Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru 2016 - StrasburguVerżjoni finali
Proċedimenti ta' insolvenza u prattikanti fl-insolvenza ***I
 Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Użbekistan u l-kummerċ bilaterali fit-tessuti ***
 Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Użbekistan u l-kummerċ bilaterali tat-tessuti
 Ftehim ta' Kummerċ UE-Kolombja u Perù (adeżjoni tal-Ekwador) ***
 Ftehim UE-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak ***
 Ftehim UE-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak
 Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol *
 Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni : applikazzjoni EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive
 Normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija ***II
 Is-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija ***II
 Żona ferrovjarja unika Ewropea ***II
 L-aċċess għas-suq ta' servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet ***I
 Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Juhan Parts
 Programm ta' Riċerka tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
 Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni 2015
 Implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (Artikolu 36 TUE)
 Għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli

Proċedimenti ta' insolvenza u prattikanti fl-insolvenza ***I
PDF 333kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta' insolvenza u l-prattikanti fl-insolvenza fl-Annessi A u B tar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza (COM(2016)0317 – C8-0196/2016 – 2016/0159(COD))
P8_TA(2016)0488A8-0324/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0317),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0196/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-17 ta' Novembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0324/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni r-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-Annessi A u B għar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta’ insolvenza

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/353.)


Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Użbekistan u l-kummerċ bilaterali fit-tessuti ***
PDF 254kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16384/1/2010 – C7-0097/2011 – 2010/0323(NLE))
P8_TA(2016)0489A8-0332/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16384/1/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti, filwaqt li titqies l-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16388/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0097/2011),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2016(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0332/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Użbekistan.

(1) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 195.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0490.


Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Użbekistan u l-kummerċ bilaterali tat-tessuti
PDF 345kWORD 57k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'kunsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16384/1/2010 – C7-0097/2011 – 2010/0323(NLE)2016/2226(INI))
P8_TA(2016)0490A8-0330/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16384/1/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra (16388/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0097/2011),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet l-aktar reċenti tal-Kumitat ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet dwar l-Użbekistan b'rabta mal-Konvenzjoni dwar il-Qerda tax-Xogħol Furzat (Konvenzjoni 105) u l-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom ta' Tħaddim tat-Tfal (Konvenzjoni 182), adottati fl-2015 u ppubblikati fl-2016(3),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0330/2016),

A.  billi f'Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew iddeċieda li jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kunsens għall-Protokoll tat-Tessuti bejn l-UE u l-Użbekistan, u adotta rapport interim biex jindirizza l-allegazzjonijiet dwar l-użu tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat waqt il-ġbir tal-bjad tal-qoton fl-Użbekistan;

B.  billi fir-rapport interim, il-Parlament ikkonkluda li se jikkunsidra jagħti kunsens biss jekk l-osservaturi tal-ILO jkunu ngħataw aċċess mill-awtoritajiet Użbeki biex iwettqu monitoraġġ mill-qrib u mingħajr xkiel, u jkunu kkonfermaw li ġew implimentati riformi konkreti li taw riżultati sostanzjali b'tali mod li l-prattika tax-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal tkun verament fil-proċess li tinqered fuq livell nazzjonali, provinċjali u lokali;

C.  billi l-Parlament stabbilixxa djalogu regolari mal-Kummissjoni, is-SEAE, il-Gvern tal-Użbekistan, l-ILO u s-soċjetà ċivili sabiex jimmonitorja l-iżviluppi matul il-ġbir tal-bjad tal-qoton u jagħmel pressjoni fuq dawk kollha involuti biex jintemm l-użu tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat fl-Użbekistan;

D.  billi fl-2013 il-Gvern tal-Użbekistan awtorizza lill-ILO biex timmonitorja l-ġbir tal-bjad tal-qoton; billi mill-2013, l-ILO f'diversi okkażjonijiet wettqet monitoraġġ, inizjalment iffukat fuq it-tħaddim tat-tfal u aktar tard estiż għax-xogħol furzat u l-kundizzjonijiet ta' reklutaġġ;

E.  billi l-kooperazzjoni bejn l-ILO u l-Gvern tal-Użbekistan ġiet estiża gradwalment, u fl-2014 l-Użbekistan sar l-ewwel pajjiż tal-Asja Ċentrali li qabel dwar Programm tal-Pajjiżi għax-Xogħol Deċenti mal-ILO;

F.  billi l-aħħar monitoraġġ tal-ILO matul il-ġbir tal-bjad tal-qoton fl-2015 wera li l-użu ta' tfal fil-ġbir tal-bjad tal-qoton sar rari, sporadiku u soċjalment inaċċettabbli, anke jekk hemm bżonn ta' viġilanza kontinwa(4);

G.  billi, skont l-ILO, filwaqt li l-għarfien dwar ix-xogħol furzat fl-Użbekistan għadu fi stadju bikri, stħarriġ imwettaq mill-ILO jindika madankollu li kważi l-ħaddiema kollha jiġbru l-bjad tal-qoton b'mod volontarju u jkollhom il-possibbiltà li jirrifjutaw li jagħmlu dan;

H.  billi r-rapport finali tal-2016 tal-ILO dwar il-ġbir tal-bjad tal-qoton fl-Użbekistan se jkun disponibbli fi tmiem din is-sena;

I.  billi l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal fl-Użbekistan huwa proċess oġġettiv iżda li għadu għaddej li jirrikjedi sforzi, u li jeħtieġ jiġi appoġġat aktar mill-UE u mill-komunità internazzjonali, inkluż bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol;

J.  billi l-Gvern tal-Użbekistan adotta Pjanijiet ta' Azzjoni biex jinbidel il-proċess ta' reklutaġġ għall-ġbir tal-bjad tal-qoton u, flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u t-trade unions, ippromwova s-sensibilizzazzjoni u żviluppa mekkaniżmu ta' rispons għall-prevenzjoni tax-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal;

K.  billi l-NGOs għadhom jirrappurtaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġbir tal-bjad tal-qoton, fejn jindikaw mobilizzazzjoni enormi furzata ta' studenti u impjegati pubbliċi fi żmien il-ġbir tal-bjad tal-qoton, kif ukoll ksur tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, b'mod partikolari interrogazzjonijiet ta' ċittadini li jirrappurtaw dwar il-ġbir, persekuzzjoni regolari u fastidju lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili, u l-imblukkar ta' gruppi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u stabbilimenti tal-midja li joperaw fil-pajjiż;

L.  billi l-mewt għal għarrieda tal-President Islom Karimov m'għandhiex ikollha impatt fuq il-kontinwità tal-proċess li għaddej biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-għelieqi tal-qoton fl-Użbekistan;

1.  Jenfasizza l-importanza tal-azzjoni meħuda mill-Gvern tal-Użbekistan biex jawtorizza lill-ILO timmonitorja l-ġbir tal-bjad tal-qoton u jimpenja ruħu f'kooperazzjoni wiesgħa mal-ILO permezz tal-Programm tal-Pajjiżi għax-Xogħol Deċenti;

2.  Jilqa' l-progress sostanzjali li sar fl-Użbekistan mill-2013 'l hawn, inkluża l-adozzjoni ta' liġijiet li jipprojbixxu l-użu tat-tħaddim tat-tfal, u b'hekk inkisbet l-eliminazzjoni kważi totali tat-tħaddim tat-tfal; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet biex jinvolvu ruħhom ulterjorment f'kampanja ta' sensibilizzazzjoni madwar il-pajjiż għall-eliminazzjoni totali tat-tħaddim tat-tfal;

3.  Japprezza l-fatt li sar progress fl-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u li dan qed isir mill-Gvern tal-Użbekistan anke f'kooperazzjoni mal-ILO; jisħaq madankollu, li għadhom jeżistu mezzi sottili ta' xogħol involontarju, li dan il-proċess huwa kumpless u li jeħtieġ, fost l-oħrajn, riforma tal-politiki dwar l-impjiegi;

4.  Huwa tal-opinjoni li, fid-dawl ta' dawn l-isforzi mill-Gvern tal-Użbekistan, il-Parlament għandu jagħti l-kunsens tiegħu għall-Protokoll tat-Tessuti bejn l-UE u l-Użbekistan; huwa tal-fehma li tali approvazzjoni se tikkostitwixxi sinjal pożittiv ta' inkoraġġament lill-Gvern tal-Użbekistan biex ikompli bl-isforzi tiegħu lejn l-eliminazzjoni totali tat-tħaddim tat-tfal u tal-forom kollha l-oħra ta' xogħol furzat, barra milli tissaħħaħ ulterjorment il-kooperazzjoni mal-UE;

5.  Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Federazzjoni tat-Trejdjunjins tal-Użbekistan issieħbet mal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Internazzjonali bħala membru assoċjat f'Ottubru 2015; jissottolinja r-rwol li qegħdin jiżvolġu t-trade unions Użbeki biex jiżguraw kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti u jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema; jistieden lill-Gvern tal-Użbekistan jikkoopera bis-sħiħ mat-trade unions f'dan ir-rigward; jinkoraġġixxi lit-trade unions Użbeki jintensifikaw ir-rwol tagħhom fl-isforz biex jeliminaw totalment ix-xogħol furzat;

6.  Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti tal-osservaturi indipendenti b'rabta mal-mobilizzazzjoni ta' ċittadini mmexxija mill-istat, inkluż ix-xogħol furzat ta' impjegati pubbliċi u studenti, fil-ħidma ta' qabel il-ġbir fl-2016;

7.  Jagħmel appell lill-president Użbek sabiex jintroduċi mudell tad-drittijiet tal-bniedem ġdid billi jtemm minnufih l-użu kontinwu tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal fil-ġbir tal-bjad tal-qoton;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu lill-Parlament regolarment b'informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni fl-Użbekistan, speċjalment rigward l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat; jiddeċiedi li jkompli jissorvelja l-iżviluppi fl-Użbekistan u li jorganizza djalogu regolari mal-ILO, il-Kummissjoni, is-SEAE u partijiet interessati oħra mmirat lejn l-eliminazzjoni totali tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal fl-Użbekistan;

9.  Jirrikonoxxi li biex jintlaħaq dan l-għan se jibqa' jkun hemm bżonn ta' taħlita ta' djalogu u kooperazzjoni, kif ukoll pressjoni kontinwa fuq il-Gvern tal-Użbekistan mill-Unjoni, l-ILO u l-Bank Dinji; iżomm id-dritt li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jattivaw l-Artikoli 2 u 95 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni sabiex jittieħdu l-miżuri ġenerali u speċifiċi neċessarji kollha jekk l-impenn għall-qerda tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat ma jiġix irrispettat;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lid-delegazzjoni tal-UE f'Tashkent jikkontribwixxu permezz ta' djalogu politiku u programmi ta' assistenza għal riformi strutturali fl-Użbekistan, fosthom iż-żieda fir-rimunerazzjoni għal dawk li jiġbru l-bjad tal-qoton, il-mekkanizzazzjoni, u aktar trasparenza baġitarja fuq id-dħul mill-ġbir tal-bjad tal-qoton;

11.  Huwa tal-fehma li l-Programm tal-Pajjiżi għax-Xogħol Deċenti għandu jiġi estiż lil hinn mill-2016 u għandu jiġi approfondit sabiex jitqiesu l-immodernizzar tal-ekonomija Użbeka, it-titjib fil-politika dwar l-impjiegi f'oqsma bħas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-ispezzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li jittieħed kont tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' f'dan ir-rigward, id-Digriet Governattiv tal-Użbekistan Nru 909 (bid-data tas-16 ta' Novembru 2015) li għandu l-għan li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-impjieg u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fis-settur agrikolu fil-perjodu 2016–2018;

12.  Jisħaq fuq il-fatt li l-assistenza mogħtija mill-UE matul dawn l-aħħar snin, iffukata fuq l-istat tad-dritt u l-ġudikatura, u li għandha l-għan li tagħti bidu għal riformi u tissemplifika l-operat tal-Parlament Użbek, trid issarraf f'riżultati konkreti;

13.  Jemmen li l-għajnuna tal-UE lill-Użbekistan għandha wkoll tkun immirata biex fil-pajjiż tonqos is-sistema fardgħalla tal-qoton u tonqos id-dipendenza tiegħu fuq l-esportazzjoni billi tiġi diversifikata l-ekonomija, fatt li jaf itaffi gradwalment is-sitwazzjoni ambjentali diżastruża, partikolarment fir-rigward ta' dak li fadal mill-Baħar ta' Aral u mit-tributarji tiegħu;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibbli tippreżenta l-inizjattiva ewlenija tal-UE dwar ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista fis-settur tal-ilbies, bi proposta biex tissaħħaħ it-trasparenza tal-katina tal-provvista; ifakkar fl-importanza tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà mniedi fl-2013 u jissottolinja li din it-tip ta' inizjattiva tista' sservi bħala bażi għall-elaborazzjoni ta' azzjonijiet ġodda bi sħubija ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-saħħa u tas-sikurezza fis-settur tal-ħwejjeġ;

15.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Użbekistan biex jaħdem favur ir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tas-27 konvenzjoni internazzjonali ewlenin kollha tal-SĠP +, sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal preferenzi tariffarji SĠP+;

16.  Jenfasizza li fl-2009 u l-2010 l-Kunsill neħħa s-sanzjonijiet tal-UE bil-ħsieb li l-awtoritajiet Użbeki jiġu mħeġġa jieħdu passi sostantivi ulterjuri biex itejbu s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fil-post, u ddikjara wkoll li l-Kunsill ser josserva mill-qrib u kontinwament is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Użbekistan u li s-sustanza u l-kwalità tad-djalogu u l-kooperazzjoni ser jiddependu mir-riformi [...] li l-Użbekistan iwettaq;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jimmonitorjaw it-tranżizzjoni politika fl-Użbekistan u jipprovdu lill-Parlament fuq bażi regolari, b'informazzjoni dwar dan il-proċess;

18.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), lis-SEAE u lill-Istati Membri jużaw il-perjodu ta' tranżizzjoni bħala okkażjoni biex issir pressjoni favur titjib konkret u li jista' jitkejjel fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem matul ix-xhur li ġejjin; jissottolinja li fost it-titjib konkret għandu jkun hemm il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE fl-2010;

19.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-settur tat-tessuti, partikolarment il-produzzjoni tal-qoton, huwa s-settur prinċipali tal-kummerċ bejn l-UE u l-Użbekistan; jenfasizza f'dan ir-rigward, li l-UE għandha tisfrutta bis-sħiħ l-estensjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) sabiex tiżgura li l-awtoritajiet Użbeki jkunu impenjati fi proċess ta' tranżizzjoni, wara l-mewt għal għarrieda tal-president, li jwassal għal governanza aħjar, tisħiħ tal-istat tad-dritt, riformi demokratiċi u titjib sostanzjali fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

20.  Itenni l-impenn tal-Unjoni li tkompli u tapprofondixxi r-relazzjonijiet mal-Użbekistan, u li dan jirrikjedi rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jistieden lill-Gvern tal-Użbekistan joħloq aktar spazju għas-soċjetà ċivili indipendenti, jieħu aktar inkunsiderazzjoni t-tħassib tal-NGOs Użbeki u internazzjonali, u jissodisfa l-impenji tiegħu skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura;

21.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Użbeki jirrispettaw bis-sħiħ l-impenji internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' b'sodisfazzjon it-tħabbira ta' proposta għal amnestija fl-okkażjoni tal-24 anniversarju tal-Kostituzzjoni Użbeka; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Użbeki biex f'dan il-ġest jinkludu l-ħelsien mill-ħabs ta' dawk kollha li ntbagħtu l-ħabs fuq akkużi politikament motivati, it-titjib tal-kundizzjonijiet tagħhom fil-kustodja u t-tmiem taċ-ċiklu ta' repressjonijiet, arresti u kundanni; jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Użbekistan jintensifika l-involviment tiegħu fl-istituzzjonijiet internazzjonali, anki bis-saħħa tal-11-il proċedura speċjali stabbiliti mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC)(5);

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-gvern u l-parlament tal-Repubblika tal-Użbekistan.

(1) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 195.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0489.
(3) Rapport tal-Kumitat ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet – Applikazzjoni ta' Standards Internazzjonali tax-Xogħol 2016 - RAPPORT III (Taqsima 1A)
(4) Rapport tal-Kumitat ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet – Applikazzjoni ta' Standards Internazzjonali tax-Xogħol 2016 - RAPPORT III (Taqsima 1A), p. 218.
(5) Il-11-il proċedura speċjali huma deskritti f'dan l-indirizz http://spinternet.ohchr.org/_Layouts/SpecialProceduresInternet/ViewCountryVisits.aspx?Lang=en&country=UZB. Għal ħarsa ġenerali tal-proċeduri speċjali tal-UNHRC, ikkonsulta l-indirizz http://www.ohchr.org/en/HRBodies/SP/Pages/Welcomepage.aspx.


Ftehim ta' Kummerċ UE-Kolombja u Perù (adeżjoni tal-Ekwador) ***
PDF 249kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (07620/2016 – C8-0463/2016 – 2016/0092(NLE))
P8_TA(2016)0491A8-0362/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07620/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (07621/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0463/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0362/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ekwador, tal-Kolombja, u tal-Perù.


Ftehim UE-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak ***
PDF 249kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE))
P8_TA(2016)0492A8-0321/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10711/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (11692/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0332/2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2016(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0321/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0493.


Ftehim UE-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak
PDF 257kWORD 50k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE)2016/2229(INI))
P8_TA(2016)0493A8-0320/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10711/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozzz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (11692/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0332/2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0320/2016),

A.  billi s-sajjieda mid-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja tradizzjonalment dejjem stadu b'mod konġunt f'Kattegat u Skagerrak;

B.  billi l-Ftehim jirrikonoxxi d-drittijiet storiċi tas-sajd tas-sajjieda mid-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja f'Kattegat u Skagerrak, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' sajjieda minn stati oħra, filwaqt li jiżgura wkoll li jittieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tas-sajd u l-preservazzjoni ta' dawn l-ilmijiet;

C.  billi l-Ftehim jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tas-sistema riformata ta' ġestjoni tas-sajd fl-UE stabbilita b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji bażiċi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) il-ġdida, b'mod partikolari l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u miżuri obbligatorji biex l-istokkijiet jinżammu 'l fuq mil-limiti tas-sajd sostenibbli;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet ta' kwalunkwe konsultazzjoni li saret bi qbil mal-Artikolu 4 tal-Ftehim;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Ftehim u qabel il-bidu tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat rispettivi tagħhom, jinformaw lill-Parlament immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-Ftehim u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern għal kwalunkwe pajjiż terz għandu jibni fuq ir-reċiproċità, u li fil-każ tan-Norveġja kwalunkwe dazju doganali fuq il-prodotti tal-ikel, inkluż fuq il-prodotti tas-sajd, mill-UE għandu jkun konformi mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

5.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandu jkollha l-kompitu li tiżgura li d-dazji doganali fuq il-prodotti tal-ikel u tas-sajd mill-UE ma jiġux stabbiliti b'mod kuntrarju għall-prinċipji ta' kummerċ ħieles fil-qasam tal-prodotti tal-ikel, inklużi l-prodotti tas-sajd;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi r-riżoluzzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Renju tan-Norveġja.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0492.


Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol *
PDF 253kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol (10343/2016 – C8-0266/2016 – 2016/0810(CNS))
P8_TA(2016)0494A8-0343/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10343/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0266/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(1), b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata(2), b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0343/2016),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta, wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar l-Europol(4), id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' kooperazzjoni; u jitlobha wkoll tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni u, jekk ikun xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jinfetaħ rinegozjar internazzjonali tal-ftehim;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.

(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
(3) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni : applikazzjoni EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive
PDF 369kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata minn Spanja – EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive) (COM(2016)0708 – C8-0454/2016 – 2016/2298(BUD))
P8_TA(2016)0495A8-0379/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0708 – C8-0454/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0379/2016),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG);

C.  billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi stabbilita għal 60 % tal-istima tal-ammont totali kemm se jiġu jiswew il-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli jiġu estiżi għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' intrapriżi proprji;

D.  billi Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-Diviżjoni 29 ta' NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers), l-aktar fir-reġjun tal-livell NUTS 2 tal-Comunidad Valenciana (ES52), u billi 250 ħaddiem li ngħataw is-sensja eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FEG huma mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri;

E.  billi l-applikazzjoni tressqet skont il-kriterji ta' intervent stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG, li jidderoga mill-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, li jeħtieġu li tal-inqas 500 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja fuq perjodu ta' referenza ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell tad-Diviżjoni ta' NACE Reviżjoni 2, u li jkun jinsab f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2 fi Stat Membru;

F.  billi l-UE-27 qiegħda taffaċċa tnaqqis fil-produzzjoni ta' vetturi bil-mutur ta' 0,5 miljun unità fl-2015 meta mqabbel mal-2006 (minn 18,7 miljun unità fl-2006 għal 18,2 miljun unità fl-2015), filwaqt li l-produzzjoni globali żdiedet b'31,1 % (minn 69,2 miljun unità fl-2006 għal 90,9 miljun unità fl-2015)(4), b'mod partikolari fiċ-Ċina kif ukoll f'ekonomiji oħra tax-Xlokk tal-Asja;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li għalhekk Spanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 856 800 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 1 428 000, għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-250 ħaddiem li ngħataw is-sensja;

2.  Iqis li l-għoti ta' appoġġ lil ex impjegati ta' intrapriżi żgħar u medji jiġġustifika wkoll l-approvazzjoni ta' applikazzjoni li tikkonċerna inqas minn 500 sensja;

3.  Jinnota li Spanja ppreżentat l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-21 ta' Ġunju 2016, u li l-valutazzjoni ta' din l-applikazzjoni ġiet finalizzata mill-Kummissjoni fit-8 ta' Novembru 2016 u ġiet innotifikata lill-Parlament dakinhar stess;

4.  Jinnota li s-settur tal-manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers kien is-suġġett ta' 23 applikazzjoni għall-FEG, li 13 minnhom kienu bbażati fuq globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ(5) u 10 mal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali(6); jinnota li 3 minn dawn l-applikazzjonijiet għall-FEG kienu minn Spanja (EGF/2008/002 ES Delphi, EGF/2008/004 ES Castilla y León u Aragón u EGF/2010/002 ES Cataluña - automotive);

5.  Jinnota li t-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-Unjoni fl-industrija tal-vetturi huwa parti minn xejra fuq perjodu itwal, kif ġie ddikjarat mill-Kummissjoni fil-valutazzjonijiet tagħha tal-applikazzjonijiet preċedenti għall-FEG dwar is-settur tal-vetturi abbażi tal-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ, li rat l-Unjoni titlef kważi nofs sehemha mis-suq bejn l-2000 u l-2015;

6.  Jirrimarka li, fi Spanja, it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-karozzi kkawża riduzzjoni kemm ta' intrapriżi kif ukoll ta' impjiegi, u li fil-Comunidad Valenciana 62 impriża tal-vetturi minn total ta' 187 waqqfu l-attivitajiet tagħhom matul il-perjodu 2008 – 2014, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 33,16 %;

7.  Jinnota li Bosal S.A. bdiet topera fl-1986 meta ż-żona ta' Sagunto ġiet iddikjarata bħala "Żona għall-Industrijalizzazzjoni mill-Ġdid Preferenzjali" wara sensji fil-forn tal-blast lokali. jinnota li l-falliment u l-għeluq ta' Bosal S.A. ikkawżaw it-telf ta' 250 impjieg fil-belt ta' Sagunto, li jirrappreżentaw għadd pjuttost kbir ta' impjiegi f'din il-belt, u li kellhom impatt serju fuq l-ekonomija lokali u reġjonali, b'mod partikolari meta jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' belt żgħira f'żona rurali li soffriet bil-kbir mill-kriżi ekonomika kif ukoll mill-konsegwenzi tal-proċess ta' globalizzazzjoni fis-setturi tal-vetturi; ifakkar li r-rata ta' qgħad fil-Comunidad Valenciana għadha fil-livell ta' 20,17 %(7), għalkemm hemm sinjali ta' rkupru fir-rata tal-impjieg;

8.  Jiddispjaċih dwar iż-żieda fl-għadd ta' persuni qiegħda f'Sagunto bejn l-2007 (2 778) u l-2015 (6 437) u li r-rata ta' qgħad ta' 25,8 % taggrava aktar is-sitwazzjoni li diġà hija fraġli f'din iż-żona;

9.  Jissottolinja li mill-għadd globali tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kkonċernati minn din l-applikazzjoni, 71 % għandhom 'il fuq minn 45 sena, 78 % kienu impjegati mill-istess intrapriża għal mill-inqas 15-il sena konsekuttiva u 50 % ma għandhomx kwalifiki edukattivi; jinnota, barra minn hekk, li dan l-aħħar ma nfetaħ l-ebda impjant fiż-żona; jirrimarka li dawn iċ-ċirkostanzi kollha jagħmlu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja ferm vulnerabbli f'kuntest fejn mhux qed jinħolqu biżżejjed impjiegi, filwaqt li jżidu d-diffikultajiet biex jinstab impjieg ġdid;

10.  Jinnota li Spanja qiegħda tippjana 12-il azzjoni differenti, li minnhom 6 huma servizzi personalizzati, bħal sessjonijiet ta' informazzjoni, gwida okkupazzjonali, kollakamenti ta' impjiegi jew promozzjoni tal-intraprenditorija, u 6 huma allowances u inċentivi għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni, bħal kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għat-tibdil tar-residenza, jew benefiċċji ta' għoti ta' impjieg; jirrimarka li dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol;

11.  Jilqa' d-deċiżjoni ta' Spanja li toffri miżuri ta' taħriġ li jiffukaw fuq l-għoti ta' liċenzji vokazzjonali, bħal dik meħtieġa għat-trasport tal-passiġġieri, u fuq setturi jew oqsma fejn diġà jeżistu jew se jqumu opportunitajiet, bħas-settur tal-ikel, tat-tisjir, tal-prevenzjoni tar-riskju u tal-kontroll tal-kwalità u standards ambjentali, tat-tisħin, proġetti ta' ventilazzjoni u l-arja kkundizzjonata u l-manutenzjoni ta' tagħmir industrijali; japprova l-offerta ta' taħriġ f'ħiliet li jikkontribwixxu għal prestazzjoni aħjar tax-xogħol, bħat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, lingwi barranin u ġestjoni ta' negozju;

12.  Jilqa' r-rieda tar-rappreżentanti tal-ħaddiema li kienu jaħdmu ma' Bosal S A (l-intrapriża li tat is-sensja lill-maġġoranza tal-ħaddiema kkonċernati minn din l-applikazzjoni) biex jappoġġaw applikazzjoni għall-finanzjament mill-FEG u l-involviment tagħhom fit-tfassil tal-miżuri li se jiġu offruti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja; jinnota li s-sħab soċjali, l-assoċjazzjoni rilevanti ta' min iħaddem u l-awtoritajiet lokali ta’ Sagunto kienu wkoll involuti f'dan il-proċess;

13.  Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jirrappreżentaw inqas minn 25 % tal-pakkett kumplessiv ta' miżuri personalizzati, u huma ferm taħt il-limitu massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' impjiegi jew ta' taħriġ;

14.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, id-disinn tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati appoġġat mill-FEG għandu jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet rikjesti fis-suq tax-xogħol fil-ġejjieni u għandu jkun kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi;

15.  Jinnota li Spanja kkonfermat li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

16.  Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali ta' ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali;

17.  Jemmen li użu aktar mifrux tad-deroga mil-limiti minimi ta' eliġibbiltà, partikolarment għall-benefiċċju ta' impjegati ta' SMEs, estensjoni tal-perjodi ta' referenza, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu inklużi ħaddiema li kienu jipprovdu servizzi relatati lill-kumpanija ta' referenza, għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa, każ b'każ, b'tali mod li jiġi limitat b'kull mezz użu ħażin tal-baġit tal-FEG; jaqbel għalhekk mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti għajnuna lil 250 ħaddiem minn 29 intrapriża fir-reġjun tal-Comunidad Valenciana;

18.  Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi la l-azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti relatati mal-każijiet tal-FEG;

20.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja – EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/341.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Databażi OICA: http://www.oica.net/category/production-statistics/
(5) EGF/2016/004 ES Comunidad Valenciana – Vetturi, COM(2016)0708. EGF/2007/001 FR Fornituri Peugot S.A. COM(2007)0415; EGF/2007/010 PT Lisboa Alentejo. COM(2008)0094; EGF/2008/002 ES Delphi. COM(2008)0547; EGF/2008/004 ES Castilla y León Aragón. COM(2009)0150; EGF/2009/013 DE Karmann COM(2010)0007; EGF/2012/005 SE Saab, COM(2012)0622; EGF/2012/008 IT De Tomaso; COM(2013)0469; EGF/2013/006 PL Fiat Auto Poland COM(2014)0699¸ EGF/2013/012 BE Ford Genk, COM(2014)0532; EGF/2014/006 FR PSA, COM(2014)0560; EGF/2015/003 BE Ford Genk, COM(2015)0336 u EGF/2015/009 SE Volvo Trucks, COM(2016)0061
(6) EGF/2009/007 SE Volvo, COM(2009)0602 EGF/2009/009 AT Steiermark, COM(2009)0602; EGF/2009/019 FR Renault, COM(2011)0420; EGF/2010/002 ES Cataluña – Vetturi, COM(2010)0453; EGF/2010/004 PL Wielkopolskie, COM(2010)0616; EGF/2010/015 FR Peugeot, COM(2012)0461; EGF/2010/031 BE General Motors Belgium, COM(2011)0212; EGF/2011/003 DE Arnsberg u Düsseldorf – Vetturi, COM(2011)0447; EGF/2011/005 PT Norte-Centro – Vetturi, COM(2011)0664; u EGF/2015/002 DE Adam Opel, COM(2015)0342.
(7) EPA Q3 2016. http://www.ine.es/infografias/tasasepa/desktop/tasas.html?t=0&lang=es


Normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija ***II
PDF 323kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija (11197/1/2016 – C8-0424/2016 – 2013/0013(COD))
P8_TA(2016)0496A8-0368/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11197/1/2016 – C8-0424/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0026),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0368/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi bil-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0152.


Is-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija ***II
PDF 405kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (11198/1/2016 – C8-0425/2016 – 2013/0028(COD))
P8_TA(2016)0497A8-0373/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11198/1/2016 – C8-0425/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tan-Netherlands u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands, mill-Kunsill Federali tal-Awstrija u mill-Parlament Żvediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0028),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0373/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala ‘r-Regolament van de Camp-Dijksma fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija’(4);

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar it-trasferiment tal-persunal

Skont il-premessa 14 u l-Artikolu 4, il-paragrafi 4a, 4b u 6, l-Istati Membri jeħtiġilhom jirrispettaw bis-sħiħ id-Direttiva 2001/23/KE rigward is-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi u huma intitolati li jmorru lil hinn mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva billi jieħdu miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tal-persunal f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, bħar-rekwiżit ta' trasferiment obbligatorju tal-persunal anke jekk id-Direttiva 2001/23/KE ma tkunx tapplika.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0148.
(4) Wim van de Camp u Sharon Dijksma wettqu n-negozjati dwar l-att, għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


Żona ferrovjarja unika Ewropea ***II
PDF 328kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (11199/1/2016– C8-0426/2016 – 2013/0029(COD))
P8_TA(2016)0498A8-0371/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11199/1/2016 – C8-0426/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat Franċiż, mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tan-Netherlands, mill-Kamra tad-Deputati tan-Netherlands u mill-Parlament Żvediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0029),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0371/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala ‘d-Direttiva Sassoli-Dijksma fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja’(4);

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0147.
(4) David-Maria Sassoli u Sharon Dijksma wettqu n-negozjati dwar l-att, għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


L-aċċess għas-suq ta' servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet ***I
PDF 339kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq ta’ servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (COM(2013)0296 – C7-0144/2013 – 2013/0157(COD))
P8_TA(2016)0499A8-0023/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0296),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0144/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kongress tad-Deputati Spanjol u s-Senat Spanjol, l-Assemblea Nazzjonali Franċiża, is-Senat Taljan, il-Parlament Latvjan, il-Parlament Malti, is-Sejm Pollakk u l-Parlament Svediż, li jasserixxu li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-11 ta’ Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-28 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Ottubru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0023/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala ‘r-Regolament Fleckenstein-Schultz van Haegen li jistabbilixxi qafas għad-dispożizzjoni tas-servizzi portwarji u r-regoli komuni dwar t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet(4)’;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/352.)

