Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 27 ta' Ottubru 2016 - StrasburguVerżjoni finali
Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ENIAC
 Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ARTEMIS
 Kwittanza 2014 - L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
 Is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul
 Is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija
 Is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni
 Is-Servizz Volontarju Ewropew
 L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2013-2015
 Kif il-PAK tista' ttejjeb il-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali

Kwittanza 2014: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 348kWORD 52k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2015/2156(DEC))
P8_TA(2016)0418A8-0271/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0201/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(5) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0271/2016),

1.  Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2015/2156(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0271/2016),

A.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

B.  billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għar-responsabbiltà demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li huma benefiċjarji tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

1.  Ifakkar ir-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-“Regolament Finanzjarju”) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;

2.  Jirrimarka li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, "[...] l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom", u li, għaldaqstant, filwaqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

3.  Jisħaq r-rwol tal-Parlament u ta' istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza, kif regolat mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari mill-Artikolu 164 sal-Artikolu 166 tiegħu;

4.  Jinnota li, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, "id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza [...] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħalma huma l-Kunsill (f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv) [...]";

5.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu sieket fir-rigward tar-rimarki magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu tat-28 ta' April 2016(7) dwar ix-xejra mis-snin preċedenti ta' żieda fin-nuqqas ta' nfiq u ta' riporti tal-impenji;

Kwistjonijiet pendenti

6.  Jiddispjaċih li l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill ma jipprovdux lill-Parlament bir-rapport annwali tal-attività tagħhom; iqis li dan huwa inammissibbli u ta' ħsara għar-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet;

7.  Jiddispjaċih li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għadhom ma ġewx separati, kif rakkomandat mill-Parlament f'riżoluzzjonijiet ta' kwittanza reċenti;

8.  Jinnota l-informazzjoni dwar il-politika tal-bini li tinsab fuq is-sit web tal-Kunsill; jinnota wkoll li ma hemm ebda informazzjoni dwar l-ispejjeż imġarrba b'rabta ma' dan il-bini; jappella sabiex tingħata informazzjoni dettaljata lill-Parlament fir-rapport finanzjarju annwali li jmiss;

9.  Itenni l-appell tiegħu għal rapporti ta' progress dwar proġetti ta' bini u analiżi dettaljata tal-ispejjeż imġarrba s'issa; jappella għal informazzjoni dwar l-ispejjeż relatati mad-dewmien fit-tlestija tal-bini Europa;

10.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi informazzjoni dwar il-proċess tal-modernizzazzjoni amministrattiva tiegħu, b'mod partikolari dwar l-impatt previst fuq il-baġit tal-Kunsill;

11.  Jistieden lill-Kunsill jadotta kodiċi ta' kondotta mill-aktar fis possibbli sabiex tiġi ggarantita l-integrità tal-istituzzjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jimplimenta regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta mingħajr aktar dewmien;

12.  Jistieden lill-Kunsill jingħaqad mar-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni biex jiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjoni;

13.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jiżviluppa linji gwida dettaljati kontra l-korruzzjoni u politiki indipendenti fi ħdan l-istrutturi tiegħu, kif ukoll l-appell tiegħu fir-rigward taż-żieda sistematika ta' trasparenza fil-proċeduri leġiżlattivi u n-negozjati;

14.  Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li tfaċċaw ripetutament sal-lum fil-proċeduri ta' kwittanza, li huma r-riżultat ta' nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament ċaħad l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(8), tal-25 ta' Ottubru 2011(9), tal-10 ta' Mejju 2012(10), tat-23 ta' Ottubru 2012(11), tas-17 ta' April 2013(12), tad-9 ta' Ottubru 2013(13), tat-3 ta' April 2014(14), tat-23 ta' Ottubru 2014(15) u tas-27 ta' Ottubru 2015(16), u ppospona d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2014 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-28 ta' April 2016;

15.  Jinsisti li eżerċizzju ta' kontroll baġitarju effikaċi jeħtieġ il-kooperazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-28 ta' April 2016; jikkonferma li l-Parlament mhuwiex fil-qagħda li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza;

16.  Ifakkar lill-Kunsill dwar il-fehma tal-Kummissjoni, kif espressa fl-ittra tagħha ta' Jannar 2014, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-kummenti magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza, u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza;

17.  Jinnota li l-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tal-istituzzjonijiet l-oħra u li tagħti tweġiba għal mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni li timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit;

18.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qiegħed jonqos milli jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Parlament; ifakkar il-konklużjonijiet tas-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament dwar id-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza lill-Kunsill, li saret fis-27 ta' Settembru 2012; ifakkar ukoll it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(3) tat-TFUE, li jiddisponi li kull istituzzjoni, korp, jew organu għandu jassigura t-trasparenza tal-ħidma tiegħu;

19.  Jinnota li kienu biss tlieta mis-sebgħa u għoxrin mistoqsija ppreżentati lill-Kunsill mill-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2014 li waslet tweġiba ċara għalihom fid-dokumenti pprovduti mill-Kunsill fi ħdan l-eżerċizzju ta' kwittanza;

20.  Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill għandha tgħaddi minn skrutinju bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew;

21.  Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi preżenti, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont lill-kontribwenti tal-Unjoni;

22.  Huwa tal-fehma li n-nuqqas tal-Kunsill li jippreżenta d-dokumenti mitluba lill-Parlament jimmina għalkollox id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-informazzjoni u t-trasparenza, u qiegħed isir għajn ta' tħassib, peress li joħloq ċertu defiċit demokratiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

23.  Huwa tal-fehma li dan jikkostitwixxi nuqqas serju ta' rispett tal-obbligi stabbiliti mit-Trattati, u jemmen li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jeħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw din il-kwistjoni mingħajr aktar dewmien; jisħaq li reviżjoni tat-Trattati u tar-Regolament Finanzjarju hija meħtieġa sabiex jiġu kkjarifikati l-objettivi u l-proċessi tal-proċedura ta' kwittanza, u biex jiġu definiti sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli kif stabbilit mit-Trattati;

24.  Iqis in-nuqqas ta' koperazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill mal-awtorità ta' kwittanza bħala sinjal negattiv lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni.

(1) ĠU L 51, 20.2.2014.
(2) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.
(3) ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.
(4) ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.
(5) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 20.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 21.
(8) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.
(9) ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.
(10) ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
(11) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.
(12) ĠU L 308, 16.11.2013, p. 22.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 97.
(14) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 26.
(15) ĠU L 334, 21.11.2014, p. 95.
(16) ĠU L 314, 1.12.2015, p. 49.


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ENIAC
PDF 420kWORD 51k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2202(DEC))
P8_TA(2016)0419A8-0264/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(11) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta ENIAC (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;

B.  billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Ewropej tan-Nanoelettronika ("AENEAS");

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima ta' AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.  billi l-Impriża Konġunta ġiet fuża mal-Impriża Konġunta ARTEMIS ("ARTEMIS") sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea ("ITK ECSEL") li bdiet l-attivitajiet tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fis-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014 (ir-"rapport tal-Qorti") ħarġet opinjoni kwalifikata għar-raba' sena konsekuttiva dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi abbażi tal-fatt li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali (AFN) dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post;

3.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-AFN fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma' proġetti lesti; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet AFN, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-AFN li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderata jew rata tal-iżball residwu; jinnota wkoll li l-ITK ECSEL ikkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludew li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-Impriżi Konġunti;

4.  Josserva li l-ITK ECSEL stiednet lill-AFN jipproduċu provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u josserva li sat-terminu tat-30 ta' Ġunju 2016, 76 % tal-AFN mistiedna jagħmlu hekk, li jirrappreżentaw 96,79 % tal-infiq totali ta' ARTEMIS u tal-Impriża Konġunta, ippreżentaw id-dokumenti meħtieġa u kkonfermaw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

5.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 356 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 76 500 250;

6.  Jirrikonoxxi li, skont l-Impriża Konġunta, il-proċeduri nazzjonali ta' assigurazzjoni ġew eżaminati sa April 2015 għall-pajjiżi li jirċievu 54,2 % tal-għotjiet tal-Impriża Konġunta; ifaħħar l-intenzjoni tal-Impriża Konġunta li tkompli dak l-eżerċizzju billi tkopri sa 92,7 % tal-għotjiet totali allokati mill-Impriża Konġunta; jilqa' favorevolment il-konferma tal-Impriża Konġunta skont liema l-proċeduri nazzjonali joffru assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 432.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(5) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
(10) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
(11) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 432.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(13) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


Kwittanza 2014: L-Impriża Konġunta ARTEMIS
PDF 424kWORD 51k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2199(DEC))
P8_TA(2016)0420A8-0276/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0055/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0276/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2199(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0055/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(11) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0276/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS u l-Impriża Konġunta ENIAC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2199(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0276/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS (l-"Impriża Konġunta") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal sistemi inkorporati tal-kompjuter f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni, u biex tippermetti l-ħolqien ta' swieq u applikazzjonijiet soċjetali ġodda;

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet topera b'mod awtonomu f'Ottubru 2009;

C.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 420 000 000, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka;

D.  billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi,

E.  billi l-Impriża Konġunta ngħaqdet mal-Impriża Konġunta ENIAC (‘ENIAC’) sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (‘ECSEL JTI’) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha sas-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri (il-‘Qorti’) fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 (ir-‘rapport tal-Qorti’) ħarġet opinjoni kwalifikata dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi għaliex il-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post;

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali (AFN)dwar l-ispejjeż relatati ma’ proġetti li tlestew; jinnota, barra minn hekk li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet AFN, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-awditi ex post kienux qegħdin jiffunzjonaw b’mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-AFN li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderat jew rata ta’ żball residwu;

4.  Jinnota li ECSEL JTI wettqet valutazzjoni estensiva tal-effikaċja tas-sistemi ta' assigurazzjoni għal kampjun ta' 10 Stati Membri ARTEMIS u ENIAC, li jirrappreżentaw l-akbar sehem ta’ ECSEL JTI tal-baġit operattiv u jkopri 89,5 % tat-total tal-għotjiet allokati tal-Impriża Konġunta u jinnota li, abbażi taċ-ċertifikati ta' Tmiem ta' Proġett sat-13 ta' Ġunju 2016, il-valutazzjoni turi li r-rata ta' kopertura hi tliet darbiet ogħla mis-soll ta’ 20 % li ‘l fuq minnu s-sistemi nazzjonali jiġu kkunsidrati li huma suffiċjenti skont l-istrateġija tal-awditjar ex post;

5.  Josserva li ECSEL JTI stiednet lill-AFN jipproduċu provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, u josserva li sal-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2016, 76 % tal-AFN mistiedna jagħmlu hekk, li jirrappreżentaw 96,79 % tal-infiq tal-Impriżi Konġunti Artemis u ENIAC, ressqu d-dokumenti meħtieġa u kkonfermaw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

6.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 554 510 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 30 330 178 (operazzjonali);

Kontroll intern

7.  Jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta ma ħadet l-ebda azzjoni rigward ċerti standards ta' kontroll intern relatati mal-informazzjoni u r-rappurtar finanzjarju: b'mod partikolari, evalwazzjoni tal-attivitajiet, valutazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern u kapaċità ta’ awditjar intern (‘IAC’); josserva li dan kien minħabba l-fużjoni imminenti; jinnota li sadanittant ECSEL JTI għamlet progress sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern u l-istabbiliment tal-IAC.

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 9.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 10.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 425.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 9.
(10) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 10.
(11) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 425.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


Kwittanza 2014 - L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
PDF 431kWORD 51k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2196(DEC))
P8_TA(2016)0421A8-0275/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0052/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(3) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0275/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0052/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016(10) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0275/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2016 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014 (2015/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0275/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Marzu 2007 għal perjodu ta' 35 sena;

B.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata;

C.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Marzu 2008;

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha;

2.  Jieħu nota tal-fatt li l-baġit 2014 finali disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 1 168 800 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 567 600 000; ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament kienu ta' 100 % u 88,5 % rispettivament; jinnota, madankollu, li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fir-rigward tal-baġit 2014 inizjali kienet ta' 73 %;

3.  Jinnota li, minħabba l-isfidi li l-Proġett ITER qiegħed jiffaċċja bħalissa, id-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-Organizzazzjoni ITER ippreżenta pjan ta' azzjoni lill-Kunsill tal-ITER b'miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet prinċipali li bħalissa qed jaffettwaw l-iżvilupp tal-Proġett ITER; jinnota, barra minn hekk, li, fir-rigward tal-Impriża Konġunta, l-aġent direttur il-ġdid tagħha pprepara pjan ta' azzjoni għall-Impriża Konġunta, li fil-biċċa l-kbira jappoġġa l-pjan ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni ITER; jirrikonoxxi li l-aġent direttur tal-Impriża Konġunta ppreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta f'Marzu 2015, meta l-pjan ġie approvat kompletament, u li l-pjan ta' azzjoni tal-Impriża Konġunta jikkomplementa l-pjan ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni ITER f'għadd ta' aspetti u jidentifika aktar titjib fl-operazzjonijiet proprji tal-Impriża Konġunta; josserva li, fiż-żmien tal-awditjar, il-miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni taż-żewġ pjanijiet ta' azzjoni kienu għadhom qed jiġu stabbiliti; jinnota, barra minn hekk, li minn Marzu 2015, dawk il-pjanijiet ta' azzjoni ġew implimentati u segwiti mill-qrib mill-Organizzazzjoni ITER u mill-Impriża Konġunta, u li huwa mistenni li jwasslu għal titjib; jappella sabiex jiġi ppreżentat rapport fi żmien debitu dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni;

4.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-ITER tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016, li jikkonfermaw li l-Proġett ITER issa miexi fit-triq it-tajba, b'tali mod li se jippermetti proposta soda, realistika u dettaljata għall-iskeda u l-ispejjeż assoċjati għall-Ewwel Plażma, li japprovaw l-Iskeda Integrata aġġornata għall-Proġett ITER, li tidentifika Diċembru 2025 bħala d-data tal-Ewwel Plażma, li jindikaw li l-kisba b'suċċess tal-miri kollha tal-proġett sa issa, fid-data skedata jew qabel iż-żmien, bħala indikatur pożittiv tal-kapaċità kollettiva tal-Organizzazzjoni ITER u tal-Aġenziji Nazzjonali li jkomplu jwettqu l-Iskeda Integrata aġġornata, u li jissottolinjaw li l-evidenza ta' żieda fl-effikaċja tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fehim aħjar tar-riskji, u rigorożità fil-konformità mal-impenji toffri bażi ġdida għall-fiduċja li l-Proġett ITER se jżomm il-momentum pożittiv attwali tiegħu;

5.  Jilqa' l-pożizzjoni tal-Kunsill tal-ITER li enfasi qawwija fuq l-elementi fundamentali permezz tal-Ewwel Plażma għandha tnaqqas ir-riskji tal-Proġett ITER b'mod effikaċi u li l-Iskeda Integrata aġġornata tirrappreżenta l-aħjar triq 'il quddiem li tista' tinkiseb b'mod tekniku għall-Ewwel Plażma, li se timmarka t-tlestija tal-fażijiet ewlenin tal-armar u t-tqegħid ta' Tokamak u l-faċilitajiet ta' appoġġ;

6.  Jinnota li l-miri stabbiliti mill-Kunsill tal-ITER fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta' Novembru 2015 huma ferm avvanzati u li erba' mis-sitt miri attribwiti għall-Fużjoni għall-Enerġija (“F4E”) għall-2016 diġà ntlaħqu;

7.  Jinnota li l-kwistjoni tal-kera tal-bini tal-Impriża Konġunta ġiet solvuta, hekk kif il-Gvern Spanjol offra ftehim għal kera fit-tul tal-bini attwali u estensjoni tal-ispazju għall-uffiċċji attwali b'sular ieħor addizzjonali; josserva, f'dan ir-rigward, li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta, fil-laqgħa tiegħu tad-29 u t-30 ta' Ġunju 2016, ħa nota tal-konklużjoni tal-ftehim għal kera fit-tul għall-uffiċċji tal-F4E bejn ir-Renju ta' Spanja u s-sid tal-bini u approva l-pjanijiet għar-rinnovament tal-ispazju għall-uffiċċji allokat lill-Impriża Konġunta;

8.  Jieħu nota tal-implimentazzjoni parzjali tar-Regolamenti tal-Persunal u jħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli timplimenta r-regolamenti li għad fadal; jieħu nota pożittiva tal-fatt li mill-1 ta' Jannar 2016, ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-Regoli ta' Implimentazzjoni l-ġodda tal-Impriża Konġunta se jidħlu fis-seħħ; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta stabbiliet definizzjoni operattiva tal-ambitu ta' fużjoni/nonfużjoni, li tiffaċilita l-istabbiliment tal-ambitu tal-użu esklussiv tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali li jinħolqu mill-kuntratti.

(1) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 33.
(2) ĠU C 422, 17.12.2015, p. 34.
(3) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 438.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8)1 ĠU C 422, 17.12.2015, p. 33.
(9)2 ĠU C 422, 17.12.2015, p. 34.
(10)3 ĠU L 246, 14.9.2016, p. 438.
(11)4 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(13)1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14)2 ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


Is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul
PDF 284kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul (2016/2956(RSP))
P8_TA(2016)0422RC-B8-1159/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq(1), tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja, u l-offensiva tal-IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi(2), tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-IS(3) tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-attakki u ħtif reċenti minn ISIS/Da'esh fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari tal-Assirjani(4), u tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa 'ISIS/Da'esh'(5),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll dawk dwar it-theddida tad-Da'esh, tal-14 ta' Diċembru 2015 dwar l-Iraq, tas-16 ta' Marzu 2015 dwar l-Istrateġija Reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll dwar it-theddida tal-ISIS/Da'esh, tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar il-kriżi tal-ISIS/Da'esh fis-Sirja u l-Iraq, tat-30 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq u s-Sirja, tal-14 ta' April 2014 u tat-12 ta' Ottubru 2015 dwar is-Sirja, u tal-15 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-Iraq u s-Sirja,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2091(2016) 'Foreign fighters in Syria and Iraq' (dwar il-Ġellieda Barranin fis-Sirja u l-Iraq) adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fis-27 ta' Jannar 2016,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa ministerjali għall-istabbilizzazzjoni ta' Mosul li ġabret flimkien 22 pajjiż, in-NU, l-UE u l-Lega Għarbija, ippreseduta b'mod konġunt minn Franza u l-Iraq, li saret f'Pariġi fl-20 ta' Ottubru 2016 bl-għan li jitfassal pjan għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili, it-tqassim tal-għajnuna u li jiġu indirizzati mistoqsijiet dwar l-iggvernar tal-inħawi li għadhom kemm ġew liberati mill-ISIS/Da'esh,

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tal-1998 u d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-ġurisdizzjoni fir-rigward tad-delitt ta' ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u d-delitt ta' aggressjoni,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-armata Iraqija, bl-appoġġ tal-koalizzjoni dinjija ta' kontra l-ISIS/Da'esh u l-forzi Peshmerga tal-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan u l-Forzi Popolari ta' Mobilizzazzjoni, varat operazzjoni biex tillibera lil Mosul, it-tieni l-akbar belt tal-Iraq, u ħafna bliet u rħula fil-"kuritur ta' Mosul", mill-ISIS/Da'esh;

B.  billi l-ISIS/Da'esh stabbilixxa reġim aħrax f'Mosul; billi l-abitanti li rnexxielhom jaħarbu reċentement irrapportaw li n-nies qed imutu bil-ġuħ u jinsabu ddisprati biex jiġu liberati;

C.  billi l-Pjanura ta' Nineveh, Tal Afar u Sinjar, kif ukoll ir-reġjun usa', kienu art twelid l-antenati ta' Nsara (Kaldej/Sirjaki/Assirjani), Yazidijin, Għarab Sunniti u Xiiti, Kurdi, Shabak, Turkmeni, Kaka'i, Sabejani-Mandjani u oħrajn, fejn huma għexu għal sekli sħaħ fi spirtu ta' pluraliżmu, stabilità u kooperazzjoni ġenerali komuni minkejja perjodi ta' vjolenza u persekuzzjoni esterni, sal-bidu ta' dan is-seklu u l-okkupazzjoni ta' parti kbira tar-reġjun mill-hekk imsejjaħ "ISIS/Da'esh" fl-2014;

D.  billi Mosul ilha belt multietnika fejn maġġoranza Għarbija Sunnita għexet bieb u għatba ma' Kaldej/Sirjaki/Assirjani, Kurdi, Yazidijin, Shabakijin, Kaka' in u Turkmeni (Xiiti u Sunniti); billi ż-żoni ta' madwar il-belt ukoll għandhom storja ta' diversità etnikoreliġjuża, b'konċentrazzjoni ta' Nsara fil-pjanuri ta' Nineveh, Yazidijin madwar il-muntanji Sijar u Turkmeni Musulmani f'Tal Afar; billi l-Insara tal-Iraq, li fl-2003 kienu 'l fuq minn 1.5 miljun, illum naqsu għal inqas minn 200,000-350,000, u ħafna minnhom jgħixu fil-faqar; billi l-preżenza tal-Insara u ta' minoranzi oħra fl-Iraq tradizzjonalment kellha importanza soċjali kbira u kkontribwiet b'mod sinifikanti għall-istabilità politika, u billi l-qerda ta' dawn il-minoranzi se tkompli tiddestabbilizza r-reġjun;

E.  billi mal-Parlament, li fl-4 ta' Frar 2016 irrikonoxxa li l-ISIS/Da'esh qed iwettaq ġenoċidju kontra l-Insara u l-Yazidijin u minoranzi reliġjużi u etniċi oħrajn, issieħbu l-Kunsill tal-Ewropa, id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti, il-Kungress tal-Istati Uniti, il-Parlament tar-Renju Unit, il-Parlament Awstraljan u nazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra li jirrikonoxxu li l-atroċitajiet imwettqa mill-ISIS/Da'esh kontra minoranzi reliġjużi u etniċi fl-Iraq jinkludu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;

F.  billi, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), madwar 3,3 miljun Iraqin ġew spostati minħabba l-gwerra mill-2014 u aktar minn 1,5 miljun persuna jinsabu f'riskju imminenti ta' spostament f'Mosul dovut direttament għall-operazzjoni biex tittieħed lura din iż-żona;

G.  billi l-UNHCR għandu ħames kampijiet miftuħa u jinsab lest biex jagħti kenn lil 45,000 ruħ li jaħarbu minn Mosul u mill-inħawi tal-madwar, filwaqt li l-organizzazzjoni qed tippjana li jkollha miftuħa total ta' 11-il kamp fil-ġimgħat li ġejjin, għal 120,000 ruħ, kemm-il darba jkun hemm art li tista' tinżamm għal dan il-għan f'żoni sikuri 'l bogħod mill-avvanz tal-armati; billi l-baġit ta' rispons tal-UNHCR għal Mosul bħalissa jinsab iffinanzjat kemm kemm aktar minn 38 % tiegħu; billi hemm bżonn ta' finanzjament mhux biss għal preparazzjoni inizjali iżda wkoll biex jindirizza l-ispostament mifrux, li jista' jdum tul ix-xitwa;

H.  billi l-kundizzjonijiet ta' sigurtà meħtieġa għandhom jiġu żgurati għal dawk kollha li ġew imġiegħla jitilqu minn art twelidhom jew ġew spostati b'mod furzat, biex isir effettiv id-dritt tagħhom li jirritornaw lejn art twelidhom malajr kemm jista' jkun;

I.  billi l-Kunsill ta' Kooperazjzoni taħt il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) UE-Iraq iltaqa' għat-tieni darba fi Brussell fit-18 ta' Ottubru 2016 biex jiddiskuti l-isfidi umanitarji u ta' stabbilizzazzjoni immedjati; billi l-UE tat EUR 134 miljun f'għajnuna umanitarja lill-Iraq, EUR 50 miljun minnhom għal Mosul;

J.  billi huwa importanti li tiġi żgurata s-sigurtà għall-komunitajiet kollha, inkluż Kaldej/Sirjaki/Assirjani u oħrajn f'riskju fil-Pjanuri ta' Nineveh;

K.  billi l-Artikolu 2 tal-Kostituzzjoni tal-Iraq jiggarantixxi d-drittijiet reliġjużi sħaħ għall-individwi kollha għal-libertà tat-twemmin u prattika reliġjużi;

L.  billi l-Artikolu 125 tal-Kostituzzjoni tal-Iraq jiggarantixxi d-drittijiet amministrattivi, politiċi, kulturali u edukattivi tad-diversi nazzjonalitajiet, bħat-Turkmeni, il-Kaldej, l-Assirjani, u l-kostitwenti l-oħra kollha; billi l-Prim Ministru tal-Iraq Haider al-Abadi fil-15 ta' April 2015 iddikjara li "jekk ma niddeċentralizzawx, il-pajjiż se jitfarrak. Għalija, m'hemm l-ebda limitu għad-deċentralizzazzjoni";

M.  billi awtonomija massima u protezzjoni tas-sigurtà għall-komunitajiet tal-Pjanura ta' Nineveh, Tal Afar u Sinjar fil-qafas tar-Repubblika Federali tal-Iraq jirrestawraw u jħarsu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inklużi drittijiet ta' proprjetà, tal-popli indiġeni ta' dak ir-reġjun;

1.  Jappoġġa bil-qawwa l-operazzjoni li nbdiet mill-Iraq biex tillibera lil Mosul mill-ISIS/Da'esh; jara lil din l-operazzjoni bħala parti deċiżiva ta' sforz dinji li għadu għaddej biex tingħata l-aħħar daqqa lill-ISIS/Da'esh darba għal dejjem; jesprimi l-fiduċja tiegħu li l-Iraq se joħroġ rebbieħ f'din il-ġlieda kontra għadu komuni u li se jeħles lil Mosul u partijiet oħra tal-pajjiż mill-preżenza tal-ISIS/Da'esh;

2.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-indipendenza, l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Iraq u d-dritt tiegħu li jieħu l-passi meħtieġa biex dawn iħarishom;

3.  Jinsab imħasseb dwar it-tensjonijiet reċenti bejn atturi reġjonali; jitlob ir-rispett sħiħ tal-integrità territorjali u s-sovranità tal-Iraq u li ma tittieħed ebda azzjoni militari fl-Iraq mingħajr il-kunsens tal-Gvern Iraqin; jenfasizza kemm hu importanti li jiġi inkoraġġit id-djalogu bejn l-Iraq u l-pajjiżi tar-reġjun bil-għan li jibnu Lvant Nofsani li jkun aktar sikur;

4.  Ifakkar li l-awtoritajiet Iraqini jeħtiġilhom jieħdu passi konkreti sabiex jipproteġu l-popolazzjoni ċivili waqt il-kampanja, fosthom billi jeżerċitaw kmand u kontroll effettivi fuq il-milizzji u billi jieħdu l-prekawzjonijiet kollha fattibbli biex jiġi evitat li jkun hemm vittmi ċivili u ksur tad-drittijiet tal-bniedem waqt l-attakk; jenfasizza li l-forzi fuq il-post iridu josservaw id-dritt umanitarju internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem matul l-operazzjonijiet tagħhom;

5.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu lir-Repubblika tal-Iraq u l-poplu ta' dan il-pajjiż fir-rikonoxximent ta' provinċja politikament, soċjalment u ekonomikament vijabbli u sostenibbli fir-reġjuni tal-Pjanura ta' Nineveh, Tal Afar u Sinjar, bi qbil mal-espressjonijiet legali ta' awtonomija reġjonali mill-popli indiġeni tiegħu;

