Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/2140(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0080/2017

Testi mressqa :

A8-0080/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 21
CRE 26/04/2017 - 21

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.65
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0196

Testi adottati
PDF 441kWORD 71k
Il-Ħamis, 27 ta' April 2017 - Brussell
Inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ
P8_TA(2017)0196A8-0080/2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ (2016/2140(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 153, 191, 207, 208 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 21, 28, 29, 31 u 32 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Kumment Ġenerali Nru 16 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar it-tħaddim tat-tfal, ix-xogħol furzat, id-diskriminazzjoni, u l-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 26/9 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU(2), li permezz tagħha ġie deċiż li jiġi stabbilit grupp ta' ħidma intergovernattiv b'kompożizzjoni miftuħa dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, li l-mandat tiegħu għandu jkun it-tfassil ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti li jirregola, fil-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-attivitajiet tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015 "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli(3),

–  wara li kkunsidra l-programmi ffinanzjati mill-Fond Fiduċjarju tan-NU biex Tintemm il-Vjolenza fuq in-Nisa u ffokati fuq l-indirizzar tal-fastidju u l-vjolenza kontra n-nisa fl-industrija tal-ilbies(4),

–  wara li kkunsidra l-Qafas tal-Politika tal-Investiment tal-UNCTAD għall-Iżvilupp Sostenibbli (2015)(5),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar(7),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment" (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-analiżi tal-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi politiċi marbuta mal-kummerċ(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar it-tieni anniversarju tat-tiġrif tal-bini Rana Plaza u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016 dwar is-settur privat u l-iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010 tal-Parlament dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà korporattiva(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv tematiku "nsaħħu l-kompetittività tal-SMEs" (Artikolu 9(3) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni)(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni 2015(15),

–  wara li kkunsidra l-istudju intitolat "Il-Klawsoli dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija fil-Ftehimiet Internazzjonali tal-UE", ippubblikat fl-2015 mid-Dipartiment Tematiku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Parlament Ewropew(16),

–  wara li kkunsidra l-istudju intitolat "Il-Politika Kummerċjali tal-UE: minn waħda li ma tqisx il-ġeneru għal waħda sensittiva għalih?" mid-Dipartiment Tematiku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Parlament Ewropew(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'kunsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti(18),

–  wara li kkunsidra l-Patt dwar is-Sostenibbiltà għal Titjib Kontinwu fir-rigward tad-Drittijiet tax-Xogħol u s-Sikurezza tal-Fabbriki fl-Industrija tal-Ilbies Lest u tal-Maljerija fil-Bangladesh,

–  wara li kkunsidra l-Programm tal-ILO dwar it-titjib tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol fis-Settur tal-Ħwejjeġ Lest fil-Bangladesh(19),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim tal-2013 dwar is-Sikurezza kontra n-Nirien u s-Sikurezza tal-Bini fil-Bangladesh,

–  wara li kkunsidra l-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat fil-25 ta' April 2016 mill-President ta' Inditex, Pablo Isla, u mis-Segretarju Ġenerali tal-IndustriALL Global Union, Jyrki Raina, dwar ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista fis-settur tal-ilbies,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Livell Għoli dwar il-Ġestjoni Responsabbli tal-Katina tal-Provvista fis-Settur tal-Ilbies, li saret fi Brussell fil-25 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra l-iskema SĠP+ tal-UE(20),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE(21),

–  wara li kkunsidra l-"Fond Viżjoni Żero", mibdi fl-2015 mill-G7 f'kooperazzjoni mal-ILO sabiex jitrawmu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-pajjiżi tal-produzzjoni,

–  wara li kkunsidra s-Sħubija Ġermaniża għal Tessuti Sostenibbli(22), u l-Ftehim Olandiż dwar il-Ħwejjeġ u t-Tessuti Sostenibbli(23),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0080/2017),

A.  billi l-iżvilupp ekonomiku għandu jimxi id f'id mal-ġustizzja soċjali u mal-politika ta' governanza tajba; billi l-kumplessità u l-frammentazzjoni tal-ktajjen ta' valur mondjali jirrikjedu politiki komplementari biex ikun hemm proċess ta' titjib kontinwu biex irendi sostenibbli l-ktajjen ta' valur mondjali u l-ktajjen tal-produzzjoni u sabiex joħolqu valur fil-ktajjen tal-provvista, kif ukoll studji dwar l-impatt ta' strutturi organizzattivi fis-settur, is-sistema ta' koordinazzjoni u s-setgħa ta' negozjar tal-membri tan-netwerks fuq l-iżvilupp ta' dawn il-proċessi; billi huma rikjesti miżuri ta' sostenn komplementari sabiex iħarsu kontra l-impatt negattiv potenzjali ta' dawn il-ktajjen; billi għandu jiġi ggarantit aċċess effettiv għal rimedju għall-vittmi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi 60 miljun ruħ madwar id-dinja jaħdmu fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ, li joħloq ħafna impjiegi, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

C.  billi l-manifatturi tat-tessuti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma kontinwament esposti għal prattiki ta' xiri aggressivi min-negozji internazzjonali li joperaw bl-ingrossa u bl-imnut, li huma dovuti wkoll għall-kompetizzjoni globali ħarxa;

D.  billi l-vittmi tal-aktar tliet inċidenti fatali fis-setturi tal-ħwejjeġ (Rana Plaza, Tazreen u Ali Enterprises) irċevew jew qegħdin fil-proċess li jirċievu kumpens għat-telf ta' dħul; billi l-għoti ta' kumpens f'dan il-każ huwa konformi mal-Konvenzjoni 121 tal-ILO u huwa r-riżultat ta' kooperazzjoni bla preċedent bejn id-ditti, it-trade unions, is-soċjetà ċivili, il-gvernijiet u l-ILO; billi, minkejja l-fatt li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem qed jinkisru b'mod estensiv, għadu rari li jingħata rimedju effettiv;

E.  billi l-vittmi tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu kumpaniji Ewropej iħabbtu wiċċhom ma' ħafna ostakoli biex ikollhom aċċess għal rimedji ġudizzjarji, fosthom ostakoli proċedurali għall-ammissibbiltà u d-divulgazzjoni tal-provi, spejjeż ta' litigazzjoni li spiss huma projbittivi, nuqqas ta' standards ċari fil-qasam tar-responsabbiltà tal-kumpaniji involuti fl-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u nuqqas ta' ċarezza dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-liġi internazzjonali privat f'litigazzjoni ċivili transnazzjonali;

F.  billi l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi b'mod qawwi li l-politika kummerċjali tal-UE tkun mibnija fuq il-politiki u l-objettivi esterni tal-UE, b'mod konkret dawk tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp stabbiliti fl-Artikolu 208 tat-TFUE; billi l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) itenni li l-azzjonijiet esterni tal-UE se jiġu ggwidati mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u l-konformità mal-Karta tan-NU u mad-dritt internazzjonali;

