Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 2 ta' Frar 2017 - BrussellVerżjoni finali
Approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità
 Aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet
 Klawsola ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja u Perù***I
 Ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni ***I
 Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għal jew eżenti minn ħtieġa ta’ viża: il-Georgia ***I
 Kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon
 Implimentazzjoni dwar Erasmus +

Approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità
PDF 411kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibilità u integrità (2016/2143(INI))
P8_TA(2017)0012A8-0381/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jispeċifika l-għanijiet tal-politika tal-isport tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Jannar 2011 bit-titolu "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport" (COM(2011)0012),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Esperti tal-UE dwar il-Governanza Tajba bl-isem "The Principles for Good Governance of Sport in the EU" (Il-Prinċipji ta' Governanza Tajba tal-Isport fl-UE) ta' Ottubru 2013,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Isport tal-Massa bl-isem "Grassroots Sport – Shaping Europe" (L-Isport tal-Massa – Insawru l-Ewropa) ta' Ġunju 2015,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar id-Diplomazija fl-Isport ta' Ġunju 2016,

–   wara li kkunsidra l-programm Erasmus+, li għandu l-għan li jindirizza t-theddid transkonfinali għall-intergrità tal-isport, jippromwovi u jappoġġja l-governanza tajba fl-isport, il-karrieri doppji tal-isportivi u l-attivitajiet ta' volontarjat fl-isport, flimkien mal-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs,

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport (COM(2007)0391),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar l-iżvelar reċenti ta' każijiet ta' korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-FIFA(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar id-dimensjoni Ewropea fl-isport(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-White Paper dwar l-Isport(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tal-futbol professjonali fl-Ewropa(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-aġenti tal-plejers fl-isports(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-Qatar: is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2016 dwar it-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba fl-avvenimenti sportivi ewlenin,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2015 dwar il-massimizzazzjoni tar-rwol tal-isport tal-massa fl-iżvilupp tal-ħiliet trasversali, speċjalment fost iż-żgħażagħ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2014 dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2014–2017),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2013 dwar il-kontribut tal-isport għall-ekonomija tal-UE, b'mod partikolari biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali tagħhom,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2013 dwar il-promozzjoni transettorjali ta' attività fiżika favur is-saħħa,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2010 dwar ir-rwol tal-isport bħala sors u mutur ta' inklużjoni soċjali attiva(11),

–  wara li kkunsidra l-konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-3 ta' Lulju 2016 dwar approċċ integrat għas-sikurezza, is-sigurtà u s-servizzi waqt partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-18 ta' Settembru 2014 dwar il-manipulazzjoni ta' kompetizzjonijiet sportivi,

–  wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-isport, l-imħatri u l-logħob tal-azzard,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Globali għall-2030 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0381/2016),

A.  billi, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-2009, l-Unjoni Ewropea kisbet kompetenza speċifika għall-isport biex tibni u timplimenta politika kkoordinata tal-isport tal-UE li hija appoġġjata minn linja baġitarja speċifika, u biex tiżviluppa kooperazzjoni ma' korpi internazzjonali fil-qasam tal-isport, filwaqt li tqis in-natura speċifika tal-isport u tirrispetta l-awtonomija tal-istrutturi governattivi tal-isport;

B.  billi l-isport għandu rwol prominenti fil-ħajja ta' miljuni ta' ċittadini tal-UE; billi l-isport tad-dilettanti u l-isport professjonali mhumiex biss kwistjoni ta' kapaċitajiet atletiċi, riżultati pożittivi u kompetizzjonijiet fl-isport, iżda jagħtu wkoll kontribut soċjali, edukattiv, ekonomiku, kulturali u unifikanti sinifikanti lill-ekonomija u s-soċjetà tal-UE, kif ukoll lill-objettivi strateġiċi u l-valuri soċjali tal-UE;

C.  billi l-isport jirrappreżenta settur kbir tal-ekonomija tal-UE li qed jikber malajr u jagħti kontribut importanti għat-tkabbir, l-impjiegi u s-soċjetà, anke fil-livell lokali, b'effetti fuq il-valur miżjud u l-impjiegi li jaqbżu l-medja tar-rati ta' tkabbir; billi l-impjiegi relatati mal-isport ġew stmati li huma ekwivalenti għal 3,51 % tal-impjiegi totali tal-UE, u s-sehem tal-valur miżjud gross relatat mal-isport għal EUR 294 biljun (2,98 % tal-valur miżjud gross totali tal-UE);

D.  billi l-isport mhuwiex biss realtà ekonomika li qed tikber, iżda wkoll fenomenu soċjali li jagħti kontribut importanti lill-objettivi strateġiċi u lill-valuri soċjali tal-Unjoni Ewropea bħat-tolleranza, is-solidarjetà, il-prosperità, il-paċi, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-fehim fost in-nazzjonijiet u l-kulturi;

E.  billi l-ipprattikar tal-isport jikkontribwixxi għal kwalità tal-ħajja aħjar, jevita l-mard u għandu rwol fundamentali fit-tisħiħ tal-iżvilupp personali u l-kundizzjoni tas-saħħa;

F.  billi l-konformità mad-drittijiet bażiċi tax-xogħol hija essenzjali għall-atleti professjonisti;

G.  billi l-isport jikkontribwixxi wkoll għall-integrazzjoni tan-nies u jmur lil hinn mir-razza, ir-reliġjon u l-etniċità;

H.  billi l-integrità tal-isport hija ta' importanza kbira jekk il-kredibilità tiegħu u l-attrazzjoni tiegħu għandhom jiġu promossi;

I.  billi l-isport għandu natura speċifika li hija bbażata fuq strutturi ta' volontarjat u li hija prerekwiżit tal-funzjonijiet edukattivi u soċjali tiegħu;

J.  billi l-iskandli reċenti ta' korruzzjoni fl-isport, u fl-organizzazzjonijiet sportivi fil-livell Ewropew u dak internazzjonali, ħassru l-immaġni tal-isport billi qajmu tħassib u mistoqsijiet dwar il-bżonn ta' riformi ġenwini u strutturali tal-korpi u l-organizzazzjonijiet ta' tmexxija tal-isport filwaqt li titqies id-diversità kbira tal-istrutturi tal-isport f'pajjiżi Ewropej differenti u l-fatt li l-organizzazzjonijiet sportivi huma min-natura tagħhom fil-biċċa l-kbira awtoregolatorji;

K.  billi kemm l-isport professjonali kif ukoll dak tal-massa għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni globali tal-paċi, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà, iġibu benefiċċji tas-saħħa u ekonomiċi għas-soċjetajiet u għandhom rwol essenzjali fl-enfasizzar tal-valuri edukattivi u kulturali fundamentali kif ukoll fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali;

L.  billi l-governanza tajba fl-isport jenħtieġ li tirrispetta r-regolamentazzjoni xierqa tal-isport permezz ta' prinċipji ta' ġestjoni effettiva, trasparenti, etika u demokratika, governanza partiċipattiva, u proċessi u strutturi bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati;

M.  billi l-organizzazzjonijiet sportivi huma responsabbli mill-iżgurar ta' standards ta' governanza u ta' integrità għoljin u għandhom jgħolluhom iktar, u jaderixxu magħhom fiċ-ċirkostanzi kollha, sabiex terġa' tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini u tiżdied il-fiduċja pubblika fil-valur pożittiv tal-isport;

N.  billi politiki bbilanċjati li għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza finanzjarja, l-istabilità u l-kredibilità fl-isport huma kruċjali biex jittejbu l-istandards finanzjarji u ta' governanza;

O.  billi l-mudell Ewropew tal-isport organizzat huwa bbażat fuq il-prinċipji ta' territorjalità u nazzjonalità, b'federazzjoni waħda għal kull dixxiplina, u b'mekkaniżmi ta' solidarjetà bejn l-isport tal-atleti tal-ogħla livell u dak tal-massa, kif ukoll fuq ir-relegazzjoni u l-promozzjoni, kompetizzjonijiet miftuħa u rridistribuzzjoni finanzjarja;

P.  billi r-rikonoxximent tal-prinċipju ta' federazzjoni unika għal kull sport huwa ta' rilevanza partikolari u jsib l-għeruq tiegħu fl-importanza soċjali tal-isport bħala l-aħjar mezz biex jitħarsu l-interessi tal-isport u l-benefiċċji li jipprovdi lis-soċjetà;

Q.  billi huwa leġittimu u neċessarju għall-partijiet ikkonċernati kollha li jiġi meħtieġ li kwalunkwe kompetizzjoni sportiva tintlagħab u tiġi deċiża skont ir-regoli tal-logħba rikonoxxuti fuq livell internazzjonali;

R.  billi t-tribunali sportivi għandhom rwol ċentrali fil-garanzija tal-universalità tar-regoli tal-logħba, id-dritt għal proċess ġust f'kawżi relatati mal-isport u l-governanza tajba, peress li dawn jikkostitwixxu l-aktar mezzi xierqa ta' soluzzjoni tat-tilwimiet fil-qasam tal-isport b'konformità mad-drittijiet proċedurali fundamentali tal-UE;

S.  billi l-ammonti dejjem jiżdiedu ta' flus li jiċċirkolaw fis-settur tal-isport u fl-organizzazzjonijiet involuti wasslu għal talbiet ta' governanza u trasparenza aħjar; billi l-isport, bħala attività ekonomika, huwa kkonfrontat minn sensiela ta' skandli ta' xiri tal-logħob li jinvolvu diversi reati u attivitajiet illegali oħra bħall-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u t-tixħim;

T.  billi l-prattiki tad-doping li qed jiżdiedu huma theddida għall-integrità u r-reputazzjoni tal-isport peress li dawn jiksru l-valuri u l-prinċipji etiċi tal-isport bħal-logħob ġust, u billi l-użu tad-doping jipperikola b'mod serju s-saħħa tal-atleti kkonċernati, u ħafna drabi jikkawża ħsara serja u permanenti, u billi l-ġlieda kontra d-doping hi kwistjoni ta' interess pubbliku u ta' saħħa pubblika;

U.  billi kwalunkwe att ta' vjolenza, ħulliganiżmu u diskriminazzjoni diretta kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp, sew jekk fl-isport tad-dilettanti jew f'dak professjonali, iħammeġ l-immaġni tiegħu u jiskoraġġixxi lill-ispettaturi milli jattendu avvenimenti sportivi;

V.  billi l-promozzjoni tal-isport għall-persuni b'diżabilità intellettwali u fiżika għandha tkun prijorità ewlenija fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali;

W.  billi l-parteċipazzjoni u l-viżibilità tan-nisa fl-isport u l-kompetizzjonijiet sportivi jeħtieġ li jitjiebu;

X.  billi l-atleti, b'mod partikolari l-minuri, iħabbtu wiċċhom ma' pressjonijiet ekonomiċi u jiġu ttrattati bħala oġġetti u, għalhekk, għandhom jiġu protetti kontra kwalunkwe forma ta' abbuż, vjolenza jew diskriminazzjoni li jistgħu jseħħu waqt il-parteċipazzjoni tagħhom fl-isport;

Y.  billi fl-isports tat-timijiet fl-Ewropa hemm tendenza dejjem tikber u inkwetanti ta' sjieda minn partijiet terzi li permezz tagħha l-plejers, li spiss ikunu ta' età żgħira ħafna, ikunu parzjalment jew integralment proprjetà ta' investituri privati u ma jistgħux jiddeterminaw aktar it-toroq li jridu jaqbdu fil-karrieri tagħhom;

Z.  billi l-prattiki ħżiena marbuta mal-aġenti u t-trasferimenti tal-plejers wasslu għal każijiet ta' ħasil tal-flus, frodi u sfruttament tal-minuri;

AA.  billi l-isport tal-massa joffri opportunitajiet biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni, jitrawmu l-inklużjoni, il-koeżjoni u l-integrazzjoni soċjali u jsir kontribut siewi għall-iżvilupp tal-ħiliet trasversali;

AB.  billi numru dejjem jiżdied ta' klabbs jiddependu prinċipalment fuq is-suq tat-trasferimenti biex jifformaw it-timijiet tagħhom, meta għandhom jagħtu aktar attenzjoni lit-taħriġ lokali;

AC.  billi l-isport jitqies bħala dritt fundamentali għal kulħadd u billi kulħadd għandu jkollu dritt ugwali biex jieħu sehem fl-attività fiżika u fl-isport;

AD.  billi, b'mod ġenerali, l-attività fiżika qed tistaġna minkejja evidenza qawwija li din ittejjeb is-saħħa personali, inkluża s-saħħa mentali u l-benesseri, u billi b'konsegwenza ta' dan l-Istati Membri jiffrankaw b'mod sinifikanti f'termini ta' nefqa pubblika fuq is-saħħa, u minkejja tendenza dejjem tikber lejn l-isport rikreazzjonali, bħall-ġogging, li jiġi wkoll ipprattikat barra minn struttura organizzata;

AE.  billi l-avvenimenti u l-attivitajiet sportivi, u b'mod partikolari l-kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin, juru l-benefiċċji pożittivi tal-isport u għandhom impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali;

AF.  billi t-timijiet nazzjonali għandhom rwol essenzjali mhux biss f'termini ta' trawwim ta' identità nazzjonali u ta' ispirazzjoni lill-atleti żgħażagħ biex jilħqu l-ogħla livell ta' prestazzjoni sportiva, iżda anki billi jippromwovu s-solidarjetà bl-isport tal-massa;

AG.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ulterjuri tal-atleti huma parti kruċjali biex dawn jitħejjew għall-karrieri tagħhom fl-aħħar tal-karrieri sportivi tagħhom;

AH.  billi l-investiment fi u l-promozzjoni tat-taħriġ u fl-edukazzjoni ta' atleti żgħażagħ b'talent fil-livell lokali huma kruċjali għall-iżvilupp fit-tul u r-rwol tal-isport fis-soċjetà;

AI.  billi l-voluntiera huma s-sinsla tal-isport organizzat, billi jipprovdu għall-iżvilupp u l-aċċessibilità tal-attivitajiet sportivi, speċjalment fil-livell tal-massa; billi, barra minn hekk, dan joffri opportunità eċċellenti oħra ta' taħriġ u ta' edukazzjoni mhux formali għaż-żgħażagħ, kemm internazzjonalment kif ukoll flimkien ma' programmi ta' kooperazzjoni u żvilupp f'żoni barra l-UE fejn jeħtieġ li d-djalogu jissaħħaħ u l-politika esterna tal-UE tiġi appoġġjata;

AJ.  billi l-isport, fl-aktar sens wiesa' tiegħu, jirrappreżenta sistema ta' valuri għal komunità, u billi dawn il-valuri jiffurmaw il-bażi ta' lingwa kondiviża li tisboq l-ostakli kulturali u lingwistiċi kollha; billi dan jista' jgħin u għandu jitqies bħala opportunità biex jissaħħu d-djalogu u s-solidarjetà ma' pajjiżi terzi, biex tiġi promossa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi tal-bniedem fid-dinja kollha u biex tiġi appoġġjata l-politika esterna tal-UE;

AK.  billi l-każjiet ta' ksur tad-dritt ta' proprjetà intellettwali tal-organizzazzjonijiet sportivi, inkluż fil-forma ta' piraterija diġitali, speċjalment it-trażmissjoni diretta mingħajr liċenzja ta' avvenimenti sportivi, iqajmu tħassib serju għall-finanzjament fuq terminu twil tal-isport, fil-livelli kollha;

AL.  billi l-libertà tal-istampa għandha tiġi żgurata fl-avvenimenti sportivi kollha;

AM.  billi l-isport jista' jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

L-integrità u l-governanza tajba tal-isport

1.  Jirrepeti li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport teħtieġ sforzi transnazzjonali u kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-industrija tal-isport, l-atleti u l-partitarji;

2.  Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi internazzjonali, Ewropej u nazzjonali jimpenjaw ruħhom biex ikollhom prattiki ta' governanza tajba u biex jiżviluppaw kultura ta' trasparenza u finanzjament sostenibbli, billi jagħmlu disponibbli għall-pubbliku rekords finanzjarji u l-kontijiet tal-attivitajiet, inklużi l-obbligi ta' divulgazzjoni fir-rigward tal-kumpens tal-ogħla diriġenti u l-limiti tal-mandati;

3.  Iqis li l-iżvilupp ta' kultura ta' trasparenza għandu jiġi kkumplimentat minn separazzjoni aħjar tas-setgħat fil-korpi ta' tmexxija tal-isport, tqassim aħjar bejn l-attivitajiet kummerċjali u ta' karità u proċeduri awtoregolatorji interni aħjar biex jikxfu, jidentifikaw, jinvestigaw u jissanzjonaw reati marbuta mal-isport u attivitajiet illegali fl-organizzazzjonijiet sportivi;

4.  Ifakkar li l-governanza tajba, li jenħtieġ li tkun prijorità fil-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Isport li jmiss, trid tkun kundizzjoni għall-awtonomija tal-organizzazzjonijiet sportivi, f'konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tar-responsabilità, tal-opportunitajiet indaqs, tal-inklużjoni soċjali u tad-demokrazija, inkluża inklużività xierqa tal-partijiet ikkonċernati;

5.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' politika ta' tolleranza żero għall-korruzzjoni u tipi oħra ta' kriminalità fl-isport;

6.  Jissottolinja li l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' governanza tajba fl-isport, flimkien mal-monitoraġġ, is-superviżjoni u l-istrumenti legali xierqa, hija fattur ewlieni li jgħin biex tinqered il-korruzzjoni u abbużi oħra;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-entitajiet li jressqu kandidaturi, jiżguraw li l-offerti biex jiġu ospitati avvenimenti kbar jikkonformaw mal-istandards ta' governanza tajba, mad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, u mal-prinċipju tad-demokrazija, sabiex ikun żgurat impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali pożittiv fuq il-komunitajiet lokali, filwaqt li jiġu rrispettati d-diversità u t-tradizzjonijiet bil-għan li jiġu garantiti wirt sostenibbli u kredibilità fl-isport;

8.  Huwa tal-opinjoni li l-pajjiżi li jressqu kandidaturi għal avvenimenti sportivi jew li jospitawhom jeħtieġ li jimplimentaw ippjanar, organizzazzjoni, implimentazzjoni, parteċipazzjoni u segwitu ta' dawn l-avvenimanti li jkunu soċjalment, ambjentalment u ekonomikament responsabbli; jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-pajjiżi li jospitaw tali avvenimenti biex jevitaw tibdil mhux mixtieq fl-ambjent fejn jgħixu r-residenti lokali, inkluż l-ispostament ta' popolazzjonijiet lokali;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa bord ta' impenn u tesplora l-possibilità li jinħoloq kodiċi ta' kondotta fl-oqsma ta' governanza tajba u integrità fl-isport; huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet sportivi jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar it-trasparenza, standards etiċi, kodiċi ta' kondotta għall-korpi superviżorji, il-kumitati eżekuttivi u l-membri tagħhom, kif ukoll politiki u prattiki operattivi li jiggarantixxu l-indipendenza u l-konformità mar-regoli stabbiliti; jemmen, barra minn hekk, li l-esplorazzjoni ta' strumenti ġodda għall-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet sportivi u l-UE tista' tgħin biex jiġu indirizzati ftit mill-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-industrija sportiva;

10.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu finanzjament pubbliku għall-isport, suġġett għall-konformità mal-istandards minimi ta' governanza, monitoraġġ u rapportaġġ stabbiliti u disponibbli għall-pubbliku;

11.  Jemmen li t-titjib tal-governanza tajba u l-integrità fl-isport jeħtieġ bidla fil-mentalità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jappoġġja l-inizjattivi meħuda mill-organizzazzjonijiet sportivi u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex itejbu l-istandards ta' governanza sportiva u jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u nazzjonali;

