Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2182(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0086/2017

Testi mressqa :

A8-0086/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.34

Testi adottati :

P8_TA(2017)0165

Testi adottati
PDF 460kWORD 57k
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2015: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
P8_TA(2017)0165A8-0086/2017
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0068/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 82.
(2) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 82.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0068/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 82.
(2) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 82.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 114 412 841, somma li tirrappreżenta żieda ta' 0,26 % meta mqabbla mal-2014;

B.  billi l-Aġenzija rċeviet sussidji mill-Unjoni ta' EUR 7 318 792 kif ukoll EUR 300 000 mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni iżda ma rċevietx kontribuzzjonijiet jew fondi oħra mill-Kummissjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.  Ifakkar li l-Aġenzija hija entità kkonsolidata, bi qbil mal-Artikolu 185 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1) ("ir-Regolament Finanzjarju"), u li fost l-awtoritajiet regolatorji hija dik li tixpruna l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota li l-Aġenzija tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, tippromwovi l-użu b'sikurezza tas-sustanzi kimiċi b'kooperazzjoni ma' partijiet interessati u organizzazzjonijiet internazzjonali, tipprovdi informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi u tindirizza sustanzi kimiċi ta' tħassib;

Segwitu għall-kwittanza 2014

2.  Jinnota mill-Aġenzija li, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza mis-sena preċedenti, fir-rapport annwali tagħha li jmiss se tinkludi kapitolu separat dwar it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità;

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ħallset 50 % tal-ispiża għall-indukrar ta' wlied il-persunal wara l-ħin tal-iskola fl-Iskola Ewropea f'Helsinki; jinnota, barra minn hekk, li din il-kontribuzzjoni hija limitata għal EUR 1 000 għal kull tifel jew tifla fis-sena, u kienet tammonta għal madwar EUR 95 000 fl-2015; jieħu nota mill-Qorti li din il-miżura ma ġietx ikkomunikata lill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tikkomunika din il-miżura lill-awtorità baġitarja fid-Dokument ta' Programmar 2018-2020 tagħha u fir-rapport finanzjarju 2018 tagħha; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija diġà aġġornat ir-rimarki dwar il-linja baġitarja rilevanti billi inkludiet l-informazzjoni dwar din il-miżura fl-ewwel emenda għall-baġit 2016 tal-Aġenzija;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Ifakkar li, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) ("ir-Regolament REACH"), l-Aġenzija hija ffinanzjata permezz tal-ħlasijiet li jsiru mill-industrija u minn sussidju ta' bilanċ tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju; jilqa' l-fatt li, fl-2015 u kontra s-suppożizzjoni oriġinali, l-Aġenzija ġiet iffinanzjata kompletament permezz ta' introjtu ogħla milli mistenni mill-ħlasijiet u mir-riżerva mill-introjtu tas-snin preċedenti għall-operazzjonijiet REACH/CLP (klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ) tagħha;

5.  Jinnota li, fir-rigward tal-prodotti bijoċidali, kif inhu msemmi fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju, fl-2015 l-Aġenzija b'kollox ġabret introjtu ta' EUR 5 423 667 mill-ħlasijiet (meta mqabbel ma' EUR 1 265 774 fl-2014), filwaqt li s-sussidju tal-Unjoni ammonta għal EUR 5 789 000 (meta mqabbel ma' EUR 5 064 194 fl-2014) u li, barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet li rċeviet mill-EFTA, inkluża l-Iżvizzera, fl-2015 b'kollox kienu ta' EUR 307 791;

6.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,48 %, li tfisser żieda ta' 1,4 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,84 %, li tfisser żieda ċkejkna ta' 0,38 % meta mqabbla mal-2014;

7.  Jirrikonoxxi l-fatt li, fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) ("ir-Regolament PIC") u kif imsemmi fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju, fl-2015 id-DĠ Ambjent ħallas EUR 1,22 miljun f'sussidji lill-Aġenzija għal azzjonijiet relatati ma' ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali;

Trasferimenti

8.  Jinnota li l-Aġenzija b'kollox għamlet 44 trasferiment li jammontaw għal EUR 1 395 000; jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-Aġenzija, kif ukoll is-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Impenji u riporti

9.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu IV (nefqa operattiva għall-bijoċidi) kienu ta' EUR 1 500 000 (74 %); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' proġett tal-IT fuq skala kbira li jammonta għal EUR 1 400 000, li nbeda biss fit-tieni nofs tas-sena 2015, meta biżżejjed introjtu mill-ħlasijiet kien inġabar għall-finanzjament tiegħu; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tkompli toqgħod attenta biex tevita operazzjonijiet ta' riporti mhux ġustifikati;

10.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorruxdejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