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 111.
(2) ĠU C 114, 15.4.2014, p. 57.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta' Marzu 2016 (Testi adottati, P8_TA(2016)0069).
(4) Knut Fleckenstein u Melanie Schultz van Haegen wettqu n-negozjati dwar l-att, għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Juhan Parts
PDF 243kWORD 47k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar in-nomina ta' Juhan Parts bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0445/2016 – 2016/0817(NLE))
P8_TA(2016)0500A8-0375/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0445/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0375/2016),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Juhan Parts bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


Programm ta' Riċerka tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
PDF 448kWORD 56k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond ta’ Riċerka għall--Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (COM(2016)0075 – C8-0099/2016 – 2016/0047(NLE))
P8_TA(2016)0501A8-0358/2016

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0075),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0099/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0358/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
(3)  Jeħtieġ li jiġu riveduti r-regoli dwar il-kompetenzi u l-kompożizzjoni tal-Gruppi ta' Konsulenza u tal-Gruppi Tekniċi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' esperti maħtura mill-Kummissjoni biex tkun żgurata aktar trasparenza kif ukoll konformità u koerenza mal-qafas għall-gruppi esperti tal-Kummissjoni, u jingħata kontribut, safejn huwa possibbli, għal rappreżentanza bilanċjata tal-oqsma rilevanti ta' għarfien u oqsma ta' interess kif ukoll għal bilanċ aħjar bejn is-sessi.
(3)  Jeħtieġ li jiġu riveduti r-regoli dwar il-kompetenzi u l-kompożizzjoni tal-Gruppi ta' Konsulenza u tal-Gruppi Tekniċi, biex il-partijiet interessati rilevanti jkunu konxji tad-deliberazzjonijiet f'dawn il-gruppi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' esperti maħtura mill-Kummissjoni u tal-influwenza tagħhom, biex tkun żgurata aktar trasparenza kif ukoll konformità u koerenza mal-qafas għall-gruppi esperti tal-Kummissjoni, u biex jingħata kontribut safejn huwa possibbli, għal rappreżentanza bilanċjata tal-oqsma rilevanti ta' għarfien u oqsma ta' interess kif ukoll għal bilanċ aħjar bejn is-sessi. Madankollu jeħtieġ li tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kontroll tar-reġistru u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
(4)  Huwa xieraq li jiġu kkunsidrati regoli aktar sempliċi ta' finanzjament li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fil-Programm RFCS u li jkun permess l-użu ta' ‘kostijiet unitarji' biex jiġu kkalkolati l-ispejjeż eliġibbli tal-persunal għas-sidien tal-SME u għal persuni fiżiċi oħrajn li ma jirċevux salarju.
(4)  Huwa xieraq li tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni ġenerali ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fil-Programm RFCS billi, inter alia, jiġu ssimplifikati r-regoli u li jkun permess l-użu ta' ‘kostijiet unitarji' biex jiġu kkalkolati l-ispejjeż eliġibbli tal-persunal għas-sidien tal-SME u għal persuni fiżiċi oħrajn li ma jirċevux salarju.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5a (ġdid)
(5a)   Is-setturi tal-faħam u tal-azzar huma importanti fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea u għandhom rwol ewlieni fix-xena industrijali ġenerali tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'dawn is-setturi huma esiġenti u sikwit irriżultaw fi ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema u ċ-ċittadini. L-installazzjonijiet u l-kumpaniji għandhom għalhekk jirrispettaw ir-rekwiżiti legali kollha dwar ir-responsabbiltà soċjali, joffru soluzzjonijiet definittivi, u jimminimizzaw l-implikazzjonijiet soċjali ta' tranżizzjoni jew ta' għeluq ta' stallazzjonijiet. Is-sħab soċjali jeħtieġ ikunu kkonsultati sa fejn ikun possibbli dwar kwistjonijiet relatati ma' responsabbiltà soċjali.
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt -1
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 3 – punt 1 – punt g
(-1)  Il-punt (g) tal-punt 1 tal-Artikolu 3 huwa mħassar;
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt -1a (gdid)
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
(-1a)   Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:
"(ga) l-impatt tal-operazzjonijiet ta' tħaffir fil-minjieri fuq l-impjieg ta' ħaddiema u fuq il-komunità lokali;"
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt -1b (ġdid)
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)
(-1b)   Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:
"(gb) l-impatt tal-operazzjonijiet ta' tħaffir fil-minjieri fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u tal-komunità lokali;"
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt -1c (ġdid)
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 8 – parti introduttorja
(-1c)  Fl-Artikolu 8 il-parti introduttorja hija ssostitwita b'dan li ġej:
"Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (RTD) għandhom jimmiraw biex itejbu l-proċessi ta' produzzjoni tal-azzar bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-prodott u tiżdied il-produttività. It-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-konsum tal-enerġija u l-impatt ambjentali kif ukoll it-titjib tal-użu tal-materja prima u l-konservazzjoni tar-riżorsi għandhom jiffurmaw parti integrali mit-titjib li qed jiġi mfittex. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jittrattaw wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:"
"Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (RTD) għandhom jimmiraw biex itejbu l-proċessi ta' produzzjoni ta' l-azzar bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-prodott u tiżdied il-produttività. It-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-konsum tal-enerġija u l-impatt ambjentali kif ukoll it-titjib tal-użu tal-materja prima u l-konservazzjoni tar-riżorsi għandhom jiffurmaw parti integrali mit-titjib li qed jiġi mfittex. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jittrattaw teknoloġiji innovattivi f'wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:"
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 21 – punt ia (ġdid)
(ia)   il-valutazzjoni tal-proġetti finalizzati tal-produzzjoni tal-faħam u l-azzar fiż-żoni kkonċernati;
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Kull Grupp Konsultattiv għandu jkun kompost skont it-tabelli stabbiliti fl-Anness. Il-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu individwi maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni sabiex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati. Mgħandhomx jirrappreżentaw parti interessata individwali, iżda għandhom jesprimu opinjoni komuni għad-diversi organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati.
Kull Grupp Konsultattiv għandu jkun kompost skont it-tabelli stabbiliti fl-Anness. Il-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu individwi maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati. Huma għandhom jaġixxu individwalment u m'għandhomx jirrappreżentaw parti interessata individwali, iżda għandhom jesprimu opinjoni komuni għad-diversi organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 2
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Huma għandhom ikunu attivi fl-oqsma kkonċernati u għandhom ikunu konxji mill-prijoritajiet industrijali.
Huma għandhom ikunu attivi fl-oqsma kkonċernati u għandhom ikunu konxji mill-prijoritajiet industrijali u settorjali.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-membri tal-Gruppi Tekniċi għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Il-membri tal-Gruppi Tekniċi għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 24 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Il-Kummissjoni hija mħeġġa sabiex tipprovdi l-akbar trasparenza possibbli, inkluża l-pubblikazzjoni tal-aġenda, id-dokumenti ta' sfond, ir-rekords tal-votazzjoni u l-minuti dettaljati, inklużi l-opinjonijiet kuntrarji bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew;
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – punt 9
Deċiżjoni 2008/376/KE
Artikolu 39
Għall-ħatra ta' esperti indipendenti u ferm ikkwalifikati msemmija fl-Artikolu 18, l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 38, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 (*) għandhom japplikaw b'analoġija.
Għall-ħatra ta' esperti indipendenti u ferm ikkwalifikati msemmija fl-Artikolu 18, l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 38, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) għandhom japplikaw b'analoġija, għall-gruppi ta' esperti kollha, flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kontroll tar-reġistru u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni.
______________
___________________
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).”;
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).”;

Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni 2015
PDF 647kWORD 96k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni 2015 (2016/2219(INI))
P8_TA(2016)0502A8-0355/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, iffirmata fl-24 ta' Ottubru 1945,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottati fi New York fis-16 ta' Diċembru 1966,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet internazzjonali ċentrali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li l-UE hija parti tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tat-18 ta' Diċembru 1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW)(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(2),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tat-18 ta' Diċembru 1990 dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom(3),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tan-NU(4),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni u d-dokument ta' eżitu tal-22 ta' Settembru 2014 tal-laqgħa plenarja ta' livell għoli tal-Assemblea Ġenerali magħrufa bħala l-Konferenza Dinjija dwar il-Popli Indiġeni(5),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Vjenna, adottati fil-25 ta' Ġunju 1993(6),

–  wara li kkunsidra l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing tal-1995(7) u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) tal-1994(8) u l-eżiti tal-konferenzi ta' rieżami tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem (NHRI)(9),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-anzjani,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 8, 21 u 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-dokument ippubblikat mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-28 ta' Ġunju 2016 intitolat "Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha - Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea"(10),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, kif adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012(11),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-8 ta' Diċembru 2009 dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali(12) u l-Linji Gwida aġġornati tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali(13),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2015(14),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin(15),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni Leżbjani, Omosesswali, Bisesswali, Transġeneri u Intersesswali (LGBTI)(16), adottati mill-Kunsill fl-24 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida għad-delegazzjonijiet interparlamentari tal-PE dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija waqt iż-żjarat tagħhom barra mill-UE,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2015, adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Ġunju 2016(17),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020 (GAPII), adottat mill-Kunsill fis-26 ta' Ottubru 2015(18),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar l-ugwaljanza tal-LGBTI(19) u l-lista ta' azzjonijiet mill-Kummissjoni għall-avvanz tal-ugwaljanza għal-LGBTI (2016-2019)(20),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2015 dwar is-Sessi fl-Iżvilupp(21),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tat-13 ta' Mejju 2015 (COM(2015)0240) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni tal-20 ta' Lulju 2015(22), tal-14 ta' Settembru 2015(23) u tat-22 ta' Settembru 2015(24),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2015/260 tas-17 ta' Frar 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem(25),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2014 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal(26),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012 dwar "Inżidu l-Impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-bidla"(27),

–  wara li kkunsidra l-indikaturi riveduti tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-Approċċ Komprensiv għall-implimentazzjoni mill-UE tar-riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, adottati mill-Kunsill fl-20 ta' Settembru 2016(28),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa ta' Istanbul tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika(29),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/CFSP tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK(30),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (JOIN(2015)0050),

–  Wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Belt Valletta tal-11-12 ta' Novembru 2015(31),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-13 ta' Ottubru 2015 dwar in-nisa, il-paċi u l-implimentazzjoni tas-sigurtà(32),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-vjolenza sesswali bħala delitti tal-gwerra(33),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-31 ta' Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà(34),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-protezzjoni tal-migranti(35),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' urġenza tiegħu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika: l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja(36),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE(37),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali(38),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni(39),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejjaħ 'ISIS/Da'esh'(40),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2014 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni(41),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati fl-Ewropa(42),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp(43),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt(44),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(45),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew(46),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2015(47),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja u l-attakk tal-IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi(48),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati(49),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta(50) u r-rapport tat-28 ta' Jannar 2016 dwar il-minoranzi u d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar kwistjonijiet ta' minoranzi(51),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja(52),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE(53),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-appoġġ tal-UE għall-QKI: naffaċċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet(54),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni(55),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem(56),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: l-Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Ipproteġi, Irrispetta u Rrimedja", approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fir-riżoluzzjoni tiegħu 17/4 tas-6 ta' Lulju 2011(57),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015 tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija(58),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0355/2016),

A.  billi l-Artikolu 21 tat-TUE jimpenja lill-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) iggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien tagħha stess, u li hija se taħdem biex tmexxi 'l quddiem fid-dinja: id-demokrazija, l-istat ta' dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali;

B.  billi l-Artikolu 207 tat-TFUE jesiġi li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tissejjes fuq il-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi l-Artikolu 3 tat-TUE jiddikjara li "fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni għandha tafferma u tippromwovi l-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha. Hija għandha tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, is-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn il-popli, il-kummerċ liberu u ġust, il-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, partikolarment ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti";

D.  billi r-rispett, il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem huma fost il-miri prinċipali tal-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE, kif stabbiliti mill-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha tal-UE ma' pajjiżi terzi;

E.  billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp huma marbuta mill-qrib u jsaħħu lil xulxin;

F.  billi l-politika ta' sostenn favur id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għandha tkun integrata fil-politiki kollha tal-UE b'dimensjoni esterna, bħall-iżvilupp, il-migrazzjoni, is-sigurtà, l-antiterroriżmu, it-tkabbir u l-kummerċ, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalitajiet tad-drittijiet tal-bniedem;

G.  billi l-koerenza interna u esterna fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem hija essenzjali għall-kredibilità tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE barra mill-Unjoni, u billi ż-żieda fil-koerenza bejn il-politiki interni u dawk esterni tal-UE hija wkoll rekwiżit indispensabbli għal politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u demokratizzazzjoni ta' suċċess u effettiva; billi l-konsistenza mtejba għandha tippermetti lill-UE tirrispondi aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti fil-fażijiet bikrin tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; u billi l-isfida ta' koerenza hija partikolarment impressjonanti fir-rigward tal-politika migratorja attwali;

H.  billi l-valuri tal-libertà, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju li jsiru elezzjonijiet perjodiċi u ġenwini huma elementi essenzjali tad-demokrazija; billi, barra mill-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet liberi, fost il-karatteristiċi ta' reġimi demokratiċi nsibu l-governanza trasparenti u responsabbli, ir-rispett tal-istat tad-dritt, il-libertà ta' espressjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-eżistenza ta' sistema ġudizzjarja indipendenti u r-rispett tad-dritt internazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

I.  billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem jinsab mhedded fid-dinja kollha, u billi l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem qed tiġi kkontestata b'mod serju minn għadd ta' reġimi awtoritarji; billi fid-dinja saru bosta tentattivi biex jiċkien l-ispazju tas-soċjetà ċivili, anki fi ħdan il-fora multilaterali; u billi n-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem għandu konsegwenzi negattivi għall-individwu jewgħal qrabatu u għas-soċjetà;

J.  billi l-UE kellha rwol importanti fl-adozzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li għandha l-għan li tikseb drittijiet tal-bniedem għal kulħadd;

K.  billi Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015–2019 ġie adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2015, bil-ħsieb li jippermetti lill-UE tindirizza tali sfidi permezz ta' approċċ aktar iffukat, sistematiku u kkoordinat tal-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem tiegħu; billi dan il-pjan ta' azzjoni għandu jiġu implimentati skont il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020;

L.  billi l-VP/RGħ iddikjarat li d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu fost il-prijoritajiet globali tagħha u li għandha l-ħsieb li tużahom bħala gwida fir-rigward tar-relazzjonijiet kollha tagħha ma' pajjiżi terzi; billi hija tenniet ukoll l-impenn tal-UE li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet barranin "mingħajr eċċezzjoni";

M.  billi l-impenn tal-UE favur il-multilateraliżmu effikaċi, bin-NU fil-qalba tiegħu, huwa parti integrali mill-politika esterna tal-Unjoni, abbażi tal-konvinzjoni li sistema multilaterali fuq sies ta' regoli u valuri universali hija l-aktar adatta biex tindirizza l-kriżijiet, l-isfidi u t-theddid globali; billi l-involviment ma' pajjiżi terzi, fil-fora bilaterali u multilaterali kollha, jikkostitwixxi waħda mill-għodod l-aktar effettivi biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi;

N.  billi s-sessjonijiet regolari tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UNHRC), il-ħatra ta' Rapporteurs Speċjali, il-mekkaniżmu ta' Eżami Perjodiku Universali (EPU) u l-Proċedura Speċjali li tittratta sitwazzjonijiet speċifiċi għal pajjiż jew kwistjonijiet tematiċi lkoll jikkontribwixxu għall-isforzi internazzjonali għall-promozzjoni u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

O.  billi l-UE tqis li l-kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili u mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha biex javvanzaw id-drittijiet tal-bniedem u jiġu indirizzati ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

P.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili: l-involviment tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli(59), il-Parlament jesprimi tħassib kbir dwar ir-repressjoni fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), jisħaq fuq l-importanza li tiġi ddefinita sistema ta' monitoraġġ għall-evwalwazzjoni tal-progress f'dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet regolatorji u ta' politika, u jitlob għall-promozzjoni ta' ambjent abilitanti għall-OSĊ; billi ħafna pajjiżi reċentement għaddew leġiżlazzjoni rigoruża li tiddikjara li l-organizzazzjonijiet barranin mhumiex mixtieqa meta jitqiesu bħala theddida għall-ordni kostituzzjonali, għaad-difiża jew għas-sigurtà, u billi fl-2015, 185 attivist ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem inqatlu fid-dinja, li minnhom 66 % inqatlu fl-Amerika Latina;

Q.  billi l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar sabiex id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) jitwaqqfu milli jattendu avvenimenti internazzjonali qed jintużaw minn għadd dejjem akbar ta' pajjiżi, partikolarment fl-Asja, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika;

R.  billi l-Artikoli 18 u 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxu d-dritt ta' kulħadd għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, u l-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, li jinkludu l-libertà li wieħed ikollu opinjoni mingħajr indħil u biex wieħed ifittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta' kwalunkwe media u irrispettivament mill-fruntieri; billi l-għadd ta' każijiet ta' persekuzzjoni li jirrigwardaw biss persuni li jeżerċitaw b'mod paċifiku d-dritt tagħhom għal-libertà ta' opinjoni u ta espressjoni żdied b'mod konsiderevoli;

S.  billi l-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxi li kull persuna għandha d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni; billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU 21/16 tfakkar lill-Istati fl-obbligu tagħhom li jirrispettaw u jipproteġu bis-sħiħ id-drittijiet ta' individwi li jingħaqdu b'mod paċifiku u li jassoċjaw ruħhom liberament, kemm online kif ukoll offline, u billi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin iridu jiġu appoġġati permezz ta' djalogi interreliġjużi u interkulturali;

T.  billi r-regoli bażiċi tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem huma stabbiliti skont il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-protokolli addizzjonali, u huma fil-qalba tal-azzjonijiet umanitarji kollha; billi l-ħarsien ta' persuni ċivili u ta' persuni spostati f'żoni ta' kunflitt għandu jkun garantit b'newtralità u imparzjalità sħiħa, u billi l-indipendenza tal-għajnuna għandha tipprevali;

U.  billi l-okkupazzjoni illegali ta' territorju hija ksur kontinwu tad-dritt internazzjonali, li, skont id-dritt umanitarju internazzjonali, tiskatta r-responsabilità tal-forzi okkupanti għall-popolazzjoni ċivili ta' dak it-territorju;

V.  billi l-evidenza ta' delitti tal-gwerra u ta' delitti kontra l-umanità hija diffiċli biex tiġi ppreservata - speċjalment fi żmien ta' flussi bla preċedent ta' refuġjati li qed jaħarbu mill-vjolenza; billi l-preservazzjoni ta' evidenza hija essenzjali biex il-ħatja jinġiebu quddiem il-ġustizzja;

W.  billi t-tentattivi li jingħalaq il-ħabs tal-Istati Uniti fil-Bajja ta' Guantánamo fallew u nħelsu jew ġew rilokati 20 detenut biss fl-2015;

X.  billi, fid-dinja kollha, aktar u aktar nies qed jaħarbu minn gwerer, kunflitti armati jew kundizzjonijiet degradanti oħra, u billi dawn il-flussi ta' refuġjati u d-diversi forom ta' migrazzjoni jirrappreżentaw sfida sinifikanti, kemm għall-UE, kif ukoll f'termini globali, li jeħtieġu soluzzjonijiet immedjati, effikaċi u sostenibbli skont il-valuri komuni Ewropej tagħna; billi l-għajnuna umanitarja pprovduta mill-Kummissjoni, bħala d-donatur globali ewlieni, tgħin lir-refuġjati u n-nies spostati f'aktar minn 30 pajjiż;

Y.  billi l-ġlieda kontra t-traffikar tal-migranti, it-traffikar u l-isfruttament tax-xogħol tal-migranti teħtieġ kemm reazzjonijiet fil-perjodu qasir, medju u fit-tul, fosthom miżuri biex jiġu sfrattati n-netwerks kriminali u biex il-kriminali jinġiebu quddiem il-ġustizzja, il-ġbir u l-analiżi tad-data, miżuri ta' protezzjoni għall-vittmi u miżuri ta' ritorn għall-migranti residenti b'mod irregolari, kif ukoll kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u strateġiji aktar fit-tul sabiex tkun indirizzata d-domanda għal persuni traffikati u kuntrabandati u l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni li jġiegħlu lill-persuni jispiċċaw taħt idejn il-kuntrabandisti kriminali;

Z.  billi l-ġustizzja hija essenzjali biex javvanza r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u l-UE u l-Istati Membri tagħha ilhom jappoġġaw mingħajr kundizzjonijiet lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) sa mill-bidu tagħha, filwaqt li jippromwovu l-universalità tal-Istatut ta' Ruma u jiddefendu l-integrità tagħha bl-għan li jsaħħu l-indipendenza tal-Qorti;

AA.  billi s'issa sar progress sostanzjali lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, u billi bosta pajjiżi ssospendew il-piena kapitali filwaqt li oħrajn adottaw miżuri leġiżlattivi f'dan ir-rigward; billi s-sena 2015 rat żieda drammatika fl-għadd ta' eżekuzzjonijiet globali, li kważi 90 % saru fi tliet pajjiżi biss, jiġifieri l-Iran, il-Pakistan u l-Arabja Sawdija; billi l-Belarussja tibqa' l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu ma abolixxiex il-piena kapitali;

AB.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija fil-qalba tal-valuri Ewropej u hija minquxa fi ħdan il-qafas politiku u ġuridiku tal-UE, kif ukoll fil-qalba tal-Aġenda 2030 tan-NU; billi l-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet żdiedu b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar snin, speċjalment f'żoni ta' gwerra u dawk taħt reġimi awtoritarji;

AC.  billi, skont l-UNICEF, 250 miljun tifel u tifla madwar id-dinja qegħdin jgħixu f'pajjiżi milquta minn kunflitti, u kważi 50 miljun tifel u tifla jew ġew spostati b'mod furzat minħabba l-vjolenza, il-gwerra u l-atroċitajiet tagħha, it-terroriżmu u r-ribelljoni, jew emigraw b'mod transfruntier, u ħafna għadhom isofru mill-forom kollha ta' diskriminazzjoni, vjolenza, sfruttament, abbuż, xogħol furzat, faqar u malnutrizzjoni;

AD.  billi, skont l-UNICEF, 1 minn kull 200 tifel u tifla madwar id-dinja huma tfal refuġjati, kważi terz tat-tfal kollha li jgħixu barra pajjiż twelidhom huma refuġjati u n-numru ta' tfal refuġjati rdoppja bejn l-2005 u l-2015;

AE.  billi l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxi d-dritt ta' kulħadd għal "livell ta' ħajja suffiċjenti biex jiżguralu saħħtu, għajxien tajjeb għalih u għall-familja tiegħu", li fiha l-maternità u t-tfulija jkollhom dritt għal attenzjoni u assistenza speċjali, u li tinkludi kura medika; billi l-aċċess għall-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-kura tas-saħħa għandu jiġi ggarantit lit-tfal kollha; billi r-riżoluzzjoni 26/28(36) tal-UNHRC titlob li l-laqgħa li jmiss tal-Forum Soċjali tal-UNHRC tiffoka fuq l-aċċess għall-mediċini fil-kuntest tad-dritt li kulħadd igawdi l-ogħla grad possibbli ta' saħħa fiżika u mentali; billi l-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) tiddikjara li t-tgawdija tal-ogħla grad ta' saħħa possibbli huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali ta' kull bniedem mingħajr ebda distinzjoni ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, u kundizzjoni ekonomika jew soċjali;

AF.  billi skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-awtoritajiet għandhom jirrispettaw id-drittijiet tat-tfal li jiġu sseparati minn ġenitur jew mit-tnejn li huma;

AG.  billi l-vjolenza kontra, u l-prosekuzzjoni tal-minoranzi, inklużi l-persuni LGBTI tibqa' teżisti f'bosta postijiet madwar id-dinja, u d-diskriminazzjoni fil-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjieg u setturi oħra hija mifruxa;

AH.  billi r-rapporti dwar ksur tad-drittijiet ċivili u politiċi, ekonomiċi, tax-xogħol, soċjali u kulturali, kif ukoll ħsara ambjentali li tirriżulta minn prattiki ħżiena minn xi atturi mis-settur privat, jibqgħu jinstemgħu madwar id-dinja; billi hemm rabta qawwija bejn il-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa, il-flussi ta' kapital illeċiti u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

AI.  billi l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem japplikaw għall-Istati u għall-impriżi kummerċjali kollha, kemm jekk transnazzjonali kif ukoll ta' natura oħra, indipendentement mid-daqs, mis-settur, mill-post, mis-sjieda u mill-istruttura tagħhom, għad li mekkaniżmi effikaċi ta' kontroll u ta' sanzjonijiet għadhom jirrappreżentaw sfida fl-implimentazzjoni ta' dawn il-Prinċipji Gwida; billi l-karatteristiċi speċjali tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom jitqiesu sew u jiġu integrati f'approċċ flessibbli ta' responsabilità soċjali korporattiva (CSR) li jkun adattat għall-potenzjal tagħhom;

AJ.  billi f'Ottubru 2015, il-Kummissjoni ħarġet l-istrateġija kummerċjali l-ġdida "Kummerċ għal kulħadd", fejn tistabbilixxi l-għan tagħha li tuża l-kummerċ bħala mezz għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi;

AK.  billi fl-2015, l-UE bdiet taħdem fuq leġiżlazzjoni li tindirizza l-kummerċ ta' minerali li jalimentaw il-kunflitti;

AL.  billi avvenimenti sportivi nazzjonali u internazzjonali bħal-Logħob Olimpiku u t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ma għandhomx jintużaw għal skopijiet politiċi, iżda għandhom jiġu organizzati fir-rispett sħiħ tad-drittijiet kollha tal-bniedem, kif minquxa fil-Karta Olimpika, u għandhom jimmiraw lejn l-iżvilupp armonjuż tal-umanità, bil-ħsieb li tiġi promossa soċjetà paċifika li tkun impenjata fil-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dinjità tal-bniedem, u mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq nazzjonalità, razza, reliġjon, politika, sess, identità sesswali, orjentazzjoni sesswali jew karatteristiċi tas-sess;

AM.  billi l-bidliet ambjentali qed jikkompromettu aċċess għall-ilma, għar-riżorsi naturali u għall-ikel;

Iċ-ċentralità tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki esterni tal-UE

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi qed jiġu mhedda madwar id-dinja kollha, u l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem qed tiġi serjament kkontestata f'ħafna partijiet tad-dinja, inklużi taħt reġimi awtoritarji kif ukoll minn gruppi terroristiċi bħal Da'esh;

2.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-għadd kbir u dejjem jiżdied ta' tentattivi biex jiċkien l-ispazju tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, iż-żieda tal-limitazzjonijiet għal-libertà ta' għaqda u l-libertà ta' espressjoni, u l-għadd dejjem jikber ta' liġijiet ripressivi li jaffettwaw lis-soċjetà ċivili madwar id-dinja f'pajjiżi bħalma huma r-Russja, it-Turkija u ċ-Ċina, inkluż bl-iskuża tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (permezz tal-introduzzjoni ta' liġijiet kontra t-terroriżmu, sitwazzjonijiet ta' emerġenza u miżuri ta' sigurtà), billi ħafna drabi jkun hemm impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-abbuż frekwenti ta' dawn il-liġijiet għal finijiet ta' repressjoni; ifakkar li tali leġiżlazzjoni bl-ebda mod m'għandha qatt tintuża biex jiċċekken l-ispazju li fih il-gruppi tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu joperaw; jitlob għal kundanna ċara ta' dawn l-abbużi u l-ksur;

3.  Jenfasizza b'mod sod li l-UE hija impenjata favur il-PESK u l-politiki l-oħra kollha b'dimensjoni esterna fuq sies ta' avvanzi fid-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji ta' ugwaljanza u solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; itenni li dawn il-prinċipji huma wkoll intrinsiċi għal azzjoni esterna lil hinn mill-PESK, inkluż fil-politiki tal-iżvilupp u dawk umanitarji;

4.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u lill-Istati Membri jaġixxu fuq l-impenji tagħhom biex jippromwovu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, iħarsu u jwettqu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-iżvilupp bil-mezzi kollha paċifiċi, u biex iqiegħdu d-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha — u dan fil-livelli kollha;

5.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri tal-UE biex imexxu bl-eżempju, billi jitkellmu b'vuċi waħda f'appoġġ għall-indiviżibilità, l-interrelazzjoni u l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, billi jiġu ratifikati l-istrumenti internazzjonali kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem stabbiliti min-NU;

6.  Jenfasizza li sabiex l-UE tkun attur kredibbli fir-relazzjonijiet esterni, hija għandha tiżgura aktar koerenza bejn il-politiki interni u esterni tagħha fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi (bi strateġiji għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni LGBTI kruċjali għal dan l-għan), u għandha timmira lejn implimentazzjoni sistematikament konsistenti u koerenti tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

7.  Jiġbed l-attenzjoni għall-impenn fit-tul tiegħu li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u jsir progress fil-valuri demokratiċi, kif rifless, fost oħrajn, fl-għoti annwali tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, fix-xogħol tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Osservazzjoni Elettorali u Appoġġ Demokratiku u tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija, fid-dibattiti plenarji u r-riżoluzzjonijiet ta' kull xahar dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, u fil-ħafna delegazzjonijiet parlamentari;

8.  Jinsab imħasseb serjament li, attwalment, ħafna difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed jiġu attakkati; jistieden lill-UE, u b'mod partikolari lill-VP/RGħ, biex tadotta politika li tiddenunzja, b'mod sistematiku u mingħajr ekwivoku, il-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u kwalunkwe tentattiv biex jiġu soġġetti għal kull forma ta' vjolenza, persekuzzjoni, theddid, fastidju, għajbien, priġunerija jew arrest arbitrarju, biex tikkundanna lil dawk li jikkommettu jew jittolleraw tali atroċitajiet, u biex tintensifika d-diplomazija pubblika miftuħa u ċara tagħha ta' appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, anki fejn jidħlu x-xhieda tagħhom fil-fora multilaterali; jistieden lill-UE toħroġ gwida dwar din il-politika, peress li dan iżid il-konsistenza tal-prijoritajiet attwali tal-UE kif stabbilit fid-diversi linji gwida eżistenti tal-UE; iħeġġeġ lill-persunal diplomatiku tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri biex ikomplu jappoġġaw b'mod attiv lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, billi jimmonitorjaw b'mod sistematiku l-proċessi, iżuru lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem miżmuma l-ħabs u joħorġu dikjarazzjonijiet dwar każijiet individwali, meta jkun xieraq; jitlob għat-twaqqif ta' sistema ta' monitoraġġ tal-ispazju tas-soċjetà ċivili b'mod effettiv u b'punti ta' riferiment ċari u indikaturi; itenni l-importanza tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) għal appoġġ finanzjarju u materjali dirett urġenti għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'riskju, u fond ta' emerġenza li jippermetti lid-delegazzjonijiet tal-UE jagħtu għotjiet diretti ad hoc lil difensuri li ħajjithom tkun taħt theddida imminenti;

9.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem (NHRI), skont il-Prinċipji ta' Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mandat, riżorsi u għarfien espert suffiċjenti biex jissodisfaw is-salvagwardja u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa għal aktar relazzjonijiet interparlamentari bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab tagħha f'qafas ta' djalogu onest msejjes fuq il-fehim u fiduċja reċiproċi, bl-għan li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem b'mod effettiv;

Qafas Strateġiku tal-UE u Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija

11.  Jilqa' l-adozzjoni tat-tieni Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019), u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex b'mod sħiħ, konsistenti, trasparenti u f'waqtu jimplimentaw l-azzjonijiet tiegħu, u biex issaħħaħu l-appoġġ għad-demokrazija; jissottolinja li kunsens u koordinazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, huma meħtieġa għall-implimentazzjoni koerenti tal-Pjan ta' Azzjoni, u jħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jieħdu aktar responsabilità fl-implimentazzjoni u r-rieżami tal-Pjan ta' Azzjoni; jenfasizza li l-Istati Membri jeħtieġ li jirrapportaw lura dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni;

12.  Jenfasizza li sabiex jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid, l-UE trid talloka r-riżorsi u l-kompetenzi suffiċjenti, kemm f'termini ta' riżorsi umani speċifiċi fi ħdan id-delegazzjonijiet u fi ħdan il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), kif ukoll f'termini ta' fondi disponibbli għall-proġetti;

13.  Iqis li soċjetà ċivili libera hija wieħed mill-pedamenti għall-protezzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri demokratiċi u għalhekk jinsab imħasseb għall-fatt li l-ispazju pubbliku għas-soċjetà ċivili qiegħed jiċkien u li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti huma dejjem aktar attakkati madwar id-dinja; jilqa' l-inklużjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni, ta' objettiv biex jiġi indirizzat it-theddid għall-ispazju tas-soċjetà ċivili, u jħeġġeġ lill-UE biex timplimenta l-azzjonijiet deskritti; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha involuti fl-azzjoni esterna tal-UE jidentifikaw u jindirizzaw in-nuqqasijiet eżistenti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u biex isaħħu l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, ma' parlamenti, ma' partiti politiċi u mal-awtoritajiet lokali, u ma' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-post; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni ma jinkludix objettiv separat dwar it-tisħiħ tal-istandards demokratiċi fil-pajjiżi sħab; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida tal-UE għal appoġġ għad-demokrazija;

Ir-Rapport Annwali tal-UE

14.  Jilqa' l-isforzi li saru biex il-parti tematika tar-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija titjieb u tkun aktar konċiża u sistematika, u ssir aktar disponibbli b'mod mifrux għall-pubbliku ġenerali; itenni l-fehma tiegħu li r-Rapport Annwali għandu jiġi msaħħaħ permezz ta' approċċ aktar oġġettiv li permezz tiegħu, minbarra l-kisbiet u l-aħjar prattiki, ir-rapport jenfasizza l-isfidi speċifiċi ħafna u r-restrizzjonijiet li jeżistu f'pajjiżi terzi, kif ukoll jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva u jagħti informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mis-SEAE biex jingħelbu dawn l-isfidi; itenni l-opinjoni tiegħu li r-rapporti tal-pajjiżi li jiffurmaw parti mir-rapport annwali għandhom ikunu deskrittivi mill-inqas u għandhom jirriflettu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u jagħtu deskrizzjoni ġenerali tal-impatt tal-azzjoni tal-UE fil-post;

