Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0048/2017

Testi mressqa :

A8-0048/2017

Dibattiti :

PV 04/04/2017 - 5
CRE 04/04/2017 - 5
PV 18/04/2018 - 21
CRE 18/04/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2017 - 7.2
CRE 04/04/2017 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 19/04/2018 - 10.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0097
P8_TA(2018)0179

Testi adottati
PDF 1385kWORD 149k
It-Tlieta, 4 ta' April 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
L-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ***I
P8_TA(2017)0097A8-0048/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-4 ta' April 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (COM(2016)0031 – C8-0015/2016 – 2016/0014(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn għandu jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Ir-regoli tas-suq intern għandhom ikunu trasparenti, sempliċi u konsistenti, sabiex b'hekk jiġu pprovduti ċertezza u ċarezza legali għall-benefiċċju tan-negozji u tal-konsumaturi.
(1)  Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn jenħtieġ li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Ir-regoli tas-suq intern jenħtieġ li jkunu trasparenti, sempliċi, konsistenti u effikaċi, sabiex b'hekk jiġu pprovduti ċertezza u ċarezza legali għall-benefiċċju tan-negozji u tal-konsumaturi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Madankollu, f'dik il-valutazzjoni ġie konkluż li hemm il-ħtieġa li jiġu introdotti dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq sabiex jikkumplimentaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip, il-ħtieġa li jiġu ċċarati l-proċeduri ta' sejħiet lura u ta' salvagwardja, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' estensjonijiet għall-approvazzjonijiet għat-tipi ta' vetturi eżistenti, il-ħtieġa li jittejjeb l-infurzar tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip permezz tal-armonizzazzjoni u t-tisħiħ tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni applikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mis-servizzi tekniċi, il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-provvista, kif ukoll tal-awtoritajiet u tal-partijiet involuti fl-infurzar tal-qafas, u l-ħtieġa li tittejjeb l-adegwatezza tal-iskemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip (approvazzjonijiet individwali u ta' serje żgħar nazzjonali) u tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa għal swieq niċeċ u SMEs, madankollu, mingħajr ma jiġu mfixkla l-kundizzjonijiet ekwi.
(4)  Madankollu, f'dik il-valutazzjoni ġie konkluż li hemm il-ħtieġa li jiġu introdotti dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq sabiex jikkumplimentaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip, il-ħtieġa li jiġu ċċarati l-proċeduri ta' sejħiet lura u ta' salvagwardja, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' estensjonijiet għall-approvazzjonijiet għat-tipi ta' vetturi eżistenti, il-ħtieġa li jittejjeb l-infurzar tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip permezz tal-armonizzazzjoni u t-tisħiħ tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni applikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mis-servizzi tekniċi, il-ħtieġa li jiġu delineati b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-provvista, kif ukoll tal-awtoritajiet u tal-partijiet involuti fl-infurzar tal-qafas, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ma jikkoinċidux, tiġi ggarantita l-indipendenza tal-operaturi, l-awtoritajiet u l-partijiet imsemmija qabel, u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u l-ħtieġa li tittejjeb l-adegwatezza tal-iskemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip (approvazzjonijiet individwali u ta' serje żgħar nazzjonali) u tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa għal swieq niċeċ u SMEs, madankollu, mingħajr ma jiġu mfixkla l-kundizzjonijiet ekwi.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Barra minn hekk, il-problemi riċenti li nstabu matul l-implimentazzjoni tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip kixfu dgħjufijiet partikolari u juru li hemm bżonn ta' reviżjoni fundamentali sabiex jiġi żgurat qafas regolatorju robust, trasparenti, prevedibbli u sostenibbli li jipprevedi li jkun hemm livell għoli ta' sikurezza u ta' saħħa u protezzjoni ambjentali.
(5)  Barra minn hekk, il-problemi riċenti li nstabu matul l-implimentazzjoni tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip kixfu dgħjufijiet partikolari u juru li hemm bżonn ta' tisħiħ ulterjuri ta' dak il-qafas regolatorju sabiex jiġi żgurat li jkun robust, trasparenti, prevedibbli u sostenibbli u jipprevedi li jkun hemm livell għoli ta' sikurezza u ta' saħħa u protezzjoni ambjentali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Peress li l-ħarsien tal-konsumatur jikkostitwixxi prijorità għall-Unjoni, jenħtieġ li l-manifatturi tal-vetturi li jiċċirkolaw fl-Unjoni jkunu obbligati jissottomettu dawk il-vetturi għall-ittestjar qabel ma jitqiegħdu fis-suq u tul il-ħajja tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu garanti ta' din is-sorveljanza doppja, billi wieħed ikun jista' jaġixxi fejn l-ieħor jonqos milli jagħmel dan.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdida)
(5b)   Jenħtieġ li l-Unjoni tagħmel dak kollu li tista' biex tevita li l-manifatturi tal-karozzi jqarrqu bil-ħsieb li jimmanipulaw it-testijiet tal-emissjonijiet tat-tniġġis u tal-konsum tal-fjuwil sabiex jiġġeneraw riżultati foloz jew jaħarbu minn xi regoli oħrajn. Jenħtieġ li din il-manipulazzjoni tieqaf darba għal dejjem.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5c (ġdida)
(5c)   Dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza l-pass kajman tal-operazzjonijiet ta' sejħa lura tal-vetturi fl-Unjoni. Il-proċedura eżistenti ma tiggarantixxix il-ħarsien effikaċi taċ-ċittadini Ewropej, għall-kuntrarju tal-proċedura tal-Istati Uniti, li ppermettiet li tittieħed azzjoni malajr. Minn din il-perspettiva, huwa essenzjali li l-Kummissjoni titħalla titlob lill-operaturi ekonomiċi jieħdu l-miżuri restrittivi meħtieġa kollha, inkluża s-sejħa lura tal-vetturi sabiex vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati oħrajn li ma jkunux konformi jinġiebu konformi ma' dan ir-Regolament.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5d (ġdida)
(5d)   Jekk tinstab irregolarità f'vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li tmur kontra r-regoli ta' awtorizzazzjoni inizjali u/jew tpoġġi s-sikurezza tal-konsumaturi f'riskju jew taqbeż il-limiti ta' tniġġis, huwa fl-interess tal-konsumaturi Ewropej li jkunu jistgħu jistrieħu fuq miżuri korrettivi rapidi, xierqa u koordinati, inkluża, fejn meħtieġ, is-sejħa lura tal-vetturi applikabbli fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħhom sabiex tkun tista' tieħu azzjoni xierqa u rapida biex tiddefendi l-integrità tas-suq uniku.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, u l-approvazzjoni tal-vettura individwali, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern għall-benefiċċju tan-negozji u l-konsumaturi u jiġi offrut livell għoli ta' sikurezza u protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent.
(6)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, u l-approvazzjoni tal-vettura individwali, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' standards ta' kwalità għolja għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni, li tippermetti l-funzjonament xieraq tas-suq intern għall-benefiċċju tan-negozji, b'attenzjoni sħiħa u korretta għad-drittijiet tal-konsumaturi, filwaqt li jiġi offrut livell għoli ta' sikurezza u protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi sostantivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N u l-karrijiet tagħhom (il-kategorija O) u għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi bil-għan li jiġi żgurat livell adegwat ta' sikurezza u prestazzjoni ambjentali. Dawn il-kategoriji jkopru vetturi bil-mutur għat-trasport tal-passiġġieri, vetturi bil-mutur għat-trasport tal-merkanzija u l-karrijiet tagħhom, rispettivament.
(7)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi sostantivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N u l-karrijiet tagħhom (il-kategorija O) u għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza u prestazzjoni ambjentali. Dawn il-kategoriji jkopru vetturi bil-mutur għat-trasport tal-passiġġieri, vetturi bil-mutur għat-trasport tal-merkanzija u l-karrijiet tagħhom, rispettivament.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura proċeduri ta' approvazzjoni tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq affidabbli, armonizzati u trasparenti fl-Istati Membri.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)   Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip jinterpretaw, japplikaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti tiegħu fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissorvelja l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali permezz ta' awditjar regolari, testijiet mill-ġdid ta' kampjuni aleatorji tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa u monitoraġġ ġenerali tal-applikazzjoni armonizzata ta' dan ir-Regolament.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Għall-finijiet ta' konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Għandha tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip permezz tat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar il-konformità tal-produzzjoni billi, inter alia, tipprovdi awditjar perjodiku obbligatorju tal-metodi ta' kontroll tal-konformità u l-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati u t-tisħiħ tar-rekwiżiti relatati mal-kompetenza, l-obbligi u l-prestazzjoni tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. Il-funzjonament xieraq tas-servizzi tekniċi huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, protezzjoni u l-ambjent u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema. Il-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi pprovduti mid-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu stabbiliti f'iktar dettall tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tagħhom. Il-metodi ta' valutazzjoni tas-servizzi tekniċi fl-Istati Membri għandhom tendenza li jvarjaw b'mod progressiv minħabba l-kumplessità tal-ħidma tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi pprovdut għal obbligi proċedurali li jiżguraw skambju tal-informazzjoni u monitoraġġ tal-prattiki tal-Istati membri għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi tagħhom. Dawn l-obbligi proċedurali għandhom ineħħu kwalunkwe diskrepanza eżistenti fil-metodi użati u fl-interpretazzjoni tal-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi.
(9)  Jenħtieġ li tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip permezz tat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar il-konformità tal-produzzjoni billi jingħata aċċess aħjar għall-informazzjoni, jinħoloq qafas sod għat-tekniki ta' ottimizzazzjoni matul it-testijiet fil-laboratorju, tingħata attenzjoni partikolari għar-riskju ta' apparat illegali ta' manipulazzjoni li l-użu tiegħu hu pprojbit mir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jiġi previst awditjar perjodiku obbligatorju tal-metodi ta' kontroll tal-konformità u l-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati u jissaħħu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kompetenza, l-obbligi u l-prestazzjoni tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. Il-funzjonament xieraq tas-servizzi tekniċi huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, protezzjoni u l-ambjent u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema. Il-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi pprovduti mid-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu stabbiliti f'iktar dettall sabiex jiġi żgurat li jiġu applikati b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha. Il-metodi ta' valutazzjoni tas-servizzi tekniċi fl-Istati Membri għandhom tendenza li jvarjaw b'mod progressiv minħabba l-kumplessità dejjem akbar tax-xogħol tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi pprovdut għal obbligi proċedurali li jiżguraw skambju tal-informazzjoni u monitoraġġ tal-prattiki tal-Istati membri għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-obbligi proċedurali ineħħu kwalunkwe diskrepanza eżistenti fil-metodi użati u fl-interpretazzjoni tal-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi. Sabiex jiġu żgurati sorveljanza adegwata u kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-valutazzjoni tas-servizz tekniku ta' applikant tinkludi valutazzjoni fuq il-post u osservazzjoni diretta tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip imwettqa effettivament.
___________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-bżonn għall-kontroll u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi mill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni żdied mindu l-progress tekniku żied ir-riskju li s-servizzi tekniċi ma jkollhomx il-kompetenza meħtieġa biex jiġu ttestjati teknoloġiji ġodda jew apparati li joħorġu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deżinjazzjoni tagħhom. Peress li l-progress tekniku jqassar iċ-ċikli tal-prodotti u peress li l-intervalli tal-valutazzjonijiet fuq il-post għal sorveljanza u tal-monitoraġġ ivarjaw bejn l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi fir-rigward tal-intervalli tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi.
(10)  Il-bżonn ta' ċertifikazzjoni, kontroll u monitoraġġ tas-servizzi tekniċi żdied mindu l-progress tekniku żied ir-riskju li s-servizzi tekniċi ma jkollhomx il-kompetenza meħtieġa biex jiġu ttestjati teknoloġiji ġodda jew apparati li joħorġu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deżinjazzjoni tagħhom. Minħabba d-differenzi kbar fl-interpretazzjoni tal-implimentazzjoni attwali tad-Direttiva 2007/46/KE u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha matul il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip, jeżistu differenzi konsiderevoli fost is-servizzi tekniċi. Għalhekk, iċ-ċertifikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ iridu jiżdiedu u jiġu armonizzati sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku Ewropew. Peress li l-progress tekniku jqassar iċ-ċikli tal-prodotti u peress li l-intervalli tal-valutazzjonijiet fuq il-post għal sorveljanza u tal-monitoraġġ ivarjaw bejn l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi fir-rigward tal-intervalli tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja reċiproka u sabiex jiġu allinjati u żviluppati iktar il-kriterji għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi, kif ukoll il-proċeduri ta' estensjoni u tiġdid, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni. Għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta' rilevanza ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-mudell tal-lista ta' kontroll tagħhom.
(12)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja reċiproka u sabiex jiġu allinjati u żviluppati iktar il-kriterji għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi, kif ukoll il-proċeduri ta' estensjoni u tiġdid, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni ma' xulxin u mal-Kummissjoni. Jenħtieġ li jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta' rilevanza ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-mudell tal-lista ta' kontroll tagħhom. Dan ir-Regolament jistabbilixxi bażi ta’ dejta online li, flimkien mas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, tista' tipprovdi mezz elettroniku utli li jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva li tiġġestixxi l-iskambju ta' informazzjoni fuq il-bażi ta' proċeduri sempliċi u unifikati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel użu minn bażijiet ta’ dejta online eżistenti bħall-ETAES jew il-Eucaris.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)   Il-problemi attwali fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip kixfu dgħufijiet importanti fis-sistemi nazzjonali eżistenti għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-approvazzjoni tat-tip. Għaldaqstant hemm bżonn li, bħala reazzjoni immedjata għall-fallimenti żvelati, tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex twettaq il-kompiti superviżorji xierqa.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata fuq l-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, il-korpi ta' akkreditazzjoni u l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-kompetenza tas-servizzi tekniċi.
(13)  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata fuq l-akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, jenħtieġ li l-korpi ta' akkreditament u l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni jiżguraw li s-servizzi tekniċi jkunu kompetenti u indipendenti.
__________________
__________________
12 Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
12 Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)   L-Istati Membri għandhom jimponu tariffi għad-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi sabiex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-monitoraġġ ta' dawk is-servizzi tekniċi mill-Istati Membri u sabiex jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi għas-servizzi tekniċi. Sabiex tiġi żgurata trasparenza, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn qabel ma jadottaw il-livell u l-istruttura tat-tariffi.
imħassar
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-operatur ekonomiku ma jħallasx tariffi direttament lis-servizz tekniku għall-ispejjeż ta' approvazzjonijiet tat-tip u attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq. Jenħtieġ li din id-dispożizzjoni ma xxekkilx il-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi li jagħżlu s-servizz tekniku li jixtiequ jużaw għal dawk l-attivitajiet.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)   L-indipendenza tas-servizzi tekniċi fir-rigward tal-manifatturi għandha tiġi żgurata, inkluż billi jiġu evitati pagamenti diretti jew indiretti mill-manifatturi għall-ispezzjonijiet u t-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip li jkunu wettqu. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura ta' tariffi għall-approvazzjonijiet tat-tip li għandha tkopri l-kostijiet għat-twettiq tat-testijiet u l-ispezzjonijiet kollha tal-approvazzjonijiet tat-tip li jwettqu s-servizzi tekniċi maħturin mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll il-kostijiet amministrattivi għall-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u l-kostijiet għat-twettiq tat-testijiet u l-ispezzjonijiet tal-konformità ex-post.
imħassar
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)   Sabiex il-forzi tas-suq ikunu jistgħu jaħdmu, jenħtieġ li s-servizzi tekniċi japplikaw ir-regoli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip bi trasparenza sħiħa u b'mod uniformi, mingħajr ma joħolqu piż bla bżonn fuq l-operaturi ekonomiċi. Biex jiġi garantit livell għoli ta' kompetenza teknika u trattament ġust fil-konfront tal-operaturi ekonomiċi kollha, jenħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni teknika uniformi tar-regoli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li, fil-qafas tal-Forum stabbilit minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jiskambjaw informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizzi tekniċi differenti li jkunu ċċertifikaw.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmu robust li jinforza l-konformità biex jiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. L-iżgurar tal-konformità mal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tal-karozzi għandu jibqa' r-responsabbiltà ewlenija tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni, minħabba li dan huwa obbligu marbut mill-qrib mal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u jirrikjedi għarfien dettaljat dwar il-kontenut tiegħu. Għalhekk huwa importanti li l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tiġi vverifikata b'mod regolari permezz ta' evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex jiġi żgurat li jiġi applikat livell uniformi ta' kwalità u strinġenza mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kollha meta jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir provvediment għall-verifika tal-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess.
(18)  Hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmu robust li jinforza l-konformità biex jiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Jenħtieġ li l-iżgurar tal-konformità mal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tal-karozzi jibqa' r-responsabbiltà ewlenija tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni, minħabba li dan huwa obbligu marbut mill-qrib mal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u jirrikjedi għarfien dettaljat dwar il-kontenut tiegħu. Għalhekk huwa importanti li l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tkun soġġetta għal kontrolli superviżorji regolari fil-livell tal-Unjoni, inkluż awditjar indipendenti, sabiex jiġi żgurat li jiġi applikat livell uniformi ta' kwalità u strinġenza mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kollha meta jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir provvediment għall-verifika fil-livell tal-UE, minn parti terza indipendenti, tal-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)   Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu awtonomi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, biex b'hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess li jista' jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet ikunu organizzati bħala entitajiet distinti skont l-istruttura tal-amministrazzjoni nazzjonali u jenħtieġ li ma jaqsmux bejniethom membri tal-persunal jew faċilitajiet skont l-istrutturi u l-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)   Jenħtieġ li l-Forum dwar l-Infurzar jipprovdi pjattaforma għall-iskambju ta' informazzjoni u analiżi indipendenti biex jingħata appoġġ għat-titjib tal-funzjonament u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Matul l-iskambju, il-Kummissjoni jista' jkollha raġunijiet biex tqis li waħda jew aktar mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ma humiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. F'każijiet simili jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-konformità, inkluż il-ħruġ ta' linji gwida, rakkomandazzjonijiet jew strumenti oħra u l-possibbiltà ta' proċeduri oħrajn, filwaqt li titqies b'mod dovut il-proporzjonalità. F'każijiet ta' ksur serju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob l-irtirar jew is-sospensjoni tal-kapaċità tal-awtorità li taċċetta applikazzjonijiet għal approvazzjonijiet tat-tip ġodda, sabiex jiġi kkonservat livell għoli ta' ħarsien ambjentali u tal-konsumatur.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Huwa neċessarju li jiġu inklużi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq f'dan ir-Regolament sabiex isaħħu d-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva tal-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq u sabiex jiċċaraw il-proċeduri applikabbli.
(21)  Huwa fundamentali li jiġu inklużi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq f'dan ir-Regolament sabiex isaħħu d-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva tal-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq u sabiex jiċċaraw il-proċeduri applikabbli.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)   Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ikunu jistgħu jwettqu kif xieraq il-kompiti previsti minn dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdulhom b'mod partikolari r-riżorsi meħtieġa għal dak l-iskop.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Sabiex tiżdied it-trasparenza fil-proċess tal-approvazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u l-verifika indipendenti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-Kummissjoni, id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi pprovduta f'format elettroniku u għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, soġġett għal eżenzjonijiet minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali u l-protezzjoni tad-dejta personali.
(22)  Sabiex tiżdied it-trasparenza fil-proċess tal-approvazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u l-verifika indipendenti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni u partijiet terzi, id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-vettura u l-ittestjar hija meħtieġa biex jitwettqu tali kontrolli. Informazzjoni rilevanti għal skopijiet ta' tiswija u manutenzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta f'format elettroniku u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, soġġett għal eżenzjonijiet minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali u l-protezzjoni tad-dejta personali. Jenħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata għal dawk il-finijiet ma tkunx ta' natura li xxekkel il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni riżervata u tal-proprjetà intellettwali.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)   Jenħtieġ li l-partijiet terzi li jwettqu huma stess it-testijiet u l-verifiki ta' konformità tal-vetturi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jissodisfaw il-prinċipji ta' trasparenza u ftuħ, inkluż fir-rigward tas-sjieda u l-istrutturi u l-mudelli ta' finanzjament. Jenħtieġ ukoll li dawk il-partijiet terzi jkunu konformi mal-istess rekwiżiti imposti fuq is-servizzi tekniċi nnominati fir-rigward tal-istandards xjentifiċi u metodoloġiċi applikati fit-twettiq tat-testijiet li jagħmlu.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Dawn l-obbligi iktar speċifiċi għall-awtoritajiet nazzjonali previsti f'dan ir-Regolament għandhom jinkludu ttestjar u spezzjonijeit ta' verifika tal-konformità ex post ta' numru suffiċjenti ta' vetturi mqegħdin fis-suq. L-għażla tal-vetturi li sejrin ikunu soġġetti għal din il-verifika tal-konformità ex post għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju xierqa li tqis is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità possibbli u l-probabbiltà li sseħħ.
(24)  Jenħtieġ li dawn l-obbligi iktar speċifiċi għall-awtoritajiet nazzjonali previsti f'dan ir-Regolament jinkludu ttestjar u spezzjonijiet ta' verifika tal-konformità ex post ta' numru suffiċjenti ta' vetturi mqegħdin fis-suq. Jenħtieġ li l-għażla tal-vetturi li sejrin ikunu soġġetti għal din il-verifika tal-konformità ex post tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju xierqa li tqis is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità possibbli u l-probabbiltà li sseħħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li din tkun ibbażata fuq kriterji ċari u dettaljati u tinkludi, inter alia, kontrolli perċentwali aleatorji fuq il-mudelli attwali kollha, fuq vetturi b'magna jew teknoloġija ġdida, fuq vetturi b'konsum għoli jew baxx ħafna ta' fjuwil u fuq vetturi b'volum għoli ħafna ta' bejgħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqies kwalunkwe storja tal-konformità, is-suġġerimenti tal-konsumaturi, ir-riżultati tal-ittestjar bit-telerilevament u t-tħassib espress minn korpi indipendenti tar-riċerka.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
(24a)   Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkun tista' tivverifika l-konformità mal-approvazzjonijiet tat-tip u mal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati u li tiżgura r-regolarità tal-approvazzjonijiet tat-tip billi torganizza, twettaq jew titlob li jitwettqu testijiet u spezzjonijiet tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati li diġà jkunu tqiegħdu fis-suq.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)   Jenħtieġ li l-partijiet terzi li jwettqu huma stess it-testijiet u l-verifiki ta' konformità tal-vetturi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jissodisfaw il-prinċipji ta' trasparenza u ftuħ, inkluż fir-rigward tas-sjieda u l-istrutturi u l-mudelli ta' finanzjament. Jenħtieġ li dawk il-partijiet jsegwu approċċ simili għal dak tas-servizzi tekniċi nnominati billi jkunu konformi mal-istess standards fit-twettiq u l-interpretazzjoni tat-testijiet.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 25b (ġdida)
(25b)   Jenħtieġ li s-sorveljanza tas-suq tqis ukoll approċċ ibbażat fuq ir-riskju, b'enfasi – inter alia – fuq id-dejta miksuba minn unitajiet ta' telesorveljanza mal-ġenb tat-triq, ilmenti, rapporti minn spezzjoni teknika perjodika, it-tul tal-ħajja mistennija u vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati problematiċi identifikati preċedentement.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 25c (ġdida)
(25c)   Sabiex jiġu vverifikati l-emissjonijiet tal-vetturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħmlu użu – inter alia – minn teknoloġija ta' telerilevament li tgħin fl-identifikazzjoni ta' liema aspetti, bħal livelli għolja ta' tniġġis akustiku u tal-arja, u liema mudelli ta' vetturi, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal investigazzjoni ulterjuri. Jenħtieġ li, meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet jikkooperaw u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-awtoritajiet responsabbli mill-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi skont id-Direttiva 2014/45/UE dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur.
Emenda 347
Proposta għal regolament
Premessa 25d (ġdida)
(25d)   Bil-għan li jingħata appoġġ lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw tagħmir ta' riduzzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat, fis-26 ta' Jannar 2017, Gwida dwar l-evalwazzjoni tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet u l-preżenza ta' Tagħmir ta' Riduzzjoni. B'konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' dik il-Gwida, l-attivitajiet ta' ttestjar tal-Kummissjoni, tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tas-servizzi tekniċi għall-fini tal-identifikazzjoni tat-tagħmir ta' riduzzjoni għandu jibqa' ta' karattru mhux prevedibbli, u jinkludi wkoll varjazzjonijiet lil hinn mill-kundizzjonijiet u l-parametri preskritti, sabiex jidentifikaw b'mod effettiv it-tagħmir ta' riduzzjoni.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Sabiex jiġu żgurati livell għoli ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi, il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u ta' utenti oħrajn tat-triq, kif ukoll il-ħarsien ambjentali, ir-rekwiżiti tekniċi u l-istandards ambjentali applikabbli għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati għandhom ikomplu jiġu armonizzati u adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.