6.  Jenfasizza li d-dritt tal-popli indiġeni spostati tal-Pjanura ta' Nineveh, Tal Afar u Sinjar — li ħafna minnhom huma spostati ġewwa l-Iraq — li jmorru lura lejn art l-antenati tagħhom għandu jkun prijorità politika tal-Gvern tal-Iraq appoġġat mill-UE, l-Istati Membri tagħha u l-komunità internazzjonali; jenfasizza l-fatt li, bl-appoġġ tal-Gvern tal-Iraq u tal-Gvern Reġjonali Kurd, dawn il-popli għandhom jingħataw lura għalkollox id-drittijiet tal-bniedem fundamentali tagħhom, inklużi d-drittijiet tagħhom ta' proprjetà, li għandu jkollhom prijorità fuq kwalunkwe talba għad-drittijiet ta' proprjetà li ssir minn partijiet oħra;

7.  Jisħaq li l-komunitajiet indiġeni tal-Pjanura ta' Nineveh, Tal Afar u Sinjar – l-Insara (Kaldej/Sirjaki/Assirjani), il-Yazidijin, it-Turkmeni, u oħrajn – għandhom id-dritt għas-sikurezza, is-sigurtà u l-awtonomija reġjonali fi ħdan l-istruttura federali tar-Repubblika tal-Iraq;

8.  Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza u l-eżekuzzjonijiet tal-massa li għadhom qed jitwettqu mill-ISIS/Da'esh fl-Iraq; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti kontinwi li l-ISIS/Da'esh qed jużaw lit-tfal, l-anzjani, in-nisa u l-persuni vulnerabbli bħala tarki kontra l-operazzjonijiet ta' liberazzjoni militari li għaddejjin fit-Tramuntana tal-Iraq;

9.  Jieħu nota tat-twissija tal-Koordinatur Umanitarju tan-NU dwar in-nuqqas ta' fondi adegwati fil-perspettiva tal-possibilità ta' emerġenza umanitarja fuq skala mingħajr preċedent b'riżultat tal-offensiva ta' Mosul; jilqa' l-involviment tal-UE fl-Iraq, b'mod partikolari l-isforzi tagħha ta' għajnuna umanitarja fil-passat u t-tneħħija ta' tagħmir splussiv improvizzat (IEDs), li se jkun essenzjali biex jippermetti r-ritorn b'’ħeffa tar-rifuġjati u l-persuni spustati f'pajjiżhom; madankollu jitlob b'urġenza lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi għall-istabbilizzazzjoni taż-żoni liberati;

10.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Iraq u lis-sħab internazzjonali tiegħu biex jagħtu prijorità lis-sejba ta' soluzzjoni paċifika għall-kwistjonijiet dwar il-fruntieri interni ikkontestati tar-Repubblika tal-Iraq;

11.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali kemm waqt l-ostilitajiet kif ukoll wara u biex, fil-kunflitt, jimxu mal-prinċipji tal-proporzjonalità, tad-distinzjoni u tal-prekawzjoni; iħeġġeġ lill partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jiftħu kurituri umanitarji bil-għan li jippermettu u jgħinu liċ-ċivili jaħarbu l-kunflitt, biex jevitaw li ċ-ċivili jibqgħu maqbuda f'Mosul u jintużaw mill-ISIS/Da'esh bħala tarki umani, biex jipprovdu aċċess għas-sikurezza u għall-għajnuna umanitarja u jiggarantixxu l-għajnuna u l-protezzjoni għaċ-ċivili waqt il-proċess tal-iskrinjar tas-sigurtà, skont l-istandards nazzjonali u internazzjonali, b'mod partikolari biex jiżguraw li l-familji ma jinfirdux u li t-tfal ma jitqegħdux f'riskju, u biex jistabbilixxu mekkaniżmu tan-NU ta' monitoraġġ ta' partijiet terzi; jitlob, b'mod partikolari, li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn sabiex jiġi żgurat li t-tfal u l-familji tagħhom jitħarsu mill-bumbardamenti, u biex jiġi minimizzat l-għadd ta' vittmi u tiġi protetta l-infrastruttura ċivili, b'mod partikolari l-iskejjel u l-isptarijiet;

12.  Iħeġġeġ lill-atturi kollha li qed jiġġieldu lill-ISIS/Da'esh fir-Repubblika tal-Iraq biex jiżviluppaw kooperazzjoni u djalogu politiċi sostenibbli, fit-tul u inklużivi bil-għan li jipprovdu l-pedament għal Iraq ħieles mill-movimenti radikali u estremisti; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha, il-Koalizzjoni Globali kontra l-ISIL, il-komunità internazzjonali u l-atturi internazzjonali biex jaħdmu flimkien mal-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tar-Repubblika tal-Iraq lejn soluzzjoni sostenibbli fir-rigward tas-sigurtà fil-Pjanura ta' Nineveh, f'Tal Afar u f'Sinjar;

13.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-komunità internazzjonali kollha kemm hi biex jaħdmu mal-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tar-Repubblika tal-Iraq fuq il-monitoraġġ tal-integrazzjoni mill-ġdid tal-Iraqini kollha u tal-minoranzi etniċi u reliġjużi kollha li ġew spostati;

14.  Jistieden lis-SEAE, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali biex jagħtu l-appoġġ prattiku u diplomatiku tagħhom għal struttura sostenibbli u inklużiva ta' wara l-kunflitt fir-reġjun, b'referenza partikolari għall-possibilità ta' provinċja awtonoma li tinkludi fiha l-Pjanura ta' Nineveh, Sinjar u Tal Afar, li tkun rappreżentata politikament mill-popli indiġeni tar-reġjun; itenni l-importanza li jiġu involuti organizzazzjonijiet ta' salvataġġ b'bażi reliġjuża f'azzjoni umanitarja kkoordinata, speċjalment għall-minoranzi etniċi u reliġjużi spostati;

15.  Iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali joffru assistenza teknika lill-Gvern tal-Iraq fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ħolqien ta' Provinċja tal-Pjanura ta' Nineveh, skont id-deċiżjoni tal-Kabinett tiegħu tal-21 ta' Jannar 2014, u f'deċentralizzazzjoni ulterjuri billi jinħolqu wkoll provinċji f'Tal Afar u f'Sinjar u fl-appoġġ lill-amministrazzjonijiet provinċjali l-ġodda biex dawn jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom;

16.  Jistieden lis-SEAE joffri l-bon offiċji tiegħu fin-negozjati ta' wara l-liberazzjoni mal-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan u l-Gvern tal-Iraq bl-għan li jiġi żgurat li l-gruppi ta' minoranza etniċi fir-reġjun, b'mod partikolari l-Insara (Kaldej/Sirjaki/Assirjani), il-Yazidijin, it-Turkmeni, ix-Shabaki u l-Kaka'i, jingħataw id-drittijiet leġittimi tagħhom u jiġu inklużi fi struttura amministrattiva ġdida, bit-tama li jiġi prevenut li jinqalgħu kunflitti ġodda;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex, b'kooperazzjoni mal-Gvern tal-Iraq, iżidu l-forzi tas-sigurtà lokali mal-lista ta' forzi awtorizzati li jirċievu l-għajnuna; jemmen li l-forzi tas-sigurtà lokali għandhom jinkludi l-forzi lokali li huma impenjati li jipproteġu lill-komunitajiet ta' minoranza etniċi u reliġjużi tant vulnerabbli fil-Pjanura ta' Nineveh, f'Tal Afar, f'Sinjar u fi bnadi oħra mit-theddida tas-salafiżmu ġiħadista;

18.  Ifakkar li s-salvataġġ ta' ħajjet iċ-ċivili u r-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali huma wieħed mill-pedamenti politiċi fundamentali tar-rikonċiljazzjoni u l-iżvilupp, l-uniku mod kif jiġu megħluba l-mibegħda u l-firda, u li huwa essenzjali li ma jkomplux jitkebbsu t-tensjonijiet fost il-komunitajiet u li titwitta t-triq għal Iraq stabbli u prosperu;

19.  Iħeġġeġ lill-koalizzjoni militari mmexxija mill-Iraq tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tippreserva l-evidenza tad-delitti tal-gwerra u tad-delitti kontra l-umanità mwettqa mill-ISIS/Da'esh bil-għan li tiżgura l-obbligu ta' rendikont;

20.  Jenfasizza l-importanza vitali ta' provvediment f'waqtu u effettiv tas-sikurezza, permezz ta' rotot sikuri ġenwini fejn il-protezzjoni tista' tiġi sostnuta, fosthom permezz tat-tneħħija tal-mini splussivi u l-istabbiliment mill-ġdid tal-istat tad-dritt, kif ukoll tas-servizzi bażiċi, bħalma huma l-kura tas-saħħa, l-elettriku u l-edukazzjoni, fiż-żoni liberati; iwissi li n-nuqqas ta' provvediment ta' servizzi bażiċi, sikurezza u strateġija fit-tul għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali u sforzi għall-koeżjoni soċjali jista' jwassal għal tfaċċar mill-ġdid tal-forzi estremisti; jitlob, għalhekk, li jkun hemm nexus qawwi bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, bil-għan li tiġi ggarantita sekwenza gradwata mill-għajnuna umanitarja għall-istabbilizzazzjoni, ir-reżiljenza u l-iżvilupp tal-Iraq;

21.  Jissottolinja l-importanza ta' Mosul għall-Iraq kollu kemm hu u jagħmel appell biex il-minoranzi jiġu rappreżentati fl-amministrazzjoni l-ġdida ta' Mosul; jenfasizza d-dritt leġittimu li għandhom il-minoranzi etniċi u reliġjużi għall-parteċipazzjoni politika u li jingħataw lura d-drittijiet tagħhom ta' proprjetà; jitlob li jkun hemm koeżistenza paċifika u rispett sħiħ tad-drittijiet tal-minoranzi etniċi u reliġjużi differenti li storikament kellhom preżenza qawwija u ilhom jgħixu b'mod paċifiku ma' ġenb xulxin, b'mod partikolari l-Yazidin fil-muntanji Sinjar, il-Kaldej/Sirjaki/Assirjani fil-Pjanura ta' Nineveh u t-Turkmeni f'Tel Afar u f'partijiet tal-Provinċja ta' Kirkuk; jitlob ukoll biex jittieħdu miżuri ħalli jiġi ggarantit ir-ritorn sikur tar-rifuġjati spostati;

22.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Iraq biex, b'appoġġ mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, jipprovdi mezzi biex jitneħħew il-mini minn żoni li qabel kienu okkupati mill-ISIS/Da'esh u biex jaħdem f'kooperazzjoni mal-kunsilli lokali li jirrappreżentaw il-minoranzi bl-għan li jiżgura koordinazzjoni li tiffunzjona u jevita dewmien li jista' jfixkel ir-ritorn tar-rifuġjati u tal-persuni spostati f'pajjiżhom;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkompli ssir il-ġlieda biex l-ideoloġiji Iżlamisti-Ġiħadisti, inkluż is-Salafiżmu ġiħadista li jservi ta' instigazzjoni teoloġika u politika għad-delitti tal-ISIS/Da'esh, ma jkomplux jixterdu aktar fir-reġjun u lil hinn minnu, inkluż wara l-liberazzjoni ta' Mosul; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jirsistu biex jiġu riferuti lill-Qorti Kriminali Internazzjonali il-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità mwettqa fl-Iraq, fis-Sirja, fil-Libja u f'postijiet oħra mill-ISIS/Da'esh;

24.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0171.
(2) ĠU C 234, 28.6.2016, p. 25.
(3) ĠU C 310, 25.8.2016, p. 35.
(4) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 113.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0051.


Is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija
PDF 265kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija (2016/2935(RSP))
P8_TA(2016)0423RC-B8-1162/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Jannar 2015 dwar il-libertà tal-espressjoni fit-Turkija: l-arresti reċenti ta' ġurnalisti u ta' diriġenti tal-midja u l-pressjoni sistematika fuq il-midja(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016 dwar ir-rapport 2015 dwar it-Turkija(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar it-Turkija għall-2015 ippubblikat mill-Kummissjoni fl-10 ta' Novembru 2015 (SWD(2015)0216),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-16 ta' Lulju 2016 tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Turkija tat-18 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Lulju 2016 tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju Johannes Hahn dwar id-dikjarazzjoni tal-istat ta' emerġenza fit-Turkija,

–  wara li kkunsidra d-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli bejn l-UE u t-Turkija tad-9 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-fatt li r-rispett tal-istat tad-dritt, inkluża l-libertà tal-espressjoni, huwa fil-qalba tal-valuri tal-UE,

–  wara li kkunsidra d-dritt għal-libertà tal-espressjoni li jinsab minqux fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li t-Turkija hi Stat Parti tagħhom,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-Opinjoni dwar l-Artikoli 216, 299, 301 u 314 tal-Kodiċi Penali tat-Turkija, adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-106 sessjoni plenarja tagħha (Venezja, il-11 u t-12 ta' Marzu 2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi sar attentat ta' kolp ta' stat fit-Turkija fil-15 ta' Lulju 2016, li fih inqatlu aktar minn 250 ruħ u ndarbu aktar minn 2 100 ruħ;

B.  billi d-difiża tad-demokrazija, b'impenn sħiħ favur id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, hija importanti, bħalma hija importanti wkoll il-kooperazzjoni bejn l-UE, il-Kunsill tal-Ewropa u t-Turkija f'dan ir-rigward; billi t-Turkija hija sieħba ewlenija tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi, skont il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti u l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tat-Turkija, wara l-attentat ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016 il-pulizija Torka arrestat tal-anqas 99 ġurnalist u kittieb, li l-parti l-kbira minnhom għadhom sal-lum bla kap ta' akkuża formali, biex b'hekk l-għadd ta' ħaddiema tal-midja detenuti b'akkużi preżumibbilment relatati mal-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni min-naħa tagħhom laħaq tal-anqas 130, sal-20 ta' Ottubru 2016; billi 64 minn dawk il-ġurnalisti arrestati wara l-15 ta' Lulju 2016 inħelsu; billi l-ġurnalisti detenuti nċaħdilhom id-dritt ta' aċċess għal avukat u qed jinżammu f'kundizzjonijiet inumani li fihom qed jiġu mhedda u maltrattati; billi hemm allegazzjonijiet li Bilir Kaya u Inan Kizilkaya, il-koedituri kapijiet ta' Özgür Gündem, gazzetta ta' kuljum li ngħalqet, sfaw torturati fil-ħabs;

D.  billi r-restrizzjonijiet fuq il-midja u l-pressjoni fuq il-ġurnalisti diġà kienu konsiderevoli qabel il-kolp ta' stat fallut; billi, skont il-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ġurnalisti, l-awtoritajiet Torok, wara l-attentat ta' kolp ta' stat, għalqu l-uffiċċji ta' aktar minn 100 stabbiliment tax-xandir, gazzetta, rivista, pubblikatur u kumpanija ta' distribuzzjoni, hekk li aktar minn 2 300 ġurnalist u ħaddiem tal-midja sfaw bla xogħol; billi ġew revokati l-kredenzjali tal-istampa ta' mill-anqas 330 ġurnalist;

E.  billi fost il-ġurnalisti detenuti hemm, pereżempju, ir-rumanzier magħruf Asli Erdogan, li kien ukoll membru tal-Bord Konsultattiv u opinjonista tal-gazzetta ta' kuljum Kurda Özgür Gündem, illum magħluqa, l-akkademiku u opinjonista Mehmet Altan u ħuħ Ahmet Altan, kittieb u eks editur tal-gazzetta ta' kull ġimgħa Taraf;

F.  billi, skont l-organizzazzjoni Human Rights Watch, ħafna minn dawk l-azzjonijiet legali ttieħdu fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li dawk akkużati kienu ħadu sehem fl-attentat ta' kolp ta' stat fallut; billi d-dritt għal proċess ġust irid ikun żgurat, u billi l-mod kif is-sistema ġudizzjarja tittratta każijiet marbutin mal-midja juri nuqqas ta' imparzjalità u ta' indipendenza;

1.  Jikkundanna l-attentat ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016 fit-Turkija; jappoġġja l-istituzzjonijiet leġittimi tat-Turkija; jiddeplora l-għadd kbir ta' persuni maqtula u midruba; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi u mal-familji tagħhom;

2.  Jirrikonoxxi d-dritt u r-responsabbiltà tal-Gvern Tork li jirreaġixxi għall-attentat ta' kolp ta' stat; jenfasizza, madankollu, li l-attentat ta' kolp ta' stat militari fallut ma jistax jintuża bħala skuża mill-Gvern Tork biex joħnoq ulterjorment l-oppożizzjoni leġittima u paċifika u biex, permezz ta' azzjonijiet u miżuri sproporzjonati u illegali, iżomm lill-ġurnalisti u lill-midja milli jeżerċitaw b'mod paċifiku l-libertà tal-espressjoni;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok jeħilsu lil dawk il-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja li qed jinżammu mingħajr evidenza ċara ta' attività kriminali, inklużi ġurnalisti magħrufa bħal Nazli Ilicak, Sahin Alpay, Asli Erdogan, Murat Aksoy, Ahmet Altan u Mehmet Altan; jenfasizza li l-ġurnalisti m'għandhomx jiġu detenuti abbażi tal-kontenut tal-ġurnaliżmu tagħhom jew tal-affiljazzjonijiet allegati tagħhom, inkluż f'każijiet fejn isiru akkużi formali kontrihom, u jissottolinja l-ħtieġa li jkun żgurat li d-detenzjoni qabel proċess tibqa' eċċezzjoni;

4.  Ifakkar li stampa ħielsa u pluralistika hija komponent essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija, bħalma huma wkoll il-proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u l-indipendenza ġudizzjarja; ifakkar lill-awtoritajiet Torok li jeħtiġilhom jimxu bl-akbar attenzjoni meta jkunu qed jittrattaw mal-midja u mal-ġurnalisti, peress li l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja jibqgħu ċentrali għall-funzjonament ta' soċjetà demokratika u miftuħa;

5.  Jiddispjaċih għall-fatt li dispożizzjonijiet ta' emerġenza ntużaw ukoll biex jiffastidjaw lil membri tal-familja ta' ġurnalisti li ħarbu minn pajjiżhom jew li qed jistaħbew, inkluż bil-kanċellazzjoni tal-passaporti tagħhom jew bid-detenzjoni temporanja tagħhom minflok l-akkużati;

6.  Huwa mħasseb serjament dwar l-għeluq ta' aktar minn 150 stabbiliment tal-midja; jitlob li dawn jerġgħu jinfetħu, li jerġgħu jingħataw l-indipendenza tagħhom, u li l-impjegati mkeċċija tagħhom jerġgħu lura fil-karigi li kellhom bl-osservanza tal-proċeduri legali; jistieden lill-awtoritajiet Torok itemmu l-prattika tal-użu abbużiv ta' dispożizzjonijiet fil-kodiċi penali għall-ħatra ta' fiduċjarji f'organizzazzjonijiet tal-midja privati u jtemmu l-indħil eżekuttiv f'organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet indipendenti, inkluż fir-rigward ta' deċiżjonijiet editorjali, tkeċċijiet ta' ġurnalisti u edituri, u l-użu ta' pressjoni u intimidazzjoni kontra l-istabbilimenti tal-aħbarijiet u l-ġurnalisti kritiċi; jikkundanna t-tentattivi mill-awtoritajiet Torok biex jintimidaw lill-korrispondenti barranin u jkeċċuhom mill-pajjiż;

7.  Jistieden lill-Gvern tat-Turkija jċekken il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' emerġenza, b'tali mod li ma jkunux jistgħu jibqgħu jintużaw biex irażżnu l-libertà tal-espressjoni; jenfasizza li investigazzjonijiet relatati ma' involviment allegat fl-attentat ta' kolp ta' stat għandhom jitwettqu bi proċess ġust u imparzjali, u fuq il-bażi ta' evidenza konvinċenti u mhux fuq il-ħtija b'assoċjazzjoni, li tista' tirriżulta f'kastig kollettiv;

8.  Jenfasizza li t-Turkija qed tiffaċċja theddida reali mit-terroriżmu; itenni, madankollu, li l-leġiżlazzjoni Torka kontra t-terroriżmu, li hija definita b'mod wiesa', m'għandhiex tintuża biex tikkastiga lill-ġurnalisti talli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni; jitlob b'urġenza li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja ta' Marzu 2016 u r-riforma tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu;

9.  Jitlob li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri jkomplu jsegwu bir-reqqa l-implikazzjonijiet prattiċi tal-istat ta' emerġenza u jiżguraw li jsir monitoraġġ tal-proċessi kollha kontra l-ġurnalisti;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija.

(1) ĠU C 300, 18.8.2016, p. 45.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0133.


Is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni
PDF 296kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà u n-nukleari u n-nonproliferazzjoni (2016/2936(RSP))
P8_TA(2016)0424RC-B8-1122/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni (TNP) rigward l-istabbiliment ta' Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta' qerda massiva(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari(2),

–  wara li kkunsidra s-seminars tal-UE tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm u l-laqgħat regolari tal-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

–  wara li kkunsidra l-falliment tal-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2015 li tilħaq ftehim dwar dokument finali,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Disa' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet għat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (8079/15),

–  wara li kkunsidra d-dokumenti adottati fir-rebbiegħa tal-2016 matul is-Summit dwar is-Sigurtà Nukleari f'Washington,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2310 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-20 anniversarju tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Tbilisi tal-2016, li ġiet adottata b'kunsens mill-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 66/61 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari fir-reġjun tal-Lvant Nofsani,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/422/PESK tat-23 ta' Lulju 2012 li tappoġġja proċess li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi kollha l-oħra ta' distruzzjoni massiva fil-Lvant Nofsani(3),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/33 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar it-tkomplija tad-diżarm nukleari multilaterali, u r-rapport tal-Grupp ta' Ħidma miftuħ tan-NU (OEWG) lill-Assemblea Ġenerali tan-NU li ġie adottat fid-19 ta' Awwissu 2016 (A/71/371),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ambjent tas-sigurtà fid-dinja, u b'mod partikolari dak tal-UE mar għall-agħar b'mod kunsiderevoli, sar aktar fluwidu, aktar prekarju u inqas prevedibbli; billi jinnota li t-theddidiet huma ta' tip konvenzjonali, mhux konvenzjonali u ibridi, maħluqa kemm minn atturi reġjonali u globali statali kif ukoll dawk mhux statali;

B.  billi l-paċi, is-sigurtà u l-istabilità internazzjonali huma mhedda b'mod gravi minn żviluppi diversi, inkluż id-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-istati li għandhom l-armi nukleari bħall-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti, u l-Indja u l-Pakistan, u l-iżvilupp ulterjuri ta' kapaċitajiet nukleari mill-Korea ta' Fuq;

C.  billi l-proliferazzjoni ta' forom ta' armi ta' qerda massiva (AQM) bijoloġiċi u kimiċi qed tkun imminimizzata u mwaqqfa progressivament permezz tal-applikazzjoni internazzjonali effikaċi tal-projbizzjoni u tal-obbligi inklużi fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC) tal-1972 u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC); billi, madankollu, il-proliferazzjoni tal-AQM nukleari u l-mod kif jiġu fornuti jibqgħu kwistjoni ta' tħassib mill-aktar serja għall-komunità internazzjonali;

D.  billi minn Jannar 2016 disa' Stati – l-Istati Uniti, ir-Russja, ir-Renju Unit, Franza, iċ-Ċina, l-Indja, il-Pakistan, l-Iżrael u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) – kellhom total ta' madwar 15 395 arma nukleari, meta mqabbla ma' madwar 15 850 fl-2015;

E.  billi l-prijoritajiet jinkludu l-prevenzjoni ta' terroristi jew ta' stati oħrajn simili milli jiksbu jew jagħmlu użu minn armi nukleari, it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tal-arsenali nukleari kollha u l-progress lejn dinja mingħajr armi nukleari;

F.  billi f'ċerti reġjuni madwar id-dinja, jiġifieri fl-Amerika Latina u l-Karibew, in-Nofsinhar tal-Paċifiku, ix-Xlokk tal-Asja, l-Afrika u l-Asja Ċentrali, jeżistu diġà numru ta' trattati relatati ma' żoni ħielsa mill-armi nukleari;

G.  billi l-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2010 tixħet enfasi mġedda fuq l-impatt umanitarju tal-armi nukleari, suġġett li tressaq mill-Gvernijiet tan-Norveġja, il-Messiku u l-Awstrija permezz ta' konferenzi suċċessivi dwar l-impatt umanitarju tal-armi nukleari, u r-rapporti rispettivi tagħhom, kif ukoll l-Impenn Umanitarju Internazzjonali mnedi mill-Awstrija u ppreżentat waqt il-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2015, li ġie approvat minn 127 stat membru tan-NU;

H.  billi hemm ukoll il-ħtieġa li jissaħħu l-objettivi ta' nonproliferazzjoni u diżarm ewlenin tat-tliet pilastri tat-TNP, jiġifieri n-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kooperazzjoni dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari; billi l-istati li għandhom armi nukleari u li huma firmatarji tat-TNP qegħdin jimmodernizzaw u jsaħħu l-arsenali ta' armi nukleari tagħhom u qegħdin idewmu t-teħid ta' azzjoni biex inaqqsu u jeliminaw l-arsenali nukleari tagħhom u biex inaqqsu l-aderenza tagħhom għal duttrina militari ta' deterrent nukleari;

I.  billi sar progress formali fl-iżgurar ta' materjal fissili nukleari ċivili permezz tas-Summits ta' Sigurtà Nukleari, li twettqu permezz ta' proċess kumplimentari barra mit-TNP u kkontribwixxew għat-tisħiħ tat-TNP billi żiedu l-kredibilità tal-element ta' nonproliferazzjoni tiegħu, iżda fl-istess waqt l-attitudni reċenti tar-Russja u d-deterjorament tar-relazzjonijiet bejnha u l-Istati Uniti qed jheddu sforzi ulterjuri biex jiġu żgurati u mnaqqsa l-materjali fissili;

J.  billi l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari hija strument internazzjonali vinkolanti fil-qasam tal-protezzjoni fiżika tal-materjal nukleari li jistabbilixxi miżuri relatati mal-prevenzjoni, il-kxif u l-punizzjoni ta' reati relatati mal-materjal nukleari;

K.  billi r-Russja u l-Istati Uniti qed ikomplu jimplimentaw it-Trattat START il-ġdid, li se jiskadi fl-2021 sakemm ma jiġix estiż miż-żewġ partijiet; billi l-President tal-Istati Uniti Barack Obama, fid-diskors tiegħu fl-2013 f'Berlin, għamel proposta sinifikanti għat-tnaqqis tat-testati nukleari u li tenniha f'Washington fl-2016; billi dawn il-battuti inizjali għat-tnedija ta' negozjati dwar ftehim ta' segwitu għat-Trattat START il-ġdid ma ġewx reċiprokati mill-Federazzjoni Russa, u għalhekk ma ġie negozjat l-ebda segwitu għat-Trattat START il-ġdid biex jiġi indirizzat it-tnaqqis fl-armi nukleari mhux strateġiċi u strateġiċi bil-ħsieb li jiġu eliminati;

L.  billi l-isplużjonijiet tal-provi tal-armi nukleari u/jew kwalunkwe splużjoni nukleari oħra jirrappreżentaw theddida għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali, u jxekklu r-reġim tad-diżarm nukleari u n-nonproliferazzjoni globali; billi t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT) huwa l-aktar mod effettiv ta' projbizzjoni tal-provi tal-armi nukleari; billi s-sena 2016 tfakkar l-20 anniversarju mill-ftuħ għall-iffirmar tas-CTBT fl-24 ta' Settembru 1996;

