Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2176(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0115/2017

Testi mressqa :

A8-0115/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.44
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0175

Testi adottati
PDF 439kWORD 53k
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2015: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
P8_TA(2017)0175A8-0115/2017
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0062/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.
(2) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0062/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.
(2) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 10 064 274, li jfisser żieda ta' 3,37 % meta mqabbel mal-2014,

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 ammontat għal EUR 9 155 661, li jirrappreżenta żieda ta' 3,8 % meta mqabbel mal-2014,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu 2014

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija:

   se tinkludi kapitolu standard dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fir-rapport annwali tagħha tal-2016;
   bħala segwitu għall-kwittanzi 2013 u 2014, għadha tagħmel ħlasijiet tal-kera għall-uffiċċji f'Ateni mill-awtoritajiet Griegi b'dewmien konsiderevoli, li jwassal għal dewmien fil-pagamenti lis-sidien il-kera f'Ateni u f'Heraklion;

2.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għamlet sforzi sinifikanti kontinwi biex tikkopera mal-awtoritajiet Griegi sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni, peress li fil-preżent, ebda soluzzjoni oħra ma tidher possibbli, u l-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet Griegi għanhdom isibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni sabiex jitnaqqsu b'mod sinifikanti r-riskji li l-Aġenzija hija esposta għalihom;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata eċċezzjonali ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,89 %, li tirrappreżenta żieda ta' 7,28 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu jammontaw għal EUR 150 000 (22 %), li huwa aktar baxx apparagun ta' EUR 600 000 (49 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT li ġew ordnati kif ippjanat fi tmiem l-2015; jirrimarka li r-rata globali ta' approprjazzjonijiet riportati naqset minn 15 % fl-2014 għal 7 % fl-2015;

5.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikati, minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, u li mhux neċessarjament jindikawdgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li ma jmorrux dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.  Jinnota li, fl-aħħar tal-2015, l-Aġenzija impjegat 69 membru tal-persunal; jinnota, barra minn hekk, li 4 membri tal-persunal telqu l-Aġenzija u 17-il membru ġdid tal-persunal ġie rreklutat matul l-2015;

7.  Jinnota li l-Aġenzija ssibha diffiċli li tirrekluta, tattira u żżomm persunal ikkwalifikat b'mod xieraq, prinċipalment minħabba t-tipi ta' karigi li qegħdin jiġu offruti (aġenti kuntrattwali) u l-fattur koeffiċjenti baxx li japplika għal salarji għall-impjegati tal-Aġenzija fil-Greċja; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex jirrapportaw lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-soluzzjonijiet possibbli għall-problema;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u trasparenza

8.  Jinnota li l-Aġenzija biħsiebha tadotta r-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta fl-ewwel kwart tal-2017; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li trawwem kultura ta' trasparenza u responsabilità fuq il-post tax-xogħol, biex b'mod regolari tinforma u tħarreġ l-impjegati dwar id-dmirijiet u d-drittijiet tagħhom fir-rigward dik il-politika, biex tiżgura l-protezzjoni tal-informatur minn ritaljazzjoni, biex issegwi s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi f'waqthom u biex tistabbilixxi mezz għal rappurtar intern anonimu; jappella lill-Aġenzija biex tippubblika rapporti annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u kif ġew segwiti u biex tipprovdi dawk ir-rapporti lill-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jiġu stabbiliti u implimentati;

9.  Jinnota bi preokkupazzjoni li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija u tal-bord eżekuttiv tagħha ma jiġux ippubblikati fuq is-sit web tagħha, ħlief għas-CV tal-president tal-bord tat-tmexxija; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma pprevediet l-ebda arranġamenti għall-verifika jew l-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi; jistieden lill-Aġenzija tirmedja s-sitwazzjoni u tippubblika dawn id-dokumenti kemm jista' jkun malajr sabiex tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tat-tmexxija tagħha; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li dawk id-dikjarazzjonijiet ta' interessi huma vverifikati u aġġornati regolarment;

10.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma pprevediet l-ebda inizjattiva speċifika għat-titjib tat-trasparenza fil-kuntatti tagħha mal-lobbyists u mal-partijiet ikkonċernati; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika proattiva ta' trasparenza fil-lobbying;

Awditjar intern

11.  Jinnota li l-Aġenzija kellha rakkomandazzjoni miftuħa waħda mis-servizz tal-awditajr intern (IAS) tal-Kummissjoni li ngħalqet f'Jannar 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS kellu jwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-Aġenzija fl-2016; jistenna b'interess ir-rapport annwali tal-Aġenzija għall-2016 u aktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji li tkun saret;

Kontroll intern

12.  Jinnota li skont l-Aġenzija, il-kontroll estensiv ex post għas-sena finanzjarja 2014, skont l-istandard ta' kontroll intern (ICS) Nru 8 "proċessi u proċeduri", irriżulta f'għadd ta' rakkomandazzjonijiet, li kollha kienu indirizzati fl-2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li 174 tranżazzjoni finanzjarja li jirrappreżentaw 70,99 % tal-baġit tal-Aġenzija għall-2014 kienu kkontrollati, li jirriżulta f'rakkomandazzjoni waħda maħruġa rigward l-ittardjar fil-pagamenti; jirrikonoxxi li d-dewmien ma ġġenerax xi imgħax li jrid jitħallas;

Kummenti oħra

13.  Jinnota li l-preambolu tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 jiddikjara li l-persunal primarjament involut fl-amministrazzjoni għandu jkun ibbażat f'Heraklion; jinnota l-fatt li, b' konformità mal-ġurisprudenza stabbilita, l-Aġenzija ma qisitx il-preambolu tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 bħala fattur restrittiv fir-rilokazzjoni tagħha;

14.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija, fil-komunikazzjoni tagħha mal-awtoritajiet lokali u l-Kummissjoni, kompliet tenfasizza l-vantaġġi tar-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn l-uffiċċju uniku f'Ateni; jinnota, barra minn hekk, li l-ispiża stmata dwar ir-rilokazzjoni tal-14-il membru tal-persunal li baqgħu f'Heraklion kif ukoll tal-għamara kollha hija ta' madwar EUR 360 000; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Griegi, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija biex isibu soluzzjoni għall-kwistjoni taż-żewġ siti tal-Aġenzija malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni;

15.  Jinnota li, fl-2015, 68 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away day li swiet EUR 9 585 (EUR 141 kull persuna);

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2017(1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2017)0155.

Avviż legali