Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0262(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0024/2017

Testi mressqa :

A8-0024/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2017 - 8.6

Testi adottati :

P8_TA(2017)0024

Testi adottati
PDF 248kWORD 47k
It-Tlieta, 14 ta' Frar 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Is-soġġettar tas-sustanza psikoattiva ġdida metil-2-[[1-(ċikloħeksilmetil)-1H-indol-3-karbonil]amino]-3,3-dimetilbutanoat (MDMB-CHMICA) għal miżuri ta' kontroll *
P8_TA(2017)0024A8-0024/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar is-soġġettar tas-sustanza psikoattiva ġdida metil-2-[[1-(ċikloħeksilmetil)-1H-indol-3-karbonil]amino]-3,3-dimetilbutanoat (MDMB-CHMICA) għal miżuri ta' kontroll (12356/2016 – C8-0405/2016 – 2016/0262(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (12356/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0405/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0024/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.

Avviż legali