M.  billi, minkejja l-isforzi kollha biex titlaqqa' l-Konferenza dwar l-istabbiliment ta' żona tal-Lvant Nofsani ħielsa mill-armi nukleari u l-armi l-oħrajn kollha ta' qerda massiva sa Diċembru 2012, skont il-ftehimiet ta' kunsens tal-Istati Kontraenti tat-TNP fil-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2010, din għadha ma seħħitx;

N.  billi l-Kunċett Strateġiku tan-NATO tal-2010 u r-Reviżjoni tal-Pożizzjoni ta' Difiża u Deterrenza tan-NATO tal-2012 jimpenjaw lin-NATO biex toħloq il-kundizzjonijiet għal dinja mingħajr armi nukleari; billi skont il-ftehimiet dwar il-kondiviżjoni nukleari u bilaterali tan-NATO, huwa stmat li bejn 150 u 200 bomba nukleari ta' medda qasira mingħajr gwida, li huma meqjusa bħala armi nukleari tattiċi jew substrategiċi, għadhom qed jiġu skjerati f'ħames stati tan-NATO li ma għandhomx armi nukleari (il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u t-Turkija), u billi dawn l-armi qed jiġu skjerati bi qbil mal-politiki attwali tan-NATO;

O.  billi s-sikurezza u s-sigurtà tal-armi nukleari tal-Istati Uniti skjerati fit-Turkija ġiet taħt attenzjoni akbar bħala konsegwenza tal-kunflitt armat fis-Sirja li qed iseħħ qrib tal-Bażi tal-Ajru ta' Inċirlik, u bħala konsegwenza tal-avvenimenti fi u madwar il-bażi tal-ajru ta' Inċirlik matul u wara l-kolp ta' stat fallut fil-15 ta' Lulju 2016;

P.  billi l-5 ta' Diċembru 2015 ifakkar l-20 anniversarju mill-iffirmar tal-Memorandum ta' Budapest; billi l-Ukrajna rrispettat id-dispożizzjonijiet kollha tagħha u ħadet pożizzjonijiet proattivi dwar il-kwistjonijiet tad-diżarm u n-nonproliferazzjoni nukleari, għall-kuntrarju tal-Federazzjoni Russa li kisret l-impenji tagħha billi okkupat parti mit-territorju tal-Ukrajna (il-Krimea) u billi nediet aggressjoni armata fil-Lvant tal-Ukrajna; billi dan ħoloq preċedent perikoluż, minħabba li stat li kien iggarantixxa s-sigurtà tal-Ukrajna b'reazzjoni għad-deċiżjoni ta' dak il-pajjiż li jissieħeb mat-TNP bħala stat mingħajr armi nukleari, kiser is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u dgħajjef il-kredibilità u wettaq ħsara b'mod ġenerali lill-istrument ta' assigurazzjonijiet negattivi tas-sigurtà pprovduti mill-istat li għandu armi nukleari, kif ukoll għamel ħsara lit-TNP u lill-idea ta' promozzjoni tad-diżarm u n-nonproliferazzjoni nukleari globali abbażi tad-dritt internazzjonali u tat-trattati multilaterali; jinsab estremament imħasseb bid-dikjarazzjoni ta' theddid ta' uffiċjali għoljin Russi dwar il-fatt li r-Russja għandha d-dritt li tiskjera u żżomm armi nukleari fil-Krimea, fatt li jista' jkollu konsegwenzi globali; jinsab imħasseb bid-duttrina militari Russa l-ġdida ta' Diċembru 2014 li tippermetti l-użu tal-armi nukleari kontra Stat li mhuwiex fil-pussess ta' tali armi;

Q.  billi r-Russja f'Kaliningrad skjerat missili ta' medda qasira Iskander li għandhom kapaċità nukleari, u qed twettaq eżerċizzji u titjiriet li jgħaddu minn fuq li jinvolvu sistemi ta' kapaċità nukleari, u billi dikjarazzjonijiet mit-tmexxija Russa dwar l-importanza tad-deterrent nukleari u d-deċiżjoni tar-Russja li tissospendi l-Ftehim dwar id-Dispożizzjoni u l-Ġestjoni tal-Plutonju konkluż mal-Istati Uniti fis-sena 2000, aggravaw it-tħassib dwar dipendenza akbar fuq armi nukleari mir-Russja;

R.  billi l-UE tiżvolġi rwol importanti bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt maqbul mal-Iran, kif ukoll minħabba r-rwol tagħha bħala membru sħiħ tal-Kummissjoni Konġunta li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-ftehim;

S.  billi fid-9 ta' Settembru 2016, ir-RDPK wettqet il-ħames prova nukleari tagħha ftit xhur biss wara l-prova tas-6 ta' Jannar 2016; billi din il-prova, li r-RDPK allegat li kienet "prova ta' bomba tal-idroġenu li rnexxiet", b'mod ċar tikser l-obbligi internazzjonali tagħha fl-ambitu tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u d-dikjarazzjoni ta' denuklearizzazzjoni inter-Koreana tal-1992, li tiddikjara li ż-żewġ pajjiżi tal-Korea mhux se jiżviluppaw jew iżommu armi nukleari; billi l-proliferazzjoni ta' kwalunkwe tip ta' AQM, u partikolarment l-armi nukleari u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom, jirrappreżentaw theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; billi r-RDPK ħabbret l-irtirar tagħha mit-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) fl-2003, u ilha twettaq provi nukleari sa mill-2006, u fl-2009 iddikjarat uffiċjalment li kienet żviluppat arma nukleari għal fini ta' deterrent, li jfisser li issa kibret it-theddida li tirrappreżenta r-RDPK għall-ġirien tagħha fil-Grigal tal-Asja u għall-paċi u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali;

T.  billi l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà tal-2003 iddikjarat li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva hi potenzjalment l-akbar theddida għas-sigurtà tagħna, inkluża l-possibbiltà ta' tellieqa għall-AQM, u billi l-UE hi impenjata biex tikseb aderenza universali mas-sistemi ta' trattati multilaterali, u kif ukoll biex issaħħaħ it-trattati u d-dispożizzjonijiet ta' verifika tagħhom; billi l-Istrateġija Globali tal-2016 tal-UE tħalli barra kwalunkwe diskors dwar l-AQM, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi;

U.  billi l-UE, sfortunatament, fit-tħejjija għall-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni (TNP), ma setgħetx taqbel dwar pożizzjoni konġunta dwar id-diżarm nukleari, filwaqt li rrikonoxxiet għall-ewwel darba li kienu espressi "fehmiet differenti" dwar il-konsegwenzi tal-armi nukleari; billi l-konferenza ma rnexxilhiex tadotta dokument finali minħabba nuqqas ta' qbil dwar sforzi reġjonali li jridu jsiru biex tinħoloq żona ħielsa mill-AQM fil-Lvant Nofsani;

V.  billi l-UE impenjat ruħha biex tagħmel użu mill-istrumenti kollha xierqa għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, fejn possibbli, telimina l-programmi ta' proliferazzjoni li qed joħolqu tħassib fil-livell globali, kif espress b'mod ċar fl-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u billi l-UE żgurat kooperazzjoni iktar fil-fond ta' think tanks Ewropej kontra l-proliferazzjoni bħala parti mill-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni;

W.  billi huwa importanti li l-involviment tas-soċjetà ċivili f' dan il-proċess internazzjonali jiġi appoġġjat u msaħħaħ b'mod trasparenti;

1.  Jesprimi tħassib kbir dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà madwar l-Unjoni Ewropea u lil hinn mill-viċinat tagħha, li jista' jwassal biex l-armi nukleari jerġgħu jintużaw bħala deterrent attiv u dwar il-proliferazzjoni possibbli fost l-atturi statali u mhux statali, u dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' miżuri ta' diżarm u nonproliferazzjoni;

2.  Jitlob lill-istati kollha li għandhom armi nukleari biex jieħdu miżuri provviżorji konkreti ħalli jnaqqsu r-riskju ta' splużjonijiet ta' armi nukleari, inkluż it-tnaqqis tal-istatus operazzjonali tal-armi nukleari kif ukoll sabiex l-armi nukleari jitneħħew mill-istadju ta' mobilizzazzjoni u jinħażnu, filwaqt li jnaqqsu r-rwol tal-armi nukleari fid-duttrini militari u jirriduċu fil-pront kull tip ta' armi nukleari;

3.  Jesprimi tħassib serju dwar il-ksur potenzjali tat-Trattat dwar Forzi Nukleari ta' Medda Medja (INF);

4.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda fit-theddid nukleari minħabba l-attitudni Russa, b'implikazzjonijiet għas-sigurtà, l-istabilità u l-prevedibilità f'livell globali, u dwar ir-relazzjoni man-NATO li sejra għall-agħar, inkluż il-ksur potenzjali tat-Trattat dwar il-Forzi Nukleari ta' Medda Medja (INF), kif ukoll stqarrijiet li jindikaw li hija dejjem aktar lesta li tuża l-armi nukleari u li qed tikkunsidra li potenzjalment tibgħat armi nukleari f'territorji oħra fl-Ewropa; jiġbed l-attenzjoni għall-eżerċizzji militari Russi li jissimulaw l-użu ta' armi nukleari kontra l-Polonja, u jesprimi tħassib kbir rigward il-fatt li r-Russja bagħtet sistemi missilistiċi Iskander b'kapaċità nukleari f'Kaliningrad Oblast, li għandha fruntieri mal-Polonja u l-Litwanja, żewġ Stati Membri tal-UE; ifakkar li l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ddeċidiet, f'opinjoni ta' konsulenza tagħha tal-1996 li, skont id-dritt internazzjonali attwali, hija ma setgħetx "tilħaq konklużjoni definittiva dwar il-legalità jew l-illegalità tal-użu ta' armi nukleari minn Stat f'ċirkostanza estrema ta' awtodifiża";

5.  Jappoġġja s-Summit dwar is-Sigurtà Nukleari tal-2016, filwaqt li jirrikonoxxi li l-kummerċ mhux awtorizzat u l-użu ta' materjal nukleari huwa theddida immedjata u serja għas-sigurtà globali, u jittama li tintlaħaq sistema kompleta ta' traċċar li fiha jkun fiżikament żgurat il-materjal kollu li jista' jintuża għall-armi;

6.  Jilqa' t-tlestija tal-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma miftuħ tan-NU (OEWG) li indirizza negozjati ta' diżarm nukleari multilaterali, skont ir-Riżoluzzjoni 70/33 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; jilqa' r-rakkomandazzjoni lill-Assemblea Ġenerali tan-NU li tinsab fir-rapport finali tal-OEWG (A/71/371) u li ġiet adottata b'appoġġ wiesa' fid-19 ta' Awwissu 2016, biex tlaqqa' konferenza fl-2017, miftuħa għall-Istati kollha, sabiex jiġi negozjat strument legalment vinkolanti li jipprojbixxi l-armi nukleari u li jwassal għall-eliminazzjoni totali tagħhom; jirrikonoxxi li dan ser isaħħaħ l-objettivi tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm u tal-obbligi inklużi fit-TNP kif ukoll jgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal sigurtà globali u għal dinja mingħajr armi nukleari;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw it-tlaqqigħ ta' din il-konferenza fl-2017 u biex jipparteċipaw b'mod kostruttiv fil-proċedimenti tagħha, u jistieden lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli Federica Mogherini u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jikkontribwixxu b'mod kostruttiv għall-proċedimenti tal-konferenza ta' negozjati tal-2017;

8.  Ifakkar l-20 anniversarju mill-ftuħ għall-iffirmar tas-CTBT fl-24 ta' Settembru 1996, u jissottolinja li trattat ta' projbizzjoni ta' provi realment verifikabbli b'mod universali u internazzjonali hu l-aktar mod effettiv ta' projbizzjoni ta' splużjonijiet waqt provi ta' armi nukleari u ta' kwalunkwe splużjoni nukleari oħra;

9.  Iħeġġeġ lill-istati li fadal, elenkati fl-Anness II għas-CTBT, li teħtieġ ir-ratifika tagħhom għad-dħul fis-seħħ tiegħu, biex jiffirmaw u/jew jirratifikaw it-Trattat b'sens ġdid ta' urġenza bil-għan li dan l-istrument internazzjonali kruċjali jkollu effett ġuridiku sħiħ mingħajr aktar dewmien; jilqa' f'dan ir-rigward l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tar-Riżoluzzjoni 2310 (2016);

10.  Jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-progress sinifikanti li sar mill-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBTO) fl-ikkompletar u l-operat tas-Sistema ta' Monitoraġġ Internazzjonali effettiva tagħha, li, anke mingħajr id-dħul fis-seħħ tat-Trattat, qed tikkontribwixxi għall-istabilità reġjonali bħala miżura sinifikanti ta' bini ta' fiduċja, issaħħaħ is-sistema ta' nonproliferazzjoni u diżarm u twassal benefiċċji ċivili u xjentifiċi addizzjonali għall-istati; jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li biex jitkompla l-operat tas-sistema ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO se tkompli sserraħ fuq il-kontribuzzjonijiet ta' finanzjament tal-Istati;

11.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja t-tama għall-kuntrarju, l-armi nukleari qed jirritornaw għall-ippjanar strateġiku tal-istati li għandhom armi nukleari; jitlob li jkun hemm approfondiment tad-djalogu mal-istati kollha li għandhom l-armi nukleari bil-ħsieb li tiġi segwita aġenda komuni li jkollha l-għan li tnaqqas progressivament il-ħażna ta' testati nukleari; jappoġġja, b'mod partikolari, il-miżuri meħuda mill-Istati Uniti u r-Russja biex inaqqsu l-armi nukleari skjerati tagħhom kif miftiehem fit-Trattat START il-ġdid;

12.  Jiddeplora l-assenza, minn meta daħal fis-seħħ l-iSTART il-ġdid fl-2011, ta' negozjar ulterjuri dwar it-tnaqqis meħtieġ b'mod urġenti ta' testati nukleari skjerati u maħżuna, inkluż, kif miftiehem minn qabel mill-Istati Uniti u r-Russja, ta' miżuri li jnaqqsu u jeliminaw armi nukleari ta' medda qasira u tattiċi meqjusa bħala armi nukleari substrateġici jew mhux strateġiċi;

13.  Jirrikonoxxi li t-tneħħija reċiproka u simultanja ta' testati ta' armi nukleari ta' medda qasira, tattiċi u dawk maħsuba bħala substrateġiċi mit-territorju Ewropew tista' tikkontribwixxi b'mod pożittiv biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-bini ta' żoni ħielsa minn aktar armamenti nukleari, u b'hekk jingħata kontribut biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta' nonproliferazzjoni u diżarm li hemm fit-TPN u, fl-istess waqt, dan iservi ta' preċedent għal diżarm nukleari ulterjuri;

14.  Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti żoni ħielsa mill-armi nukleari bħala pass pożittiv lejn dinja ħielsa mill-armi nukleari; hu tal-fehma, f'dan ir-rigward, li żona ħielsa mill-armi nukleari fil-Lvant Nofsani, abbażi ta' arranġamenti milħuqa b'mod liberu, tkun ta' importanza fundamentali biex tinkiseb paċi dejjiema u komprensiva fir-reġjun; jesprimi, f'dan il-kuntest, diżappunt serju dwar il-fatt li ma nżammitx il-konferenza fl-2012 mitluba mit-TNP dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-AQM fil-Lvant Nofsani;

15.  Jappoġġja aktar sforzi biex jissaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), inklużi l-ġeneralizzazzjoni tal-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet dwar is-Salvagwardji tal-IAEA u passi oħra mfasslin biex jiżviluppaw miżuri li jibnu l-fiduċja; ifittex li jiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għal din l-organizzazzjoni sabiex tkun tista' taqdi l-mandat kruċjali tagħha biex l-attivitajiet nukleari jsiru sikuri; jitlob li jsir progress fil-Kumitat Preparatorju tat-TNP tal-2017 li jmiss u l-Konferenza ta' Livell Għoli dwar id-Diżarm Nukleari tal-2018;

16.  Jilqa' l-ftehim bejn is-setgħat P5+1 u l-Iran dwar l-ambizzjonijiet nukleari ta' dan tal-aħħar u jinkoraġġixxi t-tkomplija tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ naħat sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK); jemmen li l-PAKK, magħruf ukoll bħala l-Ftehim Nukleari mal-Iran, kien riżultat notevoli għad-diplomazija multilaterali, u partikolarment għad-diplomazija Ewropea, li għandu jippermetti mhux biss titjib sostanzjali fir-relazzjonijiet UE-Iran, iżda wkoll il-promozzjoni tal-istabilità fir-reġjun kollu kemm hu; jemmen li issa l-partijiet kollha huma responsabbli biex jiżguraw implimentazzjoni rigoruża u sħiħa tiegħu; jilqa' favorevolment it-twaqqif tal-Kummissjoni Konġunta, komposta minn rappreżentanti tal-Iran u tal-grupp E3/UE+3 (iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Itati Uniti u l-VP / RGħ); jappoġġja bis-sħiħ lill-VP / RGħ fir-rwol tagħha ta' koordinatur tal-Kummissjoni Konġunta fl-ambitu tal-PAKK, u jemmen li l-implimentazzjoni rigoruża u sħiħa tal-PAKK tibqa' ta' importanza enormi;

17.  Jikkundanna l-aħħar provi nukleari li saru mir-RDPK u r-rifjut minn dak il-pajjiż li jaċċetta diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-aktar waħda reċenti tat-2 ta' Marzu 2016 (2070); iħeġġeġ lir-RDPK żżomm lura minn azzjonijiet provokattivi ulterjuri billi tabbanduna l-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi tagħha b'mod komplet, verifikabbli u irreversibbli, twaqqaf l-attivitajiet relatati kollha u tikkonforma immedjatament mal-obbligi internazzjonali kollha tagħha, inklużi r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tal-Bord ta' Gvernaturi tal-IAEA kif ukoll ta' normi oħra internazzjonali tad-diżarm u n-nonproliferazzjoni u terġa' lura għall-mejda tan-negozjati; jistieden lir-RDPK tiffirma u tirratifika t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari mingħajr dewmien; jafferma x-xewqa tiegħu dwar soluzzjoni diplomatika u politika għall-kwistjoni nukleari tar-RDPK u jappoġġja t-tkomplija tat-Taħdidiet tas-Sitt Partijiet; iħeġġeġ liċ-Ċina tagħmel iktar pressjoni fuq ir-RDPK;

18.  Jilqa' l-inklużjoni ta' klawsoli dwar in-nonproliferazzjoni tal-AQM fil-ftehimiet tal-UE ma' pajjiżi terzi u fil-pjanijiet ta' azzjoni; jirrimarka li miżuri bħal dawn għandhom jiġu implimentati mill-pajjiżi kollha sħab tal-UE mingħajr eċċezzjoni;

19.  Jilqa' l-preżentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE u jħeġġeġ lis-SEAE biex, bħala miżura ta' segwitu, jaġġorna u jespandi l-Istrateġija tal-UE tal-2003 kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u l-Linji ta' Azzjoni Ġodda tal-2009, filwaqt li jqis il-kwistjonijiet u l-problemi deskritti hawn fuq, bil-ħsieb li jagħmel l-UE forza li tixpruna t-tisħiħ u l-progress fi ftehimiet multilaterali ta' diżarm nukleari u nonproliferazzjoni;

20.  Jilqa' l-impenji regolari rigward dawn it-temi permezz tal-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni u ma' organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u think tanks, u jistieden lill-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni, immexxi mill-Konsulent Prinċipali tal-UE u Mibgħut Speċjali għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm, biex iwessa' l-aġenda tiegħu u jinkludi kunsiderazzjonijiet ta' diżarm;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istati Membri, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għall-Affarijiet tad-Diżarm, lill-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari u lid-Direttur Ġenerali tal-IAEA u lill-parlamenti tal-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(1) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 97.
(2) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 77.
(3) ĠU L 196, 24.7.2012, p. 67.


Is-Servizz Volontarju Ewropew
PDF 274kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-Servizz Volontarju Ewropew u l-promozzjoni tal-volontarjat fl-Ewropa (2016/2872(RSP))
P8_TA(2016)0425RC-B8-1126/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta' Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011)(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu "Komunikazzjoni dwar il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali" (COM(2011)0568),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Politika għall-Volontarjat fl-Ewropa tal-Alleanza tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-volontarjat u l-attivitajiet tal-volontarjat fl-Ewropa(3),

–  wara li kkunsidra d-definizzjoni ta' xogħol volontarju proposta mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fil-Manwal tagħha dwar il-Kejl tax-Xogħol Volontarju (2011);

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar ir-rikonoxximent u l-promozzjoni fl-UE tal-ħidmiet volontarji transkonfinali(4),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar ir-rwol tal-volontarjat fil-kontribuzzjoni għal koeżjoni ekonomika u soċjali(5),

–  wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet u r-Responsabilitajiet tal-Voluntiera(6),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-volontarjat u s-Servizz Volontarju Ewropew (O-000107/2016 – B8-1803/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi jfakkar li fl-2016 is-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) jiċċelebra l-20 anniversarju tiegħu u li matul dawk l-20 sena ġew appoġġjati 100 000 voluntier;

B.  billi jenfasizza li s-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011, appoġġjata b'qawwa mill-Parlament Ewropew, tirrapreżenta opportunità politika ewlenija biex jiġi enfasizzat il-valur miżjud tal-volontarjat fl-Ewropa u li issa, ħames snin wara, il-Parlament Ewropew għandu jirrifletti fuq l-impatt li s-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 kellha f'termini ta' valur miżjud fuq l-iżvilupp tal-politika u fuq kif il-volontarjat huwa inkorporat fil-programmi Ewropej ewlenin, bħall-Erasmus+ u s-Servizz Volontarju Ewropew tiegħu;

C.  billi jfakkar li s-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 pprovdiet l-impetu u l-qafas għall-istabbiliment u/jew għar-reviżjoni ta' ħafna oqfsa nazzjonali u ġuridiċi għall-volontarjat fl-Ewropa kollha; billi jenfasizza, madankollu, li l-Ewropa għad m'għandhiex politika tal-volontarjat ikkoordinata b'punt ta' kuntatt waħdieni fl-istituzzjonijiet tal-UE;

D.  billi jfakkar li l-volontarjat jitwettaq permezz tar-rieda ħielsa, l-għażla u l-motivazzjoni ta' persuna, mingħajr ma din tfittex li tagħmel xi gwadann finanzjarju; billi jenfasizza li l-volontarjat jista' jiġi definit bħala vjaġġ ta' solidarjetà u billi dan huwa mezz kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u t-tħassib umani, soċjali u ambjentali;

E.  billi l-volontarjat huwa aspett ewlieni taċ-ċittadinanza attiva u tad-demokrazija, kif ukoll tat-taħriġ personali, billi jinkorpora valuri Ewropej bħas-solidarjetà u n-nondiskriminazzjoni, u billi dan jgħin ukoll biex titrawwem id-demokrazija parteċipattiva u jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem fl-UE u lil hinn minnha;

F.  billi jenfasizza li l-volontarjat għandu valur u importanza bħala wieħed mill-aktar espressjonijiet viżibbli ta' solidarjetà, li jippromwovi u jiffaċilita l-inklużjoni soċjali, jibni l-kapital soċjali u jipproduċi effett trasformattiv fuq is-soċjetà, u billi l-volontarjat jikkontribwixxi kemm għall-iżvilupp ta' soċjetà ċivili prosperuża, li tista' toffri soluzzjonijiet kreattivi u innovattivi għall-isfidi komuni, kif ukoll għal tkabbir ekonomiku, u li bħala tali jistħoqlu li jitkejjel b'mod speċifiku u mmirat f'termini ta' kapital kemm ekonomiku kif ukoll soċjali;

G.  billi jfakkar li ambjent ta' appoġġ huwa essenzjali biex ikun żgurat l-involviment ta' aktar ċittadini Ewropej fil-volontarjat, u b'hekk ikun garantit għoti ġust ta' fondi għall-infrastruttura tal-volontarjat, inklużi l-organizzazzjonijiet li jinvolvu l-voluntiera, għall-benefiċċju tal-voluntiera nnifishom u tal-attivitajiet tagħhom;

H.  billi jenfasizza li l-volontarjat jeħtieġ taħlita ta' mekkaniżmi ta' appoġġ u/jew strutturi organizzattivi xierqa li jidentifikaw d-drittijiet u r-responsabilitajiet tal-voluntiera u l-volontarjat;

I.  billi jenfasizza li kull persuna hija intitolata għal aċċess ugwali għal opportunitajiet tal-volontarjat u għal protezzjoni kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, u kulħadd għandu jingħata d-dritt li jirrikonċilja l-attività tiegħu ta' volontarjat mal-ħajja privata u tax-xogħol tiegħu, biex ikun jista' jinkiseb ċertu ammont ta' flessibilità matul l-attività tal-volontarjat;

J.  billi jenfasizza li r-rikonoxximent tal-valur soċjali u ekonomiku tal-volontarjat huwa wkoll kruċjali biex jitħeġġu inċentivi xierqa għall-partijiet interessati kollha u b'hekk jiżdiedu l-kwantità, il-kwalità u l-impatt tal-volontarjat;

K.  billi jfakkar fil-kompetizzjoni għall-Belt Kapitali Ewropea għall-Volontarjat li tirrikonoxxi l-kisbiet tal-muniċipalitajiet fl-Ewropa kollha billi tagħraf u tappoġġja l-isforzi tal-voluntiera fiż-żoni tagħhom;

L.  billi jenfasizza li l-Programm ġdid Erasmus+ għadu joffri opportunitajiet ta' għoti ta' fondi u ta' appoġġ għall-proġetti ta' volontarjat, partikolarment permezz tal-Programm tas-SVE, u billi l-programm Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tnieda mid-DĠ ECHO biex jipprovdi appoġġ prattiku għall-proġetti ta' għajnuna umanitarja; billi jirrikonoxxi li fil-QFP 2020–2014 il-ġdid tal-UE hemm prevista l-allokazzjoni ta' ċerti fondi tal-UE għall-volontarjat billi partikolarment il-Programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", li bħalissa huwa ġestit minn DĠ HOME, żamm il-volontarjat bħala prijorità; billi jinnota, madankollu, li l-aċċess għall-organizzazzjonijiet volontarji għal fondi oħra tal-UE, bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, għadu ferm limitat;

M.  billi jfakkar li r-reazzjoni tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati tal-lum hija eżempju relevanti, u simbolu ċar, tal-importanza tal-voluntiera u l-mod kif dawn jinkorporaw il-valuri Ewropej, jikkontribwixxu għar-reżiljenza u huma disponibbli li jipprovdu soluzzjonijiet flessibbli u prammatiċi għall-isfidi komuni;

1.  Jirrikonoxxi li l-volontarjat huwa espressjoni ta' solidarjetà, libertà u responsabilità li tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' ċittadinanza attiva u għall-iżvilupp uman personali, u li huwa għodda essenzjali kemm għall-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali kif ukoll għat-taħriġ, l-edukazzjoni u d-djalogu interkulturali, filwaqt li jagħti kontribut importanti biex jinxterdu l-valuri Ewropej; jenfasizza li l-benefiċċji tiegħu huma rikonoxxuti wkoll fix-xogħol tal-volontarjat imwettaq ma' pajjiżi terzi bħala għodda strateġika li trawwem fehim reċiproku u relazzjonijiet interkulturali;