11.  Jieħu nota li l-objettiv ta' reklutaġġ tal-Aġenzija nkiseb peress li 98 % tal-karigi kienu okkupati fi tmiem l-2015 għal REACH/CLP (klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ ta' sustanzi u taħlitiet) u PIC (esportazzjoni u importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi); jirrikonoxxi, barra minn hekk, mir-rapport tal-Aġenzija li dan il-perċentwal ma jistax jaqbeż it-98 % minħabba li l-Aġenzija ntalbet tnaqqas in-numru ta' membri tal-persunal bi 2 % (10 karigi) sabiex tallinja ruħha mal-organigramma 2016; jirrikonoxxi li l-perċentwal ta' karigi mimlijin għall-bijoċidi kien ta' 83 %, minħabba l-inċertezza fir-rigward tal-livelli ta' introjtu mill-ħlasijiet u l-allokazzjoni awtorizzata għall-persunal tal-Aġenzija għall-2016;

12.  Jenfasizza li, peress li l-volum ta' xogħol tal-Aġenzija ma naqasx matul l-2015, ikun xieraq li jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji;

13.  Jinnota li skontir-rapport annwali tal-Aġenzija fl-2015 iffirmat 739 kuntratt, li minnhom 540 kuntratt kienu fl-ambitu ta' kuntratti qafas filwaqt li 199 kuntratt kienu r-riżultat ta' proċeduri tal-offerti ġodda; jinnota li l-25 kuntratt inklużi f'din l-aħħar kategorija ġew iffirmati bħala riżultat ta' proċeduri nnegozjati eċċezzjonali abbażi tar-regoli rilevanti tar-Regolament Finanzjarju;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess huma organizzati tajjeb, viżibbli, aċċessibbli u faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Aġenzija;

15.  Jinnota li l-Aġenzija adottat il-linji gwida għall-informaturi f'Diċembru 2015; jieħu nota tal-fatt li, wara l-adozzjoni tal-istrateġija tal-Aġenzija kontra l-frodi f'Diċembru 2014, li tkopri l-perjodu 2015-2016, l-Aġenzija diġà implimentat azzjonijiet differenti li jirriżultaw mill-pjan ta' azzjoni kontra l-frodi; jirrikonoxxi li l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi interna, li ppreċeda l-adozzjoni tal-istrateġija, wera li l-profil tar-riskju tal-Aġenzija huwa wieħed baxx; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-għan ewlieni tal-istrateġija kontra l-frodi huwa l-iżvilupp ta' kultura kontra l-frodi mifruxa fl-Aġenzija, b'enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni;

16.  Jirrikonoxxi li fl-2015 l-Aġenzija adottat linji gwida interni għall-persunal tagħha; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dawn il-linji gwida jinkludu l-kundizzjonijiet potenzjali li jistgħu jiġu imposti mill-Awtorità tal-Ħatra fuq ex membri tal-persunal, fir-rigward ta' impjieg ġdid għal perjodu ta' sentejn wara impjieg attiv; jieħu nota li l-Aġenzija għandha kumitat konsultattiv għall-kunflitt ta' interess, li jagħti rakkomandazzjonijiet lid-Direttur Eżekuttiv u lill-bord ta' tmexxija dwar każijiet individwali ta' kunflitt ta' interess perċepit bħala tali; jirrikonoxxi li, minħabba l-miżuri stretti fis-seħħ biex jiġu evitati kunflitti ta' interess, l-ebda każ ta' kunflitt ta' interess reali ma qam matul l-2015;

17.  Jinnota li l-Aġenzija implimentat politika robusta dwar il-kunflitt ta' interess u strateġija dettaljata kontra l-frodi sabiex tikkontribwixxi għal kultura li tippromwovi standards għoljin ta' mġiba etika fost il-persunal u l-esperti li jaħdmu għall-Aġenzija;

18.  Jinnota li l-kumitati tal-Aġenzija huma komposti minn delegati nazzjonali, maħtura minn awtoritajiet tal-Istati Membri jew mill-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li l-kumitati tal-Aġenzija b'kollox għandhom disa' membri kooptjati abbażi ta' sejħa pubblika għal espressjoni ta' interess, kif permess mill-att legali fundatur tal-Aġenzija; jieħu nota li dawn il-membri kooptjati jistgħu jaġixxu bħala rapporteurs iżda ma għandhomx drittijiet tal-vot, kif ukoll li l-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess tapplika għalihom b'mod sħiħ; jistenna bil-ħerqa r-rapport mill-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija dwar l-esperjenzi mal-membri kooptjati, li huwa skedat għall-2017;

19.  Jinnota li l-Aġenzija fl-2015 tat aċċess sħiħ għal 27 % u aċċess parzjali għal 68 % tad-dokumenti mitluba skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001(4); jieħu nota li r-raġunijiet prinċipali għal rifjut parzjali kienu l-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, kif ukoll il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali; jirrikonoxxi li, fil-prinċipju, f'każijiet ta' aċċess parzjali l-biċċa l-kbira tal-kontenut fid-dokumenti huwa kkomunikat lill-applikanti; jinnota li fl-2015 l-Aġenzija rrifjutat l-aċċess għal 5 % tad-dokumenti mitluba, primarjament minħabba l-protezzjoni tal-proċessi deċiżjonali pendenti, il-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva u l-protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti;

