Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0205(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0009/2017

Testi mressqa :

A8-0009/2017

Dibattiti :

PV 15/02/2017 - 4
CRE 15/02/2017 - 4

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2017 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0030

Testi adottati
PDF 246kWORD 47k
L-Erbgħa, 15 ta' Frar 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada u l-UE ***
P8_TA(2017)0030A8-0009/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (10975/2016 – C8-0438/2016 – 2016/0205(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10975/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (10973/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 192(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), il-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0438/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0009/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.

Avviż legali