G.  billi l-UE hija t-tieni l-akbar esportatur fid-dinja ta' prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ wara ċ-Ċina, bis-saħħa ta' madwar 174 000 kumpanija tat-tessuti u l-ilbies, li 99 % minnhom huma SMEs u li jipprovdu impjieg għal madwar 1,7 miljun ruħ; billi, barra minn hekk, aktar minn terz (34,3 %, li jirrappreżentaw valur totali ta' EUR 42.29 biljun) tal-ħwejjeġ destinati għall-użu fl-Ewropa huwa magħmul minn kumpaniji tal-UE;

H.  billi d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol timpenja lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw u jippromwovu l-prinċipji u d-drittijiet f'erba' kategoriji, indipendentement minn jekk ikunux irratifikaw il-Konvenzjonijiet rilevanti, jiġifieri: il-libertà ta' assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta' negozjar kollettiv; l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u dik professjonali; l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat jew obbligatorju; l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal;

I.  billi n-negozjar kollettiv huwa wieħed mill-mezzi li jiżgura li t-tkabbir fil-pagi u fil-produttività jimxu id f'id; billi, madankollu, l-użu ta' forom mhux standard ta' impjiegi, inkluż sottokuntrattar u xogħol informali, fil-katina tal-provvista globali, dgħajjef il-ftehimiet kollettivi; billi bosta ħaddiema fis-settur tal-ħwejjeġ ma jaqilgħux paga li tiggarantilhom l-għajxien;

J.  billi ħafna Stati Membri, bħall-Ġermanja, in-Netherlands, id-Danimarka u Franza, ippromovew programmi nazzjonali;

K.  billi l-proġett "Realizzazzjoni ta' Valur fit-Tul għall-Kumpaniji u għall-Investituri" li qiegħed jitwettaq bħala parti mill-inizjattiva tal-Prinċipji tan-NU għall-Investiment Responsabbli u l-Patt Globali tan-NU juri li l-ekonomija hija kompatibbli ma', u ta' tisħiħ reċiproku għall-prinċipji ta' ġustizzja soċjali, sostenibbiltà ambjentali u rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

L.  billi l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem japplikaw għall-Istati kollha u għall-intrapriżi kummerċjali kollha, kemm transnazzjonali kif ukoll ta' natura oħra, indipendentement mid-daqs, mill-post, mis-sjieda u mill-istruttura tagħhom;

M.  billi l-UE hija attur ewlieni bħala investitur, xerrej, bejjiegħ u konsumatur fl-industrija u l-kummerċ tal-ħwejjeġ, u għalhekk hija l-aktar adattata biex tiġbor flimkien inizjattivi multipli madwar id-dinja sabiex ittejjeb sostanzjalment is-sitwazzjoni infraumana mġarrba minn għexieren ta' miljuni ta' ħaddiema f'dan is-settur u toħloq sitwazzjoni fejn kull min ikun involut jista' jikkompetti bl-istess kundizzjonijiet;

N.  billi l-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen ta' valur mondjali hija partikolarment rilevanti minn perspettiva ta' żvilupp, peress li l-ksur serju ħafna tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol u t-tniġġis ambjentali spiss iseħħu fil-pajjiżi produtturi li ħafna drabi jħabbtu wiċċhom ma' sfidi sinifikanti f'termini ta' żvilupp sostenibbli u tkabbir, b'mod li jintlaqtu dawk l-aktar vulnerabbli;

O.  billi l-prestazzjoni b'saħħitha ta' esportazzjonijiet tal-ħwejjeġ, b'mod partikolari, fiċ-Ċina, fil-Vjetnam, fil-Bangladesh u fil-Kambodja hija mistennija li tkompli;

P.  billi l-maġġoranza vasta tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-settur tal-ħwejjeġ tikkonċerna diversi aspetti tad-drittijiet tax-xogħol, bħaċ-ċaħda mid-dritt fundamentali tal-ħaddiema li jissieħbu jew jiffurmaw union tal-għażla tagħhom u jinnegozjaw b'mod kollettiv in bona fede, u dan jagħmilha diffiċli li jkun garantit li l-ħaddiema jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom fuq il-post tax-xogħol; billi din is-sitwazzjoni wasslet għal ksur mifrux tad-drittijiet tax-xogħol, inklużi: pagi baxxi ħafna, serq tal-pagi, xogħol furzat u tħaddim tat-tfal, tkeċċijiet arbitrarji, postijiet tax-xogħol mhux sikuri u kundizzjonijiet tax-xogħol mhux tajbin għas-saħħa, vjolenza kontra n-nisa, fastidju fiżiku u sesswali, u xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji; billi, minkejja l-fatt li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem qed jinkisru b'mod estensiv, għadu rari li jingħata rimedju effettiv; billi dawn in-nuqqasijiet fix-xogħol deċenti huma partikolarment gravi f'żoni ta' pproċessar tal-esportazzjonijiet marbuta ma' ktajjen tal-provvista mondjali, li spiss huma kkaratterizzati minn eżenzjonijiet mil-liġijiet tax-xogħol u t-taxxi, u restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tat-trade unions u fuq in-negozjar kollettiv;

Q.  billi l-inizjattivi volontarji mmexxija mis-settur privat matul dawn l-aħħar 20 sena, bħal kodiċijiet ta' kondotta, tikketti, awtovalutazzjoni u awditi soċjali, filwaqt li pprovdew oqfsa rilevanti għal kooperazzjoni dwar kwistjonijiet bħas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ma rriżultawx effettivi biżżejjed biex iwasslu għal titjib reali fil-qasam tad-drittijiet tal-ħaddiema, speċjalment f'termini ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi, żieda fl-għadd ta' drittijiet tal-ħaddiema, is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi, kif ukoll standards ambjentali, u sigurtà u sostenibbiltà fil-katina tal-provvista tal-ħwejjeġ;

R.  billi inizjattivi bejn diversi partijiet ikkonċernati bħas-Sħubija Ġermaniża għal Tessuti Sostenibbli jew il-Ftehim Olandiż dwar il-Ħwejjeġ u t-Tessuti Sostenibbli qed jiġbru lil partijiet ikkonċernati bħall-industrija, it-trade unions, il-gvern u l-NGOs madwar mejda waħda; billi l-istandards stabbiliti minn dawn l-inizjattivi jinkludu wkoll kwistjonijiet ambjentali; billi dawn l-inizjattivi għadhom ma daħlux fil-fażi ta' implimentazzjoni, u għaldaqstant għad m'hemmx riżultati konkreti; billi inizjattivi nazzjonali bħal dawn huma meħtieġa minħabba nuqqas ta' inizjattiva leġiżlattiva tal-UE; billi, madankollu, il-maġġoranza tal-Istati Membri għadhom ma stabbilewx tali inizjattivi;