Prestazzjoni

20.  Jinnota li l-Aġenzija ppreżentat il-qafas u l-approċċ tagħha għall-evalwazzjoni lill-bord ta' tmexxija tagħha f'Diċembru 2015; josserva li dan l-approċċ stabbilixxa firxa ta' għodod ta' evalwazzjoni u kontrolli, inkluż qafas ta' governanza, funzjoni ta' koordinament tal-evalwazzjoni biex tiżgura l-konsistenza metodoloġika, listi ta' kontroll għall-evalwazzjoni u pjan kontinwu ta' evalwazzjonijiet ex ante u ex post; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija biex issaħħaħ il-qafas ta' governanza tagħha u l-approċċ tagħha għall-evalwazzjonijiet ex ante u ex post;

21.  Jinnota li l-Aġenzija żviluppat strateġija regolatorja integrata ġdida li tgħaqqad il-proċessi REACH u CLP kollha biex tilħaq l-għanijiet tar-regolamenti rilevanti, kif ukoll l-objettivi għall-2020 tas-Summit Dinji tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli;

22.  Jinnota li l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) ("ir-Regolament dwar il-Bijoċidi") rriżultat f'livell eċċezzjonalment għoli ta' attività fl-2015, u dan juri li l-kumpaniji qed jidraw il-bidliet u l-opportunitajiet li joffri l-proċess ta' awtorizzazzjoni l-ġdid tal-Unjoni; jinnota bi tħassib, fl-istess ħin, li l-Aġenzija ffaċċjat diffikultajiet fil-ġestjoni tal-volum ta' xogħol peress li l-ammont ta' persunal relatat mal-bijoċidi kien iffriżat;

23.  Jinnota li madwar 8 200 dossier ta' reġistrazzjoni (primarjament aġġornamenti) u 250 notifika ta' riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi waslu fl-2015 u li l-għadd totali ta' sottomissjonijiet naqas b'10 % meta mqabbel mal-2014;

24.  Jirrakkomanda li l-Aġenzija tiżviluppa indikaturi tal-impatt; jemmen li tali indikaturi tal-impatt huma għodod essenzjali biex titkejjel l-effikaċja tal-Aġenzija;

Awditu intern

25.  Jinnota li fl-2015 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "Tbassir, Kalkolu u Ġbir ta' Introjtu mill-Ħlasijiet u Imposti fil-qafas ta' REACH, CLP u BPR"; jinnota, barra minn hekk, li bħala riżultat, l-IAS ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "importanti ħafna" u waħda bħal "importanti" filwaqt li ma ħareġ l-ebda rakkomandazzjoni "kritika"; jirrikonoxxi li l-Aġenzija żviluppat pjan ta' azzjoni b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa;

26.  Jinnota li l-awditi ta' assigurazzjoni dwar "Indikaturi tal-Prestazzjoni fir-Rapport Ġenerali ", "ECHA Helpdesk" u "Ġestjoni tal-kuntratti u pagamenti" twettqu mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija; jinnota li l-awditi rriżultaw f'ħames rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "importanti ħafna" u tnejn bħala "importanti"; jirrikonoxxi li l-pjanijiet ta' azzjoni żviluppati mill-maniġment tal-Aġenzija b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAC tqiesu mill-IAC bħala adegwati;

Kummenti oħra

27.  Jinnota b'sodisfazzjon li hemm bilanċ bejn is-sessi bejn il-membri tal-bord ta' tmexxija tagħha;

28.  Jinnota li fl-2015 453 membru tal-persunal ipparteċipaw f'"away days" li għalihom l-ispiża kienet ta' EUR 113 975 (EUR 251,60 għal kull persuna) u li 565 membru tal-persunal ipparteċipaw f'konferenzi magħluqa bi spiża ta' EUR 31 468 (EUR 54,25 għal kull persuna);

29.  Jilqa' t-titjib tal-mod kif l-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi hija ppreżentata fuq is-sit web tal-Aġenzija, liema titjib jgħin lill-kumpaniji u lill-konsumaturi jużawha aktar;

30.  Jinnota li l-pjattaforma ta' diskussjoni bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi hija forum utli fejn jistgħu jiġu diskussi l-kwistjonijiet prinċipali ta' interess għas-soċjetà ċivili;

31.  Jilqa' l-progress li sar fl-iżvilupp tal-proċess ta' awtorizzazzjoni skont ir-regolament REACH u jinnota li skont il-konklużjonijiet tal-Aġenzija għadu jista' jsir titjib ulterjuri; jilqa' f'dan ir-rigward l-approċċ proattiv tal-Aġenzija favur djalogu mal-Parlament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ta' XXX tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6);

o
o   o

32.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017(7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(6) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0409.
(7) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155.

Avviż legali