15.  Itenni t-talba tiegħu għal rappurtar sistematiku u komprensiv dwar il-passi li ttieħdu, ir-riżultati miksuba u l-konklużjonijiet politiċi li jirriżultaw minn azzjoni b'rispons għar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat żvilupp rapidu u reazzjonijiet xierqa għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem anki fl-istadji bikrin ta' tali ksur; jilqa', f'dan ir-rigward, l-azzjoni ta' segwitu li saret mis-SEAE fi ħdan is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar riżoluzzjonijiet dwar dibattiti fuq każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; ifakkar fit-talba tiegħu għal tweġiba komprensiva bil-miktub mill-Kummissjoni u mis-SEAE għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li jaqdi rwol importanti biex jingħata segwitu sistematiku u profond għall-punti kollha mqajma mill-Parlament, u għall-iskrutinju parlamentari; itenni l-istedina tiegħu lill-VP/RGħ biex tiddiskuti mal-Membri tal-Parlament Ewropew f'żewġ seduti plenarji kull sena, waħda meta jiġi ppreżentat ir-Rapport Annwali tal-UE, u l-oħra bħala reazzjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament;

Ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem

16.  Ifakkar fl-importanza ta' mandat aktar b'saħħtu u aktar flessibbli għar-RSUE tal-UE biex tissaħħaħ l-effikaċja, il-konsistenza u l-viżibilità fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi fid-dinja kollha; itenni t-talba tiegħu biex dan il-mandat isir wieħed permanenti; iqis, barra minn hekk, li r-RSUE għandu jkollu d-dritt li jitkellem pubblikament, u li jkollu setgħat ta' inizjattiva proprja, aktar viżibilità pubblika u riżorsi adegwati u għarfien espert;

17.  Jenfasizza l-importanza ta' appoġġ sistematiku għal, u konsultazzjoni approfondita u ġenwina, mas-soċjetà ċivili bi tħejjija ta' żjarat tar-RSUE fil-pajjiżi sħab; jilqa', f'dan ir-rigward, l-impenn qawwi tal-RSUE mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u mas-soċjetà ċivili, inklużi r-rappreżentanti lokali, iż-żgħażagħ u t-tfal, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, qabel, matul u wara żjarat tiegħu f'pajjiżi terzi, u jenfasizza l-importanza ta' impenn kontinwu u dejjem iżjed qawwi fuq dawn il-linji, kif ukoll il-ħtieġa għal mekkaniżmi ta' segwitu ċari u trasparenti; jappoġġa bis-sħiħ il-fokus tar-RSUE, bħala prijorità ewlenija matul il-mandat tiegħu, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' spazju miftuħ għas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lir-RSUE jirrapporta b'mod regolari lill-Parlament wara ż-żjarat tiegħu; jiddispjaċih li l-ħidma u l-impatt tar-RSUE jistgħu jkunu biss parzjalment aċċessibbli permezz ta' rieżami tar-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, tal-kontijiet tal-media soċjali u tad-diskorsi disponibbli; jiddispjaċih ukoll li ma hemm ebda informazzjoni uffiċjali dwar l-attivitajiet u l-pjanijiet tiegħu u lanqas dwar ir-rapporti ta' progress jew ta' rieżami;

18.  Jinkoraġġixxi lir-RSUE jkompli jappoġġa b'mod sistematiku l-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u jissaħħaħ l-impenn tal-UE għall-organizzazzjonijiet u l-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem reġjonali u internazzjonali kollha rilevanti; jistieden lill-Kunsill jadotta bħala prinċipju ġenerali l-prattika tal-inklużjoni sistematika tal-kooperazzjoni mar-RSUE fil-mandat ta' RSUEs ġeografiċi futuri;

Strateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija (HRDCs) u r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE

19.  Jilqa' ż-żieda fid-demokrazija tal-HRDCs bħala element neċessarju għal kwalunkwe analiżi komprensiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-pajjiżi sħab;

20.  Itenni l-importanza li jitqiesu l-HRCS fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politiki fir-rigward tal-pajjiżi terzi, inkluż waqt it-tħejjija ta' djalogi politiċi ta' livell għoli, djalogi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi u programmi ta' azzjoni annwali;

21.  Itenni li l-HRDCs għandhom jikkorrispondu għal azzjonijiet tal-UE li għandhom jiġu implimentati f'kull pajjiż, skont is-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jitkejlu, u għandhom jinkludu indikaturi ta' progress u l-possibilità li dawn jiġu aġġustati fejn meħtieġ; jenfasizza l-ħtieġa li l-HRDCs jiġu vvalutati b'mod kontinwu; jappella għal aktar titjib fil-kooperazzjoni, fil-komunikazzjoni u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-UE, l-ambaxxati tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-HRDCs; itenni t-talba tiegħu li l-Membri tal-Parlament Ewropew jingħataw aċċess għall-HRDCs u biex tinkiseb informazzjoni dwar kif l-UE timplimenta dawn l-istrateġiji, u li dawn għandhom jiġu ppreżentati f'format li jippermetti lill-Membri li jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta' skrutinju b'mod xieraq;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-implimentazzjoni ta' politika tal-UE koerenti u viżibbli fuq is-soċjetà ċivili, u jenfasizza l-ħtieġa ta' fehim aktar ċar dwar l-użu ta' diplomazija pubblika; iħeġġeġ il-pubblikazzjoni ta' HRDCs u pjanijiet direzzjonali, u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu effettiv ta' reazzjoni, segwitu dwar il-każijiet u l-qsim ta' informazzjoni;

23.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra ta' punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem u/jew ta' punti ta' kuntatt għall-kwistjonijiet tal-ġeneru fid-delegazzjonijiet kollha tal-UE, u jfakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-VP/RGħ u lis-SEAE biex jiżviluppaw linji gwida operattivi ċari dwar ir-rwol tal-punti fokali għad-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li x-xogħol tal-punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jiġi appoġġat wkoll mill-persunal diplomatiku tal-Istati Membri; jitlob li l-ħidma tal-punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem għandha tkun totalment indipendenti u ħielsa minn indħil politiku u minn fastidju min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi terzi, speċjalment fil-kuntatti tagħhom mal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u mas-soċjetà ċivili; jinsisti fuq l-importanza ta' taħriġ għall-persunal tad-delegazzjonijiet kollha tal-UE dwar il-kontenut tal-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

24.  Jilqa' ż-żieda fil-baġit u l-proċeduri simplifikati tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem EIDHR 2014-2020, u jitlob biex l-allokazzjoni prevista għal nofs it-terminu tal-EIDHR tinżamm għall-bqija tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali; itenni l-ħtieġa għal koerenza u komplementarjetà bejn id-diversi strumenti ta' finanzjament tal-UE u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dan ir-rafforzamet ikun applikabbli għall-istrumenti kollha li jservu d-drittijiet tal-bniedem;

25.  Jitlob li kull sena jiġu adottati Programmi Annwali ta' Azzjoni tal-EIDHR, pjuttost milli, kif ġara dan l-aħħar, kull sentejn (2016–2017), sabiex tiġi żgurata l-akbar flessibilità b'reazzjoni għal sitwazzjonijiet li qed jiżviluppaw, u li jkun hemm l-aqwa kumplimentarjetà ma' strumenti finanzjarji esterni oħrajn tal-UE;

Djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet

26.  Itenni l-appoġġ tiegħu għal djalogi speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jirrikonoxxi li dawn jistgħu jkunu strument effiċjenti u effikaċi għal impenn u kooperazzjoni bilaterali dment li dawn jippermettu lill-kontropartijiet tagħhom biex jimpenjaw ruħhom f'kwistjonijiet ta' sustanza, jibagħtu messaġġi politiċi serji u orjentati aktar lejn ir-riżultati, b'segwitu konsistenti, li għandu jmur lil hinn mis-sempliċi skambju ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattiċi u sfidi; jistieden lill-UE biex, b'mod sistemaku, tinkludi diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal fid-djalogi kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem;

27.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-involviment fi djalogi speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem anki ma' pajjiżi bi problemi serji dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li l-UE tfassal konklużjonijiet politiċi ċari meta tali djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma jwasslux għal riżultati pożittivi; iwissi kontra l-marġinalizzazzjoni tad-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fi djalogi politiċi ta' livell għoli;

28.  Jinsisti li d-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem m'għandhomx ikunu subordinati għal interessi oħra f'diskussjonijiet politiċi ta' livell għoli; itenni l-appell tiegħu lis-SEAE biex jiżviluppa mekkaniżmu għar-reviżjoni ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, bl-għan li jitjiebu; jemmen li, jekk dawn id-djalogi jfallu b'mod persistenti, għandhom jintużaw għodod alternattivi għall-appoġġ tal-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ikkonċernat;

29.  Iħeġġeġ lis-SEAE biex, b'mod sistematiku, iwettaq djalogi preparatorji mas-soċjetà ċivili, anki fuq livell lokali, bl-għan li jikkontribwixxu direttament għad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza li l-VP/RGħ u s-SEAE jqajmu sistematikament każijiet individwali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem matul id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lis-SEAE jsegwi, b'mod sistematiku, l-impenji li saru matul id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex jiġu ssistematizzati laqgħat ta' segwitu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

Linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem

30.  Jilqa' l-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala għodda ta' valur tal-politika barranija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem li jipprovdu gwida prattika għal delegazzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri; itenni t-talba tiegħu għall-adozzjoni ta' linji gwida ġodda tal-UE dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal mingħajr aktar dewmien;

31.  Jenfasizza bil-qawwa l-importanza ta' valutazzjoni kontinwa tal-implimentazzjoni tal-linji gwida permezz ta' punti ta' riferiment ċari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq u tippubblika evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-linji gwida mid-delegazzjonijiet tal-UE u mir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri fil-pajjiżi terzi kollha sabiex tidentifika d-differenzi u n-nuqqasijiet possibbli fl-implimentazzjoni u biex dawn jiġu rimedjati; iqis li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-linji gwida, huwa meħtieġ taħriġ sistematiku u effikaċi għall-persunal tas-SEAE u tad-delegazzjoni tal-UE;

Il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni

32.  Jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' diskriminazzjoni, inkluża dik ibbażata fuq ir-razza, il-kulur, is-sess, l-orjentament sesswali, l-identità tal-ġeneru, il-lingwa, il-kultura, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-oriġini soċjali, il-kasta, it-twelid, l-età, id-diżabilità jew kwalunkwe status ieħor; itenni s-sejħa tiegħu għal politika u diplomazija msaħħa tal-UE u li għandha timmira li telimina kull forma ta' diskriminazzjoni, u biex tuża kull opportunità biex jiġi espress it-tħassib serju tagħha dwar tali diskriminazzjonijiet; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-UE tkompli tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-konvenzjonijiet kollha rilevanti tan-NU, bħall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbilità; jilqa' x-xogħol tas-SEAE fuq il-manwal kontra d-diskriminazzjoni;

Missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK)

33.  Ifakkar fl-impenn tal-UE li tintegra d-drittijiet tal-bniedem u l-aspetti dwar il-ġeneru fil-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u difiża komuni importanti, skont ir-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u r-Riżoluzzjoni 2242 adottata reċentement tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li skontha n-nisa huma komponent ċentrali fl-isforzi kollha biex jiġu indirizzati l-isfidi globali; itenni, f'dan il-kuntest, l-istedina tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jappoġġaw, fil-proċess tal-bini ta' rikonċiljazzjoni sostenibbli, il-parteċipazzjoni sistematika tan-nisa bħala komponent vitali fil-proċessi tal-paċi; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-UE tappoġġa fil-livell internazzjonali r-rikonoxximent tal-valur miżjud tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll fl-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi, fl-għajnuna umanitarja u fir-rikostruzzjoni wara l-kunflitti;

34.  Jenfasizza li l-PSDK huwa strument li mhux biss jiżgura s-sigurtà Ewropea, iżda huwa parti minn strument tal-politika barranija tal-UE u għandu għalhekk jintuża favur it-tisħiħ ulterjuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-pajjiżi terzi;

35.  Jitlob għal aktar integrazzjoni militari Ewropea biex isir titjib fid-disponibilità u l-flessibilità tal-forzi armati Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jwieġbu għal theddidiet u każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ta' ġenoċidju u ta' tindif etniku; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-kunċett ta' "responsabilità ta' protezzjoni" għandu jiġi kkonsolidat fid-dritt internazzjonali u li l-UE, bħala komunità ta' valuri, għandha tmexxi inizjattivi u azzjonijiet sinifikanti li tipproteġi l-persuni ċivili, anki meta dawn huma mhedda mill-Istat tagħhom stess;

36.  Jenfasizza li t-traffikar tal-migranti huwa marbut mat-traffikar tal-bnedmin u jikkostitwixxi ksur gravi tad-drittijiet tal-Bniedem; jirrimarka li missjonijiet tal-PSDK bħall-Forza Navali tal-Unjoni Ewropea - Operazzjoni militari Sophia fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) huma mezzi effettivi kif jiġi indirizzat it-traffikar tal-migranti; jistieden lill-Unjoni tkompli u tintensifika dawn it-tip ta' operazzjonijiet;

37.  Jistieden lill-Kunsill Affarijiet Barranin u lill-VP/RGħ jitlobu li l-Kapijiet ta' Missjoni tal-UE, u r-rappreżentanti xierqa tal-UE (Kapijiet tal-Operazzjonijiet Ċivili tal-UE, Kmandanti tal-Operazzjonijiet Militari tal-UE u Rappreżentanti Speċjali tal-UE) jirraportaw dwar każijiet ta' ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, u biex jippromwovu kodiċi ta' kondotta rigward azzjoni mill-Kunsill ta' Sigurtà kontra l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, li jimpenja lill-Istati Membri tan-NU biex jappoġġaw l-azzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà li għandhom l-għan li jipprevjenu jew itemmu dawn id-delitti; jitlob li jkun hemm integrazzjoni ta' politiki ta' salvagwardja tat-tfal fl-operazzjonijiet kollha ċivili u militari tal-UE li jiġu f'kuntatt mat-tfal;

38.  Jitlob li l-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha man-NU fil-kuntest tat-tfassil ta' viżjoni strateġika komuni dwar is-sigurtà fuq il-bażi ta', fuq naħa waħda, l-istrateġija globali tal-UE dwar il-politika barranija u ta' sigurtà u, fuq in-naħa l-oħra, ir-reviżjoni tan-NU tal-operazzjonijiet ta' paċi u tal-arkitettura ta' bini ta' paċi taghħa; jinsisti li jkun hemm kooperazzjoni fit-tisħiħ tar-rwol u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali fiż-żamma tal-paċi, fil-prevenzjoni tal-kunflitti, fil-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili u militari, u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u li l-proċeduri għall-użu tal-PSDK b'appoġġ għall-operazzjonijiet tan-NU jiġu żviluppati aktar, inkluż permezz tal-iskjerament tal-gruppi tattiċi tal-UE, jew permezz tal-bini ta' kapaċità u inizjattivi ta' riforma fis-settur tas-sigurtà, filwaqt li d-drittijiet tal-bniedem u tal-ġeneru jkunu integrati fil-ħidma tal-missjoni u l-operazzjoni;

Involviment multilaterali għad-drittijiet tal-bniedem

39.  Itenni bil-qawwa li d-drittijiet tal-bniedem, kif minquxa fil-konvenzjonijiet tan-NU, huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati, kif ġie miftiehem fid-Dikjarazzjoni ta' Vjenna u l-Programm ta' Azzjoni tal-1993, u li r-rispett ta' dawn id-drittijiet irid jiġi infurzat; ifakkar l-impenn tal-Unjoni li tippromwovi u tiżviluppa d-dritt internazzjonali skont in-NU; jenfasizza li huwa importanti li l-Istati Membri jirratifikaw l-istrumenti internazzjonali kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem stabbiliti min-NU, inklużi dawk minquxa fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, u partikolarment, il-Protokoll Fakultattiv li jistabbilixxi mekkaniżmi għall-ilmenti u l-inkjesti, f'konformità mal-Artikolu 21 TUE;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-mexxejja tal-UE ikunu minn ta' quddiem fil-promozzjoni ta' riformi tan-NU bl-għan li jissaħħaħ l-impatt u l-qawwa ta' sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli, u li tiġi garantita protezzjoni aktar effiċjenti għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-avvanz tad-dritt internazzjonali; itenni, barra minn hekk, l-importanza li l-UE tinvolvi ruħha b'mod attiv u konsistenti fil-mekkaniżmi kollha tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fit-Tielet Kumitat, fl-Assemblea Ġenerali (AĠNU) u fl-UNHRC, sabiex ittejjeb l-kredibilità tagħha; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mis-SEAE, mid-delegazzjonijiet tal-UE fi New York u f'Ġinevra u mill-Istati Membri biex tiżdied ulterjorment il-koerenza tal-UE fil-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tan-NU; iħeġġeġ lill-UE tintensifika l-prattika ta' inizjattivi transreġjonali, li tibda u tappoġġa riżoluzzjonijiet, u biex issegwi mill-qrib l-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tan-NU; jikkundanna l-fatt li s-siġġijiet fuq l-UNHRC spiss huma okkupati minn pajjiżi b'rekord ipprovat ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jippubbliċizzaw il-votazzjoni tagħhom fi ħdan l-UNHRC; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jirriflettu l-importanza ugwali tad-drittijiet fil-votazzjoni tagħhom, u biex isejsu l-vot tagħhom dwar riżoluzzjonijiet tal-UNHCR fuq is-sustanza ta' dawn it-testi, aktar milli fuq l-awturi tagħhom; jenfasizza l-importanza u l-ħtieġa għal rappreżentanza permanenti tal-UE fil-fora multilaterali kollha u għal viżibilltà aktar b'saħħitha tal-azzjoni tal-UE;

41.  Jistieden lill-UE tagħti attenzjoni partikolari lit-territorji kkontestati fil-viċinat tal-Lvant tagħha, fejn madwar ħames miljun persuna jgħixu mingħajr protezzjoni reali tad-drittijiet tal-bniedem u aċċess għall-ġustizzja; jistieden lill-UE tpoġġi din il-kwistjoni fil-quċċata tal-aġenda bilaterali għal soluzzjonijiet mal-Istati kkonċernati u biex tuża l-firxa sħiħa tal-istrumenti tagħha biex tappoġġa soluzzjonijiet konkreti biex tavvanza d-drittijiet tal-bniedem f'dawn l-entitajiet u tappoġġa x-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem hemmhekk;

Il-promozzjoni ta' spazju ħieles għas-soċjetà ċivili, appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

42.  Jikkundanna bil-qawwa kull attakk, intimidazzjoni, arrest, qtil, fastidju jew ripressjoni ta' prosekuturi, imħallfin, avukati, akkademiċi u ġurnalisti, jew ta' membri ta' kull professjoni oħra li l-indipendenza u l-libertà professjonali tagħhom huma essenzjali għall-bini ta' soċjetà demokratika;

43.  Jiddispjaċih dwar iż-żieda fin-numru ta' attakki kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent madwar id-dinja; jikkundanna bil-qawwa l-impunità fir-rigward tal-qtil tagħhom u jistieden lis-SEAE jippromwovi t-talba li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

44.  Jikkundanna bil-qawwa l-fatt li ħafna pajjiżi madwar id-dinja għadhom kemm għaddew liġijiet stretti dwar l-NGOs li jdgħajfu s-soċjetà ċivili u jwasslu għall-applikazzjoni arbitrarja tagħhom, b'penali li jinkludu l-ħabs, l-iffriżar ta' assi u l-projbizzjoni ta' aċċess għal membri tal-persunal tal-NGO, speċjalment lejn dawk li jirċievu fondi pubbliċi barranin;

45.  Jikkundanna bil-qawwa l-ħruġ ta' projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-awtoritajiet bħala strument biex jiġu intimidati u jissiktu l-ilħna indipendenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-attivisti, kif ukoll ta' avukati u ġurnalisti, u jenfasizza li dawn il-miżuri huma ta' spiss meħuda arbitrarjament u mingħajr ebda bażi ġudizzjarja;

46.  Jenfasizza r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE biex jaffermaw mill-ġdid u jippromwovu r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili f'demokrazija, u fil-ħolqien ta' ambjent favorevoli għas-soċjetà ċivili, li jeħtieġu livell massimu ta' trasparenza u jiddaħħlu fil-programmi ta' kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih, għalhekk, li, għaxar snin wara l-adozzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-informazzjoni ta' kuntatt tal-punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-uffiċjali ta' kollegament għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għadhom ma ġewx inklużi fuq is-siti web tad-delegazzjonijiet kollha tal-UE;

47.  Jistieden lill-VP/RGħ u lill-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ipoġġu fuq l-aġenda tal-Kunsill Affarijiet Barranin b'mod regolari d-diskussjoni dwar l-isforzi tal-UE biex issegwi l-ħelsien ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, attivisti politiċi u oħrajn, u biex jiżguraw li jsir Kunsill tal-Affarijiet Barranin pubbliku annwali, b'aġenda li tinkludi l-ispazju dejjem jiċkien għas-soċjetà ċivili u s-sentenza ta' ħabs għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'attenzjoni partikolari għal każijiet li tqajmu fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar dibattiti fuq każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

48.  Jistieden lill-komunità internazzjonali tressaq lill-mexxejja politiċi quddiem il-ġustizzja meta jabbużaw mill-qawwa tal-pulizija u dik militari b'mod strutturali biex jissiktu protesti kontra t-tmexxija tagħhom jew li tittawwal tali tmexxija;

Migranti, refuġjati, persuni li jfittxu l-asil u persuni spostati f'pajjiżhom (IDPs)

49.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mar-refuġjati u mal-migranti li jsofru ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem f'għadd kbir, bħala vittmi ta' kunflitti, nuqqas ta' governanza u netwerks tat-traffikar; jikkundanna l-għadd drammatiku ta' mwiet fuq il-baħar fil-Mediterran; jinsab estremament imħasseb dwar ir-rapporti ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-immigranti u dawk li jkunu qed ifittxu l-asil fi triqthom lejn l-Ewropa; jenfasizza l-fatt li n-nisa u tfal refuġjati, persuni li jfittxu asil u l-migranti mingħajr dokumenti huma partikolarment vulnerabbli fuq ir-rotot migratorji u fi ħdan l-UE nnifisha; isejjaħ b'mod urġenti għal miżuri biex tittejjeb il-koerenza tal-politiki ta' migrazzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ olistiku biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli, fit-tul u koerenti, ibbażati fuq l-istandards u l-prinċipji internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem filwaqt li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-kriżi tar-refuġjati; jenfasizza l-ħtieġa għas-solidarjetà sabiex jiġu mħarsa l-migranti u r-refuġjati, b'konformità mal-politiki tal-UE bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li ssir distinzjoni bejn refuġjati u migranti;

50.  Jenfasizza l-fatt li kunflitti, gwerer, fallimenti tal-governanza u n-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma l-kawżi prinċipali għall-migrazzjoni u l-ispostament; jenfasizza li aċċess sħiħ, liberu u ta' kwalità għall-edukazzjoni u għas-servizzi ta' kura tas-saħħa, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll l-aċċess għas-suq tax-xogħol, u għal akkomodazzjoni li tissodisfa l-ħtiġijiet tar-refuġjati, għandhom jiġu pprovduti mill-pajjiżi ospitanti; jenfasizza li r-rieda tal-migranti u tar-refuġjati li jintegraw ruħhom, flimkien ma' politiki ta' protezzjoni soċjali xierqa, huma essenzjali għall-integrazzjoni; jistieden lill-UE żżid l-isforzi biex tappoġġa l-Libanu u l-Ġordan, li qed jipprovdu kenn għal numru bla preċedent ta' refuġjati, li sikwit iħabbtu wiċċhom ma' diversi theddidiet;

51.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu sabiex jiġu ffaċilitati kemm il-ġestjoni strutturata tal-flussi ta' migrazzjoni, kif ukoll azzjoni biex jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti ta' emigrazzjoni; jenfasizza li huwa essenzjali li jiġu miġġielda l-gruppi involuti fit-traffikar tal-migranti; jirrimarka li l-UE għandha tħeġġeġ lill-pajjiżi kkonċernati biex jiffirmaw il-Protokoll ta' Palermo kontra t-traffikar tal-migranti; ifakkar l-impenji miftiehma fis-Summit tal-Belt Valletta;

52.  Jisħaq dwar il-ħtieġa urġenti li tiġi żviluppata u introdotta, b'mod komprensiv, koerenti u kkoordinat, Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li tikkondividi r-responsabilità bejn l-Istati Membri;

53.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu trasparenza totali dwar il-fondi allokati għal pajjiżi terzi għal kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, u jikkomunikaw is-salvagwardji stabbiliti biex jiżguraw li din il-kooperazzjoni ma tkunx ta' benefiċċju, direttament jew indirettament, għas-sistemi ta' sigurtà, tal-ġustizzja u għall-pulizija involuti fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

54.  Jirrikonoxxi l-proposta reċenti tal-Kummissjoni biex ikun hemm lista tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, li temenda d-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil;

55.  Iqis li, sabiex tiżdied l-effiċjenza tar-riammissjonijiet u sabiex tiġi żgurata l-koerenza tar-ritorni fil-livell Ewropew, se jkun meħtieġ li jiġu adottati ftehimiet ġodda ta' riammissjoni tal-UE, li jieħdu preferenza fuq ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn timxi id f'id mar-rispett lejn il-proċeduri, l-istandards u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem li jippermettu lill-UE tiżgura trattament uman u dinjituż lill-persuni rimpatrijati, f'konformità mal-prinċipju ta' non-refoulement; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-każijiet ta' asil relatati ma' persekuzzjoni politika possibbli, sabiex ma jkunx hemm rimpatrijazzjonijiet li potenzjalment jinvolvu ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ta' oriġini jew f'pajjiż terz;

57.  Itenni l-appell tiegħu lill-UE biex tiżgura li l-ftehimiet kollha dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u ta' riammissjoni ma' stati mhux tal-UE jkunu konformi mad-dritt internazzjonali, mad-dritt dwar ir-refuġjati u mad-dritt marittimu internazzjonali, kif ukoll mal-prinċipji u l-valuri tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju tan-non-refoulement, f'konformità mad-dritt internazzjonali; jitlob li l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ jiġu integrati b'tali mod li jippermettu l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni ma' stati li mhumiex fl-UE, u ta' miżuri ta' kontroll fil-fruntieri, li għandhom jiġu evalwati; jinsisti li d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu integrati u sorveljati matul l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Frontex; jistieden lill-UE tipparteċipa b'mod attiv fid-dibattitu dwar it-terminu "refuġjat minħabba l-klima", inkluż dwar id-definizzjoni ġuridika possibbli tiegħu fid-dritt internazzjonali;

58.  Jitlob, barra minn hekk, għal klawżola li tindika li dawn il-ftehimiet jistgħu jiġu sospiżi sakemm il-partijiet effettivament jagħtu garanziji biżżejjed għall-eżami individwali tat-talbiet għall-asil u, b'mod aktar ġenerali, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, ta' dawk li jfittxu l-asil u r-refuġjati;

59.  Ifakkar, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi rispettat il-prinċipju ta' non-refoulement fl-ibħra Ewropej u internazzjonali, kif ikkonfermat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE; ifakkar fl-impenn li jiġu żviluppati kanali adegwati ta' migrazzjoni legali u sikura filwaqt li jiġu pprotetti aħjar il-fruntieri esterni tal-UE; jistieden lill-UE u lill-pajjiżi żviluppati terzi sabiex jikkonkludu ftehimiet ta' sħubija ma' pajjiżi oħrajn biex jiġu ffaċilitati r-riunifikazzjoni tal-familji u l-mobilità għal persuni fil-livelli kollha tal-ħiliet, inklużi dawk l-inqas kwalifikati;

60.  Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-pakkett komuni dwar l-ażil li l-UE adottat u l-leġiżlazzjoni komuni dwar il-migrazzjoni, partikolarment biex jitħarsu l-persuni vulnerabbli li jfittxu l-asil bħalma huma t-tfal, in-nisa, l-anzjani u l-persuni LGBTI, kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni waqt il-proċess tal-asil, u biex jipprovdu taħriġ xieraq għall-Istati Membri li jippermettu rikors xieraq u raġonevoli; jappella lill-Istati Membri biex jieħdu sehem fil-programmi ta' risistemazzjoni, li jagħti aċċess għal riunifikazzjoni tal-familja u l-għoti ta' viżi umanitarji; jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-ostakoli amministrattivi u politiċi għall-implimentazzjoni rapida tal-impenji ta' rilokazzjoni; jifhem li għandu jitwettaq ir-ritorn sikur għal dawk li, wara valutazzjoni individwali tal-applikazzjoni tagħhom għall-asil, mhumiex eliġibbli għal protezzjoni fl-Unjoni;

61.  Jinsab imħasseb ħafna dwar l-għadd dejjem jikber ta' tfal refuġjati u dwar is-sitwazzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati, neqsin jew separati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmluha prijorità assoluta biex, b'mod rapidu, il-minorenni mhux akkumpanjati jiġu riunifikati ma' membri tal-familja; jenfasizza l-importanza li t-tfal ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni bħala parti minn programmi tal-UE biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni; jistieden lill-Istati biex itemmu d-detenzjoni tat-tfal, kif ukoll biex jieħdu kont tal-aħjar interess tat-tfal fil-proċeduri kollha u jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal skont id-dritt internazzjonali; jenfasizza l-importanza li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-protezzjoni tat-tfal refuġjati u tal-migranti mill-vjolenza, l-isfruttar u l-abbuż; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-minuri mhux akkumpanjati ma jgħajbux, u biex titfassal strateġija biex jiġi evitat li, fil-futur, minorenni migranti mhux akkumpanjati jgħibu fit-territorju tal-UE u biex isibu t-tfal li għebu;

62.  Jirrikonoxxi li matul il-vjaġġ u mal-wasla fil-pajjiż fejn qed ifittxu l-asil, il-persuni LGBTI li qed ifittxu l-asil spiss huma f'riskju ta' perikli addizzjonali, li jistgħu jieħdu l-forma ta' fastidju, esklużjoni, vjolenza sesswali jew forom oħra ta' vjolenza; ifakkar li għadd ta' pajjiżi terzi meqjusa bħala "siguri" għal dawk li jfittxu l-asil jiddiskriminaw kontra persuni LGBTI jew saħansitra jikkriminalizzaw l-omosesswalità; jenfasizza li gruppi vulnerabbli jeħtieġu salvagwardji addizzjonali, u jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-refuġjati LGBTI huma protetti skont id-dritt umanitarju internazzjonali;

63.  Jenfasizza l-importanza li jsir investiment f'miżuri preventivi, jiġifieri permezz tal-iżvilupp ta' strateġiji ta' integrazzjoni u ta' inklużjoni soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati programmi speċifiċi ta' deradikalizzazzjoni u ta' riintegrazzjoni mmirati lejn dawk li jirritornaw;

64.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni problematika rigward ir-refuġjati fil-pajjiżi ġirien tas-Sirja, u jqis li huwa importanti għall-UE li tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha biex tiżgura li r-refuġjati f'dawn il-pajjiżi jiġu garantiti kundizzjonijiet tal-għajxien diċenti, u, b'mod partikolari, aċċess għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u possibilitajiet ta' impjieg;

65.  Jenfasizza s-sitwazzjoni drammatika tal-persuni spostati f'pajjiżhom (IDPs), speċjalment tal-għadd enormi ta' IDPs fl-Iraq u fis-Sirja, kif ukoll l-għadd dejjem jikber ta' IDPs fl-Ukrajna, li flimkien jammontaw għal 1,4 miljun fl-2015; jenfasizza li l-programmi dwar refuġjati f'reġjun għandhom jirrikonoxxu u jinkorporaw id-destin potenzjali tal-IDP ukoll; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali jieħdu passi biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom fil-post u jiġi żgurat li l-persuni spostati jkollhom aċċess għal akkomodazzjoni, ikel, kura tas-saħħa u edukazzjoni;

66.  Ifakkar kif, skont iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ dwar l-Ispostament Intern (IDMC), 19,3 miljun persuna ġiet spostata fl-2015 biss b'riżultat ta' diżastri ambjentali; ifakkar li dan l-ispostament jikkonċerna b'mod partikolari r-reġjuni tan-Nofsinhar; jindika li 85 % ta' dawn l-ispostamenti jseħħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, primarjament f'pajjiż wieħed jew f'partijiet minn pajjiżi;

It-traffikar ta' persuni

67.  Jistieden lill-UE tagħmel il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin prijorità fil-politiki esterni tagħha, li tindirizza kemm in-naħa tad-domanda, kif ukoll tal-provvista ta' dan il-fenomenu, biex tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-vittmi u biex tiżdied il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni ma' atturi rilevanti fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE jimplimentaw id-Direttiva 2011/36/UE u l-Istrateġija tal-UE għall-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin;

68.  Ifakkar li n-netwerks kriminali qed jieħdu vantaġġ ta' iżjed pressjonijiet ta' migrazzjoni, tan-nuqqas ta' kanali ta' migrazzjoni sikuri u mill-vulnerabilità tal-migranti u r-refuġjati, b'mod speċjali n-nisa, il-bniet u t-tfal, sabiex jiġu suġġetti għat-traffikar tal-bnedmin, skjavitù u sfruttament sesswali;

69.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħtu attenzjoni għall-identifikazzjoni ta' refuġjati u migranti bħala vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew vittmi ta' ksur u abbuż fil-kuntest ta' traffikar; jitlob, f'dan il-kuntest, għal taħriġ għall-gwardji tal-fruntiera biex jiżguraw l-identifikazzjoni preċiża, li hija fundamentali għall-applikazzjoni tad-drittijiet li għalihom huma legalment intitolati;

70.  Jilqa' ż-żieda ta' riżorsi għall-operazzjonijiet Triton u Poseidon; josserva t-tnedija tal-Operazzjoni Sophia EUNAVFOR MED kontra l-kuntrabandisti u t-traffikanti fil-Mediterran, u jsostni t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni;

71.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom;