S.  billi l-isforzi ta' korporazzjonijiet għall-promozzjoni ta' konformità fuq il-post tax-xogħol jistgħu jappoġġjaw, iżda mhux jieħdu post, l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi ta' governanza pubblika, jiġifieri d-dmir ta' kull stat li jippromwovi l-konformità u jinforza l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tax-xogħol, inklużi l-amministrazzjoni tax-xogħol u l-funzjonijiet ta' spezzjoni, is-soluzzjoni tat-tilwim u l-prosekuzzjoni ta' dawk li jiksru l-liġi, u li jirratifika u jimplimenta l-istandards internazzjonali tax-xogħol;

T.  billi t-tendenzi tal-industrija tal-ħwejjeġ għadhom qed jimxu lejn il-kunċett ta' moda mgħaġġla (fast fashion), li joħloq theddida enormi u jpoġġi pressjoni enormi fuq il-ħaddiema tas-settur tal-ħwejjeġ fil-pajjiżi produtturi;

U.  billi l-Ministeru Ġermaniż għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp stipula mira li sal-2020 50 % tal-importazzjonijiet Ġermaniżi kollha tat-tessuti se jkollhom jissodisfaw kriterji ekoloġiċi u soċjali;

V.  billi, sabiex titjieb il-governanza tal-ktajjen ta' valur mondjali, id-diversi strumenti u inizjattivi f'oqsma politiċi bħall-kummerċ u l-investiment, l-appoġġ għas-settur privat u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp iridu jiġu sfruttati sabiex jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà u l-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen ta' valur mondjali bħala parti mit-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli li tirrikonoxxi l-impatt kruċjali tal-politiki kummerċjali fl-implimentazzjoni tal-miri tagħha billi tkopri għadd ta' oqsma politiċi, bħar-regoli ta' oriġini, is-swieq tal-prodotti bażiċi, id-drittijiet tax-xogħol u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

W.  billi l-karatteristiċi speċifiċi tal-ktajjen tal-valur tas-settur tal-ħwejjeġ, bħalma huma l-istadji ġeografikament imxerrdin tal-proċess ta' produzzjoni, it-tipi differenti ta' ħaddiema fis-settur tal-ħwejjeġ, il-politika dwar ix-xiri, il-prezzijiet baxxi, il-volumi kbar, iż-żminijiet qosra biex jinbeda u jintemm ix-xogħol, is-sottokuntrattar u r-relazzjonijiet fuq żmien qasir bejn il-fornitur u x-xerrej iwasslu biex tonqos il-viżibbiltà, it-traċċabbiltà u t-trasparenza tul il-katina tal-provvista ta' intrapriża u jiżdiedu r-riskji ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, ta' danni ambjentali u ta' trattament inadegwat tal-annimali sa mill-istadju tal-produzzjoni tal-materja prima; billi t-trasparenza u t-traċċabbiltà huma prerekwiżiti għall-obbligi ta' rendikont u l-konsum responsabbli ta' kumpanija; billi l-konsumatur għandu d-dritt li jkun jaf fejn biċċa ħwejjeġ kienet prodotta, u skont liema kundizzjonijiet soċjali u ambjentali; billi jekk il-konsumaturi jiġu żgurati d-dritt għal informazzjoni trasparenti, rilevanti u ta' min jorbot fuqha fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-produzzjoni, dan jgħin iġib bidla dejjiema fejn jidħlu t-traċċabbiltà u t-trasparenza tal-katina ta' provvista fis-settur tal-ħwejjeġ;

X.  billi d-drittijiet tan-nisa jagħmlu parti kostituttiva mid-drittijiet tal-bniedem; billi l-ugwaljanza bejn is-sessi taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali; billi l-impatt speċifiku tal-ftehimiet kummerċjali u tal-investiment jaffettwa b'mod differenti lin-nisa u lill-irġiel minħabba l-inugwaljanzi strutturali bejn is-sessi; billi sabiex jissaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, għandha tiġi koperta d-dimensjoni tas-sessi fil-ftehimiet kummerċjali kollha;

Y.  billi l-impjieg tan-nisa fis-settur tal-ħwejjeġ fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għad-dħul tal-familji u t-tnaqqis tal-faqar;

Z.  billi d-drittijiet tat-tfal huma parti integrali mid-drittijiet tal-bniedem u l-għan li jintemm it-tħaddim tat-tfal għandu jibqa' essenzjali; billi x-xogħol tat-tfal jirrikjedi regolamenti speċifiċi li jirregolaw l-età, il-ħin tax-xogħol u t-tipi ta' xogħlijiet;

AA.  billi f'Diċembru 2016 ħafna attivisti tat-trade unions ġew arrestati fil-Bangladesh, avveniment li wassal għal protesta għal paga li tiggarantixxi l-għajxien u kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol; billi bosta mijiet ta' ħaddiema fis-settur tal-ħwejjeġ tkeċċew minn xogħolhom wara l-protesti; billi d-dritt ta' assoċjazzjoni għadu mhux qed jiġi rispettat fil-pajjiżi produtturi;

AB.  billi huwa stmat li bejn 70 u 80 %(24) tal-impjegati fis-settur tal-ħwejjeġ lesti biex jintlibsu fil-pajjiżi produtturi huma ħaddiema nisa b'livell baxx ta' ħiliet u spiss minorenni; billi l-pagi baxxi, flimkien ma' livell baxx jew totalment assenti ta' protezzjoni soċjali jagħmlu lil dawn in-nisa u t-tfal partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament; billi perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u miżuri speċifiċi dwar l-emanċipazzjoni tan-nisa huma fil-biċċa l-kbira neqsin fl-inizjattivi ta' sostenibbiltà li għaddejjin;

AC.  billi s-settur privat jiżvolġi rwol essenzjali sabiex jitrawwem tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-ekonomiji ta' ċerti pajjiżi li qed jiżviluppaw jiddependu mill-industrija tal-ħwejjeġ; billi l-espansjoni ta' din l-industrija ppermettiet lil ħafna ħaddiema jimxu mill-ekonomija informali għas-settur formali;

AD.  billi s-settur tal-ħwejjeġ huwa s-settur li fih għaddej l-akbar ammont ta' inizjattivi għas-sostenibbiltà; billi xi inizjattivi eżistenti għenu jtejbu s-sitwazzjoni fis-settur tal-ħwejjeġ u għandhom għaldaqstant jitkomplew ukoll l-isforzi fil-livell Ewropew;

AE.  billi l-ftehimiet kummerċjali, flimkien ma' djalogu soċjali u monitoraġġ fil-livell tal-kumpaniji, huma għodda importanti biex jippromwovu xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista mondjali;

AF.  billi f'Ottubru 2015 il-Kummissjoni ħarġet l-istrateġija kummerċjali l-ġdida tagħha magħrufa bħala "Kummerċ għal Kulħadd", fejn tistabbilixxi l-għan tagħha li tuża l-ftehimiet kummerċjali u programmi ta' preferenza bħala xprun sabiex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem u l-kummerċ ġust u etiku madwar id-dinja u biex ittejjeb il-livell ta' responsabbiltà tal-ktajjen tal-provvista bħala mezz ta' tisħiħ tal-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-governanza tajba f'pajjiżi terzi;