(26)  Sabiex jiġu żgurati livell għoli ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi, il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u ta' utenti oħrajn tat-triq, kif ukoll il-ħarsien ambjentali u tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li r-rekwiżiti tekniċi u l-istandards ambjentali applikabbli għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati jkomplu jiġu armonizzati u adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)   Sabiex jiġi żgurat u jittejjeb kontinwament livell għoli ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi, il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u ta' utenti oħrajn tat-triq, kif ukoll il-ħarsien ambjentali, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda abbażi tal-progress tekniku u xjentifiku. Jenħtieġ li dan isir billi jkun hemm limitu għall-ittestjar u d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tali teknoloġiji.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  L-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu affettwati mill-fatt li ċerti sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati jew parts u tagħmir jistgħu jiġu mmuntati mal-vettura jew f'vettura wara li dik il-vettura tkun tpoġġiet fis-suq, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li s-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew il-parts u t-tagħmir li jistgħu jiġu mmuntati mal-vetturi jew fil-vetturi u li jistgħu jfixklu b'mod sinifikanti l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali għall-ħarsien ambjentali jew għas-sikurezza funzjonali jiġu kkontrollati minn awtorità tal-approvazzjoni qabel jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.
(27)  L-għanijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġux affettwati mill-fatt li ċerti sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati jew parts u tagħmir jistgħu jiġu mmuntati mal-vettura jew f'vettura wara li dik il-vettura tkun tpoġġiet fis-suq, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz. Għalhekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li s-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew il-parts u t-tagħmir li jistgħu jiġu mmuntati mal-vetturi jew fil-vetturi u li jistgħu jfixklu l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali għall-ħarsien ambjentali jew għas-sikurezza funzjonali jiġu kkontrollati minn awtorità tal-approvazzjoni qabel jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Il-konformità tal-produzzjoni hija wieħed mill-pedamenti tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, għalhekk, l-arranġamenti stabbiliti mill-manifattur sabiex jiżgura tali konformità għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kkwalifikat b'mod xieraq maħtur għal dak il-għan u jkunu soġġetti għal verifika regolari permezz ta' awditjar perjodiku indipendenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw il-verifika tal-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati.
(29)  Il-konformità tal-produzzjoni hija wieħed mill-pedamenti tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, għalhekk, l-arranġamenti stabbiliti mill-manifattur sabiex jiżgura tali konformità jenħtieġ li jiġu approvati mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kkwalifikat b'mod xieraq maħtur għal dak il-għan u jkunu soġġetti għal verifika regolari. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jiżguraw il-verifika tal-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Il-validità kontinwa tal-approvazzjonijiet tat-tip tesiġi li l-manifattur jgħarraf lill-awtorità li tkun approvat it-tip ta' vettura tiegħu dwar kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi tat-tip jew tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni ambjentali applikabbli għal dak it-tip. Għalhekk, huwa importanti li l-validità taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa tkun limitata fiż-żmien u li dawk iċ-ċertifikati jkunu jistgħu jiġġeddu biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat u tkun sodisfatta li t-tip ta' vettura jkompli jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli kollha. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-approvazzjonijiet tat-tip għandhom jiġu kkjarifikati sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-proċeduri u l-infurzar tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip madwar l-Unjoni.
(30)  Il-validità kontinwa tal-approvazzjonijiet tat-tip tesiġi li l-manifattur jgħarraf lill-awtorità li tkun approvat it-tip ta' vettura tiegħu dwar kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi tat-tip jew tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni ambjentali applikabbli għal dak it-tip. Għalhekk, huwa importanti li l-validità taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa tkun limitata fiż-żmien u li dawk iċ-ċertifikati jkunu jistgħu jiġġeddu biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat u tkun sodisfatta li t-tip ta' vettura jkompli jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli kollha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-approvazzjonijiet tat-tip jiġu kkjarifikati sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-proċeduri u l-infurzar tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip madwar l-Unjoni. Madankollu, minħabba n-natura ta’ xi sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, pereżempju mirja retroviżuri, wajpers tal-windskrin u tajers, dawk ir-rekwiżiti huma aktar statiċi. F’każijiet oħra, pereżempju, dawk is-sistemi li huma relatati mal-ġestjoni tal-emissjonijiet, jista’ jkun hemm bżonn li l-perijodu ta’validità jiġi limitat, , hekk kif inhu l-każ għall-vetturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi lista tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati affettwati minn perijodu ta’ validità limitat.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Il-valutazzjoni tar-riskji serji rrapportati għas-sikurezza u l-ħsara għas-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent għandha ssir f'livell nazzjonali, iżda għandha tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni meta jkun possibbli li r-riskju jew il-ħsara rrapportati jkunu jeżistu anki lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed bil-għan li jinqasmu r-riżorsi u tiġi żgurata konsistenza rigward l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed sabiex jiġu mitigati r-riskju u l-ħsara identifikati.
(31)  Il-valutazzjoni tar-riskji serji rrapportati għas-sikurezza u l-ħsara għas-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent jenħtieġ li ssir f'livell nazzjonali, iżda jenħtieġ li tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni meta jkun possibbli li r-riskju jew il-ħsara rrapportati jkunu jeżistu anki lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed bil-għan li jinqasmu r-riżorsi u tiġi żgurata konsistenza rigward l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed sabiex jiġu mitigati r-riskju u l-ħsara identifikati. Jeħtieġ tingħata attenzjoni partikolari lit-tagħmir, is-sistemi u l-unitajiet tekniċi ta' sostituzzjoni li jaffettwaw l-impatt ambjentali tas-sistemi tal-egżost u jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni fejn xieraq.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Għandha tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa permezz ta' skemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-manifatturi li jipproduċu vetturi f'serje żgħar. Huma għandhom ikunu jistgħu jibbenifikaw mill-vantaġġi tas-suq intern tal-Unjoni, diment li l-vetturi tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi prodotti f'serje żgħar. F'ċerti każijiet limitati, huwa xieraq li tiġi permessa l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal serje żgħar. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin, kwalunkwe proċedura ssimplifikata għall-vetturi prodotti f'serje żgħar għandha tiġi ristretta għal każijiet ta' produzzjoni limitata ħafna. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi definit preċiżament il-kunċett tal-vetturi prodotti f'serje żgħar f'termini tal-għadd ta' vetturi prodotti, ir-rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati u l-kundizzjonijiet għat-tqegħid ta' dawk il-vetturi fis-suq. Huwa ugwalment importanti li tiġi speċifikata skema ta' approvazzjoni alternattiva għal vetturi individwali, b'mod partikolari sabiex tiġi pprovduta biżżejjed flessibbiltà għall-approvazzjoni tal-vetturi mibnija f'diversi stadji.
(33)  Jenħtieġ li tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa permezz ta' skemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-manifatturi li jipproduċu vetturi f'serje żgħar. Jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-vantaġġi tas-suq intern tal-Unjoni, diment li l-vetturi tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi prodotti f'serje żgħar. F'ċerti każijiet limitati, huwa xieraq li tiġi permessa l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal serje żgħar. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin, jenħtieġ li kwalunkwe proċedura ssimplifikata għall-vetturi prodotti f'serje żgħar tiġi ristretta għal każijiet ta' produzzjoni limitata ħafna skont dan ir-Regolament. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi definit preċiżament il-kunċett tal-vetturi prodotti f'serje żgħar f'termini tal-għadd ta' vetturi prodotti, ir-rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati u l-kundizzjonijiet għat-tqegħid ta' dawk il-vetturi fis-suq. Huwa ugwalment importanti li tiġi speċifikata skema ta' approvazzjoni alternattiva għal vetturi individwali, b'mod partikolari sabiex tiġi pprovduta biżżejjed flessibbiltà għall-approvazzjoni tal-vetturi mibnija f'diversi stadji.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 35a (ġdida)
(35a)   Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effikaċi fis-suq għal servizzi ta' informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, u sabiex jiġi ċċarat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ tingħata lil operaturi indipendenti oħra minbarra min isewwi, b'tali mod li jiġi żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista' jikkompeti ma' bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni direttament lil min isewwi jew lill-bejjiegħa awtorizzati, huwa meħtieġ li jiġu stipulati d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-finijiet ta' aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 36a (ġdida)
(36a)   Peress li bħalissa ma hemm l-ebda proċess strutturat komuni għall-iskambju ta' dejta ta' komponenti ta' vettura bejn il-manifatturi tal-vetturi u operaturi indipendenti, huwa xieraq li jiġu żviluppati prinċipji għal tali skambju ta' dejta. Jenħtieġ li għall-futur jiġi żviluppat proċess strutturat komuni dwar il-format standardizzat tal-iskambju tad-dejta mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), meta l-mandat mogħti lis-CEN ma jiddeterminax minn qabel il-livell ta' dettall ipprovdut minn dan l-istandard. Jenħtieġ li l-ħidma tas-CEN tirrifletti, b'mod partikolari, l-interessi u l-ħtiġijiet tal-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti bl-istess mod u tinvestiga wkoll soluzzjonijiet għal formati ta' dejta miftuħa deskritti minn metadejta ddefinita tajjeb biex takkomoda l-infrastrutturi eżistenti tal-IT.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 37a (ġdida)
(37a)   Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effikaċi fis-suq għal servizzi ta' informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, għandu jiġi enfasizzat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ tingħata lil operaturi indipendenti oħra minbarra min isewwi, u f'format li jippermetti pproċessar elettroniku ulterjuri b'tali mod li jiġi żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista' jikkompeti ma' bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni direttament lil min isewwi jew lill-bejjiegħa awtorizzati.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 37b (ġdida)
(37b)   Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-manifatturi tal-vetturi li jipprovdu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni permezz tas-sit web tagħhom, jenħtieġ li l-aċċess għad-dejta fil-vettura jibqa' aċċessibbli b'mod dirett u indipendenti għall-operaturi indipendenti.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-penali imposti lill-Kummissjoni kull sena, sabiex jimmonitorjaw il-koerenza tal-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
(40)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Jenħtieġ li dawk il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-penali imposti lill-Kummissjoni regolarment permezz tal-bażi ta’ dejta online, sabiex jimmonitorjaw il-koerenza tal-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 40a
(40a)   Jenħtieġ li l-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet titqies li tkun seħħet meta dawk ir-riżultati ma jkunux jistgħu jiġu vverifikati b'mod empiriku mill-awtorità rilevanti meta jiġu replikati jew ikkunsidrati l-parametri kollha tal-ittestjar.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 40b (ġdida)
(40b)   Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni jistgħu jintużaw għall-finijiet ta' miżuri ta' sorveljanza tas-suq u għal miżuri ta' appoġġ għall-persuni affettwati b'mod negattiv mill-ksur ta' dan ir-Regolament jew attivitajiet oħra bħal dawn għall-benefiċċju tal-konsumaturi affettwati u, fejn xieraq, tal-ħarsien tal-ambjent.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 40c (ġdida)
(40c)   F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità l-konsumaturi jistgħu jsofru ħsara personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom. Jenħtieġ li f'każijiet bħal dawn il-konsumaturi jkunu intitolati li jfittxu kumpens skont il-leġiżlazzjoni rilevanti li tindirizza prodotti difettużi jew oġġetti mhux konformi, inklużi d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/EEC1a, id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c, kif applikabbli. Barra minn hekk, il-konsumaturi jistgħu jinvokaw rimedji bbażati fil-liġi kuntrattwali, kif applikabbli skont il-liġi tal-Istat Membru tagħhom.
_____________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).
1b Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).
1c Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 45a (ġdida)
(45a)   Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effikaċi fis-suq għal servizzi ta' informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, jenħtieġ jiġi ċċarat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ tingħata lil operaturi indipendenti oħra minbarra min isewwi, u f'format li jippermetti pproċessar elettroniku ulterjuri b'tali mod li jiġi żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista' jikkompeti ma' bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni direttament lil min isewwi jew lill-bejjiegħa awtorizzati.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Għall-vetturi u l-makkinarji li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament, diment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti sostantivi ta' dan ir-Regolament:
3.  Għall-vetturi u l-makkinarji li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament, diment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament:
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b
(b)  vetturi mfassla u mibnija għall-użu mill-forzi armati, mid-difiża ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku;
(b)  vetturi mfassla u mibnija għall-użu mill-forzi armati, mid-difiża ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-korpi ta' ġestjoni tad-diżastri u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – parti introduttorja
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji tal-UE elenkati fl-Anness IV, ħlief jekk previst mod ieħor fihom, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  'sorveljanza tas-suq' tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, kif ukoll il-parts u t-tagħmir magħmula disponibbli fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interess pubbliku;
(2)  "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, kif ukoll il-parts u t-tagħmir magħmula disponibbli fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interess pubbliku inklużi d-drittijiet tal-konsumatur;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
(7a)   "parts jew tagħmir oriġinali" tfisser parts jew tagħmir manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta' produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-produzzjoni ta' parts ta' tagħmir għall-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni; dawn jinkludu parts jew tagħmir li huma manifatturati fl-istess linja tal-produzzjoni bħal dawn il-parts ta' tagħmir; sakemm ma jiġix ipprovat il-kontra, huwa preżunt li parts jikkostitwixxu parts oriġinali jekk il-manifattur jiċċertifika li l-parts huma tal-istess kwalità bħall-komponenti użati għall-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni u jkunu ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta' produzzjoni tal-manifattur tal-vettura;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9
(9)  'manifattur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali, jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni għal parts u tagħmir, sabiex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni u li hija responsabbli wkoll għal kwistjonijiet tas-sorveljanza tas-suq għal dawk il-vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts u tagħmir immanifatturati, irrispettivament minn jekk dik il-persuna tkunx involuta direttament jew le fl-istadji kollha tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata;
(9)  "manifattur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-konformità mad-dispożizzjonijiet amministrattivi u mar-rekwiżiti tekniċi li japplikaw sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali, jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni għal parts u tagħmir, u sabiex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni, kif ukoll għall-iffaċilitar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq għal dawk il-vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts u tagħmir immanifatturati, irrispettivament minn jekk dik il-persuna tkunx involuta direttament jew le fl-istadji kollha tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16
16.  'reġistrazzjoni' tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva temporanja jew permanenti għad-dħul fis-servizz fit-traffiku bit-triq ta' vettura, inkluża l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ ta' numru tas-serje;
16.  "reġistrazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz fit-traffiku bit-triq ta' vettura, li tinvolvi l-identifikazzjoni tagħha u l-ħruġ ta' numru tas-serje għaliha, magħruf bħala n-numru ta' reġistrazzjoni, sew fuq bażi permanenti u sew fuq bażi temporanja, inkluż għal żmien qasir;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 35
(35)  'tip ta' vettura' tfisser kategorija partikolari ta' vetturi li mhumiex differenti tal-inqas fil-kriterji essenzjali speċifikati fil-Parti B tal-Anness II, u li jista' jkollhom varjanti u verżjonijiet imsemmija fl-istess kategorija;
(35)  "tip ta' vettura" tfisser grupp partikolari ta' vetturi li mhumiex differenti tal-inqas fil-kriterji essenzjali speċifikati fil-Parti B tal-Anness II, u li jista' jkollhom varjanti u verżjonijiet imsemmija fl-istess kategorija;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 37
(37)  'vettura bażi' tfisser kwalunkwe vettura li tintuża fl-istadju inizjali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji;
(37)  "vettura bażi" tfisser kwalunkwe vettura li tintuża fl-istadju inizjali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, irrispettivament minn jekk hijiex vettura bil-mutur jew le;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 42
(42)  'approvazzjoni ta' vettura individwali' tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti għall-approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE u għall-approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali;
(42)  "approvazzjoni ta' vettura individwali" tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti għall-approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 46
(46)  'informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura' tfisser l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dijanjożi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid ta' vettura, kif ukoll għall-immuntar ta' parts u tagħmir fuq il-vetturi, u li tiġi pprovduta mill-manifattur lill-bejjiegħa awtorizzati u lil min isewwi, inklużi l-emendi u ż-żidiet sussegwenti kollha għal dik l-informazzjoni;
(46)  "informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura" tfisser l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dijanjożi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, l-ittestjar tal-affidabbiltà stradali, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid ta' vettura, kif ukoll għall-immuntar ta' parts u tagħmir fuq il-vetturi, u li tintuża jew tiġi pprovduta mill-manifattur, inklużi s-sħab, il-bejjiegħa, min isewwi u n-netwerk awtorizzati tiegħu, biex joffru prodotti jew servizzi għal skopijiet ta' tiswija u manutenzjoni tal-vettura, inklużi l-emendi u ż-żidiet sussegwenti kollha għal dik l-informazzjoni;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 55
(55)  "valutazzjoni fuq il-post" tfisser verifika mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fil-bini tas-servizz tekniku jew wieħed mis-sottokuntratturi jew waħda mis-sussidjarji tiegħu;
(55)  "valutazzjoni fuq il-post" tfisser verifika fil-bini tas-servizz tekniku jew wieħed mis-sottokuntratturi jew waħda mis-sussidjarji tiegħu;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 56a (ġdid)
(56a)   "apparat ta' manipulazzjoni" tfisser kwalunkwe element funzjonali tad-disinn, meta jiffunzjona kif xieraq, li jipprevjeni milli s-sistemi approvati ta' kontroll u monitoraġġ tal-vettura jkunu effiċjenti u effikaċi kif ukoll jipprevjeni l-konformità mar-rekwiżiti ta' approvazzjoni taħt l-ispettru sħiħ tal-kundizzjonijiet ta' sewqan fid-dinja reali.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda l-Anness II dwar il-kategorizzazzjoni tas-sub-kategoriji ta' vetturi, it-tipi ta' vetturi u t-tipi ta' karozzerija bil-għan li tadattah għall-progress tekniku.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda l-Anness II dwar it-tipi ta' vetturi u t-tipi ta' karozzerija bil-għan li tadattah għall-progress tekniku.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq jaderixxu ma' separazzjoni stretta tar-rwoli u r-responsabbiltajiet u jiffunzjonaw b'mod indipendenti minn xulxin.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Fejn aktar minn awtorità tal-approvazzjoni waħda tkun responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi inkluża l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura individwali fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jaħtar awtorità tal-approvazzjoni tat-tip unika għall-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u għall-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu XV ta' dan ir-Regolament.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq, b'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
4.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq, b'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 18(5) tiegħu.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu, fejn jaraw li hu meħtieġ u ġġustifikat, ikunu intitolati li jidħlu fil-bini tal-operaturi ekonomiċi u jissekwestraw il-kampjuni meħtieġa ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal skopijiet ta' ttestjar tal-konformità.
5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu, fejn jaraw li hu meħtieġ u ġġustifikat, ikunu intitolati li jidħlu fil-bini tal-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom u jieħdu l-kampjuni meħtieġa ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal skopijiet ta' ttestjar tal-konformità.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 6
6.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku, b'mod partikolari n-numru tal-approvazzjoni tat-tip mogħtija u l-identità tal-manifatturi korrispondenti.
6.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip tagħhom, inkluża l-konformità tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont dan ir-Regolament. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull tliet snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Ir-riżultati għandhom jiġu diskussi mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel rapport sħiħ tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku, li għandu jinkludi b'mod partikolari l-għadd ta' approvazzjonijiet tat-tip mogħtija jew miċħuda, is-suġġett taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-identità tal-manifatturi korrispondenti u s-servizzi tekniċi responsabbli mis-sorveljanza tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 7
7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku.
7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull tliet snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Ir-riżultati għandhom jiġu diskussi mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati disponibbli pubblikament, li għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-għadd ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-ittestjar jew għal valutazzjoni oħra. Is-sommarju għandu jinkludi lista ta' dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li jinsab li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jekk applikabbli, l-identità tal-manifatturi korrispondenti, u deskrizzjoni qasira tan-natura tan-nuqqas ta' konformità.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji komuni għan-nomina, ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fil-livell nazzjonali.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jimplimentaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'mod uniformi u konsistenti biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi u jevitaw li jiġu applikati standards diverġenti madwar l-Unjoni. Dawn għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-Forum u mal-Kummissjoni fl-attivitajiet ta' awditjar u sorveljanza tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq talba.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Dawn għandhom josservaw il-kunfidenzjalità meta jkun meħtieġ sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għall-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sabiex jitħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.
2.  L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Dawn għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi, soġġett għall-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sabiex jitħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni skont il-liġi applikabbli.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Stat Membru fejn iktar minn awtorità tal-approvazzjoni waħda hija responsabbli għall-approvazzjoni tal-vettura inkluż approvazzjoni tal-vettura individwali, għandu jaħtar awtorità ta' approvazzjoni unika għall-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u għall-obbligi stabbiliti f'Kapitolu XV ta' dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni fi ħdan Stat Membru għandhom jikkooperaw ma' xulxin billi jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni fi ħdan Stat Membru għandhom jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effikaċi, kif ukoll qsim ta' informazzjoni effiċjenti u effikaċi rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar malli tirċievi din in-notifika.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 5
5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-kriterji komuni għall-ħatra, ir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni fil-livell nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
imħassar
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-kontrolli regolari sabiex jivverifikaw il-konformità tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll il-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip. Dawk il-kontrolli għandhom isiru fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji u permezz ta' testijiet b'impettu reali u tal-laboratorju fuq il-bażi ta' kampjuni statistikament rilevanti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, l-ilmenti u informazzjoni oħra.
1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu testijiet u spezzjonijiet regolari b'konformità mal-programmi annwali nazzjonali approvati skont il-paragrafi 2 u 3 sabiex jivverifikaw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati huma konformi mal-approvazzjonijiet tat-tip u mal-leġiżlazzjoni applikabbli. Tali testijiet u spezzjonijiet għandhom jitwettqu permezz ta', inter alia, testijiet fil-laboratorju u testijiet tal-emissjonijiet f'sewqan reali, abbażi ta' kampjuni statistikament rilevanti, u għandhom jiġu ssupplimentati minn kontrolli dokumentarji. L-Istati Membri għandhom iwettqu testijiet jew spezzjonijiet fuq bażi annwali fuq għadd ta' tipi li għandu jammonta għal mill-inqas 20 % tal-għadd ta' tipi mqiegħda fis-suq f'dak l-Istat Membru matul is-sena ta' qabel. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, ilmenti ssostanzjati u informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-riżultati tat-testijiet ippubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti, teknoloġiji ġodda fis-suq u rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi u telerilevament fit-triq.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jserrħu fuq organizzazzjonijiet indipendenti tal-ittestjar biex iwettqu l-kompiti tekniċi, bħal testijiet jew spezzjonijiet. Ir-responsabbiltà għar-riżultati tibqa' f'idejn l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Meta jintużaw servizzi tekniċi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li jintuża servizz tekniku differenti mis-servizz tekniku li jkun wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iħejju u jippreżentaw programm nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni fuq bażi annwali jew pluriennali. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw programmi jew azzjonijiet konġunti.
Il-programmi nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)   l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq ippjanati;
