-sehem medju tan-nisa benefiċjarji huwa 33 %, u tal-irġiel huwa 67 %; jinnota li dawn iċ-ċifri jirriflettu l-kompożizzjoni tas-sessi tal-impjegati, li tista' tvarja skont is-settur involut; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fl-applikazzjonijiet kollha tal-FEG l-irġiel u n-nisa jiġu ttrattati bl-istess mod u jistieden lill-Istati Membri jiġbru d-data minn perspettiva tas-sessi sabiex jaraw kif dan jaffettwa r-rati ta' impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji nisa; jinnota, barra minn hekk, li f'xi applikazzjonijiet tal-FEG in-numru ta' benefiċjarji fil-mira huwa baxx meta mqabbel man-numru totali ta' benefiċjarji eliġibbli u dan jista' jwassal għal impatt subottimali;

21.  Iqis li l-inklużjoni tan-NEETs fl-applikazzjonijiet tal-FEG spiss teħtieġ tipi differenti ta' interventi u jemmen li l-atturi kollha xierqa, inklużi s-sħab soċjali, il-gruppi komunitarji lokali u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom ikunu rappreżentati matul l-istadju ta' implimentazzjoni ta' kull programm u għandhom jippromwovu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni massima tan-NEETs; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Istati Membri jkollhom aġenzija ta' tmexxija b'saħħitha biex tikkoordina l-implimentazzjoni tal-programm, tiżgura appoġġ sostnut u ddedikat biex tassisti t-tlestija tan-NEETs tal-programm kif ukoll sabiex tiżgura l-ħlas tal-fondi tal-programm; jemmen li rieżami indipendenti b'enfasi speċifika fuq il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni tan-NEETs jidentifika prattiki aħjar; jemmen bis-sħiħ li d-deroga għall-inklużjoni tan-NEETs għandha titkompla sat-tmiem tal-perjodu ta' programazzjoni f'Diċembru 2020;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu tal-FEG valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva speċifika tas-sostenn mill-FEG lil żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), speċjalment fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tas-sinerġiji neċessarji bejn il-baġits nazzjonali, il-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI);

23.  Jinnota li, skont l-evalwazzjoni ex post, ir-rata medja ta' parteċipazzjoni tal-benefiċjarji għat-73 każ eżaminat kienet 78 %. Dan jinkludi l-20 każ b'rati lħuq tal-benefiċjarji ta' 100 % jew aktar; jinsisti, madankollu, li r-rata massima ta' lħuq għal kull każ hija 100 % u għalhekk l-użu ta' ċifri akbar minn 100 % jgħawweġ id-data u jissuġġerixxi rata sinifikament ogħla minn dik attwali; jinnota li dan huwa wkoll il-każ tar-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit; jistieden lill-Kummissjoni taġġusta ċ-ċifri tagħha biex tipprovdi valutazzjoni aktar preċiża tar-rati ta' lħuq tal-benefiċjarji u r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit;

24.  Jilqa' l-fatt li qabel kollox il-benefiċjarji setgħu jsibu impjieg ġdid permezz tal-appoġġ personalizzat tal-FEG għat-tfittix ta' impjieg u aġġornaw il-ħiliet tagħhom permezz ta' programmi ta' taħriġ u allowances ta' mobilità; jilqa' wkoll il-fatt li l-FEG ppermetta lil ċerti impjegati li jsiru intraprendituri permezz tal-għoti ta' għajnuna għall-bidu ta' negozju jew takeover ta' kumpaniji; jenfasizza, għalhekk, l-effetti pożittivi sinifikanti li l-FEG jista' jkollu fuq l-awtostima u s-sens ta' setgħa u ta' motivazzjoni; jenfasizza li l-għajnuna tal-FEG żiedet il-koeżjoni soċjali, billi ppermettiet li l-persuni jerġa' jkollhom impjieg u jevitaw nases negattivi tal-qgħad;

25.  Jinnota li skont il-figuri mir-rapport ex post, il-benefiċjarji tal-FEG għandhom tendenza li jkollhom livell edukattiv milħuq relattivament aktar baxx minn dak medju, u għalhekk ikollhom ħiliet inqas transferibbli, u dan, f'ċirkostanzi normali jnaqqas l-opportunitajiet tal-impjieg tagħhom u jagħmilhom aktar vulnerabbli fis-suq tax-xogħol; huwa tal-fehma li l-FEG jista' jwassal l-aħjar valur miżjud tal-UE meta jappoġġja skemi ta' taħriġ u ta' taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema li jappoġġjaw b'mod speċjali lil gruppi vulnerabbli b'inqas kwalifiki, li jagħtu prijorità lill-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol u li jiffavorixxu l-intraprenditorja;