1.  Jilqa' l-fatt li qed tingħata attenzjoni dejjem akbar lill-promozzjoni ta' kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti permezz tal-ktajjen tal-provvista mondjali wara t-tiġrif tal-fabbrika Rana Plaza, l-introduzzjoni tal-abbozz ta' liġi Franċiża dwar diliġenza dovuta mandatorja, l-abbozz ta' liġi tar-Renju Unit kontra l-iskjavitù, il-Ftehim Olandiż dwar il-Ħwejjeġ u t-Tessuti Sostenibbli, is-Sħubija Ġermaniża għal Tessuti Sostenibbli, u d-dikjarazzjoni tal-President Juncker fis-Summit tal-G7 favur "azzjoni urġenti" biex titjieb ir-responsabbiltà fil-ktajjen tal-provvista mondjali, fejn qed tingħata aktar attenzjoni lill-promozzjoni tas-sostenibbiltà, it-trasparenza u t-traċċabbiltà għall-ktajjen tal-valur u dawk tal-provvista; jirrikonoxxi l-impenn tal-Kummissjoni lejn ġestjoni responsabbli tal-ktajjen tal-provvista, inkluż fis-settur tal-ħwejjeġ, kif deskritt fil-Komunikazzjoni bit-titolu ''Kummerċ għal Kulħadd''; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-green card li fiha tmien Stati Membri appellaw għal dmir ta' diliġenza mill-kumpaniji bbażati fl-UE fil-konfront tal-individwi u komunitajiet li d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent lokali tagħhom huma affettwati mill-attivitajiet ta' dawk il-kumpaniji; jilqa' l-approċċ olistiku tal-Indiċi Higg fil-kejl tal-impatti ambjentali, soċjali u tax-xogħol tal-intrapriżi; jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla t-titjib fl-Indiċi Higg u li titjieb it-trasparenza tiegħu;

2.  Jilqa' l-ftehimiet ta' qafas globali individwali konklużi bejn trade unions u ditti rigward it-titjib tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista fis-settur tal-ħwejjeġ; jenfasizza li l-futur tas-settur tal-ħwejjeġ se jiddependi mit-titjib tal-produttività sostenibbli u tat-traċċabbiltà sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni effettiva tal-proċessi li jseħħu tul il-katina tal-valur, li se tagħmilha possibbli li jiġi identifikat u introdott it-titjib;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ legalment vinkolanti tal-Ftehim dwar is-Sikurezza kontra n-Nirien u s-Sikurezza tal-Bini kif ukoll il-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladesh imnedija mill-Kummissjoni flimkien mal-Bangladesh u l-ILO wara d-diżastru ta' Rana Plaza fl-2013, peress li jinkludi dispożizzjonijiet għat-trade unions u għar-rinnovament tal-fabbriki spezzjonati, u jitlob li l-iskadenza tiegħu tiġi estiża; jenfasizza l-importanza li jitkompla l-monitoraġġ tal-objettivi tal-patt sabiex jittejbu d-drittijiet tal-ħaddiema, kif ukoll il-ħtieġa għal ġestjoni aktar responsabbli tal-ktajjen tal-provvista mondjali; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni dettaljata tal-patt, fejn tiddeskrivi kwalunkwe progress jew nuqqas tiegħu, inklużi modifiki eventwali fir-reġim kummerċjali jekk meħtieġ, speċjalment fid-dawl tar-rapporti tal-mekkaniżmi superviżorji tal-ILO; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi programmi u miżuri simili ma' sħab kummerċjali oħra tal-UE li jipproduċu l-ħwejjeġ bħalma huma s-Sri Lanka, l-Indja jew il-Pakistan;

4.  Jappoġġja l-fatt l l-Kummissjoni qed teżamina l-possibbiltà li tniedi inizjattiva għall-UE kollha kemm hi fir-rigward tas-settur tal-ħwejjeġ; jinnota, barra minn hekk, li l-akkumulazzjoni attwali ta' inizjattivi eżistenti tista' tirriżulta f'ambjent imprevedibbli għall-kumpaniji; jemmen li proposta ġdida għandha tindirizza l-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, tippromwovi s-sostenibbiltà, it-traċċabbiltà u t-trasparenza tal-ktajjen ta' valur, issaħħaħ il-konsum konxju u timmira lejn id-drittijiet tax-xogħol u l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod partikolari; jemmen li l-konsumaturi tal-UE għandhom id-dritt li jkunu infurmati dwar is-sostenibbiltà u l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent tal-prodotti tal-industrija tal-ħwejjeġ; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-isforzi u l-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE dwar il-ħwejjeġ għandhom ikunu viżibbli fuq il-prodott finali;

5.  Jinnota bi tħassib li l-inizjattivi volontarji eżistenti għas-sostenibbilità tal-katina tal-provvista globali tas-settur tal-ħwejjeġ ma rnexxilhomx jindirizzaw b'mod effikaċi l-kwistjonijiet li hemm fis-settur relatati mad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tmur lil hinn mill-preżentazzjoni ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal u tipproponi leġiżlazzjoni vinkolanti dwar obbligi ta' diliġenza dovuti vinkolanti għall-ktajjen tal-provvista fis-settur tal-ħwejjeġ; jenfasizza li din il-proposta leġiżlattiva trid tiġi allinjata mal-gwida l-ġdida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta fis-settur tal-ħwejjeġ u taż-żraben, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali li jimportaw lejn l-Unjoni Ewropea, ir-riżoluzzjoni tal-ILO dwar xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista u mal-istandards maqbula internazzjonalment dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali;

6.  Jenfasizza li l- gwida l-ġdida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għandha tkun l-prinċipju ewlieni fil-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni; jisħaq fuq il-fatt li din il-proposta leġiżlattiva għandha tinkludi standards fundamentali, bħas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-istandards tas-saħħa, paga li tiggarantixxi l-għajxien, il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, il-prevenzjoni tal-fastidju sesswali u tal-vjolenza fuq il-post tax-xogħol u l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin: il-kriterji kruċjali għal produzzjoni sostenibbli, trasparenza u traċċabbiltà, inkluż il-ġbir trasparenti ta' data u għodod ta' informazzjoni għall-konsumatur, kontrolli u awditjar tad-diliġenza dovuta, aċċess għal rimedju, ugwaljanza bejn is-sessi, drittijiet tat-tfal, rappurtar tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista, ir-responsabbiltà tal-kumpaniji f'każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem u s-sensibilizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi proposti u inizjattivi leġiżlattivi nazzjonali oħrajn li għandhom l-istess għan bħal-leġiżlazzjoni, ladarba dawk il-proposti u l-inizjattivi jkunu ġew awditjati u wrew li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