2.  Jenfasizza l-importanza li jiġi pprovdut qafas Ewropew għall-azzjonijiet ta' volontarjat li jidentifika drittijiet u responsabilitajiet, u jiffaċilita l-mobilità u r-rikonoxximent tal-ħiliet; iħeġġeġ lill-Istati Membri li għad iridu jiddefinixxu ambjent ġuridiku għall-voluntiera biex jużaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenda Politika għall-Volontarjat fl-Ewropa u tal-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet u r-Responsabilitajiet tal-Voluntiera;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw proċessi konkreti ta' validazzjoni fil-qafas tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2012 sabiex ikunu żgurati fehim aħjar u l-komparabilità tal-ħiliet u l-esperjenzi; jitlob li kwalunkwe inizjattiva futura b'rabta mal-Passaport Ewropew tal-Ħiliet u l-Europass tagħti aktar rilevanza lill-volontarjat bħala tagħlim informali u mhux formali; ifakkar li l-volontarjat jgħin lin-nies jiksbu ħiliet u kompetenzi li jistgħu jiffaċilitawlhom l-aċċess għas-suq tax-xogħol; jissottolinja li l-voluntiera m'għandhom qatt jitqiesu jew jintużaw bħala forza tax-xogħol supplenti;

4.  Jinnota li fl-Ewropa kważi 100 miljun ċittadin ta' kull età huma voluntiera li x-xogħol tagħhom jikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' madwar 5 % tal-PDG; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-valur ekonomiku tal-prodotti u s-servizzi pprovduti mill-voluntiera permezz ta' tfassil tal-politika iffokat aktar fuq il-voluntiera;

5.  Jissuġġerixxi li l-idea li l-ħin iddedikat għall-volontarjat isir eliġibbli bħala kofinanzjament għall-għotjiet tal-UE, kif ipproponiet dan l-aħħar il-Kummissjoni fil-proposta dwar Regolament Finanzjarju ġdid, għandha tiġi appoġġjata u implimentata;

6.  Jistieden lill-Eurostat jappoġġja lill-Istati Membri f'dan l-eżerċizzju sabiex ikun żgurat li jinġabru data komparattivi fl-Ewropa, kif ukoll li jiġu żviluppati indikaturi u metodoloġiji komuni fl-UE kollha għat-tkejjil tal-impatt ekonomiku tal-volontarjat; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw is-sistema żviluppata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol għat-tkejjil tal-valur ekonomiku tal-volontarjat;

7.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan, biex jistabbilixxu skemi nazzjonali għas-servizz volontarju mogħnija b'fondi adegwati, u biex itejbu l-aċċess għal informazzjoni ta' kwalità dwar l-opportunitajiet ta' volontarjat fil-livell nazzjonali u lokali, b'mod partikolari permezz tan-netwerks eżistenti ta' informazzjoni u ta' informazzjoni bejn il-pari, u biex joħolqu ċentri nazzjonali ta' servizzi ċivili, u dan bl-istess mod jippromwovi l-opportunitajiet ta' volontarjat internazzjonali mal-persuni ta' kull età;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp ta' politika Ewropea għall-volontarjat aktar ikkordinata, bil-ħsieb li jiġi stabbilit punt uniku ta' kuntatt fil-Kummissjoni li jġib flimkien l-inizjattivi u l-programmi individwali u jtejjeb l-aċċess għall-programmi ta' volontarjat;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju dwar l-iskemi nazzjonali ta' servizz volontarju, kif ukoll s-servizz ċiviku u l-korp ta' solidarjetà u l-ambjent eżistenti għall-voluntiera potenzjali fl-Istati Membri, sabiex jiġu ffaċilitati l-fehim reċiproku u t-tixrid tal-prattiki tajba, u l-possibilità li jiġi stabbilit Servizz Ċiviku Ewropew li jikkumplimenta l-opportunitajiet eżistenti ta' volontarjat, u dan kollu sabiex titrawwem iċ-ċittadinanza Ewropea;

10.  Jieħu att tal-idea tal-Kummissjoni li toħloq inizjattiva ġdida Ewropea ta' volontarjat taż-żgħażagħ, magħrufa bħala l-Korp ta' Solidarjetà tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-valur miżjud ta' din l-inizjattiva biex tassisti l-ħidma li diġà twettqet mis-soċjetà ċivili u biex tiżgura li l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera jiġu inklużi fit-tfassil tagħha; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tagħha ma tippreġudikax il-baġits diġà allokati lil programmi oħra;

11.  Jappoġġja lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fiċ-ċelebrazzjoni tal-20 anniversarju tas-SVE; jinsisti li l-programm tas-SVE jibbenefika lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet involuti, kif ukoll lis-soċjetà kollha kemm hi, u li s-SVE għandu jsaħħaħ id-dimensjoni tal-impenn ċiviku tal-programm Erasmus+; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tas-SVE għaż-żgħażagħ kollha, speċjalment dawk li għadhom mhumiex interessati fil-volontarjat u l-mobilità, u b'hekk jinħolqu l-motivazzjoni u l-bidliet fl-attitudni, mingħajr ma jiġu esklużi l-ġenerazzjonijiet aktar anzjani, peress li dawn għandhom kontribut importanti x'jagħtu, pereżempju bħala mentors;

12.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu s-SVE fis-sistemi edukattivi u akkademiċi tagħhom bħala għodda għat-tixrid tal-edukazzjoni dwar is-solidarjetà u l-involviment ċiviku fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa;

13.  Ifakkar li s-SVE għandu jkun ibbażat fuq offerti ta' volontarjat ta' kwalità u jsegwi l-Karta tal-Volontarjat u l-prinċipji tal-Karta ta' Kwalità dwar il-Mobilità għat-Tagħlim, u li s-SVE għandu jkun imsejjes fuq struttura li tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-volontarjat isiru organizzazzjonijiet ospitanti, biex b'hekk jingħataw fondi u taħriġ adegwati, filwaqt li jissaħħaħ ir-rwol tal-organizzazzjonijiet koordinaturi li jappoġġjaw għadd kbir ta' organizzazzjonijiet ospitanti, pereżempju f'dak li jikkonċerna l-amministrazzjoni u t-taħriġ;

14.  Ifakkar li s-SVE għandu jippermetti aċċess rapidu u faċli għall-programm, u għaldaqstant jitlob simplifikazzjoni tas-sistema ta' applikazzjoni attwali;

15.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu s-segwitu u d-dimensjoni lokali wara esperjenza ta' volontarjat barra mill-pajjiż billi jingħata appoġġ mhux biss qabel it-tluq iżda wkoll mal-wasla fil-forma ta' taħriġ ta' postorjentazzjoni u postintegrazzjoni;

16.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jagħmlu disponibbli fondi adegwati, jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u jipprovdu inċentivi fiskali għall-organizzazzjonijiet u n-netwerks tal-voluntiera, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet żgħar b'riżorsi limitati;

17.  Jinsisti li għandu jiġi pprovdut mentorship ta' kwalità tul il-proċess permezz ta' ġestjoni responsabbli tal-voluntiera u billi l-voluntiera jsiru konxji tar-responsabilità tagħhom stess lejn l-organizzazzjoni u l-Komunità;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb u tagħti forma ġdida lill-istrateġija tal-komunikazzjoni dwar is-SVE billi tenfasizza l-valur soċjali, ċiviku u uman tal-volontarjat;

19.  Jenfasizza r-rwol tat-tixjiħ attiv fil-volontarjat u jsaħħaħ ir-rwol taċ-ċittadini kemm żgħażagħ kif ukoll anzjani fl-involviment ċiviku fl-Ewropa billi wieħed ikompli jibni fuq l-impetu tas-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta' Volontarjat (2011) u s-Sena Ewropea tat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (2012);

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 17, 22.1.2010, p. 43.
(2) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0549.
(4) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 14.
(5) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 9.
(6) http://ec.europa.eu/citizenship/pdf/volunteering_charter_en.pdf


L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2013-2015
PDF 449kWORD 66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar il-valutazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2013-2015 (2015/2351(INI))
P8_TA(2016)0426A8-0250/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l-Artikoli 14, 15, 21, 24 u 32 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018(2) u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għal-2014-2015(3),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 biex tinħoloq Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020")(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja(8),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, adottata fil-laqgħa informali tal-ministri għall-edukazzjoni tal-UE fis-17 ta' Marzu 2015 f'Pariġi,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018), adottat mill-Kunsill fit-23 ta' Novembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 intitolata "L-Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018)" (COM(2015)0429) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Riżultati tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ b'fokus speċjali fuq it-tieni ċiklu (2013-2015)" (SWD(2015)0168) u "Is-Sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-UE" (SWD(2015)0169),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2015 intitolata "Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (ET2020) - Prijoritajiet Ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ" (COM(2015)0408),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2010-2012(9) u tat-18 ta' Mejju 2010 dwar Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ - Investiment u Responsabbilizzazzjoni(10),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE(14),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Parallel (Shadow Report) dwar il-Politika dwar iż-Żgħażagħ ippubblikat mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, (A8-0250/2016),

A.  billi ż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti b'mod attiv fl-ippjanar, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki kollha relatati maż-żgħażagħ;

B.  billi ż-żgħażagħ għandhom jiġu megħjuna u mogħtija s-setgħa sabiex jindirizzaw il-problemi tassew serji li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bħalissa u biex jittrattaw l-isfidi li se jħabbtu wiċċhom magħhom fil-futur permezz ta' politiki taż-żgħażagħ iktar rilevanti, effettivi u kkoordinati aħjar u użu mmirat tar-riżorsi tal-politiki ekonomiċi, tal-impjieg u soċjali fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE;

C.  billi hemm bżonn li jissaħħu l-integrazzjoni sistematika tal-politika taż-żgħażagħ, il-kooperazzjoni transettorjali, l-azzjoni soċjali fi ħdan l-UE u s-sinerġija bejn l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u strateġiji Ewropej oħra bħal dawk relatati mal-edukazzjoni, it-taħriġ, is-saħħa u l-impjieg, sabiex jiġi garantit li t-tfassil tal-politika, kemm attwalment kif ukoll fil-futur, jindirizza b'mod effettiv is-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg severi, u billi f'dan ir-rigward il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika hi kruċjali;

D.  billi l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni huwa applikat fil-qasam taż-żgħażagħ, imnebbaħ mill-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-impjieg;

E.  billi wieħed mill-objettivi stabbiliti għall-programm Erasmus+ huwa li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018); billi f'dan ir-rigward jeħtieġ jiġu żgurati kemm l-aċċess għall-għotjiet għal proġetti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ taħt il-programm Erasmus+ imġedded kif ukoll it-tneħħija tal-ostakli għall-eliġibbiltà ta' proġetti żgħar;

F.  billi l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018) għandha tmien oqsma ta' azzjoni ewlenin li fihom għandhom jittieħdu l-inizjattivi - l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjieg u l-intraprenditorija, is-saħħa u l-benesseri, il-parteċipazzjoni, l-attivitajiet volontarji, l-inklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ u d-dinja kif ukoll il-kreattività u l-kultura;

G.  billi t-tielet u l-aħħar ċiklu bbażat fuq tliet snin tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018) sejjer jipprijoritizza l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha, speċjalment dawk li jkunu ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, il-parteċipazzjoni aktar b'saħħitha fil-ħajja demokratika u f'dik ċivika u t-tranżizzjoni aktar faċli lejn is-suq tax-xogħol;

H.  billi l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018) tenfasizza l-ħtieġa għal djalogu strutturat u kontinwu bejn dawk li jfasslu l-politika u ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; jinnota madankollu li 57 % tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-UE jqisu li l-għarfien espert taż-żgħażagħ ma jitqiesx fit-tfassil tal-politiki dwar iż-żgħażagħ;

I.  billi l-politika dwar iż-żgħażagħ għandha tkun ibbażata fuq id-drittijiet u għandha tappoġġa l-iżvilupp taż-żgħażagħ kollha, filwaqt li tiżgura t-twettiq tad-drittijiet u tal-potenzjal taż-żgħażagħ, filwaqt li tevita l-istigmatizzazzjoni ta' gruppi speċifiċi;

J.  billi huwa importanti li jiġi enfasizzat li ż-żgħażagħ huma politikament involuti f'ħafna modi, iżda l-parteċipazzjoni tagħhom fl-elezzjonijiet qed tonqos;

K.  billi huwa importanti li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha jkollhom aċċess għall-edukazzjoni ta' kwalità - kemm formali kif ukoll mhux formali - u t-taħriġ, għax iż-żgħażagħ Ewropej tal-lum qed jiffaċċjaw rati għolja ta' qgħad f'ħafna Stati Membri, impjiegi instabbli u żieda fir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, u b'mod partikolari ż-żgħażagħ b'livell baxx ta' kwalifiki, iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) u dawk bi bżonnijiet speċjali jew li ġejjin minn kuntesti soċjoekonomiċi żvantaġġati bħall-minoranzi etniċi, rifuġjati, migranti u persuni li jfittxu l-ażil li għandhom probabilità ikbar li jkunu qiegħda u marġinalizzati;

L.  billi jinħtieġu sforzi kontinwi sabiex jiżdiedu l-livelli ta' parteċipazzjoni fis-swieq tax-xogħol fost in-nisa – b'mod partikolari wara l-liv tal-maternità u fil-każ ta' ommijiet waħedhom – u l-migranti żgħażagħ, żgħażagħ li jabbandunaw l-iskola kmieni, żgħażagħ b'livell baxx ta' kwalifiki, żgħażagħ b'diżabilità u żgħażagħ f'riskju ta' diskriminazzjoni;

M.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jikkontribwixxu sabiex jiġu indirizzati d-distakkament soċjali, l-emarġinazzjoni u r-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ u biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex tiżdied il-kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar l-importanza tal-valuri fundamentali tal-UE; billi l-approċċi interkulturali u interreliġjużi huwa kruċjali għall-bini ta' rispett reċiproku u għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni u fil-ħajja soċjali, kif ukoll sabiex jiġu miġġielda l-preġudizzji u l-intolleranza;

N.  billi n-natura speċifika tal-attività sportiva u l-kontribut tagħha għall-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ żvantaġġati, speċjalment ir-rifuġjati u l-migranti, ifissru li l-isport jgħin biex jingħelbu l-ksenofobija u r-razziżmu;

O.  billi ż-żgħażagħ huma l-futur u għandhom jitqiesu bħala riżorsa b'potenzjal enormi għall-futur tas-soċjetajiet Ewropej;

P.  billi huwa ta' importanza kruċjali li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi inkorporata f'politiki dwar iż-żgħażagħ li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi u l-isfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa żgħażagħ u l-bniet, fl-istadji kollha tal-proċess politiku; billi fil-politika dwar iż-żgħażagħ jeħtieġ jiġu inklużi miżuri speċifiċi sensittivi għad-dimensjoni tal-ġeneru fi kwistjonijiet bħall-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-bniet, l-edukazzjoni dwar is-sess u r-relazzjonijiet, u l-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Q.  billi l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li jsofru diskriminazzjoni multipla, inklużi ż-żgħażagħ b'diżabilità jew b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, u ż-żgħażagħ li jidentifikaw lilhom infushom bħala LGBTI, ukoll għandhom jingħataw kunsiderazzjoni speċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar iż-żgħażagħ;

R.  billi l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali jridu jkunu prijoritajiet ċentrali tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, u għaldaqstant irid ikollha speċifikament fil-mira ż-żgħażagħ minn gruppi vulnerabbli, bħaż-żgħażagħ li qed iħabbtu wiċċhom mal-faqar u l-esklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ minn żoni rurali iżolati jew dawk li jkunu ġejjin minn komunitajiet marġinalizzati bħalma huma l-minoranzi etniċi, ir-rifuġjati u dawk li jfittxu l-ażil;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' r-Rapport taż-Żgħażagħ tal-15 ta' Settembru 2015 ibbażat fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018) (COM(2015)0429), li jinkludi r-riżultati ewlenin tal-aħħar ċiklu ta' tliet snin tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u jipproponi prijoritajiet għaċ-ċiklu li jmiss; jirrakkomanda lill-awtoritajiet tal-UE u lil dawk nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiżguraw li l-programmi differenti fil-livell tal-UE li jittrattaw il-politiki taż-żgħażagħ ikunu kkomunikati, implimentati u kkoordinati tajjeb sabiex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet il-ġodda fid-dawl tal-isfidi soċjali u edukattivi tal-ġejjieni;

2.  Iqis il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni bħala mezz xieraq iżda insuffiċjenti bħala mezz ta' qafas għall-politiki dwar iż-żgħażagħ li jeħtieġ li jiġi kkomplementat b'miżuri oħrajn; itenni s-sejħa tiegħu għal kooperazzjoni eqreb u skambju tal-aħjar prattiki dwar il-kwistjonijiet taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqblu dwar indikaturi u parametri referenzjarji ċari sabiex ikun jista' jiġi mmonitorjat il-progress miksub;

3.  Jenfasizza li l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'diżabilità fl-impjieg hija neċessarja sabiex ikun jistgħu jkollhom ħajja indipendenti u jkunu integrati bis-sħiħ fis-soċjetà bħala parteċipanti attivi u kontributuri reali;

4.  Jenfasizza l-importanza tad-Djalogu Strutturat bħala mezz biex jinvolvi liż-żgħażagħ, kemm dawk li huma involuti f'organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk li mhumiex; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiżdiedu u jitjiebu l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, il-viżibilità u l-kwalità tal-proċess, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-involviment tal-gruppi vulnerabbli u marġinalizzati, sabiex il-politiki dwar iż-żgħażagħ jiġu żviluppati, implimentati u evalwati b'aktar effett fil-livelli kollha u biex titrawwem iċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ; jitlob it-tisħiħ tad-Djalogu Strutturat bħala għodda parteċipattiva ta' kwalità għaż-żgħażagħ fil-qafas ta' kooperazzjoni ta' appoġġ għaż-żgħażagħ li jmiss;

5.  Jinnota l-impatt tat-tieni ċiklu tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2013-2015) fl-enfasizzar tal-importanza ta' approċċ adattabbli għall-politika dwar iż-żgħażagħ b'involviment transsettorjali u fuq diversi livelli; japprezza d-Djalogu Strutturat mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess taż-żgħażagħ għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, kif ukoll għall-impjiegi; ifakkar fit-tmien oqsma ta' azzjoni li qed jiġu promossi mill-Istrateġija għaż-Żgħażagħ tal-UE;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ tal-UE, fid-dawl tar-rata tant għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE, il-persentaġġi għoljin u li jvarjaw bil-kbir ta' NEETs (żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ), u l-isfidi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ; jenfasizza li ċ-ċiklu li jmiss (2016-2018) għandu jikkontribwixxi għaż-żewġ objettivi tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ, billi jiġu identifikati u ttrattati l-kawżi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, bħat-tluq bikri mill-iskola, titrawwem l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, isir investiment fl-edukazzjoni, internships, apprendistati u taħriġ vokazzjonali fil-ħiliet li jirriflettu l-opportunitajiet, il-ħtiġijiet u l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, u billi tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol f'termini ta' miżuri li jiżguraw koordinament aħjar tal-programmi tal-edukazzjoni, il-politika tal-impjiegi u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jirrimarka li l-atturi tas-suq tax-xogħol jeħtiġilhom ikunu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-Iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, sabiex jiġi żgurat li, mhux aktar tard minn erba' xhur wara li jispiċċaw l-iskola, iż-żgħażagħ ikunu jew impjegati, jew qed jistudjaw jew qed jagħmlu taħriġ (jew taħriġ mill-ġdid) vokazzjonali;

7.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni effikaċi tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ tal-UE għandha tkun marbuta mill-qrib mal-kisba tal-miri ewlenin ta' Ewropa 2020, partikolarment dawk li 75 % tal-popolazzjoni ta' bejn l-20 u l-64 sena jkunu f'impjieg u li l-akbar għadd possibbli ta' żgħażagħ joħorġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota li, għalkemm kien hemm tnaqqis f'xi Stati Membri mill-2013 'l hawn, għad hemm tħassib reali dwar il-fatt li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadha kważi d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad, b'madwar 8 miljun żagħżugħ Ewropew li għadhom qiegħda; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li jiġu indirizzati l-każijiet ta' żbilanċ ġeografiku bejn il-provvista u d-domanda f'termini ta' impjiegi, kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom, permezz tal-bidliet għall-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (EURES), bil-għan li jittejbu l-opportunitajiet ta' impjiegi għaż-żgħażagħ u tinkiseb koeżjoni soċjali akbar;

8.  Jenfasizza l-importanza li ċ-ċiklu li jmiss tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ jinkludi fl-objettivi tiegħu lir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil żgħażagħ, jiżgura t-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tagħhom, l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg u l-inklużjoni soċjali, u b'hekk jgħinhom jibnu l-identità tagħhom fil-pajjiżi ospitanti u jagħmlu użu sħiħ mit-talenti u l-potenzjal tagħhom, u jevitaw li jispiċċaw emarġinati u diżillużi;

9.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-eżodu ta' mħuħ u l-perikli tiegħu għal ċerti Stati Membri, b'mod partikolari dawk li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet u huma inklużi fil-programmi ta' aġġustament, fejn numru dejjem jikber ta' gradwati qed ikollhom imorru jaħdmu barra minn pajjiżhom minħabba r-rati enormi ta' qgħad, u b'hekk qed iċaħħdu lill-pajjiżi kkonċernati mir-riżorsi umani l-iktar ta' valur u produttivi tagħhom;

10.  Jenfasizza l-potenzjal tat-teknoloġiji l-ġodda biex isir kuntatt maż-żgħażagħ u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ minn dawk it-teknoloġiji sabiex isaħħu d-djalogu maż-żgħażagħ u l-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fis-soċjetà;

11.  Jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ikunu involuti fit-tiswir tal-prijoritajiet u t-tfassil ta' Qafas tal-UE ġdid għall-Kooperazzjoni dwar iż-Żgħażagħ post-2018;

12.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri u lill-UE jimplimentaw valutazzjoni tal-impatt tal-politiki li għandhom liż-żgħażagħ fil-mira tagħhom;

13.  Jikkunsidra l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, it-tfassil tal-politika abbażi tal-evidenza, gruppi ta' esperti, attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari u reviżjonijiet bħala għodod importanti f'kooperazzjoni bejn is-setturi orjentata lejn ir-riżultat bħala appoġġ għaż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza tat-tixrid tar-riżultati ta' dawn l-attivitajiet sabiex l-impatt jiġi mmassimizzat;

14.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni transsettorjali fil-livelli kollha u b'mod partikolari bejn l-istrateġiji differenti tal-UE li jaffettwaw liż-żgħażagħ (strateġiji attwali u futuri tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, is-Saħħa, l-Impjieg, eċċ.);

15.  Jenfasizza l-importanza u l-ħtieġa tat-tisħiħ u l-iżvilupp ulterjuri ta' strateġiji u inizjattivi mmirati lejn il-prevenzjoni tal-vjolenza u l-bullying fl-iskejjel;

16.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni ta' kwalità, imfassla għall-ħtiġijiet tat-tifel/tifla jew żagħżugħ(a) individwali, fosthom bejn il-familji, il-komunitajiet reliġjużi u l-iskejjel, il-komunitajiet lokali, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni formali, mhux formali jew informali, sabiex iż-żgħażagħ jiġu ggwidati u megħjuna fi triqthom lejn integrazzjoni sħiħa fis-soċjetà billi jingħatalhom post sikur biex jikbru u jitgħallmu;

17.  Jissuġġerixxi l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ, speċjalment f'dawk l-Istati Membri fejn għandhom kompetenza f'dan il-qasam;

18.  Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta' stili ta' ħajja sani għall-prevenzjoni tal-mard, u jqis li jeħtieġ li ż-żgħażagħ jingħataw informazzjoni korretta u assistenza fir-rigward ta' problemi serji fil-qasam tas-saħħa mentali, bħall-użu u d-dipendenza fuq it-tabakk, l-alkoħol u d-droga;

19.  Ifakkar fil-valur tal-inklużjoni ta' dimensjoni interġenerazzjonali fil-politiki dwar iż-żgħażagħ u fil-bżonn li jinħoloq djalogu aqwa bejn il-ġenerazzjonijiet differenti;

20.  Jenfasizza l-importanza li jiġi indirizzat il-faqar fost żgħażagħ minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati, dawk b'ġenituri qiegħda u dawk li ma rnexxilhomx ikissru ċ-ċiklu soċjoekonomiku tal-familja tagħhom;

21.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ effikaċi fil-lingwa nazzjonali, skont il-prinċipji tal-multilingwiżmu u n-nondiskriminazzjoni u abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prinċipji Ewropej, u biex iżidu l-appoġġ lill-istituti edukattivi li jgħallmu fl-ilsien nattiv ta' minoranzi nazzjonali jew minoranzi lingwistiċi;

22.  Ifakkar fil-mira ewlenija ta' Ewropa 2020 li l-proporzjon ta' dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien għandu jkun anqas minn 10 %; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola, li huwa fattur li jikkontribwixxi għall-qgħad, permezz ta' djalogu bejn is-settur tal-edukazzjoni, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u s-sħab soċjali, billi jiġu identifikati n-nuqqasijiet tas-sistema tal-iskejjel u tas-soċjetà, jingħata appoġġ lill-istudenti biex isibu l-metodi ta' tagħlim tagħhom stess, jiġu implimentati kurrikuli rilevanti u interessanti, tinħoloq sistema b'saħħitha u żviluppata sew ta' gwida personalizzata b'servizzi ta' parir u orjentazzjoni ta' kwalità għolja għall-istudenti kollha, speċjalment mal-ewwel sinjali ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien, billi l-istudenti jiġu infurmati b'mod adegwat dwar l-opportunitajiet futuri tas-suq tax-xogħol u l-karrieri, inklużi profili tax-xogħol tekniċi u artiġjanali, billi jiġu pprovduti edukazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, kif ukoll tagħlim li jikkombina xogħol u skola, jiġu żgurati apprendistati ta' kwalità, internships u possibbiltajiet ta' taħriġ fil-post tax-xogħol, u billi l-istudenti jingħataw opportunità oħra fil-forma ta' taħriġ vokazzjonali;

23.  Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw rapporti bbażati fuq l-għarfien u l-evidenza dwar is-sitwazzjoni soċjali taż-żgħażagħ u l-kundizzjonijiet ta' għajxien tagħhom, u jfasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u jimplimentawhom b'mod konsistenti;

24.  Jenfasizza li l-promozzjoni ta' aktar opportunitajiet u opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha, iż-żieda fl-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u s-solidarjetà u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni fir-rigward taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika jew id-diżabilità, għandhom ikunu ċentrali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ;

25.  Jinnota li l-politiki u l-istrateġiji nazzjonali dwar iż-żgħażagħ għandhom jiġu żviluppati maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ;

26.  Jilqa' pożittivament, b'mod partikolari, is-siwi tal-Qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) fit-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea u l-ftuħ u l-iżvilupp tal-opportunitajiet u l-vantaġġi offruti mill-proġett ta' integrazzjoni Ewropea liż-żgħażagħ, u f'dan ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni tkompli u tiżviluppa l-qafas wara l-2018;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu strutturi edukattivi neċessarji għall-integrazzjoni tar-rifuġjati żgħażagħ, billi jitħallew jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż li fih ingħataw l-asil, ilestu t-taħriġ inizjali tagħhom jew iġibu l-ħiliet diġà miksuba fuq livell Ewropew, bil-għan li tkun aġevolata l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà Ewropea;

