Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0802(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0166/2017

Testi mressqa :

A8-0166/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.6
CRE 27/04/2017 - 5.6

Testi adottati :

P8_TA(2017)0137

Testi adottati
PDF 241kWORD 46k
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - Brussell Verżjoni finali
Nomina ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri
P8_TA(2017)0137A8-0166/2017

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Ildikó Gáll-Pelcz bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0110/2017 – 2017/0802(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0110/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0166/2017),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament evalwa l-kwalifiki tal-kandidata proposta, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' April 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidata proposta mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Ildikó Gáll-Pelcz bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Avviż legali