7.  Itenni l-appell tiegħu għall-Kummissjoni biex testendi r-responsabbiltà soċjali korporattiva permezz ta' leġiżlazzjoni vinkolanti dwar id-diliġenza dovuta għas-settur tal-ħwejjeġ bil-għan li tiżgura li l-UE u s-sħab u l-operaturi kummerċjali tagħha jissodisfaw l-obbligu li jirrispettaw kemm id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-ogħla standards soċjali u ambjentali; jenfasizza li l-industrija tal-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea għandha tikkonforma wkoll mal-istandards tal-ILO, bħal paga li tiggarantixxi l-għajxien jew kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tal-ħwejjeġ fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw l-istandards tal-ILO fis-settur tal-ħwejjeġ;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi b'mod attiv l-użu ekoloġiku u l-ġestjoni sostenibbli tal-materja prima bħall-qoton u tippromwovi l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' ħwejjeġ u tessuti fi ħdan l-Unjoni Ewropea permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fil-proposta leġiżlattiva dwar is-settur tal-ħwejjeġ; jitlob lill-UE, lill-Istati Membri u lin-negozji jżidu l-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp, inkluż fil-qasam tar-riċiklaġġ tal-ħwejjeġ, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-materja prima għas-settur tal-ħwejjeġ fl-UE tinkiseb minn sors alternattiv u sostenibbli; jilqa' l-inizjattivi mfassla biex jimplimentaw l-ogħla standards disponibbli li huma l-aktar dixxipplinati fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, bħall-istandard għal rix responsabbli (RDS jiġifieri Responsible Down Standard) u l-istandard għal suf responsabbli (RWS jiġifieri Responsible Wool Standard) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tużahom bħala linji gwida għall-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fil-proposta leġiżlattiva tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi riżorsi addizzjonali f'istituzzjonijiet sabiex issegwi l-inizjattiva ewlenija;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu msaħħa l-kodiċijiet ta' kondotta, it-tikketti ta' eċċellenza u l-iskemi ta' kummerċ ġust, billi jiġi żgurat l-allinjament ma' standards internazzjonali bħall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Globali tan-NU, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO tal-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali (id-Dikjarazzjoni MNE), il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, il-gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għas-settur tal-ħwejjeġ u ż-żraben u d-drittijiet tat-tfal u l-prinċipji kummerċjali żviluppati mill-UNICEF, il-Patt Globali tan-NU u Save the Children; jenfasizza bl-istess mod il-ħtieġa li jiġi intensifikat id-djalogu soċjali transkonfinali permezz tal-konklużjoni ta' ftehimiet qafas internazzjonali sabiex jiġu promossi d-drittijiet tal-ħaddiema fil-ktajjen tal-provvista tal-intrapriżi multinazzjonali;

10.  Jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni, infurzar jew traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti fuq livelli reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti riżultati fir-rigward tal-objettiv tagħha li trawwem titjib fis-settur tal-ħwejjeġ lesti biex jintlibsu, inkluż anke billi tintegra b'mod qawwi d-dimensjoni tal-ġeneri u dik tat-tfal fil-politiki u l-azzjonijiet predominanti tagħha; jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-emanċipazzjoni tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal prijorità ċentrali tal-proposta leġiżlattiva tagħha; jemmen li din l-inizjattiva għandha tippromwovi n-nondiskriminazzjoni u tindirizza l-kwistjoni ta' fastidju fuq il-post tax-xogħol, kif diġà previst minn impenji Ewropej u internazzjonali;

12.  Itenni l-impenn tiegħu favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għal karigi ta' tmexxija permezz ta' appoġġ għat-taħriġ ta' ħaddiema nisa dwar id-drittijiet tagħhom, il-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u kwistjonijiet marbuta mas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll għat-taħriġ tal-maniġers maskili dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diskriminazzjoni;

13.  Jappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta strateġija komprensiva dwar kif l-iżvilupp, l-għajnuna għall-kummerċ u l-politiki ta' akkwist pubbliku jistgħu jappoġġjaw katina tal-provvista tal-ħwejjeġ aktar ġusta u aktar sostenibbli u l-mikrointrapriżi lokali, billi tippromwovi l-aħjar prattiki u tipprovdi inċentivi lill-atturi mis-settur privat li jinvestu fis-sostenibbiltà u l-ġustizzja tal-ktajjen tal-provvista tagħhom, mill-bidwi li jikkultiva l-fibri sal-konsumatur finali;

14.  Jemmen li l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi għandu rwol fundamentali fl-iżgurar ta' kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, ħtieġa enfasizzata mit-tiġrif tar-Rana Plaza; jitlob li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara u affidabbli dwar is-sostenibbiltà fis-settur tal-ħwejjeġ, minn fejn joriġinaw il-prodotti u sa liema punt ġew irrispettati d-drittijiet tal-ħaddiema; jirrakkomanda li l-informazzjoni miġbura b'riżultat tal-azzjoni tal-UE għandha tkun pubblikament disponibbli, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw it-twaqqif ta' bażi ta' data online pubblika tal-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-atturi kollha tul il-katina tal-provvista;

15.  Jappella għal aktar sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi Ewropej rigward il-produzzjoni ta' prodotti tat-tessuti; jipproponi, għal dan l-għan, l-iżvilupp ta' standards ta' tikkettar fl-UE kollha għal "fair clothing", aċċessibbli kemm għall-kumpaniji multinazzjonali kif ukoll għall-SMEs, biex jindika li jkunu ġew rispettati kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u biex jgħin lill-klijenti fid-deċiżjonijiet tax-xiri tagħhom b'informazzjoni aħjar;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinġabar u tiġi ppubblikata data komprensiva dwar il-prestazzjoni tas-sostenibbiltà korporattiva; jitlob, f'dan il-kuntest, l-elaborazzjoni ta' definizzjonijiet u standards komuni b'mod armonizzat għall-ġbir u t-tqabbil ta' data statistika, partikolarment dwar importazzjonijiet ġenerali iżda anke siti ta' produzzjoni individwali; jitlob li l-Kummissjoni tniedi inizjattiva għall-iżvelar obbligatorju tas-siti ta' produzzjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa varjetà wiesgħa ta' sistemi ta' monitoraġġ fis-settur tal-ħwejjeġ tal-UE billi tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni – li jinkludu l-ġbir ta' data bl-użu ta' stħarriġ, l-awditjar u tekniki ta' analiżi tad-data li jistgħu effettivament ikejlu l-prestazzjoni u jindirizzaw l-impatt tas-settur tal-ħwejjeġ fuq l-iżvilupp, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem fil-katina tal-provvista tal-ħwejjeġ kollha kemm hi;