28.  Jappella għal miżuri mmirati fir-rigward tal-istudenti li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, li għandhom bżonn gwida, ħiliet u taħriġ kif ukoll sistema effikaċi fl-edukazzjoni bikrija li tidentifika lil dawk li jinsabu f'riskju li jsiru studenti li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien jew żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ sabiex jingħataw assistenza minn età żgħira u jitbiegħdu minn dan l-iżvantaġġ;

29.  Jipproponi lill-Istati Membri jqisu l-prinċipju tas-"solidarjetà interġenerazzjonali" fl-ambitu tal-politiki tal-pensjonijiet u jieħdu kont tal-impatt li dawn għandhom jew se jkollhom fuq iż-żgħażagħ;

30.  Jilqa' pożittivament ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel, u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri jippromwovu għarfien aktar estensiv tal-UE permezz ta' edukazzjoni formali, mhux formali u informali, b'mira partikolari fuq il-kooperazzjoni ta' min jagħti edukazzjoni formali u mhux formali / informali, li tista' tirnexxi bis-saħħa ta' strateġija kontinwa tal-UE għaż-żgħażagħ;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-organizzazzjonijiet indipendenti b'mod aktar intensiv fil-proċess ta' implimentazzjoni, partikolarment fil-livell lokali, u jtejbu l-koordinament bejn il-proċeduri eżistenti fl-istrateġija ta' wara l-2018 (eż. permezz ta' involviment fuq skala tal-UE fil-kumitati dwar l-assistenza soċjali għaż-żgħażagħ, eċċ.) sabiex l-istrateġija tal-UE dwar iż-żgħażagħ tibqa' siewja;

32.  Jenfasizza l-bżonn li ż-żgħażagħ jingħataw għarfien u fehim sod tal-UE, anki bis-saħħa tat-tagħlim dwar il-valuri fundamentali, il-governanza u l-proċessi deċiżjonali tal-UE, biex b'hekk ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom f'riflessjoni kritika dwar l-UE u jsiru ċittadini Ewropej responsabbli u attivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu dimensjoni tal-UE fl-edukazzjoni, bil-għan li jippreparaw lil dawk li jitgħallmu jgħixu u haħdmu f'Unjoni dejjem aktar kumplessa u integrata, li jkunu jistgħu u jmisshom isawru;

Impjieg u edukazzjoni

33.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-politiki u l-oqfsa finanzjarji tal-UE u dawk nazzjonali disponibbli sabiex jiġi promoss investiment xieraq fiż-żgħażagħ u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u sikuri; jinsisti fil-livelli kollha fuq l-iskemi ta' mobilità li jirriżultaw fit-titjib tal-ħiliet u tal-kompetenzi għaż-żgħażagħ, u jingħataw fiduċja fihom infushom, jiżviluppaw il-kurżità u l-interess tagħhom f'modi oħra ta' tagħlim u involviment fis-soċjetà; jirrakkomanda bis-saħħa r-rikonoxximent u l-valutazzjoni ta' dawk il-ħiliet, imsaħħa permezz tal-mobilità; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiggarantixxu li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar il-programmi u l-inizjattivi kollha li jistgħu jibbenefikaw minnhom;

34.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-programm Erasmus+, speċjalment fir-rigward tal-apprendistati, u b'hekk jippromwovu u jrawmu ulterjorment it-taħriġ u l-karrieri transkonfinali u l-mobilità tax-xogħol fost iż-żgħażagħ u jipprovdu lil dawn tal-aħħar ħiliet u kompetenzi għall-ħajja, inklużi ħiliet lingwistiċi, filwaqt li jwessgħulhom l-opportunità u ċ-ċans li jipparteċipaw kemm fis-suq tax-xogħol kif ukoll fis-soċjetà, ikunu xi jkunu l-kwalifiki akkademiċi, il-ħiliet jew il-livell ta' edukazzjoni tagħhom; jesprimi tħassib li l-mobilità tal-apprendisti għadha ma laħqitx il-livelli mixtieqa, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-kumpaniji u lill-iskejjel isibu mezzi biex jegħlbu l-ostakli li fadal għall-mobilità tal-apprendisti; jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ liż-żgħażagħ fil-proġetti ta' mobilità tagħhom, minħabba l-età u s-sitwazzjoni finanzjarja ħafna drabi instabbli tagħhom, inkluż billi jitneħħew ċerti restrizzjonijiet indiretti fuq il-mobilità, bħalma huma d-diffikultajiet ta' akkomodazzjoni u trasport;

35.  Jappella għal opportunitajiet imtejba għall-istudenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex ikollhom esperjenzi ta' xogħol f'pajjiżi ġirien sabiex irawmu fehim aħjar tal-prattiki tax-xogħol u ta' taħriġ ta' Stati Membri, pereżempju permezz ta' finanzjament tal-ispejjeż tal-ivjaġġar għal studenti li jibqgħu jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jirrimarka li l-mobilità fit-taħriġ hija assi vitali meta wieħed jiġi biex jidħol fis-suq tax-xogħol, iżda wkoll biex wieħed jifhem u jinvolvi ruħu fil-proġett Ewropew billi jesperjenzah; jenfasizza l-importanza li jiġi implimentat qafas Ewropew li jippromwovi l-mobilità, bħala parti mill-apprendistat u t-taħriġ vokazzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jisiltu vantaġġ sħiħ min-netwerk tal-EURES biex jappoġġaw il-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ fi ħdan l-UE, inkluża l-mobilità fl-apprendistati;

36.  Jenfasizza l-importanza tal-istruzzjoni u t-tagħlim tal-ħiliet bażiċi ġenerali bħall-ICT, il-matematika, il-ħsieb kritiku, il-lingwi barranin, il-mobilità, eċċ., li jippermettu liż-żgħażagħ jadattaw faċilment għall-ambjent soċjali u ekonomiku li qed jinbidel;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħtu spinta lit-taħriġ fl-ICT sabiex jgħammru liż-żgħażagħ kollha bil-ħiliet elettroniċi rilevanti meħtieġa għas-suq tax-xogħol, pereżempju billi jerġgħu jallokaw finanzjament fi ħdan l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

38.  Itenni li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għandhom rwol importanti x'jiżvolġu fl-iżvilupp personali u professjonali taż-żgħażagħ, u jirrikonoxxi l-potenzjal tagħhom biex jagħtu r-riedni liż-żgħażagħ billi jlaqqgħuhom fi tweġiba għall-problemi soċjali u jitħallew jikkollegaw ma' xulxin lil hinn mill-ostakli ġeografiċi, soċjali, reliġjużi, ekonomiċi u tal-ġeneru; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiggarantixxu li ż-żgħażagħ kollha jkunu mgħammra tajjeb b'ħiliet u kapaċitajiet aġġornati fl-ambitu tal-ICT;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu programmi għaż-żgħażagħ u edukattivi li jtejbu l-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet u jiffaċilitawlhom id-dħul f'setturi li tradizzjonalment kienu ddominati mill-irġiel fejn huma sottorappreżentati, bħall-intraprenditorjat, l-ICT, u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika (STEM);

40.  Itenni l-potenzjal enormi tas-sinerġiji bejn is-setturi STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija, matematika) u l-ICT u l-oqsma tal-arti u d-diżinn u l-industriji kreattivi, li jittrasformaw is-STEM fi STEAM (xjenza, teknoloġija, inġinerija, arti, matematika), u jenfasizza l-potenzjal ta' tali sinerġiji biex iressqu aktar żgħażagħ, partikolarment nisa u bniet, lejn oqsma STEM;

41.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lin-nisa jibdew taħriġ u karrieri fis-setturi fejn huma sottorappreżentati bħas-STEM u l-IT;

42.  Jissottolinja l-bżonn li jkun żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità jiksbu, bħala minimu, ħiliet diġitali bażiċi u għarfien u l-fehim dwar il-midja, biex ikunu jistgħu jaħdmu, jitgħallmu u jipparteċipaw attivament fis-soċjetà moderna;

43.  Josserva li anki jekk iż-żgħażagħ jegħlbu l-isfida reali li jsibu impjieg, mhux neċessarjament ikollhom żgurati l-mezzi biex jgħixu f'livell ogħla mis-soll tal-faqar f'bosta Stati Membri;

44.  Jappella għat-tkomplija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jappella biex jiġu proposti aġġustamenti sussegwenti f'termini ta' regolamentazzjoni u riżorsi sabiex jiġu megħluba l-ostakoli eżistenti għall-implimentazzjoni sa tmiem il-qafas finanzjarju attwali;

45.  Jitlob għal koordinament aħjar fil-livelli kollha bejn il-kurrikuli fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol li qegħdin jinbidlu; jitlob li, bil-għan li jinkisbu l-objettivi ta' politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE, u fid-dawl tal-inugwaljanzi persistenti bejn iż-żoni urbani, periurbani u rurali, l-kampanji ta' informazzjoni, sensibilizzazzjoni u valorizzazzjoni tal-programmi ta' mobilità jkunu stabbiliti fl-istituti tat-tagħlim ġenerali u vokazzjonali tal-Unjoni; jenfasizza, madankollu, l-importanza li jiġi rrispettat il-valur tal-għarfien u li nistinkaw li nipprovdu edukazzjoni kompluta u sħiħ ta' bażi akkademiku sod; iħeġġeġ titjib tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn in-negozji u l-universitajiet, bl-għan li jiġu żviluppati programmi edukattivi li jgħamru liż-żgħażagħ bil-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa; jappella, f'dan ir-rigward, għal kooperazzjoni aktar stretta bejn l-istituti edukattivi, l-impriżi, partikolarment l-SMEs, u s-servizzi tal-impjiegi; jissuġġerixxi li, f'dan ir-rigward, l-Istati Membri jadottaw l-aħjar prattiki ta' xulxin;

46.  Jissottolinja l-fatt li approċċ edukattiv olistiku u inklużiv hu essenzjali sabiex l-istudenti kollha jħossuhom milqugħa u inklużi u jħossu li għandhom is-setgħa jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni tagħhom; jirrimarka li waħda mill-akbar sfidi tas-soċjetajiet tagħna hija li l-istudenti jħallu l-iskola mingħajr kwalifiki; jirrimarka wkoll li l-ġlieda kontra dan il-fenomenu hija wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħna, billi dan iwassal għall-esklużjoni soċjali; jirrimarka li minbarra l-aġġustament tas-sistemi ta' taħriġ, iridu jiġu introdotti miżuri speċifiċi għal dawk li jinsabu fl-akbar diffikultà; ifakkar li t-traineeships u l-apprendistati għandhom iwasslu għall-impjieg u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kompiti assenjati għandhom jgħinu lit-trainees jiksbu l-esperjenza prattika u l-ħiliet rilevanti meħtieġa biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; jemmen li, sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, huwa fundamentali li l-partijiet interessati pubbliċi u privati reġjonali u lokali jkunu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tat-taħlita rilevanti tal-politiki;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għax-xogħol, inkluż billi jiżguraw internships u apprendistati ta' kwalità, billi jagħtu liż-żgħażagħ drittijiet definiti b'mod ċar li jinkludu l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, kuntratti bil-miktub u vinkolanti u remunerazzjoni ġusta, biex b'hekk jiżguraw li ż-żgħażagħ ma jkunux iddiskriminati meta jiġu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, kif ukoll billi jinfurmaw lill-istudenti b'mod adegwat dwar l-opportunitajiet futuri tas-suq tax-xogħol;

48.  Jenfasizza li r-rati tal-qgħad jonqsu b'mod ċar hekk kif jogħla l-livell tal-edukazzjoni miksub, u li b'hekk jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni u investiment f'opportunitajiet ta' edukazzjoni għolja għaż-żgħażagħ fl-UE;

49.  Jindika, madankollu, li l-edukazzjoni ma għandhiex tipprovdi biss ħiliet u kompetenzi rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, iżda għandha tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp personali u l-iżvilupp taż-żgħażagħ sabiex tagħmilhom ċittadini proattivi u responsabbli; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għal edukazzjoni ċivika fis-sistema edukattiva sħiħa, kemm dik formali kif ukoll dik mhux formali;

50.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet ta' karriera doppja għal żgħażagħ b'talent sportiv, b'mod li jkunu jistgħu jiżviluppaw it-talent tagħhom bħala atleti filwaqt li jakkwistaw ukoll ħiliet edukattivi;

51.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi elementi ta' tagħlim imprenditorjali fil-livelli kollha u fil-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, billi l-fatt li jiddaħħal sa mill-bidu nett l-ispirtu imprenditorjali fost iż-żgħażagħ huwa mod effikaċi biex ikun miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ djalogu attiv u kooperazzjoni bejn il-komunità universitarja u l-impriżi, bl-għan li jiġu żviluppati programmi edukattivi li jagħtu liż-żgħażagħ il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkunu promossi u appoġġati l-politiki għall-iżvilupp tal-imprenditorija fost iż-żgħażagħ, speċjalment fil-qasam kulturali u kreattiv u fil-qasam tal-isport sabiex jinħolqu impjiegi sikuri u ta' kwalità u tingħata spinta lill-iżvilupp u l-koezjoni soċjali tal-komunitajiet; jissottolinja wkoll l-potenzjal offrut mill-volontarjat f'termini ta' ksib ta' ħiliet, tisħiħ tal-iżvilupp personali u opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jiskopru l-vokazzjoni tagħhom;

52.  Jindika li l-imprenditorija tirrikjedi l-iżvilupp ta' ħiliet trasversali bħalma huma l-kreattività, il-ħsieb kritiku, is-sens ta' kollaborazzjoni f'tim u sens ta' inizjattiva, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali u professjonali taż-żgħażagħ u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; jemmen li hemm bżonn, għalhekk, li l-parteċipazzjoni minn imprendituri tiġi ffaċilitata u mħeġġa fil-proċess edukattiv;

53.  Jenfasizza l-importanza ta' aktar investiment fin-negozji li qed jibdew u fiż-żgħażagħ li jiddedikaw ruħhom għall-intraprenditorija, billi l-aċċess tagħhom għall-kapital inizjali u għal netwerks ta' mentors kummerċjali bl-esperjenza;

54.  Ifakkar li l-impjiegi u l-intraprenditorija jikkostitwixxu waħda mit-tmien prijoritajiet identifikati fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018); jenfasizza li l-ħidma fost iż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali, b'mod partikolari permezz ta' organizzazzjonijiet ta' intraprendituri żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiżviluppaw proġetti innovattivi, jiksbu esperjenza intraprenditorjali u jakkwistaw il-mezzi u l-kunfidenza sabiex iniedu n-negozji tagħhom stess, għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ, inkluż l-ispirtu intraprenditorjali u l-ħiliet intraprenditorjali u ċiviċi tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq ambjent li jiffavorixxi l-intraprenditorija u negozji ġodda innovattivi fl-interess tal-impjieg taż-żgħażagħ fl-Ewropa; jenfasizza li jridu jitneħħew l-ostakli kollha li jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jiżviluppaw l-ideat, il-potenzjal u l-attitudnijiet tagħhom;

55.  Jirrakkomanda enfasi akbar fuq l-intraprenditorija fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ bħala element ewlieni biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku; jinnota li fl-2014 wieħed biss minn kull ħames żgħażagħ Ewropej kien jixtieq jibda n-negozju tiegħu, fid-dawl tal-fatt li jara din l-idea diffiċli li titwettaq; jiffavorixxi l-għoti ta' prijorità lill-iżvilupp ta' kultura intraprenditorjali minn età bikrija, regolamenti dwar ix-xogħol flessibbli li jippermettu kemm ix-xogħol u l-istudju, l-edukazzjoni doppja, u l-aċċess għall-finanzjament;

56.  Ifakkar li l-industriji kreattivi huma fost l-iktar setturi imprenditorjali u li jikbru malajr, u li l-edukazzjoni kreattiva tiżviluppa ħiliet trasferibbli bħall-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi, is-sens ta' kollaborazzjoni f'tim u l-inġenjożità; jirrikonoxxi li s-setturi tal-arti u tal-midja jiġbdu partikolarment liż-żgħażagħ;

57.  Jissottolinja l-importanza tal-imprenditorija soċjali bħala mutur tal-innovazzjoni, l-iżvilupp soċjali u l-impjiegi, u jistieden għaldaqstant lill-UE u lill-Istati Membri jippromwovuha aħjar u jsaħħulha r-rwol tagħha;

58.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri biex jinċentivaw l-imprenditorija billi joħolqu ambjent aktar favorevoli għall-imprendituri u għall-ftuħ ta' negozji ġodda għat-tnedija ta' start-ups kummerċjali, li jistgħu jinkludu skemi u miżuri għall-faċilitazzjoni tal-għoti tal-kreditu min-naħa tal-banek, regolamentazzjoni semplifikata kif ukoll skemi ta' ħelsien mit-taxxa u miżuri li jippermettu liż-żgħażagħ jimplimentaw l-ideat kummerċjali tagħhom; jiffavorixxi metodi ta' taħriġ li jrawmu mentalità imprenditorjali u kreattiva u r-reklutaġġ tal-gradwati bħala imprendituri żgħażagħ;

59.  Jissottolinja li, sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-Istati Membri jeħtieġu konsulenti tal-karriera mħarrġa sew li jkollhom għarfien tal-opportunitajiet ta' edukazzjoni akkedemika u vokazzjonali u jkunu konxji mis-suq tax-xogħol attwali, l-iżviluppi prevedibbli fl-Istati Membri u s-setturi ġodda fl-ekonomiji tagħhom;

60.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ liż-żgħażagħ biex jibdew il-ħajja indipendenti tagħhom u jistabbilixxu l-familji tagħhom bl-għajnuna ta' allowances għall-akkomodazzjoni, arranġamenti preferenzjali u tnaqqis tat-taxxi fuq id-dħul, u jipprovdu self preferenzjali għall-istudenti;

61.  Jenfasizza l-importanza tar-rikonoxximent u l-validazzjoni reċiproċi tal-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien li ġew akkwistati permezz tat-tagħlim informal, it-tagħlim mhux formali u t-tagħlim tul il-ħajja, għax il-validazzjoni tagħhom huwa kruċjali biex juri u jivvalorizza l-għarfien differenti u għani tal-individwi, partikolarment ta' individwi b'inqas opportunitajiet; Jirrimarka li l-validazzjoni tal-ħiliet tikkontribwixxi għat-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni formali u għal opportunitajiet professjonali ġodda, filwaqt li ssaħħaħ l-awtostima u l-motivazzjoni għat-tagħlim, l-iżvilupp tal-valuri, aptitudnijiet u ħiliet għaż-żgħażagħ, kif ukoll għat-tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u l-involviment demokratiku f'kull livell; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex joħolqu mekkaniżmi ta' validazzjoni komprensivi sal-2018, kif indikat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, f'kollaborazzjoni stretta ma' kull parti interessati ewlenija, fosthom l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

62.  Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim formali, informali u mhux formali, anke bħala parti minn attivitajiet ta' assoċjazzjoni, għall-iżvilupp tal-valuri, kompetenzi u ħiliet fost iż-żgħażagħ, kif ukoll għat-tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u l-involviment demokratiku; jiġbed l-attenzjoni għall-firxa ta' possibbiltajiet ta' taħriġ u mudelli disponibbli fl-Istati Membri u, b'mod partikolari, għat-tagħlim li jikkombina xogħol u skola, li jistgħu jtaffu d-diffikultajiet tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għall-impjieg; jappoġġa l-implimentazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw rikonoxximent koerenti u validu, madwar l-Ewropa kollha, tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz ta' tagħlim formali, informali u mhux formali u t-traineeships, bil-għan li jitnaqqas id-distakk bejn in-nuqqas ta' ħiliet u n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet osservati fis-suq tax-xogħol Ewropew, u jipprovdu appoġġ għal tali attivitajiet fil-qafas tal-programmi rilevanti tal-UE; jitlob, barra minn hekk, li fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) tingħata aktar attenzjoni lil-lingwi, speċjalment dawk tal-pajjiżi ġirien, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni u l-impjegabbiltà tal-istudenti kkonċernati fis-suq tax-xogħol transfruntiera;

63.  Jinnota li, minħabba l-mewġa ta' diġitalizzazzjoni attwali u t-tendenzi l-ġodda fis-suq tax-xogħol, aktar u aktar żgħażagħ qed jiltaqgħu ma' forom ġodda ta' impjiegi li jibbilanċjaw bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà; jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni adegwata għaż-żgħażagħ li jkollha l-għan li tenfasizza r-rwol ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni soċjali fl-iżvilupp tal-karriera;

64.  Jemmen li intervent bikri u politiki proattivi tas-suq tax-xogħol jirrappreżentaw bidla mill-indirizzar tas-sintomi tal-privazzjoni tul diversi ġenerazzjonijiet għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji kmieni fil-ħajja, sabiex jiġi evitat il-qgħad u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari dwar is-sitwazzjoni ta' dawk l-aktar emarġinati u li jinsabu fl-akbar riskju li jsibu ruħhom qiegħda;

65.  Jenfasizza l-importanza ta' programmi miftuħa u ta' aċċess faċli sabiex issir ħidma ma' żgħażagħ li ġejjin minn ambjenti anqas stimulanti;

66.  Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u li jittejbu l-opportunitajiet edukattivi u tal-impjieg taż-żgħażagħ permezz tar-rikonoxximent reċiproku transfruntiera u l-kompatibilità tal-kwalifiki u tal-lawrji akkademiċi sabiex tissaħħaħ is-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità; jappella li jkun hemm espansjoni, evalwazzjoni u adattament kontinwi għal rekwiżiti ta' taħriġ li qed jinbidlu tar-rikonoxximent transfruntiera tal-kwalifiki u l-lawrji, u jinnota li dan għandu jiġi żgurat fuq livell Ewropew u fil-pajjiżi kollha li ngħaqdu maż-żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja u dawk inklużi fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;

67.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tat-tagħlim mhux formali u informali, kif ukoll tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet sportivi u ta' volontarjat, fl-istimolazzjoni tal-iżvilupp tal-kompetenzi u l-ħiliet ċiviċi, soċjali u interkulturali; jenfasizza l-fatt li xi pajjiżi għamlu progress sinifikanti fl-iżvilupp ta' qafas ġuridiku rilevanti, filwaqt li oħrajn isibu diffiċli biex joħolqu strateġiji komprensivi ta' validazzjoni; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji komprensivi li jippermettu l-validazzjoni;

68.  Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u d-diskrepanzi fil-ħiliet billi tiġi promossa u ffaċilitata l-mobilità għal dawk li jitgħallmu u għall-għalliema permezz ta' użu aħjar tal-għodod u l-programmi kollha tal-UE; jirrimarka li l-mobilità fit-taħriġ hija vantaġġ vitali meta wieħed jiġi biex jidħol fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri mmirati lejn l-iżgurar tal-koordinazzjoni, il-kumplimentarjetà u ilkoerenza bejn il-fondi strutturali għall-mobilità, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), per eżempju, u programmi oħra bħall-Erasmus+; Jenfasizza, f'dan ir-rigwar, ir-rwol importanti ta' programmi ta' mobilità bħall-Erasmus+ biex jistimolaw l-iżvilupp ta' ħiliet u l-kompetenzi orizzontali u l-iskambji interkulturali fost iż-żgħażagħ; jilqa' t-trasformazzjoni tal-websajt tal-EU Skills Panorama;

69.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-programm Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ biex jiksbu impjieg ta' kwalità fit-tul; huwa tal-fehma li l-mobbiltà professjonali hija meħtieġa biex jiġi sfruttat il-potenzjal taż-żgħażagħ; jinnota li bħalissa 217,7 miljun persuna għandhom impjieg fl-UE, li minnhom 7,5 miljun (3,1 %) qed jaħdmu fi Stat Membru ieħor; jinnota, barra minn hekk, li, skont stħarriġ tal-UE, iż-żgħażagħ huma aktar suxxettibbli li jkunu mobbli u li jieħdu ħiliet u kwalifiki ġodda lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tappoġġa l-mobilità tal-istudenti fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi tippromwovi l-iskema Erasmus għall-Apprendisti;

71.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ mir-riforma attwali tan-netwerk tal-EURES biex jappoġġjaw il-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ minn pajjiż għal ieħor fl-UE, inkluża l-mobilità fl-apprendistati u t-traineeships; jistieden lill-Istati Membri jaġġornaw regolarment il-postijiet vakanti u l-curricula vitae; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-proċess ta' tqabbil ta' impjiegi fil-EURES biex ikun żgurat li ż-żgħażagħ jirċievu offerti ta' impjieg adegwati u ta' kwalità li jirriflettu l-curriculum vitae tagħhom;

72.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi doppji ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità b'koordinazzjoni mal-atturi ekonomiċi lokali u reġjonali, wara l-iskambju tal-aħjar prattiki u skont in-natura speċifika ta' kull sistema edukattiva, sabiex jintgħeleb it-tqabbil ħażin tal-ħiliet, bħalissa u fil-futur;

73.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jistabbilixxu għotjiet innovattivi u flessibbli għat-trawwim tal-ħiliet artistiċi u sportivi fil-qasam tal-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ; jappoġġa lill-Istati Membri li qed jistinkaw biex jintroduċu skemi ta' boroż ta' studju għall-studenti b'ħiliet ippruvati f'ambitu edukattiv, sportiv u artistiku;

74.  Jinnota li t-tluq bikri mill-iskola u l-tluq mill-iskola mingħajr kwalifiki jikkostitwixxu sfidi kbar għas-soċjetajiet tagħna peress li dawn iwasslu għall-eżistenza prekarja u għall-esklużjoni soċjali, u li l-ġlieda kontrihom għandha tkun waħda mill-ikbar objettivi tagħna; ifakkar li l-mobilità, l-adattament tas-sistemi ta' edukazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri individwalizzati jistgħu jġibu soluzzjonijiet għall-persuni l-aktar f'diffikultà sabiex titnaqqas ir-rata ta' abbandun bikri fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

75.  Jenfasizza l-bżonn li jinħoloq kuntratt għall-istudenti li jippermetti li l-istudenti universitarji u tat-taħriġ vokazzjonali jikkombinaw l-istudju max-xogħol, preferibbilment f'impriżi fil-qasam li għalih qed jitħarrġu, b'garanzija li jlestu l-istudji li jkunu bdew;

76.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex jonqos it-tluq bikri mill-iskola u titrawwem l-edukazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġjati;

77.  Jinnota li minkejja tnaqqis fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri wara r-rekord irreġistrat fl-2013, il-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' kwistjoni inkwetanti ferm fl-UE, peress li madwar 8 miljun żagħżugħ Ewropew ma jistgħux isibu xogħol u l-proporzjon ta' dawk li jiffaċċjaw qgħad fit-tul jew xogħol part-time involontarju jew status ta' traineeship baqa' għoli;

Riżorsi finanzjarji

78.  Jenfasizza l-importanza ta' investiment strateġiku, anke mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, b'mod partikolari mill-Fond Soċjali Ewropew, għall-iżvilupp reġjonali, il-kompetittività u l-ħolqien ta' traineeships b'livell għoli ta' kwalità, apprendistati u impjiegi sostenibbli; jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ NEETs;

79.  Jinnota li l-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 dam ftit xhur ma nbeda u li l-ewwel valutazzjoni tal-politiki tal-Unjoni f'dan il-perjodu, u b'mod partikolari ta' dawk dedikati għaż-żgħażagħ, ma tistax tkun rappreżentattiva b'mod sħiħ tal-impatt reali tagħhom;