Ir-rabtiet bejn l-iżvilupp, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem

72.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar iż-żieda fil-faqar estrem u fl-inugwaljanza f'xi partijiet tad-dinja, li jipperikolaw it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem kollha; jemmen li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt għall-iżvilupp huma intrinsikament marbuta ma' xulxin; jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali u ekonomiċi u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-governanza tajba, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll il-paċi u s-sigurtà huma prerekwiżiti għall-qerda tal-faqar u tal-inugwaljanzi;

73.  Jilqa' l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli jenfasizza li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE mal-pajjiżi terzi għandha timmira li toħloq ambjent internazzjonali li jiffavorixxi t-twettiq tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi, u jitlob għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-NU tal-1986 dwar id-dritt għall-iżvilupp; ifakkar fl-importanza kruċjali tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif imnaqqax fl-Artikolu 208 tat-TFUE, fil-kisba tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE tiżgura li l-linji gwida neċessarji, il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rappurtar jirriżultaw sabiex il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki ikun ta' realtà fil-politiki tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; jemmen li l-implimentazzjoni tal-PCD, kif minquxa fl-Artikolu 208 tat-TFUE, u oqfsa tar-riżultati definiti b'mod ċar fl-istrumenti u l-mekkaniżmi kollha tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem huma kruċjali għat-twettiq tal-Aġenda 2030, biex tiġi żgurata l-inklużjoni tal-gruppi emarġinati u vulnerabbli, u jiġi integrat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem; jinsisti fuq it-tisħiħ tal-koerenza u l-koordinazzjoni fost il-politiki u l-istrumenti esterni kollha tal-UE meta jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni fl-ambitu tas-setgħat tagħhom u f'konformità mal-impenji għall-iżvilupp li huma ħadu u mal-politiki tal-UE f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-użu ta' sett ta' għodda dwar l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fid-delegazzjonjiet u tipprovdi ħarsa ġenerali ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament;

74.  Ifakkar fl-introduzzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet fil-politika tal-iżvilupp tal-UE, bl-għan li jiġu integrati l-prinċipji dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet operattivi tal-UE għall-iżvilupp, biex b'hekk jiġu koperti arranġamenti fis-sede kif ukoll fil-qasam għas-sinkronizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-attivitajiet tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp; jappella għal aktar tixrid tas-sett ta' għodda dwar l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet fost is-sħab tagħna, inkluż l-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u s-settur privat, u sabiex l-implimentazzjoni tiegħu tiġi mmonitorjata mill-qrib mill-Kummissjoni;

75.  Jemmen li d-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd għandhom jkunu fattur trasversali fil-kisba tal-għanijiet u l-miri kollha tal-Aġenda 2030; jappella biex jiġi stabbilit qafas inklużiv ta' indikaturi tal-SDGs, li jkun sensittiv għad-drittijiet tal-bniedem u bbażat fuq id-drittijiet, fil-livell nazzjonali u internazzjonali, biex jiżgura trasparenza u responsabilità b'saħħithom f'dan ir-rigward, b'mod li r-riżorsi allokati għall-iżvilupp verament jaslu għand il-persuni fil-bżonn;

76.  Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-isfida globali tal-faqar u tal-mard relatat mal-malnutrizzjoni u mard li ġie traskurat; jappella għal strateġija politika fit-tul u ambizzjuża u pjan ta' azzjoni dwar is-saħħa fil-livell dinji, għall-innovazzjoni u l-aċċess għall-mediċini, li jinkludu fost oħrajn l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, biex b'hekk jiġi salvagwardjat id-dritt għal standard ta' għajxien adegwat għas-saħħa u l-benesseri ta' kull bniedem, mingħajr l-ebda distinzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, kundizzjoni ekonomika jew soċjali, l-identità tal-ġeneru jew l-orjentament sesswali;

77.  Jinsab imħasseb dwar kwalunkwe attentat ta' użu ta' fondi li huma allokati għall-azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-faqar u t-trawwim tal-iżvilupp – li tagħti wkoll effett prattiku lill-politiki li l-għan aħħari tagħhom huwa li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem – għal skopijiet li mhumiex relatati mal-iżvilupp; jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp għandha l-għan li telimina l-faqar, u mhux biss issir strument maħsub biex jikkontrolla l-migrazzjoni, u jfakkar l-importanza tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 16 dwar il-paċi, il-ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom għal titjib fid-drittijiet tal-bniedem u fil-governanza demokratika effettiva; jemmen li sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-għajnuna tal-UE u r-responsabilità tal-pajjiżi benefiċjarji, għandha tiġi introdotta klawżola kontra l-korruzzjoni fil-programmi kollha ta' żvilupp, u li l-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-kapaċitajiet istituzzjonali u l-użu tal-appoġġ baġitarju, il-parteċipazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod demokratiku u rappreżentattiv, l-istabilità, il-ġustizzja soċjali, u tkabbir inklużiv u sostenibbli, u ridistribuzzjoni ġusta tal-ġid, għandhom ikunu objettivi ewlenin tal-politiki esterni kollha tal-UE; iwissi kontra l-populiżmu, l-estremiżmu u l-abbużi kostituzzjonali li jilleġittimizzaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

78.  Jinnota d-diskrepanza finanzjarja persistenti, minħabba ż-żieda fil-ħtiġijiet umanitarji, fir-rigward tal-għajnuna umanitarja, u n-nuqqasijiet tal-Programm Dinji tal-Ikel li rriżultaw fi tnaqqis tal-provvisti tal-ikel; jistieden lill-pajjiżi membri tan-NU, u lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha, biex bħala minimu, jonoraw l-impenji finanzjarji tagħhom; jinnota, f'dan ir-rigward, li ħafna Stati Membri tal-UE ma laħqux l-impenn ta' 0,7 % tal-PDG tagħhom għall-għajnuna għall-iżvilupp, iżda jilqa' l-impenn tal-UE fir-rigward tal-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili, minħabba li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar donaturi;

79.  Jilqa' l-Pjan il-ġdid ta' Investiment Estern Ewropew (PIE) kif ukoll il-Fond Fiduċjarju għall-Afrika li għandhom l-għan li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-faqar, l-inugwaljanzi u l-migrazzjoni irregolari billi jinħolqu tkabbir sostenibbli u impjiegi, u biex jinkoraġġixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-investiment privat fl-Afrika u l-Viċinat tal-UE; jitlob li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jintuża temporanjament fil-pajjiżi ġirien tal-UE sabiex jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tagħhom;

80.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' kapitolu dwar l-iżvilupp fir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2015, u jitlob li din il-prattika tkun ġeneralizzata għas-snin li ġejjin;

Il-kummerċ, in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem

81.  Jitlob għall-implimentazzjoni rapida, effikaċi u komprensiva tal-Prinċipji ta' Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lill-istati membri tan-NU, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali; iqis li l-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem jistgħu jmorru id f'id u li l-komunità kummerċjali għandha rwol importanti x'tiżvolġi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

82.  Jafferma mill-ġdid il-bżonn urġenti ta' azzjoni kontinwa, effikaċi u koerenti fil-livelli kollha, inklużi fil-livelli nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, bl-għan li jiġu affrontati b'mod effikaċi l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-korruzzjoni kommessi mill-kumpaniji internazzjonali meta jfeġġu, u li jiġi żgurat li dawn jerfgħu r-responsabilità tagħhom, inkluż li jiġu indirizzati l-problemi ġuridiċi li jirriżultaw mid-dimensjoni extraterritorjali tal-kumpaniji u tal-imġiba tagħhom;

83.  Jistieden lin-NU, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jindirizzaw kwistjonijiet mal-intrapriżi multinazzjonali u Ewropej dwar ħtif tal-art u dwar it-trattament ta' difensuri tad-drittijiet tal-art, li spiss huma vittmi ta' rappreżalji, inkluzi theddid, fastidju, arrest arbitrarju, attakki u qtil;

84.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma li nbdiet fit-tħejjija ta' Trattat vinkolanti tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jiddeplora kull ostruzzjoniżmu f'dan il-proċess u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipparteċipaw b'mod kostruttiv f'dawn in-negozjati;

85.  Ifakkar fir-rwoli differenti iżda komplementari tal-Istati u tal-kumpaniji fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jerġa' jtenni bis-sħiħ li, fejn isir ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-Istati għandhom jagħtu lill-vittmi l-aċċess għal rimedju effettiv; ifakkar, f'dan il-kuntest, li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-pajjiżi terzi, inklużi l-garanziji ta' rimedju effettiv għall-vittmi kollha ta' tali abbużi, jikkostitwixxi element essenzjali tar-relazzjonijiet esterni tal-UE ma' dawn il-pajjiżi; jilqa' l-fatt li l-UE kellha rwol ewlieni fin-negozjati u fl-implimentazzjoni ta' numru ta' inizjattivi ta' responsabilità globali li jmorru id f'id mal-promozzjoni u mar-rispett tal-istandards internazzjonali; jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, adottati fl-20 ta' Ġunju 2016 u l-fatt li huma qed jitolbu li l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (PAN) dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem jinkludu l-aċċess għal rimedju;

86.  Itenni li jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċjali tal-SMEs, li joperaw prinċipalment fil-livell lokali jew reġjonali f'setturi partikolari; iqis li huwa essenzjali, għalhekk, li l-politiki tal-Unjoni dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji, inklużi l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji, jikkunsidraw sewwa l-ħtiġijiet essenzjali tal-SMEs, bi qbil mal-prinċipju "aħseb l-ewwel fiż-żgħir", u jirrikonoxxu l-approċċ informali u intuwittiv tal-SMEs fil-konfront tar-responsabilità soċjali tal-kumpaniji; jesprimi l-oppożizzjoni tiegħu għal kull miżura li tista' tikkawża piżijiet amministrattivi jew finanzjarji addizzjonali għall-SMEs, filwaqt li juri l-appoġġ tiegħu favur miżuri li jħallu lill-SMEs jieħdu azzjonijiet konġunti;

87.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu koerenza fil-politiki fil-qasam tan-negozju u tad-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha, partikolarment fir-rigward tal-politika kummerċjali tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrapportaw regolarment dwar il-passi meħuda biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest ta' attività kummerċjali;

88.  Itenni s-sejħa qawwija tiegħu għall-introduzzjoni sistematika ta' klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali kollha, inklużi fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi jew li għandhom iridu jiġu konklużi, bejn l-UE u pajjiżi terzi; iqis, barra minn hekk, li hemm il-bżonn li l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ ex ante ta' qabel ma jiġi konkluż ftehim qafas, u li jikkundizzjonaw il-konklużjoni ta' tali bħala karatteristika fundamentali tal-ftehim, kif ukoll il-mekkaniżmi ta' kontroll ex post, jippermettu li tittieħed azzjoni tanġibbli fil-każ ta' ksur ta' dawn il-klawżoli, bħal sanzjonijiet xierqa kif stipulati fil-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim, inkluża s-sospensjoni (temporanja) tal-ftehim;

89.  Jappella għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi mmirati lejn l-iżgurar tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem mill-istati u mill-kumpaniji, u għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' lmenti għal persuni li jsir ksur tad-drittijiet tagħhom minn ftehimiet kummerċjali u ta' investiment;

90.  Jinnota l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 li temenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 dwar il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (COM(2016)0616), li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kontroll minħabba l-fatt li ċerti oġġetti u teknoloġiji jistgħu jintużaw ħażin biex jitwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

91.  Jilqa' l-ftehim biex jiġu aġġornati l-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE fir-rigward ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura u trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, u jitlob għall-implimentazzjoni effettiva u sħiħa ta' din il-leġiżlazzjoni ewlenija; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkoraġġixxu lil pajjiżi terzi jikkunsidraw li jadottaw leġiżlazzjoni simili, kif ukoll biex iniedu inizjattiva biex jiġi promoss qafas internazzjonali dwar strumenti tat-tortura u l-piena kapitali; jilqa' l-inizjattiva marbuta mar-regolament li jistabbilixxi sistema ta' diliġenza dovuta għall-katina ta' provvista għall-provenjenza responsabbli ta' minerali minn żoni milquta mill-kunflitti; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li taġġorna l-leġiżlazzjoni tal-UE ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju; jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem bħala kriterju ta' liċenzji ta' esportazzjoni hija prijorità għall-Parlament Ewropew, u jitlob lill-Istati Membri biex jaqblu li jimxu lejn approċċ aktar modern, flessibbli u bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-politika tal-esportazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jissorveljaw, b'mod aktar strett u b'aktar kontrolli bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-esportazzjoni ta' armi, partikolarment fil-każ ta' pajjiżi b'rekord ippruvat ta' repressjoni vjolenti u ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

92.  Jilqa' l-adozzjoni tal-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-Kummissjoni ''Kummerċ għal Kulħadd'', li għandha l-għan li tintegra d-drittijiet tal-bniedem fil-politika kummerċjali u li tuża l-pożizzjoni tal-UE bħala blokk kummerċjali għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; jenfasizza li dan se jeħtieġ il-konsistenza sħiħa u l-komplementarjetà tal-inizjattivi ta' politika kummerċjali u ta' politika estera, inkluża kooperazzjoni mill-qrib bejn id-Direttorati Ġenerali, is-SEAE u l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jinnota l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex issaħħaħ id-diplomazija ekonomika Ewropea u jenfasizza li l-politika tal-kummerċ għandha tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir sostenibbli f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha mal-partijiet interessati kollha fid-diskussjoni dwar il-qafas regolatorju u l-obbligi kummerċjali f'pajjiżi fejn l-investiment privat u l-investiment pubbliku x'aktarx li se jiżdiedu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-proġetti appoġġati mill-BEI jkunu konformi mal-politiki tal-UE, u jirrakkomanda titjib tal-kontrolli ex-post għall-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-proġetti appoġġati mill-BEI;

93.  Jilqa' r-Regolament il-ġdid dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, bħala strument ewlieni tal-politika kummerċjali tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-governanza tajba f'pajjiżi li qed jiżviluppaw vulnerabbli; jilqa', b'mod partikolari, l-fatt li l-benefiċċji kummerċjali tal-SĠP+ huma minnhom infushom u legalment kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni kontinwa tal-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-pubblikazzjoni tal-ewwel rapport biennali tal-Kummissjoni dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-SĠP+, u d-djalogu preċedenti dwar dan ir-rapport mal-Parlament qabel ma ġie ppubblikat; jinnota li ġie rrappurtat ksur tal-istandards tax-xogħol ewlenin f'diversi pajjiżi bl-istatus tal-SĠP+, u jħeġġeġ sabiex jiġi implimentat l-infurzar effettiv tal-SĠP+; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilitajiet li l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jiġi inkluż fil-lista ta' konvenzjonijiet meħtieġa għall-istatus tal-SĠP+, u jistieden lill-applikanti tal-SĠP+ li mhumiex stati partijiet għall-Istatut biex jirratifikawh;

94.  Jilqa' l-fatt li 14-il pajjiż ingħataw preferenzi kummerċjali partikolarment vantaġġużi taħt l-SĠP+ il-ġdida, fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014, u jilqa' wkoll il-konformità tant imħeġġa ma' 27 konvenzjoni internazzjonali (inklużi konvenzjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol);

95.  Itenni t-talba qawwija tiegħu għal valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem komprensivi u minn qabel, li b'mod sostantiv jieħdu kont tal-fehmiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment kollha;

96.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' linji gwida ġodda dwar l-analiżi tal-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi ta' politika marbuta mal-kummerċ(60), iżda jinsab imħasseb serjament bil-kwalità tal-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Valutazzjoni tal-Impatt għas-Sostenibilità (VIS) tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-UE u l-Myanmar, u bil-fatt li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet tal-bniedem għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam; itenni l-appoġġ tiegħu għal valutazzjoni komprensiva li trid issir bħala parti mill-evalwazzjoni ex-post ta' dawn il-ftehimiet;

L-isport u d-drittijiet tal-bniedem

97.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li pajjiżi bi storja ħażina fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jingħataw l-organizzazzjoni ta' avvenimenti sportivi kbar, bħat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fir-Russja fl-2018 u fil-Qatar fl-2022, kif ukoll il-Logħob Olimpiku f'Beijing fl-2022, u dwar l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem ikkawżati minn avvenimenti sportivi kbar, inklużi l-iżgumbramenti sfurzati mingħajr konsultazzjoni jew kumpens tal-popolazzjonijiet ikkonċernati, l-isfruttament ta' gruppi vulnerabbli bħat-tfal u l-ħaddiema migranti, li jista' jammonta għal skjavitù, u t-trażżin ta' OSĊ li jiddenunzjaw tali ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Federazzjonijiet tal-Futbol (FIFA) biex jallinjaw il-prattiki tagħhom mal-ideali sportivi billi jistabbilixxu mekkaniżmi ta' salvagwardja sabiex jevitaw, jissorveljaw u jipprovdu rimedju għal kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem b'rabta ma' avvenimenti sportivi kbar; jappella għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika tal-UE dwar l-isport u d-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jidħlu fi djalogu mal-federazzjonijiet sportivi nazzjonali, mal-atturi korporattivi u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom f'avvenimenti bħal dawn;

Il-persuni b'diżabilità

98.  Jilqa' l-Objettivi l-ġodda 12 u 16, speċjalment is-subpunt 16f, fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) titqajjem b'mod sistematiku fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi; jinnota li teħtieġ li tiġi kkunsidrata n-natura speċifika tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità fil-kuntest tal-isforzi favur in-nondiskriminazzjoni; iħeġġeġ l-eżami bir-reqqa tal-effikaċja tal-proġetti relatati mad-diżabilità, u tal-involviment xieraq tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti;

99.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom libertà tal-moviment ġenwina fl-ispazji pubbliċi u b'hekk ikollhom opportunitajiet ugwali biex jipparteċipaw fil-ħajja pubblika;

100.  Iħeġġeġ bil-qawwa l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità fl-azzjonijiet u l-politiki esterni kollha tal-UE, speċjalment fil-politiki tal-migrazzjoni u tar-refuġjati tal-UE, filwaqt li tingħata reazzjoni xierqa għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, minħabba li jsofru minn diskriminazzjoni multipla; ifakkar li n-nisa u t-tfal b'diżabilità jesperjenzaw diskriminazzjoni multipla u ta' spiss ikunu f'riskju ikbar li jsofru vjolenza, abbuż, trattament ħażin jew sfruttament; jappoġġa bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fl-istrateġiji kollha tal-UE dwar id-diżabilità, inkluż fl-azzjonijiet u l-politiki esterni tagħha;

101.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ tkompli tappoġġa l-proċess ta' ratifika u implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità min-naħa ta' dawk il-pajjiżi li s'issa għadhom ma rratifikawhiex jew li għadhom ma implimentawhiex; jinnota li l-UE għandha tmexxi bl-eżempju permezz tal-implimentazzjoni nazzjonali effettiva tal-UN CRPD; jistieden lill-UE tieħu rwol ta' tmexxija fl-implimentazzjoni ta' Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli inklużiva li tiżgura li ħadd ma jibqa' lura, kif rakkomandat mill-Kumitat CRPD fl-Osservazzjonijiet Konklużivi tar-rieżami tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-UE;

Id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal

102.  Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2016-2020) li jipprovdi lista komprensiva ta' azzjonijiet biex tittejjeb is-sitwazzjoni tan-nisa b'rabta mad-drittijiet indaqs u l-awtonomizzazzjoni; jenfasizza li dan għandu jiġi implimentat flimkien mal-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tan-nisa jiġu rikonoxxuti bħala tali; jilqa' wkoll l-adozzjoni tal-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2016-2019), li jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja; itenni li d-drittijiet tan-nisa ma jistgħux jiġu kompromessi f'isem projbizzjonjiiet speċifiċi imposti minn kwalunkwe reliġjon jew twemmin; jitlob li l-UE tintensifika l-appoġġ tagħha favur l-implimentazzjoni tal-obbligi u tal-impenji fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa li joħorġu mill-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), mill-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, mid-Dikjarazzjoni tal-Kajr dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp u r-rieżamijiet tal-eżiti tagħhom, u mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jisħaq dwar l-importanza li ma jiġix imminat l-acquis tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u tal-Kajr fir-rigward tal-aċċess għall-edukazzjoni u s-saħħa bħala dritt bażiku tal-bniedem, u l-protezzjoni tad-drittijiet sesswali u riproduttivi, u li jiġi żgurat li tingħata l-assistenza medika u psikoloġika sikura meħtieġa lin-nisa vittmi ta' stupru waqt gwerra, inklużi aborti sikuri, kif previst mid-Dritt Umanitarju Internazzjonali; jindika li l-ippjanar tal-familja, is-saħħa materna, l-aċċess faċli għall-kontraċezzjoni u aborti sikuri, u l-firxa sħiħa ta' servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva huma elementi importanti biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nisa, kif ukoll biex titnaqqas il-mortalità materna u tat-trabi; jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-politiki jitpoġġew fil-qalba tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma' pajjiżi terzi; jenfasizza li l-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa kollha, u l-ħarsien tar-rispett tad-dinjità umana tagħhom, u l-eliminazzjoni tal-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontrihom huma essenzjali għat-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; jenfasizza d-dritt ta' kull individwu li jiddeċiedi b'mod liberu dwar kwistjonijiet marbutin mas-sesswalità u mas-saħħa sesswali u riproduttiva tiegħu; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, li d-drittijiet inaljenabbli tan-nisa għal teħid ta' deċiżjonijiet b'mod awtonomu, inkluż dwar l-aċċess għall-ippjanar tal-familja;

103.  Jafferma mill-ġdid il-kundanna tiegħu tal-forom kollha ta' abbuż u vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, u tal-vjolenza sessista, inklużi l-prattiki dannużi ta' żwiġijiet bikrin u sfurzati, il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF), l-isfruttament u l-iskjavitù, il-vjolenza domestika, kif ukoll l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra; iqis li l-vjolenza kontra n-nisa tiġi espressa wkoll b'mod psikoloġiku, u jenfasizza l-bżonn li jiġu integrati l-kunsiderazzjonijiet tal-ġeneru li, inter alia, jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fl-għajnuna umanitarja, u jinkorporaw l-istrateġiji ta' protezzjoni kontra l-vjolenza sesswali u sessista, kif ukoll miżuri tas-saħħa bażiċi inklużi servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu mhux biss jiġġieldu kontra kull tip ta' vjolenza mwettqa kontra n-nisa, iżda jridu wkoll, bħala kwistjoni ta' prijorità, jippromwovu l-aċċess għall-edukazzjoni u jiġġieldu kontra l-isterjotipi bbażati fuq il-ġeneru għall-bniet u s-subien minn età bikrija; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha sabiex jirratifikaw malajr il-Konvenzjoni ta' Istanbul, sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-azzjoni interna u dik esterna tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-vjolenza sessista; jilqa' l-proposta mressqa mill-Kummissjoni fl-4 ta' Marzu 2016 biex l-UE taderixxi għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, li hija l-ewwel strument internazzjonali legalment vinkolanti favur il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa; jemmen li dan se jwassal għal aktar effikaċja u koerenza fil-politiki interni u esterni tal-UE, u se jsaħħaħ ir-responsabilità u r-rwol tal-UE fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista fil-livell internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu l-almu tagħhom sabiex l-UE tkun tista' tiffirma u tikkonkludi l-Konvenzjoni, filwaqt li jħeġġu wkoll lill-14-il Stat Membru li għadhom m'għamlux dan biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jiżguraw li l-Konvenzjoni tiġi implimentata kif suppost; jinnota l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, il-forzi tal-pulizija, il-prosekuturi, l-imħallfin, id-diplomatiċi u l-attivisti favur iż-żamma tal-paċi, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll f'pajjiżi terzi, ikunu mħarrġa kif xieraq biex jgħinu u jappoġġaw lill-vittmi tal-vjolenza, speċjalment in-nisa u t-tfal, f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u operazzjonijiet fuq l-art;

104.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem b'rabta man-nisa u l-bniet fil-kampijiet tar-refuġjati u ċ-ċentri ta' akkoljenza, inklużi l-każijiet rappurtati ta' vjolenza sesswali u inugwaljanza fit-trattament tan-nisa u t-tfal; jitlob lis-SEAE jinsisti favur regoli aktar stretti u prattiki tajbin f'pajjiżi terzi; jenfasizza l-ħtieġa ta' aċċess għall-kura tas-saħħa u psikoloġika għan-nisa u t-tfal li jisfaw vittmi ta' abbuż f'kunflitti, b'konformità mad-dritt internazzjonali, u l-ħtieġa ta' kontinwità fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa u fil-provvista tal-ikel tat-tfal fil-kampijiet tar-refuġjati, fiż-żoni ta' kunflitt, fiż-żoni milquta minn faqar estrem u fiż-żoni b'kundizzjonijiet ambjentali estremi;

105.  Jinnota li l-miżuri biex tiġi ttrattata l-vjolenza sessista għandhom jindirizzaw ukoll il-vjolenza fuq l-internet, inkluż il-fastidju, il-bullying u l-intimidazzjoni, u għandhom jaħdmu biex joħolqu ambjent online sikur għan-nisa u l-bniet;

106.  Jilqa' l-adozzjoni, u jappoġġa l-implimentazzjoni, tar-riżoluzzjoni 2242 reċenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tpoġġi lin-nisa bħala komponent ċentrali f'kull sforz biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, u jappella għal aktar sforzi biex jiġu integrati l-aġendi dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà fid-dimensjonijiet differenti kollha taż-żamma tal-paċi; jisħaq dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni ugwali, sħiħa u attiva tan-nisa fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fin-negozjati ta' paċi kif ukoll fil-proċess tal-konsolidament tal-paċi; jirrakkomanda li tiġi introdotta sistema ta' kwoti sabiex jiġi pprovdut mezz ta' promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli politiċi kollha;

107.  Jiddispjaċih ħafna li n-nies Rom, u b'mod partikolari n-nisa Rom, għadhom ibatu minn diskriminazzjoni mifruxa u anti-Żingariżmu, u dan jalimenta ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ, l-esklużjoni, is-segregazzjoni u l-emarġinazzjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tan-nies Rom billi jiżguraw id-dritt għall-edukazzjoni, għas-servizzi tas-saħħa, għall-impjieg, għall-akkomodazzjoni u għall-protezzjoni soċjali;

108.  Jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-isfera politika u n-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, soċjali u ekonomiċi, peress li dan idgħajjef id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; iqis li l-gvernijiet għandhom jimmiraw għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proċessi ta' bini u għaż-żamma tad-demokrazija, u għandhom jiġġieldu kontra kull forma ta' diskriminazzjoni fi ħdan is-soċjetà; jenfasizza li r-rapporti tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali joffru linji gwida preċiżi għad-djalogu politiku tal-UE ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess elettorali u fil-ħajja demokratika tal-pajjiż;

109.  Jiddeplora l-fatt li xi pajjiżi għadhom jillimitaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-elezzjonijiet;

110.  Jiddeplora l-fatt li n-nisa madwar id-dinja għadhom jiffaċċjaw sfidi enormi biex isibu u jżommu impjiegi diċenti, kif jixhed ir-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) "Women at work 2016" (In-nisa fuq ix-xogħol 2016);

111.  Jiddispjaċih li s-saqaf tal-ħġieġ għan-nisa fin-negozju, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-iskoraġġiment soċjetali ta' intraprenditorija femminili għadhom fenomeni globali; jitlob inizjattivi li jawtonomizzaw lin-nisa, speċjalment fl-oqsma tal-impjieg indipendenti u l-SMEs;

112.  Ifakkar li l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u l-mikrokreditu huma għodod essenzjali għall-awtonomizzazzjoni tan-nisa u l-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom;

113.  Iħeġġeġ lin-nisa biex jinvolvu ruħhom b'mod attiv fl-għaqdiet tal-ħaddiema u organizzazzjonijiet oħra, peress li dan jgħin ħafna biex jintroduċi aspetti tal-ġeneru fil-kundizzjonijiet tax-xogħol;

114.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiffokaw fuq l-emanċipazzjoni ekonomika u politika tan-nisa fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, billi jippromwovu l-involviment tagħhom fil-kumpaniji u fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' żvilupp reġjonali u lokali;

115.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw sistema ta' bbaġitjar skont il-ġeneru fil-fondi kollha rilevanti tal-UE;

116.  Jitlob li jkun hemm investiment fin-nisa u ż-żgħażagħ, peress li dan huwa mezz effikaċi biex jiġi miġġieled il-faqar, u l-faqar tan-nisa b'mod partikolari;

117.  Huwa mħasseb ħafna li t-theddida li qed tikber malajr ta' reżistenza għall-anitmikrobiċi (AMR) mistennija ssir l-akbar kawża ta' mewt fid-dinja, li tivvittimizza partikolarment lill-persuni vulnerabbli u lill-persuni dgħajfa f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mingħajr dewmien strateġija verament effettiva għas-saħħa pubblika;

Id-drittijiet tat-tfal

118.  Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa urġenti għar-ratifikazzjoni universali u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli Fakultattivi tagħha, jitlob li l-UE tikkonsulta b'mod sistematiku, mal-organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali favur id-drittijiet tat-tfal, u tqajjem, fid-djalogi politiċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi, il-kwistjoni tal-obbligi tal-Istati Partijiet li jimplimentaw il-Konvenzjoni; jilqa' r-ratifika tal-Konvenzjoni mis-Sudan t'Isfel u s-Somalja; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ biex jesploraw modi u mezzi kif l-UE taderixxi mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

119.  Jitlob li l-UE tkompli tippromwovi s-sett ta' għodod għad-Drittijiet tat-Tfal tal-UE u l-UNICEF "Integrating Child Rights in Development Cooperation" (L-Integrazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) permezz tad-Delegazzjonijiet esterni tagħha, u li tħarreġ il-persunal tad-Delegazzjonijiet tal-UE b'mod adegwat f'dan il-qasam; jenfasizza l-problema serja ta' tfal mhux irreġistrati li jitwieldu 'l bogħod mill-pajjiż ta' oriġini tal-ġenituri tagħhom, kwistjoni partikolarment serja fir-rigward tar-refuġjati, u jistieden lill-UE biex tqajjem il-kwistjoni fid-djalogi politiċi tagħha ma' pajjiżi terzi, meta dan ikun rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki dwar, u tippromwovi fil-fora internazzjonali, il-protezzjoni tat-tfal ta' ġenituri li jkunu l-ħabs, sabiex tingħeleb id-diskriminazzjoni u l-istigmatizzazzjoni tagħhom; jenfasizza li miljuni ta' tfal għadhom isofru malnutrizzjoni, b'numri kbar li qed jiffaċċjaw konsegwenzi irriversibbli u fit-tul u saħansitra l-mewt; jistieden lill-Kummissjoni u lill-komunità internazzjonali biex jintroduċu modi innovattivi biex jindirizzaw il-malnutrizzjoni b'mod effettiv, b'mod partikolari fost it-tfal, permezz tal-ikbar użu possibbli tal-katina alimentari kollha, u għalhekk bl-inklużjoni tas-sħubijiet pubbliċi-privati-ċittadini (PPPPs), u r-riżorsi disponibbli l-oħra kollha, b'mod partikolari l-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali;

120.  Jesprimi l-ħtieġa ta' assistenza internazzjonali fl-isforzi biex jinstabu u jinħelsu n-nisa u t-tfal li għadhom maqbuda mid-Da'esh u minn gruppi terroristiċi u organizzazzjonijiet paramilitari oħra, u fil-promozzjoni ta' programmi speċjali għat-trattament ta' ex priġunieri fl-UE u madwar id-dinja; jesprimi tħassib dwar ir-reklutaġġ tat-tfal u l-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet terroristiċi u militari; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita politika biex tiggwida t-tiftix, il-ħelsien, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' dawn it-tfal; jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġu promossi politiki favur id-diżarm, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tas-suldati tfal; itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tipproponi Pjan ta' Azzjoni u Strateġija għad-Drittijiet tat-Tfal komprensiva għall-ħames snin li ġejjin, sabiex tagħti prijorità lid-drittijiet tat-tfal fi ħdan il-politiki esterni u interni tal-UE, u biex tippromwovi d-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari billi tikkontribwixxi biex tiżgura l-aċċess tat-tfal għall-ilma, is-sanità, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, inkluż fiż-żoni ta' kunflitt u fil-kampijiet tar-refuġjati;

Id-drittijiet tal-anzjani

121.  Jilqa' l-Objettiv 16g tal-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019 li għandu l-għan li jżid is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni anzjani; jinsab imħasseb dwar l-effetti negattivi ta' diskriminazzjoni abbażi tal-età; jenfasizza l-isfidi partikulari li l-persuni anzjani jiffaċċjaw fit-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, bħal meta jaċċessaw il-protezzjoni soċjali u l-kura tas-saħħa; jistieden lill-Istati Membri jużaw ir-rieżami attwali tal-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali ta' Madrid dwar it-Tixjiħ, biex tiġi segwita l-implimentazzjoni tal-istrumenti eżistenti u jiġu identifikati l-lakuni potenzjali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ikunu involuti b'mod attiv fil-Grupp ta' Ħidma miftuħ tan-NU dwar it-Tixjiħ u biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet ta' persuni akbar fl-età, inkluż billi jikkunsidraw l-elaborazzjoni ta' strument ġuridiku ġdid;

Drittijiet tal-bniedem ta' persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI)