(b)   id-dettalji ta' kif għandhom jitwettqu l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, inkluża informazzjoni dwar l-użu ta' kontrolli dokumentarji, fiżiċi u fil-laboratorju, u kif din tirrifletti l-prinċipji tal-valutazzjoni tar-riskju, u kif tindirizza l-ilmenti ssostanzjati, volumi kbar ta' mudelli ta' vetturi fl-użu fit-territorju tagħhom, u l-parts tagħhom, l-ewwel applikazzjoni ta' magna jew teknoloġija ġdida, rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi u informazzjoni rilevanti oħra, inkluż minn operaturi ekonomiċi jew ir-riżultati tal-ittestjar ippubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti;
(c)   sommarju tal-azzjonijiet meħuda fil-programm preċedenti, inkluża dejta statistika rilevanti dwar l-iskala tal-attivitajiet imwettqa, l-azzjonijiet li ttieħdu b'segwitu u r-riżultati tagħhom. Fil-każ ta' programm pluriennali, sommarju tal-azzjonijiet għandu jitħejja u jiġi ppreżentat fuq bażi annwali lill-Kummissjoni u lill-Forum dwar l-Infurzar; u
(d)   id-dettalji tal-arranġamenti ta' finanzjament notifikati skont l-Artikolu 30(4) u r-riżorsi umani ddedikati għas-sorveljanza tas-suq, u l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq ippjanati.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jagħmlu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni disponibbli skont kif iqisu meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.
2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jagħmlu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni disponibbli skont kif iqisu meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom. Dan għandu jinkludi aċċess għas-softwer, l-algoritmi, l-unitajiet tal-kontroll tal-magni u kwalunkwe speċifikazzjoni teknika oħra meqjusa meħtieġa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li għandhom it-tip tagħhom approvat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw xierqa ċ-ċertifikati ta' konformità ppreżentati mill-operaturi ekonomiċi.
3.  Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li għandhom it-tip tagħhom approvat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw xierqa ċ-ċertifikati ta' konformità, il-marki tal-approvazzjoni tat-tip jew iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex javżaw lill-utenti fit-territorji tagħhom f'perjodu ta' żmien adegwat dwar il-perikli li jkunu identifikaw b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent u unità teknika separata sabiex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' korriment jew ħsara oħra.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex javżaw lill-utenti fit-territorji tagħhom f'perjodu ta' żmien adegwat dwar in-nuqqas ta' konformità li jkunu identifikaw b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent u unità teknika separata sabiex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' korriment jew ħsara oħra. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni fuq is-sit web tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq f'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw vettura, sistema, komponent u unità teknika separata mis-suq, skont l-Artikolu 49(5), għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat u fejn applikabbli l-awtorità tal-approvazzjoni relevanti.
5.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq, skont l-Artikolu 49(5), għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat u l-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar malli tirċievi din in-notifika.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Għandhom josservaw il-kunfidenzjalità fejn ikun hemm bżonn sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għll-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) kemm ikun hemm bżonn sabiex ikunu protetti l-interessi tal-utenti fl-Unjoni Ewropea.
6.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi, soġġett għall-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) kemm ikun hemm bżonn sabiex ikunu protetti l-interessi tal-utenti fl-Unjoni Ewropea.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 7
7.   L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku.
imħassar
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8
8.   L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri differenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom, jikkooperaw ma' xulxin u jaqsmu ma' xulxin u mal-Kummissjoni r-riżultati tagħhom. Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jaqblu fuq il-qsim tax-xogħol u l-ispeċjalizzazzjoni.
imħassar
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 9
9.  Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda fi Stat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-fruntieri esterni, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin, billi jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.
9.  Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda fi Stat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-fruntieri esterni, dawk l-awtoritajiet għandhom jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effikaċi u qsim ta' informazzjoni effiċjenti u effikaċi rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 10
10.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-istabbiliment tal-iskala, il-kamp ta' applikazzjoni u l-frekwenza li biha jridu jsiru l-kontrolli tal-verifiki tal-konformità tal-kampjuni meħudin imsemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
imħassar
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 10a (ġdid)
10a.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku rapport dwar il-konklużjonijiet tagħhom wara kull test ta' verifika tal-konformità li jkunu wettqu u għandhom jgħadduhom lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan ir-rapport lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar. Ir-rapport għandu jkun fih id-dettalji tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma vvalutati u l-identità tal-manifatturi korrispondenti, u deskrizzjoni qasira tal-konklużjonijiet, inkluża n-natura tan-nuqqas ta' konformità, jekk ikun hemm.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, jew teħtieġ li jitwettqu, fuq skala adegwata, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq, bil-għan li tivverifika li dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mal-approvazzjonijiet tat-tip u l-leġiżlazzjoni applikabbli kif ukoll biex tiġi żgurata l-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip.
Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, jew teħtieġ li jitwettqu, fuq skala adegwata u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-programmi nazzjonali maqbula għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq approvati skont l-Artikolu 8, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq, bil-għan li tivverifika li dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jkunu konformi mal-approvazzjonijiet tat-tip u l-leġiżlazzjoni applikabbli.
It-testijiet u l-ispezzjonijiet organizzati u mwettqa mill-Kummissjoni, jew bil-mandat tagħha, għandhom jindirizzaw il-kwistjoni tal-konformità waqt is-servizz tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.
Tali testijiet u spezzjonijiet għandhom jitwettqu permezz ta', inter alia, testijiet fil-laboratorju u testijiet tal-emissjonijiet f'sewqan reali, abbażi ta' kampjuni statistikament rilevanti, u għandhom jiġu ssupplimentati minn kontrolli dokumentarji.
Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, ilmenti ssostanzjati u informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-riżultati tat-testijiet ippubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti, teknoloġiji ġodda fis-suq u rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi u telerilevament fit-triq.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, meta l-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, talba magħmula minn membru tal-Forum dwar l-Infurzar jew riżultati ppubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti, tikkunsidra li Stat Membru mhuwiex qed jissodisfa kif suppost l-obbligi tas-sorveljanza tas-suq jew tal-approvazzjoni tat-tip tagħha li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, jew tirrikjedi li jitwettqu, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà disponibbli fis-suq.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)
Il-Kummissjoni tista' sserraħ fuq organizzazzjonijiet indipendenti tal-ittestjar biex iwettqu l-kompiti tekniċi, bħal testijiet jew spezzjonijiet. Ir-responsabbiltà għar-riżultati tibqa' f'idejn il-Kummissjoni. Meta jinħatru servizzi tekniċi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jintuża servizz tekniku differenti mis-servizz tekniku li jkun wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip jew l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, numru statistikament rilevanti ta' vetturi tal-produzzjoni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati magħżulin mill-Kummissjoni li huma rappreżentattivi għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disponibbli għat-tqegħid fis-suq b'dik l-approvazzjoni tat-tip. Dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu fornuti għall-ittestjar f'tali żmien u post u għall-perjodu li tkun teħtieġ il-Kummissjoni.
2.  Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip jew l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni, numru statistikament rilevanti ta' vetturi tal-produzzjoni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati magħżulin mill-Kummissjoni li huma rappreżentattivi għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disponibbli għat-tqegħid fis-suq b'dik l-approvazzjoni tat-tip. Dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu fornuti għall-ittestjar f'tali żmien u post u għall-perjodu li tkun teħtieġ il-Kummissjoni, skont is-sitwazzjoni.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha u appoġġ tekniku ieħor li l-esperti tal-Kummissjoni jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jwettqu testijiet, kontrolli u spezzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni, inklużi sistemi tal-kompjuter u softwer, rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel l-ittestjar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dejta kollha marbuta mal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati soġġetta għall-ittestjar tal-verifika tal-konformità. Din id-dejta għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 26(1).
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel l-ittestjar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu minnufih għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dejta kollha marbuta mal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-ittestjar tal-verifika tal-konformità. Din id-dejta għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 26(1).
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu d-dejta li hija meħtieġa għall-fini tal-ittestjar tal-verifika tal-konformità minn partijiet terzi pubblika. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi d-dejta li għandha ssir pubblika u l-kundizzjonijiet għal tali pubblikazzjoni, soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-dejta personali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
4.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni, bla ħlas u mingħajr dewmien żejjed, id-dejta li hija meħtieġa għall-fini tal-ittestjar tal-verifika tal-konformità minn partijiet terzi rikonoxxuti. Dik id-dejta għandha tinkludi l-parametri u l-konfigurazzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu rreplikati b'mod preċiż il-kundizzjonijiet tat-test applikati fiż-żmien tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Id-dejta kollha ta' dan it-tip għandha tkun trattata b'rispett għall-protezzjoni leġittima ta' informazzjoni kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi d-dejta li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni u l-kundizzjonijiet għal dan, inklużi dawk għall-għoti ta' aċċess għal tali informazzjoni permezz tal-bażi ta’ dejta online msemmija fl-Artikolu 10a, soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-dejta personali skont l-atti legalital-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq awditjar konġunt tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq biex tivverifika li dawn jimplimentaw, b'mod konsistenti, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u rigoruż. Wara konsultazzjoni mal-Forum, il-Kummissjoni għandha tadotta pjan annwali ta' awditjar konġunti li jqis ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet preċedenti fid-determinazzjoni tal-frekwenza tal-valutazzjoni. F'każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex tqis li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' titlob li l-awditjar konġunt jitwettaq fuq bażi annwali.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.   Sabiex twettaq dan il-kompitu, il-Kummissjoni għandha tirrikorri għal awdituri indipendenti kkuntrattati bħala partijiet terzi wara sejħa miftuħa għall-offerti. L-awdituri għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. L-awdituri għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali skont il-liġi applikabbli. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni u l-appoġġ kollu li l-awdituri jitolbu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri jkollhom aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni, inklużi sistemi tal-kompjuter u softwer, rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom. Fuq talba, kull Stat Membru jista' jkun intitolat biex jibgħat osservatur fuq awditjar konġunt organizzat skont dan l-Artikolu. Dawn l-osservaturi ma għandhomx jinfluwenzaw kwalunkwe deċiżjoni relatata mal-eżitu tal-awditjar konġunt.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4c (ġdid)
4c.   L-eżitu tal-awditjar konġunt għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni u sommarju tal-eżitu għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Dan għandu jiġi diskuss mill-Forum stabbilit fl-Artikolu 10.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4d (ġdid)
4d.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kif ikun indirizza r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar konġunt imsemmi fil-paragrafu 4c.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4e (ġdid)
4e.   Il-Kummissjoni tista' titlob aktar informazzjoni mill-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq tagħhom meta jkollha raġuni biex temmen, wara eżami fil-Forum, li jkun hemm każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament. L-Istati Membri u l-awtoritajiet rispettivi tagħhom għandhom jipprovdu tali informazzjoni mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Meta dawn it-testijiet u l-ispezzjonijiet ipoġġu f'dubju l-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess, il-Kummissjoni għandha tinforma l-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtoritajiet ikkonċernati kif ukoll il-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar.
Meta dawn it-testijiet u l-ispezzjonijiet ipoġġu f'dubju l-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip infisha, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtoritajiet ikkonċernati kif ukoll lill-Istati Membri u l-membri tal-Forum dwar l-Infurzar.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tavża lill-utenti fl-Unjoni, inkluż l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti, f'perjodu ta' żmien adegwat, dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità li tkun identifikat b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent u unità teknika separata sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas ir-riskju ta' korriment jew ħsara oħra. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni fuq is-sit web tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar is-sejbiet tagħha wara kull test ta' verifika tal-konformità li twettaq.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku rapport dwar il-konklużjonijiet tagħha wara kull test ta' verifika tal-konformità li twettaq u għandha tgħaddi dawn il-konklużjonijiet lill-Istati Membri u lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar. Ir-rapport għandu jkun fih id-dettalji tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma vvalutati u l-identità tal-manifatturi korrispondenti, u deskrizzjoni qasira tal-konklużjonijiet, inkluża n-natura tan-nuqqas ta' konformità, jekk ikun hemm, u, jekk ikun xieraq, jirrakkomanda azzjonijiet ta' segwitu lill-Istati Membri.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippresjedi Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar ("il-Forum").
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, tippresjedi u tamministra Forum dwar l-Infurzar ("il-Forum").
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dan il-Forum għandu jkun magħmul minn membri maħturin mill-Istati Membri.
Dan il-Forum għandu jkun magħmul minn membri maħturin mill-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq tagħhom.
Meta jkun xieraq, u mill-inqas darba fis-sena, il-Forum għandu wkoll jistieden osservaturi għal-laqgħat tiegħu. L-osservaturi mistiedna għandhom jinkludi rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tas-servizzi tekniċi, tal-organizzazzjonijiet għall-ittestjar terzi rikonoxxuti, tal-industrija jew ta' operaturi ekonomiċi rilevanti oħra, ta' NGOs tas-sikurezza u l-ambjent u ta' gruppi tal-konsumaturi. L-osservaturi mistiedna għal-laqgħat tal-Forum għandhom jikkostitwixxu firxa wiesgħa, rappreżentattiva u bbilanċjata ta' korpi tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati rilevanti.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-kalendarju tal-laqgħat, l-aġendi u l-minuti, inkluż rekord tal-attendenza.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Forum għandu jikkoordina netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip u għas-sorveljanza tas-suq.
Il-Forum għandu jikkoordina netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip u għas-sorveljanza tas-suq sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ ta' korpi maħtura u l-applikazzjoni ġenerali tar-rekwiżiti mniżżla f'dan ir-Regolament.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-kompiti ta' konsulenza tiegħu għandhom jinkludu, inter alia, il-promozzjoni ta' prassi tajba, l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-problemi ta' infurzar, il-kooperazzjoni, l-iżvilupp ta' metodi tax-xogħol u għodod, żvilupp ta' proċedura ta' skambju ta' informazzjoni elettronika, l-evalwazzjoni ta' proġetti ta' infurzar armonizzati, il-penali, u l-ispezzjonijiet konġunti.
Il-kompiti tiegħu għandhom jinkludu:
(a)   il-kunsiderazzjoni tal-ilmenti sostanzjati, l-evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra dwar nuqqas ta' konformità possibbli ppreżentata minn partijiet terzi rikonoxxuti;
(b)   il-valutazzjoni u d-diskussjoni konġunta tal-programmi ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali wara li jkunu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni;
(c)   l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda disponibbli jew li se jsiru disponibbli fis-suq;
(d)   il-valutazzjoni tar-riżultati tar-reviżjonijiet, kemm dawk skont l-Artikolu 6(6) kif ukoll dawk li jsegwu awditjar konġunt skont l-Artikolu 71(8), tal-funzjonament tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip;
(e)   ir-reviżjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-funzjonament tas-sorveljanza tas-suq;
(f)   il-valutazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet, kemm skont l-Artikolu 80(3a) u dawk li jsegwu valutazzjoni konġunta skont l-Artikolu 80(4), tal-funzjonament tas-servizzi tekniċi; kif ukoll
(g)   il-valutazzjoni, tal-inqas kull sentejn, tal-effettività tal-attivitajiet ta' infurzar, inkluż, fejn rilevanti, il-konsistenza u l-effettività ta' kwalunkwe tiswija, sejħa lura jew sanzjoni applikata mill-Istati Membri fejn vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati affettwati bin-nuqqas ta' konformità, ikunu mqiegħda fis-suq f'aktar minn Stat Membru wieħed.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Meta, wara eżami fi ħdan il-Forum, il-Kummissjoni jkollha raġuni temmen li hemm każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni ulterjuri mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom. L-Istati Membri u l-awtoritajiet rispettivi tagħhom għandhom jipprovdu tali informazzjoni mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport dwar l-attivitajiet tal-Forum fuq bażi annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi spjegazzjoni dettaljata tal-kwistjonijiet li l-Forum ikun qed jikkunsidra, l-azzjonijiet li jirriżultaw minn dawk id-deliberazzjonijiet u r-raġunament wara dawk l-azzjonijiet, inkluż fil-każ li ma tkun prevista ebda azzjoni. Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tal-attivitajiet tal-Forum lill-Parlament Ewropew.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 10, paragrafu 2c (ġdid)
2c.   Jekk il-Kummissjoni turi li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ikkonċernata tkun kisret xi rekwizit ta' dan ir-Regolament wara awditjar konġunt, din għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex tindirizza dan in-nuqqas ta' konformità. F'ċertu każijiet, u wara kunsiderazzjoni xierqa tan-natura tan-nuqqas ta' konformità, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissospendi jew tirtira l-awtorità għall-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata biex taċċetta applikazzjonijiet ta' ċertifikati għal approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 21.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2c – subparagrafu 1a (ġdid)
Fi żmien xahrejn wara li tissospendi jew tirtira tali awtorità skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Istati Membri dwar is-sejbiet tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità. Meta jkun hemm bżonn sabiex tiżgura s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq, il-Kummissjoni għandha tagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati biex jissospendu jew jirtiraw, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat li ma kellux jinħareġ.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Bażi ta' dejta online
1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta' dejta online għall-iskambju elettroniku sikur ta' informazzjoni relatata mal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorizzazzjonijiet maħruġa, is-sorveljanza tas-suq u attivitajiet rilevanti oħra bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritiet ta' sorveljanza tas-suq, l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-aċċess u r-reċezzjoni ta' aġġornamenti regolari mal-awtoritajiet rilevanti u s-sigurtà tad-dejta u l-kunfidenzjalità relatata mar-rekords miżmuma fil-bażi ta' dejta
3.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 25 fil-bażi ta' dejta. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dettalji tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ta' vetturi reġistrati u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura allokat lil vettura skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE1a u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni aġġornamenti fuq bażi regolari. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format li jippermetti tfittxija.
4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi interfaċċa bejn il-bażi ta' dejta u s-Sistema ta' Twissija Rapida tal-EU (RAPEX) u s-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni dwar is-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), sabiex ikunu faċilitati l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u jkunu żgurati l-koordinazzjoni, il-konsistenza u l-akkuratezza tal-informazzjoni provduta lill-konsumaturi u partijiet terzi.
5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll interfaċċa pubblika aċċessibbli li għandha tinkludi l-informazzjoni li hemm fl-Anness IX u d-dettalji tal-awtorità tal-approvazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 24 u tas-servizzi tekniċi li wettqu t-testijiet mitluba skont l-Artikolu 28. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tiġi preżentata b'mod li tippermetti tfittxija.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għall-verifika tat-test, bi qbil mal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(4).
6.   Bħala parti mill-bażi ta' dejta, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa għodda biex ittella' riżultati tat-test ta' partijiet terzi kif ukoll ilmenti dwar il-prestazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi oħra. Informazzjoni ppreżentata permezz ta' din l-għodda għandha tkun ikkunsidrata fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq previsti fl-Artikoli 8 u 9.
7.   Biex tiġi ttestjata l-adegwatezza tal-użu tal-IMI għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni abbażi ta' dan l-Artikolu, għandu jitnieda proġett pilota sa ... [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
__________________
1aId-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Il-manifattur għandu jiżgura li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huwa stess immanifattura u li jkunu tqiegħdu fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz ikunu ġew manifatturati u approvati b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
1.  Il-manifattur għandu jiżgura li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mqiegħda fis-suq jew li daħħlu fis-servizz ikunu ġew manifatturati u approvati b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u li dawn jibqgħu jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti irrispettivament mill-metodu ta' ttestjar użat.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-manifattur għandu jkun responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni irrispettivament mill-metodu ta' testjar użat.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4
4.  Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, manifattur stabbilit barra mill-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni. Dak il-manifattur għandu jaħtar ukoll rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, li jista' jkun l-istess rappreżentant maħtur għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
4.  Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, manifattur ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati stabbilit barra mill-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni. Dak il-manifattur għandu jaħtar ukoll rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, li jista' jkun l-istess rappreżentant maħtur għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-manifattur għandu juri li d-disinn tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati ma jinkorporax strateġiji jew mezzi oħra li jbiddlu b'mod mhux meħtieġ il-prestazzjoni murija waqt proċeduri ta' test applikabbli meta dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jitħaddmu taħt kundizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li wieħed jiltaqa' magħhom fit-tħaddim u fl-użu normali.
Il-manifattur għandu jiżvela kwalunkwe strateġija ta' ġestjoni tal-magna li tista' tintuża, jew permezz ta' ħardwer jew ta' softwer. Il-manifattur għandu jiżvela l-informazzjoni rilevanti kollha dwar dawn l-istrateġiji ta' ġestjoni, inklużi s-softwer użat, il-parametri ta' tali strateġiji u l-ġustifikazzjoni teknika bid-dettalji ta' għaliex huma meħtieġa.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
5.   Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni, kemm jekk ikun involut direttament jew le fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.
imħassar
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Il-manifattur għandu, bil-għan li jħares l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jinvestiga u jżomm reġistru tal-ilmenti u n-nuqqasijiet ta' konformità ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li hu jkun qiegħed fis-suq u jżomm lill-importaturi u lid-distributuri tiegħu informati dwar dan il-monitoraġġ.
Jekk in-numru ta' lmenti u ta' nuqqasijiet ta' konformità dwar tagħmir relatat mas-sikurezza jew mal-emissjonijiet jaqbeż it-30 każ jew il-1 fil-mija tat-total tal-vetturi, skont liema valur huwa aktar baxx, is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts jew it-tagħmir ta' tip, varjant u/jew verżjoni partikolari li tqiegħdu fis-suq, għandha tintbagħat mingħajr dewmien informazzjoni ddettaljata lill-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti responsabbli għall-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir kif ukoll lill-Kummissjoni.
L-informazzjoni għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-kwistjoni u d-dettalji meħtieġa biex jiġi identifikat it-tip, il-varjant u l-verżjoni affettwati tal-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir. Din id-dejta ta' twissija bikrija għandha tintuża għall-identifikazzjoni ta' tendenzi potenzjali fl-ilmenti tal-konsumaturi u biex tiġi investigata l-ħtieġa għal sejħiet lura mibdija mill-manifattur u attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq mill-Istati Membri u l-Kummissjoni.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   Il-manifattur għandu jiżgura li l-utent ta' vettura, wara informazzjoni minn qabel, jaqbel li tiġi proċessata u trażmessa d-dejta kollha li ġiet iġġenerata waqt l-użu tal-vettura bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Meta l-ipproċessar u t-trażmissjoni tad-dejta ma jkunx obbligatorju għall-funzjonament sikur tal-vettura, il-manifattur għandu jiżgura li l-utent tal-vettura jkollu l-għażla li jiskonnettja t-trasferiment tad-dejta u li hu/hi jkunu jistgħu jagħmlu dan faċilment.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Manifattur li jkun tal-fehma li l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, jew part jew tagħmir, li tpoġġew fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz, mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament jew li l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' dejta inkorretta, għandu jieħu l-miżuri xierqa minnufih sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir f'konformità, jew inkella sabiex jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, skont kif xieraq.
Meta manifattur iqis li vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, jew part jew tagħmir, li tpoġġew fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz, mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament jew meta l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' dejta inkorretta, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri xierqa minnufih sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir f'konformità, jew inkella sabiex jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, skont kif xieraq.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, il-manifattur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżuri meħuda lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq jew ikunu ddaħħlu fis-servizz għal dak il-għan.