26.  Jinnota li stħarriġ li sar bħala parti mill-evalwazzjoni ex post ipproduċa riżultati mħallta, fejn 35 % ddikjaraw li l-kwalità ta' impjiegi ġodda kienet aħjar jew ħafna aħjar, 24 % ddikjaraw li kienet l-istess u 41 % ddikjaraw li kienet agħar jew ħafna agħar; madankollu, peress li m'hemm l-ebda data sistematika li fuqha tista' tiġi bbażata kwalunkwe valutazzjoni, jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiġbor informazzjoni aktar dettaljata dwar l-impatt tal-interventi tal-FEG u l-kwalità tagħhom, bl-għan li fi stadju ulterjuri tieħu azzjoni korrettiva jekk ikun neċessarju;

Il-kosteffettività u l-valur miżjud tal-FEG

27.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw il-kamp ta' applikazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-FEG b'mod aktar flessibbli u effikaċi, b'enfasi fuq ir-riżultati, l-impatt u l-valur miżjud, u bla ma jikkompromettu l-użu xieraq u trasparenti tal-fondi u l-konformità mar-regoli; huwa tal-fehma li l-proċedura ta' applikazzjoni għandha ssir aktar rapida biex il-fond isir iktar effikaċi għall-benefiċċju ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja; huwa mħasseb dwar id-diverġenza bejn ir-riżorsi mitluba mill-FEG u l-ammonti rimborżati mill-Istati Membri, bir-rata medja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 45 % biss; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa r-raġunijiet għar-rati baxxi ta' implimentazzjoni u tipproponi miżuri biex tindirizza l-punti ta' konġestjoni eżistenti u tiżgura l-aħjar użu tal-Fond; jinnota li r-rata ta' impjieg mill-ġdid fi tmiem l-assistenza tal-FEG tvarja b'mod konsiderevoli minn 4 % għal 86 %, u għalhekk jissottolinja l-importanza ta' miżuri tas-suq tax-xogħol attivi u inklużivi; jinnota li l-infiq tal-FEG f'ċerti Stati Membri b'mod konsistenti jirreġistra prestazzjoni aħjar milli f'xi Stati Membri oħra; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tagħti gwida u tara li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkondividu l-aħjar prattiki fl-applikazzjoni għall-fondi tal-FEG u fl-użu tagħhom sabiex tiġi żgurata l-ogħla rata ta' impjieg mill-ġdid għal kull euro li jintefaq;

28.  Huwa tal-fehma li r-rata ta' kofinanzjament ta' 60 % m'għandhiex tiżdied;

29.  Jinnota l-fatt li skont il-valutazzjoni ex post tal-Kummissjoni bħala medja, 6 % biss tal-fondi tal-FEG intefqu fuq spejjeż amministrattivi u ta' ġestjoni;

30.  Jinnota li l-aktar aspett sinifikanti tal-kosteffettività kif identifikat fil-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kien in-numru ta' ħaddiema li reġgħu ġew impjegati li bħalissa qegħdin iħallsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minflok jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad jew benefiċċji soċjali oħra;

31.  Jinnota li, f'numru ta' każijiet tal-FEG, spejjeż ogħla għall-azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament dwar il-FEG idgħajfu l-impatt globali tal-investiment tal-FEG; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni ta' dawn l-ispejjeż billi tintroduċi limiti;

32.  Jinnota l-proposta fl-evalwazzjoni ex post li evalwazzjoni tal-impatt kontrofattwali hija element importanti fil-fehim tal-valur miżjud tal-FEG; jiddispjaċih li tali evalwazzjoni għadha mhijiex fis-seħħ;

33.  Jilqa' l-konklużjoni mill-Qorti tal-Awdituri li l-FEG wassal valur miżjud reali tal-UE meta ntuża għall-kofinanzjament ta' servizzi għall-ħaddiema ssensjati jew ta' benefiċċji li normalment ma jeżistux taħt is-sistemi ta' benefiċċji tal-qgħad tal-Istati Membri, u b'hekk ikkontribwixxa għal koeżjoni soċjali fl-Ewropa; jenfasizza li ċerti Stati Membri m'għandhomx biżżejjed dispożizzjonijiet ta' protezzjoni soċjali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema li jkunu tilfu xogħolhom;