80.  Jirrimarka li fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, il-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata ta' żball għal tranżazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) u l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni (YiA) kienet 'il fuq minn 4 %; jistenna li l-Kummissjoni tkun indirizzat dawk l-iżbalji fl-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+;

81.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2013, ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit għall-programmi 2007-2013, b'mod partikolari l-LLP, il-Programm Kultura, il-programm MEDIA u l-programm YiA, kienet ta' 100 %; iqis, madankollu, li r-rata ta' eżekuzzjoni waħidha mhijiex indikatur sinifikanti tal-effettività tal-programmi sabiex jiġi vvalutat is-suċċess tagħhom;

82.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li fi tmiem l-2013, id-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament adottati rriżultat f'nuqqas ta' pagamenti (pereżempju, fil-każ tal-programm Erasmus+ dan ammonta għal EUR 202 miljun), b'riperkussjonijiet negattivi għas-sena ta' wara; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha fil-kuntest tal-programmi l-ġodda;

83.  Ifakkar li r-riluttanza min-naħa taż-żgħażagħ li jibdew negozji tikkontribwixxi wkoll għar-rata baxxa ta' tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, u għalhekk iqis neċessarju li jingħata appoġġ liż-żgħażagħ biex jibdew negozju tagħhom;

84.  Jilqa' l-fatt li aktar minn EUR 12,4 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) ġew allokati għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ matul il-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid;

85.  Jinnota b'sodisfazzjon li 110 300 żagħżugħ f'sitwazzjoni ta' qgħad ipparteċipaw f'azzjonijiet iffinanzjati mill-YEI fl-2014; jilqa' l-fatt li l-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE ddeċidew li jallokaw EUR 6,4 biljun f'fondi tal-Unjoni (EUR 3,2 biljun mill-FSE u EUR 3,2 biljun minn linja baġitarja ġdida) lill-Garanzija għaż-Żgħażagħ (YG); jenfasizza, madankollu, li f'ċerti Stati Membri għad hemm xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

86.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jsaħħu l-miżuri li jiggarantixxu li l-apprendistati u t-traineeships ma jissostitwixxux postijiet ta' xogħol professjonali, ma jintużawx bħala sors ta' impjieg prekarju u fl-istess ħin jiġu żgurati l-intitolamenti kollha neċessarji u relatati tax-xogħol, inklużi dawk rimunerattivi u finanzjarji;

87.  Jitlob li jkun hemm miżuri mmirati u ssimplifikati għat-tisħiħ fil-kapaċità tal-Istat Membru biex jagħmel użu mill-finanzjament disponibbli permezz tal-Fondi Strutturali Ewropej, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-inizjattiva "Zgħażagħ Attivi", l-inizjattiva "L-ewwel impjieg EURES tiegħek", l-Orizzont 2020 u programmi u azzjonijiet fil-qasam taċ-ċittadinanza;

88.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi tal-għoti ta' riżorsi finanzjarji lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, peress li dawk spiss ma jkollhomx il-kapaċità li jittrattaw proċessi ta' applikazzjoni kkumplikati meta japplikaw għall-appoġġ mid-diversi programmi tal-UE;

89.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-programm Erasmus+ billi jimmiraw aħjar fuq persuni tal-livell edukattivi kollha sabiex itejbu l-prospetti ta' impjieg taż-żgħażagħ u jitrawmu karriera transfruntiera u mobilità tax-xogħol ġusta; jappoġġja t-tagħlim interkulturali, iċ-ċittadinanza Ewropea u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ fl-ambitu tad-demokrazija u l-valuri, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-term biex tfittex u tneħħi l-ostakli fil-proċedura ta' finanzjament li qed jagħmluha diffiċli biex jinkisbu dawn l-objettivi, sabiex il-programm Erasmus + jista' jkun aktar effettiv f'dan ir-rigward;

90.  Jilqa' l-fatt li l-programm Erasmus qabeż il-parametru referenzjarju ta' 3 miljun student; jinnota s-suċċess sostnut li dan il-programm emblematiku tal-Unjoni gawda sa mill-bidu tiegħu, u jemmen li huwa importanti li dan il-programm ikompli jirċievi l-appoġġ;

91.  Jiddispjaċih dwar il-varjazzjonijiet kbar fost l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-għadd ta' studenti tal-Erasmus mibgħuta u milqugħa; jirrakkomanda kampanji ta' informazzjoni aktar enerġetiċi u s-simplifikazzjoni tar-regoli;

92.  Ifakkar lill-Istati Membri li għandhom jimpenjaw ruħhom biex jestendu l-finanzjament nazzjonali bħala element komplementari għall-approprjazzjonijiet tal-FSE u l-YEI sabiex jiżguraw l-ispinta meħtieġa favur l-impjiegi għaż-żgħażagħ; jikkunsidra neċessarju, barra minn hekk, li l-istrumenti użati u l-għotjiet mogħtija għandhom jippermettu ħajja dinjituża; jitlob, għalhekk, valutazzjoni tal-livelli tal-għotjiet fid-dawl tal-għoli tal-ħajja reali f'kull Stat Membru;

93.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw l-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; jitlob għal impenn politiku kontinwu għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala riforma fit-tul u strutturali, li tiżgura integrazzjoni tas-suq tax-xogħol sostenibbli permezz ta' offerti ta' kwalità għolja;

94.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, fuq il-bażi ta' koperazzjoni b'saħħitha bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sistemi edukattivi u s-servizzi tal-impjiegi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tkun integrata għalkollox fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-impjiegi u fl-ippjanar fil-qasam tal-politiki taż-żgħażagħ u tal-edukazzjoni, u għandha tiġi kkomunikata estensivament liż-żgħażagħ kollha; ifakkar li l-involviment ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-komunikazzjoni, fl-evalwazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa kruċjali għas-suċċess tagħha;

95.  Ifakkar li n-nisa u l-irġiel żgħażagħ minn ċirkostanzi soċjoekonomiċi differenti jiffaċċjaw kundizzjonijiet differenti tas-suq tax-xogħol f'etajiet differenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall-ġeneru u soċjo-ekonomiċi bħal dawn fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar iż-żgħażagħ u s-suq tax-xogħol bħal ma hija l-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

96.  Iqis li l-livelli partikolarment għolja ta' nuqqas ta' sigurtà tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ, flimkien mat-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea, jirrappreżentaw sfida kbira għas-sostenibbiltà, is-suffiċjenza u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjoni u huma ta' ħsara kbira għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tal-anqas jevitaw l-abbużi tal-għotjiet ipprovduti taħt l-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, u biex jiffavorixxu, tal-anqas għal kuntratti stabbiliti fil-qafas tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, kuntratti li jippermettu liż-żgħażagħ iħallsu kontribuzzjonijiet għas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali;

97.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw u jimmonitorjaw bis-sħiħ l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, billi jagħmlu użu sħiħ mill-fondi li l-UE qegħditilhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jimplimentaw miżuri li jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ permezz tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ, inklużi dawk b'diżabilità, fis-suq tax-xogħol b'impjieg, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba' xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew jitilfu x-xogħol, billi, pereżempju, joħolqu sistemi ta' gwida għall-karrieri tul il-ħajja u mfasslin apposta, uffiċċji ta' reġistrazzjoni, punti ta' informazzjoni, u metodi ta' ġbir ta' data, u billi jħeġġu lil dawk qiegħda jirreġistraw bil-ħsieb li tinkiseb stampa tas-sitwazzjoni reali fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll billi jtejbu s-servizzi offruti miċ-ċentri tal-impjiegi għaż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol;

98.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw mingħajr dewmien il-fatturi ewlenin ta' suċċess għall-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, bħall-kwalità u s-sostenibbiltà tal-offerti tal-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ ulterjuri, l-inklużjoni soċjali, is-sinerġiji ma' oqsma oħra ta' politika (relatati mas-sistemi edukattivi, is-suq tax-xogħol, is-servizzi soċjali u ż-żgħażagħ) u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati rilevanti kollha, sabiex iż-żgħażagħ jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, jitnaqqsu r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u jinkiseb impatt pożittiv fit-tul f'termini ta' prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u tal-esklużjoni mis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ li jinsabu fi tranżizzjoni bejn l-iskola u s-suq tax-xogħol;

99.  Jitlob li jitwessa' l-ambitu tal-enfasi tal-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għaż-żgħażagħ mingħajr impjieg li m'għandhomx ħiliet jew li għandhom livell baxx ta' ħiliet, biex tkopri wkoll lill-gradwati żgħażagħ u lil dawk li diġà lestew it-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll li l-limitu tal-età tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li huwa ta' 25 sena, jiżdied għal 29 sena sabiex jirrifletti r-realtà li ħafna gradwati u dawk li jidħlu fis-suq tax-xogħol qed iqarrbu t-tletin sena;

100.  Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jwettqu skambju tal-prattiki tajba u jitgħallmu minn xulxin; jindika l-importanza li ssir valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-Istati Membri fl-2014 u l-2015; jenfasizza l-importanza li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fuq perjodu medju, b'enfasi fuq il-kisbiet li għamlet biex tgħin liż-żgħażagħ jakkwistaw ħiliet u jsibu impjieg, u li titkompla din l-inizjattiva; jindika, barra minn hekk, li l-involviment tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa kruċjali għas-suċċess tagħha;

101.  Jistenna b'ħerqa l-preżentazzjoni tar-rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ aktar tard din is-sena mill-Kummissjoni;

102.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-Garanzija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li mistenni jitlesta fil-bidu tal-2017, se jipprovdi valutazzjoni aktar ċara tar-riżultati tal-programm; iqis li, fost l-oħrajn, ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-effiċjenza u r-riżultati fit-tul tiegħu;

103.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta' sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ dwar il-programmi u l-opportunitajiet disponibbli biex jipparteċipaw, kif ukoll li jiġi żgurat li l-informazzjoni offruta dwar il-programmi tkun ta' kwalità għolja, bl-użu ta' indikaturi kwantifikabbli (pereżempju r-rispons u l-involviment tal-gruppi fil-mira);

104.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw politiki ekonomiċi espansjonisti li joffru aktar flessibbiltà fil-qasam tal-investiment pubbliku fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendistati ta' kwalità għolja;

105.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu aktar u mhux inaqqsu l-finanzjament tal-baġit nazzjonali tagħhom għall-politiki taż-żgħażagħ, l-arti, il-kultura, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jidderieġu l-investimenti fl-edukazzjoni inklużiva li twieġeb għall-isfidi tas-soċjetà fir-rigward tal-iżgurar ta' aċċess indaqs u opportunitajiet għal kulħadd, inklużi żgħażagħ li ġejjin minn sfondi soċjoekonomiċi differenti, kif ukoll gruppi vulnerabbli u żvantaġġjati;

106.  Jirrakkomanda l-inklużjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ fil-QFP, u li l-Istati Membri jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali bl-għan li jinkisbu sinerġiji bejn Erasmus +, il-FSE, l-EYI u Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida ċari dwar il-valutazzjoni tal-impatt;

107.  Jitlob lill-Kummissjoni tuża skema komprensiva ta' monitoraġġ għall-programmi taż-żgħażagħ li tgħaqqad flimkien l-indikaturi għar-riżultati mistennija, eżiti konkreti u riżultati fit-tul;

108.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-prestazzjoni u r-riżultati u jinsab kuntent li l-qafas regolatorju l-ġdid għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jinkludi dispożizzjonijiet għar-rapportar dwar ir-riżultati mill-Istati Membri;

109.  Ifakkar li 68 % tal-baġit tal-FSE jintefaq fuq proġetti li fihom iż-żgħażagħ jistgħu potenzjalment ikunu wieħed mill-gruppi fil-mira;

110.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi l-għotjiet għad-djar biex jintlaħqu l-ħtiġijiet li jinqalgħu meta jkun impossibbli li l-istudenti jsegwu taħriġ vokazzjonali jew korsijiet universitarji fil-belt tagħhom stess ta' residenza jew fi bliet inqas minn 50 km 'il bogħod;

Parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet:

111.  Jitlob li jkun hemm sħubijiet aktar sodi bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-awtoritajiet pubbliċi bl-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom fit-tfassil tal-politika; iqis l-irwol taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet sportivi fl-iżvilupp tal-ħiliet ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u fit-titjib tal-kwalità f'dak li jirrigwarda l-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet bħala ta' importanza speċjali, b'attenzjoni speċjali għall-fatt li ż-żgħażagħ jikkontribwixxu fis-soċjetà u anke jipprovdu soluzzjonijiet għall-isfidi kontemporanji tas-soċjetà Ewropea; Jenfasizza r-rwol uniku li jaqdu l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta' sens ta' ċittadinanza madwar il-prattika tal-valuri u l-proċessi demokratiċi;

112.  Jenfasizza l-valur tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħala entitatijiet li jipprovdu tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u edukazzjoni dwar il-valuri, il-ħiliet u l-kompetenzi demokratiċi, u jirrikonoxxi l-kontribut tagħhom għat-titjib tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi demokratiċi;

113.  Jenfasizza l-importanza vitali tat-tagħlim informali u mhux formali, l-arti, l-isport, il-volontarjat u l-attivitajiet soċjali biex iħeġġu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-koeżjoni soċjali bħala għodda li jista' jkollha impatt enormi fuq il-komunitajiet lokali u tista' tgħin biex jiġu indirizzati ħafna mill-isfidi soċjetali;

114.  Jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw b'mod strett mal-prinċipji ta' inklużività fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ b'diżabilità;

115.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati b'mod intensiv il-kuxjenza dwar iċ-ċittadinanza, il-litteriżmu medjatiku u diġitali, il-ħsieb kritiku u l-komprensjoni interkulturali, bl-użu ta' firxa wiesgħa ta' strumenti li huma familjari maż-żgħażagħ (pereżempju n-netwerks soċjali); jenfasizza r-rwol sinifikanti li għandhom dawn il-programmi u l-edukazzjoni biex jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fost iż-żgħażagħ;

116.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu forom ġodda ta' parteċipazzjoni ekonomika miż-żgħażagħ, bħat-tendenza li kulma jmur qed tikber li jużaw għodod tal-ekonomija kollaborattiva;

117.  Jenfasizza li l-attivitajiet volontarji politiċi, soċjali, kulturali u sportivi taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom jiġu appoġġati u rikonoxxuti aħjar għall-valur tagħhom bħala forma importanti ta' tagħlim mhux formali li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għall-ħajja u biex jippromwovi valuri bħall-kooperazzjoni, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja; jenfasizza, madankollu, li r-rieda taż-żgħażagħ li jiżviluppaw attivitajiet volontarji ma tistax titqies finalment bħala sostitut irħis għas-servizzi li għandhom jieħdu ħsiebhom l-Istati Membri; jitlob li l-attivitajiet volontarji jiġu rikonoxxuti u rikonoxxuti jew validati għalkollox;

118.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika mill-istudenti żgħażagħ u biex jgħinu liż-żgħażagħ fl-edukazzjoni biex jipparteċipaw fl-edukazzjoni tagħhom u jikkontribwixxu għaliha permezz tas-sħubija tagħhom fl-organizzazzjonijiet tal-istudenti;

119.  Jenfasizza li fehim aħjar tal-valuri tal-UE, tal-funzjonament tal-UE u tad-diversità Ewropea huwa kruċjali sabiex tiġi promossa parteċipazzjoni fid-demokrazija u titrawwem iċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ;

120.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-akbar użu possibbli mill-għodod diġitali l-ġodda u tisfrutta għalkollox l-opportunitajiet offruti mill-midja soċjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, tipprovdi taħriġ immirat ta' kwalità fil-midja li jħeġġeġ l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku, u tippromwovi u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fil-ħajja ċivika, kulturali u soċjali tas-soċjetà, sabiex tiżdied l-impjegabbiltà u jissaħħu l-intraprenditorjat, l-innovazzjoni u l-kultura; jirrikonoxxi wkoll il-potenzjal tal-għodod diġitali li għandhom jintużaw bħala mezz effettiv fil-ġlieda kontra l-bullying, id-diskorsi ta' mibegħda u r-radikalizzazzjoni;

o
o   o

121.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.
(2) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 1.
(3) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 5.
(4) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(5) EUCO 37/13
(6) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(7) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0107.
(9) ĠU C 93, 9.3.2016, p. 61.
(10) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 21.
(11) Testi adottati, P8_TA(2016)0106.
(12) Testi adottati, P8_TA(2015)0292.
(13) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 2.
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0005.


Kif il-PAK tista' ttejjeb il-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali
PDF 357kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar kif il-PAK tista' ttejjeb il-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali (2015/2226(INI))
P8_TA(2016)0427A8-0285/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-impjiegi f'żoni rurali: it-tnaqqis tad-diskrepanza fl-impjiegi (COM(2006)0857),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0285/2016),

A.  billi ż-żoni rurali jirrappreżentaw aktar minn 77 % tat-territorju tal-UE u billi ħafna impjiegi f'dawn l-oqsma – proporzjon għoli minnhom li ma jistgħux jirrilokaw – jiddependu fuq l-agrikoltura u l-industrija agroalimentari;

B.  billi, meqjusa flimkien, l-agrikoltura u l-industrija agroalimentari jirrappreżentaw 6 % tal-PDG tal-UE, 15-il miljun negozju u 46 miljun impjieg;

C.  billi, f'ħafna pajjiżi Ewropej matul l-aħħar ftit deċennji, in-numru ta' bdiewa f'żoni rurali naqas drastikament, kif ukoll naqas l-introjtu tal-bdiewa u ta' ħaddiema agrikoli oħra, u l-impjiegi agrikoli f'dawk iż-żoni komplew jonqsu; billi bejn l-2005 u l-2014 kien hemm tnaqqis ta' kważi kwart (-23,6 %) fl-input tax-xogħol agrikolu fl-UE-28(1);

D.  billi, minkejja li l-agrikoltura għadha l-forma ewlenija ta' użu tal-art fl-Ewropa, illum timpjega biss proporzjon żgħir tal-ħaddiema fiż-żoni rurali; billi d-diversifikazzjoni tal-użu tal-art f'żoni rurali, li tgħaqqad il-funzjoni ekonomika produttiva mal-funzjonijiet ta' akkomodazzjoni residenzjali u l-użu rikreattiv u ta' ħarsien u konservazzjoni tan-natura, hija sfida konsiderevoli f'termini ta' żvilupp u impjieg fid-diversi reġjuni rurali tal-Unjoni; billi, minkejja li t-tnaqqis tal-popolazzjoni treġġa' lura f'xi reġjuni f'dawn l-aħħar snin flimkien ma' influss ta' persuni li jixtiequ jgħixu fil-kampanja, li ġġeneraw, fil-parti l-kbira tal-każijiet, effett ta' periurbanizzazzjoni, hemm ukoll tendenza lejn tnaqqis f'reġjuni ħafna anqas prosperużi fejn il-periferiċità hija problema u l-appoġġ għall-iżvilupp u l-impjiegi huwa aktar diffiċli;

E.  billi ħafna żoni rurali jiffaċċjaw sensiela ta' sfidi bħal dħul baxx, tkabbir demografiku negattiv, nuqqas ta' impjiegi u rata għolja ta' qgħad, żvilupp bil-mod fis-settur terzjarju, nuqqas ta' kapaċità ta' proċessar għall-prodotti tal-ikel, livell baxx ta' ħiliet u kapital limitat;

F.  billi aktar minn disgħa minn kull għaxar persuni Ewropej iqisu li l-agrikoltura u ż-żoni rurali huma importanti għall-futur tagħhom;

G.  billi hemm dħul relattivament baxx għal kull unità tax-xogħol għal attivitajiet agrikoli u dan huwa punt ta' tħassib;

H.  billi l-kriżi ekonomika laqtet l-inħawi kollha tal-Ewropa, iżda l-ebda naħa ma ntlaqtet aktar miż-żoni rurali;

I.  billi, minkejja l-kriżi ekonomika attwali, l-Unjoni Ewropea għamlet l-impjiegi, b'mod partikolari permezz tal-FEIS, waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha, u billi, f'dan ir-rigward, il-PAK għandha ssir aktar effettiva u l-leġittimità tagħha għandha tiġi affermata mill-ġdid bħala waħda mill-għodod prinċipali tal-azzjoni tal-UE mmirati lejn iż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività fiż-żoni rurali, l-aktar fis-settur tal-biedja; billi, f'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jiġi evalwat sa liema punt il-PAK għandha impatt fuq il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi f'żoni rurali;

J.  billi huwa ta' importanza kruċjali li jinżammu ż-żewġ pilastri tal-PAK, billi l-Pilastru I jipprevjeni l-emigrazzjoni ta' industriji agrikoli żgħar u tal-familja mis-settur u jżomm l-impjiegi fis-settur agrikolu, filwaqt li l-fondi tal-Pilastru II jiżguraw il-ħolqien tal-impjiegi f'oqsma oħra bħat-turiżmu, l-ipproċessar tal-ikel u setturi relatati oħra;

K.  billi l-agrikoltura Ewropea qed tiffaċċja għadd ta' sfidi relatati mal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà, l-ambjent, il-bijodiversità, is-sostenibilità, l-enerġija u t-tibdil fil-klima, u huwa vitali li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn is-soċjetà u l-agrikoltura, jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi biex jingħelbu dawn l-isfidi biex tiġi żgurata r-reżiljenza u l-kompetittività tas-settur u jiġu fformulati mill-ġdid l-objettivi ta' politika ġenwinament pubblika li hija fl-interess ta' kulħadd, minħabba li dan huwa wieħed mill-iktar aspetti importanti tal-integrazzjoni Ewropea;

L.  billi, għal żmien twil wisq, ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni biex tinbidel il-prijorità tal-agrikoltura biex issir ibbażata mill-ġdid fuq it-territorju, u għaldaqstant tqiegħed il-produzzjoni u l-impjiegi f'oqsma speċifiċi, u billi għandna d-dmir li nappoġġjaw il-biedja bħala attività ewlenija mwettqa minn irġiel u nisa fl-inħawi fejn jgħixu, sabiex jiġi żgurat li ż-żoni rurali jkunu dinamiċi u jkollhom ħafna impjiegi; billi dan l-iffokar mill-ġdid se jwassal ukoll għal bilanċ tajjeb bejn l-iżvilupp rurali u urban;

M.  billi hemm rwol dejjem jikber għall-agrikultura urbana u periurbana u interess fiha u mudell ta' konsum li qed jinbidel u li jikkombina diversi fatturi, inkluż impatt minimu fuq l-ambjent, produzzjoni lokali ta' kwalità għolja u rikonoxximent tal-valur tax-xogħol magħmul minn produtturi żgħar u reġjonali;

N.  billi l-bażi tal-aħħar riforma tal-PAK ippermettiet li l-għajnuna tiġi orjentata mill-ġdid u mqassma b'mod aktar ġust fost l-Istati Membri u fis-setturi agrikoli varji u affermat mill-ġdid ir-rwol tal-PAK f'termini ekonomiċi u soċjali bħala fattur stabilizzanti għall-azjendi agrikoli u r-reġjuni rurali;

O.  billi, għalkemm l-istudji wrew li l-pagamenti diretti permezz tal-Pilastru 1 mhumiex qed joħolqu l-impjiegi direttament, dawn jaqdu rwol essenzjali biex jinżammu l-impjiegi u l-bdiewa fuq l-art; billi, jekk dan l-appoġġ politiku jiġi rtirat, 30 % tal-bdiewa Ewropej se jkunu furzati jwaqqfu l-attivitajiet u joħorġu mis-settur agrikolu; billi dawn il-pagamenti jżommu l-bdiewa żgħar u ż-żoni rurali ħajjin;

P.  billi appoġġ fil-forma ta' pagamenti diretti għall-bdiewa f'żoni periferali fuq art żvantaġġata jew marġinali huwa essenzjali mhux biss biex jiġi żgurat li dawn il-bdiewa jibqgħu jaħdmu l-art u jaqilgħu għajxien deċenti, iżda wkoll biex jiġi żgurat li din l-art tiġi protetta u jkollha rwol biex tattira t-turiżmu f'dawn iż-żoni;

Q.  billi l-objettiv primarju tal-Pilastru I tal-PAK riformata huwa s-sigurtà tal-provvista tal-ikel li tgħin biex jinżammu l-impjiegi eżistenti fl-agrikoltura u hemm rekwiżit li jiżgura distribuzzjoni aktar ġusta ta' pagamenti tal-Pilastru I biex jiġi mmassimizzat l-impatt pożittiv ta' dan l-appoġġ;

R.  billi l-esperjenza prattika turi li tipi oħra ta' żvilupp agrikolu huma possibbli, jipprovdu riżultati aħjar f'termini tal-kwalità tal-ikel u l-prestazzjoni agronomika, ambjentali u soċjoekonomika, li huwa importanti li tiġi appoġġjata u promossa d-diversità tas-sistemi agrikoli u li azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju li huma ġeneralment aktar diversifikati, innovattivi u flessibbli ħafna, spiss ikunu organizzati tajjeb f'termini ta' formazzjoni ta' gruppi ta' produtturi u kooperattivi u jibbenefikaw lill-komunitajiet li jinsabu fihom, u b'hekk jappoġġjaw l-ekonomija rurali, li hija essenzjali għall-iżvilupp tal-agrikoltura Ewropea;

S.  billi l-kriżi attwali turi li, fil-qafas ta' PAK orjentata lejn is-suq, huwa essenzjali li tinżamm organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u biex jinħarġu għodod regolatorji ġodda adatti biex jiżguraw l-istabilità tal-prezzijiet u jsostnu l-impjiegi u d-dħul agrikoli;

T.  billi l-bdiewa Ewropej joperaw f'suq dejjem aktar globali u għalhekk iġarrbu l-esponiment għall-volatilità tal-prezzijiet aktar minn setturi oħra;

U.  billi s-sistema ta' ħlasijiet li attwalment teżisti fil-katina tal-provvista tal-ikel ma tiggarantixxix distribuzzjoni sostenibbli tal-valur miżjud u ta' spiss tiddetermina li d-dħul tal-produtturi primarji lanqas biss ikunu suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż tagħhom;

V.  billi, meta mqabbla ma' żoni urbani, iż-żoni rurali huma ġeneralment ikkaratterizzati minn livelli statistikament ogħla ta' qgħad u dħul tar-residenti aktar baxx b'mod sinifikanti, kif ukoll infrastruttura inqas attraenti u inqas aċċess għas-servizzi peress li l-ispejjeż biex jiġu pprovduti huma sinifikanti minħabba densità tal-popolazzjoni u aċċessibilità aktar baxxi;

W.  billi l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali għandu jiddaħħal fil-qafas ta' politika sostenibbli mfassla għal territorji speċifiċi u li tinvolvi ż-żamma u l-iżvilupp ta' attivitajiet agrikoli u attivitajiet marbuta indirettament mas-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija, kif ukoll attivitajiet rurali, li joħolqu rabtiet bejn il-partijiet interessati differenti kemm soċjalment kif ukoll f'termini ta' solidarjetà u titjib ambjentali;

X.  billi l-futur taż-żoni rurali ma jiddependix esklużivament fuq l-iżvilupp tas-settur agrikolu, iżda huwa wkoll marbut mad-diversifikazzjoni u l-manutenzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi oħrajn, bħal ngħidu aħna l-forestrija, l-artiġjanat u l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kapaċitajiet ta' produzzjoni integrata, it-turiżmu rurali, il-provvediment ta' servizzi ta' rikreazzjoni, edukattivi u sportivi (eż. irkib taż-żwiemel) u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti u tal-impriżi agrikoli (inkluż l-iskart) biex tiġi prodotta enerġija rinnovabbli jew materjali organiċi u prodotti bbażati fuq il-proċessi ekoloġiċi; billi jinħtieġu politiki lokali integrati u deċentralizzati marbuta ma' aspetti soċjoekonomiċi u l-identità u l-kultura rurali u territorjali ġenwina, sabiex ikun hemm sinerġiji u bini b'mod konġunt fuq ir-riżorsi rurali permezz ta' approċċi kollettivi u transsettorjali, inkluż l-użu ta' fondi oħra tal-UE biex jistimolaw l-iżvilupp rurali u l-impjiegi, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm l-infrastruttura rurali;