2.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, il-manifattur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqas ta' konformità u riskju u dwar kwalunkwe miżuri meħuda lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq jew ikunu ddaħħlu fis-servizz għal dak il-għan.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-manifattur għandu jżomm il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(4) għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta' vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' sistema, komponent jew unità teknika separata.
Il-manifattur għandu jżomm il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(4) u barra minn hekk il-manifattur tal-vettura għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni kopja taċ-ċertifikati tal-konformità msemmija fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistema, komponent jew unità teknika separata.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-manifattur tal-vettura għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni kopja taċ-ċertifikati ta' konformità msemmija fl-Artikolu 34.
imħassar
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Il-manifattur għandu, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità, permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, b'kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew bl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) li turi l-konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità nazzjonali.
Il-manifattur għandu, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali jew il-Kummissjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità, jew lill-Kummissjoni, permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, b'kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew bl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) li turi l-konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-manifattur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jikkoopera ma' dik l-awtorità dwar kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex telimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.
Il-manifattur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali jew mill-Kummissjoni, jikkoopera ma' dik l-awtorità jew mal-Kummmissjoni, dwar kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex telimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – titolu
Obbligi tar-rappreżentanti tal-manifattur fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq
Obbligi tar-rappreżentanti tal-manifattur
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Ir-rappreżentant tal-manifattur għas-sorveljanza tas-suq għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Dak il-mandat għandu jipprovdi lir-rappreżentant jagħmel mill-inqas dawk li ġejjin:
1.  Ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Dak il-mandat għandu jipprovdi lir-rappreżentant jagħmel mill-inqas dawk li ġejjin:
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ikollu aċċess għall-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22 u għaċ-ċertifikat ta' konformità msemmi fl-Artikolu 34 f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Dokumentazzjoni bħal din għandha tkun magħmula disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta' vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;
(a)  ikollu aċċess għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu u għaċ-ċertifikat ta' konformità f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Dokumentazzjoni bħal din għandha tkun magħmula disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta' vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b
(b)  isegwi talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;
(b)  isegwi talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, inkluż kwalunkwe speċifikazzjoni teknika fl-approvazzjoni tat-tip u aċċess għal softwer u algoritmi;
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Id-dettalji ta' bidla għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:
3.  Id-dettalji ta' bidla fil-mandat għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Qabel iqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata bit-tip approvat, l-importatur għandu jivverifika li jkun ġie ppreżentat magħhom il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(4) mill-awtorità tal-approvazzjoni, u li s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa u jkunu konformi mal-Artikolu 11(7).
Qabel iqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata bit-tip approvat, l-importatur għandu jivverifika li dawn ikunu koperti minn ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip validu u li l-komponent jew l-unità teknika separata jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa u jkunu konformi mal-Artikolu 11(7).
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Meta l-importatur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, li ma jikkorrespondux għall-approvazzjoni tat-tip tagħhom, huwa ma għandux jippermetti t-tqegħid fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità. Meta huwa jikkunsidra li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati bit-tip approvat, huwa għandu jgħarraf ukoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.
3.  Meta l-importatur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, meta ma jikkorrespondux għall-approvazzjoni tat-tip tagħhom, l-importatur ma għandux jippermetti t-tqegħid fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità. Meta huwa jikkunsidra li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, l-importatur għandu jgħarraf b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati bit-tip approvat, huwa għandu jgħarraf ukoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6
6.  L-importatur għandu, bil-għan li jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jinvestiga u jżomm reġistru tal-ilmenti u s-sejħiet lura ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li jkun qiegħed fis-suq u jżomm lid-distributuri tiegħu infurmati dwar dan il-monitoraġġ.
6.  L-importatur għandu, bil-għan li jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jinvestiga u jżomm reġistru tal-ilmenti, nuqqasijiet ta' konformità u s-sejħiet lura ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li jkun qiegħed fis-suq u jżomm lid-distributuri tiegħu infurmati dwar l-ilmenti u s-sejħiet lura.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   L-importatur għandu immedjatament jinforma lill-manifattur rilevanti dwar l-ilmenti u r-rapporti relatati mar-riskji, ma' inċidenti suspettati, jew ma' nuqqas ta' konformità relatati ma' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li hu jkun qiegħed fis-suq.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Fejn vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed fis-suq mill-importatur mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-importatur għandu minnufih jieħu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata f'konformità, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq.
1.  Fejn vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed fis-suq mill-importatur mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-importatur għandu minnufih jieħu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata f'konformità taħt il-kontroll tal-manifattur, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq. L-importatur għandu wkoll jinforma lill-manifattur u lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Meta vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir jippreżentaw riskju serju, l-importatur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar ir-riskju serju lill-manifattur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq.
Meta vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir li jkunu tqiegħdu fis-suq jippreżentaw riskju serju, l-importatur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar ir-riskju serju lill-manifattur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Distributur għandu jivverifika, qabel jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, li tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollhom il-pjanċa statutorja jew il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa, li jkunu akkumpanjati bid-dokumenti meħtieġa, kif ukoll bi struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif mitlub mill-Artikolu 63, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(7) u fl-Artikolu 14(4), rispettivament.
1.   Distributur għandu jivverifika, qabel jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, li tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollhom il-pjanċa statutorja jew il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa, li jkunu akkumpanjati bid-dokumenti meħtieġa, kif ukoll bi struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif mitlub mill-Artikolu 63, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(7) u fl-Artikolu 14(4), rispettivament.
2.   Id-distributur għandu, bil-għan li jħares l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jinvestiga lmenti u nuqqasijiet ta' konformità ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li jkun qiegħed fis-suq. Barra minn hekk, l-ilmenti u/jew in-nuqqasijiet ta' konformità kollha li jikkonċernaw aspetti ambjentali jew tas-sikurezza tal-vettura għandhom jiġu kkomunikati lill-importatur jew lill-manifattur mingħajr dewmien.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Meta d-distributur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, huwa ma għandux jippermetti t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità.
1.  Meta d-distributur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, id-distributur għandu jgħarraf lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip dwar dak il-fatt u ma għandux jippermetti t-tqegħid fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  Id-distributur li jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed għad-disponibbiltà fis-suq mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jgħarraf lill-manifattur jew lill-importatur sabiex jiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jinġiebu f'konformità, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq, b'konformità mal-Artikolu 12(1) jew mal-Artikolu 15(1).
2.  Meta distributur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed għad-disponibbiltà fis-suq mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-distributur għandu jgħarraf lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritá tal-approvazzjoni tat-tip li tat l-approvazzjoni tat-tip sabiex jiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jinġiebu f'konformità, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq, b'konformità mal-Artikolu 12(1) jew mal-Artikolu 15(1).
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
3.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, id-distributur għandu minnufih jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dak ir-riskju serju lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq. Id-distributur għandu jgħarrafhom ukoll b'kull azzjoni meħuda u jagħti dettalji, b'mod partikolari dwar ir-riskju serju u l-miżuri ta' korrezzjoni meħuda mill-manifattur.
3.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, id-distributur għandu minnufih jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dak ir-riskju serju lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq. Id-distributur għandu jgħarrafhom ukoll b'kull azzjoni meħuda u jagħti dettalji tal-miżuri ta' korrezzjoni meħuda mill-manifattur.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4
4.  Id-distributur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jikkoopera ma' dik l-awtorità fuq kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jelimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.
4.  Id-distributur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali jew mill-Kummissjoni, jikkoopera ma' dik l-awtorità jew mal-Kummissjoni fuq kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jelimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2
2.  Għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistema, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent u l-approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, hija applikabbli biss l-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed.
2.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistema, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent u l-approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, hija applikabbli biss l-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 4
4.  L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip approvat ta' vettura fl-istadju finali jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha fil-mument tal-approvazzjoni. Verifika għandha tinkludi kontroll dokumentarju tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura mhux kompleta mogħtija matul il-kors tal-proċedura f'diversi stadji, anki meta din tkun ingħatat għal kategorija differenti ta' vettura.
4.  L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip approvat ta' vettura fl-istadju finali jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha fil-mument tal-approvazzjoni, f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness XVII. Verifika għandha tinkludi kontroll dokumentarju tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura mhux kompleta mogħtija matul il-kors tal-proċedura f'diversi stadji, inkluż meta din tkun ingħatat għal kategorija differenti ta' vettura. Din għandha tinkludi wkoll kontroll li l-prestazzjoni tas-sistemi li ngħataw approvazzjoni tat-tip b'mod separat tkun għadha konformi ma' dawk l-approvazzjonijiet tat-tip wara li jkunu ġew inkorporati f'vettura sħiħa.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 5
5.  L-għażla tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti sostantivi applikabbli li magħhom irid jikkonforma t-tip approvat ta' vettura fil-mument tal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.
5.  L-għażla tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti kollha applikabbli li magħhom irid jikkonforma t-tip approvat ta' vettura fil-mument tal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Il-manifattur għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni l-ammont neċessarju ta' vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont l-atti regolatorji rilevanti għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Tista' tiġi sottomessa applikazzjoni waħda biss fir-rigward ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u fi Stat Membru wieħed biss.
2.  Tista' tiġi sottomessa applikazzjoni waħda biss fir-rigward ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u fi Stat Membru wieħed biss. Ladarba tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, il-manifattur ma għandux jitħalla jinterrompi l-proċedura u jippreżenta applikazzjoni għall-istess tip lil awtorità tal-approvazzjoni oħra jew servizzi tekniċi oħrajn. Barra minn hekk, jekk l-approvazzjoni tat-tip tiġi rrifjutata jew it-test f'servizz tekniku ifalli, il-manifattur m'għandux jitħalla jippreżenta applikazzjoni oħra għall-istess tip lil awtorità tal-approvazzjoni oħra jew lil servizz tekniku ieħor.
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a
(a)  dokument ta' informazzjoni, kif stabbilit fl-Anness I għal approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed jew imħallta, jew fl-Anness III għal approvazzjoni tat-tip pass pass;
(a)  dokument ta' informazzjoni, kif stabbilit fl-Anness I għal approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha fi stadju wieħed jew imħallta, jew fl-Anness III għal approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha pass pass jew fl-atti regolatorji rilevanti fil-każ tal-approvazzjoni ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt d
(d)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip fil-kuntest tal-proċedura ta' applikazzjoni.
(d)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Il-folder ta' informazzjoni għandu jiġi fornut f'format elettroniku li għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni iżda għandu jiġi fornut ukoll f'format stampat.
2.  Il-folder ta' informazzjoni għandu jiġi fornut f'format elettroniku.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata bis-sett komplet ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi fir-rapporti tal-ittestjar, meħtieġa skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness IV.
Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata bis-sett komplet ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi fir-rapporti tal-ittestjar u d-dokumenti li fihom l-informazzjoni, meħtieġa skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
F'każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' sistema, approvazzjoni tat-tip ta' komponent jew approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness IV, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta' informazzjoni sakemm tinħareġ jew tiġi rrifjutata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha.
F'każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' sistema, approvazzjoni tat-tip ta' komponent jew approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta' informazzjoni u d-dokumenti ta' informazzjoni sakemm tinħareġ jew tiġi rrifjutata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip imħallta għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata biċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi r-rapporti tal-ittestjar, meħtieġa skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness IV.
Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip imħallta għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata biċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi r-rapporti tal-ittestjar u d-dokumenti ta' informazzjoni, meħtieġa skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma rilevanti għall-istat tal-ikkompletar tal-vettura bażi;
(a)  fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u r-rapporti tat-testijiet li huma rilevanti għall-istat tal-ikkompletar tal-vettura bażi;
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  fit-tieni stadju u fl-istadji sussegwenti, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma rilevanti għall-istadju attwali tal-ikkompletar, flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura maħruġa fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni, kif ukoll id-dettalji sħaħ ta' kwalunkwe bidliet jew żidiet li l-manifattur għamel fil-vettura.
(b)  fit-tieni stadju u fl-istadji sussegwenti, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma rilevanti għall-istadju attwali tal-ikkompletar, flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vettura kollha għall-vettura maħruġa fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni, kif ukoll id-dettalji sħaħ ta' kwalunkwe bidliet jew żidiet li l-manifattur għamel fil-vettura.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) tista' tiġi fornuta b'konformità mal-Artikolu 22(2).
L-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) għandha tiġi fornuta b'konformità mal-Artikolu 22(2).
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi għandu jkollhom aċċess għas-softwer u l-algoritmi tal-vettura.
L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi għandu jkollhom aċċess għas-softwer, il-ħardwer u l-algoritmi tal-vettura, flimkien ma' dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li tippermetti livell ta' komprensjoni xieraq u rilevanti tas-sistemi, inkluż il-proċess tal-iżvilupp tas-sistemi u l-kunċett tas-sistemi, u l-funzjonijiet ta' tali softwer u ħardwer li jippermettu li l-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Matul il-perjodu ta' validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, għandu jingħata aċċess għas-softwer, ħardwer u algoritmi tal-vettura sabiex tista' ssir verifika li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jkunu konformi matul l-ispezzjoni perjodika. Wara l-iskadenza taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fil-każ li dak iċ-ċertifikat ma jiġġeddidx, l-aċċess għandu jkompli jingħata fuq talba. L-informazzjoni li għandha tiġi żvelata għal dawk il-finijiet partikolari ma tkunx ta' natura li xxekkel il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni riżervata u tal-proprjetà intellettwali. Il-manifattur għandu jikkomunika lill-awtorità tal-approvazzjoni u lis-servizz tekniku - f'forma standardizzata - il-verżjoni tas-softwer li jirregola s-sistemi u l-komponenti relatati mas-sikurezza u l-konfigurazzjoni jew kalibrazzjonijiet oħra applikati għas-sistemi u l-komponenti relatati mal-emissjonijiet fil-ħin tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Sabiex jiġu identifikati bidliet illegali sussegwenti għas-softwer, is-servizz tekniku għandu jiġi intitolat jimmarka s-softwer billi jissettja parametri korrispondenti.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt d
(d)  fil-każ tal-approvazzjonijiet tat-tip għall-vettura kollha skont il-proċeduri pass pass, imħallta u f'diversi stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika, b'konformità mal-Artikolu 20(4), li s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati huma koperti minn approvazzjonijiet tat-tip separati skont ir-rekwiżiti applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.
(d)  fil-każ tal-approvazzjonijiet tat-tip għall-vettura kollha skont il-proċeduri pass pass, imħallta u f'diversi stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika, b'konformità mal-Artikolu 20(4), li s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati huma koperti minn approvazzjonijiet tat-tip validi separati skont ir-rekwiżiti applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-pakkett ta' informazzjoni għandu jinkludi indiċi li jindika b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument u li jirreġistra b'mod kronoloġiku l-ġestjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Il-pakkett ta' informazzjoni jista' jinżamm b'mod elettroniku u għandu jinkludi indiċi li jindika b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument u li jirreġistra b'mod kronoloġiku l-ġestjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 5
5.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE meta hija ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jippreżenta riskju serju għas-sikurezza jew jista' jkun ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika. F'dak il-każ, hija għandha tibgħat minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha u li jistabbilixxi l-evidenza għas-sejbiet tagħha.
5.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE meta hija ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jippreżenta riskju għas-sikurezza jew jista' jkun ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika. F'dak il-każ, hija għandha tibgħat minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha u li jistabbilixxi l-evidenza għas-sejbiet tagħha.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Skont l-Artikolu 20(4) u (5), fil-każ ta' proċeduri pass wara pass, imħalltin u dawk b'ħafna stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, meta ssib li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fl-atti elenkati fl-Anness IV.
Skont l-Artikolu 20, fil-każ ta' proċeduri pass wara pass, imħalltin u dawk b'ħafna stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, meta ssib li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fl-atti elenkati fl-Anness IV.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta toħroġ jew temenda ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mad-dokumenti mehmuża inklużi r-rapporti tat-testijiet imsemmijin fl-Artikolu 23, għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika li hija approvat. Dik il-kopja għandha tintbagħat permezz ta' sistema sigura u komuni ta' skambju elettroniku jew fil-forma ta' fajl elettroniku sigur.
1.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta toħroġ jew temenda ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, tissottometti fil-bażi ta' dejta online informazzjoni li jkun fiha ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mad-dokumenti mehmuża inklużi r-rapporti tat-testijiet imsemmijin fl-Artikolu 23, għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika li hija approvat.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
3.   Meta mitluba minn awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew il-Kummissjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi dik it-talba, tibgħat lill-awtorità tal-approvazzjoni rikjedenti kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mad-dokumenti mehmuża, permezz ta' sistema sigura u komuni ta' skambju elettroniku jew fil-forma ta' fajl elettroniku sigur.
imħassar
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4
4.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni bir-rifjut jew l-irtirar minnha ta' kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE, billi tagħti r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha.
4.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni bir-rifjut jew l-irtirar minnha ta' kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE, billi tagħti r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha wkoll taġġorna din l-informazzjoni fil-bażi ta' dejta online.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d
(d)  fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha, kampjun mimli taċ-ċertifikat ta' konformità.
(d)  fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha, kampjun mimli taċ-ċertifikat ta' konformità tat-tip ta' vettura.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1
1.  Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV għandha tintwera permezz ta' testijiet xierqa b'konformità mal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV, imwettqa mis-servizzi tekniċi nnominati.
1.  Għall-fini tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV permezz ta' testijiet xierqa mwettqa mis-servizzi tekniċi maħtura.
Il-format tar-rapporti tat-testijiet għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Appendiċi 3 tal-Anness V.
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni bil-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mitluba skont l-atti rilevanti elenkati fl-Anness IV għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.
2.  Il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizzi tekniċi rilevanti u lill-awtorità tal-approvazzjoni bil-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mitluba skont l-atti rilevanti elenkati fl-Anness IV għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu skont l-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV. Meta jkunu previsti firxa ta' valuri fil-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-atti regolatorji rilevanti, is-servizzi tekniċi għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu l-parametri u l-kundizzjonijiet użati biex jitwettqu t-testijiet xierqa msemmija fil-paragrafu 1. Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, l-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-vetturi magħżula għall-ittestjar jirrapreżentaw l-agħar każ fir-rigward tal-konformità mal-kriterji rispettivi u li l-vetturi magħżula ma jwasslux biex jinkisbu riżultati li jkunu sistematikament diverġenti mill-prestazzjoni meta dawk il-vetturi jkunu mħaddma taħt kundizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li wieħed jiltaqa' magħhom fit-tħaddim u fl-użu normali.
Emenda 348
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 3(10) u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi jistgħu jiddevjaw mill-proċeduri standard tat-testijiet u mill-medda ta' valuri u għandhom jimmodifikaw il-kundizzjonijiet u l-parametri b'mod mhux prevedibbli, u jistgħu wkoll, b'mod partikolari, jagħmlu dan lil hinn mill-valuri u l-proċeduri stipulati fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha għandha tivverifika għadd statistikament rilevanti ta' kampjuni ta' vetturi u ċertifikati ta' konformità fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 34 u 35 u għandha tivverifika li d-dejta fiċ-ċertifikati ta' konformità hija korretta.
2.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha għandha tivverifika għadd adegwat u statistikament rilevanti ta' kampjuni ta' vetturi u ċertifikati ta' konformità fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 34 u 35 u għandha tivverifika li d-dejta fiċ-ċertifikati ta' konformità hija korretta.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4
4.  Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata huma konformi mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha twettaq il-kontrolli jew mit-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE, fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni.
4.  Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata huma konformi mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha twettaq il-kontrolli jew mit-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE, fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni. L-awtorità ta' approvazzjoni għandha twettaq l-ewwel fost dawk il-kontrolli fi żmien sena mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta' konformità. L-awtorità ta' approvazzjoni għandha twettaq kontrolli tal-inqas darba fis-sena f'intervalli mhux regolari li hi għandha tiddetermina.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Meta twettaq ittestjar ta' verifika skont il-paragrafi 2 u 4, awtorità tal-approvazzjoni għandha taħtar servizz tekniku differenti minn dak użat matul l-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5
5.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE u li tistabbilixxi li l-manifattur ma għadux jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat, jew li tistabbilixxi li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx konformi mal-Artikoli 34 u 35, anki jekk il-produzzjoni titkompla, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-proċedura għall-konformità tal-produzzjoni tiġi segwita b'mod korrett jew inkella tirtira l-approvazzjoni tat-tip.