34.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li skont il-Qorti tal-Awdituri, terz tal-finanzjament tal-FEG jikkumpensa l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ għall-introjtu tal-ħaddiema, mingħajr l-ebda valur miżjud tal-UE; jindika li r-Regolament dwar il-FEG il-ġdid jillimita l-ispejjeż ta' miżuri speċjali, bħalma huma l-allowances għal waqt it-tfittix ta' impjieg u inċentivi għar-reklutaġġ għal min iħaddem, għal 35 % tal-ispiża totali tal-pakkett ikkoordinat, u li l-azzjonijiet appoġġjati mill-FEG mhumiex sostituzzjoni għal miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali pprovduti mill-Istati Membri permezz tas-sistemi nazzjonali tagħhom; jinsisti li l-FEG ma jistax jintuża biex jissostitwixxi l-obbligi tal-intrapriżi lejn il-ħaddiema tagħhom; Barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tispeċifika fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament li l-FEG ma jistax jintuża biex jissostitwixxi l-obbligi tal-Istati Membri lejn il-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

35.  Jiddispjaċih li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit ivarjaw minn 3 % għal 110 %, b'rata medja ta' implimentazzjoni ta' 55 %; iqis li din is-sitwazzjoni xi drabi tirrifletti n-nuqqasijiet fil-fażi tal-ippjanar jew f'dik tal-implimentazzjoni u għandha tittejjeb permezz ta' proġetti mfassla u implimentati aħjar;

36.  Jiddispjaċih fir-rigward tat-tnaqqis fil-finanzjament għall-FEG; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw ukoll lill-FEG biex jiġi żgurat li l-bżonnijiet jiġu ssodisfati; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm biżżejjed persunal skont l-ammont ta' xogħol u tevita dewmien bla bżonn;

37.  Huwa tal-opinjoni li l-miżuri tal-FEG u tal-FSE għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw lil xulxin sabiex jipprovdu kemm soluzzjonijiet speċifiċi għal żmien qasir kif ukoll soluzzjonijiet aktar ġenerali għal żmien twil; jinnota l-konklużjoni li ġeneralment l-Istati Membri kkoordinaw b'mod effettiv il-FEG mal-FSE u l-miżuri nazzjonali tas-suq tax-xogħol u li ma nstab l-ebda każ ta' duplikazzjoni jew finanzjament doppju ta' individwi matul l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri;

38.  Huwa sodisfatt bir-riżultat mir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-FEG fl-2013 u fl-2014 li ma kienx hemm irregolaritajiet irrapportati lill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti tal-FEG fl-2013 u l-2014, u lanqas ma kien hemm irregolaritajiet relatati mal-FEG magħluqa fl-2013 u fl-2014;

L-impatt fuq l-SMEs

39.  Jinnota li l-SMEs jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi kollha tal-UE u jimpjegaw il-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema tal-UE; f'dan il-kuntest, jesprimi tħassib li l-FEG kellu impatt limitat ħafna fuq l-SMEs, minkejja l-fatt li dan jipprovdi b'mod ċar kamp ta' applikazzjoni għal SMEs li għandhom jiġu mmirati b'suġġett għal ċerti kriterji; jirrikonoxxi l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li l-ħaddiema affettwati ta' fornituri f'fażijiet preċedenti tal-katina tal-provvista qatt ma ġew esklużi b'mod intenzjonali, iżda jistieden lill-Kummissjoni tkompli torjenta mill-ġdid il-FEG lejn l-SMEs, li huma atturi ewlenin fl-ekonomija Ewropea, pereżempju billi tqiegħed enfasi akbar fuq id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8, punt d) dwar il-ħtieġa li jiġu identifikati l-fornituri, il-produtturi downstream jew is-sottokuntratturi ta' intrapriżi li jkunu taw is-sensji jew billi ssegwi każijiet preċedenti fejn il-FEG kien ta' benefiċċju għall-SMEs, l-intrapriżi soċjali u l-kooperattivi għall-promozzjoni tal-aħjar prattika; jenfasizza li għandha titqies aktar il-proporzjonalità bejn il-ħaddiema minn SMEs u l-ħaddiema minn kumpaniji kbar;

40.  Jemmen li għandu jkun hemm aktar użu mid-deroga mil-limitu ta' eliġibilità, partikolarment għall-benefiċċju tal-SMEs; Jenfasizza l-importanza tal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-regolament attwali għall-SMEs peress li jippermettu li s-setturi tal-ekonomija affettwati mill-kriżi jew mill-globalizzazzjoni jiġu ristrutturati fil-livel reġjonali fuq bażi ta' każ b'każ; jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw applikazzjonijiet magħmula taħt dawn id-dispożizzjonijiet u jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita lill-Istati Membri fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi sabiex il-FEG ikun soluzzjoni operattiva għal ħaddiema ssensjati; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" fl-istadji tal-ippjanar u tal-applikazzjoni;