18.  Jemmen li huwa kruċjali li jiġi żgurat aċċess akbar għall-informazzjoni dwar l-imġiba tal-intrapriżi; iqis li huwa fundamentali li tiġi introdotta sistema effettiva u obbligatorja ta' rappurtar u diliġenza dovuta għall-prodotti tal-ħwejjeġ li jidħlu fis-suq tal-UE; jemmen li jkun tajjeb li r-responsabbiltà taqa' fuq l-atturi kollha tul il-katina tal-provvista kollha, inklużi s-sottokuntratturi fl-ekonomija formali u informali (inklużi fiż-żoni ta' proċessar għall-esportazzjoni), u jfaħħar l-isforzi eżistenti għal dan l-għan; jemmen li l-UE qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tiżviluppa qafas komuni permezz ta' leġiżlazzjoni dwar l-obbligi transnazzjonali ta' diliġenza dovuta, ir-rimedju għall-vittmi u t-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-katina tal-provvista, filwaqt li tagħti wkoll attenzjoni għall-protezzjoni ta' min jiżvela l-informazzjoni; jirrakkomanda li informazzjoni affidabbli, ċara u sinifikanti dwar is-sostenibbiltà titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi;

19.  Jirrimarka li l-koordinazzjoni, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki jistgħu jikkontribwixxu biex irendu l-inizjattivi tal-katina tal-valur privati u pubbliċi aktar effiċjenti u jiksbu riżultati pożittivi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli;

20.  Jitlob li jkun hemm inizjattivi nazzjonali u Ewropej biex jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jixtru prodotti magħmula lokalment;

21.  Jinnota li l-prezz għadu fattur determinanti fil-prattiki ta' xiri ta' ditti u bejjiegħa bl-imnut, spiss għad-detriment tal-benesseri u l-pagi tal-ħaddiema; jistieden lill-UE taħdem mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex tippromwovi sħubija soċjali li tirnexxi u biex tappoġġja lill-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi għall-iffissar tal-pagi skont il-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO, speċjalment fil-pajjiżi fejn hemm nuqqas ta' leġiżlazzjoni adegwata; jenfasizza l-ħtieġa li l-ħaddiema jiġu ggarantiti l-ħlas regolari ta' paga adegwata li tippermettilhom u lill-familji tagħhom jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom mingħajr ma jkollhom jaħdmu ħinijiet żejda b'mod regolari; jenfasizza l-ħtieġa ta' ftehimiet ta' negozjar kollettiv li jipprevjenu kompetizzjoni negattiva rigward l-ispejjeż salarjali, u l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi dwar il-konsegwenzi potenzjali ta' domanda għal prezzijiet dejjem aktar baxxi;

22.  Jenfasizza li l-gvernijiet tal-pajjiżi produtturi jeħtiġilhom ikunu jistgħu jimplimentaw standards u normi internazzjonali, inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni xierqa, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-pajjiżi produtturi f'dan il-qasam skont il-politika tal-UE għall-iżvilupp;

23.  Jirrikonoxxi li, filwaqt li kull stat huwa responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tax-xogħol tiegħu stess, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jista' jkollhom kapaċità u riżorsi limitati biex jimmonitorjaw u jinforzaw b'mod effettiv il-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti; jistieden lill-UE, fil-qafas tal-programmi tagħha ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u bil-ħsieb li jitnaqqas id-distakk ta' governanza, issaħħaħ il-bini tal-kapaċità u tipprovdi lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'assistenza teknika dwar l-amministrazzjoni tax-xogħol u s-sistemi ta' spezzjoni, inkluż fis-sottokuntrattar tal-fabbriki u fl-iffaċilitar tal-aċċess għal mekkaniżmi ta' rimedju u ta' lment li jkunu xierqa u effettivi, inkluż fiż-żoni ta' pproċessar tal-esportazzjonijiet, fejn ħinijiet tax-xogħol twal, sahra furzata u d-diskriminazzjoni fil-pagi huma prattika komuni;

24.  Jenfasizza l-importanza ta' spezzjonijiet tax-xogħol u awditjar soċjali fil-katina tal-provvista tal-ħwejjeġ u ż-żraben; huwa tal-fehma li ħafna drabi dawn jirriflettu biss is-sitwazzjoni fiż-żmien meta jitwettqu l-ispezzjonijiet; jirrakkomanda li tittieħed azzjoni ulterjuri sabiex jitjiebu l-ispezzjonijiet u l-awditjar, inkluż taħriġ għal spetturi u l-konverġenza tal-istandards u l-metodi ta' spezzjoni permezz ta' kooperazzjoni mal-industrija tal-ħwejjeġ u l-pajjiżi produtturi;

25.  Jenfasizza l-importanza ta' spezzjonijiet tax-xogħol indipendenti fit-twissija bikrija u l-prevenzjoni, kif ukoll fl-infurzar tar-regoli u r-regolamenti nazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, iżda jinnota li fatturi bħall-eżawriment tal-awditjar jistgħu jikkompromettu l-effikaċja tagħhom u li l-awditi jirriflettu biss is-sitwazzjoni fiż-żmien meta jsiru; jemmen li r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni 81 tal-ILO huma importanti biex jiġi identifikat l-abbuż; jirrakkomanda li ssir aktar riċerka dwar modi kif jittejbu l-awditjar u l-ispezzjonijiet, bħal pereżempju l-konverġenza tal-istandards u l-metodi tal-awditjar u li jintbagħtu spetturi tax-xogħol differenti kull darba, li jistgħu jwasslu għal standards iktar stretti, speċjalment fil-pajjiżi bi problemi ta' korruzzjoni; jinnota l-importanza ta' reklutaġġ adegwat ta' spetturi tax-xogħol u ta' taħriġ kontinwu għall-ispetturi ġodda u eżistenti dwar il-konvenzjonijiet u l-istandards internazzjonali, il-liġijiet tax-xogħol lokali u t-tekniki ta' spezzjoni xierqa; jitlob lill-UE tkompli tappoġġja, kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament, l-iżvilupp ta' spettorati tax-xogħol fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-istandards rilevanti tal-ILO, b'mod partikolari fil-kuntest tal-fondi tal-iżvilupp tagħha;

26.  Jinnota li l-industrija tal-ħwejjeġ toħloq impjiegi għal firxa wiesgħa ta' ħiliet, minn ħaddiema b'livell baxx ta’ ħiliet sa rwoli speċjalizzati ħafna;

27.  Jemmen li l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema kollha għandha tiġi żgurata permezz tal-istandards internazzjonali, l-implimentazzjoni tal-liġi nazzjonali u n-negozjar kollettiv fil-livelli kollha (fabbriki, lokali, nazzjonali u internazzjonali), u permezz ta' politiki tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fil-livell tal-fabbriki bħal pjanijiet ta' azzjoni mfassla bil-miktub, implimentati u mmonitorjati bl-involviment tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom;