5.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE u li tistabbilixxi li l-manifattur ma għadux jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat, mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, jew li tistabbilixxi li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx konformi mal-Artikoli 34 u 35, anki jekk il-produzzjoni titkompla, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-arranġamenti għall-konformità tal-produzzjoni jiġu segwiti b'mod korrett jew inkella tirtira l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' tiddeċiedi li tieħu l-miżuri restrittivi kollha meħtieġa skont l-Artikoli 53 u 54.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura tat-tariffi nazzjonali sabiex ikopru l-kostijiet għall-attivitajiet ta' approvazzjonijiet tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq tagħhom kif ukoll għall-ittestjar u l-ispezzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni mwettqin mis-servizzi tekniċi li għażlu.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kostijiet għall-attivitajiet tal-approvazzjoni tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq tagħhom jkunu koperti. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw struttura abbażi ta' tariffi jew jistgħu jiffinanzjaw tali attivitajiet permezz tal-baġits nazzjonali tagħhom, jew japplikaw kumbinazzjoni taż-żewġ metodi. It-tariffi ma għandhomx ikunu imposti direttament mis-servizzi tekniċi.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2
2.  Dawn it-tariffi nazzjonali għandhom ikunu imposti fuq il-manifatturi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni tat-tip fl-Istat Membru kkonċernat. It-tariffi ma għandhomx ikunu imposti direttament mis-servizzi tekniċi.
2.  Meta struttura abbażi ta' tariffi tiġi implimentata, dawk it-tariffi nazzjonali għandhom ikunu imposti fuq il-manifatturi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni tat-tip fl-Istat Membru kkonċernat. Meta struttura abbażi ta' tariffi tapplika għall-konformità ta' produzzjoni, dawk it-tariffi nazzjonali għandhom ikunu imposti mill-Istat Membru fuq il-manifattur fl-Istat Membru fejn isseħħ il-produzzjoni.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3
3.  L-istruttura tat-tariffi nazzjonali, għandha tkopri wkoll l-ispejjeż għall-ispezzjonijiet u t-testijiet ta' verifika tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu d-dħul estern assenjat għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament Finanzjarju.
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ispejjeż għall-ispezzjonijiet u t-testijiet awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 huma koperti. Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jintuża għal dan l-għan.
__________________
26Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1–96).
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-istruttura tat-tariffi nazzjonali tagħhom lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-ewwel notifika għandha ssir fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + sena]. L-aġġornamenti sussegwenti tal-istrutturi tat-tariffi nazzjonali għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.
4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-mekkaniżmu jew mekkaniżmi finanzjarji tagħhom lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-ewwel notifika għandha ssir fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + sena]. L-aġġornamenti sussegwenti tal-istrutturi tat-tariffi nazzjonali għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 5
5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi ż-żieda msemmija fil-paragrafu 3 li trid tiġi applikata għat-tariffi nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
imħassar
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 5
5.  Meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-bidliet fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni huma sostanzjali, sal-punt li ma jistgħux ikunu koperti minn estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip eżistenti, hija għandha tirrifjuta li temenda l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u titlob lill-manifattur sabiex japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.
5.  Meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-bidliet fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni ma jistgħux ikunu koperti minn estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip eżistenti, hija għandha tirrifjuta li temenda l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u titlob lill-manifattur sabiex japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   ir-riżultati tal-ittestjar ta' verifika mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq juru xi nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjonijiet dwar is-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
1.  L-approvazzjonijiet tat-tip għal vetturi , sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jinħarġu għal perjodu limitat ta' 5 snin mingħajr il-possibbiltà ta' tiġdid. Id-data ta' skadenza għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip. Wara l-iskadenza taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, dan jista' jiġġedded wara applikazzjoni mill-manifattur u biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika separata huwa konformi mar-rekwiżiti kollha tal-atti regolatorji rilevanti għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda ta' dak it-tip.
1.  L-approvazzjonijiet tat-tip għal vetturi ta' kategoriji M1 u N1 u għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati elenkati bi qbil mal-paragrafu 1a, għandhom jinħarġu għal perjodu limitat ta' 7 snin u għal vetturi ta' kategoriji N2, N3, M2, M3 u O għal perjodu limitat ta' 10 snin. Id-data ta' skadenza għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, dan jista' jiġġedded wara applikazzjoni mill-manifattur u biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip ta' vettura b'mod sħiħ huwa konformi mar-rekwiżiti kollha, inklużi l-protokolli tal-ittestjar, tal-atti regolatorji rilevanti għal vetturi ġodda ta' dak it-tip approvat. Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li dan is-subparagrafu japplika, mhuwiex meħtieġ li t-testijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 28 ikunu ripetuti.
Sabiex l-awtorità tal-approvazzjoni tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, il-manifattur għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu mhux qabel 12-il xahar u mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data ta' skadenza taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Approvazzjonijiet tat-tip għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom fil-prinċipju jinħarġu għal perjodu mingħajr limitu. Minħabba li ċerti sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jistgħu minħabba n-natura jew il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jirrikjedu aġġornamenti aktar frekwenti, l-approvazzjonijiet tat-tip rilevanti għandhom jinħarġu għal perjodu limitat ta' seba' snin. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 88 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li, minħabba n-natura ta' dawk is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, jenħtieġ li tinħareġ għal perjodu limitat ta' żmien biss.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt b
(b)  meta l-produzzjoni tal-vetturi f'konformità mat-tip approvat ta' vettura titwaqqaf b'mod permanenti fuq bażi volontarja;
(b)  meta l-produzzjoni tal-vetturi f'konformità mat-tip approvat ta' vettura titwaqqaf b'mod permanenti fuq bażi volontarja, li għandha f'kull każ titqies li tkun seħħet meta ebda vettura tat-tip ikkonċernat ma tkun ġiet prodotta fis-sentejn ta' qabel;
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4
(4)  Il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta' konformità għandhom jiġu impjegati mill-manifattur u jkunu debitament awtorizzati sabiex jieħdu r-responsabbiltà legali sħiħa tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni tagħha.
(4)  Il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta' konformità għandhom jiġu impjegati mill-manifattur u jkunu debitament awtorizzati sabiex jieħdu r-responsabbiltà legali tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni tagħha.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-operaturi ekonomiċi għandhom biss iqiegħdu fis-suq vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma mmarkati b'mod li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3
3.  Meta ma jkunux ittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu adatti l-atti regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja permezz ta' Deċiżjoni u fuq talba tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
3.  Meta ma jkunux ittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu adatti l-atti regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-estensjoni tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja permezz ta' Deċiżjoni u fuq talba tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw kwalunkwe tip ta' vettura msemmija fil-paragrafu 1 minn wieħed jew aktar mir-rekwiżiti sostantivi stabbiliti fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, diment li dawk l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti alternattivi rilevanti.
2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw kwalunkwe tip ta' vettura msemmija fil-paragrafu 1 mill-konformità ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, diment li dawk l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti alternattivi rilevanti.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Barra minn hekk, għandha tingħata aktar flessibbiltà lill-SMEs bi produzzjoni żgħira li ma jistgħux jissodisfaw l-istess kriterji ta' limitu taż-żmien bħall-manifatturi l-kbar.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
Jekk ma tkun saret ebda oġġezzjoni fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għandha titqies bħala li hi aċċettata.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE għal vettura li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Parti I tal-Anness IV jew, għal vetturi bi skop speċjali, fil-Parti III tal-Anness IV.
1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE għal vettura li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Parti I tal-Anness IV jew, għal vetturi bi skop speċjali, fil-Parti III tal-Anness IV. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal vetturi mhux kompleti.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2
2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE mill-manifattur, jew mis-sid tal-vettura, jew inkella mir-rappreżentant ta' dan tal-aħħar, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.
2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE mis-sid tal-vettura, mill-manifattur, jew inkella mir-rappreżentant tal-manifattur, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, mill-konformità ma' waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti sostantivi stipulati fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, bil-kundizzjoni li dawk l-Istati Membri jimponu rekwiżiti alternattivi rilevanti.
1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, mill-konformità ma' waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti stipulati fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, bil-kundizzjoni li dawk l-Istati Membri jimponu rekwiżiti alternattivi rilevanti.
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 2
2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali mill-manifattur, jew mis-sid tal-vettura, jew inkella mir-rappreżentant ta' dan tal-aħħar, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.
2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali mis-sid tal-vettura, mill-manifattur jew inkella mir-rappreżentant tal-manifattur, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Il-format taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali għandu jsegwi l-mudell taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE stabbilit fl-Anness VI u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa sabiex issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE.
Il-format taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali għandu jsegwi l-mudell taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE stabbilit fl-Anness VI u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni inkluża fil-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali tal-UE stabbilit fl-Anness VI.
__________________
28Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 3
3.  Stat Membru għandu jippermetti t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura, li għaliha Stat Membru ieħor ikun ta approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali skont l-Artikolu 43, sakemm dak l-Istat Membru ma jkollux bażi raġonevoli sabiex jemmen li r-rekwiżiti alternattivi rilevanti li abbażi tagħhom tkun ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tiegħu.
3.  Stat Membru għandu jippermetti t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura, li għaliha Stat Membru ieħor ikun ta approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali skont l-Artikolu 43, sakemm dak l-Istat Membru ma jkollux bażi raġonevoli sabiex jemmen li r-rekwiżiti alternattivi rilevanti li abbażi tagħhom tkun ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tiegħu jew li l-vettura mhijiex konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1
1.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 jistgħu japplikaw għal vettura partikolari matul l-istadji suċċessivi tal-ikkompletar tagħha b'konformità ma' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji.
1.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 42 u 43 jistgħu japplikaw għal vettura partikolari matul l-istadji suċċessivi tal-ikkompletar tagħha b'konformità ma' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji. Għall-vetturi b'approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji għandu japplika l-Anness XVII.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 2
2.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 ma jistgħux jissostitwixxu stadju intermedju fi ħdan is-sekwenza normali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji u ma jistgħux jiġu applikati għall-finijiet tal-kisba tal-approvazzjoni fl-ewwel stadju ta' vettura.
2.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 42 u 43 ma għandhomx jissostitwixxu stadju intermedju fi ħdan is-sekwenza normali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji u ma għandhomx jiġu applikati għall-finijiet tal-kisba tal-approvazzjoni fl-ewwel stadju ta' vettura.
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-vetturi mhux kompleti jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz, iżda l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni u l-użu fit-toroq ta' tali vetturi.
Il-vetturi mhux kompleti jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, iżda l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz u l-użu fit-toroq ta' tali vetturi.
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-vetturi li kienu diġà fit-territorju tal-Unjoni u li sa issa la kienu disponibbli fis-suq, la qatt ġew irreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħhom tilfet il-validità tagħha.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-vetturi li kienu diġà fit-territorju tal-Unjoni u li sa issa la kienu ġew irreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħhom tilfet il-validità tagħha.
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Manifattur li jkun jixtieq jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vetturi ta' tmiem is-serje b'konformità mal-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba għal dak il-għan lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dik it-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jipprevjenu lil dawk il-vetturi milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ġodda tal-approvazzjoni tat-tip u għandha tinkludi l-VIN tal-vetturi kkonċernati.
Manifattur li jkun jixtieq jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vetturi ta' tmiem is-serje b'konformità mal-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba għal dak il-għan lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dik it-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jipprevjenu lil dawk il-vetturi milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ġodda tal-approvazzjoni tat-tip u għandha tinkludi l-VIN tal-vetturi kkonċernati.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik it-talba, jekk għandhiex tippermetti jew le t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' dawk il-vetturi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u tiddetermina l-għadd ta' vetturi li fir-rigward tagħhom jista' jingħata l-permess.
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik it-talba, jekk għandhiex tippermetti jew le t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' dawk il-vetturi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u tiddetermina l-għadd ta' vetturi li fir-rigward tagħhom jista' jingħata l-permess.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 4
4.  Huma biss il-vetturi ta' tmiem is-serje b'ċertifikat ta' konformità validu li baqa' validu għal mill-inqas tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu, iżda li l-approvazzjoni tat-tip għalihom saret invalida skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(2), li jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni.
4.  Huma biss il-vetturi ta' tmiem is-serje b'ċertifikat ta' konformità validu li baqa' validu għal mill-inqas tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu, iżda li l-approvazzjoni tat-tip għalihom saret invalida skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(2), li jistgħu jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 6
6.  L-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-VIN tal-vetturi li huma ppermettew li jkunu disponibbli fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz b'konformità ma' dan l-Artikolu.
6.  L-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-VIN tal-vetturi li huma jkunu rreġistraw jew daħħlu fis-servizz b'konformità ma' dan l-Artikolu.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – titolu
Il-proċedura biex jiġu trattati vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju fil-livell nazzjonali
L-evalwazzjoni nazzjonali li tirrigwarda vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati b'suspett li jippreżentaw riskju serju jew li mhumiex konformi
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed li ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, jew li għandhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan ir-Regolament tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni jew għal aspetti oħrajn tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni dwar is-sejbiet tagħhom.
1.  Meta, abbażi tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jew ta' informazzjoni provduta minn awtorità tal-approvazzjoni, manifatturi jew ilmenti, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġunijiet sabiex jemmnu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan ir-Regolament tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni jew għal aspetti oħrajn tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament jew ma tikkonformax mar-rekwiżiti mniżżla f'dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata li tkopri r-rekwiżiti kollha mniżżla f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
L-awtorità tal-approvazzjoni msemmija f'paragrafu 1 għandha twettaq evalwazzjoni fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha stipulati f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq.
imħassar
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott.
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri restrittivi msemmija fit-tielet subparagrafu.
imħassar
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3
3.   L-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-azzjoni meħtieġa mill-operatur ekonomiku.
imħassar
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 49a (ġdid)
Artikolu 49a
Il-proċedura nazzjonali biex jiġu trattati vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju jew nuqqas ta' konformità
1.   Meta, wara li titwettaq l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 49, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed isibu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta' persuni jew ta' aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament jew ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, dawn għandhom jirrikjedu mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti biex jieħu l-miżuri korrettivi xierqa ħalli jiżgura li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernata, meta titqiegħed fis-suq, tiġi reġistrata jew tidħol fis-servizz, ma tibqax aktar tippreżenta dak ir-riskju jew dik in-nuqqas ta' konformità.
2.   L-operatur ekonomiku għandu, bi qbil mal-obbligi msemmija fl-Artikoli 11 sa 19, jiżgura li l-miżuri korrettivi xierqa kollha jkunu ttieħdu fir-rigward tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kollha kkonċernati li hu jkun qiegħed fis-suq, irreġistra jew daħħal fis-servizz tal-Unjoni.
3.   Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux il-miżuri korrettivi adegwati fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jew fejn ir-riskji jirrikjedu azzjoni rapida, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji ristrettivi xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kkonċernati fis-suq nazzjonali tagħhom, jew li jirtirawhom minn dak is-suq jew isejħulhom lura.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – titolu
Il-proċeduri ta' notifika u oġġezzjoni relatati mal-miżuri restrittivi meħuda fil-livell nazzjonali
Miżuri korrettivi u restrittivi fil-livell tal-UE
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien dwar il-miżuri restrittivi meħuda skont l-Artikolu 49(1) u (5).
L-Istat Membru li jieħu l-miżuri korrettivi u l-miżuri restrittivi bi qbil mal-Artikolu 50(1) u (3) għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Dak l-Istat Membru għandu wkoll jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni dwar is-sejbiet tiegħu.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-informazzjoni pprovduta għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata mhux konformi, l-oriġini tagħhom, in-natura tan-nuqqas ta' konformità allegat u r-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri restrittivi nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti.
2.   L-informazzjoni pprovduta għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata, l-oriġini tagħhom, in-natura tan-nuqqas ta' konformità allegat u/jew ir-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri korrettivi u restrittivi nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. Din għandha tindika wkoll jekk ir-riskju ikun dovut għal waħda minn dawn li ġejjin:
(a)   il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata ma tissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, il-ħarsien tal-ambjent jew ma' aspetti oħrajn tal-ħarsien tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament;
(b)   nuqqasijiet fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV.
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 2
2.   L-awtorità tal-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(1) għandha tindika jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal xi waħda minn dawn li ġejjin:
imħassar
(a)   il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata ma tissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, il-ħarsien tal-ambjent jew ma' aspetti oħrajn tal-ħarsien tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament;
(b)   nuqqasijiet fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV.
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 3
3.   L-Istati Membri li mhumiex l-Istat Membru li nieda l-proċedura għandhom jgħarrfu fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe miżuri restrittivi adottati u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta man-nuqqas ta' konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati u, f'każ ta' nuqqas ta' qbil mal-miżura nazzjonali nnotifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
imħassar
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Meta, fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar il-miżura korrettiva jew il-miżura restrittiva meħuda mill-Istat Membru, dik il-miżura tista' titqies ġustifikata. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri korrettivi jew restrittivi ekwivalenti fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 4
4.  Meta, fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, titqajjem oġġezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 51.
4.  Meta, fi żmien xahar wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, titqajjem oġġezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura korrettiva jew restrittiva meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tkun ikkunsidrat li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 5
5.  Meta, fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma titqajjem ebda oġġezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi simili fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati.
5.  Abbażi tar-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar miżuri korrettivi jew restrittivi armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri kollha u tikkomunikahom minnufih lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk l-atti ta' implimentazzjoni mingħajr dewmien. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni kif xieraq.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali mhix ġustifikata, il-Kummissjoni għandha tadatta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu l-Istat Membru kkonċernat jirtira jew jadatta l-miżura. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.   Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tipproponi:
(a)   meta jkunu kkonċernati atti regolatorji, l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;
(b)   meta jkunu kkonċernati regolamenti tal-UNECE, l-abbozz ta' emendi meħtieġa għar-regolamenti tal-UNECE rilevanti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE.
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 51
Artikolu 51
imħassar
Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
1.   Meta, matul il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(3) u (4), ikunu tqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżura nazzjonali mingħajr dewmien wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali titqiesx bħala ġustifikata jew le. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-Deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u tikkomunikaha minnufih lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien u jinfurmaw lill-Kummissjoni bix-xieraq.
2.   Meta l-Kummissjoni tqis il-miżura nazzjonali bħala ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-vettura, is-sistema, il-komponent u l-unità teknika separata mhux konformi jiġu rtirati mis-suq u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kif xieraq. Meta l-Kummissjoni tqis il-miżura nazzjonali bħala mhux ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira jew jadatta l-miżura b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3.   Meta l-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata u tiġi attribwita għal nuqqasijiet fl-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa kif ġej:
(a)   meta jkunu kkonċernati l-atti regolatorji, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;
(b)   meta jkunu kkonċernati r-regolamenti tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-abbozz ta' emendi meħtieġa għar-regolamenti tal-UNECE rilevanti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 51a (ġdid)
Artikolu 51a
Miżuri korrettivi u restrittivi wara l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Kummissjoni
1.   Meta wara kontrolli skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni ssib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament jew li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, din għandha tirrikjedi, mingħajr dewmien, lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa biex jiżgura li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernata, meta tqiegħdet fis-suq, ġiet irreġistrata jew daħlet fis-servizz ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju jew dan in-nuqqas ta' konformità.
Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux miżuri korrettivi fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu jew meta r-riskju jirrikjedi azzjoni rapida, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu kwalunkwe miżura korrettiva jew restrittiva tal-Unjoni li hi tqis meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri kollha u tikkomunikahom minnufih lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-atti ta' implimentazzjoni mingħajr dewmien. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni skont dan.
2.   Meta r-riskju jew in-nuqqas ta' konformità tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tipproponi:
(a)   meta jkunu kkonċernati atti regolatorji, l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;
(b)   meta jkunu kkonċernati regolamenti tal-UNECE, l-abbozz ta' emendi meħtieġa għar-regolamenti tal-UNECE rilevanti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE.
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 52
Artikolu 52
imħassar
Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi li jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew ħsara serja lis-saħħa u l-ambjent
1.   Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 49(1), Stat Membru jsib li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, għalkemm huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli jew huma mmarkati kif suppost, jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew jistgħu jkunu ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika, huwa għandu jitlob lill-operatur ekonomiku rilevanti sabiex jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa bil-għan li jiżgura li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernati, meta jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz, ma jibqgħux jippreżentaw dak ir-riskju, jew inkella għandu jieħu miżuri restrittivi sabiex jirtira l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata mis-suq jew sabiex isejħilhom lura fi żmien raġonevoli, skont in-natura tar-riskju.
L-Istat Membru jista' jirrifjuta li jirreġistra tali vetturi sakemm l-operatur ekonomiku jkun ħa l-miżuri korrettivi kollha xierqa.
2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi xierqa fir-rigward tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati kollha msemmija fil-paragrafu 1.