12.  Jitlob lill-organizzazzjonijiet sportivi biex sal-2018 iressqu, u jimplimentaw kif dovut, proposti konkreti biex itejbu l-istandards ta' governanza tajba għall-organizzazzjonijiet sportivi, il-korpi governattivi sportivi u l-assoċjazzjonijiet membri tagħhom, u biex jippubblikaw ir-riżultati; jenfasizza li monitoraġġ xieraq huwa essenzjali f'dan ir-rigward;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu x-xiri tal-logħob bħala reat kriminali speċifiku u jiżguraw li kwalunkwe attività kriminali, bħax-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isports, tkun suġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji u sanzjoni xierqa, fejn dan għadu mhux il-każ, peress li x-xiri tal-logħob u l-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi jiksru l-etika u l-integrità tal-isport u diġà huma suġġetti għal sanzjonijiet mill-awtoritajiet sportivi;

14.  Jirrimarka li l-isfidi assoċjati mal-investigazzjoni ta' każijiet internazzjonali ta' xiri tal-logħob jeħtieġu l-iskambju ta' informazzjoni transkonfinali u l-kooperazzjoni bejn il-korpi sportivi, l-awtoritajiet statali u l-operaturi tal-logħob tal-azzard, fil-qafas tal-pjattaformi nazzjonali, sabiex jiġi identifikat, investigat u jitressaq quddiem il-ġustizzja x-xiri tal-logħob; Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jdaħħlu, fejn għadhom m'għamlux dan, servizzi ta' prosekuzzjoni dedikati inkarigati speċifikament biex jinvestigaw każijiet ta' frodi fl-isports; ifakkar, f'dan ir-rigward, li r-raba' Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus iddaħħal rekwiżit għall-fornituri tal-logħob tal-azzard biex iwettqu kontrolli ta' diliġenza dovuta fuq tranżazzjonijiet għoljin;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjoni li tippermetti lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi bil-għan li din tiġi implimentata u ratifikata b'mod sħiħ, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja u tiffaċilita dan il-proċess u tiżgura li dan ikun segwit b'mod effettiv;

16.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-wegħda tagħha li toħroġ rakkomandazzjoni dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra it-tqarriq tal-logħob relatat mal-azzard u jħeġġiġha tippubblika din ir-rakkomandazzjoni mingħajr dewmien;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rabtiet interistituzzjonali mal-Kunsill tal-Ewropa, u sussegwentement tiżviluppa programmi operattivi kkoordinati li jiżguraw l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi;

18.  Jappoġġja, u jinkoraġġixxi iktar, il-prevenzjoni, l-edukazzjoni u l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-programmi ta' informazzjoni li jservu biex jipprovdu lill-atleti, il-kowċis, l-uffiċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livelli kollha b'pariri dwar it-theddid tax-xiri tal-logħob, id-doping u kwistjonijiet oħra relatati mal-integrità, inklużi r-riskji li jistgħu jiltaqgħu magħhom u modi kif jistgħu jirrapportaw approċċi dubjużi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu miżuri konkreti biex dawn jiddaħħlu fil-Pjan ta' Ħidma li jmiss tal-UE, bħal programmi u proġetti pilota, immirati li jiżguraw li ż-żgħażagħ jingħataw edukazzjoni ċivika fl-isport minn età kemm jista' jkun żgħira;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkompli tappoġġja l-proġetti kontra d-doping permezz tal-programm Erasmus+, filwaqt li tivvaluta l-impatt tiegħu u tiżgura li dan jikkumplimenta b'mod utli l-iskemi ta' finanzjament eżistenti fil-ġlieda kontra d-doping;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-governanza tajba fi proġetti ta' ġestjoni tal-isport permezz tal-programm Erasmus+;

21.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-kontrolli tad-doping, il-programmi ta' ttestjar nazzjonali u l-leġiżlazzjonijiet li jippermettu l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-istat u l-aġenziji kontra d-doping; jistieden lill-Istati Membri jippermettu lil dawn tal-aħħar jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ estensiv għad-doping, u jipproċessaw u jiskambjaw id-data b'konformità mar-regoli attwali u futuri dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE;

22.  Jinnota l-importanza tal-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (World Anti-Doping Agency – WADA) għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni ta' politiki u regoli kontra d-doping fid-dinja kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping, il-UNESCO u l-Kunsill tal-Ewropa bil-għan li jevitaw u jiġġieldu kontra d-doping b'mod iktar effikaċi billi jsaħħu l-impenji legali u politiċi tal-Kodiċi Dinji Kontra d-Doping (World Anti-Doping Code – WADAC); jistieden lill-UE tinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar il-politiki dwar is-saħħa u l-prevenzjoni fil-ġlieda kontra d-doping;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw in-negozjar tal-ftehimiet bejn il-pajjiżi li jippermettu lit-timijiet ta' kontroll tad-doping awtorizzati kif xieraq minn pajjiżi oħra iwettqu testijiet, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-atleti, b'konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali kontra d-doping fl-isport;

24.  Huwa tal-opinjoni li d-doping huwa wkoll problema li qed tikber fis-settur tal-isport rikreattiv, fejn kampanji ta' edukazzjoni u informazzjoni u strutturi u ħarrieġa esperjenzati u professjonali huma meħtieġa biex jgħinu biex tiġi promossa imġiba sana fir-rigward tad-doping;

25.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaħdmu mill-qrib mal-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping u mal-Kunsill tal-Ewropa fid-definizzjoni ta' politika għall-protezzjoni tal-informaturi;

26.  Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jistabbilixxu sistemi koordinati kontra d-doping għall-monitoraġġ transkonfinali u jieħdu miżuri konkreti kontra l-manifattura u t-traffikar ta' sustanzi illegali li jtejbu l-prestazzjoni fid-dinja tal-isport;

27.  Jilqa' l-Konvenzjoni l-ġdida tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi oħra, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiffirmawha u jirratifikawha mingħajr dewmien; itenni l-proposta tiegħu biex fl-Ewropa jiddaħħal ir-rikonoxximent reċiproku tal-projbizzjonijiet mill-istadiums u l-iskambju ta' data f'dan ir-rigward;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-kuntest tal-vjolenza fl-isport permezz tan-netwerks eżistenti;

29.  Jinnota li t-theddida tat-terroriżmu titlob sforzi ġodda biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà operattivi waqt avvenimenti sportivi;

30.  Jenfasizza li l-korpi sportivi għandhom jiżguraw l-aċċess meħtieġ u opportunitajiet ta' ġbir ta' aħbarijiet fl-avvenimenti sportivi kollha għall-midja ta' aħbarijiet indipendenti sabiex jippermettulhom jaqdu r-rwol tagħhom bħala osservaturi importanti u kritiċi ta' avvenimenti sportivi u tal-amministrazzjoni sportiva;

31.  Jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fl-isport, kemm fil-grawnd kif ukoll barra l-grawnd, u jissottolinja l-ħtieġa li tali mġiba tiġi evitata fil-livelli kollha, li jitjiebu r-rappurtar u l-monitoraġġ ta' tali inċidenti u li jiġu promossi valuri fundamentali bħar-rispett, il-ħbiberija it-tolleranza u l-ispirtu ta' logħob ġust; huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet sportivi li josservaw standards għoljin ta' governanza tajba huma mgħammra aħjar biex jippromwovu r-rwol tal-isport fis-soċjetà u biex jiġġieldu kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza;

32.  Ifakkar fil-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-isport, b'mod partikolari t-traffikar tat-tfal;

33.  Jilqa' l-prattiki awtoregolatorji tajbin bħall-inizjattiva tal-Fair Play Finanzjarju, fis-sens li dawn jinkoraġġixxu razzjonalità aktar ekonomika u standards aħjar ta' ġestjoni finanzjarja fl-isport professjonali b'fokus fuq terminu twil minflok fuq terminu qasir u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp san u sostenibbli tal-isport fl-Ewropa; Jenfasizza li l-inizjattiva tal-Fair Play Finanzjarju ħeġġet standards ta' ġestjoni finanzjarja aħjar u għandha, għalhekk, tiġi applikata strettament;

34.  Jilqa' l-investiment trasparenti u sostenibbli fl-isport u fl-organizzazzjonijiet sportivi, dment li dawn ikunu suġġetti għal kontrolli stretti u rekwiżiti ta' divulgazzjoni u ma jkunux ta' ħsara għall-integrità tal-kompetizzjonijiet u l-atleti;

35.  Iqis il-mudell ta' sjieda fejn il-membri tal-klabbs iżommu l-kontroll tal-klabb (permezz tar-regola 50+1) bħala prattika tajba fl-UE, u jistieden lill-Istati Membri, lill-korpi tat-tmexxija tal-isport, lill-federazzjonjiet nazzjonali u lill-kampjonati biex jibdew djalogu u skambju kostruttiv fuq dan il-mudell;

36.  Jisħaq fuq il-fatt li l-atleti, b'mod partikolari l-minuri, għandhom ikunu protetti minn prattiki abbużivi bħas-sjieda minn parti terza, prattiki li jqajmu għadd ta' mistoqsijiet dwar l-integrità u l-etika ta' natura usa'; jappoġġja deċiżjonijiet minn korpi governattivi biex il-projbizzjoni tas-sjieda minn parti terza ta' plejers, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra il-projbizzjoni ta' sjieda ta' parti terza skont il-liġi tal-UE u jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali biex jindirizzaw id-drittijiet tal-atleti;

37.  Iqis li hija meħtieġa valutazzjoni mill-ġdid tar-regoli li jippromwovu lill-plejers lokali sabiex jitwessgħu l-opportunitajiet għall-plejers żgħażagħ b'talent biex jilagħbu fl-ewwel tim tal-klabb tagħhom u b'hekk jissaħħaħ il-bilanċ kompetittiv fl-Ewropa kollha;

38.  Jistieden lill-korpi tat-tmexxija u lill-awtoritajiet nazzjonali fil-livelli kollha jieħdu miżuri li jiggarantixxu kumpens lill-klabbs li jħarrġu sabiex jiġi inkoraġġit ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-plejers żgħażagħ, b'konformità mas-Sentenza Bernard tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Marzu 2010;

39.  Itenni l-impenn tiegħu lejn il-mudell Ewropew tal-isport organizzat, fejn il-federazzjonijiet għandhom rwol ċentrali, peress li dan jibbilanċja l-bosta interessi diverġenti bejn il-partijiet ikkonċernati kollha, bħall-atleti, il-plejers, il-klabbs, il-kampjonati, l-assoċjazzjonijiet u l-voluntiera, b'rappreżentanza xierqa u demokratika u mekkaniżmi ta' trasparenza tul il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u b'kompetizzjonijiet mifutħa bbażati fuq il-mertu sportiv; jitlob li jkun hemm iktar solidarjetà finanzjarja fil-livelli kollha;

40.  Jilqa' l-Forum annwali tal-Isport tal-UE li jippromwovi djalogu annwali mal-partijiet ikkonċernati minn federazzjonijiet tal-isport internazzjonali u Ewropej, il-moviment Olimpiku, l-organizzazzjonijiet umbrella tal-isport Ewropej u nazzjonali u organizzazzjonijiet oħra relatati mal-isport; jirrimarka li l-istruttura ta' djalogu mal-partijiet ikkonċernati, il-funzjonijiet tal-forum u s-segwitu tad-diskussjoni jeħtieġ li jitjiebu aktar;

41.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni, u tal-partijiet kkonċernati kollha, biex jippromwovu d-djalogu soċjali fl-isport, li huwa opportunità eċċellenti biex jiġi pprovdut bilanċ bejn id-drittijiet fundamentali u tax-xogħol tal-isportivi u n-natura ekonomika tal-isport bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-sħab soċjali fid-diskussjoni u l-konklużjoni tal-ftehimiet; jirrikonoxxi r-responsabilità tal-organizzazzjonijiet sportivi li jimpenjaw ruħhom li jiżviluppaw kultura ta' trasparenza; jinsisti li l-UE għandha tippromwovi b'mod attiv standards minimi ta' impjieg u ta' xogħol għall-atleti professjonali fl-Ewropa kollha;

42.  Itenni t-talba tiegħu biex jiġu stabbiliti reġistri ta' trasparenza għall-pagament tal-aġenti sportivi, sostnuti minn sistema ta' monitoraġġ effiċjenti, bħal kamra tal-ikklirjar għal pagamenti u sanzjonijiet xierqa, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, sabiex jiġu indirizzati l-prattiki ħżiena tal-aġenti; itenni t-talba tiegħu biex l-aġenti sportivi jingħataw liċenzja u jiġu rreġistrati, kif ukoll biex jiddaħħal livell minimu ta' kwalifiki; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għall-konklużjonijiet tal-istudju tagħha bl-isem "Study on sports agents in the European Union" (Studju dwar l-aġenti sportivi fl-Unjoni Ewropea), b'mod partikolari fir-rigward tal-osservazzjoni li l-aġenti huma ċentrali fi flussi finanzjarji li spiss ma jkunux trasparenti, u b'hekk ikunu suxxettibbli għal attivitajiet illegali;

43.  Jemmen li approċċ integrat għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport jista' jgħin biex jiġu evitati l-isterjotipi u jinħoloq ambjent soċjali pożittiv għal kulħadd; Jilqa' l-inizjattivi li jinkoraġġixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni ugwali f'karigi ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-isport, li jipperemettu lill-atleti nisa jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja mal-ħajja professjonali tagħhom, u li jfittxu li jnaqqsu d-differenza bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel u d-disparitajiet fl-għotijiet, kif ukoll kwalunkwe tip ta' sterjotipu jew fastidju fl-isport; jitlob lill-assoċjazzjonijiet sportivi jagħtu attenzjoni partikolari lid-dimensjoni tal-ġeneru billi jħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isport;

L-inklużjoni soċjali, il-funzjoni soċjali u l-aċċessibilità tal-isport

44.  Jemmen li l-investiment fl-isports se jgħinna nibnu soċjetajiet uniti u inklużivi, inwarrbu l-ostakli u nagħmluha possibbli li n-nies jirrispettaw lil xulxin billi jibnu pontijiet bejn il-kulturi u bejn il-firdiet etniċi u soċjali, u nippromwovu messaġġ pożittiv ta' valuri kondiviżi, bħar-rispett reċiproku, it-tolleranza, il-kompassjoni, it-tmexxija, l-ugwaljanza fl-opportunitajiet u l-istat tad-dritt;

45.  Jilqa' l-avvenimenti sportivi transnazzjonali li jsiru f'diversi pajjiżi Ewropej sakemm dawn jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-valuri komuni ewlenin tal-UE bħall-pluraliżmu, it-tolleranza, il-ġustizzja, l-ugwaljanza u s-solidarjetà; ifakkar li l-attivitajiet u l-avvenimenti sportivi jippromwovu t-turiżmu fil-bliet u t-territorji Ewropej;

46.  Jenfasizza l-valur tal-ħiliet trasversali miksuba permezz tal-isport bħala parti mit-tagħlim mhux formali u informali, u jenfasizza ulterjorment ir-rabta bejn l-isport, l-impjegabilità, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

47.  Jenfasizza r-rwol tal-isport fl-inklużjoni u l-integrazzjoni tal-gruppi żvantaġġjati; jilqa' inizjattivi li jagħtu lir-rifuġjati, lill-migranti u lil dawk li jfittxu l-asil il-possibilità li jikkompetu bħala atleti fil-kompetizzjonijiet sportivi;

48.  Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni permezz tal-isport u l-potenzjal tal-isport li jgħin biex iż-żgħażagħ soċjalment vulnerabbli jerġgħu jqumu lura fuq saqajhom; jirrikonoxxi l-importanza tal-isport tal-massa fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u l-ġlieda kontra dan il-fenomenu, u jinkoraġġixxi u jappoġġja inizjattivi f'dan ir-rigward; jilqa', f'dan ir-rigward, żewġ proġetti pilota adottati mill-Parlament Ewropew: "Sport as a tool for integration and social inclusion of the refugees" (L-isports bħala għodda għall-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali tar-refuġjati) u "Monitoring and coaching through sports of youngsters at risk of radicalisation" ("Il-monitoraġġ u t-taħriġ permezz tal-isports ta' żgħażagħ f'riskju ta' radikalizzazzjoni)";

49.  Ifakkar li l-atleti żgħażagħ Ewropej spiss jiffaċċjaw sfidi fejn ikollhom jikkombinaw il-karrieri sportivi tagħhom mal-edukazzjoni u x-xogħol; jirrikonoxxi li l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali huma kruċjali għall-għan li tiġi massimizzata l-inklużjoni futura ta' atleti fis-suq tax-xogħol; jappoġġja l-introduzzjoni ta' sistemi effettivi ta' karriera doppja, b'rekwiżiti minimi ta' kwalità u monitoraġġ xieraq tal-progress tal-programmi ta' karriera doppja fl-Ewropa, kif ukoll il-forniment ta' servizzi ta' gwida għall-karriera permezz ta' ftehimiet ma' universitajiet jew istituti ta' edukazzjoni ogħla; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw il-mobilità transkonfinali tal-atleti, jarmonizzaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-isport u tal-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni mhux formali u informali miksuba permezz tal-isport, u jsaħħu l-iskambju ta' prattiki tajbin;

50.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ finanzjarju sostenibbli għall-progammi ta' skambju ta' karriera doppja fil-livell tal-UE u dak nazzjonali permezz tal-kapitolu tal-isport tal-Erasmus+ u li titħeġġeġ iktar riċerka f'dan il-qasam; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu, b'kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet edukattivi, l-iskambji transkonfinali ta' atleti u jipprovdu aċċess għal boroż ta' studju għall-atleti;

51.  Jappoġġja l-mobilità tal-kowċis u ta' fornituri oħra tas-servizzi (bħall-fiżjoterapisti u l-konsulenti dwar il-karriera doppja), u l-iskambju ta' prattiki tajbin, b'enfasi fuq ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-innovazzjonijiet tekniċi;

52.  Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi jippromvowu, flimkien mal-Istati Membri, standards minimi għall-kowċis li jinkludu kontrolli tal-kondotta kriminali, taħriġ fis-salvagwardja u l-protezzjoni tal-minuri u tal-adulti vulnerabbli, kif ukoll fil-prevenzjoni tad-doping u tax-xiri tal-logħob u fil-ġlieda kontrihom;

53.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' attività fiżika huwa identifikat mid-WHO bħala r-raba' fattur ta' riskju ewlieni ta' mortalità globali, b'impatti u spejjeż soċjali u ekonomiċi diretti u indiretti konsiderevoli għall-Istati Membri; jinsab imħasseb li, minkejja l-flejjes konsiderevoli li ntefqu biex tiġi promossa l-attività fiżika, u minkejja l-impatt sinifikanti fuq is-saħħa ġenerali tan-nuqqas tagħha, il-livelli tal-attività fiżika qed jonqsu f'xi Stati Membri;

54.  Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-Istati Membri jikkooperaw biex jappoġġjaw l-impjegabilità u l-mobilità tal-kowċis li qed ifittxu li jaħdmu fl-UE, permezz ta' impenn li jiġu żgurati l-kontrolli tal-kwalità tal-kompetenza tagħhom u l-istandards tal-kwalifiki u t-taħriġ;

55.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħmlu lill-attività fiżika prijorità politika fil-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport li jmiss, speċjalment għaż-żgħażagħ u l-komunitajiet vulnerabbli minn żoni soċjalment deprivati fejn il-parteċipazzjoni fiżika hija baxxa;

56.  Jistieden lill-federazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali, u lil fornituri oħra tal-edukazzjoni, jiżguraw li l-kwistjonijiet relatati mal-integrità fl-isport jiġu inklużi fil-kurrikulu tal-kwalifiki tat-taħriġ fl-isport;