41.  Jinnota l-konċentrazzjoni tal-applikazzjonijiet fis-setturi tal-manifattura u tal-kostruzzjoni u b'mod partikolari fl-industrija awtomobilistika u dik tal-avjazzjoni, bl-għajnuna fil-biċċa l-kbira tagħha pprovduta għall-intrapriżi l-kbar; jistieden lill-Istati Membri, u lill-awtoritajiet reġjonali b'setgħat esklużivi, biex jappoġġjaw b'mod proattiv lill-ħaddiema ssensjati f'SMEs, kooperattivi u intrapriżi soċjali bl-użu tal-flessibilità pprovduta fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs u faċilitajiet oħra li jippromwovu aċċess usa' u appoġġ akbar għall-SMEs; jistieden ukoll lill-Istati Membri jinformaw lill-SMEs dwar l-opportunitajiet disponibbli għalihom taħt il-FEG; jenfasizza li dawn il-każijiet li jassistu lill-SMEs għandhom jitqiesu bħala valur miżjud tal-FEG;

42.  Jinsab sodisfatt bir-riżultat tar-rapport ta' implimentazzjoni ex post tal-Kummissjoni li jidentifika xejra pożittiva bejn ir-riżorsi użati fuq il-promozzjoni tal-intraprenditorija u r-rata ta' impjieg indipendenti fi tmiem tal-miżuri; jinnota madankollu li r-rata medja ta' impjieg indipendenti fil-każijiet kollha tal-FEG tinsab fil-livell baxx ta' 5 % u li għandhom ikunu utilizzati miżuri, bħal għotjiet għal negozji ġodda u inċentivi oħra, biex jinkoraġġixxu lill-intraprendituri. jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, il-konsulenza u n-netwerks bejn il-pari f'dan il-kuntest; jemmen li hemm aktar lok għal titjib għall-użu tal-FEG, waħdu jew flimkien ma' fondi oħra bħall-fondi SIE sabiex jappoġġja l-intraprenditorija u l-attività tal-bidu tan-negozju, iżda jenfasizza li l-appoġġ għall-intraprenditorija għandu jkun ibbażat fuq pjanijiet sostennibbli għan-negozju; jistieden lill-Istati Membri jenfasizzaw l-inklużjoni tan-nisa u l-bniet fil-programmi tal-intraprenditorija;

43.  Jilqa' l-isforzi ta' diversi Stati Membri biex iżidu l-użu tal-miżuri li jappoġġjaw l-intraprenditorja u l-ekonomija soċjali, fil-forma ta' għotjiet biex jinbeda negozju u miżuri mmirati lejn il-promozzjoni tal-intraprenditorja u l-kooperattivi u s-servizzi soċjali għall-intraprendituri l-ġodda;

Ir-rekwiżiti tad-data

44.  Jemmen li, fil-kuntest ta' numru ta' fatturi ta' komplikazzjoni bħal nuqqasijiet potenzjali tad-data, speċifitajiet reġjonali u nazzjonali, ċirkostanzi makroekonomiċi u mikroekonomiċi differenti, daqsijiet żgħar ta' kampjuni u ċerti suppożizzjonijiet neċessarji, l-approċċ metodoloġiku tal-Kummissjoni għandu jkun rigoruż u trasparenti filwaqt li jieħu miżuri biex isib soluzzjoni għan-nuqqasijiet li jikkumplikaw dan l-approċċ;

45.  Jenfasizza li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri jikkonkludi li ċerti Stati Membri ma stabbilixxewx objettivi kwantitattivi ta' riintegrazzjoni u li d-data eżistenti mhijiex adegwata biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri fir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fl-impjieg; jirrikonoxxi l-istqarrija tal-Kummissjoni li r-Regolament dwar il-FEG ma jinkludix għanijiet kwantitattivi ta' riintegrazzjoni, u li l-bosta miżuri tal-FEG jistgħu jiġu vvalutati b'mezzi oħrajn; jirrakkomanda għalhekk li l-Istati Membri jistabbilixxu objettivi kwantitattivi ta' riintegrazzjoni u jiddistinwgu b'mod sistematiku bejn il-FEG, il-FSE u miżuri nazzjonali oħra mfassla speċifikament għall-ħaddiema milquta mis-sensji kollettivi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar it-tip u l-kwalità ta' impjiegi li sabu l-persuni li ġew riintegrati fis-suq tax-xogħol u dwar ix-xejra fuq perjodu ta' żmien medju fir-rigward tar-rata ta' integrazzjoni miksuba permezz ta' interventi tal-FEG; l-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiddistinwgu bejn iż-żewġ tipi prinċipali ta' miżuri tal-FEG, jiġifieri l-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u l-appoġġ għall-introjtu mħallas lill-ħaddiema, kif ukoll jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar il-miżuri li kellhom aċċess għalihom parteċipanti individwali sabiex tkun tista' ssir b'mod aktar preċiż analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri differenti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi data dwar it-talbiet għall-FEG li ma ġewx approvati fil-livell tal-Kummissjoni u r-raġunijiet għalfejn;