3.   L-Istat Membru għandu, fi żmien xahar mit-talba msemmija fil-paragrafu 1, jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-informazzjoni kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul tal-miżuri restrittivi nazzjonali meħuda.
4.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri u lill-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi rilevanti u, b'mod partikolari, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll tevalwa l-miżura nazzjonali meħuda. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu Deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 titqiesx ġustifikata jew le, u, fejn neċessarju, tipproponi miżuri xierqa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-Deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u tikkomunikaha minnufih lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 53
Artikolu 53
imħassar
Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-vetturi, mas-sistemi, mal-komponenti jew mal-unitajiet tekniċi separati mhux konformi
1.   Meta vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità jew li jkollhom marka ta' approvazzjoni ma jkunux konformi mat-tip approvat, jew ma jkunux konformi ma' dan ir-regolament jew ikunu ġew approvati fuq il-bażi ta' data mhux korretta, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew il-Kummissjoni jistgħu jieħdu l-miżuri restrittivi meħtieġa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz fis-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi, jew jirtirawhom minn dak is-suq jew isejħulhom lura, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip mill-awtorità tal-approvazzjoni tal-UE, sakemm l-operatur ekonomiku rilevanti jkun ħa l-miżuri korrettivi kollha xierqa bil-għan li jiżgura li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jinġiebu f'konformità.
2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-devjazzjonijiet mid-dettalji speċifikati fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE jew fil-pakkett ta' informazzjoni għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità mat-tip approvat.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – titolu
Il-proċeduri ta' notifika u oġġezzjoni relatati mal-vetturi, mas-sistemi, mal-komponenti jew mal-unitajiet tekniċi separati mhux konformi
L-approvazzjoni tat-tip tal-UE mhux konformi
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1
1.  Meta awtorità tal-approvazzjoni jew awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ma jkunux f'konformità ma' dan ir-Regolament jew li din l-approvazzjoni tat-tip ingħatat abbażi ta'dejta inkorretta jew li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità jew li jkollhom marka tal-approvazzjoni ma jkunux konformi mat-tip approvat, tista' tieħu l-miżuri ta' restrizzjoni xierqa skont l-Artikolu 53(1).
1.  Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, hija għandha tirrifjuta li tirrikonoxxi tali approvazzjoni. Hija għandha tinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, lill-Istati Membri l-oħrajn, kif ukoll lill-Kummissjoni.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 2
2.  L-awtorità ta' approvazzjoni jew tas-sorveljanza tas-suq jew il-Kummissjoni għandha titlob ukoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati fil-produzzjoni jkomplu jikkonformaw mat-tip approvat jew, fejn ikun applikabbli, li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq jinġiebu lura f'konformità.
2.  Meta, fi żmien xahar wara n-notifika, in-nuqqas ta' konformità tal-approvazzjoni tat-tip jiġi kkonfermat mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, dik l-awtorità ta' approvazzjoni għandha tirtira l-approvazzjoni tat-tip.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 3
3.   Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha, fejn in-nuqqas ta' konformità ta' vettura jkun dovut għal sistema, komponent jew unità teknika separata, it-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi indirizzata wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tali sistema, komponent, jew, unità teknika separata
imħassar
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 4
4.   Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, fejn in-nuqqas ta' konformità ta' vettura li ġiet kompluta jkun dovut għal sistema, komponent jew unità teknika separata li jifformaw parti mill-vettura mhux kompleta jew għall-vettura mhux kompleta nnifisha, it-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi indirizzata wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tali sistema, komponent, unità teknika separata jew vettura mhux kompleta.
imħassar
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 5
5.   Malli tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tniedi evalwazzjoni fir-rigward tal-vetturi, mas-sistemi, mal-komponenti jew mal-unitajiet tekniċi separati konċernati li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika wkoll id-data li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat l-approvazzjoni. L-operaturi ekonomiċi relevanti għandhom jikkoperaw bis-sħiħ mal-awtorità tal-approvazzjoni.
imħassar
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 6
6.   Meta jiġi stabbilit nuqqas ta' konformità mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jew għal vettura mhux kompleta, dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha teħtieġ mingħajr dewmien li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata tinġieb f'konformità u fejn meħtieġ l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1) mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahar mid-data tat-talba.
imħassar
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 7
7.   L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jieħdu miżuri restrittivi skont l-Artikolu 53(1) għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
imħassar
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika tal-miżuri restrittivi meħuda minn awtorità tal-approvazzjoni jew ta' sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 53(1), titqajjem oġġezzjoni minn Stat Membru ieħor fir-rigward tal-miżura restrittiva notifikata jew fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi nuqqas ta' konformità skont l-Artikolu 9(5), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien mal-Istati Membri u mal-operatur jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u, b'mod partikolari, mal-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali meħuda. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tieħu l-miżuri restrittivi meħtieġa previsti fl-Artikolu 53(1) permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).
Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika tar-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip minn awtorità tal-approvazzjoni, titqajjem oġġezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri, b'mod partikolari, mal-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip u lill-operatur ekonomiku rilevanti.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.   Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar jekk ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE adottat skont il-paragrafu 1 ikunx iġġustifikat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 8b (ġdid)
8b.   Meta, wara li jsiru kontrolli mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni tqis li approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, mingħajr dewmien, lill-Istati Membri u, b'mod partikolari, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip u lill-operatur ekonomiku rilevanti. Wara li jkunu saru dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar jekk l-approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat tkunx konformi ma' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 9
9.  Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika tal-miżuri restrittivi meħuda skont l-Artikolu 53(1), ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun iġġustifikata. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi simili fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati.
9.  Għall-prodotti koperti minn approvazzjoni tat-tip mhux konformi li diġà huma disponibbli fis-suq, għandhom japplikaw l-Artikoli 49 sa 53.
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 55
[...]
imħassar
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 56
[...]
imħassar
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 57
Artikolu 57
imħassar
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-sejħa lura ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati
1.   Manifattur li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha u li huwa obbligat li jsejjaħ lura l-vetturi mis-suq b'konformità mal-Artikolu 12(1), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 49(6), l-Artikolu 51(4), l-Artikolu 52(1), u l-Artikolu 53(1) ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandu jgħarraf b'dan minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.
2.   Manifattur ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE u li huwa obbligat li jsejjaħ lura s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati mis-suq b'konformità mal-Artikolu 12(1), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 49(6), l-Artikolu 51(4), l-Artikolu 52(1), u l-Artikolu 53(1) ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandu jgħarraf b'dan minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
3.   Il-manifattur għandu jipproponi lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip sett ta' rimedji xierqa maħsuba biex iġibu l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità u, fejn ikun xieraqsabiex jinnewtralizzaw ir-riskju serju msemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq evalwazzjoni sabiex tivverifika jekk ir-rimedji proposti humiex suffiċjenti u f'waqthom biżżejjed, u għandha tikkomunika r-rimedji li hija tkun approvat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Emenda 242
Proposta għal regolament
Artikolu 58
[...]
imħassar
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 59
Artikolu 59
imħassar
Dritt għal smigħ tal-operaturi ekonomiċi, notifika tad-deċiżjonijiet u r-rimedji disponibbli
1.   Ħlief f'każijiet fejn hija meħtieġa azzjoni immedjata għal raġunijiet ta' riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew għas-sigurtà u għall-ambjent, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jagħmel sottomissjonijiet lill-awtorità nazzjonali f'perjodu ta' żmien xieraq qabel kwalunkwe miżura skont l-Artikoli 49 sa 58 tiġi adottata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri.
Jekk ittieħdu azzjonijiet mingħajr ma nstema' l-operatur ekonomiku, dan għandu jkollu l-opportunità li jagħmel sottomissjonijiet malajr kemm jista' jkun u l-awtorità nazzjonali għandha tirrevedi l-miżura minnufih wara dan.
2.   Kwalunkwe miżura adottata mill-awtoritajiet nazzjonali għandha tiddikjara l-motivi eżatti li fuqhom hija bbażata.
Meta l-miżura tkun indirizzata għal operatur speċifiku, għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku kkonċernat, li għandu, fl-istess ħin, ikun mgħarraf dwar ir-rimedji disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-limiti ta' żmien li huma soġġetti għalih it-tali rimedji.
Meta l-miżura għandha kamp ta' applikazzjoni ġenerali, din għandha tiġi ppubblikata fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew fi strument ekwivalenti.
3.   Kwalunkwe miżura adottata mill-awtoritajiet nazzjonali għandha tiġi rtirata jew emendata minnufih malli l-operatur ekonomiku juri li jkun ittieħdet azzjoni korrettiva effettiva.
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Dak l-att delegat għandu jispeċifika d-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-regolament tal-UNECE jew tal-emendi għalih u jinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn xieraq.
Dak l-att delegat għandu jispeċifika d-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-regolament tal-UNECE jew tal-emendi għalih u għandu jinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn xieraq, u, b'mod partikolari, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, tal-ewwel reġistrazzjoni u dħul fis-seħħ tal-vetturi u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati, fejn dawn ikunu applikabbli.
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1
1.  Il-manifattur ma għandu jforni ebda informazzjoni teknika relatata mad-dettalji tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata previsti f'dan ir-Regolament, jew fl-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li tmur lil hinn mid-dettalji tat-tip approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni.
1.  Il-manifattur ma għandu jforni ebda informazzjoni teknika relatata mad-dettalji tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata previsti f'dan ir-Regolament, fl-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, jew fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, li tmur lil hinn mid-dettalji tat-tip approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni.
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-operaturi indipendenti b'aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi, tagħmir dijanjostiku u tagħmir ieħor, għodod, inkluż kwalunkwe softwer rilevanti, u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.
Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-operaturi indipendenti aċċess mhux ristrett, standardizzat u mhux diskriminatorju għal informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi, tagħmir dijanjostiku u tagħmir ieħor, għodod, inklużi r-riferenzi kompluti, u d-downloads disponibbli, tas-softwer applikabbli, u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod faċilment aċċessibbli f'forma ta' settijiet tad-dejta li jistgħu jinqraw b'magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament. L-operaturi indipendenti għandu jkollhom aċċess għas-servizzi dijanjostiċi remoti użati mill-manifattturi u mill-bejjiegħa awtorizzati u l-persuni awtorizzati biex isewwu.
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha titpoġġa disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-manifatturi bl-użu ta' format standardizzat jew, jekk dan ma jkunx fattibbli, minħabba n-natura tal-informazzjoni, f'format ieħor xieraq. B'mod partikolari, dan l-aċċess għandu jingħata b'mod li ma jkunx diskriminatorju, meta mqabbel mal-forniment jew l-aċċess mogħtija lill-bejjiegħa awtorizzati u lill-persuni awtorizzati biex isewwu.
L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha titpoġġa disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-manifatturi bl-użu ta' format standardizzat jew, jekk dan ma jkunx fattibbli, minħabba n-natura tal-informazzjoni, f'format ieħor xieraq. Għall-operaturi indipendenti minbarra l-persuni awtorizzati biex isewwu, l-informazzjoni għandha tingħata wkoll f'format li jkun jista' jinqara minn magna, li jkun kapaċi jiġi pproċessat b'mod elettroniku b'għodod u softwer tal-IT disponibbli b'mod komuni u li jippermetti lil operaturi indipendenti jwettqu l-kompitu assoċjat man-negozju tagħhom fil-katina ta' provvista tas-suq ta' wara l-bejgħ.
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Għall-fini tal-OBD, id-dijanjostika, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-fluss dirett tad-dejta tal-vettura għandu jsir disponibbli permezz tal-konnettur standard kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 83, Anness XI, Appendiċi 1, paragrafu 6.5.1.4 u r-Regolament tan-NU Nru 49, Anness 9B.
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 10
10.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda u tissupplimenta l-Anness XVIII bil-għan li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u regolatorji jew jiġi evitat l-użu ħażin billi taġġorna r-rekwiżiti dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u billi tadotta u tintegra l-istandards imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.
10.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda u tissupplimenta l-Anness XVIII bil-għan li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u regolatorji jew jiġi evitat l-użu ħażin billi taġġorna r-rekwiżiti dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u billi tadotta u tintegra l-istandards imsemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 88 biex temenda dan ir-Regolament billi toħloq Anness XVIIIA sabiex tindirizza żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-iskambju tad-dejta diġitali li jużaw netwerk fuq żona wiesgħa mingħajr fili, biex b'hekk jiġi żgurat li l-operaturi indipendenti jkomplu jgawdu aċċess dirett għad-dejta fil-vettura u r-riżorsi u, barra minn hekk, tiġi żgurata n-newtralità tal-kompetizzjoni permezz tad-disinn tekniku.
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 2
2.  Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli li jipprovdi informazzjoni dwar il-vettura kollha lill-operaturi indipendenti.
2.  Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, il-manifattur finali għandu jkun responsabbli li jipprovdi aċċess għall-OBD tal-vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fir-rigward tal-istadju/i tal-manifattura tagħha stess u l-konnessjoni mal-istadju/i preċedenti.
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 1
1.  Il-manifattur jista' jitlob ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 65(8). Dawk il-ħlasijiet ma għandhomx jiskoraġġixxu l-aċċess għal dik l-informazzjoni billi ma jikkunsidrawx il-punt safejn din tintuża mill-operatur indipendenti.
1.  Il-manifattur jista' jitlob ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 65(9). Dawk il-ħlasijiet ma għandhomx jiskoraġġixxu l-aċċess għal dik l-informazzjoni billi ma jikkunsidrawx il-punt safejn din tintuża mill-operatur indipendenti.
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 3
3.  Meta operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta lill-operaturi indipendenti jressqu ilment quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni dwar in-nuqqas tal-manifattur milli jikkonforma mal-Artikoli 65 sa 70, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq verifika sabiex tivverifika l-konformità mill-manifattur.
3.  Meta operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta lill-operaturi indipendenti jressqu ilment quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni dwar in-nuqqas tal-manifattur milli jikkonforma mal-Artikoli 65 sa 70, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq verifika sabiex tivverifika l-konformità mill-manifattur. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha biex tinvestiga l-ilment u titlob evidenza mill-manifattur tal-vettura li s-sistema tagħha hija f'konformità mar-Regolament. Ir-riżultati ta' dik l-investigazzjoni għandhom jiġu kkomunikati fi żmien tliet xhur mit-talba lill-awtorità nazzjonali tal-approvazzjoni u l-operatur indipendenti jew l-assoċjazzjoni kummerċjali kkonċernati.
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1
1.  L-awtorità tal-approvazzjoni magħżula mill-Istat Membru skont l-Artikolu 7(3), minn hawn 'il quddiem issir referenza għaliha bħala ‘l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip' għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi, inklużi, fejn xieraq, is-sottokuntratturi jew sussidjarji ta' dawk is-servizzi tekniċi.
1.  L-awtorità tal-approvazzjoni magħżula mill-Istat Membru skont l-Artikolu 7(3), jew il-korp ta' akkreditament f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, (flimkien, "il-korp ta' deżinjazzjoni"), għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi fl-Istat Membru rispettiv, inklużi, fejn xieraq, is-sottokuntratturi jew sussidjarji ta' dawk is-servizzi tekniċi.
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 2
2.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha titwaqqaf, tiġi organizzata u tiġi operata sabiex tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tagħha u tevita kwalunkwe kunflitt ta' interess mas-servizzi tekniċi.
2.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jitwaqqaf, jiġi organizzat u jiġi operat sabiex jissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tiegħu u jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess mas-servizzi tekniċi.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 3
3.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi operata sabiex in-notifika ta' servizz tekniku ssir minn persunal differenti minn dak li wettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku.
3.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jiġi organizzat sabiex in-notifika ta' servizz tekniku ssir minn persunal differenti minn dak li wettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 4
4.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex twettaq attivitajiet li jwettqu s-servizzi tekniċi u ma għandhiex tipprovdi servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
4.  Il-korp ta' deżinjazzjoni m'għandux iwettaq attivitajiet li jwettqu s-servizzi tekniċi u m'għandux jipprovdi servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 5
5.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tikseb.
5.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jikseb.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6
6.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għat-twettiq xieraq tal-kompiti previsti minn dan ir-Regolament.
6.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jkollu numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tiegħu għat-twettiq xieraq tal-kompiti stipulati minn dan ir-Regolament.
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 8
8.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni bejn il-pari minn żewġ awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' Stati Membri oħrajn kull sentejn.
imħassar
L-Istati Membri għandhom ifasslu l-pjan annwali għall-evalwazzjoni bejn il-pari, billi jiżguraw rotazzjoni xierqa fir-rigward tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip li jagħmlu r-reviżjoni u dawk soġġetti għaliha, u mbagħad jissottomettuh lill-Kummissjoni.
L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tinkludi żjara fuq il-post lil servizz tekniku li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità riveduta. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fir-reviżjoni u tiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tagħha abbażi tal-analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju.
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 9
9.   L-eżitu tal-evalwazzjoni bejn il-pari għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni u sommarju tal-eżitu għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-pubbliku. Dan għandu jiġi diskuss u għandhom joħorġu rakkomandazzjonijiet mill-Forum stabbilit fl-Artikolu 10 abbażi ta' valutazzjoni ta' dan l-eżitu mwettqa mill-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 10
10.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra dwar kif indirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari.
imħassar
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kategorija B: is-superviżjoni tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness IV, meta dawk it-testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta' parti terza;
(b)  kategorija B: is-superviżjoni tat-testijiet, inkluża t-tħejjija tagħhom, imsemmija f'dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness IV, meta dawk it-testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta' parti terza; it-tħejjija u s-superviżjoni tat-testijiet għandhom jitwettqu minn superviżur mis-servizz tekniku;
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 3
3.  Servizz tekniku għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità legali, ħlief għal servizz tekniku intern akkreditat ta' manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 76.
3.  Servizz tekniku għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità legali, ħlief għal servizz tekniku li jappartjeni għal awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u għal servizz tekniku intern akkreditat ta' manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 76.
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 5
5.  Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, ħlief b'rabta mal-awtorità tal-approvazzjoni jew fejn mitlub mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
5.  Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, ħlief b'rabta mal-awtorità tad-deżinjazzjoni jew fejn mitlub mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 74 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Servizz tekniku għandu jkun jista' jwettaq l-attivitajiet kollha li għalihom ikun qed japplika biex jinħatar b'konformità mal-Artikolu 72(1). Huwa għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li huwa għandu dawn kollha li ġejjin:
1.  Servizz tekniku għandu jkun jista' jwettaq l-attivitajiet kollha li għalihom ikun qed japplika biex jinħatar b'konformità mal-Artikolu 72(1). Huwa għandu juri lill-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, lill-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, li huwa għandu dawn kollha li ġejjin:
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 1
1.  Is-servizzi tekniċi jistgħu jissottokuntrattaw, bi qbil mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tinnominahom, uħud mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu nħatru b'konformità mal-Artikolu 72(1), jew inkella jqabbdu sussidjarju biex iwettaq dawk l-attivitajiet għalihom.
1.  Is-servizzi tekniċi jistgħu, bil-kunsens tal-awtorità tad-deżinjazzjoni li tinnominahom, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, tal-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, jissottokuntrattaw uħud mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu nħatru b'konformità mal-Artikolu 72(1), jew inkella jqabbdu sussidjarju biex iwettaq dawk l-attivitajiet għalihom.
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 2
2.  Meta servizz tekniku jissottokuntratta kompiti speċifiċi mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikun inħatar jew iqabbad sussidjarju biex iwettaq dawk il-kompiti, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 u għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.
2.  Meta servizz tekniku jissottokuntratta kompiti speċifiċi mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikun inħatar jew iqabbad sussidjarju biex iwettaq dawk il-kompiti, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 u għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, lill-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali.
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 4
4.  Is-servizzi tekniċi għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, id-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u l-kompiti mwettqa minnhom.
4.  Is-servizzi tekniċi għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, tal-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, id-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u l-kompiti mwettqa minnhom.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Is-sottokuntratturi tas-servizzi tekniċi għandhom jiġu notifikati lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-ismijiet tagħhom għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)   ikun awditjat skont l-Artikolu 80, bl-eċċezzjoni li "l-kumitat konġunt tal-awdituri" għandu jieħu post "l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip" fit-test kollu kemm hu u jwettaq il-kompiti b'konsegwenza; l-awditu għandu juri l-konformità mal-punti (a), (b) u (c);
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 3
3.  Servizz tekniku intern ma għandux bżonn jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 78, iżda l-informazzjoni li tikkonċerna l-akkreditazzjoni tiegħu għandha tingħata mill-manifattur li minnu jifforma parti jew mill-entità ta' akkreditazzjoni nazzjonali lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fuq talba ta' dik l-awtorità.
3.  Servizz tekniku intern għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 78.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu -1 (ġdid)
—  1. Is-servizz tekniku applikant għandu jressaq applikazzjoni formali lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li fiha jitlob li jkun deżinjat b'konformità mal-Parti 4 tal-Appendiċi 2 għall-Anness V. L-attivitajiet li s-servizz tekniku applikant ikun qed japplika għalihom biex jiġu deżinjati għandhom ikunu speċifikati fit-talba tal-applikazzjoni b'konformità mal-Artikolu 72(1).
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Qabel tinnomina servizz tekniku, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvalutah skont lista ta' kontroll tal-valutazzjoni li tal-inqas tkopri r-rekwiżiti elenkati fl-Anness 2 Appendiċi V. Il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post tal-bini tas-servizz tekniku li japplika, u, fejn rilevanti, ta' kwalunkwe sussidjarju jew sottokuntrattur, li jinsab ġewwa jew barra l-Unjoni.
Qabel ma l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tinnomina servizz tekniku, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jew il-korp ta' akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu 71(1), għandhom jivvalutawh skont lista armonizzata ta' kontroll tal-valutazzjoni li tal-inqas tkopri r-rekwiżiti elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness V. Il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post tal-bini tas-servizz tekniku li japplika, u, fejn rilevanti, ta' kwalunkwe sussidjarju jew sottokuntrattur, li jinsab ġewwa jew barra l-Unjoni.
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' mill-inqas żewġ Stati Membri oħrajn għandhom, f'koordinazzjoni mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant, u flimkien ma' rappreżentant tal-Kummissjoni, jiffurmaw tim ta' valutazzjoni konġunta u jieħdu sehem fil-valutazzjoni tas-servizz tekniku applikant, inkluża l-valutazzjoni fuq il-post. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li jinnominaw tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant għandha tagħti lil dawk ir-rappreżentanti aċċess puntwali għad-dokumenti meħtieġa sabiex jiġi vvalutat is-servizz tekniku applikant.
1b.   F'każijiet fejn il-valutazzjoni titwettaq mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, rappreżentant mill-Kummissjoni għandu jipparteċipa f'tim ta' valutazzjoni konġunta mal-awtorità tad-deżinjazzjoni li għandha twettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku applikant, inkluża l-valutazzjoni fuq il-post. Sabiex twettaq dan il-kompitu, il-Kummissjoni għandha tuża awdituri indipendenti kkuntrattati bħala partijiet terzi wara sejħa miftuħa għall-offerti. L-awdituri għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. L-awdituri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali skont il-liġi applikabbli. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u jipprovdu d-dokumentazzjoni u l-appoġġ kollu li l-awdituri jitolbu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri jkollhom aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni, inklużi sistemi tal-kompjuter u softwer, li jkunu rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.