57.  Jissottolinja li l-promozzjoni tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel hija punt tad-dħul essenzjali għat-tfal biex jitgħallmu ħiliet għall-ħajja, attitudnijiet, valuri, għarfien u fehim, kif ukoll biex igawdu minn attività fiżika tul il-ħajja; ifakkar li l-parteċipazzjoni fl-isport fl-universitajiet u mill-persuni anzjani għandha rwol vitali fiż-żamma ta' stili ta' ħajja sani u fil-promozzjoni tal-interazzjoni soċjali;

58.  Iqis il-fatt li l-popolazzjoni tal-UE qed tixjieħ, u li għalhekk għandha tingħata attenzjoni speċifika lill-impatt pożittiv li l-attività fiżika jista' jkollha fuq is-saħħa u l-benesseri tal-anzjani;

59.  Jenfasizza l-fatt li l-isport u l-attività fiżika jenħtieġ li jiġu promossi b'mod aħjar fis-setturi politiċi kollha; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u lill-muniċipalitajiet jippromwovu aċċess ugwali għall-attività fiżika; jirrakkomanda lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinkoraġġixxu liċ-ċittadini biex jipprattikaw attivitajiet fiżiċi fuq bażi aktar regolari permezz ta' politiki u programmi xierqa dwar is-saħħa għall-ħajja ta' kuljum tagħhom;

60.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu aħjar l-isport fost il-gruppi soċjalment esklużi u fost il-persuni li jgħixu f'żoni soċjalment deprivati, fejn il-parteċipazzjoni fl-isport spiss tkun baxxa, u jtejbu l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u mal-iskejjel attivi f'dan il-qasam, b'mod partikolari fl-ippjanar urban u fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet sportivi, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali tal-pubbliku u b'mod partikolari tal-gruppi vulnerabbli; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess sħiħ u ugwali għall-faċilitajiet sportivi pubbliċi fl-oqsma kollha u jippromwovu l-istabbiliment ta' klabbs sportivi ġodda, b'mod partikolari fiż-żoni rurali u urbani żvantaġġjati;

61.  Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità għandu jkollhom aċċess ugwali għall-faċilitajiet sportivi kollha, u għat-trasport u faċilitajiet oħra, u l-persunal ta' appoġġ, li dan jeħtieġ, u jitlob li jkun hemm integrazzjoni akbar tal-komponenti kollha relatati mal-isport skont il-prinċipju li l-faċilitajiet sportivi għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw programmi sportivi inklużivi għall-persuni b'diżabilità fl-iskejjel u fl-universitajiet, inkluż billi jipprovdu kowċis imħarrġa u programmi adattati ta' attività fiżika, billi jibdew mil-livelli l-aktar baxxi fl-iskejjel, sabiex l-istudenti b'diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-lezzjonijiet tal-isport u fl-attivitajiet extrakurrikulari sportivi;

62.  Jagħraf ir-rwol fundamentali tal-Logħob Paralimpiku Internazzjonali fit-trawwim tal-kuxjenza, fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u fil-promozzjoni ta' aċċess għall-isport għall-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi lejn l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità f'attivitajiet sportivi u jżidu l-viżibilità fil-midja pubblika u x-xandir pubbliku tal-Logħob Paralimpiku u kompetizzjonijiet oħra li jinvolvu atleti b'diżabilità;

63.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li t-tfal jipprattikaw l-isport f'ambjent sikur;

64.  Jilqa' l-inizjattivi meħuda biex jiġu promossi l-inklużjoni, l-integrità u l-aċċessibilità fl-isports permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni;

65.  Jilqa' s-suċċess tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport, li għandha l-għan li tippromwovi l-isport, l-attività fiżika u stil ta' ħajja aktar san għal kulħadd fl-Ewropa kollha irrispettivament mill-età, l-isfond jew il-livell ta' saħħa fiżika, u jistieden lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri jieħdu sehem f'din l-inizattiva u jippromwovuha ulterjorment, filwaqt li jiżguraw li din tkun aċċessibbli għall-akbar għadd ta' persuni possibbli, partikolarment fl-iskejjel;

66.  Iqis li l-isports tradizzjonali huma parti mill-wirt kulturali Ewropew;

67.  Jilqa' l-istudju tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifiċità tal-isport; jistieden lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet sportivi jikkunsidraw passi ulterjuri biex tiġi żviluppata l-ispeċifiċità tal-isport;

68.  Jenfasizza li l-finanzjament huwa għodda politika importanti tal-UE li tintuża biex ittejjeb l-oqsma ewlenin tal-attività tal-UE fl-isport; jistieden lill-Kummissjoni talloka aktar fondi lill-isport fl-ambitu ta' Erasmus+, b'enfasi fuq l-isport u l-edukazzjoni tal-massa, u żżid il-viżibilità u l-aċċesibilità tiegħu sabiex ittejjeb l-integrazzjoni tal-isport fi programmi oħra ta' finanzjament bħall-FSIE jew il-Programm tas-Saħħa; jitlob li jkun hemm komunikazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex dawn il-fondi jkunu jistgħu jintużaw b'mod aktar effikaċji u sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq organizzazzjonijiet tal-isport tal-massa;

69.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġjaw miżuri u programmi li jippromwovu l-mobilità, il-parteċipazzjoni, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-taħriġ tal-voluntiera fl-isport, kif ukoll ir-rikonoxximent tal-ħidma tagħhom; jirrakkomanda l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-volontarjat billi tingħata daqqa t'id lill-promozzjoni tal-iżvilupp ta' prattiki u kultura tal-isports, inkluż permezz tal-linji previsti mill-programm Erasmus+;

70.  Jitlob lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida rigward l-applikazzjoni tar-regoli antitrust filwaqt li jitqiesu l-miri soċjali, kulturali u edukattivi tal-isport sabiex ikun hemm iktar ċertezza legali; iqis, f'dan ir-rigward, li l-ebda organizzazzjoni sportiva, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-isport tal-massa, ma għandha tiġi diskriminata meta tapplika għall-fondi pubbliċi fil-livell nazzjonali u lokali;

71.  Iqis li huwa kruċjali li l-mekkaniżmi ta' solidarjetà finanzjarja fl-isports jistabbilixxu r-rabta meħtieġa bejn l-isport professjonali u dak tad-dilettanti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-kontribut li jagħtu l-lotteriji nazzjonali għall-isport tal-massa, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-operaturi tal-logħob tal-azzard bil-liċenzja jkunu suġġetti għal introjtu finanzjarju obbligatorju u ġust għall-isport tal-massa u l-proġetti mmirati biex itejbu l-aċċess tal-massa għall-isport, bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibilità, it-trasparenza u t-traċċabilità tagħhom, flimkien mal-kontributi finanzjarji li diġà saru permezz tal-bejgħ ta' drittijiet tal-midja u tax-xandir;

72.  Jisħaq li l-bejgħ tad-drittijiet televiżivi fuq bażi ċentralizzata, esklużiva u territorjali, bil-kondiviżjoni ekwa tad-dħul, huwa essenzjali għall-finanzjament sostenibbli tal-isport fil-livelli kollha u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ekwi;

73.  Jenfasizza li l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-isport jhedded il-finanzjament fit-tul tiegħu;

74.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jdaħħlu u jużaw b'mod attiv is-sistemi tat-taxxa rispettivi tagħhom biex jappoġġjaw l-eżenzjoni mill-VAT, il-ħelsien mit-taxxa u forom oħra ta' inċentivi finanzjarji għall-isport tal-massa; jirrikonoxxi li r-regoli dwar l-għajnuna statali jenħtieġ li ma japplikawx għal tali appoġġ;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw aktar fondi biex jinfetħu grawnds sportivi u żoni tal-logħob rikreattiv pubbliċi sabiex tissaħħaħ l-aċċessibilità faċli għall-isport tal-massa;

76.  Iqis li s-sostenibilità u l-protezzjoni ambjentali għandhom jikkostitwixxu parti integrali mill-avvenimenti sportivi u li l-partijiet ikkonċernati sportivi jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-Aġenda Globali għall-2030 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

77.  Iħeġġeġ lill-kumitati Olimpiċi nazzjonali u lill-federazzjonijiet sportivi tal-Istati Membri jadottaw u jużaw il-bandiera u s-simbolu tal-UE, flimkien ma' bnadar individwali u simboli nazzjonali fl-okkażjoni ta' avvenimenti sportivi internazzjonali;

78.  Jenfasizza li l-isport huwa fattur qawwi fil-ħolqien u t-tisħiħ ta' sentiment ta' appartenenza lokali, nazzjonali u anki Ewropea;

79.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm trasparenza sħiħa ta' sjieda fil-klabbs sportivi professjonali;

o
o   o

80.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-federazzjonijiet u l-kampjonati sportivi Ewropej, internazzjonali u nazzjonali.

(1) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 81.
(2) ĠU C 208, 10.6.2016, p. 89.
(3) ĠU C 93, 9.3.2016, p. 42.
(4) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 137.
(5) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 46.
(6) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 51.
(7) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 232.
(8) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 99.
(9) ĠU C 436, 24.11.2016, p. 42.
(10) Testi adottati, P8_TA(2016)0005.
(11) ĠU C 326, 3.12.2010, p. 5.


Aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet
PDF 581kWORD 63k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet (2015/2086(INL))
P8_TA(2017)0013A8-0370/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 67(4) u 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Novembru 1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 21 u 35 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-Bejgħ tat-Tfal, il-Prostituzzjoni tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal, tal-25 ta' Mejju 2000,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta' April 1963,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' analiżi tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, dwar l-Adozzjoni u t-Tfal: perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem, ippubblikat fit-28 ta' April 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 46 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0370/2016),

Standards minimi komuni għall-adozzjonijiet

A.  billi fil-qasam tal-adozzjoni, huwa essenzjali li kwalunkwe deċiżjoni jenħtieġ li tittieħed f'konformità mal-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal, in-nondiskriminazzjoni, u b'rispett għad-drittijiet fundamentali tiegħu jew tagħha;

B.  billi l-iskop tal-adozzjoni mhuwiex li tagħti lill-adulti d-dritt għal tifel, iżda li tagħti lit-tfal ambjent stabbli, ta' mħabba u indokrar biex fih jikbru u jiżviluppaw b'mod armonjuż;

C.  billi l-proċedura ta' adozzjoni tikkonċerna tfal li fil-mument meta tkun tressqet l-applikazzjoni għall-adozzjoni jkunu għadhom ma għalqux it-18-il sena jew l-età maġġuri fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

D.  billi jenħtieġ li jinstab bilanċ tajjeb bejn id-dritt tat-tfal adottati li jkunu jafu l-identità vera tagħhom u d-dritt tal-ġenituri bijoloġiċi li jipproteġu l-identità tagħhom;

E.  billi jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti ma jqisux iċ-ċirkostanzi ekonomiċi tal-ġenituri bijoloġiċi bħala l-unika bażi u ġustifikazzjoni għaċ-ċħid tal-awtorità tal-ġenituri u l-għoti tat-tfal għall-adozzjoni;

F.  billi l-proċedimenti tal-adozzjoni jenħtieġ li ma jinbdewx qabel ma tkun finali kwalunkwe deċiżjoni ta' ċħid tal-awtorità tal-ġenituri fir-rigward tal-ġenituri bijoloġiċi, u qabel ma huma jkunu ġew mogħtija l-opportunità li jeżawrixxu l-possibilitajiet legali kollha ta' appell kontra d-deċiżjoni ta' ċħid tal-awtorità tal-ġenituri; billi r-rikonoxximent tal-ordni ta' adozzjoni meħud fin-nuqqas ta' dawn il-garanziji proċedurali jista' jiġi miċħud minn Stati Membri oħra;

G.  billi effiċjenza u trasparenza akbar jippermettu li jsir titjib tal-proċeduri ta' adozzjoni domestika u jistgħu jagħmlu l-adozzjonijiet internazzjonali aktar faċli, li jista' jżid l-għadd ta' tfal li jiġu adottati; billi, f'dan ir-rigward, konformità mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li l-Istati Membri kollha rratifikaw, jenħtieġ li tkun l-ewwel punt ta' riferiment għall-proċeduri, il-miżuri u l-istrateġiji kollha fir-rigward tal-adozzjonijiet f'kuntest transfruntier, filwaqt li jiġu rrispettati l-aħjar interessi tat-tfal;

H.  billi jenħtieġ li ssir aktar ħidma b'mod determinat sabiex jiġi evitat li ġenituri prospettivi interessati fl-adozzjoni jiġu sfruttati minn organizzazzjonijiet intermedjarji bla skruplu, u billi l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni fl-UE, għalhekk, jeħtieġ li tiġi intensifikata f'dan il-qasam ukoll;

I.  billi t-tqegħid ta' aħwa fl-istess familja adottiva jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ kemm jista' jkun, bl-għan li nevitawlhom it-trawma addizzjonali li tirriżulta mill-firda tagħhom;

Adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor taħt il-Konvenzjoni ta' The Hague tal-1993

J.  billi l-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor (il-Konvenzjoni ta' The Hague), li l-Istati Membri kollha rratifikaw, tipprovdi sistema ta' kooperazzjoni amministrattiva u rikonoxximent tal-adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor, jiġifieri adozzjonijiet fejn l-adottanti u t-tifel jew tfal ma jkollhomx ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż;

K.  billi l-Konvenzjoni ta' The Hague tistipula li r-rikonoxximent tal-adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor huwa awtomatiku fl-istati firmatarji kollha, mingħajr il-ħtieġa ta' kwalunkwe proċedura speċifika biex ir-rikonoxximent ikun effettiv;

L.  billi, skont il-Konvenzjoni ta' The Hague, ir-rikonoxximent jista' jiġi rifjutat biss jekk l-adozzjoni tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-istat ikkonċernat, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tat-tfal;

Il-kooperazzjoni fil-ġustizzja ċivili fil-qasam tal-adozzjoni

M.  billi t-taħriġ ġudizzjarju fl-aktar sens wiesa' huwa kruċjali għall-fiduċja reċiproka fl-oqsma kollha tal-liġi, inkluż dak tal-adozzjoni; billi l-programmi eżistenti tal-UE li jkopru t-taħriġ ġudizzjarju u l-appoġġ għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għaldaqstant jenħtieġ li jinkludu enfasi akbar fuq qrati speċjalizzati, bħal qrati tal-familja u qrati tal-minorenni;

N.  billi ċ-ċittadini jenħtieġ li jingħataw aċċess aħjar għal informazzjoni komprensiva dwar l-aspetti legali u proċedurali tal-adozzjoni interna fl-Istati Membri, billi l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jista' jitwessa' f'dan ir-rigward;

O.  billi l-kooperazzjoni fi ħdan in-Netwerk Ewropew ta' Ombudspersons għat-Tfal ġiet stabbilita fl-1997, u l-ombudsperson tal-Ewropa dwar kwistjonijiet relatati mat-tfal jenħtieġ li jiġu mħeġġa jikkooperaw u jikkoordinaw aktar mill-qrib f'dak il-forum; billi l-isforzi li jagħmlu dan jistgħu jinkludu li jiġu involuti fl-iskemi eżistenti ta' taħriġ ġudizzjarju ffinanzjati mill-UE;

P.  billi jenħtieġ li titwettaq analiżi fil-fond, peress li hemm bżonn li jsir aktar għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar transfruntier tat-tfal għall-finijiet ta' adozzjoni u biex tittejjeb l-implimentazzjoni xierqa u effiċjenti tar-regoli u l-linji gwida eżistenti għall-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal; billi l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni fl-UE, għalhekk, jeħtieġ li tiġi intensifikata f'dan il-qasam għall-prevenzjoni tal-ħtif, il-bejgħ jew it-traffikar tat-tfal;

Rikonoxximent transfruntier ta' digrieti ta' adozzjoni interna

Q.  billi l-prinċipju ta' fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri huwa ta' importanza fundamentali fid-dritt tal-Unjoni, peress li hija tippermetti li tinħoloq u tinżamm żona mingħajr fruntieri interni; billi l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, li huwa bbażat fuq il-fiduċja reċiproka, jobbliga lill-Istati Membri jagħtu effett lil sentenza jew deċiżjoni li toriġina minn Stat Membru ieħor;

R.  billi, minkejja r-regoli internazzjonali li jeżistu f'dan il-qasam, l-opinjonijiet għadhom ivarjaw fl-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipji li jenħtieġ li jirregolaw il-proċess tal-adozzjoni, l-istess bħalma jeżistu differenzi fir-rigward tal-proċeduri ta' adozzjoni u l-effetti legali tal-proċess ta' adozzjoni;

S.  billi l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza biex tieħu miżuri bl-għan li titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri mingħajr ma taffettwa l-liġi nazzjonali tal-familja, inkluż fil-qasam tal-adozzjonijiet;

T.  billi l-eżenzjonijiet għall-ordni pubbliku jservu biex jissalvagwardjaw l-identità tal-Istati Membri, li hija riflessa fil-liġi sostantiva tal-familja tal-Istati Membri;

U.  billi attwalment m'hemm ebda dispożizzjoni Ewropea għar-rikonoxximent – kemm jekk awtomatiku jew le – ta' digrieti ta' adozzjoni interna, jiġifieri dwar adozzjonijiet li jsiru fi ħdan Stat Membru uniku;

V.  billi n-nuqqas ta' tali dispożizzjonijiet jikkawża problemi sinifikanti għal familji Ewropej li jmorru joqogħdu fi Stat Membru ieħor wara li jkunu adottaw tifel, peress li l-adozzjoni jaf ma tiġix rikonoxxuta, u dan ifisser li l-ġenituri jista' jkollhom diffikultà biex jeżerċitaw legalment l-awtorità tal-ġenituri, kif ukoll li jiltaqgħu ma' diffikultajiet finanzjarji fir-rigward tat-tariffi differenti applikabbli f'dan il-qasam;

W.  billi n-nuqqas ta' tali dispożizzjonijiet ipoġġi f'riskju d-dritt tat-tfal għal familja stabbli u permanenti;

X.  billi attwalment, meta jmorru joqogħdu fi Stat Membru ieħor, il-ġenituri jaf jiġu obbligati jgħaddu minn proċeduri ta' rikonoxximent nazzjonali speċifiċi, jew saħansitra jerġgħu jadottaw it-tifel u dan joħloq inċertezzi ġuridiċi sinifikanti;

Y.  billi s-sitwazzjoni attwali tista' toħloq problemi u żżomm lil familji milli jeżerċitaw il-moviment liberu b'mod sħiħ;

Z.  billi jista' jkun hemm ħtieġa li s-sitwazzjoni ġenerali tiġi rieżaminata u vvalutata permezz ta' konsultazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

AA.  billi r-Regolament Brussell II ma jindirizzax il-kwistjoni tar-rikonoxximent ta' digrieti ta' adozzjoni, peress li jkopri b'mod esklużiv ir-responsabilità tal-ġenituri;

AB.  billi għaldaqstant huwa ta' importanza kbira li tiġi adottata leġiżlazzjoni li tipprevedi r-rikonoxximent awtomatiku fi Stat Membru ta' digriet ta' adozzjoni interna mogħti fi Stat Membru ieħor, dment li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni pubbliku u għall-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

AC.  billi tali leġiżlazzjoni tikkomplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003(1) (Brussell IIa) dwar kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni u ta' responsabilità tal-ġenituri u timla l-lakuna eżistenti dwar ir-rikonoxximent tal-adozzjonijiet kif previst skont il-liġi internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' The Hague);

Standards minimi komuni għall-adozzjonijiet

1.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jieħdu d-deċiżjonijiet kollha fi kwistjonijiet ta' adozzjoni waqt li jqisu l-aħjar interessi tat-tfal u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tagħhom, u waqt li dejjem jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ partikolari;

2.  Jenfasizza li t-tfal li jkunu ġew proposti għall-adozzjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala proprjetà ta' stat iżda bħala individwi, bi drittijiet fundamentali rikonoxxuti internazzjonalment;

