Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0136(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0078/2017

Testi mressqa :

A8-0078/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.3

Testi adottati :

P8_TA(2017)0105

Testi adottati
PDF 269kWORD 50k
L-Erbgħa, 5 ta' April 2017 - Strasburgu
Ratifika u adeżjoni tal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara bl-eċċezzjoni ta' aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili ***
P8_TA(2017)0105A8-0078/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, f'isem l-Unjoni, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għall-Ħsara b'Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara, fir-rigward tal-aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili (14112/2015 – C8-0409/2015 – 2015/0136(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14112/2015),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali fuq ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għall-Ħsara b'Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara tal-1996 ("il-Konvenzjoni HNS 1996"),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2010 tal-Konvenzjoni HNS 1996,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 81 u l-Artikolu 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0409/2015),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattati,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/971/KE tat-18 ta' Novembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri, fl-interess tal-Komunità, li jirratifikaw jew li jaderixxu mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għall-Ħsara b'Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara 1996 (il-Konvenzjoni HNS)(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill(3),

–  wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 għar-riżoluzzjoni interim,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0078/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għar-ratifika u l-adeżjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, mal-Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għall-Ħsara b'Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u ta' Ħsara, fir-rigward tal-aspetti marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 55.
(2) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0260.

Avviż legali - Politika tal-privatezza