(fil-bidu tal-Artikolu 77, l-ordni tal-paragrafi jinbidel u l-paragrafi jiġu nnumerati mill-ġdid)
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Fil-każijiet fejn il-valutazzjoni titwettaq minn korp ta' akkreditazzjoni, is-servizz tekniku applikant għandu jagħti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu u r-rapport ta' evalwazzjoni korrispondenti li juru t-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness V għall-attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku applikant ikun qed japplika biex jinħatar.
(fil-bidu tal-Artikolu 77, l-ordni tal-paragrafi jinbidel u l-paragrafi huma nnumerati mill-ġdid)
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.   Meta s-servizz tekniku jkun talab li jiġi maħtur minn bosta awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip f'konformità mal-Artikolu 78(3), il-valutazzjoni għandha ssir darba biss, sakemm il-kamp ta' applikazzjoni tad-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku jkun ġie kopert f'dik l-evalwazzjoni.
(fil-bidu tal-Artikolu 77, l-ordni tal-paragrafi jinbidel u l-paragrafi huma nnumerati mill-ġdid)
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-ismijiet tar-rappreżentanti tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip lill-Kummissjoni li hi tkun tista' tibbaża fuqhom għal kull valutazzjoni konġunta.
5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-ismijiet tar-rappreżentanti tal-awtorità tad-deżinjazzjoni lill-Kummissjoni li hi tkun tista' tibbaża fuqhom għal kull valutazzjoni konġunta.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi nnotifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn b'evidenza dokumentarja rigward il-kompetenza tas-servizz tekniku u l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi ssorveljat b'mod regolari s-servizz tekniku u jiġi żgurat li sejjer ikompli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi nnotifikat mill-awtorità tad-deżinjazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn b'evidenza dokumentarja rigward il-kompetenza tas-servizz tekniku u l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi ssorveljat b'mod regolari s-servizz tekniku u jiġi żgurat li sejjer ikompli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tan-notifika għandha tissottometti wkoll evidenza tad-disponibbiltà tal-persunal kompetenti għall-monitoraġġ tas-servizz tekniku skont l-Artikolu 71(6).
L-awtorità tad-deżinjazzjoni li tinnotifika r-rapport ta' valutazzjoni għandha tissottometti wkoll evidenza tad-disponibbiltà tal-persunal kompetenti għall-monitoraġġ tas-servizz tekniku skont l-Artikolu 71(6).
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 8
8.  L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Aġenzija jistgħu jirrevedu r-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja, jistgħu jqajmu mistoqsijiet jew tħassib u jitolbu iktar evidenza dokumentarja fi żmien xahar min-notifika tar-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja.
8.  L-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jirrevedu r-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja, jistgħu jqajmu mistoqsijiet jew tħassib u jitolbu iktar evidenza dokumentarja fi żmien xahar min-notifika tar-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja.
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 9
9.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant għandha twieġeb għall-mistoqsijiet, it-tħassib u t-talbiet għal iktar evidenza dokumentarja fi żmien erba' ġimgħat mir-riċevuta tagħhom.
9.  L-awtorità tad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant għandha twieġeb għall-mistoqsijiet, it-tħassib u t-talbiet għal iktar evidenza dokumentarja fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċevihom.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 10
10.  L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn jew il-Kummissjoni jistgħu, b'mod individwali jew flimkien, jindirizzaw rakkomandazzjonijiet lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-servizz tekniku applikant fi żmien erba' ġimgħat mindu taslilhom it-tweġiba msemmija f'paragrafu 9 ta' hawn fuq. Dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet meta tieħu d-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku. Fejn dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi li ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Istati Membri l-oħrajn jew mill-Kummissjoni, għandha tagħti r-raġunijiet għalihom fi żmien ġimagħtejn minn meta tieħu d-deċiżjoni tagħha.
10.  L-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn jew il-Kummissjoni jistgħu, b'mod individwali jew flimkien, jindirizzaw rakkomandazzjonijiet lill-awtorità tad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-servizz tekniku applikant fi żmien erba' ġimgħat mindu taslilhom it-tweġiba msemmija f'paragrafu 9 ta' hawn fuq. Dik l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet meta tieħu d-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku. Fejn dik l-awtorità tad-deżinjazzjoni tiddeċiedi li ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Istati Membri l-oħrajn jew mill-Kummissjoni, għandha tagħti r-raġunijiet għalihom fi żmien ġimagħtejn minn meta tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Emenda 283
Proposta għal regolament
Artikolu 78 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Fi żmien 28 jum minn notifika, Stat Membru jew il-Kummissjoni tista' tqajjem oġġezzjonijiet bil-miktub, fejn telabora l-argumenti tagħha, fir-rigward tas-servizz tekniku jew il-monitoraġġ tiegħu mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Meta Stat Membri jew il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet, l-effett tan-notifika għandu jiġi sospiż. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet involuti u għandha tiddeċiedi permezz ta' att ta' implimentazzjoni dwar jekk is-sospensjoni tan-notifika għandhiex titneħħa jew le. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).
Fi żmien xahar minn notifika, Stat Membru jew il-Kummissjoni tista' tqajjem oġġezzjonijiet bil-miktub, fejn telabora l-argumenti tagħha, fir-rigward tas-servizz tekniku jew il-monitoraġġ tiegħu mill-awtorità tad-deżinjazzjoni. Meta Stat Membri jew il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet, l-effett tan-notifika għandu jiġi sospiż. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet involuti u għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk is-sospensjoni tan-notifika għandhiex titneħħa jew le. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).
Emenda 284
Proposta għal regolament
Artikolu 78 – paragrafu 3
3.  L-istess servizz tekniku jista' jinħatar minn bosta awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji ta' attivitajiet li dak is-servizz tekniku għandu jwettaq b'konformità mal-Artikolu 72(1).
3.  L-istess servizz tekniku jista' jinħatar minn bosta awtoritajiet tad-deżinjazzjoni u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji ta' attivitajiet li dak is-servizz tekniku għandu jwettaq b'konformità mal-Artikolu 72(1).
Emenda 285
Proposta għal regolament
Artikolu 78 – paragrafu 4
4.  Meta att regolatorju elenkat fl-Anness IV jitlob lil awtorità tal-approvazzjoni tat-tip taħtar organizzazzjoni speċifika jew entità kompetenti sabiex twettaq attività mhux inkluża fil-kategoriji ta' attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 72(1), l-Istat Membru għandu jagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 1.
4.  Meta att regolatorju elenkat fl-Anness IV jitlob lil awtorità tad-deżinjazzjoni taħtar organizzazzjoni speċifika jew entità kompetenti sabiex twettaq attività mhux inkluża fil-kategoriji ta' attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 72(1), l-Istat Membru għandu jagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 286
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Meta l-awtorità nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip tkun aċċertat jew ġiet mgħarrfa li servizz tekniku ma għadux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira l-ħatra, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.
Meta l-awtorità nazzjonali tad-deżinjazzjoni tkun aċċertat jew ġiet mgħarrfa li servizz tekniku ma għadux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira l-ħatra, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 287
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-awtorità nazzjonali għandha tgħarraf b'dan minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe sospensjoni, restrizzjoni jew irtirar ta' notifika.
L-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tgħarraf b'dan minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe sospensjoni, restrizzjoni jew irtirar ta' notifika.
Emenda 288
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u lill-Kummissjoni meta n-nuqqas ta' konformità tas-servizzi tekniku jkollu impatt fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u t-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku soġġetti għall-bidla fin-notifika.
L-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni l-oħrajn u lill-Kummissjoni meta n-nuqqas ta' konformità tas-servizzi tekniku jkollu impatt fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u t-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku soġġetti għall-bidla fin-notifika.
Emenda 289
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fi żmien xahrejn mindu tkun innotifikat il-bidliet fin-notifika, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet tagħha dwar in-nuqqas ta' konformità lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip l-oħrajn. Meta jkun hemm bżonn, sabiex tiżgura s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tinnomina għandha tordna lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati sabiex tissospendi jew tirtira, fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat li ma kellux jinħareġ.
Fi żmien xahrejn mindu tkun innotifikat il-bidliet fin-notifika, l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet tagħha dwar in-nuqqas ta' konformità lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni l-oħrajn. Meta jkun hemm bżonn, sabiex tiżgura s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq, l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tordna lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati sabiex tissospendi jew tirtira, fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat li ma kellux jinħareġ.
Emenda 290
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Iċ-ċertifikati l-oħra, li nħarġu fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u tat-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku li għalihom ġiet sospiża, ristretta jew irtirata n-notifika għandhom jibqgħu validi fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
4.  Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip li nħarġu fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u tat-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku li għalihom ġiet sospiża, ristretta jew irtirata n-notifika għandhom jibqgħu validi fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt a
(a)  fil-każ ta' sospensjoni ta' notifika: bil-patt li, fi żmien tliet xhur wara s-sospensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni li tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku matul il-perjodu tas-sospensjoni;
(a)  fil-każ ta' sospensjoni ta' deżinjazzjoni: bil-patt li, fi żmien tliet xhur wara s-sospensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni li tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku matul il-perjodu tas-sospensjoni;
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt b
(b)  fil-każ ta' restrizzjoni jew irtrar ta' notifika: għal perjodu ta' tliet xhur wara r-restrizzjoni jew l-irtirar. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikati tista' testendi l-validità taċ-ċertifikati għal perjodi ulterjuri ta' tliet xhur, għal perjodu massimu f'daqqa, ta' tnax-il xahar, diment li matul dak il-perjodu tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku li n-notifika tiegħu tkun ġiet ristretta jew irtirata.
(b)  fil-każ ta' restrizzjoni jew irtirar ta' deżinjazzjoni: għal perjodu ta' tliet xhur wara r-restrizzjoni jew l-irtirar. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikati tista' testendi l-validità taċ-ċertifikati għal perjodi ulterjuri ta' tliet xhur, għal perjodu massimu f'daqqa, ta' tnax-il xahar, diment li matul dak il-perjodu tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku li n-notifika tiegħu tkun ġiet ristretta jew irtirata.
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 6
6.  Deżinjazzjoni bħala servizz tekniku tista' tiġġedded biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun ivverifikat jekk is-servizz tekniku għadux jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 77.
6.  Deżinjazzjoni bħala servizz tekniku tista' tiġġedded biss wara li l-awtorità tad-deżinjazzjoni tkun ivverifikat jekk is-servizz tekniku għadux jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 77.
Emenda 294
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tissorvelja bla heda s-servizzi tekniċi sabiex tiżgura li tinżamm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V.
L-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, il-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, għandhom jissorveljaw bla heda s-servizzi tekniċi sabiex jiżguraw li tinżamm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V.
Emenda 295
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Fuq talba, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun teħtieġ sabiex tkun tista' tivverifika l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.
Fuq talba, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li dik l-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, il-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, ikunu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Is-servizzi tekniċi għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar kwalunkwe bidla, b'mod partikolari rigward il-persunal, il-faċiliatjiet, is-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom, li jistgħu jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V, jew il-ħila tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità marbutin mal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li ġew iddeżinjati għalihom.
Is-servizzi tekniċi għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, lill-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, dwar kwalunkwe bidla, b'mod partikolari rigward il-persunal, il-faċiliatjiet, is-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom, li jistgħu jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V, jew il-ħila tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità marbutin mal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li ġew iddeżinjati għalihom.
Emenda 297
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku għandha tiżgura li s-servizz tekniku jwettaq l-obbligu tiegħu stabbilit fil-paragrafu 2, sakemm ma jkunx hemm raġuni leġittima għaliex ma tagħmilx dan.
L-awtorità tad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku għandha tiżgura li s-servizz tekniku jwettaq l-obbligu tiegħu stabbilit fil-paragrafu 2, sakemm ma jkunx hemm raġuni leġittima għaliex ma tagħmilx dan.
(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")
Emenda 298
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
Is-servizz tekniku jew l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista' titlob li kwalunkwe informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor jew lill-Kummissjoni tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
Is-servizz tekniku jew l-awtorità tad-deżinjazzjoni tista' titlob li kwalunkwe informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor jew lill-Kummissjoni tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")
Emenda 299
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Tal-inqas kull 30 xahar, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta jekk kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi żjara fuq il-post lil kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Tal-inqas kull tliet snin, l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tivvaluta jekk kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V u għandha tippreżenta valutazzjoni lill-Istat Membru responsabbli. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq minn tim ta' valutazzjoni konġunta maħtur skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 77(1) sa (4) u għandha tinkludi żjara fuq il-post lil kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha.
(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")
Emenda 300
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fi żmien xahrejn mill-finalizzazzjoni ta' din il-valutazzjoni tas-servizz tekniku, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri l-oħrajn dwar dawk l-attivitajiet tal-monitoraġġ. Ir-rapporti għandu jkun fihom sommarju tal-valutazzjoni li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika.
L-eżitu tal-valutazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni u sommarju tal-eżitu għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-pubbliku. Dan għandu jiġi diskuss mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10.
(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")
Emenda 301
Proposta għal regolament
Artikolu 81 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn tkun inġibditilha l-attenzjoni għat-tħassib dwar il-kompetenza ta' servizz tekniku jew dwar il-konformità kontinwa minn servizz tekniku mar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom hija soġġetta skont dan ir-Regolament. Tista' tiftaħ it-tali investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess ukoll.
Il-Kummissjoni, filwaqt li taħdem flimkien mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn tkun inġibditilha l-attenzjoni għat-tħassib dwar il-kompetenza ta' servizz tekniku jew dwar il-konformità kontinwa minn servizz tekniku mar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom hija soġġetta skont dan ir-Regolament. Tista' tiftaħ it-tali investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess ukoll.
Emenda 302
Proposta għal regolament
Artikolu 81 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku bħala parti mill-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta' dak l-Istat Membru għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-prestazzjoni u l-konformità min-naħa tiegħu tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-indipendenza u l-kompetenza tas-servizz tekniku kkonċernat.
2.  Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku bħala parti mill-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta' dak l-Istat Membru għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-prestazzjoni u l-konformità min-naħa tiegħu tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-indipendenza u l-kompetenza tas-servizz tekniku kkonċernat.
Emenda 303
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 4
4.  L-iskambju ta' informazzjoni għandu jiġi kkoordinat mill-Forum imsemmi fl-Artikolu 10.
4.  L-iskambju ta' informazzjoni għandu jiġi kkoordinat mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10.
Emenda 304
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 1
1.  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata fuq l-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li jkun akkredita servizz tekniku partikolari jinżamm informat mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fuq ir-rapporti inċidenti u informazzjoni oħra marbutin ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tas-servizz tekniku meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz tekniku.
1.  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata wkoll fuq l-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li jkun akkredita servizz tekniku partikolari jinżamm informat mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fuq ir-rapporti inċidenti u informazzjoni oħra marbutin ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tas-servizz tekniku meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz tekniku.
Emenda 305
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – punt a
(a)  jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni tagħhom tagħti x-xhieda tagħha dwar l-eżekuzzjoni tas-servizz tekniku matul il-valutazzjoni tal-konformità;
(a)  jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni jew lit-tim ta' valutazzjoni konġunta tagħhom kif deskritt fl-Artikolu 77(1), jagħtu x-xhieda tagħhom dwar l-eżekuzzjoni tas-servizz tekniku matul l-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip;
Emenda 306
Proposta għal regolament
Artikolu 88 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 55(2) u (3), fl-Artikolu 56(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(7a), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), l-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 33(1a), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 307
Proposta għal regolament
Artikolu 88 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 55(2) u (3), fl-Artikolu 56(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(7a), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 33(1a), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.
Emenda 308
Proposta għal regolament
Artikolu 88 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 88 – paragrafu 5
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(5), l-Artikolu 26(2), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 55(2) u (3), l-Artikolu 56(2), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 65(10), l-Artikolu 76(4) u l-Artikolu 90(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(7a), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(5), l-Artikolu 26(2), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 33(1a), l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 65(10), l-Artikolu 76(4) u l-Artikolu 90(2) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 353
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – titolu
Penali
Penali u responsabbiltajiet
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali għall-ksur mill-operaturi ekonomiċi u s-servizzi tekniċi mill-obligi tagħhom stabbiliti fl-Artikoli ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli minn 11 sa 19 u minn 72 sa 76, 84 u 85 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali għall-ksur mill-operaturi ekonomiċi u s-servizzi tekniċi mill-obligi tagħhom stabbiliti fl-Artikoli ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari l-penali għandhom ikunu proporzjonati għall-għadd ta' vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Istat Membru kkonċernat, jew l-għadd ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi magħmula disponibbli fis-suq tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 311
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt a
(a)  dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri tal-approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura;
(a)  dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri tal-approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu sabiex jiġu imposti miżuri korrettivi jew restrittivi skont il-Kapitolu XI;
Emenda 312
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-iffalsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni skont it-tip;
(b)  l-iffalsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni skont it-tip jew għas-sorveljanza tas-suq, inkluż l-għoti ta' approvazzjoni abbażi ta' dejta inkorretta;
Emenda 313
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)   konformità inadegwata tas-servizzi tekniċi mar-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni tagħhom;
Emenda 354
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)
(cb)   meta jiġi stabbilit, permezz ta' testijiet jew spezzjonijiet għal finijiet ta' konformità, jew b'mezzi alternattivi, li vetturi, komponenti, sistemi jew unitajiet tekniċi separati ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti f'dan ir-Regolament jew f'xi wieħed mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV jew li l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' dejta inkorretta.
Emenda 314
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 3 – punt b
(b)  id-disponibbiltà fis-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal approvazzjoni mingħajr tali approvazzjoni jew l-iffalsifikar ta' dokumenti jew marki b'dik l-intenzjoni.
(b)  id-disponibbiltà fis-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal approvazzjoni mingħajr tali approvazzjoni jew l-iffalsifikar ta' dokumenti, ċertifikati ta' konformità, pjanċi statutorji jew marki tal-approvazzjoni b'dik l-intenzjoni.
Emenda 315
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena dwar il-penali li jkunu ġew imposti.
5.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu avviż tal-penali imposti lill-bażi ta’ dejta online stabbilita fl-Artikolu 25. In-notifiki għandhom isiru fi żmien xahar minn meta tiġi imposta l-penali.
Emenda 355
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Meta jiġi stabbilit li vetturi, komponenti, sistemi jew unitajiet tekniċi separati ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti f'dan ir-Regolament jew f'xi wieħed mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, l-operaturi ekonomiċi għandhom jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dannu kkawżat lis-sidien tal-vetturi affettwati bħala riżultat tan-nuqqas ta' konformità jew wara sejħa lura.
Emenda 316
Proposta għal regolament
Artikolu 90 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Fejn il-verifika tal-konformità mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(1), u (4), jew l-Artikolu 54(1), issib nuqqas ta' konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent, u tal-unità teknika separata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' timponi multi amministrattivi fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat talli kiser dan ir-Regolament. Il-multi amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari l-multi għandhom ikunu proporzjonati man-numru ta' vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Unjoni, jew man-numru ta' sistemi, komponenti jew unità teknika separata mhux konformi magħmulin disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Fejn il-verifika tal-konformità mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(1), u (4), jew l-Artikolu 54(1) jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), issib nuqqas ta' konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent, u tal-unità teknika separata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' timponi multi amministrattivi fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat talli kiser dan ir-Regolament. Il-multi amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari l-multi għandhom ikunu proporzjonati man-numru ta' vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Unjoni, jew man-numru ta' sistemi, komponenti jew unità teknika separata mhux konformi magħmulin disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Emenda 317
Proposta għal regolament
Artikolu 90 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx ikunu addizzjonali għall-penali imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 89 għall-istess ksur u ma għandhomx jaqbżu t-EUR 30 000 għal kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li ma tikkonformax.
Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx ikunu addizzjonali għall-penali imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 89 għall-istess ksur.
Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx jaqbżu t-EUR 30 000 għal kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li ma tikkonformax.
Emenda 318
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
(3a)   fl-Artikolu 5, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin wara l-paragrafu 2 punt (c):
"Manifatturi li jfittxu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura li tuża BES, AES jew apparat ta' manipulazzjoni, kif definit f'dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2016/646, għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip l-informazzjoni kollha, inkluża ġustifikazzjonijiet tekniċi, li jistgħu jkunu raġonevolment meħtieġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip biex jiddeterminaw jekk il-BES jew l-AES humiex apparat ta' manipulazzjoni u jekk hijiex applikabbli deroga għall-projbizzjoni fuq l-użu ta' apparat ta' manipulazzjoni skont dan l-Artikolu.
L-awtorità tal-approvazzjoni m'għandhiex tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE qabel ma tkun ikkompletat il-valutazzjoni tagħha u tkun iddeterminat li t-tip ta' vettura mhuwiex mgħammar b'apparat ta' manipulazzjoni pprojbit skont dan l-Artikolu u r-Regolament (KE) Nru 692/2008.".
Emenda 345
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 11a – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   il-konsum tal-fjuwil u l-valuri tas-CO2 ddeterminati f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Emenda 346
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 14 a (ġdid)
(6a)   L-Artikolu 14a li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu 14a
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I bil-ħsieb li ttejjeb il-kwalità tal-arja fl-Unjoni u li tikseb il-limiti tal-kwalità tal-arja ambjentali tal-Unjoni kif ukoll il-limiti rakkomandati mid-WHO, u għandha tressaq proposti, kif xieraq, għal limiti tal-emissjonijiet Euro 7 teknoloġikament newtrali ġodda applikabbli sal-2025 għall-vetturi M1 u N1 kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni."
Emenda 319
Proposta għal regolament
Anness XII – punt 1 – it-tieni kolonna
Unitajiet
Unitajiet
1 000
1500
0
0
1000
1500
0
1500
0
0
0
0
Emenda 320
Proposta għal regolament
Anness XII – punt 2 – it-tieni kolonna
Unitajiet
Unitajiet
100
250
250
250
500 sal-31 ta' Ottubru 2016
500 sal-31 ta' Ottubru 2016
250 mill-1 ta' Novembru 2016
250 mill-1 ta' Novembru 2016
250
250
500
500
250
250
Emenda 321
Proposta għal regolament
Anness XIII – Parti I – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Partita Nru