Y.  billi, għal dan l-għan, huwa importanti ħafna li jiġi enfasizzat il-fatt li bosta impjiegi huma dipendenti fuq il-post u l-agrikoltura speċifika għall-attività li tinkludi l-forestrija, ma jistgħux jiġu rilokati u jinvolvu s-servizzi tal-ikel u mhux tal-ikel, bħal pereżempju l-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u tal-ilma;

Z.  billi għandu jingħata appoġġ b'mod partikolari lill-azjendi agrikoli żgħar tal-familja, jiġifieri lill-bdiewa individwali li, waħidhom jew flimkien ma' oħrajn, imexxu l-azjendi agrikoli tagħhom b'mod responsabbli, b'mod indipendenti u effettiv u li huma kapaċi jittrattaw kwalunkwe problema billi jadattaw id-deċiżjonijiet ta' produzzjoni tagħhom u/jew il-metodi ta' produzzjoni tagħhom kif ukoll bid-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom sabiex jindirizzaw il-bidla strutturali kontinwa fis-settur agrikolu;

AA.  billi l-potenzjal tan-nisa li jaħdmu u/jew li jmexxu negozju f'żoni agrikoli u rurali għandu jiġi analizzat, irreġistrat u promoss fil-politiki kollha tal-UE u ma għandhom jiġu penalizzati mill-ebda waħda minnhom minħabba li dan se jwitti t-triq biex in-nisa jsiru "muturi" tal-iżvilupp u l-innovazzjoni, u b'hekk jgħinu lis-settur kollu biex joħroġ mill-kriżi; billi n-nisa għandhom jiġu involuti fi pjanijiet ta' żvilupp tas-settur fil-livell lokali u reġjonali sabiex dan tal-aħħar ikun jista' jibbenefika mill-ħtiġijiet, l-esperjenzi u l-viżjonijiet tagħhom, u n-nisa, għaldaqstant għandu jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jieħdu sehem attiv fit-tfassil tagħhom;

AB.  billi fl-2010, 7,5 % biss tal-bdiewa kienu taħt l-età ta' 35 sena u aktar minn 4,5 miljun minn dawk li jmexxu l-ażjendi agrikoli huma ta' 'l fuq minn 65 sena u l-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 taħt il-PAK il-ġdid jinkludu dispożizzjonijiet li jappoġġjaw it-tiġdid ġenerazzjonali ġdid fl-agrikoltura;

AC.  billi, f'ħafna Stati Membri, in-nisa fiz-zoni rurali għandhom aċċess limitat għall-impjiegi fil-biedja jew f'setturi oħra tas-suq tax-xogħol u jġarrbu diskrepanza fil-pagi usa' milli f'oqsma oħra, iżda huma għandhom rwol importanti ħafna fl-iżvilupp u l-fibra soċjali taż-żoni rurali, b'mod partikolari fl-azjendi agrikoli impenjati f'diversifikazzjoni (billi joffru agrituriżmu, prodotti ta' kwalità għolja, attivitajiet edukattivi, sportivi u ta' rikreazzjoni u servizzi oħra); billi l-intraprenditorija femminili tista' tirrappreżenta pilastru importanti f'termini soċjali, ekonomiċi u ambjentali għall-iżvilupp sostenibbli f'żoni rurali; billi aċċess inugwali għall-art huwa fattur li jillimita l-opportunitajiet għan-nisa biex jiżviluppaw negozju fis-settur agrikolu; billi bħala medja, 29 % tal-azjendi agrikoli fl-Ewropa huma mmexxija min-nisa;

AD.  billi n-numru ta' varjetajiet tal-għelejjel imkabbra b'mod industrijali huwa żgħir; billi r-razez u l-varjetajiet lokali għandhom rwol fil-preservazzjoni tal-bijodiversità u ż-żamma ta' għajxien tan-nies fir-reġjuni u l-produzzjoni lokali;

AE.  billi l-ambjent rurali jeħtieġ li jsir aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda permezz tal-promozzjoni tat-taħriġ immirat lejn l-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni fil-professjoni u fit-teknoloġiji;

AF.  billi l-qafas universali pprovdut mis-sistemi tal-Valutazzjoni tas-Sostenibilità tal-Ikel u l-Agrikoltura (SAFA) ġie żviluppat mill-FAO;

AG.  billi l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jintuża għal azzjonijiet ta' taħriġ vokazzjonali u ta' ksib tal-ħiliet fis-setturi differenti ta' attività f'żoni rurali;

Fil-qafas tal-PAK attwali

1.  Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jagħtu lill-bdiewa żgħażagħ prospetti fit-tul sabiex jindirizzaw id-depopolazzjoni rurali, jimplimentaw strateġija komprensiva ta' tiġdid ġenerazzjonali u, għal dan l-għan, biex jagħmlu użu sħiħ mill-possibilitajiet kollha pprovduti taħt il-PAK il-ġdida għall-appoġġ ta' bdiewa żgħażagħ u parteċipanti ġodda fil-biedja, inkluż minn barra l-familja, partikolarment il-miżuri skont il-Pilastru I u l-Pilastru II għall-għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ, u wkoll biex jiffaċilitaw id-dħul ta' parteċipanti ġodda fil-biedja ta' età 'l fuq minn 40 sena fl-istabbiliment tagħhom u fl-intraprenditorija; jinnota wkoll li tali miżuri għandhom ikunu kkomplementati bid-dispożizzjonijiet u kompatibbli magħhom taħt politiki nazzjonali (dwar l-użu tal-art, it-tassazzjoni u s-sigurtà soċjali, eċċ.), inkluż appoġġ skont l-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

2.  Jinnota li l-maġġoranza kbira ta' pagamenti diretti tal-PAK qed imorru għand l-aktar azjendi agrikoli sinjuri, bi 13 % biss tal-benefiċjarji li rċevew 74 % tan-nefqa tal-pagamenti diretti tal-PAK fl-2014; jemmen li dan ma jikkontribwixxix għall-ħolqien tal-impjiegi fil-biedja peress li azjendi agrikoli żgħar jirrikjedu aktar xogħol u 53 % tal-ħaddiema fl-azjendi agrikoli jaħdmu f'azjendi agrikoli kklassifikati bħala ta' daqs ekonomiku żgħir; jitlob li jkun hemm tqassim aħjar tal-ħlasijiet tal-PAK lejn bdiewa żgħar;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom għall-azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari billi jsir użu akbar tal-pagament ridistributtiv; jistedinhom barra minn hekk biex jagħmlu arranġamenti li jiffavorixxu n-negozji li huma organizzati b'mod effiċjenti u dawk li jużaw l-istrument legali ta' raggruppament ta' impriżi;

4.  Iqis li l-PAK għandu jagħti aktar attenzjoni lit-territorji bi żvantaġġi ġeografiċi (bħal pereżempju ż-żoni muntanjużi, it-territorji extra-Ewropej, iż-żoni l-aktar periferiċi u żoni naturali sensittivi) peress li l-preservazzjoni tal-biedja hija mezz essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali li jiffoka fuq l-impjiegi; iżid, madankollu, li l-PAK trid tqis ukoll id-dinamiċi ġodda tal-espansjoni urbana u tappoġġja ż-żoni periferiċi ta' din l-espansjoni waqt li jkunu qed jiffaċċjaw ir-restrizzjonijiet marbuta mal-karatteristiċi partikolari tagħhom;

5.  Jirrimarka li l-Istati Membri użaw b'mod estensiv il-possibilità tal-għoti ta' għajnuna akkoppjata, li, permezz tal-iżvilupp ta' produzzjoni u tal-faċilitazzjoni biex tibqa' f'post speċifiku, tiżgura l-impjiegi f'żoni żvantaġġjati, u jistieden lill-Istati Membri jżidu l-proporzjon ta' tali għajnuna għall-bdiewa attivi, biex dan isir aktar flessibbli u biex jallokaw aktar minnu għall-produzzjoni ta' aktar proteini tal-pjanti fl-UE, li attwalment tiddependi fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi għall-provvista ta' dan il-prodott bażiku; jissuġġerixxi barra minn hekk li l-livell ta' pagamenti akkoppjati jistgħu jiġu aġġustati skont il-livell ta' impjiegi dipendenti fuq għelejjel partikolari, li jipprovdu aktar appoġġ għal prodotti li jeħtieġu l-akbar grupp ta' ħaddiema;

6.  Jirrimarka li, fil-perjodu tal-ipprogrammar attwali u f'konformità mal-programm tal-iżvilupp rurali, hemm dispożizzjoni għal għajnuna mmirata għall-kultivazzjoni ta' varjetajiet lokali u t-trobbija ta' razez lokali u b'hekk tippromwovi l-impjiegi reġjonali u l-preservazzjoni tal-bijodiversità; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu mekkaniżmi li permezz tagħhom gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi u bdiewa li jkabbru u jrawmu varjetajiet u razez lokali jistgħu jingħataw l-għajnuna;

7.  Jirrimarka li hemm bżonn li tiġi implimentata d-dimensjoni ambjentali tal-għajnuna diretta, u li din għandha tkun parti integrali fl-iżgurar li l-azjendi ambjentali jkunu sostenibbli u vijabbli u jgħinu biex iżommu u joħolqu impjiegi ġodda b'mod partikolari fil-konservazzjoni tal-bijodiversità, l-agrituriżmu u l-ġestjoni tal-kampanja, pereżempju permezz ta' residenzi fil-kampanja u residenzi storiċi; iħeġġeġ lill-UE tiżgura s-simplifikazzjoni u li r-regolamenti ambjentali jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod sempliċi, li jinftiehem u mingħajr problemi; jinnota li d-dimensjoni ambjentali m'għandhiex twassal għal tnaqqis jew abbandun tal-produzzjoni agrikola li hija partikolarment sensittiva f'żoni muntanjużi u periferiċi;

8.  Iqis li, minħabba r-rata ta' mortalità għolja fost in-naħal tal-għasel f'diversi pajjiżi tal-UE u r-rwol essenzjali li, bħala dakkara, għandhom fis-sigurtà tal-ikel u l-ekonomija ta' ħafna setturi tal-pjanti, l-Unjoni għandha tagħti appoġġ akbar lil dan is-settur billi tadotta strateġija ġenwina Ewropea ta' ripopolazzjoni tan-naħal; iżid li dan ma jeħtiġx investiment kbir iżda joħloq ħafna impjiegi, kemm permezz ta' attivitajiet ta' diversifikazzjoni f'azjendi agrikoli eżistenti kif ukoll bl-istabbiliment ta' azjendi agrikoli ġodda speċjalizzati, li, skont l-opinjoni tal-esperti, ikun jeħtieġ 200 doqqajs biex ikun vijabbli u li l-għan primarju tagħhom ikun it-trawwim ta' ferħiet u rġejjen ta' razez magħżula u, sussegwentement, li jiġi prodott l-għasel, li tiegħu l-UE għandha nuqqas serju; jinnota li tali approċċ, li hu bbażat fuq diversi strateġiji Ewropej dwar l-innovazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-ħolqien tal-impjiegi, huwa kompletament konformi mar-rieda ta' orjentazzjoni mill-ġdid tal-politika agrikola komuni u l-iżvilupp ta' biedja aktar sostenibbli;

9.  Jinnota li biex jinżammu l-impjiegi fl-azjendi agrikoli, is-settur tal-biedja għandu jirrikorri għal għodod tal-immaniġġjar tar-riskju ġodda u jżid l-użu ta’ għodod bħal organizzazzjonijiet tal-produtturi taħt l-OKS unika u fil-Pilastru II sabiex tirreaġixxi aħjar għall-volatilità u d-domandi tas-suq globali; huwa tal-fehma li l-miżuri tas-suq u l-miżuri ta' kriżi eċċezzjonali u mmaniġġjar tar-riskju previsti taħt l-OKS unika u fil-Pilastru II iridu jiġu implimentati aktar malajr u b'mod aktar proattiv, b'appoġġ baġitarju tal-UE adattat kif meħtieġ għas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni muntanjużi u reġjuni oħra li jiffaċċjaw sfidi għall-kompetittività b'tali mod li jillimitaw l-effetti negattivi tat-tnaqqis fil-prezzijiet fuq l-introjtu tal-produtturi; jirrimarka li l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kriżi eċċezzjonali għadha ma laħqitx l-objettivi tagħha u għandha tagħti attenzjoni akbar lill-infrastruttura eżistenti u lill-kapaċitajiet tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-kriżijiet riċenti, biex tiżviluppa sistemi ta' intervent aktar rapidi u effettivi li jistgħu jevitaw l-aktar effetti negattivi;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-potenzjal ta' miżuri eċċezzjonali previsti fl-Artikoli 219 sa 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

11.  Hu tal-fehma li, sabiex jaqdu l-funzjoni tagħhom ta' xibka ta' sikurezza, il-prezzijiet ta' intervent għandhom jiġu aġġustati regolarment skont ix-xejriet tal-prezzijiet nett sabiex ikollhom impatt dirett fuq l-introjtu tal-produtturi u l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tagħhom, kif ukoll fuq l-impjiegi; jitlob lill-UE tistabbilixxi għodod ta' prevenzjoni fuq l-istess linji tal-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib fis-setturi ewlenin kollha għall-monitoraġġ tas-swieq, li jgħinu jiggwidaw il-produzzjoni u jiżguraw rispons għall-kriżijiet permezz ta' għodod ta' ġestjoni tas-suq flessibbli u reattivi li jiġu attivati meta jkun meħtieġ;

12.  Jirrikonoxxi li ktajjen tal-provvista qosra li jorbtu lill-bdiewa mal-produtturi lokali jistgħu jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi rurali u jenfasizza li l-iskemi tal-kwalità, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-biedja organika jirrappreżentaw opportunità biex jiġi żviluppat is-settur agroalimentari u potenzjalment jinħolqu impjiegi b'bażi rurali, u għalhekk għandhom mhux biss jiġu protetti imma anke żviluppati sabiex jinħolqu impjiegi ġodda u biex jiġu ppreservati il-kultura u l-identità reġjonali; jissottolinja l-ħtieġa ta' aċċess aħjar għal swieq usa' għal dawn il-prodotti, u għall-introduzzjoni ta' miżuri ta' kwalità, ta' promozzjoni u ta' protezzjoni biex itejbu l-kummerċjalizzazzjoni u l-inklużjoni tagħhom fi prodotti tat-turiżmu ġenerali ta' żona ġeografika partikolari; ifakkar, fid-dawl tal-proposti leġiżlattivi taħt diskussjoni, li dawn l-impatti ekonomiċi pożittivi huma bbażati fuq il-fiduċja tal-konsumatur u li m'għandhomx ikunu ppreġudikati minn bidliet li jistgħu jitqiesu bħala li jnaqqsu l-kwalità; jenfasizza barra minn hekk li l-proċessi biex jintlaħqu dawn l-istandards ta' kwalità jistgħu jkunu onerużi u għandhom jiġu simplifikati;

13.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu użu aktar estensiv tal-oqsma ta' prijorità 6 tat-Tieni Pilastru dwar il-preservazzjoni u l-ħolqien ta' impjiegi u tat-trasferiment tal-għarfien u miżuri ta' taħriġ vokazzjonali u kontinwu (li jinkludu apprendistati u taħriġ fuq il-post tax-xogħol u taħriġ mill-ġdid ta' ħaddiema f'azjendi agrikoli), sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati mill-ġdid biex iwettqu attivitajiet rurali oħrajn, kif ukoll miżuri ta' assistenza ta' konsulenza u għall-immaniġġjar sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu appoġġ għat-taħriġ biex jgħinu lill-bdiewa u lill-ħaddiema agrikoli u rurali jsiru aktar versatili u kapaċi jiddiversifikaw l-attivitajiet u l-inizjattivi tagħhom u biex isaħħu l-innovazzjoni;

14.  Jinnota li l-programmi attwali ta' żvilupp rurali huma ħafna inqas iffukati fuq proġetti soċjali li jiddefendu l-impjiegi minn dawk tal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti (2007-2013), minħabba l-miżuri magħżula mill-Istati Membri fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom u minħabba l-ammont iżgħar ta' finanzjament allokat għal miżuri relatati mal-impjieg; għaldaqstant jitlob li jkun hemm flessibilità akbar fl-implimentazzjoni tal-politika ta' żvilupp rurali;

15.  Iqis li huwa meħtieġ li tiġi simplifikata l-implimentazzjoni tal-politika ta' żvilupp rurali, li jiġu adottati approċċi aktar koerenti, fuq l-istess linji tal-multifondi, u biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jitwaqqfu milli jimponu kontrolli amministrattivi u finanzjarji onerużi żżejjed;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jirreklamaw aħjar il-potenzjal tat-tieni pilastru tal-PAK għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet f'żoni rurali (eż. l-agrituriżmu, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli);

17.  Jinnota li l-fattur ta' riskju inerenti fl-innovazzjoni huwa meqjus b'mod insuffiċjenti kemm fil-politika nazzjonali kif ukoll tal-UE, fatt li jaġixxi bħala ostaklu għall-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għall-ħafna partijiet interessati li ma għandhomx biżżejjed saħħa finanzjarja biex jikkompletaw proġetti innovattivi;

18.  Jenfasizza li l-iżvilupp rurali u l-ħolqien tal-impjiegi jimxu id f'id u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jimmassimizzaw il-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma l-aktar familjari mal-isfidi u l-opportunitajiet taż-żoni tagħhom, biex jintlaħqu l-objettivi tal-Pilastru 2 u jiġu rispettati l-prijoritajiet tal-PAK, inklużi l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku; ifakkar fil-possibilità ta' ffukar tal-iżvilupp rurali u tal-programmi operattivi fuq il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi rurali u fuq it-titjib tas-servizzi rurali u jistieden lill-Kummissjoni tgħinhom biex jilħqu dan l-objettiv; jenfasizza l-adattament ta' mudelli tal-ekonomija kollaborattiva f'żoni rurali, bl-għan li tingħata spinta lill-impjiegi, u b'hekk l-attivitajiet agrikoli jkomplu jsiru aktar effiċjenti u jitnaqqsu l-ispejjeż;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw intrapriżi u kooperattivi fl-ekonomija soċjali, inkluża l-agrikoltura soċjali(2), sabiex jitrawmu l-integrazzjoni soċjali u l-impjiegi fiż-żoni rurali; jinnota l-azzjonijiet imwettqa taħt l-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali, u jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-kontribut magħmul mill-ekonomija soċjali għall-iżvilupp rurali, pereżempju permezz ta' Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali;

20.  Jenfasizza li azzjoni li tappoġġja l-iżvilupp demografiku u n-natura orjentata lejn il-familji taż-żoni rurali għandha tingħata aktar prominenza sabiex tappoġġja lill-familji u tagħmilha aktar faċli biex jikkombinaw il-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali, anki b'rabta ma' kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi miżuri u politiki attivi li jenfasizzaw ir-rwol pożittiv tal-migrazzjoni, biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku u titrawwem il-koeżjoni soċjali f'żoni rurali;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu politiki li jippromwovu ż-żoni rurali billi jiżviluppaw it-turiżmu, li, jekk ikunu strutturati kif jixraq u appoġġjati b'inċentivi, jistgħu jixprunaw it-tkabbir kulturali, soċjali u ekonomiku ta' żoni li għandhom riżorsi naturali, kulturali, tal-pajsaġġ, u tal-agroalimentazzjoni sostanzjali; jenfasizza li l-iżvilupp turistiku ta' żoni rurali u d-diversifikazzjoni tal-biedja (biex tinkludi attivitajiet edukattivi, kulturali u rikreattivi) jikkostitwixxi wkoll inċentiv biex il-ġenerazzjonijiet il-ġodda jieħdu kontroll ta' kampanji, fi spirtu ta' inizjattiva u intraprenditorija mmirat lejn l-innovazzjoni u lejn il-promozzjoni ta' prodotti tradizzjonali;

23.  Jenfasizza li, bl-għajnuna tal-FAEŻR u ta' fondi Ewropej oħra, l-istabbiliment ta' sinerġiji bejn oqsma differenti ta' politika se jkun essenzjali biex tintlaqa' l-isfida tal-ħolqien ta' impjiegi f'żoni rurali u biex jiġi garantit li l-agrikoltura tkun rikonoxxuta mill-ġdid bħala fattur ewlieni għall-iżvilupp territorjali; jinnota li l-fondi tal-Pilastru 2 jistgħu jintużaw bħala għodda finanzjarja dinamika li toħloq aktar sinerġiji ma' sorsi u programmi alternattivi ta' finanzjament, tagħmilhom aċċessibbli għal żoni rurali sabiex tiżdied il-konnettività, il-kompetittività u d-diversifikazzjoni ekonomika u għall-appoġġ tal-intraprenditorija, billi titiqies il-preservazzjoni tal-kultura u l-identità rurali;

24.  Jenfasizza li qed titqiegħed pressjoni dejjem akbar fuq l-impriżi żgħar u mmexxija mis-sidien minħabba x-xiri ta' art agrikola minn investituri; jenfasizza li l-preservazzjoni taż-żona miżrugħa u l-aċċess għall-art huma essenzjali għall-ħolqien u l-estensjoni ta' azjendi agrikoli u vitali għall-preservazzjoni tal-impjiegi fiż-żoni rurali; jirrimarka li r-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-ħtiġijiet tal-bdiewa żgħażagħ ta' Novembru 2015 wera li d-disponibilità tal-art għax-xiri u l-kiri hija fost l-aktar problemi serji li jiffaċċjaw il-bdiewa żgħażagħ u l-parteċipanti ġodda fil-biedja; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jaqsmu l-aħjar prattiki u jiżviluppaw strumenti biex jagħmlu possibbli l-aċċess għall-artijiet f'żoni rurali b'livell għoli ta' qgħad permezz ta', pereżempju, l-użu u l-ġestjoni parteċipattivi ta' art agrikola f'konformità mal-prattiki nazzjonali, jew l-istabbiliment ta' sistemi ta' ġestjoni u li jipprovdu informazzjoni dwar l-art mhux utilizzata jew art li tista' tintuża għall-agrikoltura, li s-servizzi tagħhom ikunu jistgħu jintużaw bħala dritt preferenzjali mill-bdiewa żgħażagħ u nisa;

25.  Iqis li huwa importanti li l-programmi ta’ żvilupp rurali jaħdmu aktar biex itejbu r-relazzjonijiet bejn iż-żoni rurali u dawk urbani, sabiex titħeġġeġ il-kooperazzjoni u jinħolqu opportunitajiet għan-negozji li joperaw f’żoni rurali li huma kruċjali għall-iżvilupp ta’ dawn iż-żoni u għall-ħolqien tal-impjiegi; huwa tal-fehma li l-irħula għandhom rwol importanti fir-relazzjonijiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali billi jipprovdu aċċess għal servizzi bażiċi għal residenti fiż-żoni rurali tal-inħawi, u li l-Istati Membri għandhom għalhekk jippromwovu s-servizzi fl-irħula bħala parti mill-politiki territorjali tagħhom;

26.  Jitlob l-istabbiliment ta’ regoli vinkolanti dwar ħlasijiet ġusti fil-katina tal-provvista alimentari bejn il-produtturi tal-ikel, il-bejjiegħa bl-ingrossa u l-proċessuri biex jiġi żgurat li l-bdiewa jirċievu sehem xieraq tal-valur miżjud li huwa suffiċjenti biex jippermettilhom li jipprattikaw biedja sostenibbli;

27.  Jenfasizza li s-settur tal-forestrija, li attwalment huwa assi mhux użat biżżejjed fl-Ewropa, huwa sors ewlieni ta’ impjiegi li għandhom jiġu promossi aħjar fid-diversi forom tiegħu fl-industrija tal-injam; iżid li l-UE attwalment qed tbati minn nuqqas serju fil-provvista tal-injam li jeħtieġ investiment fl-infrastruttura neċessarju għall-iżvilupp ta’ dan is-settur;

28.  Jenfasizza li l-aċċess għall-art huwa prerekwiżit essenzjali għall-istabbiliment u l-estensjoni ta’ impriża agrikola; jirrimarka li l-aċċess għall-art huwa l-akbar problema li jħabbtu wiċċhom magħha l-bdiewa żgħażagħ li jixtiequ jiftħu intrapriża agrikola;

Il-futur tal-PAK wara l-2020

29.  Jenfasizza li l-proċeduri tal-PAK għandhom ikunu ssimplifikati u għandhom jinżammu biżżejjed fondi, tal-inqas fil-livell attwali li jirriflettu valur miżjud Ewropew sinifikanti tal-politika, sabiex ikollhom rwol effettiv fuq terminu twil fit-trawwim tal-impjiegi bħala parti minn settur Ewropew tal-biedja u l-forestrija diversifikat, bil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-attraenza taż-żoni rurali; jenfasizza li l-politika tal-iżvilupp rurali - li tippermetti azzjoni aktar diretta u aktar effettiva biex titnaqqas l-esklużjoni soċjali fost l-abitanti rurali u tingħata spinta lill-impjiegi u d-dinamiżmu taż-żoni rurali - għandha tissaħħaħ progressivament, mingħajr ma jiddgħajjef l-appoġġ tal-ewwel pilastru, li għandu jiġi organizzat mill-ġdid biex jiżgura, fost affarijiet oħra, li s-swieq jiffunzjonaw aħjar u juru stabilità akbar, li hija kruċjali biex jissalvagwardjaw id-dħul agrikolu, il-mudell Ewropew tal-biedja u s-sigurtà tal-ikel u li jiżguraw li ż-żoni rurali jżommu l-attraenza tagħhom (b’enfasi fuq il-kwalità tal-ħajja) meta mqabbla ma’ żoni urbani;

30.  Jenfasizza li fi ħdan il-PAK għandha tingħata importanza kbira lil strumenti mmirati lejn il-modernizzazzjoni u l-investiment, li jiggarantixxu l-kompetittività ta’ setturi ekonomiċi li jinsabu f’żoni rurali (inklużi l-industriji agroalimentari, tal-enerġija, tal-ipproċessar u tas-servizzi u s-settur soċjali) b’mod sostenibbli, b’konformità mar-regoli ambjentali, biex b’hekk ikun żgurat li l-impjiegi jkunu jistgħu jinżammu; jindika li dawk l-istrumenti se jagħmluha possibbli wkoll li jkomplu jnaqqsu d-distakk bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni fir-rigward tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

31.  Jenfasizza l-importanza tas-settur tat-turiżmu bħala sors ta' introjtu għall-bdiewa (eż. btajjel f’azjendi agrikoli); iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu programmi li jappoġġjaw l-investiment u l-intraprenditorija; iqis li huwa importanti li jiġu appoġġjati l-azjendi agrikoli kkonċernati permezz ta’ kampanji tat-turiżmu;

32.  Jieħu nota tal-miżuri ta' simplifikazzjoni tal-PAK li ġew implimentati sal-lum, iżda jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa u timplimenta miżuri biex tintroduċi proporzjonalità u flessibilità fir-rigward tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv tal-PAK u ż-żieda tal-produttività fl-azjendi agrikoli;