3.  Jissottolinja li kull każ ta' adozzjoni huwa differenti u irid jiġi valutat fuq il-merti individwali tiegħu;

4.  Iqis li f'każijiet ta' adozzjoni b'aspetti transfruntiera t-tradizzjonijiet kulturali u lingwistiċi tat-tfal jenħtieġ li jiġu kkunsidrati u rrispettati kemm jista' jkun;

5.  Iqis li fil-kuntest ta' proċedimenti ta' adozzjoni, it-tfal jenħtieġ li dejjem jingħataw l-opportunità li jinstemgħu mingħajr pressjoni, u li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar il-proċess ta' adozzjoni, filwaqt li jitqiesu l-età u l-maturità tagħhom; iqis, għalhekk, li huwa ta' importanza kbira li, fejn ikun possibbli u rrispettivament mill-età, il-kunsens tat-tfal għall-adozzjoni jenħtieġ li jitfittex; f'dan ir-rigward, jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lit-tfal żgħar u lit-trabi, li ma jistgħux jinstemgħu;

6.  Iqis li jenħtieġ li l-ebda deċiżjoni dwar l-adozzjoni ma tittieħed qabel ma l-ġenituri bijoloġiċi jkunu nstemgħu u, fejn applikabbli, eżawrew ir-rimedji legali kollha li jikkonċernaw l-awtorità tal-ġenituri tagħhom u qabel ma ċ-ċħid tal-awtorità tal-ġenituri mill-ġenituri bijoloġiċi jkun finali; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet fl-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-benesseri tat-tifel jew tifla waqt li jkunu qed jiġu eżawriti r-rimedji legali, u matul il-proċedimenti ġudizzjarji kollha relatati mal-adozzjoni, filwaqt li jipprovdu lit-tifel jew tifla bil-protezzjoni u l-kura li jkunu meħtieġa għall-iżvilupp armonjuż tiegħu jew tagħha;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra studju komparattiv li janalizza l-ilmenti dwar adozzjonijiet mhux kunsenswali b'aspetti transfruntiera;

8.  Jenfasizza li jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti l-ewwel dejjem jikkunsidraw il-possibilità ta' tqegħid tat-tfal ma' qraba, anke meta dawn il-qraba jgħixu f'pajjiż ieħor, jekk it-tfal ikollhom relazzjonijiet ma' dawk il-membri tal-familja u wara li ssir valutazzjoni individwali tal-ħtiġijiet tat-tfal, qabel ma t-tfal jingħataw biex jiġu adottati minn persuni stranġieri; iqis li jenħtieġ li r-residenza abitwali tal-membri tal-familja li jixtiequ jieħdu r-responsabilità tat-tfal ma tiġix meqjusa li tkun fattur deċiżiv;

9.  Jitlob it-trattament indaqs ta' ġenituri ta' ċittadinanzi differenti matul il-proċeduri relatati mar-responsabilità tal-ġenituri u l-adozzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-ugwaljanza tad-drittijiet proċedurali tal-qraba li jkunu involuti fil-proċeduri ta' adozzjoni u li jkunu ċittadini ta' Stat Membru ieħor, inkluż il-forniment ta' assistenza legali, tal-informazzjoni puntwali rigward is-seduti ta' smigħ, id-dritt għal interpretu u l-forniment tad-dokumenti kollha rilevanti għall-kawża b'ilsien pajjiżhom;

10.  Jenfasizza li fejn tifel li jkun qed jiġi kkunsidrat għall-adozzjoni jkun ċittadin ta' Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet konsulari ta' dak l-Istat Membru u l-familja tiegħu residenti f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li jiġu infurmati u kkonsultati qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni;

11.  Barra minn hekk jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikolari ħafna lill-minorenni mhux akkumpanjati li jkunu applikaw għal status ta' rifuġjati jew li jkollhom status ta' rifuġjati, filwaqt li jiżguraw li dawn jirċievu l-protezzjoni, l-assistenza u l-kura li l-Istati Membri huma meħtieġa li jipprovdu bis-saħħa tal-obbligi internazzjonali tagħhom, preferibbilment billi jpoġġuhom f'familji ta' akkoljenza waqt il-perjodu interim;

12.  Jenfasizza l-importanza li jkunu garantiti kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għall-assistenti soċjali biex ikunu jistgħu jwettqu kif jixraq il-valutazzjoni tagħhom ta' każijiet individwali, mingħajr kwalunkwe tip ta' pressjoni finanzjarja jew ġuridika u li jitqiesu b'mod sħiħ l-aħjar interessi tat-tfal filwaqt li jiġu kkunsidrati l-perspettivi kollha għal żmien qasir, medju u twil;

Adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor taħt il-Konvenzjoni ta' The Hague tal-1993

13.  Jinnota s-suċċessi u l-importanza tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' The Hague, u tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha biex jiffirmawha, jirratifikawha jew jaderixxu magħha;

14.  Jiddeplora l-fatt li sikwit ikun hemm problemi rigward il-ħruġ ta' ċertifikati ta' adozzjoni; jistieden, għaldaqstant, lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jiżguraw li l-proċeduri u s-salvagwardji stabbiliti mill-Konvenzjoni ta' The Hague jiġu dejjem segwiti sabiex jiġi żgurat li r-rikonoxximent ikun awtomatiku; jistieden lill-Istati Membri ma joħolqux ostakli burokratiċi bla bżonn għar-rikonoxximent tal-adozzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' The Hague li jistgħu itawwlu l-proċedura u jagħmluha aktar għalja;

15.  Jirrimarka li jistgħu jsiru sforzi ulterjuri sabiex jiġu rrispettati u skrupolożament infurzati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' The Hague, peress li xi Stati Membri jeħtieġu proċeduri amministrattivi addizzjonali jew jimponu tariffi sproporzjonati b'rabta mar-rikonoxximent ta' adozzjonijiet, pereżempju sabiex jiġu stabbiliti jew emendati l-atti ta' stat ċivili jew biex tinkiseb iċ-ċittadinanza, għalkemm dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ The Hague;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw il-proċeduri li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' counselling u ta' kunsens stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta' The Hague;

Il-kooperazzjoni fil-ġustizzja ċivili fil-qasam tal-adozzjoni

17.  Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-adozzjoni, inklużi kemm l-aspetti legali kif ukoll l-aspetti soċjali, u jitlob għal kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet responsabbli għal valutazzjonijiet ta' segwitu fejn meħtieġ; f'dan ir-rigward, jitlob ukoll lill-UE biex iżżomm approċċ konsistenti mad-drittijiet tat-tfal fil-firxa kollha tal-politiki interni u esterni tagħha;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi netwerk Ewropew effettiv ta' mħallfin u awtoritajiet speċjalizzati fl-adozzjoni sabiex jiġi faċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u prattika tajba, li huwa partikolarment utli meta l-adozzjoni tinvolvi element barrani; jemmen li huwa estremament importanti li jiġu ffaċilitati l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika man-netwerks Ewropej attwali ta' taħriġ ġudizzjarju, bil-għan li jintlaħaq l-akbar grad possibbli ta' konsistenza mal-iskemi li diġà qed jiġu ffinanzjati mill-UE; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament għat-taħriġ speċjalizzat tal-imħallfin li jaħdmu fil-qasam tal-adozzjonijiet transfruntiera;

19.  Jemmen li opportunitajiet ta' taħriġ u ta' laqgħat għal imħallfin li jaħdmu fil-qasam ta' adozzjoni transfruntiera jistgħu jgħinu biex jidentifikaw bi preċiżjoni s-soluzzjonijiet legali mistennija u meħtieġa fil-qasam tar-rikonoxximent ta' adozzjonijiet interni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi fondi għal tali taħriġ u opportunitajiet għal-laqgħat fl-istadju tal-abbozzar ta’ proposta għar-Regolament;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika, fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, informazzjoni legali u proċedurali rilevanti dwar il-liġi u l-prattika tal-adozzjoni fl-Istati Membri kollha;

21.  Jieħu nota tal-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew ta' Ombudspersons għat-Tfal u jqis li din il-kooperazzjoni jenħtieġ li tiġi żviluppata u msaħħa ulterjorment;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni mill-qrib, permezz ta' awtoritajiet Ewropej bħalma hi l-Europol, għall-prevenzjoni tal-ħtif, il-bejgħ u t-traffikar transfruntier tat-tfal għal finijiet ta' adozzjoni; jinnota li sistemi nazzjonali affidabbli tar-reġistrazzjoni tat-twelid jistgħu jipprevjenu t-traffikar tat-tfal għal finijiet ta' adozzjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, koordinazzjoni mtejba fil-qasam sensittiv tal-adozzjoni tat-tfal minn pajjiżi terzi;

Rikonoxximent transfruntier ta' digrieti ta' adozzjoni interna

23.  Jiddikjara li hemm ħtieġa ċara ta' leġiżlazzjoni Ewropea li tipprevedi r-rikonoxximent transfruntier awtomatiku ta' digrieti ta' adozzjoni interna;

24.  Jitlob lill-Kummissjoni biex sal-31 ta' Lulju 2017 tissottometti, abbażi tal-Artikoli 67 u 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, proposta għal att dwar ir-rikonoxximent transfruntier ta' digrieti ta' adozzjoni, b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness mehmuż, flimkien mal-liġijiet internazzjonali eżistenti f'dan il-qasam;

25.  Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet annessi ma' din il-mozzjoni għal riżoluzzjoni jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

26.  Iqis li l-proposta mitluba m'għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji negattivi, peress li l-għan aħħari, ir-rikonoxximent awtomatiku ta' digrieti ta' adozzjoni, se jġib miegħu tnaqqis fl-ispejjeż;

o
o   o

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati li jinsabu fl-Annessi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Parlamenti u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.

ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL DWAR IR-RIKONOXXIMENT TRANSFRUNTIER TA' DIGRIETI TA' ADOZZJONI

A.   PRINĊIPJI U OBJETTIVI TAL-PROPOSTA MITLUBA

1.  Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal moviment liberu, għadd li dejjem qed jiżdied ta' ċittadini tal-Unjoni kull sena jiddeċiedu li jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni. Dan joħloq għadd ta' diffikultajiet fir-rigward tar-rikonoxximent u r-riżoluzzjoni legali tas-sitwazzjoni personali u tal-liġi tal-familja ta' individwi mobbli. L-Unjoni Ewropea tat bidu għall-indirizzar ta' dawn is-sitwazzjonijiet problematiċi, pereżempju billi adottat ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill(2), u billi stabbiliet kooperazzjoni msaħħa rigward ir-rikonoxximent ta' ċerti aspetti ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali u l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati.

2.  Il-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor (il-Konvenzjoni ta' The Hague) hija fis-seħħ fl-Istati Membri kollha. Hija tikkonċerna l-proċedura ta' adozzjonijiet bejn il-fruntieri, u timponi r-rikonoxximent awtomatiku ta' tali adozzjonijiet. Madankollu, il-Konvenzjoni ta’ The Hague ma tkoprix is-sitwazzjoni ta' familji bi tfal adottati skont proċedura purament nazzjonali li mbagħad imorru joqgħodu fi Stat Membru ieħor. Dan jista' jwassal għal diffikultajiet legali sinifikanti jekk ir-relazzjoni legali bejn il-ġenitur(i) u t-tfal adottati ma tiġix awtomatikament rikonoxxuta. Jaf ikunu meħtieġa proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji addizzjonali, u f'każijiet estremi, ir-rikonoxximent jaf jiġi miċħud għalkollox.

3.  Huwa għaldaqstant meħtieġ, sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' tali ċittadini tal-Unjoni, li jiġi adottat regolament li jipprevedi r-rikonoxximent transfruntier awtomatiku ta' digrieti ta' adozzjoni. Il-bażi ġuridika xierqa għal tali proposta huwa l-Artikolu 67(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet, u l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, li jikkonċerna miżuri fil-qasam tal-liġi tal-familja. Ir-regolament għandu jiġi adottat mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

4.  Ir-regolament propost jipprevedi r-rikonoxximent awtomatiku ta' digrieti ta' adozzjoni li jsiru fi Stat Membru skont kwalunkwe proċedura oħra għajr skont il-qafas tal-Konvenzjoni ta' The Hague. Peress li familji Ewropej jista' wkoll ikollhom konnessjonijiet ma' pajjiż terz jew ikunu għexu f'pajjiż terz fil-passat, ir-regolament jipprevedi wkoll li, ladarba Stat Membru jkun irrikonoxxa digriet ta' adozzjoni mogħti f'pajjiż terz skont ir-regoli proċedurali nazzjonali rilevanti tiegħu, dak id-digriet ta' adozzjoni għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri l-oħra kollha.

5.  Madankollu, sabiex tiġi evitata għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni jew l-applikazzjoni ta' liġijiet nazzjonali mhux xierqa, dan ir-rikonoxximent awtomatiku huwa soġġett, l-ewwel nett, għall-kundizzjoni li r-rikonoxximent ma jridx ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li jirrikonoxxi, filwaqt li jiġi enfasizzat li tali ċaħdiet qatt ma jistgħu jwasslu għal diskriminazzjoni de facto pprojbita mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u, it-tieni nett, li l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni tal-adozzjoni kellu l-ġurisdizzjoni biex jagħmel dan skont l-Artikolu 4 tal-proposta mitluba fil-Parti B (il-proposta). Huwa biss l-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-ġenitur jew ġenituri jew tat-tfal li jista' jkollu dik il-ġurisdizzjoni. Madankollu, meta d-deċiżjoni tal-adozzjoni tkun ittieħdet f'pajjiż terz, il-ġurisdizzjoni għar-rikonoxximent inizjali fl-Unjoni ta' dik l-adozzjoni tista' wkoll tkun tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-ġenituri jew tat-tfal. Dan sabiex jiġi garantit aċċess għall-ġustizzja għal familji Ewropej residenti barra.

6.  Huma meħtieġa proċeduri speċifiċi sabiex jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwalunkwe oġġezzjoni għal rikonoxximent f'każijiet speċifiċi. Dawn id-dispożizzjonijiet huma simili għal dawk misjuba f'atti oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja ċivili.

7.  Jenħtieġ li jinħoloq Ċertifikat Ewropew tal-Adozzjoni sabiex titħaffef kwalunkwe inkjesta amministrattiva dwar ir-rikonoxximent awtomatiku. Il-mudell għaċ-ċertifikat għandu jiġi adottat bħala att delegat tal-Kummissjoni.

8.  Il-proposta tikkonċerna biss ir-relazzjoni individwali bejn il-ġenituri u l-ulied. Hi ma tobbligax lill-Istati Membri jirrikonoxxu kwalunkwe relazzjoni legali partikolari bejn il-ġenituri ta' tifel adottat, peress li l-liġijiet nazzjonali relatati mal-koppji jvarjaw b'mod konsiderevoli.

9.  Fl-aħħar nett, il-proposta fiha d-dispożizzjonijiet finali u tranżitorji li normalment jinsabu fi strumenti tal-ġustizzja ċivili. Ir-rikonoxximent awtomatiku tal-adozzjonijiet japplika biss għal deċiżjonijiet tal-adozzjoni meħuda mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-regolament u, minn din id-data wkoll, għal kwalunkwe digriet ta' adozzjoni aktar bikri jekk it-tfal adottati jkunu għadhom taħt l-età.

10.  Il-proposta tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, peress li l-Istati Membri ma jistgħux jaġixxu waħedhom biex jiġi stabbilit qafas legali għar-rikonoxximent transfruntier tad-digrieti ta' adozzjoni u l-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa assolutament meħtieġ biex tiġi żgurata l-istabilità tas-sitwazzjoni legali tat-tfal adottati. Dan ma jaffettwax il-liġi tal-familja tal-Istati Membri.

B.   TEST TAL-PROPOSTA MITLUBA

Regolament tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent transfruntier tad-digrieti ta' adozzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 67(4) u l-Artikolu 81(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)  L-Unjoni għandha l-għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Għall-istabbiliment gradwali ta' tali spazju, huwa meħtieġ li l-Unjoni tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera, anke fil-qasam tal-liġi tal-familja.

(2)  Skont l-Artikoli 67 u 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dawn il-miżuri għandhom jinkludu miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet f'każijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji.

(3)  Sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-familji li jkunu adottaw tifel, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent tad-digrieti ta' adozzjoni jkunu regolati minn strument legali tal-Unjoni li jkun vinkolanti u direttament applikabbli.

(4)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li joħloq qafas legali ċar u komprensiv fil-qasam tar-rikonoxximent transfruntier tad-digrieti ta' adozzjoni, jagħti lill-familji riżultati xierqa f'termini ta' ċertezza legali, prevedibilità u flessibilità, u jipprevjeni li tirriżulta sitwazzjoni fejn digriet ta' adozzjoni mogħti legalment fi Stat Membru ma jiġix rikonoxxut fi Stat Membru ieħor.

(5)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri r-rikonoxximent ta' digrieti ta' adozzjoni mogħtija fi Stat Membru jew rikonoxxuti minnu. Madankollu, dan ma jkoprix ir-rikonoxximent tal-adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor magħmula skont il-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor, peress li dik il-Konvenzjoni diġà tipprevedi r-rikonoxximent awtomatiku ta' tali adozzjonijiet. Dan ir-Regolament għaldaqstant jenħtieġ li japplika biss għar-rikonoxximent tal-adozzjonijiet interni, u għall-adozzjonijiet internazzjonali li ma jkunux saru skont dik il-Konvenzjoni.

(6)  Irid ikun hemm konnessjoni bejn l-adozzjoni u t-territorju tal-Istat Membru li jkun għamel jew irrikonoxxa d-digriet ta' adozzjoni. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent jenħtieġ li jkun soġġett għall-konformità mar-regoli komuni ta' ġurisdizzjoni.

(7)  Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni jenħtieġ li jkunu prevedibbli ħafna u jenħtieġ li jkunu stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq ir-residenza abitwali tal-ġenituri li jadottaw, jew ir-residenza abitwali ta' wieħed minn dawk il-ġenituri jew tat-tfal. Ġurisdizzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal din ir-raġuni, ħlief f'sitwazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi, fejn l-Istat Membru taċ-ċittadinanza jista' jkun fattur ta' konnessjoni.

(8)  Billi l-adozzjoni ġeneralment tikkonċerna minuri, mhuwiex xieraq li tingħata lill-ġenituri jew lit-tfal kwalunkwe flessibilità fl-għażla tal-awtoritajiet li se jiddeċiedu dwar l-adozzjoni.

(9)  Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni tiġġustifika l-prinċipju li d-digrieti ta' adozzjoni mogħtija jew rikonoxxuti fi Stat Membru jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa ta' kwalunkwe proċedura speċjali. Bħala riżultat, digriet ta' adozzjoni mogħti fi Stat Membru jenħtieġ li jiġi ttrattat bħallikieku kien mogħti fl-Istat Membru indirizzat.

(10)  Ir-rikonoxximent awtomatiku fl-Istat Membru indirizzat ta' digriet ta' adozzjoni mogħti fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li ma jipperikolax l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża. Għaldaqstant, kwalunkwe parti interessata jenħtieġ li tkun tista' tapplika għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent ta' digriet ta' adozzjoni jekk tqis li waħda mir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta' rikonoxximent hi preżenti.

(11)  Ir-rikonoxximent tad-digrieti ta' adozzjoni interna jenħtieġ li jkun awtomatiku sakemm l-Istat Membru fejn l-adozzjoni tkun saret ma jkollux ġurisdizzjoni jew jekk tali rikonoxximent imur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li jirrikonoxxi, kif interpretat f'konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(12)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-liġi sostantiva tal-familja, inkluża l-liġi dwar l-adozzjoni, tal-Istati Membri. Barra minn hekk, kwalunkwe rikonoxximent ta' ordni ta' adozzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma timplikax rikonoxximent ta' kwalunkwe relazzjoni legali bejn il-ġenituri adottivi bħala konsegwenza tar-rikonoxximent tad-digriet ta' adozzjoni mingħajr, madankollu, ma tiġix prekondizzjonata d-deċiżjoni possibbli dwar ir-rikonoxximent tad-digriet ta' adozzjoni.

