Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0259(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0340/2016

Testi mressqa :

A8-0340/2016

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 18
CRE 26/04/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0140

Testi adottati
PDF 346kWORD 49k
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - Brussell Verżjoni finali
Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali ***I
P8_TA(2017)0140A8-0340/2016
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (COM(2016)0543 – C8-0352/2016 – 2016/0259(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0543),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0352/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Frar 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0340/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 88, 21.3.2017, p. 7.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018)
P8_TC1-COD(2016)0259

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/864.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

F’konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018) huwa ta' EUR 8 miljun. Sabiex tiġi ffinanzjata t-tħejjija tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, EUR 1 miljun ser ikunu ffinanzjati mir-riżorsi eżistenti fil-baġit tal-2017. Għall-baġit tal-2018, EUR 7 miljun ser ikunu riżervati għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali u jsiru viżibbli f'linja baġitarja. EUR 3 miljun ta' dak l-ammont ser jiġu minn riżorsi li attwalment huma previsti fil-Programm Ewropa Kreattiva u EUR 4 miljun ser jiġu prijoritizzati mill-ġdid minn riżorsi oħra eżistenti, mingħajr ma jintużaw il-marġni eżistenti u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġislaturi biex jintroduċu pakkett finanzjarju ta' EUR 8 miljun fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018). Il-Kummissjoni tfakkar li hi l-prerogattiva tal-awtorità baġitarja li tawtorizza l-ammont ta' approprjazzjonijiet fil-baġit annwali, f'konformità mal-Artikolu 314 tat-TFUE.

Avviż legali