28.  Jenfasizza li l-politiki kummerċjali u ta' investiment tal-UE huma interkonnessi mal-politiki dwar il-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġustizzja fiskali, l-iżvilupp, id-drittijiet tal-bniedem, il-politiki ambjentali u l-promozzjoni tal-SMEs; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw koerenza politika għall-iżvilupp tan-negozji u tad-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-politiki kummerċjali, tal-investiment u dawk barranin tal-Unjoni, li timplika li l-kundizzjonalità soċjali fi ftehimiet bilaterali u reġjonali għandhom isiru aktar effettivi permezz ta' aktar involviment billi s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili jiġu aktar involuti u kkonsultati matul in-negozjati, billi jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol u billi jintużaw b'mod sistematiku valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi ex ante u ex post dwar is-sostenibbiltà kummerċjali;?;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fin-negozjar tal-ftehimiet internazzjonali u bilaterali, timpenja ruħha favur id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u tippromwovi l-governanza tajba u klawżoli vinkolanti fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u dawk soċjali u ambjentali; jiddispjaċih li l-istati firmatarji mhux dejjem jirrispettaw kompletament il-klawżoli attwali dwar id-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet ta' kummerċ ħieles u ftehimiet oħra ta' sħubija ekonomika; itenni, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jissaħħu l-istrumenti kollha biex tkun garantita ċ-ċertezza ġuridika;

30.  Jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri biex jippromwovu, permezz tal-inizjattiva dwar il-ħwejjeġ u strumenti oħra tal-politika kummerċjali, l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards tal-ILO dwar il-pagi u l-ħinijiet tax-xogħol, anke mal-pajjiżi sħab fis-settur tal-ħwejjeġ; jistieden lill-UE, barra minn hekk, tipprovdi gwida u appoġġ dwar kif tista' tittejjeb l-osservanza ta' dawn l-istandards filwaqt illi tgħin fil-binja ta' intrapriżi sostenibbli u ttejjeb il-prospetti ta' impjiegi sostenibbli;

31.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu, permezz ta' djalogu ta' politika u bini tal-kapaċità, l-adozzjoni u l-infurzar effettiv tal-istandards internazzjonali tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab, abbażi tal-Konvenzjonijiet tal-ILO, inklużi d-drittijiet u l-istandards tax-xogħol tat-tfal bħall-Konvenzjonijiet 138 u 182, u r-rakkomandazzjonijiet tal-istess organizzazzjoni; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li r-rispett tad-dritt li wieħed jingħaqad u jifforma union u li jidħol f'negozjar kollettiv huwa kriterju kruċjali għall-obbligu ta' rendikont tal-intrapriżi; jiddeplora l-fatt li l-libertà ta' assoċjazzjoni tinkiser spiss f'ħafna postijiet tax-xogħol tal-produzzjoni, u jħeġġeġ lill-Istati jsaħħu l-liġijiet tax-xogħol; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-UE tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw isaħħu r-rwol tal-unions u jippromwovu b'mod attiv id-djalogu soċjali u l-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol, inklużi l-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv għall-ħaddiema kollha, ikun xi jkun l-istatus tal-impjieg tagħhom;

32.  Jenfasizza r-rwol importanti tas-settur tal-ħwejjeġ bħala xprun għall-iżvilupp b'intensità ta' xogħol għall-ekonomiji emerġenti, speċjalment fis-swieq emerġenti tal-Asja;

33.  Jistieden lill-istituzzjonijiet ta' finanzjament għall-iżvilupp isaħħu l-kundizzjonalitajiet tax-xogħol fl-istandards ta' prestazzjoni tagħhom bħala kundizzjoni kuntrattwali tal-finanzjament;

34.  Jinnota li l-pajjiżi "hot spot" koperti mill-inizjattiva ewlenija għandhom aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinkludi r-ratifika tal-istandards fundamentali tal-ILO, l-ispezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà u l-libertà ta' assoċjazzjoni fid-diskussjonijiet dwar il-kontinwazzjoni tal-kummerċ preferenzjali mal-pajjiżi marbuta mal-katina tal-provvista globali għas-settur tal-ħwejjeġ, u ssaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem u l-konvenzjonijiet tax-xogħol u tal-ambjent skont is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi;

35.  Itenni s-sejħa qawwija tiegħu għall-introduzzjoni sistematika ta' klawżoli vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali kollha, inklużi fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment li diġà ġew konklużi jew li se jiġu konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi; jenfasizza l-ħtieġa, barra minn hekk, għal mekkaniżmi ta' monitoraġġ ex ante qabel ma jiġi konkluż kull ftehim qafas, u li dan ma jkunx jista' jiġi konkluż sakemm dawn il-mekkaniżmi ma jiġux inklużi bħala parti fundamentali tal-ftehim; jenfasizza l-ħtieġa għal mekkaniżmi ta' monitoraġġ ex post li jippermettu li tittieħed azzjoni tanġibbli bi tweġiba għall-ksur ta' dawn il-klawżoli, bħal sanzjonijiet xierqa kif stipulat fil-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim, inkluża s-sospensjoni tal-ftehim;

36.  Iqis li kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE għandhom ikunu obbligatorji u infurzabbli, biex b'hekk titjieb il-ħajja tan-nies, u jenfasizza li trid tiġi inkluża klawżola li tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tal-ILO u l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti kemm fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali kif ukoll f'dawk multilaterali; ifakkar li t-twaqqif ta' skemi bħall-Arranġament ta' Inċentiv Speċjali għal Żvilupp Sostenibbli u Governanza Tajba (SPĠ+) tal-UE, permezz tar-rekwiżit tar-ratifika u l-implimentazzjoni tas-27 konvenzjoni, jista' jgħin biex tittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat; jenfasizza, b'dan f'moħħu, il-ħtieġa li jitwettaq monitoraġġ bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-SPĠ+ u tar-rispett għall-konvenzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati; jappella lill-UE biex tiżgura li l-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem marbuta ma' preferenzi kummerċjali unilaterali bħalma huma l-SPĠ jew l-SPĠ+ huma effettivament implimentati u monitorjati; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi preferenzi tariffarji għat-tessuti li jintwera li huma prodotti b'mod sostenibbli fir-riforma li jmiss tar-regoli tal-SPĠ/SPĠ+; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi kriterji ta' sostenibbiltà u rekwiżiti minimi stabbiliti għas-sistemi ta' identifikazzjoni u ta' ċertifikazzjoni abbażi tal-konvenzjonijiet internazzjonali, bħalma huma l-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO jew l-istandards ta' protezzjoni tal-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-produzzjoni ta' prodotti tal-kummerċ ġust permezz ta' dan l-istrument ta' preferenzi tariffarji, tagħti aktar importanza lir-rapporti tal-ILO u s-sejbiet tal-korpi superviżorji tagħha fl-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tagħha u ttejjeb ir-rabta mal-aġenziji lokali tal-ILO u n-Nazzjonijiet Uniti fil-pajjiż benefiċjarju, sabiex tikkunsidra bis-sħiħ il-fehmiet u l-esperjenza tagħhom;

37.  Itenni t-talba tiegħu biex jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt sostenibbli għal kull ftehim innegozjat mill-ġdid u jitlob għall-ġbir tad-data diżaggregata skont is-sess;