(13)  Kwalunkwe kwistjoni proċedurali mhux indirizzata f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ttrattata b'konformità mal-liġi nazzjonali.

(14)  Meta digriet ta' adozzjoni jimplika relazzjoni legali li ma tkunx magħrufa fil-liġi tal-Istat Membru indirizzat, dik ir-relazzjoni legali, inkluż kwalunkwe dritt jew obbligu li joħroġ minnha, jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, tiġi adattata għal waħda li, skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru, ikollha effetti ekwivalenti marbutin magħha u li ssegwi għanijiet simili. Kull Stat Membru għandu jiddetermina kif u minn min jenħtieġ li jsir l-adattament.

(15)  Sabiex jiġi faċilitat ir-rikonoxximent awtomatiku previst f'dan ir-regolament, jenħtieġ li jitfassal mudell għat-trażmissjoni ta' digrieti ta' adozzjoni, iċ-Ċertifikat Ewropew ta' Adozzjoni. Għal dak l-iskop, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendar ta' dak iċ-ċertifikat mudell. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, jenħtieġ li tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(16)  Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(17)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mehmuż mat-TUE u mat-TFUE, [ir-Renju Unit u l-Irlanda ppreżentaw avviż dwar ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]/[mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhux se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex se jkunu marbutin bih jew inkella soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu].

(18)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għar-rikonoxximent ta' digrieti ta' adozzjoni.

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal, u ma jaffettwax:

(a)  il-liġijiet tal-Istati Membri dwar id-dritt għall-adozzjoni jew dwar kwistjonijiet oħra tal-liġi tal-familja;

(b)  adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor skont il-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor (il-Konvenzjoni ta' The Hague),

3.  Xejn f'dan ir-Regolament ma jeħtieġ li Stat Membru:

(a)  jirrikonoxxi l-eżistenza ta' kwalunkwe relazzjoni legali bejn il-ġenituri ta' tifel adottat b'konsegwenza tar-rikonoxximent ta' digriet ta' adozzjoni;

(b)  jagħti digrieti ta' adozzjoni f'ċirkustanzi fejn il-liġi nazzjonali rilevanti ma tippermettix dan.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "digriet ta' adozzjoni" tfisser sentenza jew deċiżjoni li toħloq jew tirrikonoxxi relazzjoni legali permanenti ta' ġenitur-wild, bejn tfal li ma jkunux għadhom laħqu l-età maġġuri u ġenitur jew ġenituri ġodda li mhumiex il-ġenituri bijoloġiċi ta' dawk it-tfal, tkun liema tkun din ir-relazzjoni legali msemmija fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 3

Rikonoxximent awtomatiku tad-digrieti ta' adozzjoni

1.  Digriet ta' adozzjoni mogħti fi Stat Membru għandu jiġi rikonoxxut fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa kwalunkwe proċedura speċjali, sakemm l-Istat Membru li joħroġ id-digriet ikollu ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 4.

2.  Kwalunkwe parti interessata tista', f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 7, tapplika għal deċiżjoni li m'hemm l-ebda raġuni għal ċaħda ta' rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikolu 6.

3.  Jekk ir-riżultat tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali ta' ċaħda ta' rikonoxximent, dik il-qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.

Artikolu 4

Ġurisdizzjoni għal digrieti ta' adozzjoni

1.  L-awtoritajiet ta' Stat Membru jistgħu biss joħorġu digriet ta' adozzjoni jekk il-ġenitur jew ġenituri jew it-tifel adottat ikunu abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru.

2.  Meta d-digriet ta' adozzjoni jkun sar fir-rigward ta' minuri mill-awtoritajiet ta' pajjiż terz, l-awtoritajiet ta' Stat Membru jistgħu wkoll joħorġu tali digriet, jew jiddeċiedu dwar ir-rikonoxximent ta' digriet mogħti minn pajjiż terz skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi nazzjonali, jekk il-ġenitur/i adottivi jew it-tifel adottat ma jkunux abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru, iżda jkunu ċittadini tal-istess Stat Membru.

Artikolu 5

Id-dokumentazzjoni meħtieġa għar-rikonoxximent

Parti li tkun tixtieq tinvoka, fi Stat Membru wieħed, digriet ta' adozzjoni mogħti fi Stat Membru ieħor għandha tippreżenta:

(a)  kopja tad-digriet ta' adozzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; and

(b)  iċ-Ċertifikat Ewropew ta' Adozzjoni maħruġ skont l-Artikolu 11.

Artikolu 6

Ċaħda ta' rikonoxximent

Fuq talba ta' kwalunkwe parti interessata, ir-rikonoxximent ta' digriet ta' adozzjoni mogħti fi Stat Membru jista' jiġi miċħud biss:

(a)  jekk tali rikonoxximent imur manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre public) fl-Istat Membru indirizzat;

(b)  jekk l-Istat Membru minn fejn ikun inħareġ id-digriet ikollu ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 4.

Artikolu 7

Talba għal ċaħda ta' rikonoxximent

1.  Fuq talba ta' kwalunkwe parti interessata kif definit mil-liġi nazzjonali, ir-rikonoxximent ta' digriet ta' adozzjoni għandu jiġi miċħud jekk jinstab li teżisti xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

2.  It-talba għal ċaħda ta' rikonoxximent għandha tiġi ppreżentata lill-qorti li l-Istat Membru kkonċernat ikun għarraf biha lill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 13 bħala l-qorti li quddiemha għandha tiġi ppreżentata t-talba.

3.  Il-proċedura għal ċaħda ta' rikonoxximent, sakemm ma tkunx koperta minn dan ir-Regolament, għandha tiġi regolata bil-liġi tal-Istat Membru indirizzat.

4.  L-applikant għandu jipprovdi lill-qorti b'kopja tad-digriet u, fejn meħtieġ, traduzzjoni jew traskrizzjoni tiegħu.

5.  Il-qorti tista' ma teħtieġx il-preżentazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4 jekk dawn ikunu diġà fil-pussess tagħha jew jekk tqis li ma jkunx raġonevoli li teħtieġ lir-rikorrent jipprovdihom. F'dan l-aħħar każ, il-qorti tista' teħtieġ lill-parti l-oħra tipprovdi dawk id-dokumenti.

6.  Il-parti li titlob ċaħda ta' rikonoxximent ta' digriet ta' adozzjoni mogħti fi Stat Membru ieħor m'għandhiex tkun meħtieġa jkollha indirizz postali fl-Istat Membru indirizzat. Dik il-parti lanqas m'għandha tkun meħtieġa jkollha rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru indirizzat sakemm tali rappreżentant ma jkunx obbligatorju irrispettivament miċ-ċittadinanza jew id-domiċilju tal-partijiet.

7.  Il-qorti għandha tiddeċiedi dwar it-talba għal ċaħda ta' rikonoxximent mingħajr dewmien.

Artikolu 8

Appelli kontra d-deċiżjoni dwar talba għal ċaħda ta' rikonoxximent

1.  Id-deċiżjoni dwar it-talba għal ċaħda ta' rikonoxximent tista' tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.

2.  L-appell għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li l-Istat Membru kkonċernat ikun għarraf lill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 13 bħala l-qorti li quddiemha għandu jiġu ppreżentat tali appell.

3.  Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz ta' appell fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun għarraf lill-Kummissjoni bil-qrati li quddiemhom kwalunkwe appell ulterjuri għandu jiġi ppreżentat, skont il-punt (c) tal-Artikolu 13.

Artikolu 9

Appelli fl-Istat Membru ta' oriġini tad-digriet ta' adozzjoni

Il-qorti li quddiemha tkun ġiet ippreżentata talba għal ċaħda ta' rikonoxximent jew il-qorti li tisma' appell imressaq skont l-Artikoli 8(2) jew (3) tista' tissospendi l-proċedimenti jekk ikun tressaq appell ordinarju kontra d-digriet ta' adozzjoni fl-Istat Membru tal-oriġini jew jekk iż-żmien għal tali appell ma jkunx għadu ġie preskritt. F'dan l-aħħar każ, il-qorti tista' tispeċifika ż-żmien li fih għandu jitressaq dan l-appell.

Artikolu 10

Ebda reviżjoni dwar il-mertu

Taħt l-ebda ċirkostanza, ma jista' jiġi rivedut digriet ta' adozzjoni jew sentenza mogħtija fi Stat Membru fir-rigward tal-mertu tiegħu/tagħha fl-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 11

Ċertifikat Ewropew ta' Adozzjoni

L-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-digriet ta' adozzjoni għandhom, fuq talba ta' kwalunkwe parti interessata, joħorġu Ċertifikat Ewropew ta' Adozzjoni multilingwi li jkun konformi mal-mudell stabbilit skont l-Artikolu 15.

Artikolu 12

L-adattament tad-digriet ta' adozzjoni

1.  Jekk deċiżjoni jew sentenza jkun fiha miżura jew digriet li ma jkunux magħrufa fil-liġi tal-Istat Membru indirizzat, dik il-miżura jew digriet għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu adattati għall-miżura jew digriet magħrufa fil-liġi ta' dak l-Istat Membru li jkollha effetti ekwivalenti marbutin magħha u li ssegwi għanijiet u interessi simili. Tali adattament m'għandux jirriżulta f'effetti li jmorru lil hinn minn dawk previsti fil-liġi tal-Istat Membru ta' oriġini.

2.  Kwalunkwe parti tista' tikkontesta l-adattament tal-miżura jew id-digriet quddiem qorti.

Artikolu 13

Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri

1.  Sal-1 ta' Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom, jekk ikun hemm, dwar:

(a)  il-qrati li quddiemhom għandha tiġi ppreżentata t-talba għaċ-ċaħda ta' rikonoxximent skont l-Artikolu 7(2);

(b)  il-qrati li quddiemhom għandu jiġi ppreżentat appell kontra t-talba taċ-ċaħda ta' rikonoxximent skont l-Artikolu 8(2); u

(c)  il-qrati li quddiemhom għandu jiġi ppreżentat kwalunkwe appell ulterjuri skont l-Artikolu 8(3);

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti dwar il-proċeduri ta' adozzjonijiet u r-rikonoxximent tagħhom fl-Istati Membri, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq, partikolarment permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Artikolu 14

Legalizzazzjoni u formalità simili

L-ebda legalizzazzjoni jew formalità simili oħra m'għandha tkun meħtieġa għal dokumenti maħruġa fi Stat Membru taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 li jikkonċerna l-istabbiliment u l-emendar tal-mudell taċ-Ċertifikat Ewropew ta' Adozzjoni multilingwi msemmi fl-Artikolu 11.

Artikolu 16

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta' Lulju 2018.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 15 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun infurma lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.

5.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-adozzjoni tal-atti delegati, dwar kwalunkwe oġġezzjoni magħmula fir-rigward ta’ dawn l-atti, jew dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal digrieti ta' adozzjoni maħruġa fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara.

Madankollu, id-digrieti ta' adozzjoni li saru qabel l-1 ta' Jannar 2019 għandhom ukoll ikunu rikonoxxuti mid-data fil-każ li l-wild inkwistjoni ma jkunx għadu laħaq l-età maġġuri f'dik id-data.

Artikolu 18

Relazzjoni ma' konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti

1.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal digrieti ta' adozzjoni mogħtija skont il-Konvenzjoni ta' The Hague.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 351 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali li Stat Membru wieħed jew aktar li jkunu parti fihom fiż-żmien meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ u li jistabbilixxu regoli dwar ir-rikonoxximent tal-adozzjonijiet.

3.  Madankollu, dan ir-Regolament għandu, bħal bejn Stati Membri, ikollu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi esklużivament bejn żewġ Stati Membri jew aktar sa fejn dawn il-konvenzjonijiet jikkonċernaw materji regolati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Klawsola ta' reviżjoni

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2024, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun il-każ, bi proposti għall-adattament ta' dan ir-Regolament.

2.  Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-qrati tagħhom.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 13, 15 u 16, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, ....

Għall-Kunsill

Il-President

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107).


Klawsola ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja u Perù***I
PDF 548kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (COM(2015)0220 – C8-0131/2015 – 2015/0112(COD))
P8_TA(2017)0014A8-0277/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0220),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0131/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0277/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Frar 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2017/540.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar l-importanza tal-kooperazzjoni mill-qrib fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra(1) kif emendat mill-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador(2), ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, fuq in-naħa l-oħra(3) u r-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra(4). Għaldaqstant jaqblu dwar dan li ġej:

—  Fuq talba mill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapportalu kwalunkwe tħassib speċifiku relatat mal-implimentazzjoni, mill-Kolombja, mill-Ekwador jew mill-Perú, tal-impenji tagħhom fil-qasam tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

—  Jekk il-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex tinbeda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa jekk humiex sodisfati l-kondizzjonijiet taħt ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 jew taħt ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 għal inizjazzjoni ex officio. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfati, hi ser tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jkun jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-inizjazzjoni ta' tali investigazzjoni.

—  Il-Kummissjoni, sal-1 ta' Jannar 2019, ser tivvaluta s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni. Jekk jinstab li jkun seħħ deterjorament serju fl-istat tas-suq jew fis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni, tista' tiġi kkunsidrata estensjoni fil-perjodu ta' validità tal-mekkaniżmu, bil-qbil tal-partijiet ta' dan il-Ftehim.

Il-Kummissjoni ser tkompli twettaq analiżijiet regolari tal-istat tas-suq u tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni wara l-iskadenza tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni. Jekk jinstab li jkun seħħ deterjorament serju fl-istat tas-suq jew fis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni, minħabba l-importanza tas-settur tal-banana għar-reġjuni ultraperifiċi, il-Kummissjoni ser teżamina s-sitwazzjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-persuni interessati, u tiddeċiedi għandhomx jiġu kkunsidrati miżuri xierqa. Il-Kummissjoni tista' wkoll issejjaħ laqgħat regolari ta' monitoraġġ mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati.

Il-Kummissjoni żviluppat għodod ta' statistika li jippermettu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tat-tendenzi fl-importazzjonijiet tal-banana u tas-sitwazzjoni tas-suq tal-banana tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni speċjali lir-rieżami tal-format tad-data tas-sorveljanza tal-importazzjoni sabiex tagħmel informazzjoni aġġornata regolarment disponibbli b'mod li jkun aktar faċli għall-utent.

(1) ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3.
(2) ĠU L 356, 24.12.2016, p. 3.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 17, 19.1.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (ĠU L 17, 19.1.2013, p. 13).


Ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni ***I
PDF 337kWORD 103k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (COM(2015)0636 – C8-0393/2015 – 2015/0289(COD))
P8_TA(2017)0015A8-0377/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0393/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0377/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Frar 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

P8_TC1-COD(2015)0289


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008(5) ("il-FAR") stabbilixxa sistema dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Unjoni,

(2)  L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982(6) (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1995 relatat mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut tranżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut)(7). Dawk id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni u konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dak il-fini. [Em. 1]

(3)  Aċċettat ukoll il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta' Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO)(8). Il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO jistipula li parti kontraenti għandha tastjeni milli tagħti l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' bastiment għas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk ċerti kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, kif ukoll timplimenta sanzjonijiet jekk ċerti obbligi ta’ rappurtar ma jkunux sodisfatti.

(3a)   It-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar ta opinjoni fit-2 ta' April 2015 bi tweġiba għat-talba ppreżentata mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd għall-Afrika tal-Punent. Dak il-parir konsultattiv ikkonferma li l-Unjoni terfa' r-responsabbiltà għall-attivitajiet tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri u d-diliġenza dovuta li l-Unjoni trid teżerċita f'dan ir-rigward. [Em. 2]

(4)  L-Unjoni approvat il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (IPOA-IUU) adottat fl-2001. Il-Linjigwida Volontarji tal-IPOA-IUU u l-FAO għall-prestazzjoni tal-istat tal-bandiera approvati fl-2014 jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera li jiżgura l-konservazzjoni fuq terminu twil u l-użu sostenibbli ta' riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar. L-IPOA-IUU jipprevedi li Stat tal-bandiera jenħtieġ joħroġ awtorizzazzjonijiet għas-sajd f’ilmijiet 'il barra mis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Il-Linji Gwida Volontarji jirrakkomandaw ukoll li tingħata awtorizzazzjoni mill-Istati tal-bandiera u l-istat kostali meta l-attivitajiet tas-sajd isiru taħt ftehim ta’ aċċess għas-sajd jew anki barra ftehim bħal dan. Jenħtieġ li t-tnejn li huma jkunu sodisfati li attivitajiet bħal dawn mhumiex se jdgħajfu s-sostenibbiltà tal-istokkijiet fl-ilmijiet tal-istat tal-kosta (il-paragrafi 40 u 41).

(4a)   Fl-2014, il-membri kollha tal-FAO, inklużi l-Unjoni u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sħab tagħha, adottaw b'mod unanimu l-Linji Gwida Volontarji għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar, inkluż il-punt 5.7 tiegħu, li jenfasizza li s-sajd fuq skala żgħira għandu jingħata l-kunsiderazzjoni dovuta qabel ma jsiru ftehimiet dwar l-aċċess għar-riżorsi ma' pajjiżi terzi u partijiet terzi. [Em. 3]

(4b)   Il-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar jitolbu li jiġu adottati miżuri għall-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żgurat il-pedament ekoloġiku għall-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza tal-istandards ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni li jinkludu approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd flimkien mal-approċċ prekawzjonarju, sabiex l-istokkijiet sfruttati jerġgħu jinbnew u jinżammu f'livelli ogħla mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sal-2015 fejn hu possibbli, u sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. [Em. 4]

(5)  Il-kwistjoni tal-obbligi u r-responsabiltajiet u l-imputabiltajiet konkomitanti tal-Istat tal-bandiera u, fejn ikun f'loku, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa li jaqgħu taħt UNCLOS iktar m'għada żmien iktar ġibed attenzjoni fil-livell internazzjonali. Dan kien ukoll il-każ, taħt l-intestatura ta’ obbligu ta’ diliġenza dovuta li tirriżulta minn UNCLOS, għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat kostali u ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera fl-istess wawt u, kif xieraq, ġurisdizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera u kostali, biex tkun żgurata l-konservazzjoni b'saħħitha tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f'żoni tal-baħar li jaqgħu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. L-Opinjoni Konsultattiva tat-2 ta' April 2015 tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS), mogħtija b'risposta għad-domandi mqajma mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd għall-Afrika tal-Punent, ikkonfermat li l-Unjoni għandha responsabbiltà internazzjonali quddiem il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tagħha, u li tali responsabbiltà tfisser li jeħtiġilha taġixxi bid-diliġenza dovuta. Obbligu ta’ diliġenza dovuta huwa obbligu għal Stat li jeżerċita l-aħjar sforzi possibbli u biex jagħmel ħiltu biex jippreveni s-sajd illegali, li jinkludi l-obbligu li jadotta l-miżuri amministrattivi u ta’ infurzar meħtieġa biex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, iċ-ċittadini tiegħu, jew bastimenti tas-sajd involuti fl-ilmijiet tiegħu ma jkunux involuti f’attivitajiet li jiksru l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli. Għal dawk ir-raġunijiet, u b'mod ġenerali, biex tissaħħaħ l-ekonomija "blu", huwa importanti li jiġu organizzati kemm l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll is-sistema ta’ governanza marbuta miegħu b’tali mod li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effikaċi u effettiv u li sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni tkun tista’ tiġi kkritikata għal atti internazzjonalment ħżiena jiġu evitati. [Em. 5]

(5a)   L-Unjoni impenjat ruħha, waqt is-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, li timplimenta r-riżoluzzjoni li tinkludi d-dokument ta' eżitu intitolat "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (It-trasformazzjoni tad-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", inkluż l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 14 "Il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli", kif ukoll l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 12 "L-iżgurar ta' tendenzi ta' konsum u produzzjoni sostenibbli" u l-miri tagħhom. [Em. 6]

(6)  Ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għall-Konferenza tan-NU "Rio +20" tal-2012(9) kif ukoll l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex tindirizza l-kummerċ illegali ta' flora u fawna selvaġġi, u l-iżviluppi internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ flora u fawna selvaġġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli l-Ġodda (17-il għan biex jittrasformaw id-dinja tagħna, inkluż l-Għan 14: il-Ħajja taħt l-ilma), adottati f'Settembru 2015 min-Nazzjonijiet Uniti jenħtieġ jiġu riflessi fil-politika tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd u fil-politika kummerċjali tagħha. [Em. 7]

(7)  L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) (ir-“Regolament Bażiku”), huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u tar-restawr u s-sostenn ta' stokkijiet tal-ħut f'livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Huwa meħtieġ ukoll, fl-implimentazzjoni ta' din il-politika, li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). [Em. 8]

(7a)   Ir-Regolament Bażiku jeħtieġ ukoll li ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) jkunu limitati għall-qabdiet żejda kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS. [Em. 9]

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 Bażiku jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi. Il-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali adottata minn pajjiżi terzi taf tkun differenti minn dik tal-Unjoni, u b'hekk jinħolqu standards differenti għall-flotot tas-sajd. Dik is-sitwazzjoni tista' twassal għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd li jkunu inkonsistenti mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi żgurata konsistenza mal-attivitajiet ambjentali, tas-sajd, tal-kummerċ u tal-iżvilupp tal-Unjoni, b'mod speċjali meta dawn jolqtu s-sajd f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'livell baxx ta' kapaċità amministrattiva u fejn ir-riskju ta' korruzzjoni huwa kbir. [Em. 10]

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 kien maħsub biex jistabbilixxi bażi komuni għall-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi appoġġata l-ġlieda kontra s-sajd IUU u li jkun hemm kontroll u monitoraġġ aħjar tal-flotta tal-UEtal-Unjoni madwar id-dinja, kif ukoll kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni. [Em. 11]

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008(11) dwar is-sajd IUU kien adottat b'mod parallel mar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (‘ir-Regolament tal-Kontroll’)(12) kien adottat sena wara. Dawn ir-Regolamenti huma t-tliet pilastri ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u infurzar tal-PKS.