46.  Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jipprovdu data dwar ir-rati ta' riintegrazzjoni 12-il xahar wara l-implimentazzjoni tal-miżuri sabiex jiġi żgurat is-segwitu meħtieġ tal-effett u l-effiċjenza tal-FEG;

47.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-awditjar fil-livell nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-effiċjenza u tiġi evitata ripetizzjoni mhux meħtieġa bejn korpi li joperaw livelli differenti ta' kontroll;

48.  Jirrakkomanda t-tisħiħ tal-flussi ta' informazzjoni u l-arranġamenti ta' appoġġ bejn il-Persuna ta' Kuntatt Nazzjonali u s-sħab responsabbli mill-ġestjoni tal-każijiet fil-livell reġjonali jew lokali;

49.  Jirrakkomanda li jiġu implimentati rieżamijiet aktar regolari bejn il-pari, skambji bejn nazzjon u ieħor jew sħubija ta' każijiet tal-FEG ġodda ma' każijiet preċedenti tal-FEG, sabiex isir skambju ta' prattiki tajbin u ta' esperjenzi ta' implimentazzjoni; jirrakkomanda għalhekk li tinħoloq pjattaforma tal-aħjar prattiki, li tkun faċilment aċċessibbli u li tappoġġja l-iskambju ta' soluzzjonijiet integrati;

50.  Jinnota t-tħassib tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew rigward il-metodoloġija għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-FEG; jissottolinja l-ħtieġa ta' rekwiżiti ulterjuri dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar il-FEG attwali dwar l-allowances għall-Persuni li Jindukraw; f'dan il-kuntest jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri ta' xogħol u ta' taħriġ flessibbli u fejn possibbli jallokaw dawn il-miżuri lill-komunitajiet lokali peress li ħafna ħaddiema nisa ssensjati jista' jkollhom anqas flessibilità ġeografika minħabba obbligi ta' indukrar tal-familja;

52.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jikkoordinaw l-isforzi fost l-atturi tas-suq tax-xogħol sabiex jagħmlu possibbli aċċess aħjar għall-appoġġ tal-finanzjament mill-FEG f'każijiet ta' sensji futuri; jitlob, barra minn hekk, li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Fond, u b'mod partikolari biex iħeġġu lir-rappreżentanti ta' partijiet interessati nisa sabiex jiżguraw li tingħata aktar attenzjoni lill-aspetti tal-ġeneru.

53.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tiddelega l-valutazzjoni tal-FEG kif mitlub skont l-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-Eurofound; jemmen li fi ħdan tali proposta, il-Kummissjoni tista' tipprovdi lill-Eurofound bir-riżorsi finanzjarji neċessarji, li jikkorrispondu għan-nefqa kurrenti tal-akkwist tal-evalwazzjoni tal-FEG u l-ispejjeż tar-riżorsi umani; barra minn hekk, peress li l-ostaklu ewlieni għal valutazzjonijiet aħjar huwa n-nuqqas ta' data xierqa, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi lill-Istati Membri sabiex jipprovdu d-data rilevanti lill-Eurofound;

o
o   o

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.
(3) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1
(4) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 119.
(5) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 30.
(6) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 23.


L-adozzjoni ta’ l-emendi għal proposta tal-Kummissjoni (Interpretazzjoni tal-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 235kWORD 41k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-adozzjoni ta’ l-emendi għal proposta tal-Kummissjoni (Interpretazzjoni tal-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura) ((2016/2218(REG))
P8_TA(2016)0362

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Settembru 2016 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 130 (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:" “Xejn m’għandu jipprevjeni lill-Parlament milli jiddeċiedi illi jkollu, jekk xieraq, dibattitu tal-għeluq wara r-rapport mill-Kumitat responsabbli li lilu ġiet mgħoddija lura l-kwistjoni.”"

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.

Avviż legali