Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0269(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0251/2016

Testi mressqa :

A8-0251/2016

Dibattiti :

PV 14/03/2017 - 3
CRE 14/03/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2017 - 6.4
CRE 14/03/2017 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0068

Testi adottati
PDF 343kWORD 60k
It-Tlieta, 14 ta' Marzu 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi ***I
P8_TA(2017)0068A8-0251/2016
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (COM(2015)0750 – C8-0358/2015 – 2015/0269(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0750),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0358/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Pollakk u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0251/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 77.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi
P8_TC1-COD(2015)0269

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva (UE) 2017/853.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza ta' standard għad-diżattivazzjoni li jiffunzjona tajjeb, u li jikkontribwixxi għal titjib fil-livelli ta' sikurezza u jagħti lill-awtoritajiet serħan il-moħħ li l-armi diżattivati jiġu diżattivati kif suppost u b'mod effikaċi.

Il-Kummissjoni, għalhekk, se taċċelera l-ħidma fuq ir-reviżjoni tal-kriterji ta' diżattivazzjoni mwettqa mill-esperti nazzjonali fil-Kumitat imwaqqaf skont id-Direttiva 91/477/KEE sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta, sal-aħħar ta' Mejju 2017, skont il-proċedura ta' kumitat stabbilita mid-Direttiva 91/477/KEE u soġġett għal opinjoni pożittiva min-naħa tal-esperti nazzjonali, Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw bis-sħiħ l-aċċelerazzjoni ta' din il-ħidma.

Avviż legali