Deskrizzjoni tal-oġġett

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Proċedura tat-test

Rekwiżit ta' mmarkar

Rekwiżiti tal-ippakkjar

1

[…]

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

Emenda

Partita Nru

Deskrizzjoni tal-oġġett

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Proċedura tat-test

Rekwiżit ta' mmarkar

Rekwiżiti tal-ippakkjar

1

Katalizzaturi tal-gass tal-egżost u s-substrati tagħhom

Emissjonijiet NOx

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

2

Turboċarġers

Emissjonijiet ta' CO2 u NOx

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

3

Sistemi kompressuri tat-taħlita tal-Fjuwil/Arja minbarra Turboċarġers

Emissjonijiet ta' CO2 u NOx

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

4

Filtri tal-Partikuli tad-Diżil

PM

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

Emenda 322
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 2 – parti introduttorja
2.  L-aċċess għall-OBD tal-vettura u t-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
2.  L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturia
Emenda 323
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 2 – punt 2.8
2.8.  Fir-rigward tal-vetturi tal-kategoriji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 595/2009/KE, għall-finijiet tal-punt 2.6.2, fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tat-testijiet skont l-ISO 22900 - L-interfaċċa modulari tal-komunikazzjonijiet tal-vettura (MVCI) u ISO 22901 L-iskambju miftuħ ta' dejta dijanjostika (ODX) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tas-sit web tal-manifattur.
2.8.  Għall-finijiet tal-punt 2.6.2, fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tat-testijiet skont l-ISO 22900 - L-interfaċċa modulari tal-komunikazzjonijiet tal-vettura (MVCI) u ISO 22901 L-iskambju miftuħ ta' dejta dijanjostika (ODX) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tas-sit web tal-manifattur.
Emenda 324
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 2 – punt 2.8a (ġdid)
2.8a.   Għall-fini tal-OBD, id-dijanjostika, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-fluss dirett tad-dejta tal-vettura għandu jsir disponibbli permezz tal-port serjali fuq il-konnettur standardizzat li jillinkja d-dejta speċifikat fil-paragrafu 6.5.1.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għar-Regolament UNECE Nru 83 u fit-Taqsima 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament UNECE Nru 49.
Emenda 325
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 6 – punt 6.1 – paragrafu 3
L-informazzjoni fuq il-partijiet kollha tal-vettura, li bihom hija mgħammra l-vettura, kif identifikat mill-VIN u kwalunkwe kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-roti, l-output tal-magna, il-livell jew l-għażliet tal-finitura, mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta' riżerva offruti mill-manifattur tal-vettura lill-persunal awtorizzat biex isewwi jew lil bejjiegħa jew partijiet terzi permezz ta' referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), trid titqiegħed għad-dispożizzjoni f'database li hija faċilment aċċessibbli għall-operaturi indipendenti.
L-informazzjoni fuq il-partijiet kollha tal-vettura, li bihom hija mgħammra l-vettura, kif identifikat mill-VIN u kwalunkwe kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-roti, l-output tal-magna, il-livell jew l-għażliet tal-finitura, mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta' riżerva offruti mill-manifattur tal-vettura lill-persunal awtorizzat biex isewwi jew lil bejjiegħa jew partijiet terzi permezz ta' referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), trid titqiegħed għad-dispożizzjoni, fl-għamla ta' settijiet ta' dejta li jistgħu jinqraw minn magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament, f'bażi ta’ dejta li hija aċċessibbli għall-operaturi indipendenti.
Emenda 326
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 6 – punt 6.3
6.3.  Il-Forum dwar l-Aċċess għal Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fl-Artikolu 70 irid jispeċifika l-parametri għall-issodisfar ta' dawn ir-rekwiżiti skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal dan il-fini fuq il-bażi ta' dokumenti li juru li jsegwi attività leġittima ta' negozju u ma nstabx ħati ta' xi attività kriminali.
6.3.  Il-Forum dwar l-Aċċess għal Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fl-Artikolu 70 irid jispeċifika l-parametri għall-issodisfar ta' dawn ir-rekwiżiti skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal dan il-fini fuq il-bażi ta' dokumenti li juru li jsegwi attività leġittima ta' negozju u ma nstabx ħati ta' xi attività kriminali rilevanti.
Emenda 327
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 6 – punt 6.4
6.4.  Fir-rigward ta' vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, ir-riprogrammar tal-unitajiet ta' kontroll irid isir skont ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210B bl-użu ta' hardware mhux proprjetarju. Interfaċċja tal-ethernet, kejbil serjali jew tan-netwerk ta' żona lokali (LAN) u midja alternattiva bħal diska kompatta (CD), diska versatili diġitali (DVD) jew apparat li jaħżen memorja fi stat solidu għal sistemi tal-infoteniment (eż. sistemi ta' navigazzjoni, telefown) jistgħu jintużaw ukoll, iżda bil-patt li ma jkun hemm bżonn ta' ebda software ta' komunikazzjoni proprjetarju (eż. drivers jew plug-ins). Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċji ta' komunikazzjoni tal-vetturi (VCI) li jikkonformaw mal-ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210B, il-manifattur irid joffri validazzjoni tal-VCIs żviluppati indipendentement jew inkella l-informazzjoni, u s-self ta' kwalunkwe ħardware speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jagħmel validazzjoni bħal din hu stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 67(1) iridu japplikaw għal ħlasijiet għat-tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardware.
6.4.  Ir-riprogrammar tal-unitajiet ta' kontroll irid isir skont ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210 bl-użu ta' hardware mhux proprjetarju.
Jekk ir-riprogrammar jew id-dijanjostika jsiru bl-użu ta' ISO 13400 DoIP, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Meta manifatturi tal-vetturi jużaw protokolli ta' komunikazzjoni proprjetarji addizzjonali, allura dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-protokoll għandhom isiru disponibbli għall-operaturi indipendenti.
Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċji ta' komunikazzjoni tal-vetturi (VCI) li jikkonformaw mal-ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210, il-manifattur għandu joffri, fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-approvazzjoni tat-tip, validazzjoni tal-VCIs żviluppati indipendentement u l-ambjent tat-test, inkluża l-informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-protokoll ta' komunikazzjoni u s-self ta' kwalunkwe hardware speċjali, meħtieġ sabiex manifattur tal-VCI jagħmel validazzjoni bħal din hu stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 67(1) iridu japplikaw għal ħlasijiet għat-tali validazzjoni jew informazzjoni u hardwareardware.
Trid tiġi żgurata l-konformità korrispondenti jew billi jingħata mandat lis-CEN biex jiżviluppa standards ta' konformità xierqa jew billi jintużaw standards eżistenti bħal SAE J2534-3.
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 67(1) għandhom japplikaw għall-ħlasijiet għat-tali validazzjoni jew informazzjoni u hardware.
Emenda 328
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 6 – punt 6.8a (ġdid)
6.8a.   Fil-każ li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq sit web ta' manifattur ma tinkludix informazzjoni speċifika rilevanti li tippermetti d-disinn u l-manifattura xierqa ta' sistemi ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi, kwalunkwe manifattur interessat ta' sistemi ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi għandu jkun jista' jikseb l-informazzjoni meħtieġa fit-taqsimiet 1, 3, u 4 tad-dokument ta' informazzjoni stipulat fl-Anness I billi jikkuntattja direttament lill-manifattur b'tali talba. Id-dettalji ta' kuntatt għal dak il-fini għandhom ikunu indikati b'mod ċar fuq is-sit web tal-manifattur u l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fi żmien 30 jum. Tali informazzjoni jeħtieġ biss li tkun ipprovduta għal sistemi alternattivi ta' retromodifika tal-fjuwils li jkunu suġġetti għar-Regolament UNECE Nru 115 jew għal komponenti ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi li jifformaw parti minn sistemi suġġetti għar-Regolament UNECE Nru 115, u jeħtieġ biss li jkunu provduti bi tweġiba għal talba li b'mod ċar tispeċifika l-ispeċifikazzjoni eżatta tal-mudell tal-vettura li għaliha hija meħtieġa l-informazzjoni u li tikkonferma speċifikament li l-informazzjoni hija meħtieġa għall-iżvilupp ta' sistemi jew ta' komponenti ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi suġġetti għar-Regolament UNECE Nru 115.
Emenda 329
Proposta għal regolament
Anness XVIII – punt 7a (ġdid)
7a.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli permezz ta' servizz web jew b'mod li jista' jitniżżel sett tad-dejta elettroniku li jkun fih in-numri VIN kollha (jew subsett mitlub) u l-karatteristiċi ta' speċifikazzjoni individwali u ta' konfigurazzjoni korelatati li kienu oriġinarjament inkorporati fil-vettura.
Emenda 330
Proposta għal regolament
Anness XVIII – Punt 7b (ġdid)
7b.   Dispożizzjonijiet għal sistema ta' sigurtà elettronika
7b.1.   Kwalunkwe vettura li jkollha kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet għandu jkollha karatteristiċi li jipprevjenu l-modifika, ħlief kif awtorizzat mill-manifattur. Il-manifattur għandu jawtorizza l-modifiki jekk huma jkunu meħtieġa għad-dijanjożi, is-servizzjar, l-ispezzjoni, ir-retromodifika jew biex issir tiswija tal-vettura. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter jew parametru operattiv riprogrammabbli għandu jkun reżistenti għat-tbagħbis u jippermetti livell ta' protezzjoni għall-inqas daqs kemm huma tajbin id-dispożizzjonijiet fl-ISO 15031-7 li jġib id-data tal-15 ta' Marzu 2001 (SAE J2186 bid-data ta' Ottubru 1996). Kull ċippa ta' kalibrazzjoni tal-memorja li tista' titneħħa għandha tingħalaq f'materjal iżolanti, tingħalaq ġo kontenitur issiġillat jew tiġi protetta permezz ta' algoritmi elettroniċi u ma għandhomx ikunu jistgħu jinbidlu mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati. Il-karatteristiċi assoċjati direttament mal-ikkalibrar tal-emissjonijiet jew il-prevenzjoni tas-serq tal-vettura biss għandhom jitħallew jiġu protetti b'dan il-mod.
7b.2.   Il-parametri tat-tħaddim ta' magna kkowdjata bil-kompjuter m'għandhomx ikunu jistgħu jinbidlu mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati (eż. komponenti tal-kompjuter issaldjati jew magħluqa f'materjal iżolanti jew f'kompartimenti tal-kompjuter issiġillati (jew issaldjati).
7b.3.   Fil-każ tal-pompi mekkaniċi tal-injezzjoni tal-fjuwil installati fuq magni ta' tqabbid bil-kompressjoni, il-manifatturi għandhom jieħdu passi adegwati biex, waqt li l-vettura tkun qed tintuża, iħarsu lis-setting tat-twassil massimu ta' fjuwil massimu milli jiġi mbagħbas.
7b.4.   Il-manifatturi jistgħu japplikaw għand l-awtorità tal-approvazzjoni għal eżenzjoni minn waħda mir-rekwiżiti tat-Taqsima 8 għal dawk il-vetturi li aktarx ma jeħtiġux protezzjoni. Il-kriterji li għandha tevalwa l-awtorità tal-approvazzjoni meta tqis eżenzjoni għandhom jinkludu d-disponibbiltà kurrenti taċ-ċippi ta' rendiment, il-kapaċità ta' rendiment għoli tal-vettura u l-volum mistenni tal-bejgħ tal-vettura.
7b.5.   Il-manifatturi li jużaw sistemi programmabbli ta' kodiċijiet tal-kompjuter (eż. memorja elettrika li tinqara biss, programmabbli, u li tista' titħassar, EEPROM — electrical erasable programmable read-only memory) għandhom jiskoraġġixxu r-riprogrammazzjoni mhux awtorizzata. Il-manifatturi għandhom jinkludu strateġiji mtejba għal protezzjoni mit-tbagħbis u karatteristiċi għal protezzjoni mill-kitba li jeħtieġu aċċess elettroniku għal kompjuter f'post ieħor li jieħu ħsiebu l-manifattur, li għalih l-operaturi indipendenti wkoll għandu jkollhom aċċess billi jużaw il-protezzjoni mogħtija mit-Taqsimiet 6.2 u l-punt 6.4. Metodi li jagħtu livell adegwat ta' protezzjoni mit-tbagħbis għandhom jiġu approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.
Emenda 331
Proposta għal regolament
Anness XVIII – appendiċi 2 – punt 3.1.1
3.1.1.  kwalunkwe sistema addizzjonali ta' informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE Nru 49, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta' ħardwer jew ta' softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta' trasferiment, rekwiżiti "biex tinżamm attiva" ("keep alive") jew kundizzjonijiet għal żbalji;
3.1.1.  kwalunkwe sistema addizzjonali ta' informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE Nru 49 u fil-paragrafu 6.5.1.4 tal-Anness 11 għar-Regolament UNECE Nru 83, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta' ħardwer jew ta' softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta' trasferiment, rekwiżiti "biex tinżamm attiva" ("keep alive") jew kundizzjonijiet għal żbalji;
Emenda 332
Proposta għal regolament
Anness XVIII – appendiċi 2 – punt 3.1.2
3.1.2.  dettalji dwar kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet ta' ħsara kollha li ma jikkonformawx mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE 49;
3.1.2.  dettalji dwar kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet ta' ħsara kollha li ma jikkonformawx mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE 49 u fil-paragrafu 6.5.1.4 tal-Anness 11 għar-Regolament UNECE Nru 83;

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0048/2017).

Avviż legali