(11)  Madankollu, dawk it-tliet Regolamenti ma kinux implimentati b’mod konsistenti; b’mod partikolari kien hemm inkonsistenzi bejn il-FAR u r-Regolament tal-Kontroll, li kien adottat wara r-Regolament tal-FAR. Permezz tal-implimentazzjoni tal-FAR feġġew għadd ta’ lakuni, peress li xi sfidi f’termini ta’ kontroll, bħall-kiri (chartering), l-għoti ta' bandiera ġdida u l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas tal-SFPA ("awtorizzazzjonijiet diretti"), ma kinux koperi. Barra minn hekk, xi obbligi ta’ rappurtar rriżultaw li kienu diffiċli, u l-istess jista' jingħad għat-tqassim tal-irwoli amministrattivi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(12)  Il-prinċipju ewlieni ta’ dan ir-Regolament preżenti huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u sorveljat kif xieraq, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għandu jiddependi mill-ilħieq ta' sett bażiku ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni jenħtieġ jippermetti lill-Kummissjoni li tintervjeni fis-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin. Dan hu neċessarju biex l-Kummissjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Gwardjan tat-Trattati. [Em. 12]

(12a)   Dawn l-aħħar snin raw titjib konsiderevoli fil-politika esterna tas-sajd tal-Unjoni, f'termini ta' kundizzjonijiet u termini ta' SFPAs u d-diliġenza li biha d-dispożizzjonijiet huma infurzati. Jenħtieg li ż-żamma tal-opportunitajiet tas-sajd għall-flotta tal-Unjoni fi ħdan il-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli tkun objettiv ta' prijorità tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd u kundizzjonijiet simili għandhom jiġu applikati lill-attivitajiet tal-Unjoni barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-SFPAs. [Em. 13]

(12b)   Jenħtieg li l-Kummissjoni taqdi rwol ta' medjatur meta l-possibilità li tirtira, tissospendi jew timmodifika awtorizzazzjoni tas-sajd hija magħmula abbażi ta' evidenza ta' theddida serja għall-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd. [Em. 14]

(13)  Il-bastimenti ta’ appoġġ jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-mod kif il-bastimenti tas-sajd jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom u dwar il-kwantità ta' ħut li jkunu jistgħu jirkupraw. Huwa għaldaqstant meħtieġ li jitqiesu fil-proċessi tal-awtorizzazzjoni u tar-rappurtar stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(14)  L-operazzjonijiet ta' għoti ta’ bandiera ġdida jsiru problematiċi meta l-għan tagħhom ikun li jiġu evitati r-regoli tal-PKS jew miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni jenħtieġ tkun tista' tiddefinixxi, issib u tostakola operazzjonijiet bħal dawn. It-traċċabilità u s-segwiment xieraq ta’ storja ta’ konformità jenħtieġ jiġu żgurati tul il-ħajja kollha ta' bastiment li jkun il-proprjetà ta' operatur tal-Unjoni irrispettivament mill-bandiera jew il-bnadar li jopera taħthom. Ir-rekwiżit li jingħata numru uniku tal-bastiment mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) għandu jkollu dak il-għan ukoll. [Em. 15]

(15)  F’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu joperaw jew skont id-dispożizzjonijiet tal-SFPAs bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew bil-kisba ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd diretti minn pajjiżi terzi jekk ma jkun fis-seħħ l-ebda ftehim tal-SFPA. Fiż-żewġ każijiet dawn l-attivitajiet jenħtieġ jitwettqu b’mod trasparenti u sostenibbli. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri tal-bandiera jenħtieġ jingħataw is-setgħa li jawtorizza taħt sett definit ta’ kriterji u soġġett għas-sorveljanza, il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex ifittxu u jiksbu awtorizzazzjonijiet diretti minn stati terzi tal-kosta. L-attività tas-sajd jenħtieġ tiġi awtorizzata ladarba l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li dan mhux se jdgħajjef is-sostenibbiltà. Sakemm il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda oġġezzjoni oħra ġustifikata kif dovut, l-operatur li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni kemm mill-Istat Membru tal-bandiera u mill-istat kostali jenħtieġ jitħalla jibda l-operazzjoni tas-sajd tiegħu. [Em. 16]

(16)  Kwistjoni speċifika dwar l-SFPAs hija l-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux utilizzati biżżejjed li jseħħu meta l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri bir-Regolamenti tal-Kunsill relevanti ma jintużawx kollha. Billi l-ispejjeż tal-aċċess stabbiliti fl-SFPAs huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, sistema temporanja ta' allokazzjoni mill-ġdid hija importanti biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-ebda opportunità ta' sajd li jkun sar ħlas għaliha tinħela. Għaldaqstant huwa neċessarju li s-sistema ta' allokazzjoni mill-ġdid, li jenħtieġ tkun mekkaniżmu aħħari, tiġi kjarifikata u mtejba. L-applikazzjoni tagħha għandu jkun temporanjugħandha tkun temporanja u ma għandux jaffettwa għandhiex taffettwa l-allokazzjoni inizjali tal-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri, li jfisser li ma tkunx ta' ħsara għall-istabilità relattiva. Bħala sistema aħħarija, l-allokazzjoni mill-ġdid għandha sseħħ biss ladarba l-Istati Membri rilevanti jkunu ċedew id-drittijiet tagħhom li jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd bejniethom. [Em. 17]

(16a)   "Ftehimiet inattivi” huwa t-terminu użat fejn pajjiżi adottaw ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd mingħajr protokoll fis-seħħ, għal raġunijiet strutturali jew ċirkostanzjali. L-Unjoni għandha diversi "ftehimiet inattivi” ma' pajjiżi terzi. Jenħtieg għalhekk li l-bastimenti tal-Unjoni majitħallewx jistadu f'ilmijiet taħt il-ftehimiet inattivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel sforz biex "tqajjem" lil dawn il-ftehimiet jew twaqqaf il-ftehim ta' sħubija kkonċernat. [Em. 18]

(17)  Attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċji tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) u sajd mhux irregolat fl-ibħra internazzjonali għandhom ukoll ikunu awtorizzati mill-Istat Membru tal-bandiera u jikkonformaw ma’ regoli speċifiċi tal-RFMOs jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa. [Em. 19]

(18)  Arranġamenti tal-kiri (chartering) li jistgħu jimminaw l-effikaċja ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, kif ukoll iħallu impatt negattiv fuq l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali li jgħin lill-Unjoni biex tissorvelja aħjar l-attivitajiet ta’ bastimentital-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera tal-Unjoni u li jkunu mikrija (chartered) tal-Unjoni minn operaturi minn pajjiżi terzi abbażi ta’ dak li ġie adottat mill-RFMO. [Em. 20]

(19)  Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti, pratikabbli u prevedibbli għall-operaturi tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom. [Em. 21]

(19a)   Jenħtieġ li l-Unjoni tfittex li tikseb kundizzjonijiet internazzjonali ekwi fejn il-flotta tas-sajd tal-Unjoni tista' tikkompeti ma' nazzjonijiet oħra tas-sajd, billi tadatta r-regoli ta' aċċess għas-suq kif xieraq kull meta jiġu adottati regoli stretti għall-flotta tal-Unjoni. [Em. 22]

(20)  Jenħtieġ jiġi żgurat l-iskambju ta’ dejta f’forma elettronika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif previst fir-Regolament tal-Kontroll. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta kollha mitluba dwar il-flotot u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, jġestu din id-dejta u jagħmluha disponibbli għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandhom jikkoperaw ma’ xulxin, mal-Kummissjoni u ma’ pajjiżi terzi fejn rilevanti biex jikkoordinaw dawk l-attivitajiet ta’ ġbir tad-data.

(21)  Bil-ħsieb li tittejjeb it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tistabbilixxi reġistru elettroniku tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, li jinkludi kemm parti pubblika kif ukoll waħda sikura. L-informazzjoni fir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni tinkludi dejta personali. L-ipproċessar ta’ dejta personali abbażi ta' dan ir-Regolament jenħtieġ jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u liġi nazzjonali applikabbli.

(22)  Bil-għan li tindirizza b’mod xieraq l-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, ir-regoli rilevanti jenħtieġ ikunu konsistenti ma’ dawk applikabbli għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b’konformità mar-Regolament tal-Kontroll. B’mod partikolari, l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament dwar ir-rappurtar ta’ dejta dwar il-qabdiet u relatata mal-qabdiet jenħtieġ tapplika wkoll għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(23)  Bastimenti tas-sajd minn pajjiżi terzi mingħajr awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament jenħtieġ, waqt in-navigazzjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni, ikunu obbligati li jiżguraw li l-irkaptu tagħhom tas-sajd ikun stivat b’tali mod li ma jkunx jista’ jintuża faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.

(24)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli mill-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni u, f’każ ta’ ksur, mir-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament tal-Kontroll.

(25)  Sabiex tissimplifika l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw sistema komuni ta’ skambju tad-dejta u ta’ ħażna tad-dejta biex jipprovdu informazzjoni u aġġornamenti meħtieġa, filwaqt li jkun qed jitnaqqas il-piż amministrattiv. F’dan ir-rigward, id-dejta li tinsab fir-reġistru tal-flotot tal-Unjoni jenħtieġ tintuża b’mod sħiħ.

(26)  Sabiex jitqies il-progress teknoloġiku u rekwiżiti tal-liġi internazzjonali ġodda sussegwenti possibbli, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni tal-atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' modifiki tal-Annessi ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-lista ta' informazzjoni li għandha tingħata mill-operatur biex jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(15). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(27)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-format u tat-trażmissjoni ta’ dejta relatata ma’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni, kif ukoll biex tkun stabbilita metodoloġija għall-allokazzjoni mill-ġdid ta’ opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16).

(28)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta immedjatament l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan.

(29)  Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li għandhom isiru, ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-ħruġ u l-ġestjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal:

(a)  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperawjwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, taħt l-awspiċi tal-RFMO li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħhom, fi jew barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, jew f’ibħra miftuħa; kif ukoll

(b)  bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li joperaw jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni. [Em. 23]

Artikolu 2

Rabta mal-liġi internazzjonali u tal-Unjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet:

(a)  fl-SFPAs u ftehimiet simili dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(b)  adottati mill-RFMOs jew organizzazzjoni simili tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti jew parti kooperanti mhux kontraenti tagħhom;

(c)  fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta jew tittrasponi d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 4 tar-Regolament Bażiku. Barra minn hekk, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  “bastiment ta' appoġġ” tfisser bastiment li mhux mgħammar b'tagħmir tas-sajd maħsub biex jaqbad jew jattira l-ħut u li jiffaċilita, jgħin jew iħejji l-attivitajiet tas-sajd; [Em. 24]

(b)  "awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, li jagħtih flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi tul il-perjodu speċifikat, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari f'kundizzjonijiet speċifiċi; [Em. 25]

(c)  “reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u tal-bażi tad-dejta assoċjata;

(d)  “awtorizzazzjoni diretta” tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ SFPA;

(e)  “ilmijiet ta’ pajjiżi terzi” tfisser ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz;

(f)  “programm ta’ osservatur” tfisser skema taħt l-awspiċi ta’ RFMO, SFPA, pajjiż terz jew Stat Membru li tipprovdi jipprovdu osservaturi abbord bastimenti tas-sajd b'ċerti kundizzjonijiet biex jivverifikaw il-konformità tinġabar id-dejta u/jew biex tiġi verifikata l-konformità tal-bastiment mar-regoli adottati minn dik l-organizzazzjoni, SFPA jew pajjiż; [Em. 26]

(fa)   "parti kontraenti" tfisser parti kontraenti tal-konvenzjoni jew ftehim internazzjonali li jistabbilixxi RFMO, kif ukoll Stati, entitajiet tas-sajd jew entitajiet oħra li jikkooperaw ma' tali organizzazzjoni u li ngħataw status ta' parti mhux kontraenti f'kooperazzjoni fir-rigward ta' tali organizzazzjoni; [Em. 27]

(fb)   “nolleġġjar” tfisser arranġament li permezz tiegħu bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru huwa mogħti b’kuntratt għal perjodu definit minn operatur fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz mingħajr ma jibdel il-bandiera; [Em. 77]

TITOLU II

ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI BARRA MILL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 4

Prinċipju ġenerali

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni kompetenti jew mill-pajjiż terz, bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.

Artikolu 5

Kriteriji ta' eliġibbiltà

1.  Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ biss awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni jekk:

(a)  jirċievi informazzjoni kompleta u preċiża, f'konformità mal-Annessi 1 u 2mal-Anness, dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment ta’ appoġġ assoċċjat, inklużi bastimenti ta’ appoġġ mhux tal-Unjoni; [Em. 28]

(b)  il-bastiment tas-sajd ikollu liċenzja tas-sajd valida skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)  il-bastiment tas-sajd u kwalunkwe bastiment ta’ appoġġ assoċċjatassoċjat ikollhom numru tal-OMI, meta dan ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; [Em. 29]

(d)  l-operatur u l-bastimentil-kaptan tal-bastiment tas-sajd, kif ukoll il-bastiment tas-sajd ikkonċernat, ma jkunux ġew soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd; [Em. 78]

(e)  il-bastiment tas-sajd ma jkunx inklużi f’lista ta’ bastimenti IUU adottata minn RFMO u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(f)  fejn japplika, l-opportunitajiet tas-sajd ikunu disponibbli għall-Istat Membru tal-bandiera skont il-ftehim tas-sajd ikkonċernat jew id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-RFMO; kif ukoll

(g)  fejn applikabbli, il-bastiment tas-sajd jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 43, għall-fini l-Anness jiġi modifikat.

Artikolu 6

Operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida

1.  Dan l-Artikolu japplika għal bastimenti li fi żmien ħames snin mid-data tal-applikazzjonimatul is-sentejn li jippreċedu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd ikunu:

(a)  ħarġu mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u ngħataw bandiera ġdida f’pajjiż terz; kif ukoll

(b)  sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni fi żmien 24 xahar minn meta jkunu ħarġu.

2.  Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk ikun sodisfattivverifika li, matul il-perjodu li l-bastiment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun opera taħt bandiera ta’ pajjiz terz:

(a)  ma jkunux involut f’attivitajiet tas-sajd IUU; u li

(b)  ma jkunx opera f’ilmijiet jew ta’ pajjiż terz li ma jikkooperax skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew ta' pajjiż terz li jkun ġie identifikat bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

3.  Għal dak l-għan, l-operatur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu rilevanti li matulu l-bastiment ikun opera taħt bandiera ta' pajjiż terz meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera, inkluż mill-inqas kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  dikjarazzjoni tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd matul il-perjodu rilevanti;

(b)  kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-Istat tal-bandiera għall-perjodu rilevanti;

(c)  kopja ta’ kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi matul il-perjodu rilevanti;

(d)  stqarrija uffiċjali mill-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun ingħata bandiera ġdida li telenka s-sanzjonijiet il-bastiment jew l-operatur kien soġġett għalihom matul il-perjodu rilevanti.

(da)   l-istorja sħiħa tal-bandiera matul il-perjodu li fih il-bastiment ikun ħalla r-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

4.  Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li jkun ingġata bandiera ġdida:

(a)  f’pajjiż terz li ġie identifikati jew elenkat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008; jew

(b)  f’pajjiż terz li ġie identifikati bħala pajjiż li jippermetti s-sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

5.  Il-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li, hekk kif il-pajjiż ġie identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax IUU jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli, l-operatur:

(a)  temm l-operazzjonijiet tas-sajd; kif ukoll

(b)  beda limmedjatament il-proċeduri amministrattivi rilevanti biex ineħħi l-bastiment mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-pajjiż terz. [Em. 31]

Artikolu 7

Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.  Meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b’dejta kompleta u preċiża.

2.  Operatur għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru dwar kull bdil fid-dejta relatata.

3.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissorvelja mill-inqas darba fis-sena jekk il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd baqgħux jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

4.  Jekk kundizzjoni li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ma tkunx għadha sodisfati, Stat Membru tal-bandiera għandu jieħu azzjoni xierqa, inkluż li jemenda jew jirtira l-awtorizzazzjoni u jinnotifika immedjatament lill-operatur u lill-Kummissjoni u, jekk rilevanti, lis-segretarjat tal-RFMO jew lill-pajjiż terz ikkonċernat b'dan.

5.  Fuq talba ġustifikata kif xieraq tal-Kummissjoni, Stat Membru tal-bandiera għandu jiċħad, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f’każijiet:

(a)   ta' raġunijiet prevalenti ta’ politika b'rabta mal-isfruttarta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza relatati ma' theddida serja għall-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(b)   ta' ksur serju tal-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fil-qafas jew il-prevenzjoni jew it-twaqqif ta' sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat (IUU), jew sabiex tevita, f'każ ta' riskju għoli; jew,

(c)   fil-każijiet fejn l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

It-talba ġustifikata kif xieraq imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun sostnuta b'informazzjoni relevanti u xierqa. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-operatur meta jagħmel tali talba ġustifikata kif xieraq. Talba bħal din mill-Kummissjoni għandha tkun segwita minn perjodu ta' 15-il jum ta' konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru tal-bandiera.