38.  Ifakkar li t-tassazzjoni hija għodda importanti għall-promozzjoni ta' xogħol deċenti; iqis li, bl-għan li jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha, inklużi kumpaniji multinazzjonali, iħallsu t-taxxi lill-gvernijiet ta' pajjiżi fejn isseħħ l-attività ekonomika u jinħoloq il-valur, dawk l-inċentivi fiskali, bħal eżenzjonijiet mit-taxxa fiż-żoni ta' pproċessar tal-esportazzjonijiet għandhom jerġgħu jiġu kkunsidrati flimkien ma' eżenzjonijiet mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tax-xogħol;

39.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma li nbdiet fit-tħejjija ta' Trattat vinkolanti tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem li huwa maħsub li se jsaħħaħ ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, inkluż fis-settur tal-ħwejjeġ; jiddispjaċih għal kull imġiba li tkun ta' ostakolu fir-rigward ta' dan il-proċess, u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jipparteċipaw b'mod kostruttiv f'dawn in-negozjati;

40.  Ifakkar fl-effetti negattivi tad-dumping soċjali, inkluż il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u n-nonkonformità mal-istandards tax-xogħol, fuq l-industriji tal-ħwejjeġ Ewropej; għandu fiduċja fil-kapaċità tal-UE, fid-dawl tal-massa kritika tagħha, li tkun protagonista dinjija u xprun għall-bidla; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, timpenja ruħha mas-sħab internazzjonali fil-laqgħa ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li jmiss biex tniedi inizjattiva globali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri obbligatorji sabiex tiżgura li l-kumpaniji li jimportaw lejn l-Unjoni Ewropea jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ekwi stabbiliti mill-proposta leġiżlattiva mitluba; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-ħtiġijiet speċjali tal-SMEs Ewropej u l-fatt li n-natura u l-grad tad-diliġenza dovuta, bħalma huma l-passi speċifiċi li għandhom jittieħdu minn kumpanija, jiġu affettwati mid-daqs tagħha, mill-kuntest tal-operazzjonijiet tagħha u mis-severità tal-impatt negattiv potenzjali tagħha; jappella, għalhekk, li jiġu kkunsidrati b'mod xieraq l-SMEs li jiddominaw l-industrija Ewropea tal-manifattura tal-ħwejjeġ; iqis li l-SMEs u l-mikrointrapriżi Ewropej li huma involuti fit-twaqqif tal-inizjattiva għandhom jirċievu wkoll appoġġ finanzjarju Ewropew permezz tal-programm COSME;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri speċifiċi sabiex l-SMEs Ewropej ikunu jistgħu jiksbu aċċess għal għodod finanzjarji u politiċi, b'enfasi speċjali fuq il-kapaċità ta' dawk l-SMEs li jiksbu riżultati fir-rigward tat-traċċabbiltà u t-trasparenza b'tali mod li r-rekwiżiti l-ġodda ma jimponux piż sproporzjonat, u jgħinuhom jagħmlu kuntatt mal-manifatturi responsabbli;

42.  Jenfasizza li l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-ħwejjeġ f'xi Stati Membri tal-UE ripetutament ukoll instabu li huma prekarji rigward kwistjonijiet bħas-saħħa u s-sigurtà, il-pagi, is-sigurtà soċjali u l-ħin tax-xogħol; għalhekk, jappella għall-iżvilupp ta' inizjattivi intra-UE effiċjenti u mmirati sew li jtejbu s-sitwazzjoni fis-settur tal-ħwejjeġ u jagħtu spinta lill-impjieg fl-Istati Membri;

43.  Ifakkar li l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet soċjali fi proċessi ta' akkwist pubbliku jista' jkollha effett qawwi fuq id-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tul il-ktajjen tal-provvista mondjali; jiddispjaċih, madankollu, li, skont studji tal-ILO(25), il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet soċjali jillimitaw ir-responsabbiltajiet għal dawk tal-kuntrattur tal-ewwel grad, filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar is-sottokuntrattar u l-esternalizzazzjoni jiġu inkorporati fil-kuntratti ta' akkwist pubbliku fuq bażi ad hoc; jitlob li l-UE tipprovdi assistenza lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tippermetti li l-politika ta' akkwist pubbliku tkun għodda biex tippromwovi l-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol;

44.  Jinsab konvint li l-akkwist pubbliku huwa għodda utli għall-promozzjoni ta' industrija tal-ħwejjeġ responsabbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istituzzjonijiet Ewropej jaġixxu bħala mudelli eżemplari fir-rigward tal-akkwist pubbliku ta' tessuti użati fl-istituzzjonijiet; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-istituzzjonijiet Ewropej, inkluż lill-Parlament, biex jiżguraw li l-proċeduri ta' akkwist pubbliku kollha tagħhom, inkluż il-merchandising tal-istituzzjonijiet u tal-gruppi politiċi fil-każ tal-Parlament, jippromwovu r-riċiklaġġ u katina tal-provvista tal-ħwejjeġ li tkun ġusta u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, toħloq gwida għall-awtoritajiet lokali dwar il-kriterji soċjali għax-xiri ta' tessuti b'segwitu għad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku tal-2014 u sabiex timmotivahom isegwuha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-leġiżlazzjoni biex tkompli timplimenta u tippromwovi l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli, u tipproponi pjan sabiex il-maġġoranza tal-ħwejjeġ miksuba permezz tal-akkwist pubbliku fl-UE sal-2030 tiġi minn sorsi sostenibbli;

45.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(1) http://www.ohchr.org/Documents/Publications/GuidingPrinciplesBusinessHR_EN.pdf
(2) A/HRC/RES/26/9 (http://www.ihrb.org/pdf/G1408252.pdf).
(3) A/RES/70/1 (http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1)
(4) http://www.unwomen.org/en/trust-funds/un-trust-fund-to-end-violence-against-women
(5) http://unctad.org/en/PublicationsLibrary/diaepcb2015d5_en.pdf
(6) http://www.oecd.org/daf/inv/mne/48004323.pdf
(7) ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1.
(8) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/july/tradoc_153591.pdf
(9) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.
(10) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 39.
(11) Testi adottati, P8_TA(2016)0137.
(12) Testi adottati, P8_TA(2016)0298.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0335.
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0405.
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0502.
(16) http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2004_2009/documents/nt/584/584520/584520en.pdf
(17)http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2015/549058/EXPO_IDA(2015)549058_EN.pdf
(18) Testi adottati, P8_TA(2016)0490.
(19) http://www.ilo.org/dhaka/Whatwedo/Projects/safer-garment-industry-in-bangladesh/lang--en/index.htm/
(20) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/august/tradoc_153732.pdf
(21) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(22) https://www.textilbuendnis.com/en/
(23) https://www.ser.nl/en/publications/publications/2016/agreement-sustainable-garment-textile.aspx
(24) https://europa.eu/eyd2015/en/fashion-revolution/posts/exploitation-or-emancipation-women-workers-garment-industry
(25) Ir-rapport IV tal-ILO, il-105 sessjoni, 2016 (p. 45).

Avviż legali - Politika tal-privatezza