122.  Jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda fil-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI; jikkundanna bil-qawwa ż-żieda riċenti ta' liġijiet diskriminatorji u atti ta' vjolenza kontra individwi abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, tal-identità tal-ġeneru u tal-karatteristiċi tas-sess tagħhom, u l-fatt li 73 pajjiż għadhom jikkriminalizzaw l-omosesswalità (inkluż b'akkużi ta' "debuxxar" kontra persuni LGBTI), li minnhom 13-il pajjiż(61) jippermettu l-piena tal-mewt, filwaqt li 20 pajjiż għadhom jikkriminalizzaw l-identitajiet transġeneri; jesprimi tħassib qawwi dwar l-hekk imsejħa "liġijiet ta' propaganda" li għandhom l-għan li jillimitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda tal-persuni LGBTI, u ta' dawk li jappoġġaw id-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Istati kollha b'tali liġijiet biex jirtiraw dawn id-dispożizzjonijiet; jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fir-restrizzjonijiet, u l-kondizzjonijiet operattivi diffiċli fir-rigward tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni ta' gruppi LGBTI u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u avvenimenti u protesti bħal Pride marches, fejn f'xi każijiet id-dimostranti ntlaqgħu b'reazzjonijiet vjolenti min-naħa tal-awtoritajiet; jafferma mill-ġdid ir-rwol kruċjali ta' dawn il-libertajiet fundamentali fil-funzjonament tas-soċjetajiet demokratiċi, kif ukoll ir-responsabilità tal-Istati li jiżguraw li dawn id-drittijiet jitħarsu u li dawk li jeżerċitawhom ikunu protetti; jitlob li s-SEAE jagħti prijorità u jsaħħaħ l-azzjonijiet tiegħu f'pajjiżi bi prevalenza ta' vjolenza, qtil, abbuż u diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI, billi jikkundanna dawn il-prattiki b'konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt u l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, u billi jkompli jaħdem mal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'dan il-qasam; jenfasizza l-importanza li tiġi appoġġata l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI permezz ta' appoġġ u riżorsi ulterjuri għal programmazzjoni effettiva, permezz tat-tnedija ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni, iffinanzjati wkoll permezz tal-EIDHR, tal-pubbliku ġenerali dwar id-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra persuni LGBTI, u billi jiġi żgurat l-għoti ta' assistenza ta' emerġenza lil dawk fi bżonn ta' dan l-appoġġ; jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-istituzzjonijiet rilevanti jippromwovu b'mod attiv dawn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

123.  Jilqa' l-Linji Gwida tal-Kunsill Affarijiet Barranin għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni LGBTI, adottati fl-24 ta' Ġunju 2013; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jinsistu favur approċċ aktar strateġiku u sistematiku rigward l-implimentazzjoni tal-linji gwida, inkluż permezz tas-sensibilizzazzjoni u tat-taħriġ tal-persunal tal-UE f'pajjiżi terzi, sabiex b'hekk iqajmu l-kwistjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTI fi djalogi politiċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi, u f'fora multilaterali; jenfasizza l-importanza li l-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha disponibbli b'mod wiesa' għal persuni LGBTI; jappella għal azzjonijiet konkreti biex tiżdied il-koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE dwar id-drittijiet ta' persuni LGBTI;

124.  Jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jikkontribwixxu ulterjorment għar-rikonoxximent taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess jew ta' unjonijiet ċivili bejn persuni tal-istess sess bħala kwistjoni politika, soċjali u tad-drittijiet ċivili u tal-bniedem; jilqa' l-fatt li numru dejjem akbar ta' pajjiżi jirrispettaw id-dritt li wieħed jibni familja permezz ta' żwieġ, sħubija ċivili u adozzjoni mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-orjentament sesswali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu proposti għar-rikonoxximent reċiproku ta' dawn l-unjonijiet u ta' familji tal-istess sess madwar l-UE sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali fir-rigward tax-xogħol, tal-moviment liberu, tat-tassazzjoni u tas-sigurtà soċjali, u jiġi protett id-dħul tal-familji u t-tfal;

Drittijiet ta' popli indiġeni u ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi

125.  Jinsab imħasseb ħafna minħabba li l-popli indiġeni għadhom f'periklu partikolari li ssir diskriminazzjoni kontrihom, u huma partikolarment vulnerabbli għall-bidliet u t-taqlib politiċi, ekonomiċi, ambjentali u marbuta max-xogħol; jinnota li l-parti l-kbira tagħhom jgħixu taħt is-soll tal-faqar u għandhom ftit jew xejn aċċess għal sistemi ta' rappreżentanza u teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, bi ksur tad-dritt tagħhom għal kunsens ħieles, minn qabel u infurmat, kif żgurat fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni u kif rikonoxxut fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 2005; huwa partikolarment imħasseb dwar ir-rapporti ta' abbużi mifruxa u li qed jikbru tad-drittijiet tal-bniedem kontra popli indiġeni, bħall-persekuzzjoni, l-arresti arbitrarji u l-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-ispostamenti furzati, il-ħtif tal-art u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem minn intrapriżi jew kumpaniji;

126.  Jinnota bi tħassib kbir li l-popli indiġeni huma partikolarment milqutin minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat mal-estrazzjoni ta' riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jappoġġaw inizjattivi u oqfsa legali rigorużi mmirati lejn l-iżgurar tat-trasparenza u l-governanza tajba fis-settur tal-estrazzjoni u f'setturi ta' riżorsi oħra, u għaldaqstant ir-rispett tal-kunsens liberu, minn qabel u informat tan-nies lokali u tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni; jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-UE biex ikomplu jsaħħu d-djalogu ma' popli indiġeni fil-post sabiex jidentifikaw u jipprevjenu l-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

127.  Jenfasizza li peress li l-komunitajiet minoritarji għandhom ħtiġijiet speċifiċi, l-ugwaljanza sħiħa u effikaċi bejn il-persuni li jappartjenu għal minoranza u dawk li jappartjenu għall-maġġoranza għandha tiġi promossa f'kull qasam tal-ħajja ekonomika, soċjali, politika u kulturali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jipproteġu d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi fil-fażijiet kollha tal-proċess ta' tkabbir;

Id-drittijiet ta' persuni milquta minn diskriminazzjoni abbażi tal-kasti

128.  Jikkundanna l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni li jsofru ġerarkiji ta' kasti u diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti, inklużi ċ-ċaħda tal-ugwaljanza u ta' aċċess għas-sistema legali u għax-xogħol, u s-segregazzjoni li għadha għaddejja u l-ostakli indotti mill-kasti għall-kisba tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u tal-iżvilupp; jinsab imħasseb ħafna dwar ir-rata allarmanti ta' attakki vjolenti abbażi tal-kasti kontra d-Dalits u ta' diskriminazzjoni istituzzjonalizzata b'impunità; itenni t-talba tiegħu għall-iżvilupp ta' politika tal-UE dwar id-diskriminazzjoni abbażi tal-kasti, u jitlob lill-UE tuża kull opportunità biex tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar id-diskriminazzjoni abbażi tal-kasti;

Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) / ġustizzja tranżizzjonali

129.  Ifakkar fl-universalità tal-QKI u jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma tagħha; jenfasizza r-rwol importanti li taqdi biex tintemm l-impunità għal min iwettaq l-aktar delitti gravi li huma ta' tħassib għall-komunità internazzjonali u biex tagħmel ġustizzja mal-vittmi ta' delitti tal-gwerra, ta' delitti kontra l-umanità u ta' ġenoċidju; jibqa' attent rigward ta' kwalunkwe tentattiv biex tiġi imminata l-leġittimità jew l-indipendenza tal-QKI;

130.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2016 li tappella lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jappoġġaw riferiment tal-Kunsill tas-Sigurtà lill-QKI biex tinvestiga ksur imwettaq fl-Iraq u fis-Sirja mill-hekk imsejjaħ "ISIS/Da'esh kontra l-Insara (Kaldej/Sirjaċi/Assirjani), il-Yazidi u minoranzi reliġjużi u etniċi oħra;

131.  Jilqa' d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Ukrajna, fejn taċċetta l-ġuriżdizzjoni tal-QKI għad-delitti mwettqa fil-pajjiż sa mill-20 ta' Frar 2014, peress li din id-dikjarazzjoni twitti t-triq biex il-prosekutur tal-QKI jikkunsidra jekk il-qorti tistax tinvestiga l-abbużi mwettqa matul il-kunflitt armat, anki jekk l-Ukrajna għadha mhux pajjiż membru tal-QKI;

132.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-appoġġ tal-UE għall-ġustizzja tranżizzjonali, u jilqa' l-Qafas ta' Politika tal-UE dwar appoġġ għall-ġustizzja tranżizzjonali, fejn l-UE hija l-ewwel organizzazzjoni reġjonali li adottat tali politika; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lir-Rappreżentanti Speċjali tagħha jippromwovu b'mod attiv il-QKI, l-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħha u l-ġlieda kontra l-impunità għad-delitti elenkati fl-Istatut ta' Ruma, u jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li diversi mandati ta' arrest għadhom ma ġewx eżegwiti; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkooperaw mal-Qorti, u jkomplu jagħtu appoġġ politiku u diplomatiku qawwi favur l-isforzi għat-tisħiħ u l-espansjoni tar-relazzjoni bejn il-QKI u n-NU, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u biex jieħdu passi biex jipprevjenu u jirreaġixxu b'mod effettiv fir-rigward tal-istanzi ta' nonkooperazzjoni mal-QKI; itenni t-talba tiegħu lill-UE biex tadotta pożizzjoni komuni dwar id-delitt ta' aggressjoni u dwar l-Emendi ta' Kampala, u jistieden lill-Istati Membri biex jallinjaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Emendi ta' Kampala, u jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Qorti; jiddeplora l-atteġġament ta' sfida fil-konfront tal-QKI muri minn diversi pajjiżi permezz tal-irtirar jew permezz ta' theddid ta' rtirar mill-ġurisdizzjoni tal-QKI;

133.  Itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar il-Ġustizzja Internazzjonali u d-Dritt Umanitarju Internazzjonali biex dawn is-suġġetti jingħataw il-prominenza u l-viżibilità li jistħoqqilhom, biex l-aġenda tal-UE tiġi promossa b'mod effettiv u biex l-impenn tal-UE favur il-ġlieda kontra l-impunità u favur il-QKI jiġi integrat fl-azzjonijiet esterni kollha tal-UE;

134.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jipprovdu lill-QKI b'finanzjament adegwat u biex isaħħu l-appoġġ tagħhom favur is-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali, inkluża l-ġustizzja tranżizzjonali;

Id-dritt umanitarju internazzjonali

135.  Jikkundanna n-nuqqas ta' rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali, u jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rata dejjem tiżdied b'mod allarmanti ta' ħsara kollaterali f'kunflitti armati madwar id-dinja, u ta' attakki fatali kontra sptarijiet, skejjel, konvojs umanitarji u kontra miri ċivili oħrajn; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-influwenza dejjem akbar tal-azzjonijiet ta' atturi mhux statali f'kunflitti madwar id-dinja, u jħeġġeġ lill-UE biex tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex ittejjeb il-konformità tal-atturi statali u mhux statali mad-dritt umanitarju internazzjonali; jilqa' l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA) biex jappoġġaw bis-sħiħ it-twaqqif ta' mekkaniżmu effikaċi għat-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, u jitlob lill-VP/RGħ biex tirrapporta lill-Parlament dwar l-objettivi u l-istrateġija mfassla sabiex iwettqu dan l-impenn; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tlaqqa' konferenza internazzjonali biex tipprepara għal mekkaniżmu internazzjonali ġdid ta' monitoraġġ u ġbir ta' data, u biex għar-rappurtar pubbliku dwar il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi attakki fuq sptarijiet, ħaddiema mediċi u ambulanzi; hu tal-fehma li tali mekkaniżmu jista' jibni fuq il-mekkaniżmu eżistenti għat-tfal affettwati mill-kunflitti armati (CAAC); jitlob lill-VP/RGħ biex tippreżenta, fuq bażi annwali, lista pubblika ta' awturi allegati ta' attakki fuq skejjel u sptarijiet, sabiex tiddefinixxi l-azzjoni tal-UE xierqa biex jiġu mwaqqfa dawn l-attakki;

136.  Jiddeplora l-fatt li seba' Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet Dispersivi; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw projbizzjoni globali fuq l-użu tal-fosforu abjad, b'mod partikolari permezz tal-konklużjoni ta' protokoll ġdid għall-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali li jipprojbixxi l-użu ta' tali armi;

137.  Jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw l-istrumenti prinċipali tad-dritt umanitarju internazzjonali u strumenti ġuridiċi rilevanti oħrajn li għandhom impatt fuq id-dritt umanitarju internazzjonali; jirrikonoxxi l-importanza tal-Linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, u jtenni l-istedina tiegħu lill-VP/RGħ u lis-SEAE biex jirrevedu l-implimentazzjoni tagħhom fid-dawl tal-avvenimenti traġiċi fil-Lvant Nofsani, partikolarment fil-kuntest ta' impunità mifruxa u sistematika għal ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE biex tappoġġa inizjattivi bl-għan li jinxtered l-għarfien tad-dritt umanitarju internazzjonali u ta' prattiki tajbin fl-applikazzjoni tiegħu, u jistieden lill-UE biex tisfrutta l-għodda bilaterali kollha għad-dispożizzjoni tagħha b'mod effikaċi għall-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali mis-sħab tagħha, inkluż permezz ta' djalogu politiku; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jingħaqdu l-isforzi internazzjonali biex jipprevjenu attakki kontra, u l-użu militari ta', skejjel minn atturi armati, billi japprovaw id-Dikjarazzjoni tal-Iskejjel Sikuri, li hija mfassla biex tgħin fil-waqfien tal-attakki militari mifruxa fuq skejjel waqt kunflitt armat;

138.  Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tlaqqa' konferenza internazzjonali bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effikaċja ta' regoli umanitarji internazzjonali;

139.  Itenni l-istedina tiegħu lill-VP/RGħ biex tvara inizjattiva mmirata biex jiġi impost embargo tal-armi tal-UE kontra l-pajjiżi li jiġu akkużati b'allegazzjonijiet serji ta' ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, partikolarment fir-rigward tat-tqegħid fil-mira intenzjonat ta' infrastruttura ċivili; jenfasizza li l-fatt li qed ikompli jiġi liċenzjat il-bejgħ ta' armi lejn dawn il-pajjiżi jirrappreżenta ksur tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jaċċettaw priġunieri ta' Gwantanamo fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jingħalaq il-ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo malajr kemm jista' jkun;

Il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jew tat-twemmin

140.  Jikkundanna, f'konformità mal-Artikolu 10 TFUE, l-atti kollha ta' vjolenza u persekuzzjoni, nuqqas ta' tolleranza u diskriminazzjoni abbażi ta' ideoloġija, reliġjon jew twemmin; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti kontinwi ta' vjolenza u persekuzzjoni, intolleranza u diskriminazzjoni kontra minoritajiet reliġjużi madwar id-dinja; jisħaq fuq il-fatt li d-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, u tar-reliġjon jew tat-twemmin huma drittijiet fundamentali tal-bniedem, interrelatati ma' drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħrajn u li jħaddnu d-dritt għal kull individwu li jemmen jew li ma jemminx, li jimmanifesta jew li ma jimmanifestax kwalunkwe reliġjon jew twemmin, u li jadotta, jibdel jew jabbanduna twemmin tal-għażla tiegħu jew jerġa' lura għalih, kif minqux fl-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimpenjaw ruħhom f'diskussjonijiet politiċi biex jirrevokaw il-liġijiet dwar atti blasfemi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-minoranzi jiġu rrispettati u protetti madwar id-dinja, inkluż fil-Lvant Nofsani, fejn il-minoranzi Yazidi, Insara u Musulmani u l-atei qed jiġu ppersegwitati mid-Da'esh u minn gruppi terroristiċi oħra; jiddeplora l-abbuż tar-reliġjon jew tat-twemmin għal finijiet terroristiċi;

141.  Jappoġġa l-impenn tal-UE li tippromwovi d-dritt għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fi ħdan fora internazzjonali u reġjonali inklużi n-NU, l-OSKE, il-Kunsill tal-Ewropa u mekkaniżmi reġjonali oħrajn, u jinkoraġġixxi lill-UE tkompli tressaq ir-riżoluzzjoni annwali tagħha dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fil-livell tan-NU u tappoġġa l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin; jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ u lis-SEAE jidħlu fi djalogu permanenti mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mal-gruppi reliġjużi jew tat-twemmin u mal-mexxejja reliġjużi;

142.  Jappoġġa bis-sħiħ il-prattika tal-UE li tmexxi r-riżoluzzjonijiet tematiċi fl-UNHRC u fl-AĠNU dwar il-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin, iħeġġeġ lill-UE biex tappoġġa l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, u jħeġġeġ lill-pajjiżi li bħalissa mhux qed jaċċettaw talbiet għal żjarat mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin biex jagħmlu dan;

143.  Jitlob lill-UE tirrinforza l-istrumenti eżistenti tagħha, u tadotta kwalunkwe strument ieħor fl-ambitu tal-mandat tagħha, biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tal-minoranzi reliġjużi hija effikaċi madwar id-dinja;

144.  Jitlob li tittieħed azzjoni konkreta għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin, inkluż: taħriġ sistematiku u konsistenti tal-persunal tal-UE fis-Sede ċentrali u fid-Delegazzjonijiet; rappurtar dwar il-pajjiż u s-sitwazzjonijiet lokali; u l-impenn f'kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi lokali, speċjalment il-mexxejja ta' gruppi reliġjużi jew ta' twemmin;

145.  Jinsab imħasseb ħafna li f'xi partijiet tad-dinja l-pożizzjoni ta' komunitajiet ta' reliġjon jew twemmin tinsab fil-periklu, fejn komunitajiet reliġjużi sħaħ jgħibu jew jaħarbu;

146.  Jenfasizza l-fatt li bħalissa l-Insara huma l-aktar grupp reliġjuż ffastidjat u intimidat f'pajjiżi madwar id-dinja, inkluż fl-Ewropa, fejn refuġjati Nsara regolarment jsofru persekuzzjoni reliġjuża motivata, u li wħud mill-eqdem komunitajiet Insara huma fil-periklu li jgħibu, speċjalment fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani;

147.  Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali u lill-UE biex jipprovdu protezzjoni lill-minoranzi u biex jistabbilixxu żoni sikuri; jitlob ir-rikonoxximent, l-amministrazzjoni awtonoma u l-protezzjoni ta' minoranzi etniċi u reliġjużi li qed jgħixu f'żoni fejn storikament kellhom preżenza qawwija u għexu fil-paċi maġenb xulxin - pereżempju fuq il-muntanji Sinjar (Yazidi) u l-pjanuri ta' Nineveh (il-popli Kaldej-Sirjani-Assirjani); jitlob għal għajnuna speċjali fl-isforzi biex jiġu preservati oqbra (tal-massa) f'żoni ta' kunflitti attwali jew riċenti, bl-għan li jiġu eżumati u analizzati b'mod forensiku kwalunkwe fdalijiet tal-bniedem li baqa' fihom, sabiex jippermettu d-dfin deċenti, jew l-għoti tal-fdalijiet tal-vittmi lill-familja; jitlob li jiġi stabbilit fond apposta li jista' jgħin biex jiffinanzja inizjattivi biex jippreservaw il-provi, sabiex jippermetti investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' każijiet suspettati ta' reati kontra l-umanità; jitlob għal azzjonijiet mill-UE u mill-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu, bħala kwistjoni ta' urġenza, grupp ta' esperti biex jiġbor il-provi kollha ta' kull reat internazzjonali li jkun għaddej, inkluż il-ġenoċidju, kontra minoranzi reliġjużi u etniċi, kull fejn iseħħu, inklużi l-preservazzjoni ta' oqbra tal-massa f'żoni ta' kunflitti attwali jew riċenti, bl-għan li titħejja prosekuzzjoni internazzjonali ta' dawk responsabbli;

Il-libertà ta' espressjoni online u offline, u permezz ta' sorsi awdjoviżivi u mezzi oħra

148.  Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma universali u għandhom jiġu difiżi globalment f'kull dimensjoni tal-manifestazzjoni tagħhom;

149.  Jenfasizza r-rwol ta' libertà tal-espressjoni, l-indipendenza tal-midja u l-pluraliżmu bħala elementi fundamentali lejn id-demokrazija, u l-bżonn tal-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini kif ukoll tas-soċjetà ċivili biex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabilità fis-settur pubbliku;

150.  Jesprimi tħassib dwar iż-żieda ta' arresti u intimidazzjoni ta' ġurnalisti f'ħafna pajjiżi, u jenfasizza li dawn il-prattiki jfixklu serjament il-libertà tal-istampa; jħeġġeġ lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jipproteġu lill-ġurnalisti u lill-bloggers indipendenti, inaqqsu d-distakk diġitali u jiffaċilitaw aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u aċċess mingħajr ċensura għall-internet (libertà diġitali);

151.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-proliferazzjoni u t-tifrix ta' teknoloġiji ta' monitoraġġ, sorveljanza, ċensura u filtraġġ, li jirrappreżentaw theddida dejjem tikber għall-attivisti fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'pajjiżi awtokratiċi;

152.  Jikkundanna bil-qawwa n-numru dejjem jiżdied ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jħabbtu wiċċhom ma' theddid diġitali, inkluża data kompromessa permezz ta' konfiska ta' tagħmir, is-sorveljanza remota u t-tixrid ta' data; jikkundanna l-prattika ta' hacking u ta' sorveljanza online biex tinġabar informazzjoni li tista' tintuża f'każijiet legali jew kampanji ta' malafama, kif ukoll f'kawżi ta' malafama;

153.  Jikkundanna bil-qawwa l-kontroll tal-awtoritajiet tal-internet, tal-mezzi tax-xandir u tad-dinja akkademika, u ż-żieda ta' intimidazzjoni, fastidju u arresti arbitrarji li jħabbtu wiċċhom magħhom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati u l-ġurnalisti;

154.  Jikkundanna r-restrizzjonijiet fuq il-komunikazzjoni diġitali, inklużi l-għeluq ta' siti web u l-ibblokkar ta' kontijiet personali minn reġimi awtoritarji sabiex jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u bħala mezz biex isikktu lill-oppożizzjoni u jrażżnu lis-soċjetà ċivili; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkundannaw pubblikament reġimi li jirrestrinġu l-komunikazzjoni diġitali tal-kritiċi u l-oppożizzjoni tagħhom;

155.  Jenfasizza l-importanza li jiġi promoss l-aċċess għall-internet mingħajr restrizzjonijiet f'kull forma ta' kuntatt ma' pajjiżi terzi, inkluż fin-negozjati tal-adeżjoni, fin-negozjati kummerċjali, fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u fil-kuntatti diplomatiċi, u li l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija tkun aċċessibbli kemm jista' jkun għan-nies fid-dinja kollha;

156.  Huwa mħasseb dwar iż-żieda ta' diskors ta' mibegħda, speċjalment fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiżguraw li l-fehmiet tagħhom jiġu kkunsidrati fin-negozjati dwar il-kodiċijiet ta' kondotta; jikkundanna bil-qawwa t-tixrid ta' messaġġi ta' mibegħda li jinċitaw il-vjolenza jew it-terroriżmu;

157.  Jappella għal iżjed appoġġ fl-oqsma tal-promozzjoni tal-libertà medjatika, il-protezzjoni tal-ġurnalisti, il-bloggers u l-informaturi indipendenti, it-tnaqqis tad-distakk diġitali u l-iffaċilitar ta' aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u s-salvagwardja tal-aċċess mingħajr ċensura għall-internet (libertà diġitali);

158.  Jappella għall-iżvilupp u t-tixrid attiv ta' teknoloġiji li jgħinu biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u li jiffaċilitaw id-drittijiet u l-libertajiet diġitali tan-nies kif ukoll is-sigurtà u l-privatezza tagħhom;

159.  Jistieden lill-UE tadotta softwer mingħajr ħlas u b'sors miftuħ, u tinkoraġġixxi atturi oħra biex jagħmlu l-istess, peress li softwer bħal dan jipprovdi sigurtà aħjar u rispett akbar għad-drittijiet tal-bniedem;

160.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqajmu l-kwistjonijiet ta' libertà tal-espressjoni online, il-libertajiet diġitali u l-importanza ta' internet liberu u miftuħ, fil-fora internazzjonali kollha, inklużi l-Forum dwar il-Governanza tal-Internet tan-NU, il-G8, il-G20, l-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa;

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

161.  Itenni l-kundanna inekwivokabbli tiegħu tat-terroriżmu u l-appoġġ sħiħ tiegħu favur azzjonijiet immirati biex jeqirdu l-organizzazzjonijiet terroristiċi, b'mod partikolari d-Da'esh, li jikkostitwixxu theddida ċara għas-sigurtà reġjonali u internazzjonali, filwaqt li jitfakkar li dawn l-azzjonijiet għandhom dejjem jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġa l-promozzjoni tal-aspetti kollha tar-riżoluzzjoni 2178(2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar il-ġlieda kontra t-theddid rappreżentat mill-ġellieda terroristi barranin u tal-Prinċipji Gwida ta' Madrid biex jitwaqqaf il-fluss tal-ġellieda terroristi barranin;

162.  Ifakkar li l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija jissottolinja l-ħtieġa biex jiġi żgurat li r-rispett għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni jiġu integrati fl-iżvilupp ta' politiki u ta' programmi relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż l-użu ta' teknoloġiji ta' sorveljanza diġitali; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti eżistenti biex jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej, u għandhom jiżviluppaw programmi effikaċi għall-ġlieda kontra l-propaganda terroristika u estremista u l-metodi ta' reklutaġġ, speċjalment fuq l-internet, u għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni; jenfasizza li hija meħtieġa azzjoni kollettiva tal-UE, bħala kwistjoni ta' urġenza, u jinsisti li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw f'oqsma sensittivi, b'mod partikolari, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelligence;

163.  Jitlob li l-UE tkompli taħdem man-NU fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż permezz tal-użu tal-mekkaniżmi eżistenti maħsuba biex jidentifikaw l-individwi u l-organizzazzjonijiet terroristiċi u jsaħħu l-mekkaniżmi tal-iffriżar tal-assi fid-dinja kollha u fl-istess ħin jiddefendu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-proċess ġust u tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'mod effikaċi u urġenti jqajmu din il-kwistjoni ma' dawk l-Istati li jiffinanzjaw jew jappoġġaw organizzazzjonijiet terroristiċi, jew li jippermettu liċ-ċittadini tagħhom li jagħmlu dan;

Il-piena tal-mewt

164.  Ifakkar fil-pożizzjoni tal-UE dwar tolleranza żero għall-piena tal-mewt u jtenni l-oppożizzjoni li ilu jħaddan kontra l-piena tal-mewt, it-tortura, it-trattament u l-pieni krudili, inumani jew degradanti fil-każijiet kollha u f'kull ċirkostanza;

165.  Jilqa' wkoll it-tneħħija tal-piena tal-mewt f'Fiġi, fis-Suriname, fil-Mongolja u fl-Istat ta' Nebraska fl-Istati Uniti;

166.  Jinsab imħasseb sew dwar l-istituzzjoni mill-ġdid tal-eżekuzzjonijiet f'ċerti pajjiżi matul dawn l-aħħar snin; jiddeplora l-fatt li l-mexxejja politiċi f'pajjiżi oħra qed jikkunsidraw ukoll li jintroduċu mill-ġdid il-piena tal-mewt; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda rappurtata fl-għadd ta' sentenzi ta' mewt mogħtija madwar id-dinja fl-2015, b'mod partikolari fiċ-Ċina, fl-Eġittu, fl-Iran, fin-Niġerja, fil-Pakistan u fl-Arabja Sawdija; ifakkar lill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi li huma firmatarji tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tipprojbixxi b'mod strett l-użu tal-piena tal-mewt għal reati li jsiru minn persuna taħt it-18-il sena;

167.  Huwa partikolarment imħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta' sentenzi tal-mewt imposti fi proċessi tal-massa, mingħajr garanziji tal-istandards minimi ta' proċċess ġust meħtieġa mid-dritt internazzjonali;

168.  Jiddenunzja bil-qawwa ż-żieda fis-sentenzi tal-mewt li ngħataw għal reati relatati mad-drogi u jappella għall-esklużjoni tal-użu tal-piena kapitali u l-eżekuzzjonijiet sommarji għal tali reati;

169.  Jappella lil dawk l-Istati li abolixxew il-piena tal-mewt, jew li għandhom moratorju għal żmien twil fuqha, biex jonoraw l-impenji tagħhom u ma jerġgħux idaħħluha mill-ġdid; jitlob lill-UE tkompli tuża l-kooperazzjoni u d-diplomazija fil-fora kollha possibbli madwar id-dinja biex tappoġġa l-ġlieda kontra l-piena tal-mewt, filwaqt li tipprova tiżgura li d-dritt għal proċess ġust jiġi rrispettat bis-sħiħ għal kull persuna li qed tiffaċċa eżekuzzjoni; jisħaq fuq l-importanza li l-UE tkompli timmonitorja l-kundizzjonijiet li bihom jitwettqu eżekuzzjonijiet f'dawk il-pajjiżi li għadhom jimponu l-piena tal-mewt, sabiex jiġi żgurat li l-lista ta' persuni kkundannati għall-mewt ssir pubblika u li ġisimhom jiġi rritornat lill-familji tagħhom;

170.  Jinsisti li huwa importanti li l-UE żżomm politika ta' livell għoli mmirata lejn l-abolizzjoni globali tal-piena tal-mewt, skont il-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt tal-2013, u li tkompli taħdem kontra l-piena tal-mewt; jistieden lill-UE biex tkompli taħdem lejn l-abolizzjoni universali tagħha, biex tesplora modi ġodda kif tikkampanja għal dan l-għan u tappoġġa azzjonijiet, fil-kuntest tal-EIDHR, immirati biex jipprevjenu s-sentenzi ta' mewt jew l-eżekuzzjonijiet; jitlob li d-Delegazzjonijiet tal-UE jkomplu jorganizzaw attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għal dan l-għan;

Il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin

171.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-użu kontinwu tat-tortura u tat-trattament ħażin kontra persuni miżmuma f'detenzjoni, fost l-oħrajn bl-għan li jinsiltu konfessjonijiet li mbagħad jintużaw fi proċessi kriminali li żgur ma jissodisfawx l-istandards internazzjonali ta' korrettezza;

172.  Jiddeplora l-użu mifrux tat-tortura u tat-trattament ħażin kontra membri tas-soċjetà li huma dissidenti biex isikktuhom u kontra gruppi vulnerabbli bħalma huma minoranzi etniċi, lingwistiċi u reliġjużi, persuni LGBTI, nisa, tfal, dawk li jfittxu asil u migranti;

173.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli t-tortura u t-trattament ħażin ikkawżati mid-Da'esh u organizzazzjonijiet terroristiċi jew paramilitari oħra; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi u l-komunitajiet milquta minn tali vjolenza; jikkundanna l-prattiki tad-Da'esh u organizzazzjonijiet terroristiċi jew paramilitari oħra li jinvolvu diskriminazzjoni u l-immirar ta' gruppi ta' minoranza; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-ħtieġa urġenti li jipprevjenu aktar tbatija b'mod effikaċi;

174.  Iqis li l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u l-istat tal-ħabsijiet f'għadd ta' pajjiżi huma kwistjoni ta' tħassib serju; iqis li huwa essenzjali li tiġi miġġielda kull forma ta' tortura u trattament ħażin tad-detenuti, inkluż tortura psikoloġika, u jiżdiedu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw ir-rispett tad-dritt internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-mediċini; jikkundanna bil-qawwa l-ksur ta' din id-dritt u jemmen li r-rifjut li jiġu trattati d-detenuti għal mard bħall-epatite u l-HIV huwa ekwivalenti għal nuqqas ta' assistenza lil persuni li jkunu fil-periklu;

175.  Iħeġġeġ lis-SEAE, fid-dawl tar-rapporti riċenti kontinwi ta' prattiki mifruxa ta' eżekuzzjonijiet sommarji, tortura u ta' trattament ħażin madwar id-dinja, biex iżidu, fil-livelli kollha ta' djalogu u fil-fora kollha, l-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-eżekuzzjonijiet sommarji, it-tortura u trattament ħażin ieħor, f'konformità mal-linji gwida għall-politika tal-UE fir-rigward ta' pajjiżi terzi dwar it-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti;

176.  Iħeġġeġ lis-SEAE biex, b'mod sistematiku, ikompli jqajjem kuxjenza dwar it-tortura u t-trattament ħażin fi djalogi politiċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi kkonċernati u fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi, u jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri fuq il-post, biex jissorveljaw każijiet ta' tortura u ta' trattament ħażin, biex jieħdu passi konkreti biex jippromwovu l-eradikazzjoni sħiħa tagħhom, biex isegwu l-proċessi kriminali relatati u biex jużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jgħinu lill-individwi kkonċernati;

Id-drones

177.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-użu ta' drones armati barra l-qafas ġuridiku internazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jartikolaw il-pożizzjonijiet ġuridiċi u ta' politika ċari dwar drones armati, u jtenni t-talba tiegħu għal pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-użu ta' drones armati li tappoġġa d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, u li għandha tindirizza kwistjonijiet bħalma huma l-qafas ġuridiku, il-proporzjonalità, ir-responsabilità, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u t-trasparenza; iħeġġeġ għal darb'oħra lill-UE biex tipprojbixxi l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' armi kompletament awtonomi li jippermettu li jsiru attakki mingħajr intervent uman; jappella lill-UE biex topponi u tipprojbixxi l-prattika ta' qtil extraġudizzjarju u mmirat, u biex timpenja ruħha li tiżgura miżuri adegwati, skont l-obbligi ġuridiċi nazzjonali u internazzjonali, meta jkun hemm provi biżżejjed li wieħed jemmen li individwu jew entità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha huma marbuta ma' qtil immirat illegali lil hinn minn xtutha; jistieden lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-Kunsill biex jinkludu armi kompletament awtonomi u drones armati f'diżarm internazzjonali u Ewropew rilevanti u mekkaniżmi ta' kontroll tal-armi, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom fi u jsaħħu dawn il-mekkaniżmi ta' kontroll; jitlob lill-UE tiggarantixxi aktar trasparenza u responsabilità min-naħa tal-Istati Membri tagħha, mhux l-inqas fir-rigward ta' pajjiżi terzi fl-użu ta' drones armati fir-rigward tal-bażi ġuridika għall-użu tagħhom u għar-responsabilità operattiva, li tipprevedi rieżami ġudizzjarju tal-attakki bid-drones u tiżgura li l-vittmi ta' attakki illegali bid-drones ikollhom aċċess effikaċi għal rimedji;