6.  Jekk Stat, fi tmiem il-perjodu ta' 15-il jum imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tikkonferma t-talba tagħha u l-Istat Membru tal-bandiera jonqos milli jirrifjuta, jemenda, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wara ħamest ijiem ulterjuri, li tirtira l-awtorizzazzjoni u tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera u l-operatur dwar danid-deċiżjoni tagħha. [Em. 32]

Il-Kapitolu II

Attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiż terz

Taqsima 1

Attivitajiet tas-sajd taħt L-SFPA

Artikolu 8

Sħubija fl-RFMO

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni jista' jwettaq biss attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz fuq stokkijiet li ġestiti minn RFMO jekk dak il-pajjiż huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta’ dak l-RFMO. Meta l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli konklużi qabel… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], dan il-paragrafu għandu japplika minn… [erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 33]

L-Unjoni tista' talloka proporzjon tal-finanzjament għall-appoġġ settorjali lil pajjiżi terzi li magħhom għandha ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, sabiex tgħin lil dawk il-pajjiżi terzi jingħaqdu ma' RFMOs. [Em. 34]

Artikolu 9

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi taħt SFPA.

L-Unjoni għandha tiżgura li l-SFPAs huma konsistenti ma' dan ir-Regolament. [Em. 35]

Artikolu 10

Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz skont l-SFPA sakemm ma tkunx inħarġitilu awtorizzazzjoni tas-sajd:

(a)  mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħupajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd; kif ukoll [Am. 36]

(b)  mill-pajjiż terz b'sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajietIstat Membru tal-bandiera tiegħu. [Am. 37].

Artikolu 11

Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra ta’ pajjiżi terzi taħt l-SFPA biss jekk:

(a)  il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;

(b)  il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-SFPA rilevanti huma ssodisfati;

(c)  l-operatur ikun ħallas it-tariffi kollha;

(ca)   l-operatur ikun ħallas l-penali finanzjarji applikabbli kollha imposti mitluba mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz matul l-aħħar 12-il xahar, wara l-konklużjoni tal-proċeduri ġuridiċi applikabbli; u [Em. 38]

(cb)   il-bastiment tas-sajd ikollu awtorizzazzjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat. [Em. 39]

Artikolu 12

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.  Ġaladarba joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajdikun ivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 ikunu sodisfatti, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni korrispondenti għall-awtorizzazzjonibiex jikseb l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż terz.

2.  L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Annessi 1 u 2fl-Anness, flimkien ma’ kwalunkwe dejta oħra meħtieġa skont l-SFPA.

3.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni mill-inqas 10 ijiem 15-il jum kalendarju qabel l-iskadenza għat-trasmissjoni ta’ applikazzjonijiet stabbiliti fl-SFPA. Il-Kummissjoni tista’ titlob tibgħat talba ġustifikata kif xieraq lill-Istat Membru tal-bandiera għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.

4.  Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 humaFi żmien 10 ijiem kalendarji minn meta tasal l-applikazzjoni jew, fil-każ li jintalab tagħrif addizzjonali skont il-paragrafu 3, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tirċievi l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami preliminari sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11 humiex sodisfati. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tibgħat it-talba lill-pajjiż terz jew tinnotifika lill-Istat Membru li l-applikazzjoni ġiet irrifjutata.

5.  Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni skont il-ftehim, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan mingħajr dewmien, jekk possibbli b'mezzi elettroniċi. L-Istat Membru tal-bandiera għandu immedjatament jittrażmetti dik l-informazzjoni lis-sid ta' dak il-bastiment. [Em. 40]

Artikolu 13

Allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fil-qafas tal-SFPA

1.  Matul sena speċifika jew kwalunkwe perjoduFi tmiem l-ewwel nofs tal-perjodu rilevanti ieħor tal-implimentazzjoni ta’ protokoll tal-SFPA, il-Kummissjoni tista’ tidentifika opportunitajiet ta’ sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri li jibbenefikaw mill-ishma korrispondenti tal-allokazzjoni b'dan.

2.  Fi żmien 10 jiem20 jum mill-wasla ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu:

(a)  jinfurmaw lill-Kummissjoni li se jużaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom aktar tard matul is-sena jew il-perjodufit-tieni nofs tal-perjodu rilevanti ta’ implimentazzjoni billi jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd; jew

(b)  jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskambji ta’ opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament Bażiku.

3.  Jekk ċerti Stati Membri ma jinfurmawx lill-Kummissjoni dwar waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, jekk b'riżultat ta' dan l-opportunitajiet tas-sajd jibqgħu ma jintużawx, il-Kummissjoni, matul perjodu ta' għaxart ijiem wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, tista' tniedi sejħa għall-interess għall-opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli fost l-Istati Membri l-oħra li jibbenefika minn sehem tal-allokazzjoni.

4.  Fi żmien 10 ijiem mill-wasla ta’ dik is-sejħa għall-interess, dawk l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom f’opportunitajiet tas-sajd mhux użati lill-Kummissjoni. B’appoġġ għat-talba tagħhom, huma għandhom jipprovdu pjan tas-sajd b’informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.

5.  Jekk meqjus meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati għal aktar informazzjoni dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.

6.  Fin-nuqqas ta' interess fl-opportunitajiet tas-sajd mhux użati mill-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem tal-allokazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' għaxart ijiem, il-Kummissjoni tista' tniedi sejħa għall-interess għall-Istati Membri kollha. Stat Membru jista' jikkomunika l-interess tiegħu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

7.  Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafi 4 jew 5 u f'kooperazzjoni mill-qrib magħhom, il-Kummissjoni għandha talloka mill-ġdid, unikament fuq bażi temporanja, l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati fuq bażi temporanja billi tapplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 14.

7a.   L-allokazzjoni mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 7 għandha tapplika biss matul it-tieni nofs tal-perjodu ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u għandha sseħħ darba biss matul dak il-perjodu.

7b.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri rigward:

(a)   l-iStati Membri li għalihom tkun saret l-allokazzjoni mill-ġdid;

(b)   il-kwantitajiet allokati lill-Istati Membri li lilhom tkun saret l-allokazzjoni mill-ġdid; kif ukoll

(c)   il-kriterji ta' allokazzjoni użati għall-allokazzjoni mill-ġdid. [Em. 41]

Artikolu 13a

Simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' tiġdid annwali eżistenti ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd matul il-perjodu li fih il-protokoll għal SFPA fis-seħħ japplika

Proċeduri aktar mgħaġġla, eħfef u aktar flessibbli għat-tiġdid tal-liċenzji ta' dawk il-bastimenti li l-istatus tagħhom (karatteristiċi, bandiera, proprjetarju jew konformità) ma nbidilx minn sena għal oħra għandhom ikunu permessi matul il-perjodu fis-seħħ ta' SFPA tal-Unjoni. [Em. 42]

Artikolu 14

Metidoloġija Metodoloġija temporanja tal-allokazzjoni mill-ġdid

1.  Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, metodoloġija temporanja għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.  Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati b'rabta maż-żmien limitat li jkun fadal biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(3). Dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

3.  Meta tistabbilixxi l-metodoloġija tal-allokazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji trasparenti u oġġettivi li ġejjin, b'kont meħud ta' fatturi ambjentali, soċjali u ekonomiċi:

(a)  l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-allokazzjoni mill-ġdid;

(b)  l-għadd ta' Stati Membri li jagħmlu t-talba;

(c)  is-sehem assenjat għal kull Stat Membru li jagħmel it-talba fl-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd inizjali;

(d)  il-qabda storika u l-livelli tal-isforz ta’ kull Stat Membru li jagħmel it-talba;

(e)  l-għadd, it-tip u l-karatteristiċi tal-bastimenti u l-irkaptu użat;

(f)  il-konsistenza tal-pjan tas-sajd provdut mill-Istati Membri li jagħmel it-talba mal-elementi elenkati fil-punti (a) sa (e).

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ġustifikazzjoni tagħha għall-allokazzjoni mill-ġdid. [Em. 43]

Artikolu 15

Allokazzjoni ta' kwota ta' kull sena maqsuma f'għadd ta' limiti tal-qabda suċċessivi

1.  Fejn L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd f'sitwazzjoni fejn il-Protokoll għal ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli jistabbilixxi limiti tal-qbid ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta’ kwota annwali, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi metodoloġija għall-allokazzjoni, kull xahar, kull tliet xhur jew perjodu ieħor, tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-opportunitajiet tas-sajd korrispondenti bejn l-Istati Membri għandhom ikunu konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri skont l-att legali rilevanti tal-Unjoni. Dan il-prinċipju ma għandux japplika biss meta l-Istati Membri kkonċernati qablu dwar pjanijiet konġunti tas-sajd li jqisu l-limiti tal-qbid ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta' kwota annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).[Em. 44]

2.  L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill rilevanti. [Em. 45]

Taqsima 2

Attivitajiet tas-sajd taħt awtorizzazzjoni diretta

Artikolu 16

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għal attivitajiet ta’ sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ SFPA fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz.

Artikolu 17

Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd f’ilmijiet ta’ pajjiż terz barra l-qafas ta’ SFPA sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-:

(a)  pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet; kif ukoll [Em. 46]

(b)  pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajietIstat Membru tal-bandiera tiegħu. [Em. 47]

Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f'ibħra ta' pajjiżi terzi kull meta l-Protokoll ta' SFPA partikolari li jkopri dawk l-ilmijiet ma kienx fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti.

Fil-każ ta' tiġdid tal-Protokoll, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi awtomatikament irtirata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak il-Protokoll.

Artikolu 18

Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra ta’ pajjiżi terzi barra l-qafas ta’ ftehim ta’ SFPA:

(a)  ma hemmx SFPA fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti, jew il-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ jipprovdi espressament għall-possibbiltà ta’ awtorizzazzjonijiet diretti;

(b)  il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;

(ba)   hemm eċċess tal-qabda permissibbli kif meħtieġ taħt l-Artikolu 62(2) tal-UNCLOS;

(c)  l-operatur ikun ipprovda kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)  kopja tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd applikabbli kif ipprovduta lill-operatur mill-Istat tal-kosta;

(ii)  konferma bil-miktub mill-pajjiż terz, wara d-diskussjonijiet bejn l-operatur u dan tal-aħħar, tat-termini tal-awtorizzazzjoni diretta maħsuba li tagħti lill-operatur l-aċċessawtorizzazzjoni tas-sajd valida mogħtija mill-pajjiż terz għall-attivitajiet proposti ta' sajd li fiha t-termini ta' aċċess għar-riżorsi tas-sajd tiegħu, inkluż it-tul, il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet tas-sajd espressi bħala sforzi jew limiti tal-qabda;

(iii)  evidenza tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ippjanati tas-sajd, abbażi ta’:

—  valutazzjoni xjentifika mogħtija mill-pajjiż terz u/jew minn RFMO u/jew minn korp reġjonali tas-sajd b'kompetenza xjentifika rikonoxxuta mill-Kummissjoni; kif ukoll

—  fil-każ ta' evalwazzjoni mill-pajjiż terz, eżami ta’ din tal-aħħar mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi tal-valutazzjoni tal-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu jew, kif xieraq, l-istitut xjentifiku ta' Stat Membru b'kompetenza fis-sajd rilevanti;

—  kopja tal-leġiżlazzjoni tas-sajd tal-pajjiż terz;

(iv)  uffiċjal maħtur, in-numru tal-kont tal-bank pubbliku għall-ħlas tal-miżati kollha; kif ukoll

(d)  fil-każ li l-attivitajiet tas-sajd iridu jitwettqu fuq speċji ġestiti minn RFMO, il-pajjiż terz huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta’ dik l-organizzazzjoni. [Em. 49]

Artikolu 19

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet diretti

1.  Ġaladarba jkun ħareġ awtorizzazzjoni tas-sajdstabbilixxa l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Annessi 1 u 2fl-Anness, u fl-Artikolu 18.

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tkunx talbetIl-Kummissjoni għandha tagħmel eżami preliminari tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Hija tista' titlob aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1fi żmien perjodu ta’ 15-il jum kalendarju mit-trażmissjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-operatur li jista’ jibda l-attivitajiet tas-sajd inkwistjoni, sakemm ikun ingħata l-awtorizzazzjoni diretta mill-pajjiż terz ukoll.

3.  Jekk, wara t-talba għal aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 18 ma jkunux sodisfatti, tista' toġġezzjona għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien xahrejn xahar minn meta tirċievi inizjalment l-informazzjoni kollha meħtieġa jew ġustifikazzjoni.

3a.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, jekk awtorizzazzjoni tas-sajd se tiġġedded fi żmien perjodu ta' mhux iktar minn sentejn mill-ħruġ tal-ewwel awtorizzazzjoni fuq l-istess termini u kundizzjonijiet kif ġew miftiehma fl-awtorizzazzjoni inizjali, l-Istat Membru jista' joħroġ l-awtorizzazzjoni direttament ladarba jkun stabbilixxa l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandu jkollha 15-il jum biex toġġezzjona skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

4.  Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan, li għandhom jinformaw lill-proprjetarju tal-bastiment.

5.  Jekk pajjiż terz jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u lill-propretarju tal-bastiment b'dan.

6.  Operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b’kopja tal-kundizzjonijiet finali miftiehem bejnu u l-pajjiż terz, inkluża kopja tal-awtorizzazzjoni diretta. [Em. 50]

Kapitolu III

Attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni taħt l-awspiċi tal-RFMOs

Artikolu 20

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fuq stokkijiet taħt l-awspiċi ta’ RFMO, fl-ilmijiet tal-Unjoni, fl-inħra miftuħa u f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 20a

L-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-RFMOs

Sabiex tapplika l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-RFMOs u skont l-objettivi msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament Bażiku, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi valutazzjonijiet perjodiċi tal-prestazzjoni minn korpi indipendenti, u għandu jkollha rwol attiv fil-ħolqien u t-tisħiħ ta' kumitati ta' implimentazzjoni fl-RFMOs kollha li għalihom hija parti kontraenti. B'mod partikolari għandu jiġi żgurat li dawk il-kumitati ta' implimentazzjoni jwettqu s-superviżjoni ġenerali tal-implimentazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika esterna tas-sajd u tal-miżuri deċiżi fil-qafas tal-RFMO. [Em. 51]

Artikolu 21

Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fuq stokkijiet li huma ġestiti minn RFMO sakemm:

(-a)   l-Unjoni hija parti kontraenti għall-RFMO; [Em. 52]

(a)  ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu;

(b)  ma jkunx ġie inkluż fir-reġistru jew il-lista rilevanti tal-bastimenti awtorizzati tal-RFMO; kif ukoll [Em. 53]

(c)  fejn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi: ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-pajjiżi terzi rilevanti f’konformità mal-Kapitolu II.

Artikolu 22

Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk:

(a)  il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma ssodisfati;

(b)  ir-regoli stabbiliti mill-RFMO jew il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tat-traspożizzjoni jiġu rispettati; kif ukoll

(c)  fejn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi: il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 11 jew 18 huma rrispettati.

Artikolu 23

Reġistrazzjoni minn RFMOs

1.  Stat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista/i ta' bastimenti tas-sajd kif definita fir-Regolament Bażiku li huma attivi u, fejn applikabbli, għandu jkollu reġistru assoċjat tal-qabdiet, li jkun awtorizza għal attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċi ta' RFMO.

2.  Il-lista/i msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’konformità ma’ ħtiġiet ta’ RFMO u akkumpanjati mill-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2fl-Anness.

3.  Il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhrilha li hi meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 10 ijiem wara li tirċievi l-lista msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal kull talba bħal din.

4.  Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 22 huma ssodisfati, u fi żmien perjodu ta' 15-il jum wara li tirċievi l-lista msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista/i ta' bastimenti awtorizzati lill-RFMO.

5.  Jekk ir-reġistru jew il-lista tal-RFMO ma jkunux pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera bil-bastimenti inklużi fihom tgħaddi l-lista ta' bastimenti awtorizzati lill-Istati Membri involuti fis-sajd rilevanti. [Em. 54]

Kapitolu IV

Attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ibħra miftuħa

Artikolu 24

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa miftuħa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ aktar minn 24-il metru. [Em. 55]

Artikolu 25

Awtorizzazzjoni tas-sajd

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd f’ibħra internazzjonali sakemm:

(a)  ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera ta' dak il-bastiment abbażi ta' evalwazzjoni xjentifika li tivvaluta s-sostenibbiltà tal-attivitajiet proposti ta' sajd li tkun ġiet ivvalidata mill-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu jew, kif xieraq, l-istitut xjentifiku ta' Stat Membru b'kompetenza fis-sajd rilevanti; kif ukoll [Em. 56]

(b)  l-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 27.

Artikolu 26

Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista’ biss joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss għal attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk:

(a)  il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma sodisfatti;

(b)   l-attivitajiet tas-sajd ippjanati huma:

–  ibbażati fuq approċċ imsejjes fuq l-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tar-Regolament Bażiku; kif ukoll

–  skont evalwazzjoni xjentifika, li tqis il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar, ipprovduta mill-istitut xjentifiku nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera. [Em. 57]

Artikolu 27

Notifika lill-Kummissjoni

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika l-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-Kummissjoni mill-inqas 15-il jum8,5 jiem kalendarju qabel ma jibdew l-attivitajiet ippjanati tas-sajd fl-ibħra miftuħa, u jipprovdi l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2stabbilita fl-Anness. [Em. 58]

Kapitolu V

Kiri (chartering) ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni

Artikolu 28

Prinċipji

1.  Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt arranġamenti ta’ kiri (chartering) fejn ikun fis-seħħ ftehim ta’ SFPA, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-ftehim.

2.  Bastiment tal-Unjoni li ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt aktar minn arranġament wieħed ta’ kiri (chartering) fl-istess żmien jew jieħu sehem f’kiri sekondarju (sub-chartering).

2a.   Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom joperaw taħt ftehimiet ta' kiri f'ilmijiet taħt l-awspiċi ta' RFMO unikament jekk l-Istat fejn il-bastiment ikun mikri jkun parti kontraenti għal dik l-organizzazzjoni.

3.  Bastiment mikri (chartered) tal-Unjoni ma jistax juża l-opportunitajiet tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu matul il-perjodu tal-Karta. Il-qabdiet ta' bastiment mikri (chartered) għandhom jingħaddu mal-opportunitjiet tas-sajd tal-Istat kerrej (chartering).

3a.   Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jnaqqas ir-responsabbiltajiet tal-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward tal-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew dispożizzjonijiet oħra tal-Politika Komuni tas-Sajd, inklużi rekwiżiti ta' rappurtar. [Em. 59]

Artikolu 29

Il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd taħt ftehim ta' kiri (chartering)

Meta joħorġu awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment skont l-Artikoli 11, 18, 22 jew 26, u meta l-attivitajiet tas-sajd rilevanti jitwettqu taħt arranġament ta’ kiri (chartering), l-Istat Membru tal-bandiera għandu jivverifika li:

(a)  l-awtorità kompetenti tal-Istat kerrej (chartering) tkun ikkonfermata uffiċjalment li l-arranġament huwa f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu; kif ukoll

(b)  il-ftehim ta' id-dettalji tal-ftehim ta' kiri (chartering) huwa speċifikata fl-awtorizzazzjoni huma speċifikati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd inklużi l-perjodu taż-żmien, l-opportunitajiet tas-sajd u ż-żona tas-sajd. [Em. 60]

Kapitolu VI

Obbligi ta' kontroll u rappurtar

Artikolu 30

Dejta tal-programm ta' osservatur

Jekk id-dejta tinġabar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni taħt programm ta' osservazzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-RFMO, l-operatur ta' dak il-bastiment għandu jibgħat dik l-informazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. [Em. 61]

Artikolu 31

Informazzjoni lil pajjiżi terzi

1.  Meta jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, u jekk il-ftehim ta’ sħubija tas-sajd sostenibbli mal-pajjiżi terzi jipprevedi hekk, operatur ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat d-dikjarazzjonijietid-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz, u jibgħat kemm lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kopja ta’ dik il-komunikazzjoniu kemm lill-pajjiż terz.

