Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0011(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0073/2017

Testi mressqa :

A8-0073/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.4

Testi adottati :

P8_TA(2017)0106

Testi adottati
PDF 245kWORD 47k
L-Erbgħa, 5 ta' April 2017 - Strasburgu
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fil-Kroazja *
P8_TA(2017)0106A8-0073/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (COM(2017)0017 – C8-0026/2017 – 2017/0011(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011(1), skont liema Artikolu l-Kunsill ġie kkonsultat mill-Parlament (C8-0026/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0073/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 112, 24.2.2012, p. 21.

Avviż legali - Politika tal-privatezza