178.  Jenfasizza l-projbizzjoni tal-UE fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' armi kompletament awtonomi li jippermettu li jsiru attakki mingħajr intervent uman; jappella li l-UE topponi u tipprojbixxi l-prattiki ta' qtil illegali u ta' qtil immirat;

179.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat sew dwar l-użu tal-fondi tal-UE għall-proġetti kollha ta' riċerka u żvilupp assoċjati mal-kostruzzjoni tad-drones għal finijiet ċivili kif ukoll dawk militari; jappella biex isiru valutazzjonijiet tal-impatt tad-drittijiet tal-bniedem fil-proġetti futuri ta' żvilupp ta' drones;

180.  Jenfasizza li l-impatt tat-teknoloġiji fuq it-titjib tad-drittijiet tal-bniedem għandu jkun integrat fil-politiki u l-programmi kollha tal-UE, jekk applikabbli, sabiex javvanzaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti;

Appoġġ għad-demokrazija u l-elezzjonijiet, u missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali

181.  Ifakkar li spazju miftuħ għas-soċjetà ċivili, il-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni u r-rispett għall-istat tad-dritt huma elementi ewlenin ta' elezzjonijiet demokratiċi u ġusti; jistieden lill-UE tiżgura li l-NGOs lokali jkollhom spazju għal osservazzjoni u monitoraġġ leġittimi tal-elezzjonijiet; jenfasizza li l-korruzzjoni hija theddida għat-tgawdija ugwali tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd u timmina l-proċessi demokratiċi; iqis li l-UE għandha tenfasizza l-importanza tal-integrità, ir-responsabilità u l-ġestjoni tajba tal-affarijiet pubbliċi, fid-djalogi kollha ma' pajjiżi terzi, kif stipulat fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC); ifakkar fil-ħtieġa għall-UE li żżomm l-impenn tagħha mas-sħab tagħha, partikolarment fil-viċinat tagħha, biex tappoġġa r-riforma ekonomika, soċjali u politika, sabiex tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u biex tistabbilixxi l-istat tad-dritt, bħala l-aħjar mezzi sabiex tissaħħaħ l-ordni internazzjonali u tiġi żgurata l-istabilità tal-viċinat tagħha; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) ta l-opportunità li jiġi ddikjarat mill-ġdid li d-difiża ta' valuri universali u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem huma objettivi ewlenin tal-Unjoni; ifakkar li l-esperjenza miksuba mill-UE, mill-politiċi, mid-dinja akkademika, mill-midja, mill-NGOs u mis-soċjetà ċivili, u t-tagħlimiet misluta mit-tranżizzjoni għad-demokrazija fil-qafas tal-politiki ta' tkabbir u tal-viċinat, jistgħu jikkontribwixxu wkoll b'mod pożittiv għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki li jistgħu jintużaw għall-appoġġ u l-konsolidament ta' proċessi oħrajn ta' demokratizzazzjoni fid-dinja kollha; jilqa', f'dan il-kuntest, il-ħidma tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija u tal-programmi tal-UE biex jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-EIDHR;

182.  Jirrakkomanda li l-UE tiżviluppa approċċ aktar komprensiv lejn il-proċessi ta' demokratizzazzjoni, peress li l-osservazzjoni elettorali hija biss dimensjoni waħda ta' ċiklu usa' u itwal; itenni li t-tranżizzjoni politika u d-demokratizzazzjoni jistgħu ikunu sostenibbli u jirnexxu biss meta jkunu marbuta mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-aċċess ugwali għall-proċess demokratiku għan-nisa, persuni b'diżabilità u gruppi oħra emarġinati, il-promozzjoni tal-ġustizzja, it-trasparenza, is-sens ta' responsabilità, ir-rikonċiljazzjoni, l-istat tad-dritt, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, miżuri kontra l-faqar estrem, u t-twaqqif ta' istituzzjonijiet demokratiċi; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'pajjiżi għaddejjin minn proċessi ta' demokratizzazzjoni għandha tingħata prijorità mill-UE peress li dan il-fenomenu jxekkel il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-governanza tajba, joħloq il-kriminalità organizzata u huwa marbut mal-frodi elettorali;

183.  Jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta dwar ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u jfakkar li, kif previst fit-TUE, ir-relazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tal-viċinat tagħha għandha tkun ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni, li jinkludu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza li l-kontribuzzjoni għall-istabbilizzazzjoni tal-viċinat u l-promozzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba u tad-drittijiet tal-bniedem jimxu id f'id;

184.  Jenfasizza li l-UE għandha tkompli tappoġġa lill-istituzzjonijiet demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem effettivi u lis-soċjetà ċivili tal-pajjiżi tal-viċinat; jinnota b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest l-impenn konsistenti tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE fil-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tal-prinċipji demokratiċi;

185.  Jenfasizza li l-politika tat-tkabbir hija waħda mill-għodod l-aktar b'saħħithom għat-tisħiħ tar-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa t-tisħiħ tal-kulturi politiċi demokratiċi, ir-rispett tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-midja, kif ukoll tal-ġudikatura, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati;

186.  Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu jipprovdu appoġġ sħiħ lill-proċessi demokratiċi għaddejjin f'pajjiżi terzi, kif ukoll lid-djalogu politiku bejn il-partiti fil-gvern u fl-oppożizzjoni, u s-soċjetà ċivili; jinsisti fuq l-importanza ta' segwitu konsistenti għar-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali bħala parti mill-impenn tal-UE f'appoġġ għad-demokrazija, u bħala parti minn strateġiji skont il-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-pajjiżi kkonċernati; jitlob għal koordinazzjoni u kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn il-Parlament u l-Kummissjoni/SEAE biex jiġi żgurat segwitu tal-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kif ukoll l-użu ta' assistenza finanzjarja u teknika speċifika li l-UE tista' toffri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni globali tal-proċessi ta' monitoraġġ elettorali;

187.  Jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE biex jinkludu fil-parti ġeografika tar-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja taqsima speċifika - fil-pajjiżi kkonċernati - li tindirizza l-kwistjoni tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet adottati fil-qafas tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali; ifakkar fl-impenn li sar fil-Pjan ta' Azzjoni mis-SEAE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom b'mod aktar sod u konsistenti ma' korpi tal-ġestjoni elettorali, mal-istituzzjonijiet parlamentari u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi terzi, sabiex jikkontribwixxu għall-awtonomizzazzjoni u, għaldaqstant, biex isaħħu l-proċessi demokratiċi;

188.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ħidma tagħha fl-elezzjonijiet - għajnuna u osservazzjoni - flimkien ma' appoġġ simili għal atturi importanti oħra fi ħdan sistema demokratika bħall-partiti politiċi, il-parlamenti, l-awtoritajiet lokali, il-mezzi tax-xandir indipendenti u s-soċjetà ċivili;

189.  Jistieden lill-UE tkompli taħdem għad-definizzjoni tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam, inkluż fil-kuntest ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' kunflitti, il-medjazzjoni u l-faċilitazzjoni tad-djalogu, sabiex jiżviluppaw politika koerenti, flessibbli u kredibbli tal-UE;

190.  Jirrikonoxxi l-ħidma b'suċċess tas-SEAE u tad-Delegazzjonijiet tal-UE fit-tlestija tat-tieni ġenerazzjoni tal-Analiżi tad-Demokrazija, u l-progress li sar rigward il-Pjanijiet ta' Azzjoni għad-Demokrazija, u jistieden lill-VP/RGħ sabiex tiżgura li l-Pjanijiet ta' Azzjoni jissarrfu f'appoġġ konkret għad-demokrazija fil-qasam;

191.  Jistieden lis-SEAE biex jibni fuq l-esperjenza tal-Analiżi tad-Demokrazija biex iwitti t-triq għall-integrazzjoni ta' din l-analiżi fl-azzjoni barranija tiegħu, u jinnota li, filwaqt li żieda tad-demokrazija għal Strateġiji tal-Pajjiż dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija hija milqugħa b'sodisfazzjon, din mhijiex suffiċjenti għal fehim verament komprensiv ta' demokrazija f'pajjiż sieħeb;

o
o   o

192.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lir-RGħ/VP, u lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem.

(1)http://www.un.org/womenwatch/daw/cedaw/cedaw.htm.
(2)ĠU C 289, 9.8.2016, p. 57.
(3)http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/CMW.aspx.
(4)A/RES/41/128.
(5)http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/69/2
(6)http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/Vienna.aspx.
(7)http://www.un.org/womenwatch/daw/beijing/pdf/BDPfA%20E.pdf.
(8)http://www.unfpa.org/sites/default/files/pub-pdf/programme_of_action_Web%20ENGLISH.pdf.
(9)http://www.ohchr.org/Documents/Publications/PTS-4Rev1-NHRI_en.pdf.
(10)https://europa.eu/globalstrategy/en/global-strategy-foreign-and-security-policy-european-union.
(11)http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11855-2012-INIT/en/pdf.
(12)https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/111817.pdf.
(13)http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A52009XG1215(01).
(14)http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10897-2015-INIT/mt/pdf.
(15)ĠU C 65, 19.2.2016, p. 174.
(16)http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/mt/foraff/137584.pdf.
(17)http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10255-2016-INIT/mt/pdf.
(18)http://www.consilium.europa.eu/en/meetings/fac/2015/10/st13201-mt15_pdf/.
(19)http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/06/16-epsco-conclusions-lgbti-equality/.
(20)http://ec.europa.eu/justice/discrimination/files/lgbti_actionlist_en.pdf.
(21)http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9242-2015-INIT/mt/pdf.
(22)http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20-fac-migration-conclusions/.
(23)http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12002-2015-REV-1/mt/pdf.
(24)http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12098-2015-INIT/mt/pdf.
(25)ĠU L 43, 18.2.2015, p. 29.
(26)http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%2015559%202014%20INIT.
(27)http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/MT/foraff/130243.pdf.
(28)http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12525-2016-INIT/mt/pdf.
(29)https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168008482e.
(30)ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56.
(31)http://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/international-summit/2015/11/action_plan_en_pdf/.
(32)http://www.securitycouncilreport.org/atf/cf/%7B65BFCF9B-6D27-4E9C-8CD3-CF6E4FF96FF9%7D/s_res_2242.pdf.
(33)http://www.securitycouncilreport.org/atf/cf/%7B65BFCF9B-6D27-4E9C-8CD3-CF6E4FF96FF9%7D/CAC%20S%20RES%201820.pdf.
(34)http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=S/RES/1325(2000).
(35)http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/69/167.
(36)Testi adottati, P8_TA(2016)0337.
(37)Testi adottati, P8_TA(2016)0300.
(38)Testi adottati, P8_TA(2016)0201.
(39)Testi adottati, P8_TA(2016)0102.
(40) Testi adottati, P8_TA(2016)0051.
(41)Testi adottati, P8_TA(2015)0470.
(42)Testi adottati, P8_TA(2015)0317.
(43)Testi adottati, P8_TA(2015)0350.
(44)Testi adottati, P8_TA(2015)0348.
(45)Testi adottati, P8_TA(2015)0288.
(46)ĠU C 316, 30.8.2016, p. 130.
(47)ĠU C 316, 30.8.2016, p. 178.
(48)ĠU C 234, 28.6.2016, p. 25.
(49)Testi adottati, P7_TA(2014)0172.
(50)ĠU C 181, 19.5.2016, p. 69.
(51)http://www.ohchr.org/EN/HRBodies/HRC/RegularSessions/Session31/Documents/A_HRC_31_56_en.doc.
(52)ĠU C 65, 19.2.2016, p. 105.
(53)ĠU C 434, 23.12.2015, p. 24.
(54)ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 115.
(55)ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.
(56)ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 69.
(57)A/HRC/RES/17/4.
(58)https://www.democracyendowment.eu/annual-report/.
(59)ĠU C 208, 10.6.2016, p. 25.
(60)http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/july/tradoc_153591.pdf.
(61) L-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, in-Niġerja, is-Somalja, il-Mauritania, is-Sudan, Sierra Leone, il-Jemen, l-Afganistan, il-Pakistan, il-Qatar, l-Iran u l-Maldivi.


Implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (Artikolu 36 TUE)
PDF 443kWORD 70k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (2016/2036(INI))
P8_TA(2016)0503A8-0360/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-obbligu ta' rendikont fil-qasam politiku,

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal tal-21 ta’ Settembru 2015 bit-titolu "Gender equality and women's empowerment: transforming the lives of girls and women through EU external relations 2016-2020'' (SWD(2015)0182),

–  wara li kkunsidra d-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata mill-VP/RGħ, Federica Mogherini fit-28 ta' Ġunju 2016, u l-proposti tagħha waqt il-laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li saret fi Bratislava fit-2 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-summit ta' Bratislava tas-16 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa informali tal-Ministri tad-Difiża tal-UE fi Bratislava fis-27 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar Operazzjonijiet ta' Appoġġ għall-Paċi – l-involviment tal-UE man-NU u l-Unjoni Afrikana(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tat-Trijanglu ta' Weimar, Frank-Walter Steinmeier (il-Ġermanja), Jean-Marc Ayrault (Franza) u Witold Waszczykowski (il-Polonja), dwar il-futur tal-Ewropa f'Weimar, fit-28 ta' Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva Franko-Ġermaniża dwar id-difiża ta' Settembru 2016 bit-titolu "It-tiġdid tal-PSDK",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0360/2016),

A.  billi l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha ma' sfidi interni u esterni bla preċedent, inklużi kunflitti interstatali, falliment statali, terroriżmu, theddid ibridu, nuqqas ta' sigurtà mil-lat ċibernetiku u tal-enerġija, kriminalità organizzata u tibdil fil-klima; billi l-UE tkun f'qagħda li tirrispondi b'mod effettiv għall-isfidi l-ġodda biss jekk l-istrutturi u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien fi sforz komuni u verament koordinat fil-kuntest tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u Politika ta' Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK);

B.  billi l-UE hija mdawra b'ark ta' instabbiltà, hekk kif partijiet kbar mil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq (MENA) huma maħkuma minn kunflitti etniċi u reliġjużi u gwerer bi prokura, filwaqt li gruppi terroristiċi bħalma huwa l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (IS)/Daesh u Jabhat Fateh al-Sham Front qed jinfiltraw ir-reġjun kollu; billi l-grupp Al-Qaeda qed jieħu vantaġġ min-nuqqas ta' sigurtà fir-reġjun tal-MENA biex jissaħħaħ aktar, u l-impenn tiegħu għal ġiħad globali għadu intatt;

C.  billi dawn il-kunflitti għandhom konsegwenzi diretti u serji għas-sigurtà u l-benessri taċ-ċittadini tal-UE, hekk kif dawn qed jinfirxu dejjem aktar fl-UE, kemm jekk fil-forma ta' terroriżmu, fluss enormi ta' rifuġjati, jew kampanji ta' diżinformazzjoni mmirati biex jifirdu s-soċjetajiet tagħna;

D.  billi l-Ewropa qed tiffaċċja t-theddida tat-terroriżmu fit-territorju tagħha; billi l-attakki terroristiċi reċenti fi bliet Ewropej imwettqa minn ġiħadisti radikali marbuta mal-IS/Daesh huma parti mill-istrateġija komprensiva ta' dak il-grupp, u jikkomplementaw gwerra fuq l-art fis-Sirja, l-Iraq u l-Libja, gwerra ekonomika mmirata lejn l-industrija tat-turiżmu fl-Afrika ta' Fuq, kif ukoll propaganda online u attakki ċibernetiċi; billi eluf ta' ċittadini tal-UE li ngħaqdu ma' gruppi terroristiċi bħal dawn huma theddida dejjem tikber għas-sigurtà interna tagħna, kif ukoll f'partijiet oħra tad-dinja;

E.  billi Russja aggressiva qed tkompli tikser is-sovranità u l-indipendenza tal-ġirien tagħha u tisfida b'mod miftuħ l-ordni tas-sigurtà u l-paċi Ewropea u globali; billi r-Russja llum il-ġurnata hija awtokratika u aggressiva mal-ġirien tagħha aktar minn qatt qabel mindu waqgħet l-Unjoni Sovjetika fl-1991; billi l-propaganda uffiċjali Russa tpinġi lill-Punent bħala għadu u tipprova b'mod attiv tippreġudika l-għaqda fl-Unjoni Ewropea u l-koerenza fl-alleanza transatlantika, kemm jekk fil-forma ta' kampanji ta' diżinformazzjoni jew permezz tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju lil gruppi ewroxettiċi u faxxisti fl-Unjoni u l-pajjiżi kandidati;

Inkomplu l-istorja ta' suċċess tal-UE: trasformazzjoni permezz tal-azzjoni

1.  Ifakkar li l-Unjoni Ewropea hija waħda mill-akbar suċċessi fl-istorja Ewropea u li l-qawwa ta' trasformazzjoni li għandha l-UE ġabet il-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità għaċ-ċittadini tagħha u għall-pajjiżi ġirien tagħha, li ħafna minnhom saru Stati Membri tal-UE; jenfasizza li l-UE għadha l-akbar qawwa ekonomika, l-aktar donatur ġeneruż fejn tidħol għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, kif ukoll hija minn ta' quddiem fid-diplomazija multilaterali globali għal dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħalma huma t-tibdil fil-klima, il-ġustizzja internazzjonali, in-nonproliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva u d-drittijiet tal-bniedem; jappella li tiġi intensifikata l-viżibbiltà tal-azzjoni tal-UE f'dawn l-oqsma;

2.  Iqis li l-kriżi interna u esterna attwali tirrappreżenta wkoll opportunità għall-UE, jekk din tintuża biex l-UE tibda taħdem u tikkoopera aħjar; iqis li l-isfidi attwali jeħtieġu riforma li ttejjeb lill-UE u tagħmilha aktar demokratika u kapaċi twettaq dak li ċ-ċittadini jistennew minnha; ifakkar li ċ-ċittadini Ewropej iħarsu lejn politika estera u ta' sigurtà komuni effikaċi bħala qasam prijoritarju ta' azzjoni għall-UE u wieħed mill-oqsma li fih il-kooperazzjoni Ewropea tista' l-aktar li trendi valur miżjud; jenfasizza, għalhekk, li l-Istati Membri jeħtiġilhom ibiddlu l-mentalità tagħhom, peress li llum il-ġurnata li wieħed iħares lejn il-politika estera u s-sigurtà minn perspettiva nazzjonali dejqa huwa kunċett skadut; jinsab konvint li l-ebda Stat Membru waħdu ma huwa kapaċi jindirizza l-isfidi li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum; jinsab konvint bis-sħiħ li l-vulnerabbiltà tal-UE hija riżultat dirett ta' integrazzjoni mhux kompluta u nuqqas ta' koordinament; jenfasizza l-fatt li l-globalizzazzjoni u l-multipolarità jeħtieġu proċessi ta' integrazzjoni, bħalma huwa dak tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex finalment juru livelli suffiċjenti ta' għaqda, rieda politika u fiduċja f'xulxin sabiex jagħmluha possibbli li jużaw l-għodod disponibbli b'mod ikkoordinat ħalli b'hekk jaħdmu għall-interessi u l-valuri tagħna; itenni li l-UE tista' biss tkun attur globali b'saħħtu fuq l-istess livell ma' potenzi ewlenin oħrajn jekk l-Istati Membri kollha jitkellmu b'leħen wieħed u jaġixxu flimkien fil-qafas ta' politika estera u tas-sigurtà b'saħħitha tal-UE;

3.  Jilqa' l-Pjan Direzzjonali u l-impenji tas-summit ta' Bratislava, u jistenna li l-Istati Membri jieħdu impenn speċifiku għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali;

4.  Ifakkar fil-bżonn li l-politiki esterni tal-UE jkunu konsistenti bejniethom kif ukoll ma' politiki oħrajn li għandhom dimensjoni esterna, u li jsegwu l-objettivi definiti fl-Artikolu 21 tar-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; josserva li, peress li l-bini ta' reżiljenza għandu jkun wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-PESK, dan jeħtieġ approċċ komprensiv li fih setturi differenti jisfidaw approċċi tradizzjonali għall-politika estera u ta' sigurtà bl-użu ta' firxa wiesgħa ta' strumenti diplomatiċi, ta' sigurtà, difiża, ekonomiċi, kummerċjali, tal-iżvilupp u umanitarji, kif ukoll indipendenza dejjem akbar fis-sigurtà tal-enerġija; huwa tal-fehma li l-PESK għandha tkun aktar assertiva, effettiva u bbażata fuq il-valuri; jenfasizza li l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp hija strument uniku biex jinkiseb approċċ komprensiv operazzjonali tal-UE skont l-Aġenda 2030 għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

5.  Jilqa' l-adozzjoni tal-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-Kummissjoni ''Kummerċ għal kulħadd'', li għandha l-għan li ssaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem fil-politika kummerċjali u tuża l-pożizzjoni tal-UE bħala blokk kummerċjali għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; jenfasizza li dan se jeħtieġ konverġenza u komplementarjetà sħiħa tal-inizjattivi tal-politika kummerċjali u estera, inkluża kooperazzjoni mill-qrib bejn id-Direttorati Ġenerali, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-awtoritajiet tal-Istati Membri; jenfasizza l-importanza tal-Grupp tal-Kummissarji dwar l-Azzjoni Esterna mmexxi mill-VP/RGħ biex tingħata spinta lill-implimentazzjoni tal-approċċ komprensiv; jitlob lill-VP/RGħ tirrapporta regolarment dwar il-ħidma ta' dan il-grupp lill-Parlament Ewropew; jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-UE jimplimentaw programmazzjoni konġunta fl-oqsma ta' politika kollha tal-azzjoni esterna sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, isir iffrankar, tissaħħaħ l-effiċjenza u jiġu identifikati lakuni possibbli;

6.  Jirrikonoxxi li t-tibdil fil-klima jista' jkollu effett serju fuq l-istabbiltà reġjonali u globali, billi t-tisħin globali jaffettwa t-tilwim marbut mat-territorju, l-ikel, l-ilma u riżorsi oħra, idgħajjef l-ekonomiji, jhedded is-sigurtà reġjonali, u huwa sors ta' flussi migratorji; iħeġġeġ ulterjorment lill-UE u lill-Istati Membri jqisu kif l-ippjanar militari nazzjonali u tal-UE jista' jinkludi strateġiji ta' adattament għat-tibdil fil-klima u x'jista' jitqies bħala kapaċità, prijorità u reazzjoni adegwati;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità tagħhom biex jegħlbu l-kampanji ta' diżinformazzjoni u ta' propaganda li qed jilħqu l-persuni fl-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-gwerra ta' informazzjoni li għaddejja mhijiex biss kwistjoni esterna tal-UE iżda anke waħda interna; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' kapaċità tal-UE li tikkomunika u tippreżenta b'mod xieraq lill-pubbliku Ewropew l-azzjonijiet, il-merti u l-kisbiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimlew dan il-vojt billi jagħmlu l-azzjoni esterna tal-UE aktar responsabbli u viżibbli;

8.  Jirrikonoxxi li l-gwerra tal-informazzjoni u dik ċibernetika tirrappreżenta tentattiv apposta fil-livell statali u mhux statali biex jiddestabbilizza u jiskredita l-istrutturi politiċi, ekonomiċi u soċjali; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa urġenti li fil-politiki interni u esterni tal-UE kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi jiġu inklużi ċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża ; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema awtomatizzata għall-iskambju tal-informazzjoni dwar it-theddid u l-attakki ċibernetiċi u ibridi; jistieden lill-UE tiddefendi fil-fora internazzjonali l-idea li infrastruttura ewlenija miftuħa u globali tal-internet hija żona newtrali; jinsab konvint ukoll li l-UE għandha taħdem mas-sħab tagħha u żżid l-assistenza tagħha għall-bini tal-kapaċità fl-oqsma taċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u ċ-ċiberterroriżmu;

9.  Ifakkar fl-impenn tal-UE biex tiżviluppa Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-konformità mal-Karta tan-NU u tad-dritt internazzjonali; ifakkar fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li jenfasizza l-importanza li l-UE tinkludi l-politiki tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ġeneri fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet ta' immaniġġar tal-kriżijiet; ifakkar fl-importanza tal-hekk imsejħa 'klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem', inkluża f'kull ftehim qafas iffirmat ma' pajjiżi terzi sa mill-bidu tas-snin disgħin;

10.  Ifakkar li l-politika ta' tkabbir hija waħda mill-aktar politiki tal-UE li kellha suċċess u kkontribwixxiet biex tiġi żgurata l-istabbiltà, id-demokrazija u l-prosperità fil-kontinent Ewropew; itenni għalhekk l-appoġġ qawwi tiegħu għall-proċess tat-tkabbir, bil-kundizzjoni li l-kriterji ta' Copenhagen, inkluża l-kapaċità ta' integrazzjoni, jiġu sodisfatti; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi kandidati u dawk potenzjali dwar kwistjonijiet bħalma huma l-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-pajjiżi kandidati biex jagħmlu l-isforzi kollha biex jallinjaw mal-PESK/PSDK tal-UE;

11.  Jissottolinja l-impenn tal-UE għal ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u multilateraliżmu effettiv immexxi min-NU; jirrikonoxxi s-sħubija strateġika fiż-żamma tal-paċi u l-ġestjoni tal-kriżijiet bejn l-UE u n-NU mill-2003 'l hawn; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw l-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi tan-NU u jikkooperaw man-NU biex jissaħħu l-kapaċitajiet taż-żamma tal-paċi tal-organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikulari l-Unjoni Afrikana, u b'kunsiderazzjoni tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jżidu b'mod sinifikanti l-kontributi militari u tal-pulizija tagħhom għall-missjonijiet taż-żamma tal-paċi tan-NU; Jilqa' l-impenn tal-Istrateġija Globali tal-UE lejn in-NATO u jqisha bħala l-pedament tas-sigurtà kollettiva tal-Ewropa, u lejn it-tisħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-qafas tal-ordni internazzjonali;

12.  Jenfasizza kif il-kriżijiet reċenti urew il-limiti tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu kull ma jistgħu biex jippruvaw jirriformaw il-Kunsill tas-Sigurtà, b'mod partikolari bil-ħsieb li titneħħa veto fir-rigward tal-atroċitajiet tal-massa;

13.  Jisħaq fuq il-fatt li implimentazzjoni effikaċi tal-Istrateġija Globali tal-UE ppreżentata mill-VP/RGħ f'Ġunju 2016 mhijiex possibbli mingħajr impenn, sjieda, rieda politika u sens ta' tmexxija qawwija min-naħa tal-Istati Membri; jenfasizza li l-Istati Membri hemm bżonn li jallokaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija, b'mod partikolari f'oqsma kruċjali tal-prevenzjoni tal-kunflitti, is-sigurtà u d-difiża; jenfasizza l-benefiċċji prattiċi u finanzjarji ta' aktar integrazzjoni tal-kapaċitajiet ta' difiża Ewropej;

14.  Jilqa' l-intenzjoni li jitfassal pjan ta' implimentazzjoni għas-sigurtà u d-difiża; jissottolinja li dan il-pjan ta' implimentazzjoni għandu jiġi kkomplementat bi proċess ta' White Book, li jispeċifika l-livell ta' ambizzjoni, il-kompiti, ir-rekwiżiti u l-prijoritajiet fil-qasam tal-kapaċitajiet għad-difiża Ewropea; jistieden lill-VP/RGħ biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, tibda taħdem fuq tali White Book bħala kwistjoni ta' prijorità sabiex fl-2017 jiġu ġġenerati l-ewwel riżultati;

15.  Jilqa' l-proposta għal riflessjoni ta' kull sena dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-istrateġija; jemmen li din ir-riflessjoni għandha sseħħ fil-qafas ta' dibattitu annwali fil-Parlament u abbażi ta' rapport ta' implimentazzjoni mfassal mill-VP/RGħ;

16.  Huwa tal-opinjoni li l-Istrateġija Globali għandha tiġi riveduta regolarment u għandha tiġi pprovduta analiżi dwar l-implimentazzjoni tagħha, f'sinkronija maċ-ċiklu elettorali u l-bidu ta' kull Kummissjoni ġdida, sabiex jiġi vverifikat jekk l-objettivi u l-prijoritajiet tagħha għadhomx jikkorrispondu għall-isfidi u t-theddid;

17.  Jenfasizza li l-azzjoni esterna tal-UE hemm bżonn tkun imsejsa fuq dawn it-tliet pilastri: id-diplomazija, l-iżvilupp u d-difiża;

It-teħid tar-responsabbiltà għas-sigurtà tagħna: Nipprevjenu, niddefendu, nevitaw, nirreaġixxu

18.  Jenfasizza li l-UE jeħtiġilha ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' sigurtà u difiża tagħha, peress li din tista' tuża l-potenzjal sħiħ tagħha bħala potenza globali biss jekk tgħaqqad is-setgħa tal-persważjoni unika tagħha mas-setgħa ta' koerzjoni, bħala parti mill-approċċ komprensiv tal-UE; ifakkar li kapaċitajiet ċivili u militari aktar b'saħħithom huma elementi ewlenin biex l-UE tkun tista' tirreaġixxi bis-sħiħ għall-kriżijiet, tibni r-reżiljenza ta' sħabha u tipproteġi lill-Ewropa; jinnota li peress li l-politika tal-poter qiegħda għal darb'oħra tiddomina r-relazzjonijiet internazzjonali, il-kapaċitajiet ta' difiża u ta' deterrenza huma importanti għall-influwenza tagħna f'taħdidiet diplomatiċi; itenni f'dan ir-rigward li l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni teħtieġ li tissaħħaħ u tiġi approfondita, billi l-uniku mod realistiku biex jissaħħu l-kapaċitajiet militari tagħna fi żmien ta' restrizzjonijiet baġitarji huwa li jiżdiedu s-sinerġiji billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri kollha u permezz tal-immirar tal-investimenti; jemmen li aktar kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża se twassal għal aktar effikaċja, għaqda u effiċjenza, u li l-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jiksbu l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali biss permezz ta' tali kooperazzjoni aktar profonda;

19.  Jinsab konvint li, fid-dawl ta' baġit tal-UE li diġà huwa sottofinanzjat, hemm bżonn ta' sforzi addizzjonali għal operazzjonijiet, spejjeż amministrattivi, azzjonijiet preparatorji u proġetti pilota fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, finanzjament addizzjonali mill-Istati Membri, kif ukoll sforzi biex jissaħħu s-sinerġiji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħtfu l-opportunità tar-reviżjoni attwali/rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet baġitarji tal-isfidi globali dejjem jikbru għas-sigurtà; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-infiq tad-difiża tagħhom sabiex jilħqu l-miri tal-kapaċità tan-NATO, li jirrikjedu livell minimu ta' nfiq għad-difiża ta' tnejn fil-mija tal-PDG; jenfasizza li koordinament aħjar u inqas duplikazzjoni bejn l-attivitajiet tal-UE u tal-Istati Membri għandhom jippermettu ffrankar u allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi;

20.  Huwa tal-fehma li huwa ta' importanza kruċjali li l-istrumenti pprovduti mit-Trattat ta' Lisbona finalment jiġu implimentati, b'mod partikolari l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO); huwa tal-fehma li approċċ flessibbli u inklużiv li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni miftuħa u proattiva mill-Istati Membri kollha huwa essenzjali fl-implimentazzjoni tal-PESCO; jilqa' d-dokument konġunt tal-Ministri għad-Difiża ta' Franza u l-Ġermanja dwar it-tiġdid tal-PSDK, u l-proposta Taljana għal difiża Ewropea aktar b'saħħitha, u jappoġġa bis-sħiħ l-għan tagħhom fir-rigward ta’ deċiżjoni pożittiva dwar l-istabbiliment tal-PESCO fil-Kunsill Affarijiet Barranin u Difiża ta' Novembru 2016; jistieden lill-VP/RGħ ikollha rwol ta' tmexxija f'din l-inizjattiva, kif ukoll fi proposti oħrajn reċenti għat-tisħiħ tal-PSDK, bil-ħsieb li twitti t-triq lejn aktar deċiżjonijiet ambizzjużi dwar il-PSDK meħuda fil-Kunsill Affarijiet Barranin u Difiża ta' Novembru 2016 u fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2016, inklużi dawn li ġejjin:

   il-ħolqien ta' kwartieri ġenerali permanenti ċivili u militari, b'Kapaċità Militari ta' Ppjanar u ta' Kondotta (MPCC) u Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u Kondotta (CPCC) daqstant ieħor importanti, li jsaħħu l-ippjanar strateġiku u operazzjonali tul iċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, itejbu l-koperazzjoni ċivili-militari kif ukoll il-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi malajr għall-kriżijiet;
   it-tisħiħ tal-għodod ta' reazzjoni rapida tal-UE, notevolment billi jitjieb l-użu tal-gruppi tattiċi, jitħaddem l-Artikolu 44 u billi jissaħħu u jsir użu akbar tal-Eurocorps għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK;
   l-estensjoni tal-finanzjament komuni tal-operazzjonijiet tal-PSDK, inkluż permezz ta' rieżami urġenti u sħiħ tal-mekkaniżmu Athena, bl-inklużjoni tad-dikjarazzjoni dwar il-gruppi tattiċi u li hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-missjonijiet tal-UE jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati minn fondi kollettivi minflok minn Stati Membri parteċipanti individwali, u b'hekk jitneħħa ostakolu potenzjali għall-Istati Membri li jieħdu impenji;
   it-twaqqif ta' konfigurazzjoni tad-Difiża tal-Kunsill;