33.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm limitu għal dak li jista’ jinkiseb taħt il-PAK peress li l-għan ewlieni tagħha huwa s-sigurtà tal-provvista tal-ikel, u l-fatt li l-indirizzar b’mod effettiv tal-isfidi numerużi li jaffettwaw il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi fiż-żoni rurali jeħtieġ approċċ trans-politiku usa’, kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak tal-Istati Membri;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja mudell agrikolu Ewropew kompetittiv u sostenibbli bbażat fuq mudell ta’ biedja mmexxi mill-familja, diversifikat u multifunzjonali li jkollu bħala prijorità ż-żamma ta’ impjiegi bbażati fit-territorju u mħallsa tajjeb, b’enfasi partikolari fuq it-territorji li qed jiffaċċjaw limitazzjonijiet speċifiċi kif rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-TFUE u – fil-produzzjoni tal-ikel u tal-prodotti mhux alimentari – l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, kif ukoll is-sikurezza alimentari sabiex tiġi protetta s-saħħa;

35.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw għodod ta’ regolamentazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-art sabiex jgħinuhom jiksbu għarfien aħjar tas-swieq tal-art u jwaqqfu l-fenomenu mifrux tal-konċentrazzjoni tal-ħtif tal-art u tal-apparat tal-produzzjoni;

36.  Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iħeġġeġ l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità; jitlob li jkun hemm inizjattivi li jiftħu swieq ġodda kif ukoll li jintroduċu programmi ta’ prodotti operazzjonali u kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni, sabiex tiġi żgurata d-diversifikazzjoni u l-kompetittività tal-prodotti tal-katina tal-ikel Ewropea;

37.  Hu tal-fehma li l-PAK għandha tqis il-biedja Ewropea fil-forom kollha tagħha u ż-żoni rurali kollha, inklużi dawk l-aktar żvantaġġati u l-iktar vulnerabbli fosthom (bħaż-żoni muntanjużi u r-reġjuni l-aktar imbiegħda), sabiex jiġi żgurat li jsir l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi kollha; jemmen li dan jinvolvi wkoll li art abbandunata terġa’ tibda tintuża;

38.  Jinnota li d-diversifikazzjoni tal-agrikoltura u s-swieq ‘niċċa’ reġjonali żżid u tiżgura l-impjiegi fiż-żoni rurali; jitlob għal inizjattivi għall-appoġġ tad-diversifikazzjoni tal-azjendi agrikoli (eż. il-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-prodotti agrikoli) u tal-ekonomija rurali b’mod ġenerali (eż. billi tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn xogħol agrikolu għal oqsma oħra ta’ impjieg);

39.  Huwa tal-fehma li l-fondi taħt il-PAK futura għandhom jipprovdu aktar appoġġ sabiex inaqqsu t-telf ta’ farms żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji miġbura f’organizzazzjonijiet tal-produtturi, li, minħabba li huma ġeneralment aktar diversifikati, ekonomiċi u awtonomi, kif ukoll li jiġu trasferiti iktar faċilment, huma aktar effettivi f’termini ta’ ħolqien ta’ valur miżjud u impjiegi bbażati fit-territorju u bħala pilastru ekonomiku u soċjali tar-reġjuni tagħhom, u jkomplu japplikaw ukoll appoġġ speċifiku għal territorji affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi kif rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

40.  Jindika li l-pagamenti diretti tal-PAK għandhom jiġu allokati biss lil persuni li l-qasam ewlieni ta’ attività tagħhom huwa l-agrikoltura;

41.  Jirrimarka li, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, it-tfittxija għal soluzzjonijiet ta’ impjieg fil-każ li l-ekonomija tiċkien, jiġi kompromess min-nuqqas ta’ interkonnettività, u, minħabba l-importanza tal-agrikoltura f’dawn ir-reġjuni, huwa tal-fehma li l-fondi taħt il-PAK futura għandhom japplikaw diskriminazzjoni pożittiva għal dawn it-territorji li qed jiffaċċjaw limitazzjonijiet speċifiċi kif rikonoxxut fit-TFUE, peress li dan ikollu effett multiplikatur f’termini ta’ promozzjoni ta’ attivitajiet relatati oħra, bħall-industrija agrikola, it-turiżmu, il-protezzjoni tan-natura, il-produzzjoni tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, b’mod li jikkumplimenta strateġija b’diversi fondi; jenfasizza li din l-istrateġija għandha tikkunsidra l-fatturi ta’ differenzjazzjoni pożittiva identifikati għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li tista’ sservi ta’ laboratorju għal soluzzjonijiet innovattivi oriġinali fl-agrikoltura li jistgħu jiġu applikati għal kuntesti inqas estremi u iktar komprensivi oħrajn, marbuta mal-istruttura tal-azjendi agrikoli, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u l-bijodiversità karatteristika;

42.  Iqis li l-biedja fi grupp għandha tiġi promossa u appoġġjata finanzjarjament, peress li tnaqqas l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-mekkanizzazzjoni, u tippromwovi s-solidarjetà bejn il-bdiewa u t-trasferiment tal-innovazzjoni, l-għarfien u l-aħjar prattika, filwaqt li toħloq dinamiżmu favorevoli għall-iżvilupp u l-impjiegi;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistimula d-diversifikazzjoni u l-kompetittività tal-azjendi agrikoli żgħar, anki fir-rigward tal-biedja soċjali u tal-agrikoltura ffukata fuq is-servizzi;

44.  Jenfasizza li huwa importanti li l-PAK tipprovdi aktar appoġġ għall-effetti pożittivi li l-agrikoltura tipprovdi f’termini ta’ impjiegi u l-ambjent, u li għandha tipprovdi appoġġ aktar effettiv għall-biedja organika u bijodinamika u l-metodi ta’ produzzjoni sostenibbli l-oħra kollha, inklużi l-biedja integrata u l-agroforestrija fil-kuntest tal-agroekoloġija, li jwassal għal simplifikazzjoni tar-regolamenti attwali u l-adozzjoni ta’ regolamenti li jistgħu jiġu implimentati b’mod sempliċi, li jinftiehem u mingħajr problemi; jemmen li l-valuri ta’ dawn l-effetti pożittivi f’termini ta’ impjiegi u l-ambjent huma ta’ interess għas-soċjetà b’mod ġenerali u huma element li għandu jiġi inkluż fid-dħul tal-azjendi agrikoli;

45.  Ifakkar fl-eżempju pożittiv tad-“distretti organiċi”, jiġifieri żoni fejn, permezz ta’ sett koordinat ta’ miżuri, prodotti tal-biedja lokali u t-trobbija tal-bhejjem prodotti minn metodi organiċi u l-operaturi ekonomiċi kollha li jiddependu fuqhom (l-ikel agrikolu, l-impriżi gastronomiċi u turistiċi) jiġu promossi, strument li diġà wera li jista’ jżid id-dħul lokali u jgħin il-protezzjoni tal-art permezz tal-konservazzjoni tal-pajsaġġi rurali u tal-prodotti tradizzjonali;

46.  Jenfasizza l-potenzjal ta' biedja u sistemi tal-ikel sostenibbli, b'mod speċjali l-biedja organika, kif ukoll il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità u l-infrastruttura rurali, bil-ħsieb li jiġu ppreservati u jinħolqu impjiegi deċenti fil-biedja u f'ekonomiji rurali prosperi;

47.  Huwa tal-fehma li l-iżgurar tas-sigurtà alimentari fl-Unjoni Ewropea għandu jibqa’ azzjoni prinċipali primarja taħt il-PAK futura, mingħajr ma jiġu ttraskurati s-swieq barra l-UE; f’dan ir-rigward, iqis li l-ftehimiet tal-kummerċ jistgħu joħolqu riskju reali, kif ukoll opportunitajiet possibbli, għall-agrikoltura Ewropea, u jemmen li l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles m’għandhomx iwasslu għal kompetizzjoni inġusta għall-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju u m’għandhomx jipperikolaw l-ekonomiji lokali u l-impjiegi;

48.  Huwa tal-fehma li, sabiex tittejjeb l-organizzazzjoni attwalment inadegwata tas-settur tal-frott u l-ħaxix, l-appoġġ tal-UE għal proġetti li jinsabu fost l-assoċjazzjonijiet il-ġodda tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix għandu jerġa’ jiġi kif kien;

49.  Jenfasizza li, f’kuntest ta’ inċertezza kbira rigward il-futur tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli baxxi u volatili, l-UE trid tikseb l-għanijiet tat-Trattat tal-PAK, billi tagħmel iktar biex tikkoreġi l-effetti erratiċi tas-swieq fejn ikunu qegħdin ifallu, u biex tiġi żgurata r-reżiljenza u l-kompetittività tas-settur agrikolu billi jiġu stabbiliti xbieki ta’ sikurezza effettivi u sistemi ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet sabiex jinħoloq bilanċ bejn il-provvista u d-domanda, kif ukoll jinħolqu għodod għall-ġestjoni tar-riskji bbażati fuq sistemi ġodda u innovattivi u li jinvolvu lill-bdiewa nfushom fil-finanzjament; iqis li s-sehem ta’ finanzjament għal miżuri biex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli għandu jiżdied u, b’mod partikolari, li l-PAK trid issaħħaħ ukoll skemi tal-assigurazzjoni għall-protezzjoni tal-bdiewa mid-diversi riskji tal-klima, tas-saħħa u dawk ekonomiċi; jemmen li fid-dawl tar-riskji assoċjati mat-tisħin globali, l-UE trid tagħmel dak kollu li tista’ biex issaħħaħ ir-rwol pożittiv li l-agrikoltura jista’ jkollha, permezz ta’ miżuri li jinkludu l-agronomija u ġestjoni aħjar tal-ħamrija għal qbid imtejjeb tal-karbonju, u li huwa importanti li jiġi pprovdut appoġġ tekniku u finanzjarju lill-bdiewa biex gradwalment ikunu jistgħu jbiddlu l-prattiki tagħhom u biex ikunu innovattivi;

50.  Jenfasizza barra minn hekk li l-pagamenti diretti għandhom jibqgħu strument tal-PAK wara l-2020, biex jappoġġjaw u jistabbilizzaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli, u biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-konformità ma' standards għolja tal-UE (fir-rigward tal-metodi ta' produzzjoni, u rekwiżiti ambjentali b'mod partikolari), u biex isostnu l-produzzjoni agrikola f'dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti; jirrimarka li l-pagamenti diretti għalhekk għandhom ikunu mmirati sabiex jiżguraw li l-biedja tkun ekonomikament stabbli, kif ukoll jiggarantixxu s-sigurtà alimentari u ambjentali; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li huwa importanti li r-rati ta' pagament dirett isiru ugwali, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq uniku tal-UE, kif ukoll għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi agrikoli fil-livell tal-UE;

51.  Huwa tal-fehma li, peress li hemm differenzi sinifikanti fil-livelli ta’ kooperazzjoni bejn il-bdiewa fi Stati Membri individwali u peress li nuqqas ta’ kooperazzjoni jaffettwa b’mod negattiv l-abilità tal-bdiewa li jirreżistu sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-pressjonijiet tas-suq, il-PAK għandha tippromwovi b’mod komprensiv l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn il-bdiewa, b’mod partikolari fis-setturi tal-produzzjoni u tal-ipproċessar;

52.  Jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità, skont it-tieni pilastru tal-PAK, lis-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP); jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lil Orizzont 2020 u biex jiġi żgurat aċċess aħjar mill-bdiewa għall-għażliet ta’ finanzjament tal-BEI, l-appoġġ għall-mudelli agrikoli u tal-forestrija innovattivi u sostenibbli għall-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi tal-ikel u dawk mhux alimentari (l-enerġija rinnovabbli, il-bijoekonomija, it-turiżmu rurali, u l-prospetti ġodda għall-bdiewa għall-forniment ta’ materja prima fl-era industrijali wara ż-żejt), u l-iżvilupp tar-riżorsi ta’ kull żona rurali;

53.  Jesprimi it-twemmin sħiħ tiegħu li se jkun meħtieġ anki fil-futur li jiġi promoss it-taħriġ vokazzjonali kontinwu għall-bdiewa u l-ħaddiema agrikoli u li jiġi żgurat li jinxterdu l-għarfien xjentifiku u l-innovazzjonijiet, b’hekk tkun żgurata l-adattabilità għall-ambjent li qed jinbidel u jsir aktar faċli biex wieħed jieħu sehem f’attività ekonomika;

54.  Hu tal-fehma li l-approċċi minn isfel għal fuq għall-iżvilupp lokali bħal LEADER/CLLD urew li huma effettivi f’termini tal-għadd ta’ impjiegi maħluqa u tal-livell baxx ta’ nfiq pubbliku għal kull impjieg maħluq, u li għaldaqstant għandhom jiġu msaħħa, promossi u implimentati aktar fl-Istati Membri kollha permezz ta’ approċċi ta’ finanzjament minn diversi sorsi u billi jissaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza b’mod partikolari r-rwol tal-mexxejja tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali (GAL) biex jipprovdu appoġġ tekniku u ta’ servizz għal inizjattivi li għandhom l-għan li jixprunaw proġetti li jippromwovu l-impjiegi; jitlob li l-GALs ikollhom l-usa' awtonomija possibbli sabiex tiġi massimizzata l-effettività tagħhom; iżid li għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jiżguraw l-involviment validu tas-sħab soċjali, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta mudelli ta’ prattika tajba fir-rigward ta’ proġetti transnazzjonali ta’ LEADER II;

55.  Jinnota li diffikultà fl-aċċess għall-informazzjoni fir-rigward tal-ipprogrammar u finanzjament nazzjonali u tal-UE rilevanti hija ostaklu għall-iżvilupp tal-ekonomija rurali;

56.  Jappella biex l-investiment mogħti taħt il-politika ta’ żvilupp rurali, bħala appoġġ għall-impjiegi fiż-żoni rurali, jingħata prijorità b’fokus fuq l-impjiegi, il-bidliet fil-qgħad, l-effiċjenza tan-negozji li jirċievu l-għajnuna, u l-ħolqien ta’ inċentivi għar-reklutaġġ tal-impjegati, u jirrakkomanda li l-programmi għall-iżvilupp rurali jinkludu t-tisħiħ tal-mikrofinanzjament, għax dan huwa partikolarment utli biex jgħinu lill-intrapriżi agrikoli u mhux agrikoli jibdew;

57.  Jenfasizza li l-importanza tat-tieni pilastru għall-ħolqien tal-impjiegi jista’ jittejjeb billi jippermettu ħafna aktar flessibilità skont il-ħtiġijiet speċifiċi għar-reġjun;

58.  Huwa tal-fehma li, fil-ġejjieni, hemm bżonn li jkomplu jiġu żviluppati s-sistemi tal-ikel ta’ kwalità għolja, ibbażat fit-territorju li jfornu l-prodotti tal-ikel mhux maħduma jew ipproċessati billi jiġu promossi r-responsabilità individwali u l-involviment tal-partijiet interessati - jew miġbura flimkien bħala produtturi, proċessuri, distributuri u konsumaturi jew bħala komunitajiet ta’ produtturi u konsumaturi, jew inkella billi jinġabru l-operaturi ekonomiċi kollha fis-settur agroalimentari u dak tat-turiżmu alimentari - f’attivitajiet kwalitattivi u dawk relatati mal-kuntratt imfassla biex jiżguraw provvisti tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll dħul ġust, sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jaqilgħu għajxien deċenti u jżommu l-impjiegi fl-azjendi agrikoli tagħhom; jinnota li tali sistemi tal-ikel jistgħu, b’mod partikolari, iżda mhux biss, jieħdu l-forma ta’ ktajjen tal-provvista qosra u/jew swieq lokali; huwa tal-fehma li aktar riżorsi tal-UE għandhom, fil-futur, ikunu ddedikati għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ ċerti sistemi tal-kwalità tal-ikel, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ gastromoija Ewropea magħrufa globalment; iqis li hu essenzjali għal dan l-għan li jiġu adattati aħjar il-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku, sabiex l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jippromwovu l-produzzjoni lokali;

59.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa għal aktar appoġġ għall-agrikoltura u għall-ħolqien ta’ impjiegi agrikoli f’żoni żvantaġġati u f’żoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE;

60.  Iqis li sħubijiet bejn diversi partijiet interessati li jinvolvu bdiewa u partijiet interessati rurali oħra għandhom jiġu promossi peress li jippermettu l-iżvilupp ta’ ħafna attivitajiet li joħolqu impjieg dirett u indirett, bħal pereżempju l-istrutturazzjoni ta’ ktajjen alimentari u mhux alimentari lokali u l-implimentazzjoni ta’ diversi servizzi (it-turiżmu rurali, iż-żamma ta’ spazji privati u pubbliċi, eċċ);

61.  Jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu inċentiv lill-bdiewa, permezz tal-PAK u politiki oħra, biex jiddiversifikaw is-sorsi ta’ dħul tagħhom, u b’hekk jipproteġu lilhom infushom mit-tnaqqis fir-ritmu tas-suq; iqis li tali diversifikazzjoni tista’ tinkludi l-ekoturiżmu, l-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli bħal dik mir-riħ u mix-xemx, iż-żieda tal-valur tal-prodotti agrikoli permezz tal-ipproċessar, u l-ħwienet tal-azjendi agrikoli;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi aktar appoġġ għal kooperattivi lokali biex jgħinuhom jerġgħu jiksbu kontroll fuq il-prezzijiet u l-prodotti tagħhom;

63.  Jinnota li s-settur tat-turiżmu joffri opportunitajiet sinifikanti sabiex jiġu ġġenerati dħul u impjiegi diretti u indotti fiż-żoni agrikoli u rurali, li jippermettu li jittejjeb il-wirt storiku, kulturali, gastronomiku, tal-pajsaġġ u ambjentali ta’ kull reġjun; jinnota, barra minn hekk, li l-attraenza ta’ reġjun għat-turisti hija bbażata mhux biss fuq l-istorja tiegħu, iżda wkoll dejjem iktar fuq il-prodotti tal-ikel, il-pajsaġġi u l-ambjent tiegħu; jemmen li, minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, is-settur tat-turiżmu għandu jingħata aktar appoġġ mill-politika tal-iżvilupp rurali;

64.  Jenfasizza li l-isfidi marbuta mat-tibdil fil-klima u l-ambjent qed iqajmu l-ħtieġa ta’ investiment għall-ħolqien sinifikanti ta’ impjiegi pubbliċi u privati, bl-appoġġ mill-ħolqien ta’ professjonijiet ġodda, sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi rurali jinżammu u jkunu ppreservati u li l-kwalità ta’ ekosistemi degradati tkun irrestawrata, biex jiġu indirizzati l-għargħar u n-nirien b’mod aktar effettiv, u biex tittejjeb il-protezzjoni tal-ilma, il-ħamrija u l-kwalità tal-arja u l-bijodiversità; jinnota li filwaqt li dan ċertament jinvolvi kooperazzjoni bejn l-agrikoltura u partijiet interessati rurali oħra, joffri opportunitajiet ġodda għad-diversifikazzjoni fid-dħul fl-agrikoltura;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt soċjali tal-kriżi agrikola attwali, b'mod partikolari f'termini ta' telf ta' impjiegi, speċjalment f'żoni rurali; jistieden lill-Istati Membri jqisu kif il-kompetittività tal-biedja tista’ tittejjeb sabiex is-settur jista’ joħloq l-impjiegi u jiġġenera valur miżjud li jinqasam b’mod ġust fl-industrija agrikola u dik agroalimentari, billi tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u tiġi minimizzata l-ħsara kkawżata minn dumping soċjali u minn kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u atipiċi, li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lil ċerti gruppi; jinnota li ħafna membri tal-familja fl-azjendi agrikoli ma għandhomx status soċjali jew rikonoxximent legali jew mhumiex koperti minn skema ta’ ħarsien soċjali; jenfasizza li n-negozji agrikoli jridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-impjiegi u mal-leġiżlazzjoni soċjali; iqis li kwalunkwe introduzzjoni ta' kundizzjonalitajiet addizzjonali għal pagamenti tal-ewwel pilastru tal-PAK iżidu konsiderevolment il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u jillimitaw il-potenzjal tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi; jappella għal rwol aktar b’saħħtu għas-sħab soċjali flimkien ma’ awtoritajiet ta’ ġestjoni, u jistieden lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu u jiggarantixxu d-drittijiet soċjali tal-bdiewa, jiżguraw li l-ħaddiema kollha fl-agrikoltura, part-time jew full-time, huma koperti minn sistemi ta’ protezzjoni soċjali; jistieden lill-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva 2014/36/UE dwar il-ħaddiema staġjonali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jitlob li l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa u tas-sikurezza jiġu allokati riżorsi biex ixerrdu l-informazzjoni dwar is-sikurezza tal-azjendi agrikoli;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi l-indikaturi proposti mill-FAO fil-Valutazzjoni tas-Sostenibilità tal-Ikel u l-Agrikoltura (SAFA) tagħha, b'mod partikolari dawk immirati lejn l-impjiegi u l-benesseri soċjali;

67.  Ifakkar li l-bidwi Ewropew medju għandu biss 12-il ettaru ta' art u li 70 % tal-azjendi agrikoli għandhom erja tas-superfiċje ta' anqas minn ħames ettari; jinnota li minħabba d-daqs u l-istruttura tagħhom, l-azjendi agrikoli mhux dejjem jifilħu jħallsu għal impjegati full-time jew ħaddiema bi kwalifiki għolja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għaldaqstant, biex jimplimentaw miżuri li jħeġġu gruppi ta' min iħaddem;

68.  Iqis indispensabbli li tiġi żgurata l-preżenza tas-servizzi pubbliċi u privati biex tiġi żgurata l-attraenza taż-żoni rurali u jippermettu ż-żamma u l-iżvilupp tal-impjiegi f’dawn il-postijiet; iqis li n-nies f’żoni rurali għandhom id-dritt għall-aċċess ugwali għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità bħalma huma l-edukazzjoni u dawk soċjali u tal-kura tas-saħħa; iqis li huwa essenzjali li kulħadd - il-gvern lokali, il-gvern reġjonali (fejn jeżisti) u s-settur privat lokali - għandu jaħdem flimkien biex jippromwovu l-investiment u jiżguraw li żoni rurali u remoti jkollhom infrastruttura essenzjali bħalma huma konnessjonijiet tat-trasport pubbliku u privat, provvista tal-enerġija sikura u affidabbli u t-teknoloġija tal-broadband veloċi, kif ukoll skemi ta’ finanzjament u self għall-intraprendituri rurali, il-mikrointrapriżi u l-SMEs, li mingħajrhom l-intrapriżi rurali u l-familji jkunu fi żvantaġġ permanenti u l-migrazzjoni lejn iż-żoni urbani se tkompli;

69.  Huwa tal-fehma, fir-rigward tal-epidemiji tal-annimali reċenti u l-iskandli reċenti dwar is-sikurezza tal-ikel, bħat-tfqigħa tal-E. coli tal-2011, l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel tal-2013, u l-iskandlu tal-għasel falz attwali - li hemm bżonn ta' żieda sinifikanti fl-ammont minfuq fuq is-sigurtà tal-ikel u l-għalf - kif stipulat fit-tielet intestatura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, peress li EUR 1.93 biljun allokati għall-perjodu attwali ta’ seba’ snin huma kompletament inadegwati;

70.  Jenfasizza li l-bdiewa jaffaċċjaw, fuq skala kbira, l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-PAK u li dawn l-ispejjeż ivarjaw b’mod sostanzjali fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex inaqqsu l-piż amministrattiv billi jnaqqsu l-burokrazija żejda u jissimplifikaw il-PAK, kif ukoll jiżguraw it-traspożizzjoni effettiva tagħha;

71.  Jenfasizza li l-aċċess għal servizzi bażiċi bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, kif ukoll il-kontinwità ta’ dawn is-servizzi, huma prerekwiżiti għal ambjent favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi u biex jintlaħqu l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni li jgħixu f’żoni rurali;

72.  Iqis li huwa kruċjali li l-awtoritajiet pubbliċi jintalbu joħolqu servizzi ta’ estensjoni u s-servizzi biex jassistu l-ġestjoni tal-azjendi agrikoli f’żoni rurali, bl-għan li jimmodernizzaw l-agrikoltura Ewropea;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-ugwaljanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-kompatibilità tax-xogħol mal-ħajja privata f’żoni rurali, b’mod partikolari fir-rigward tal-pagi u d-drittijiet soċjali u tal-pensjoni, il-promozzjoni ta’ kwalifiki ġodda u joffru prospetti u opportunitajiet għan-nisa f’impjiegi agrikoli u mhux agrikoli, f’konformità mal-prinċipju tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni fil-politiki u l-programmi tal-UE; jitlobhom ukoll biex jisfruttaw aħjar l-opportunitajiet għal pjattaformi ta’ informazzjoni onlajn immirata, azzjoni u għajnuna għall-bdiewa nisa ġodda u dawk stabbiliti f’żoni rurali, b’mod partikolari fil-qafas tal-FAEŻR u Fondi oħra tal-UE li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ proġetti, u jgħinu biex jinżammu l-infrastruttura u s-servizzi essenzjali li huma importanti fil-ħajja rurali ta’ kuljum, u b’hekk jgħinu biex jillimitaw l-eżodu ta’ nisa minn zoni rurali; barra minn hekk jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn, b’mod partikolari fiż-żoni rurali, ta’ strateġiji sostenibbli biex jinżammu, jiġu mħeġġa u appoġġjati netwerks u organizzazzjonijiet tan-nisa u r-rwol tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żoni agrikoli u dawk rurali; jitlob, barra minn hekk, għal aċċess aktar faċli għall-edukazzjoni, il-finanzi u l-informazzjoni li jiffaċilitaw l-inizjattivi intraprenditorjali tan-nisa (eż. permezz tan-negozju elettroniku), is-sjieda ta’ negozji rurali u l-iżvilupp;

74.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu r-rwol tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-assistenza soċjali li jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet biex jimmonitorjaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-impjiegi, jiġġieldu x-xogħol mhux iddikjarat u jissorveljaw l-osservanza tal-benesseri soċjali u standards tas-sikurezza li jippromwovu l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-ħaddiema migranti, inklużi ħaddiema staġjonali nisa, migranti nisa u rifuġjati nisa; jitlob li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti li jiżguraw li n-nisa jkunu jistgħu jieħdu sehem f'kull livell tal-proċess;

75.  Jindika li l-ammont ta' art għall-biedja fl-UE qed jonqos kull sena; jenfasizza li huwa kruċjali li l-art tal-biedja tinżamm, sabiex jiġu garantiti l-impjiegi f'żoni rurali; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess imtejjeb għall-art f'żoni b'livelli għolja ta' qgħad rurali, u jitlob, f'dan ir-rigward, li tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li l-bdiewa żgħażagħ nisa jkollhom aċċess għal kreditu u jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-ġestjoni tal-art;

76.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nisa jirrappreżentaw 45 % tal-forza tax-xogħol fl-azjendi agrikoli; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-definizzjoni ta' “azjenda agrikola tal-familja”, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tan-nisa għat-taħriġ u l-konsulenza professjonali, kif ukoll għall-kapital u l-benefiċċji;

77.  Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fi gruppi ta' azzjoni lokali u l-iżvilupp ta' sħubiji lokali taħt il-programm LEADER, kif ukoll li jiżguraw il-parteċipazzjoni bbilanċjata skont is-sessi fil-bordijiet amministrattivi tagħhom;

o
o   o

78.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Eurostat, 2016.
(2) cf: http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.nat-opinions.25458

Avviż legali