21.  Jinkoraġġixxi rieżami tal-approċċ tal-UE għal missjonijiet ċivili tal-PSDK min-natura ta' interventi, għall-għanijiet u l-persuni involuti, sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu mfassla, implimentati u appoġġati b'mod adegwat; jilqa' l-progress li sar fir-rigward ta' missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK, minkejja n-nuqqasijiet tagħhom; jappella għal aktar flessibbiltà fir-regoli finanzjarji tal-UE, biex jappoġġaw il-kapaċità tagħha biex tirreaġixxi għall-kriżijiet, u għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona eżistenti; jappoġġa l-ħolqien ta' fondi inizjali għal finanzjament urġenti tal-ewwel fażijiet ta' operazzjonijiet militari; jemmen li proċedura ġdida u aktar effettiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar missjonijiet militari tal-UE għandhom itejbu l-aġilità u s-saħħa tal-UE biex tirreaġixxi għat-theddid u l-kriżijiet, filwaqt li jirrikonoxxi li d-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu pprovduti truppi għal tali missjonijiet għandha tittieħed fil-livell tal-Istati Membri;

22.  Jinsisti li kwalunkwe deċiżjoni lejn Unjoni Ewropea ta' Difiża, inkluż l-iżvilupp ta' aktar kooperazzjoni strutturata permanenti u l-ħolqien ta' strumenti ta' difiża komuni, għandha tittieħed fuq il-bażi ta' unanimità fost l-Istati Membri tal-UE;

23.  Jiddispjaċih li l-eżerċizzji impenjattivi komprensivi li rriżultaw mill-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Novembru 2013 u l-Kunsilli Ewropej tal-2013 u l-2015 għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ mill-Kummissjoni, is-SEAE, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Istati Membri; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs jippreżentaw valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet preċedenti lill-Parlament qabel ma jissuġġerixxu kompiti ġodda; jilqa' l-ħidma li għaddejja bħalissa dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża u l-isforzi tal-Kummissjoni biex timmassimizza l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża, inkluż permezz ta' inċentivi f'oqsma bħal dawk tas-suq intern, l-akkwist pubbliku, ir-riċerka, it-trasport, l-ispazju, iċ-ċibernetika, l-enerġija u l-politiki industrijali; jinnota l-proposta tal-President Franċiż għal Fond Ewropew għas-Sigurtà u d-Difiża u jappoġġa l-iżvilupp ta' kunċetti ġodda u innovattivi ta' finanzjament u ta' investiment, inkluż permezz tal-Bank Ewropew għall-Investiment u sħubiji pubbliċi u privati;

24.  Jinnota li filwaqt li l-Istati Membri qed jiffaċċjaw diffikultajiet fit-tentattiv biex iżommu firxa wiesgħa ta' kapaċitajiet ta' difiża kompletament operazzjonali, hemm il-ħtieġa għal aktar koordinament u għażliet aktar ċari dwar liema kapaċitajiet għandhom jinżammu, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċjalizzaw f'ċerti kapaċitajiet; jenfasizza l-benefiċċji prattiċi u finanzjarji ta' integrazzjoni ulterjuri tal-kapaċitajiet Ewropej ta' difiża, u jinnota l-inizjattivi varji li qed isiru f'dan ir-rigward li għandhom jitqiegħdu f'qafas usa' biex jiġi stabbilit pjan direzzjonali intelliġenti; jappoġġa l-proposti għal "Semestru Ewropew għad-Difiża", u jistieden lill-VP/RGħ tressaq proposti konkreti għal dan il-għan; jemmen li l-interoperabbiltà hija kruċjali biex il-forzi tal-Istati Membri jkunu aktar kompatibbli u integrati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jfittxu aktar modi għax-xiri, il-manutenzjoni u ż-żamma konġunti ta' forzi u ta' materjal;

25.  Ifaħħar ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fil-promozzjoni u l-koordinament tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet u jappella għat-tisħiħ tagħha, b'mod partikolari billi jiżdied il-baġit tagħha; jinsisti li l-ispejjeż tal-persunal u tat-tmexxija tal-Aġenzija għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jeżaminaw mill-ġdid l-organizzazzjoni, il-proċeduri u l-attivitajiet tal-passat tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

26.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-Ewropa jibqa' jkollha bażi industrijali u teknoloġika kompetittiva u innovattiva li tkun kapaċi tiżviluppa u tipproduċi l-kapaċitajiet meħtieġa; ifakkar li suq tad-difiża integrat u t-tisħiħ tal-industrija tad-difiża Ewropea huma assolutament meħtieġa għal ekonomiji ta' skala u effiċjenza mtejba;

27.  Jilqa' l-proposta tal-President Juncker biex jinħoloq Fond Ewropew tad-Difiża biex jissaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni; jilqa' l-ħidma li għaddejja dwar l-istabbiliment ta' azzjoni preparatorja dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża, li għandha tiġi segwita minn Programm Ewropew tar-Riċerka dwar id-Difiża ddedikat u ewlieni ffinanzjat mill-UE fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, inklużi riżorsi finanzjarji addizzjonali pprovduti mill-Istati Membri;

28.  Jappella għal rwol aktar attiv mill-UE fil-qasam tad-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi; jistieden lill-Kunsill jippermetti lill-VP/RGħ jkollha rwol aktar attiv fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-kunflitt u l-bini tal-paċi;

29.  Ifakkar li l-Istrateġija Globali tal-UE tappella għal investimenti fil-prevenzjoni tal-kunflitti iżda fir-realtà ġie propost tnaqqis estensiv kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill għall-baġit tal-2017 għall-istrument uniku tal-UE għall-prevenzjoni tal-kunflitti (IcSP); jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rduppjati l-isforzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, minħabba l-bosta sfidi marbuta mas-sigurtà fil-viċinat Ewropew u lil hinn minnu;

30.  Jirrikonoxxi l-interdipendenza dejjem tikber bejn is-sigurtà interna u dik esterna, u huwa tal-fehma li l-isfidi attwali fil-qasam tas-sigurtà jeħtieġu analiżi kritika profonda tal-politiki ta' sigurtà tagħna, bil-ħsieb li tinħoloq politika konsistenti u unifikata li tkopri kemm id-dimensjonijiet interni kif ukoll dawk esterni, inklużi aspetti bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċibersigurtà, is-sigurtà enerġetika, it-theddid ibridu, il-komunikazzjoni strateġika, u l-infrastrutturi kritiċi; iħeġġeġ lis-servizzi tas-sigurtà tal-Istati Membri jsaħħu l-koordinament u l-kooperazzjoni u jżidu l-iskambju tal-intelligence u tal-informazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri kollha jkunu konformi mal-obbligu ġuridiku tagħhom li jaqsmu l-intelligence mal-Europol u l-Eurojust fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; iħeġġeġ lill-UE tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-qsim tal-intelligence ma' pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, filwaqt li jiġu rispettati d-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; ifaħħar it-tnedija tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;

31.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar kooperazzjoni bejn in-NATO u l-UE adottata waqt is-Summit ta' Varsavja; jappoġġa bis-sħiħ kooperazzjoni aktar fil-fond bejn in-NATO u l-UE fl-oqsma taċ-ċibersigurtà, il-migrazzjoni, il-komunikazzjoni strateġika u r-reazzjoni għal theddid ibridu; jistieden lill-VP/RGħ tippreżenta proposti speċifiċi għas-segwitu għad-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Varsavja sal-aħħar tal-2016; jinsab konvint li n-NATO hija kruċjali għas-sigurtà kollettiva tal-Ewropa, filwaqt li jinsisti dwar il-ħtieġa li jinżammu kapaċitajiet ta' reazzjoni xierqa tal-UE; ifakkar li NATO aktar b'saħħitha u UE aktar b'saħħitha jsaħħu u jikkumplementaw lil xulxin; jilqa' l-impenn tal-Istrateġija Globali tal-UE lejn in-NATO u jqisha bħala l-pedament tas-sigurtà kollettiva tal-Ewropa; jenfasizza li l-UE għandha tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli dwar is-sigurtà u d-difiża u tevita l-possibbiltà ta' duplikazzjoni; jemmen ukoll li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaħdmu aktar mill-qrib man-NATO biex ikun żgurat li d-Difiża Intelliġenti tal-Alleanza u l-inizjattivi ta' Akkomunament u ta' Kondiviżjoni tal-UE jkunu komplementari u jsaħħu lil xulxin;

32.  Jenfasizza li s-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE hija indiviżibbli u li, f'konformità mal-Artikolu 42(7) tat-TUE, l-Istati Membri kollha jeħtiġilhom igawdu l-istess livell ta' sigurtà, u għalhekk għandhom jipprovdu u jipparteċipaw b'mod ugwali fuq bażi proporzjonali għas-sigurtà tal-UE u jonoraw ċerti impenji; jinnota wkoll li dan l-Artikolu jgħid ukoll li dan m'għandux jippreġudika l-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u difiża ta' ċerti Stati Membri;

33.  Jagħraf il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet kreattivi għall-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tal-PESK/PSDK;

34.  Jemmen li huwa kruċjali li tissaħħaħ l-arkitettura tas-sigurtà Ewropea, li hija bbażata fuq l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 u l-erba' 'pakketti' tagħha, u li saritilha ħsara severa bl-interventi militari illegali tar-Russja fil-Krimea u fl-Ukrajna tal-Lvant;

35.  Huwa tal-fehma li wasal iż-żmien li tiġi definita strateġija ġdida u aktar realistika għar-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja, ibbażata fuq deterrenza kredibbli iżda wkoll fuq djalogu f'oqsma ta' interess komuni, bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, in-nonproliferazzjoni u l-kummerċ; jissottolinja fl-istess ħin l-importanza ta' investiment akbar fil-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili Russa u fl-appoġġ għalihom, biex tissaħħaħ il-bażi fit-tul tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja; jenfasizza li s-sanzjonijiet kienu meħtieġa b'reazzjoni għall-aggressjoni Russa fl-Ukrajna, u kienu mezz effettiv biex jiskoraġġixxu aktar aggressjoni; ifakkar li s-sospensjoni tas-sanzjonijiet relatati tiddependi mill-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk; jappoġġa bis-sħiħ l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi tal-UE kontra individwi u entitajiet fir-Russja b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni intenzjonata tal-Ukrajna, u jinsisti li l-UE għandha tibqa' miftuħa għall-possibbiltà ta' aktar sanzjonijiet gradwali, b'mod partikolari kontra prodotti ta' teknoloġija għolja taż-żejt u l-gass, u fis-setturi tal-IT u tal-armi, jekk ir-Russja tkompli tikser id-dritt internazzjonali; jemmen li huwa fl-interess komuni tal-UE u tar-Russja li jiksbu relazzjoni aħjar bejniethom, dment li jiġi applikat id-dritt internazzjonali;

36.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-komunità internazzjonali jitkellmu b'vuċi waħda biex jibgħatu sinjal ċar lill-gvern Russu li l-azzjonijiet tiegħu se jġorru spejjeż u konsegwenzi; jitlob ukoll li titnaqqas il-kriżi attwali u jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaħdmu mas-sħab internazzjonali biex jitfgħu pressjoni diplomatika, politika u ekonomika fuq il-Gvern Russu biex itemm l-agressjoni tiegħu; jilqa' d-deċiżjonijiet tas-Summit tan-NATO f'Varsavja f'dan il-kuntest; jissottolinja l-impenn tiegħu favur l-għaqda, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna; jenfasizza li l-elezzjonijiet f'territorji okkupati tal-Krimea huma invalidi;

37.  Jemmen li huwa importanti li jinstabu modi biex jikkalmaw it-tensjonijiet attwali u jkun hemm djalogu kostruttiv mar-Russja sabiex jiġu identifikati miżuri bil-għan li jnaqqsu r-riskju ta' każijiet perikolużi ta' nuqqas ta' ftehim u kalkoli ħżiena; jissottolinja l-importanza ta' iżjed trasparenza reċiproka fl-attivitajiet militari sabiex jiġu evitati inċidenti marittimi u tal-ajru mar-Russja u l-bżonn li jiġu żviluppati standards komuni għall-ġestjoni ta' aċċidenti u inċidenti possibbli; iqis li t-titjiriet militari mhux kooperattivi mingħajr transponders attivi huma ta' periklu serju għall-avjazzjoni ċivili u jqis li hemm bżonn jitfasslu miżuri għall-individwazzjoni ta' tali titjiriet malajr kemm jista' jkun u biex tinstab triq 'il quddiem internazzjonali sabiex jintemmu dawn ir-riskji għas-sikurezza; jemmen ukoll li l-kooperazzjoni mar-Russja dwar il-ftehim nukleari reċenti mal-Iran joffri tama għal titjib fir-relazzjonijiet f'oqsma oħra, inkluż man-NATO, sabiex jonqsu t-tensjonijiet bħal dawk fil-Baltiku, is-Sirja u l-Ukrajna;

38.  Iħeġġeġ lill-UE żżid il-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant sabiex jissaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi, ir-reżiljenza u l-indipendenza tagħhom, inkluż permezz tat-tnedija ta' missjonijiet tal-PSDK kompluti u ambizzjużi bil-kompitu li jsaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà; jistieden lill-UE jkollha rwol aktar attiv u effettiv fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-kunflitt u l-bini tal-paċi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għajnuna lill-Ukrajna, inklużi sistemi ta' difiża adegwata, sabiex jiskoraġġixxu eskalazzjoni militari fil-Lvant tal-Ukraina, ibiddlu l-EU East StratCom fi struttura tal-UE permanenti u jallokaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għat-tħaddim aħjar tiegħu; jappoġġa wkoll l-aspirazzjonijiet Ewropej ta' dawk il-pajjiżi u l-aġenda ta' riforma f'oqsma bħall-istat tad-dritt, l-ekonomija, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi;

39.  Ifakkar fl-impenn tal-UE mas-sħab tagħha fil-viċinat tagħha u li l-appoġġ tar-riforma politika u soċjali, il-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku huma l-aqwa mezzi biex tissaħħaħ l-ordni internazzjonali u tiġi żgurata l-istabbiltà tal-viċinat tagħha; jirrikonoxxi li l-politika tal-UE m'għandhiex tadotta approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd, u għalhekk għandha tkun aktar flessibbli u reattiva għal sitwazzjonijiet li qegħdin jinbidlu fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar; jinnota li l-Istrument Ewropew ta' Viċinat rivedut għadu ma laħaqx l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol il-prinċipju ta' 'aktar għal aktar'; iħeġġeġ sabiex titqies il-politika ta' anqas għal anqas fir-rigward ta' dawk il-pajjiżi li jmorru lura f'termini ta' governanza, demokrazija u drittijiet tal-bniedem;

40.  Jenfasizza li l-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti u l-Kanada huwa ta' interess strateġiku għall-UE, filwaqt li fl-istess ħin huwa importanti għall-UE li ssaħħaħ ir-relazzjoni tagħha mal-Amerika Ċentrali u t'Isfel sabiex mhux biss tissaħħaħ is-sħubija bireġjonali, iżda wkoll biex flimkien jindirizzaw sfidi globali ewlenin; jirrikonoxxi li l-UE hija l-aktar sieħeb ekonomiku importanti għall-Istati Uniti u viċi versa, filwaqt li t-tnejn huma alleati ewlenin internazzjonali kemm bilateralment kif ukoll permezz tan-NATO, u f'oqsma bħalma huma l-ftehim nukleari mal-Iran, is-Sirja u l-Ukrajna; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li din ir-relazzjoni tkompli, fuq il-bażi ta' valuri kondiviżi, wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-Istati Uniti ta' Novembru 2016;

Il-bini tar-reżiljenza u investiment f'approċċ komprensiv ġenwin: żvilupp, appoġġ u tisħiħ

41.  Jenfasizza li l-iżgurar tal-paċi u l-istabbiltà fil-kontinent tagħna, fil-viċinat tagħna u fl-Afrika issa jrid ikun fil-qalba tal-azzjoni tal-Ewropa; jirrikonoxxi li ma jistax ikun hemm żvilupp sostenibbli mingħajr is-sigurtà, u li l-iżvilupp sostenibbli hu rekwiżit għas-sigurtà, l-istabbiltà, il-ġustizzja soċjali u d-demokrazija; huwa tal-fehma li hemm bżonn jiġu ttrattati l-kawżi fundamentali tal-instabbiltà u tal-migrazzjoni irregolari u furzata, jiġifieri l-faqar, in-nuqqas ta' opportunitajiet ekonomiċi, il-kunflitt armat, il-governanza ħażina, it-tibdil fil-klima, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, l-inugwaljanza u politiki kummerċjali li ma jindirizzawx dawn l-isfidi; jemmen li s-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-kummerċ huma partijiet tal-istess strateġija komprensiva u għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp kif minqux fl-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona; jappella għal azzjoni Ewropea u internazzjonali (NU/G20) kontra t-trasferimenti finanzjarji illegali barra mill-Afrika;

42.  Jisħaq fuq il-fatt li l-UE jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-viċinat tagħha, bl-użu tal-għodod tal-politika kollha disponibbli, inklużi l-kummerċ, l-għajnuna għall-iżvilupp, il-politika ambjentali u d-diplomazija, kif ukoll il-kapaċitajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet; jilqa' f'dan ir-rigward, is-sħubiji ta' migrazzjoni ġodda tal-UE u Pjan ta' Investiment Estern, u jitlob li jkun involut fl-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ ġdid lejn l-Afrika, ibbażat fuq il-valuri u l-prinċipji tal-UE, biex b'hekk jiġu pprovduti opportunitajiet aħjar għall-kummerċ, l-investiment, l-aċċess għall-enerġija u t-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-pajjiżi Afrikani fil-bini ta' istituzzjonijiet demokratiċi, trasparenti u effettivi u miżuri biex jittaffa l-impatt tat-tibdil fil-klima; jinsab konvint li l-UE għandha teżamina mill-ġdid il-politiki tagħha dwar l-iżvilupp u l-kummerċ sabiex tiżgura li dawn huma skont il-valuri tagħna u jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet; jistieden lill-UE, u b'mod partikolari l-Istati Membri, jiġġieldu kontra t-trasferimenti finanzjarji illeċiti u biex iżidu b'mod sinifikanti l-impenji finanzjarji tagħhom fir-reġjun, inkluż permezz tal-Fond Fiduċjarju għall-Afrika u l-Pjan ta' Investiment Estern u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; jissottolinja r-rwol importanti tal-UE fl-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenda 2030; jemmen li s-settur privat jista' jkollu rwol importanti fl-iżvilupp jekk jaġixxi fi ħdan qafas legalment vinkolanti li jiddefinixxi r-responsabbiltajiet tas-settur tan-negozju fir-rigward tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, dawk soċjali u ambjentali;

43.  Jirrikonoxxi li l-għoti ta' għajnuna lill-vittmi ta' diżastri, ir-rifuġjati u oħrajn fil-bżonn min-naħa tal-UE wassal għal riżultati mħallta;

44.  Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-kawżi bażiċi tat-terroriżmu u tar-radikalizzazzjoni, li l-aktar li jaffetwaw l-Afrika tal-Punent, is-Saħel, il-Qarn tal-Afrika u l-Lvant Nofsani, u li huma mmirati lejn l-Ewropa fuq livell mingħajr preċedent; iħeġġeġ lill-UE twettaq sforzi diplomatiċi koordinati, flimkien mal-Istati Uniti u alleati internazzjonali oħrajn, biex tikkonvinċi lis-sħab fir-reġjun, bħat-Turkija, l-Arabja Sawdija u l-Iran, dwar il-bżonn ta' strateġija komuni u b'bażi ġuridika fir-rigward ta' din l-isfida globali; jinkoraġġixxi aktar sforzi biex ikun hemm kooperazzjoni u koordinament ma' pajjiżi oħra f'din il-ġlieda u jħeġġeġ lill-atturi statali u mhux statali fir-reġjun joqogħdu lura milli jalimentaw aktar it-tensjonijiet settarji u etniċi; jesprimi tħassib serju dwar il-ksur gravi tad-dritt internazzjonali umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen, inkluż l-attakk bil-bombi tal-funeral f'Sanaa fit-8 ta' Ottubru 2016; jitlob b'urġenza investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar dan u ksur ieħor tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jissospendu kull kooperazzjoni fil-Jemen sakemm tali ksur jiġi investigat u dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja; jitlob it-tmiem immedjat tal-imblokk tal-Jemen u jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt jerġgħu jibdew id-djalogu u jaħdmu lejn waqfien mill-ġlied sostenibbli; jinsisti li m'hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-kunflitt;

45.  Iħeġġeġ sabiex jiġu stabbiliti oqfsa tematiċi biex joffru kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-pajjiżi sħab fil-Viċinat tan-Nofsinhar u atturi reġjonali ewlenin, speċjalment fl-Afrika, dwar kwistjonijiet reġjonali bħas-sigurtà, l-iżvilupp, l-enerġija u l-ġestjoni tal-flussi migratorji; jemmen li l-viċinat tagħna jaf ikun aktar reżiljenti jekk ikun jista' jiġi organizzat fi ħdan qafas ta' kooperazzjoni reġjonali li jippermetti li jinstabu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi tal-migrazzjoni, it-terroriżmu u l-iżvilupp, fost affarijiet oħra; jistieden għalhekk lill-UE taħdem mal-pajjiżi ġirien tagħha tal-Magreb biex terġa' tniedi u tiżviluppa aktar l-Unjoni tal-Magreb Għarbi;

46.  Ifakkar li r-reġjun tas-Saħel u żoni ġeografiċi oħrajn konnessi huma reġjuni ta' prijorità għall-iżgurar tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, u jenfasizza l-fraġilità tas-sitwazzjoni tas-sigurtà hemmhekk u l-konsegwenzi possibbli ta' dan it-taqlib attwali; jistieden lill-UE taħdem biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u s-Saħel fil-ġlieda kontra ż-żieda tal-attivitajiet terroristiċi fir-reġjun Saħel-Saħara; jenfasizza li l-kundizzjonijiet ħorox tal-għajxien f'ċerti postijiet jistgħu jixprunaw lil sezzjoni tal-popolazzjoni lejn l-alternattiva tat-terroriżmu Iżlamiku; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' strateġija koerenti u robusta għar-reġjun tas-Saħel bl-għan li titjieb il-governanza u l-obbligu ta' rendikont u l-leġittimità tal-istati u tal-istituzzjonijiet reġjonali, tissaħħaħ is-sigurtà, jiġu indirizzati r-radikalizzazzjoni, it-traffikar tal-persuni, l-armi u d-droga, u jissaħħu l-politiki ekonomiċi u tal-iżvilupp; jinsab konvint li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' organizzazzjonijiet reġjonali u sub-reġjonali, speċjalment fl-Afrika, huwa kruċjali fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-kooperazzjoni fis-sigurtà; jenfasizza li l-UE jeħtieġ tagħti tweġiba reali għal din is-sitwazzjoni tas-sigurtà, mhux biss ekonomikament, iżda wkoll politikament u militarment;

47.  Jenfasizza l-importanza li tinstab soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt fis-Sirja f'konformità mal-proċess ta' transizzjoni stabbilit fil-Communiqué ta' Ġinevra u r-riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU); jappoġġa l-isforzi mmexxija min-NU bil-ħsieb li jiffaċilitaw in-negozjati bejn il-partijiet kollha involuti fil-kunflitt Sirjan dwar ftehim politiku inklużiv; jitlob lill-VP/RGħ tħejji b'mod urġenti strateġija Ewropea għas-Sirja; jinsab konvint li n-negozjati bilaterali bejn ir-Russja u l-Istati Uniti mhux se jkunu biżżejjed biex ikun hemm risposta sostenibbli għall-kriżi Sirjana; jistieden lill-UE tmur lil hinn mill-pożizzjoni tagħha ta' marġinalizzazzjoni diplomatika u tuża l-influwenza tagħha fuq atturi ewlenin bħall-Iran, l-Arabja Sawdija, it-Turkija, il-Qatar u r-Russja sabiex tiżgura li jieħdu pożizzjoni kostruttiva u jżommu lura milli jikkontribwixxu għal deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni; ikompli jħeġġeġ lill-membri kollha tal-KSNU jonoraw ir-responsabbilitajiet tagħhom rigward il-kriżi; ifakkar fl-użu ripetut tal-veto mir-Russja u oħrajn fil-KSNU u jqis li dan l-użu jmorru kontra l-isforzi internazzjonali għall-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti fis-Sirja u fir-reġjun; jenfasizza li għandhom jiġu kkunsidrati sanzjonijiet kontra dawk l-individwi u entitajiet involuti kollha f'delitti kontra l-umanità fis-Sirja; jesprimi tħassib serju dwar il-ksur kbir u mifrux tad-dritt umanitarju internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem imwettaq min-naħat kollha tal-kunflitt Sirjan u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont għal abbużi bħal dawn; itenni l-appoġġ tiegħu lill-pajjiżi ġirien tas-Sirja li qed jiffaċċjaw sfidi enormi biex jospitaw miljuni ta' rifuġjati; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-indipendenza, l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Iraq u s-Sirja, fejn id-drittijiet tal-gruppi etniċi u reliġjużi kollha jkunu rispettati bis-sħiħ;

48.  Jirrikonoxxi r-rwol tat-Turkija bħala sieħeb importanti fis-soluzzjoni tal-kunflitt Sirjan, fil-ġlieda kontra l-IS/Daesh fis-Sirja u l-Iraq u l-kriżi tal-migrazzjoni; jikkundanna bil-qawwa t-tentattiv ta' kolp ta' stat kontra l-gvern elett demokratikament tat-Turkija; iħeġġeġ lill-Gvern Tork iħares l-ordni kostituzzjonali, filwaqt li jissottolinja l-importanza tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-midja wara l-kolp ta' stat, skont l-impenji tiegħu bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa; jenfasizza li t-Turkija għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropea sabiex tiżgura li l-proċeduri kollha jirrispettaw l-istat tad-dritt; jinsab allarmat minħabba n-natura repressiva u l-grad ta' purifikazzjoni mnedija wara l-attentat ta' kolp ta' stat, li tefa' lura b'mod serju l-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta' każijiet ta' użu eċċessiv ta' forza mill-pulizija u t-trattament ħażin tad-detenuti, l-impunità persistenti għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u l-indipendenza dejjem tonqos tal-ġudikatura;

49.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinkiseb soluzzjoni ta' żewġ stati għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani – abbażi ta' parametri stipulati fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Lulju 2014 – li tiggarantixxi Stat tal-Iżrael sikur u Stat Palestinjan vijabbli fuq il-bażi tal-fruntieri tal-1967 u ssolvi l-kwistjonijiet kollha dwar status permanenti sabiex jintemm il-kunflitt; jistieden lill-UE terfa' r-responsabbiltà tagħha u ssir attur u faċilitatur ġenwin fil-proċess demokratiku; jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE jieħdu passi b'mod urġenti biex iħarsu l-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati u joħolqu dinamika pożittiva lejn negozjati ta' paċi ġenwini; jistieden lill-awtoritajiet Iżraeljani biex immedjatament itemmu u jreġġgħu lura l-politika ta' insedjament tagħhom; jenfasizza li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-partijiet kollha u fiċ-ċirkostanzi kollha jibqa' prekundizzjoni essenzjali biex tintlaħaq paċi ġusta u dejjiema; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-koerenza tal-politika tal-UE fir-rigward ta' sitwazzjonijiet li jinvolvu okkupazzjoni jew annessjoni tat-territorju;

50.  Jemmen li l-ġlieda kontra t-traffikanti tal-bnedmin hija possibbli biss meta jkun hemm kooperazzjoni mal-pajjiżi fuq in-naħa l-oħra tal-Mediterran u fl-Afrika kollha li hija bbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u jemmen, f'dan ir-rigward, li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkooperaw mas-sħab internazzjonali biex jindirizzaw il-fatturi li qed iwasslu għall-migrazzjoni;

51.  Jappoġġa bil-qawwa t-tisħiħ tar-Responsabbiltà ta' Protezzjoni (R2P) bħala prinċipju ta' tmexxija importanti fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tul l-ispettru tal-kunflitt, kif ukoll dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp;

Is-saħħa tad-diplomazija Ewropea: għarfien, impenn u impatt

52.  Jenfasizza l-potenzjal enormi tal-UE bħala superpotenza diplomatika, li huwa bbażat fuq firxa wiesgħa ta' strumenti għad-dispożizzjoni tagħna u fuq is-setgħa tagħna bbażata fuq il-valuri fil-qasam tad-demokrazija, il-libertà u d-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza f'dan il-kuntest, ir-rwol ċentrali ta' koordinament tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, is-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi;

53.  Jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-prevenzjoni tal-kunflitti, l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-instabbiltà u l-iżġurar tas-sigurtà tal-bniedem; jirrikonoxxi li azzjonijiet preventivi bikrija kontra riskji fit-tul ta' kunflitt vjolenti huma aktar effettivi, jieħdu inqas żmien u huma anqas għaljin minn operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi; iħeġġeġ lill-UE turi tmexxija politika fid-diplomazija preventiva u l-medjazzjoni f'kunflitti; jilqa' f'dan ir-rigward ir-rwol tas-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-Kunflitti tal-UE, il-Grupp ta' Appoġġ għall-Medjazzjoni tas-SEAE u l-Istitut Ewropew għall-Paċi; jitlob l-iżvilupp ulterjuri tal-kapaċitajiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti u ta' medjazzjoni tal-UE; jenfasizza li l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-taħdidiet ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti hija kruċjali għall-promozzjoni tad-drittijiet u l-parteċipazzjoni tan-nisa, u li hija l-ewwel pass lejn l-inklużjoni sħiħa tagħhom fil-proċessi ta' tranżizzjoni futuri; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jżidu r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi maħsuba biex jittrattaw il-medjazzjoni, id-djalogu, ir-rikonċiljazzjoni u r-reazzjoni għall-kriżijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu b'mod strett man-normi stabbiliti mill-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi u sabiex iwaqqfu l-kummerċ tal-armi ma' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kriterji elenkati; jinsisti li l-UE tintensifika d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni dwar id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi;

54.  Iħeġġeġ bil-qawwa aktar negozjati dwar ir-riunifikazzjoni ta' Ċipru sabiex tintlaħaq konklużjoni rapida u ta' suċċess;

55.  Jemmen li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jridu jiżviluppaw politika estera, ta' sigurtà u difiża li tirrispetta l-interessi nazzjonali iżda wkoll tfittex li taħdem ma' sħab internazzjonali, in-Nazzjonijiet Uniti, l-NGOs, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u oħrajn dwar kwistjonijiet ta' interess komuni u sabiex jiġu promossi l-paċi, il-prosperità u l-istabbiltà madwar id-dinja; jisħaq fuq il-bżonn ta' kooperazzjoni mill-qrib ma' potenzi globali u reġjonali oħrajn dwar theddidiet u sfidi globali; jenfasizza b'mod partikolari l-importanza kruċjali tar-relazzjoni trans-Atlantika, li hija bbażata fuq interessi u valuri komuni; jirrimarka li t-tiġdid ta' dawn is-sħubijiet strateġiċi, bl-għan li jinbidlu fi strument effettiv ta' politika estera, għandu jkun prijorità għall-UE;

56.  Huwa tal-fehma li l-UE għandha ttejjeb u tintensifika l-isforzi diplomatiċi tagħha fl-Asja, inkluż mal-ASEAN, sabiex tikkontribwixxi għal aktar stabbiltà u sigurtà f'żoni ta' kunflitt b'tensjonijiet imġedda, filwaqt li taħdem mill-qrib ma' sħabha fir-reġjun u tiddefendi d-dritt internazzjonali, inkluż fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u fl-Oċean Indjan, sabiex tindirizza kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jinnota l-ħtieġa li l-UE tkompli tappoġġa l-iżvilupp ta' relazzjonijiet paċifiċi bejn iċ-Ċina u l-pajjiżi ġirien tagħha madwar il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, inkluż il-Vjetnam, it-Tajwan u l-Filippini, permezz ta' mekkaniżmi multilaterali kostruttivi bilaterali u inklużivi; jemmen li ma jistax ikun hemm tisħiħ u tiġdid tal-istrutturi ta' ordni internazzjonali mingħajr l-Asja, u b'mod partikolari ċ-Ċina; jenfasizza li, fid-dawl tal-ambizzjonijiet globali taċ-Ċina, ir-relazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina għandha testendi lil hinn mir-rabtiet ekonomiċi biex issir aktar komprensiva u tiffoka fuq ir-rwol taċ-Ċina fin-NU, l-influwenza tagħha f'kunflitti reġjonali fil-viċinat tagħha, u l-kontribut tagħha biex tindirizza l-isfidi globali;

57.  Jistieden lill-UE ma tirtirax kompletament minn żoni li attwalment huma ta' inqas interess strateġiku, iżda li jistgħu jerġgħu jsiru importanti fil-futur, kemm mil-lat ekonomiku jew mil-lat uman jew militari – bħal pereżempju l-Asja Ċentrali, l-Afrika sub-Saħarjana jew l-Artiku, u li qed jattiraw l-interess ta' setgħat oħra fid-dinja;

58.  Ifakkar fl-importanza tas-setgħa bbażata fuq il-valuri tal-Ewropa, u jappella għal aktar tisħiħ tad-diplomazija tal-UE fil-qasam kulturali u xjentifiku sabiex jiġu pproġettati u promossi l-kwalitajiet u l-valuri Ewropej lil hinn mill-fruntieri tagħna; jinnota wkoll is-setgħa ta' diplomazija ekonomika, fost l-oħrajn is-sanzjonijiet, bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;

59.  Jenfasizza r-rwol tad-diplomazija parlamentari għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni politika mas-sħab tal-UE;

60.  Jenfasizza l-ħtieġa għal rwol imsaħħaħ tal-parlamenti nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, inkluż permezz ta' kooperazzjoni intensifikata bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali dwar kwistjonijiet ta' politika estera u ta' sigurtà tal-UE;

61.  Jenfasizza r-rwol tal-atturi mhux statali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala atturi fid-diplomazija u sħab ewlenin tal-UE, u jenfasizza l-importanza li tingħatalhom għajnuna mill-UE u li jkun hemm involviment magħhom;

62.  Jisħaq fuq il-bżonn li titħaffef il-konsolidazzjoni tas-Servizz Diplomatiku Ewropew komplut, u b'mod partikolari li jissaħħu l-għarfien espert tematiku tiegħu u l-kapaċità tiegħu ta' ppjanar politiku strateġiku u ta' tbassir, kif ukoll il-qasam tal-intelligence; iqis li huwa importanti li r-rappreżentazzjonijiet tas-SEAE f'żoni ta' kriżi jingħatalhom rwol konsulari bil-ħsieb li jgħinu liċ-ċittadini tal-UE; jinsisti fuq il-bżonn ta' bilanċ ġust bejn id-diplomatiċi ssekondati mill-Istati Membri u l-uffiċjali tal-UE fis-SEAE, inkluż f'pożizzjonijiet maniġerjali;

63.  Jisħaq fuq il-fatt li l-mezzi finanzjarji disponibbli għall-azzjoni esterna tal-UE ma jikkorrispondux mal-isfidi li qed niffaċċjaw; jappella, f'dan ir-rigward, għal żieda sostanzjali fir-riżorsi disponibbli fl-Intestatura IV tal-QFP fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss;

64.  Jappella wkoll għal aktar obbligu ta' rendikont u trasparenza, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam man-negozjar ta' ftehimiet internazzjonali;

65.  Jiddispjaċih ħafna dwar il-baġit limitat ta' madwar EUR 320 miljun (0.2 % tal-baġit tal-UE) fuq il-PESK tal-UE, u jitlob li jkun hemm ġestjoni aħjar tal-flussi finanzjarji biex jimplimentaw dan il-baġit; jenfasizza li l-allokazzjonijiet tal-baġit deċiżi għall-2016 baqgħu fl-istess livell tal-2015 u li, b'EUR 5 miljun addizzjonali f'miżuri ta' sigurtà approvati għall-missjoni EUCAP Saħel Mali u EUR 10 miljun għall-EUBAM Libya, il-marġni disponibbli fl-aħħar ta' Marzu 2016 kien jammonta għal EUR 170 miljun; jesprimi t-tħassib tiegħu għan-nuqqas ta' riżorsi disponibbli fid-dawl tal-impenji li jridu jiġu ssodisfati matul l-2016, b'baġit addizzjonali ta' EUR 169 miljun previst sempliċement biex jitkomplew dawk il-missjonijiet li jintemmu fl-2016;

66.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-kultura fil-politika estera tal-UE fil-promozzjoni ta' djalogu u ta' fehim u tagħlim reċiproku; jenfasizza li politiki kulturali u edukattivi mmirati jistgħu jappoġġaw objettivi ewlenin tal-politika estera u ta' sigurtà tal-UE u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem; itenni r-rwol tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż fil-ġlieda kontra l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni u l-marġinalizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE iqisu d-diplomazija kulturali u d-djalogu interkulturali fl-istrumenti tar-relazzjonijiet esterni tal-UE u fl-aġenda tal-UE għall-iżvilupp; jistieden lis-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja kollha biex jaħtru uffiċjal għall-kultura f'kull rappreżentanza tal-UE f'pajjiżi terzi sħab; jenfasizza ulterjorment ir-rwol kruċjali tal-edukazzjoni biex jitrawmu ċ-ċittadinanza u l-ħiliet interkulturali, kif ukoll biex jissawru prospetti ekonomiċi aħjar u titjieb is-saħħa; iħeġġeġ l-isforzi attwali tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ ir-rwol tax-xjenza u l-kooperazzjoni fir-riċerka bħala għodda ta' setgħa ta' persważjoni fir-relazzjonijiet esterni Ewropej; jenfasizza l-mod li bih l-iskambju xjentifiku jista' jikkontribwixxi għall-bini ta' koalizzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, partikolarment fir-relazzjoni mal-pajjiżi tal-viċinat tal-UE;

o
o   o

67.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0249.


Għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli
PDF 387kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli (2016/2034(INI))
P8_TA(2016)0504A8-0339/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu l-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Marzu 2016 imħejji għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament Ewropew bit-titolu “State of Play of Risk Management Tools Implemented by Member States during the period 2014-2020: National and European Frameworks” (Sitwazzjoni attwali dwar l-għodod għall-ġestjoni ta' riskji implimentati mill-Istati Membri għall-perjodu 2014-2020: Oqfsa nazzjonali u Ewropej),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0339/2016),

A.  billi l-instabilità u l-volatilità tal-prezzijiet minn dejjem ikkaratterizzaw is-swieq agrikoli, u f'dawn l-aħħar ftit snin, dovut għal għadd ta' xokkijiet tad-domanda, offerta u prezzijiet b'suċċessjoni rapida, saru fattur strutturali tal-agrikoltura kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak dinji;

B.  billi l-agrikoltura trid tilqa' l-isfida ewlenija tat-tkabbir fil-popolazzjoni dinjija, filwaqt li parti kbira tal-popolazzjoni dinjija għadha nieqsa mill-ikel, u billi l-volatilità tas-swieq agrikoli b'rabta ma' varjazzjonijiet fil-produzzjoni u żbilanċi bejn il-provvista u d-domanda ser ikomplu jikbru;

C.  billi t-tibdil fil-klima u pesti agrikoli jaffettwaw b'mod negattiv il-livelli ta' produzzjoni agrikola, u l-manifestazzjonijiet ta' tibdil fil-klima bħal nixfiet u għargħar jikkontribwixxu għall-volatilità tal-prezzijiet;

D.  billi l-kundizzjonijiet makroekonomiċi jista' jkollhom rwol ewlieni fil-volatilità tal-prezzijiet, inklużi l-fatturi strutturali bħal rati tal-kambju, prezzijiet tal-enerġija u fertilizzanti, rati tal-imgħax u spekulazzjoni fis-swieq agrikoli;

E.  billi barra l-UE l-atturi ewlenin fis-swieq agrikoli qed jintroduċu politiki li għandhom l-għan li jrażżnu l-volatilità, u billi l-G20 dwar l-agrikoltura impenjat ruħha wkoll li tindirizza din il-kwistjoni, fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, billi tittieħed azzjoni biex jiġi miġġieled l-impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-ikel tal-volatilità eċċessiva tal-prezzijiet ta' materja prima agrikola;

F.  billi kull reġjun fid-dinja għandu l-mudelli ta' produzzjoni tiegħu, kif ukoll miżuri differenti stabbiliti fir-rigward tal-ambjent u l-benessri tal-annimali, li jista’ jkollhom implikazzjonijiet serji għall-ispejjeż u l-prezzijiet tal-produzzjoni, u billi l-bdiewa Ewropej għandhom ikunu jistgħu jikkompetu fis-suq dinji;

G.  billi l-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli tista' tissaħħaħ permezz ta' għażliet politiċi, bħall-impożizzjoni ta' embargoes kummerċjali;

H.  billi l-Unjoni Ewropea bħalissa m'għandhiex sistema ta' sikurezza ġenwina biex trażżan il-volatilità tas-suq, li sservi ta' diżinċentiv qawwi biex il-bdiewa jkomplu jaħdmu fit-territorju tal-UE;

I.  billi f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, il-ftuħ tas-suq u l-għażliet li jwasslu għal globalizzazzjoni ekonomika, speċjalment taħt l-impuls tal-ftehimiet tad-WTO u ta' ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ, ippermettew fluwidità akbar fis-suq iżda kellhom ukoll rwol fiż-żieda tal-fenomenu tal-volatilità tal-prezzijiet fl-agrikoltura;

J.  billi l-bdiewa qed iġarrbu spejjeż ta' produzzjoni dejjem ogħla u żieda fid-dejn tal-azjendi agrikoli, u billi 2,4 miljun razzett fl-UE għalqu bejn l-2005 u l-2010, li wassal għal telf ta' għadd kbir ta' impjiegi f'żoni rurali;

K.  billi s-swieq agrikoli, bħala l-punt ta' lqugħ bejn il-provvista u d-domanda, huma intrinsikament instabbli, u billi l-preżenza ta' atturi finanzjarji għandha t-tendenza li ssaħħaħ din l-instabilità, u l-elastiċità limitata tad-domanda globali għall-ikel u l-provvista tal-prodotti agrikoli jikkontribwixxu għal żieda fl-effett ta' żbilanċi reali jew ipperċepiti fuq il-parteċipanti fis-suq, b'impatt xi kultant xokkanti fuq il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli;

L.  billi l-finanzjalizzazzjoni tal-ekonomija dinjija u l-ispekulazzjoni li takkumpanjaha jista' jkollhom impatt fuq is-swieq agrikoli u jistgħu jikkontribwixxu biex iżidu l-iżbilanċ tagħhom u l-volatilità tal-prezzijiet, b'materja prima agrikola li qed tintuża biss bħala assi finanzjarji; kif ġie enfasizzat mill-irvellijiet tal-ġuħ terribbli fl-2008, dan il-finanzjalizzazzjoni eċċessiva tista' tkun devastanti u etikament kundannabbli jekk thedded is-sigurtà tal-ikel tal-ifqar nies u dawk mingħajr ikel fid-dinja;

M.  billi l-Unjoni Ewropea għandha r-responsabilità li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa u l-pożizzjoni kompetittiva tal-bdiewa tal-Ewropej u l-ortikulturi tas-suq fis-suq dinji;

N.  billi s-settur tal-agrikoltura u dak agroalimentari huma importanti għall-ekonomija tal-UE u għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għat-tkabbir sostenibbli;

O.  billi l-volatilità tal-prezzijiet toħloq livell għoli ta' inċertezza fost il-produtturi u l-konsumaturi, b'tal-ewwel jaraw id-dħul tagħhom u l-kapaċità li jinvestu, u għalhekk il-vijabilità fit-tul tal-attivitajiet tagħhom, mhedda meta l-prezzijiet ikunu baxxi, filwaqt li l-kapaċità tal-konsumaturi li jitimgħu lilhom infushom u li jkollhom aċċess għal oġġetti bażiċi tista' tiġi kompromessa miż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel, u b'hekk jingħata lok għal sitwazzjonijiet ta' kriżi;

P.  billi l-volatilità tal-prezzijiet hija ta' ħsara għas-setturi tal-biedja u agroalimentari, li huma ta' detriment għall-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi u li jista' wkoll jaffettwa serjament il-provvista tal-konsumatur, is-sigurtà tal-ikel u l-operat bla xkiel tal-PAK;

Q.  billi l-volatilità tal-prezzijiet jolqot il-kapaċità tal-bdiewa li jinvestu u joħolqu l-impjiegi, li jiskoraġġixxi l-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni, lill-bdiewa żgħażagħ u t-tiġdid ġenerazzjonali;

R.  billi l-biedja sostenibbli bħala sors ta' ikel ta' kwalità għolja tista' tiġi żgurata biss jekk il-bdiewa jirċievu prezz mal-ħruġ mill-azjenda agrikola li jkopri l-ispejjeż kollha ta' produzzjoni sostenibbli;

S.  billi fil-kuntest tar-‘rivoluzzjoni diġitali’, aktar trasparenza fis-swieq Ewropej u aċċess f'waqtu għal informazzjoni jistgħu jikkontribwixxu, fost għodda oħrajn, biex jillimitaw il-volatilità tas-swieq u tal-prezzijiet permezz ta' aċċess imtejjeb u aktar oġġettiv għal operaturi ekonomiċi għall-iżvilupp tas-swieq agrikoli, billi jgħinu biex tingħata protezzjoni aħjar għad-dħul tal-bdiewa u għall-ġlieda kontra l-ispekulazzjoni fis-swieq agrikoli;

T.  billi tal-PAK kif riformata fl-2013 tinkludi għodda għall-ġestjoni tar-riskju fi ħdan il-qafas tal-politika għall-iżvilupp rurali, u billi 2 % biss tal-baġit tat-tieni pilastru u 0,4 % tal-baġit tal-PAK bħalissa jintefqu fuq din l-għodda;

Is-sitwazzjoni attwali u l-objettivi

1.  Iqis li l-bdiewa se jkunu dejjem aktar esposti għall-volatilità tal-prezzijiet, li tirriżulta minn diversi raġunijiet bħall-instabilità u imperfezzjonijiet tas-swieq agrikoli, il-globalizzazzjoni u s-sofistikazzjoni tas-swieq agrikoli, il-varjabilità ikbar tal-provvista minħabba l-instabilità klimatika, żieda fir-riskji tas-saħħa u l-ekwilibriju inċert fil-provvista tal-ikel;

2.  Iqis li huwa meħtieġ li tiġi adottata politika aktar inċiżiva u koerenti, bi strumenti mmirati fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, sabiex tiġi żgurata produzzjoni agrikola multifunzjonali u sostenibbli fl-Unjoni kollha, flimkien ma' prezzijiet ġusti u remunerattivi, billi jitnaqqsu l-effetti negattivi għal dawk l-operaturi li l-aktar li huma esposti għall-volatilità tal-prezzijiet b'mod partikolari;

3.  Jinnota li s-setturi agrikoli varji għandhom livelli differenti ta' esponiment għall-volatilità tal-prezzijiet u li l-kalibrazzjoni ta' għodod ta' politika pubblika jew strateġiji ta' mitigazzjoni tal-atturi involuti jridu jiġu adattati għal kull settur u għal riskji reali, attwali u futuri li jiffaċċjaw il-bdiewa;

4.  Jinnota li, filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tnaqqas l-appoġġ strateġiku tagħha għall-agrikoltura, il-kompetituri tagħha fis-suq dinji, b'mod partikolari l-Istati Uniti, il-Brażil u ċ-Ċina, jagħmlu disponibbli żieda konsiderevoli ħafna, u li kull ma jmur qed tikber, ta' somom ta' flus pubbliċi għall-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' politika b'rabta mar-riskju, u jipprovdu strumenti li jipproteġu lill-bdiewa mill-effetti tal-volatilità tal-prezzijiet;

5.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea hija l-unika attur agrikou li jibbaża l-politika agrikola tiegħu fuq appoġġ diżakkoppjat mill-produzzjoni, filwaqt li fl-istess ħin neħħiet l-appoġġi strateġiċi tagħha għall-agrikoltura matul is-snin;

6.  Jinnota li fil-Farm Bill tagħhom għall-2014, l-Istati Uniti żviluppaw politiki speċifiċi ta' assigurazzjoni għal setturi agrikoli differenti;

7.  Jinnota li l-PAK evolviet b'mod konsistenti matul l-aħħar deċennji, filwaqt li jibqgħu validi l-objettivi ewlenin tagħha li jiġi żgurat livell ta' għajxien deċenti għall-bdiewa u li jkun hemm provvista stabbli u sikura ta' ikel bi prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi;

8.  Jenfasizza f'dan ir-rigward il-fatt li politika Ewropea komuni hija vitali għal settur li huwa responsabbli biex jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel u li għandha rwol ewlieni fl-użu ta' riżorsi naturali u l-iżvilupp ekonomiku u ambjentali sostenibbli ta' żoni rurali;

9.  Jenfasizza l-importanza li jintużaw sinerġiji bejn il-PAK u politiki oħra tal-UE;

10.  Jinnota li l-aħħar riformi tal-PAK diżakkoppjaw kważi kompletament l-għajnuna diretta mill-produzzjoni, komplew il-proċess ta' konverġenza għal pagamenti diretti u adottaw problemi soċjali u, b'mod partikolari, ambjentali b'mod aktar wiesa';

11.  Jinnota bi tħassib it-tnaqqis tar-riżorsi tal-PAK matul is-snin, b'mod partikolari dawk iddedikati għal miżuri ta' organizzazzjoni komuni tas-suq (OKS), il-ftuħ tal-prospett ta' rinazzjonalizzazzjoni tal-PAK, u l-imminar ta' kundizzjonijiet ġusti u ekwi fis-suq uniku tal-UE;

12.  Jenfasizza li d-dħul annwali medju tal-bdiewa tal-UE staġna jew saħansitra naqas matul l-aħħar 10 snin, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu b'mod kontinwu, li rriżulta fi tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta' azjendi agrikoli, bit-theddida ta' ħafna telf ta' impjiegi f'żoni rurali;

13.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tuża l-marġini ta' manuvra finanzjarja kollha għad-dispożizzjoni tagħha fl-OKS unika;

14.  Jiddispjaċih dwar ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-għodod tal-OKS unika biex jitnaqqas l-impatt negattiv tal-volatilità tal-prezzijiet u jingħeleb it-tfixkil tas-suq;

15.  Jirrimarka li l-biċċa l-kbira tal-istrumenti għall-ġestjoni tar-riskju, il-fondi mutwi, l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tad-dħul u ta' assigurazzjoni mogħtija taħt il-programmi tal-iżvilupp rurali qed jiġu implimentati b'mod mhux uniformi u b'baġit limitat ta' finanzjament;

16.  Jirrakkomanda, għalhekk, li l-miżuri tat-tieni pilastru attwali jkunu msaħħa sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea u biex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu involuti mill-qrib fil-proċess ta' implimentazzjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi dettaljata tar-raġunijiet ta' assorbiment dgħajfa tal-għodod disponibbli taħt it-tieni pilastru tal-PAK u tal-implimentazzjoni mhux ottimali tal-OKS unika, bl-għan li tirrevedi d-dispożizzjonijiet rilevanti b'mod xieraq;

18.  Jenfasizza l-importanza li jinżammu l-għajnuniet diretti diżakkoppjati skont il-PAK attwali kif ukoll l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, li tikkostitwixxi kumpens għas-servizzi pubbliċi u komponent vitali biex jiġi żgurat id-dħul tal-bdiewa kif ukoll biex jingħatalhom grad ta' stabilità finanzjarja;

19.  Jenfasizza, madankollu, li l-PAK attwali, li hija nieqsa minn għodod effettivi, responsivi, għadha ma tindirizzax adegwatament il-volatilità akbar li dehret fis-swieq agrikoli u lanqas ma ppermettiet lill-bdiewa jwieġbu għas-sinjali tas-suq jew jiżviluppaw soluzzjonijiet biex ilaħħqu ma' tibdil fil-prezzijiet;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti biex tappoġġa s-settur agrikolu tar-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni muntanjużi u reġjuni żvantaġġati, fejn l-ispejjeż ta' produzzjoni, ħsad u tqegħid fis-suq tal-prodotti barra ż-żoni fejn ikunu ġew prodotti huma ħafna ogħla minn dawk f'oqsma oħra, u tipprovdi indikaturi speċifiċi għall-attivazzjoni ta' miżuri li jservu ta' xibka ta' sigurtà għal swieq agrikoli f'dawn ir-reġjuni;

21.  Iqis li l-awtonomija u s-sigurtà tal-ikel tal-UE, kif ukoll l-iżvilupp ta' settur tal-biedja kompetittiv u sostenibbli madwar l-Unjoni li jissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini, għandhom jibqgħu objettivi strateġiċi għall-futur tal-PAK, filwaqt li jiġi garantit standard ta' għajxien ġust għall-bdiewa bħala kwistjoni ta' urġenza;

22.  Iqis li produzzjoni vijabbli tal-ikel ma tistax teżisti mingħajr il-bdiewa Ewropej, li huma kontinwament esposti għall-volatilità tal-prezzijiet u jiddependu ħafna minn swieq u prezzijiet stabbli, kif ukoll minn finanzjament pubbliku adegwat u miżuri li jippreservaw il-kompetittività tal-azjendi agrikoli u l-irziezet tal-familja;

23.  Jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol importanti ta' bdiewa żgħażagħ u ġodda biex jiġi ggarantit il-futur tal-agrikoltura Ewropea;

Proposti

L-organizzazzjoni tas-setturi u l-kuntrattwalizzazzjoni

24.  Iqis li l-produtturi primarji huma l-aktar ħolqa dgħajfa fil-katina tal-provvista tal-ikel, speċjalment fid-dawl ta' settur tal-ħwienet kbar dejjem aktar ikkonċentrat fil-livell Ewropew u nazzjonali, u għandhom ikunu permessi li jiltaqgħu f'korpi bħalma huma l-kooperattivi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali proprji;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-introduzzjoni ta' sistemi kuntrattwali permezz ta' aġġustament, skont l-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur agrikolu, b'regoli u implimentazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha; iqis li l-objettivi tal-PAK għandhom jibqgħu jipprevalu fuq ir-regoli tal-kompetizzjoni u li kwalunkwe inizjattiva sabiex il-liġi tal-kompetizzjoni tiġi adattata għall-ispeċifiċitajiet tas-settur agrikolu għandha tkun ibbażata fuq ir-Regolament dwar OKS unika;

26.  Jenfasizza li s-setgħa ta' negozjar tal-produtturi għandha tissaħħaħ fil-katina tal-ikel, permezz ta' kuntratti standard, trasparenti, bilanċjati u nnegozjati b'mod kollettiv, sabiex il-bdiewa jitqiegħdu f'pożizzjoni fejn ikunu jistgħu jikkontrobilanċjaw prattiki kummerċjali inġusti, tingħata spinta lill-kompetittività tagħhom, tittejjeb l-istabilità tad-dħul tagħhom, jiġi ġenerat valur miżjud u jsir investiment fl-innovazzjoni;

27.  Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas leġiżlattiv tal-UE li jipprojbixxi prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel, li jistgħu jikkawżaw volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli;

28.  Jenfasizza li dawn il-kuntratti għandhom ikunu twal biżżejjed u għandhom jistabbilixxu l-prezzijiet, il-perjodi ta' pagament u termini oħra għall-provvista ta' prodotti agrikoli;

29.  Iqis li l-bdiewa fid-diversi setturi agrikoli għandhom ikunu jistgħu jinnegozjaw it-termini ta' kuntratti kollettivament permezz ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ta' daqs li jikkorrispondi mad-daqs tal-gruppi industrijali jew ta' distribuzzjoni li jkunu qed jinnegozjaw magħhom;

30.  Jinnota li l-potenzjal offrut minn kuntratti integrati tal-katina ta' provvista fuq terminu twil, kuntratti forward, kuntratti b'marġni fiss, u l-opportunità li “jiġu blukkati” l-prezzijiet li jirriflettu l-ispejjeż tal-produzzjoni għal perjodu ta' żmien stabbilit jista' joffri lill-produtturi għodda biex jimmaniġġjaw l-impatt tal-volatilità fuq il-marġini tagħhom;

31.  Jemmen li l-għażla li jsir użu minn strumenti ġodda fir-relazzjonijiet kuntrattwali għandha tkun disponibbli u li għodod għall-medjazzjoni kuntrattwali għandhom ukoll isiru disponibbli;

32.  Jinnota li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jħeġġu l-fiduċja u d-djalogu fost il-partijiet interessati differenti (produtturi, proċessuri u distributuri) u jiffaċilitaw il-ħolqien ta' valur miżjud permezz ta' inizjattivi konġunti li jgħinu lill-bdiewa jifhmu aħjar is-swieq u l-produzzjoni, il-promozzjoni ta' prattiki tajba u t-trasparenza tas-suq, il-previżjonijiet tal-produzzjoni potenzjali, jgħinu biex tittejjeb il-ġestjoni tal-provvista u jitħejjew kuntratti standard li jkunu kompatibbli mar-regoli u r-regolamenti tal-UE;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi organizzazzjonijiet intersettorjali fil-livell tal-UE biex jiddefendu b'mod konġunt l-interessi tal-produtturi fis-setturi l-aktar orjentati lejn swieq transfruntiera, bħas-settur tal-frott u l-ħaxix;

34.  Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula minn kooperattivi Ewropej biex jgħaqqdu u jtejbu l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-valur, u jemmen li huwa neċessarju li jitħeġġu jaqdu rwol akbar f'setturi agrikoli, biex b'hekk itaffu l-effetti tal-volatilità eċċessiva tas-suq;

Għodod tal-ġestjoni tar-riskju

35.  Jirrakkomanda li l-għodod tal-ġestjoni tar-riskju dwar il-klima, is-saħħa u l-ekonomija, b'mod partikolari d-diversi tipi ta' riskju tal-assigurazzjoni kontra r-riskju għall-produzzjoni agrikola, l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tad-dħul, il-forniment individwali ta' mekkaniżmi u fondi mutwi, għandhom jiġu żviluppati aktar f'PAK orjentata lejn is-suq sabiex jiġu llimitati l-effetti tal-volatilità tal-prezzijiet u jinkoraġġixxu l-ġestjoni tal-azjendi agrikoli li jħarsu ‘l quddiem;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni trawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u tiżviluppa għodod ġodda, li għandhom mhux biss ikunu ġusti, effiċjenti u reattivi, iżda wkoll bi prezz raġonevoli u aċċessibbli għall-bdiewa, sabiex jipprevjenu u jimmaniġġjaw ir-riskji assoċjati mal-volatilità tal-prezzijiet u b'hekk tinħoloq il-bażi għal diskussjoni dwar ir-riformi futuri tal-PAK;

37.  Jenfasizza li dawn l-għodod, flimkien ma' sistema ta' pagament dirett, għandhom ikunu mgħammra b'biżżejjed riżorsi biex tiżdied ir-reżiljenza tal-biedja mingħajr ma titnaqqas il-ħtieġa għal ġestjoni ta' kriżijiet ex-post;

38.  Iqis li fondi mutwi amministrati settorjalment, imwaqqfa fuq l-inizjattiva ta' bdiewa, jistgħu jistabbilizzaw id-dħul tal-bdiewa, sa ċertu punt, peress li l-marġini ta' qligħ fuq il-prodott tagħhom ivarjaw;

39.  Iqis, barra minn hekk, li dawk il-fondi mutwi ma għandhomx jissostitwixxu l-appoġġ mogħti mill-Unjoni u għandhom ikunu kombinati ma' appoġġ nazzjonali;

40.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi billi toffri inċentivi biex jiġu stabbiliti dawn il-fondi, filwaqt li tiggarantixxi li kwalunkwe skema ta' mmaniġġjar tar-riskju għandha tikkonforma mas-sistemi ta' assigurazzjoni adottati fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri, u fejn meħtieġ tikkompletahom;

41.  Iqis li l-volatilità tal-prezzijiet tista' wkoll tiġi ġestita fil-livell nazzjonali, u jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-volatilità tas-suq fir-regoli fiskali tagħhom billi jippermettu lill-bdiewa joħolqu mekkaniżmi ta' forniment individwali li jistgħu ikunu mingħajr taxxa;

42.  Iqis li l-bdiewa huma fost l-aktar atturi vulnerabbli ekonomikament fis-swieq, b'mod partikolari dawk li investew fl-iżvilupp tal-impriżi tagħhom;

43.  Iqis, barra minn hekk, li għandhom jiġu stabbiliti għodod tal-PAK, bħall-assistenza effettiva f'termini ta' likwidità jew l-iskema ta' tfaddil ta' prekawzjoni, sabiex jipprevjenu t-telf tal-impetu għall-investiment;

44.  Jenfasizza l-fatt li l-azjendi agrikoli jistgħu biss jinnovaw jekk l-ispejjeż kapitali huma baxxi u jekk ikun hemm grad ta' likwidità disponibbli; jenfasizza f'dan ir-rigward li dħul stabbli jikkostitwixxi waħda mill-prekundizzjonijiet li jippermettu lill-bdiewa jiksbu aċċess għal self;

45.  Jinnota li r-rwol u l-azzjonijiet tas-settur bankarju għandhom impatt kbir fuq il-produtturi u li ż-żieda fil-livelli ta' dejn tal-azjendi agrikoli żżid piżijiet addizzjonali għas-settur fi żminijiet ta' volatilità;

46.  Jenfasizza l-importanza li l-bdiewa jiġu infurmati aħjar dwar ir-rwol ewlieni tal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-appoġġ u l-iżvilupp tal-ekonomija rurali u dwar kif jistgħu jibbenefikaw minn strumenti finanzjarji innovattivi;

47.  Iqis li għandha tkun disponibbli informazzjoni aħjar dwar il-modernizzazzjoni, is-sostenibilità u l-kompetittività tal-azjendi għall-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, filwaqt li fl-istess ħin jiġu provduti korsijiet ta' taħriġ dwar il-ġestjoni tar-riskju, id-dejta tas-suq, il-marġini u l-volatilità;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u l-gruppi agrikoli, tadotta pjan ta' sensibilizzazzjoni dwar l-għodod tal-ġestjoni tar-riskju disponibbli fil-qafas tat-tieni Pilastru u fl-OKS unika;

49.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jsaħħu l-aspetti msemmija hawn fuq fil-programmi tagħhom ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;

50.  Jemmen li wieħed mill-modi biex jiġu stabbilizzati s-swieq u titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet huwa li jiġi żgurat bilanċ aħjar bejn il-provvista u d-domanda;

Osservatorji tas-suq u tal-prezzijiet agrikoli

51.  Iqis li s-swieq agrikoli għandhom ikunu trasparenti, u dan jista' jinkiseb prinċipalment billi l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni eżistenti dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tkun aktar f'waqtha, faċilment aċċessibbli u utli għall-partijiet interessati kollha fil-katina ta' provvista, mill-produzzjoni sad-distribuzzjoni, biex b'hekk jiġu limitati l-ispekulazzjoni fil-prezzijiet u l-volatilità tal-prezzijiet;

52.  Jinnota, madanakollu, li t-trasparenza tal-prezzijiet fiha nnifisha ma tgħinx biex ittejjeb ir-reżiljenza tal-bdiewa kontra l-volatilità tal-prezzijiet jew biex issolvi difetti strutturali f'organizzazzjoni tas-suq bħall-iżbilanċi bejn il-provvista u d-domanda;

53.  Iħeġġeġ il-ħolqien ta' mappa Ewropea b'informazzjoni f'ħin reali dwar id-disponibilità ta' prodotti agrikoli;

54.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni ta' strumenti addizzjonali ta' monitoraġġ tas-suq f'setturi oħra;

55.  Jenfasizza l-vantaġġ importanti għall-bdiewa li jkunu konxji mill-formazzjoni u ċ-ċaqliq tal-prezzijiet, kif ukoll mit-tendenzi tal-provvista, meta jinnegozjaw kuntratti mal-partijiet interessati l-oħrajn kollha;

56.  Jirrakkomanda l-istabbiliment ta' osservatorji tal-prezzijiet agrikoli Ewropej li jkopru l-katina kollha, mill-prezz tal-produttur sal-prezz finali tal-bejgħ, sabiex tiġi provduta analiżi kontinwa u segment b'segment ta' swieq agrikoli;

57.  Jirrakkomanda l-involviment ta' atturi ekonomiċi meta data aġġornata u rilevanti dwar il-movimenti u l-previżjonijiet fuq medda qasira u medja ta' żmien issir disponibbli f'intervalli ta' kull xahar jew kull xahrejn korrispondenti għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur rilevanti;

58.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex l-osservatorji ikunu jistgħu jagħmlu rakkomandazzjonijiet, u mhux biss sempliċement jimmonitorjaw it-tfixkil;

Għodod ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kriżijiet

59.  Huwa tal-fehma li l-għodod tradizzjonali tal-PAK għall-ġestjoni tal-kriżijiet (intervent pubbliku u ħżin privat) mhumiex effettivi biżżejjed f'ekonomija globalizzata;

60.  Jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod kombinabbli u/jew kumplimentari fis-settur pubbliku u f'dak privat, flimkien ma' mekkaniżmu ta' twissija bikrija speċifiku u vinkolanti sabiex tiżgura l-funzjonament xieraq tas-swieq u tikkontrobatti l-kriżijiet tas-suq;

61.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tuża l-għodod kollha li diġà għandha għad-dispożizzjoni tagħha fl-OKS unika biex tiġġieled il-kriżijiet;

62.  Jiddispjaċih dwar l-użu baxx tar-riżerva ta' kriżi, prinċipalment dovut għar-regoli baġitarji, b'mod partikolari r-regola tal-annwalità, u għas-setgħa diskrezzjonali li tgawdi l-Kummissjoni meta tiġi biex jirrilaxxa l-fondi mir-riżerva;

63.  Jitlob, għalhekk, biex ir-riżerva ta' kriżi tiġi kostitwita barra l-baġit tal-PAK, u biex din isservi bħala sors ta' finanzjament għal għodod għall-ġestjoni ta' kriżijiet;

64.  Iħares lejn miżuri kontroċikliċi bħala għodod ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kriżijiet, flimkien ma' għodod ta' ġestjoni tar-riskju, li permezz tagħhom l-UE tista' tintervjeni fi swieq agrikoli f'każijiet ta' kriżijiet ta' forza maġġuri, sabiex jiġi evitat tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar kif għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi biex jevitaw u jiġġieldu l-kriżijiet dovuti għall-volatilità tal-prezzijiet bl-użu ta' għajnuniet kontroċikliċi, u tipprovdi għal aktar flessibilità fil-baġit annwali, fil-limiti tal-pakkett finanzjarju pluriennali, sabiex jitqiesu l-għajnuniet kontroċikliċi;

o
o   o

66.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Avviż legali