2.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jivvaluta l-konsistenza tad-dejta mibgħuta lill-pajjiż terz, kif imsemmi fil-paragrafu 1, bid-dejta li jkun irċeva f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. F'każ ta' inkonsistenza tad-dejta, l-Istat Membru għandu jinvestiga jekk tali inkonsistenza tikkostitwixxix sajd IUU skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u jieħu azzjoni xierqa, skont l-Artikoli 43 sa 47 ta' dak ir-Regolament.

3.  In-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ksur serju għall-fini tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet u ta' miżuri oħra previsti mill-politika komuni tas-sajd. Il-gravità tal-ksur għandha tkun deċiża mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma n-natura tal-ħsara, il-valur tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika tal-awtur tal-ksur u l-livell tal-ksur jew ir-ripetizzjoni tiegħu. [Em. 62]

Artikolu 31a

Rekwiżiti tas-sħubija fl-RFMO

Bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz jista' jwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni fuq stokkijiet li huma ġestiti minn RFMO biss jekk il-pajjiż terz huwa parti kontraenti f'dik l-RFMO. [Em. 63]

TITOLU III

ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TA' PAJJIŻ TERZ FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Artikolu 32

Prinċipji ġenerali

1.  Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ma jistax jipparteċipaw f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Kummissjoni. Għandu jinħareġ biss tali awtorizzazzjoni jekk jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5. [Em. 64]

2.  Bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha hija topera, u d-dispożizzjonijiet. Jekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tas-sajd rilevanti jkunu differenti, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu ddikjarati b'mod espliċitu f'dan il-ftehim jew permezz ta' regoli maqbula mal-pajjiż terz li jimplimenta l-ftehim. [Em. 65]

3.  Jekk bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz ikun qed ibaħħar fl-ilmijiet tal-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, l-irkaptu tas-sajd tiegħu għandu jintrabat u jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment f’operazzjonijiet tas-sajd.

Artikolu 33

Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Il-Kummissjoni tista’ toħroġ biss awtorizzazzjoni għal bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz għal attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni jekk:

(-a)   hemm eċċess tal-qabda permissibbli li jkopri l-opportunitajiet tas-sajd proposti kif meħtieġ skont l-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS;

(a)  l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2 fl-Anness dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment(i) ta' appoġġ assoċjat(i) hija sħiħa u preċiża; il-bastiment u kwalunkwe bastiment(i) ta’ appoġġ assoċċjat(i) ikollhom numru tal-OMI meta jkun meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b)  l-operatur u l-bastiment il-kaptan tal-bastiment tas-sajd, kif ukoll il-bastiment tas-sajd ikkonċernat ma jkunux ġew soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009ikkonċernat, matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(c)  il-bastiment tas-sajd mhux fuq xi lista ta' bastimenti IUU adottata minn pajjiż terz, RFMO jew mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u/jew il-pajjiż terz mhuwiex identifikat jew elenkat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012;

(d)  il-bastiment tas-sajd huwa eliġibbli taħt il-ftehim tas-sajd mal-pajjiż terz ikkonċernat u, fejn xieraq, qed qiegħed fuq il-lista ta' bastimenti taħt dak il-ftehim. [Em. 66]

Artikolu 34

Proċedura għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.  Il-pajjiż terz għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd tiegħu qabel l-iskadenza stabbilita fil-ftehim ikkonċernat jew dak stabbilit mill-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-pajjiż terz għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.

3.  Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 intlaħqu, il-Kummissjoni għandha toħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri konċernati b’din.

Artikolu 35

Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.  Jekk kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 33 ma tkunx għadha ssodisfata, il-Kummissjoni għandha temenda jew tirtira l-awtorizzazzjoni u tinforma lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri konċernati b’dan.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f’każijiet fejn tkun seħħet bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi jew f’każijiet fejn raġunijiet prevalenti ta’ politika

(a)  relatati, fost l-oħrajn, mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

(b)  ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza relatati ma' theddida serja għall-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(c)  jew mal-ġlieda kontrafejn hija meħtieġa azzjoni biex tipprevjeni ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, dwar sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat; jew

(d)   jitolbu tali azzjoni jew f’każijiet fejn, għal tali jew kwalunkwe raġuni oħra prevalenti ta’ politika l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-pajjiż terz fil-każ li tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-ewwel subparagrafu. [Em. 67]

Artikolu 36

Għeluq tal-attivitajiet tas-sajd

1.  Meta l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lil pajjiż terz jitqiesu li ġew eżawriti, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat u lill-awtoritàjiet kompetenti ta' spezzjoni tal-Istati Membri b'dan. Sabiex ikun jista' jsir sajd kontinwu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux eżawriti, li jistgħu jaffettwaw ukoll l-opportunitajiet eżawriti, il-pajjiż terz għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-miżuri tekniċi li jipprevjenu kull impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti. Mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak il-pajjiż terz għandhom jitqiesu sospiżi għall-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati u l-bastimenti ma għandhomx jibqgħu awtorizzati biex jipparteċipaw f’dawk l-attivitajiet tas-sajd.

2.  L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jitqiesu meta sospensjoni ta' attivitajiet tas-sajd f'konformità mal-paragrafu 2 tikkonċerna l-attivitajiet kollha li jkunu ngħataw għalihom.

3.  Il-pajjiż terz għandu jiżgura li l-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jiġu infurmati minnufih li qed jiġi applikat dan l-Artikolu u li huma jwaqqfu l-attivitajiet tas-sajd kollha kkonċernati.

Artikolu 37

Sajd żejjed tal-kwoti f'ilmijiet tal-Unjoni

1.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li pajjiż terz ikun qabeż il-kwoti li jkun ġie allokat għal stokk jew grupp ta’ stokkijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel tnaqqis mill-kwoti allokati lil dak il-pajjiż għal dak l-istokk jew grupp ta’ stokkijiet fis-snin sussegwenti. L-ammont tat-tnaqqis għandu jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em. 68]

2.  Jekk tnaqqis skont il-paragrafi 1ma jistax jiġi magħmul fuq il-kwota għal stokk jew grupp ta' stokkijiet li kien mistad iżżejjed minħabba li dik il-kwota għal stokk jew grupp ta' stokkijiet ma tkunx disponibbli biżżejjed għall-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tnaqqas il-kwoti, fis-snin ta’ wara għal stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet oħra disponibbli għal dak il-pajjiż terz fl-istess żona ġeografika, jew għall-valur kummerċjali korrispondenti.

Artikolu 38

Kontroll u infurzar

1.  Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli ta’ kontroll li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha hija jopera.

2.  Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-entità nnominata minnha u, fejn rilevanti, lill-Istat Membru kostali, id-dejta li bastimenti tal-Unjoni huma meħtieġa jibagħtu lill-Istat Membru tal-bandiera skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.  Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandhom jibagħtu d-dejta msemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat Membru kostali.

4.  Bastiment ta’ pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jipprovdi, fuq talba lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, ir-rapporti tal-osservaturi prodotti taħt programmi ta’ osservatur applikabbli.

5.  Stat Membru kostali għandu jirreġistra kull ksur imwettaq minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, inklużi s-sanzjonijiet relatati, fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

6.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-pajjiż terz biex jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa mill-pajjiż terz.

Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 44, biex timplimenta fil-liġi tal-Unjoni r-riżultat ta’ konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ arranġamenti ta’ aċċess.

TITOLU IV

Dejta u informazzjoni

Artikolu 39

Reġistru ta' awtorizzazzjoni ta' sajd tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta' awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni li jkun fih l-awtorizzazzjonijiet kollha tas-sajd mogħtija skont it-Titolu II u t-Titolu III, magħmul minn parti pubblika u parti sikura. Dak ir-reġistru għandu:

(a)  jirreġistra l-informazzjoni kollha fl-Annessi 1 u 2 stabbilita fl-Anness u juri l-istatus ta’ kull awtorizzazzjoni f’ħin reali;

(b)  jintuża għall-iskambju ta’ dejta u ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u Stat Membru; kif ukoll

(c)  jintuża għall-finijiet ta’ ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd biss.

2.  Il-lista ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd fir-reġistru għandha tkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  l-isem u l-bandiera tal-bastiment u n-numru CFR u IMO fejn meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(aa)   l-isem, il-belt u l-pajjiż ta' residenza tal-kumpanija proprjetarja u tas-sid benefiċjarju;

(b)  it-tip ta' awtorizzazzjoni, inklużi l-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll

(c)  żona u ħin permessi tal-attività tas-sajd (dati tal-bidu u tat-tmiem; iż-żona tas-sajd).

3.  Stat Membru għandu juża r-reġistru biex iressaq l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-Kummissjoni u biex iżżomm id-dettalji aġġornati, kif rikjest mill-Artikoli 12, 19, 23 u 27. [Em. 69]

Artikolu 40

Rekwiżiti tekniċi

L-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fit-Titoli II, III u IV għandu jitwettaq f’format elettroniku. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), li jistabbilixxu rekwiżiti operattivi tekniċi għar-reġistrar, l-ifformattjar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija f’dawk it-Titoli. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2).

Biex isir operazzjonali reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni u biex jiġi permess lil dawn l-Istati Membri li jilħqu r-rekwiżiti ta' trażmissjoni teknika, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri kkonċernati. Għal dan l-għan, hija għandha tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jibagħtu l-informazzjoni li l-operaturi huma mitluba jipprovdu għal kull tip ta' awtorizzazzjoni u, sa… [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tiżviluppa applikazzjoni tal-IT biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrasferixxu lejn ir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni b'mod awtomatiku u f'ħin reali informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet u l-karatteristiċi tal-bastimenti. [Em. 70]

Għal appoġġ tekniku u finanzjarju għat-trasferiment tal-informazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19). [Em. 71]

Artikolu 41

Aċċess għad-dejta

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 110 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jagħtu aċċess għall-parti sikura tar-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 39 tas-servizzi amministrattivi kompetenti rilevanti involuti fil-ġestjoni tal-flotot tas-sajd.

Artikolu 42

Ġestjoni tad-dejta, ħarsien tad-dejta personali u kunfidenzjalità

Id-dejta miksuba taħt dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikoli 109, 110, 111, u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE u r-regoli ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħha.

Artikolu 43

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u RFMOs

1.  Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni minn pajjiż terz jew RFMO li hija rilevanti għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, sakemm jitħalla jagħmel dan mill-ftehim bilaterali ma’ dak il-pajjiż terz jew mir-regoli tal-RFMO kkonċernata.

2.  Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, tista’, fil-qafas ta’ ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, taħt l-awspiċi tal-RFMOs jew organizzazzjonijiet simili tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti jew parti kooperanti mhux kontraenti tagħhom, tikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament, jew infrazzjonijiet serji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar- Regolament (KE) Nru 1224/2009, lil partijiet oħra għal dawk il-ftehimiet jew organizzazzjonijiet soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li forna l-informazzjoni u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 72]

TITOLU V

Proċeduri, delega u implimentazzjoni tal-miżuri

Artikolu 44

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 5(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 73]

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3a.  Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit skont l-Artikolu 47 tar-Regolament Bażiku. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 46

Tħassir

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 huwa mħassar.

2.  Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

Anness 1

Lista tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd

* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 48, jistgħu ma jimtlewx jekk l-informazzjoni tista’ tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR jew OMI)

I

APPLIKANT

1

Isem l-operatur ekonomiku*

2

Posta elettronika*

3

Indirizz

4

Faks

5

Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*

6

Telefon

7

Isem l-aġent (skont id-dispożizzjonijiet tal-protokoll)*

8

Posta elettronika*

9

Indirizz

10

Faks

11

Telefon

12

Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*

13

Posta elettronika*

14

Indirizz

15

Faks

16

Telefon

17

Ismijiet tal-kaptani*

18

Posta elettronika*

19

Nazzjonalità*

20

Faks

21

Telefon

II

IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT, KARATTERISTIĊI TEKNIĊI U TAGĦMIR TAL-BASTIMENT

22

Isem il-bastiment*

23

Stat tal-Bandiera*

24

Data meta nkisbet il-bandiera attwali*

25

Immarkar estern*

26

Numru OMI (UVI)*

27

Numru CFR*

28

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)*

29

Frekwenza tas-sejħa*

30

Numru tat-telefon bis-satellita

31

MMSI*

32

Sena u post tal-kostruzzjoni*

33

Bandiera preċedenti u data tal-akkwist (fejn applikabbli)*

34

Materjal tal-buq: azzar / injam / poliesteru / oħrajn*

35

Transponder tal-VMS*

36

Mudell*

37

Numru tas-serje*

38

Verżjoni tas-softwer*

39

Operatur tas-satellita*

40

Manifattur tal-VMS (l-isem)

41

Tul totali tal-bastiment*

42

Wisa’ tal-bastiment*

43

Pixka*

44

Tunnellaġġ (f'TG)*

45

Qawwa tal-Magna Ewlenija (f'kW)*

46

Tip ta' magna

47

Marka

48

Numru tas-serje tal-magna*

III

KATEGORIJA TAS-SAJD LI GĦALIHA HIJA MITLUBA AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

49

Tip ta' bastiment (kodiċi FAO)*

50

Tip ta' tagħmir (kodiċi FAO)*

53

Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)*

54

Diviżjonijiet tas-Sajd — FAO jew l-Istat Kostali *

55

Portijiet tal-ħatt l-art

56

Portijiet tat-trażbord

57

Kodiċi tal-FAO tal-ispeċijiet fil-mira jew Kategorija tas-sajd (SFPA)*

58

Perjodu tal-awtorizzazzjoni mitlub (dati tal-bidu u tat-tmiem)

59

Numru tar-reġistru tal-RFMOs* (jekk magħruf)

60

Data tad-dħul fir-reġistru tal-RFMO* (jekk magħrufa)

61

Daqs totali massimu tal-membri tal-ekwipaġġ*:

62

Minn [PAJJIŻ SIEĦEB]:

63

Mill-ACP:

64

Metodu ta' ppreservazzjoni/transformazzjoni tal-ħut abbord*: Ħut frisk / Tkessiħ / Friżar / Ħut mitħun / Żejt/ Iffilitjar

65

Lista ta’ bastimenti ta’ appoġġ: isem / numru OMI / numru CFR

IV

KIRI (Chartering)

66

Bastiment li qed jopera taħt arranġament ta' kiri*: Iva / Le

67

Tip ta’ arranġament ta' kiri

68

Perjodu tal-kiri (dati tal-bidu u tat-tmiem)*

69

Opportunitajiet tas-sajd (tunnellati) allokati lill-bastiment mikri*

70

Il-pajjiż terz li jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastiment mikri*

Dokumenti mehmuża (f'lista): [Em. 74]

Anness 2

Lista ta’ informazzjoni li għandha tingħata għall-bastiment ta’ appoġġ li jappoġġa l-bastiment tas-sajd deskritt fl-Anness 1

* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 33, jistgħu ma jimtlewx għal bastiment ta' appoġġ b'bandiera mill-Unjoni jekk l-informazzjoni tista’ tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR)

I

OPERATUR U BASTIMENT TA' APPOĠĠ

1

Isem l-operatur ekonomiku*

2

Posta elettronika*

3

Indirizz

4

Faks

5

Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*

6

Telefon

7

Isem l-aġent (skont id-dispożizzjonijiet tal-protokoll)*

8

Posta elettronika*

9

Indirizz

10

Faks

11

Telefon

12

Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*

13

Posta elettronika*

14

Indirizz

15

Faks

16

Telefon

17

Ismijiet tal-kaptani*

18

Posta elettronika*

19

Nazzjonalità*

20

Faks

21

Telefon

II

IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT TA' APPOĠĠ, KARATTERISTIĊI TEKNIĊI U TAGĦMIR TAL-BASTIMENT

22

Isem il-bastiment*

23

Stat tal-Bandiera*

24

Data meta nkisbet il-bandiera attwali*

25

Immarkar estern*

26

Numru OMI (UVI)*

27

Numru CFR (għall-bastimenti tal-Unjoni, jekk magħruf)*

28

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS)*

29

Frekwenza tas-sejħa*

30

Numru tat-telefon bis-satellita

31

MMSI*

32

Sena u post tal-kostruzzjoni

33

Bandiera preċedenti u data tal-akkwist (fejn applikabbli)*

34

Materjal tal-buq: azzar / injam / poliesteru / oħrajn

35

Transponder tal-VMS

36

Mudell

37

Numru tas-serje

38

Verżjoni tas-softwer

39

Operatur tas-satellita

40

Manifattur tal-VMS (l-isem)

41

Tul totali tal-bastiment

42

Wisa’ tal-bastiment

43

Pixka

44

Tunnellaġġ (f'GT)

45

Qawwa tal-Magna Ewlenija (f'kW)

47

Tip ta' magna

48

Marka

49

Numru tas-serje tal-magna

III

INFORMAZZJONI DWAR L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD APPOĠĠATI

50

Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)

51

Diviżjonijiet tas-sajd - FAO

52

speċijiet fil-mira (kodiċi FAO)

53

Numru tar-reġistru tal-RFMO*

54

Data tad-dħul fir-reġistru tal-RFMO*

Dokumenti mehmuża (f'lista): [Em. 75]

Anness 

Lista tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd

* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 48, jistgħu ma jimtlewx jekk l-informazzjoni tista' tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR jew IMO)

I

APPLIKANT

1

Identifikatur tal-bastiment (numru IMO, numru CFR, eċċ.)

2

Isem il-bastiment

3

Isem l-operatur ekonomiku*

4

Posta elettronika*

5

Indirizz

6

Fax

7

Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*

8

In-numru tat-telefown

9

Isem is-sid

10

Posta elettronika*

11

Indirizz

12

Fax

13

In-numru tat-telefown

14

Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*

15

Posta elettronika*

16

Indirizz

17

Fax

18

In-numru tat-telefown

19

Isem/ismijiet tal-kaptan/i*

20

Posta elettronika*

21

Nazzjonalità*

22

Fax

23

In-numru tat-telefown

II

KATEGORIJA TAS-SAJD LI GĦALIHA HIJA MITLUBA AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

 

Tip ta' awtorizzazzjoni (ftehim dwar is-sajd, awtorizzazzjoni diretta, RFMO, ibħra internazzjonali, il-Karta, bastiment ta' appoġġ)

24

Tip ta' bastiment (kodiċi FAO)*

25

Tip ta' tagħmir (kodiċi FAO)*

26

Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)*

27

Kodiċi FAO tal-ispeċijiet fil-mira jew Kategorija tas-sajd (SFPA) *

28

Perjodu tal-awtorizzazzjoni mitlub (dati tal-bidu u tat-tmiem)

29

Numru tar-reġistru tal-RFMOs* (jekk magħruf)

30

Lista ta' bastimenti ta' appoġġ: isem / numru IMO / numru CFR

III

KIRI (Chartering)

31

Bastiment li qed jopera taħt arranġament ta' kiri*: Iva / Le

32

Tip ta' arranġament ta' kiri

33

Perjodu tal-kiri (dati tal-bidu u tat-tmiem)*

34

Opportunitajiet tas-sajd (tunnellati) allokati lill-bastiment mikri*

35

Il-pajjiż terz li jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastiment mikri*

[Em. 76]

(1) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 116.
(2) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 116.
(3)ĠU C , , p. .
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Frar 2017 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ ... .
(5)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
(6)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(7)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).
(8)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/428/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar l-aċċettazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim li jippromwovi l-osservanza tal-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u maniġġar minn bastimenti tas-sajd fl-ibħra internazzjonali (ĠU L 177, 16.7.1996, p. 24).
(9)Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/Res/66/288 tas-27 ta’ Lulju 2012 dwar ir-riżultat tal-Konferenza Rio +20, intitolata “Il-Futur Li Rridu”.
(10) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(11)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(12)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(13)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(14)Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(15) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(16)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(17) Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34).
(18)Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(19) Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).


Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għal jew eżenti minn ħtieġa ta’ viża: il-Georgia ***I
PDF 339kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia) (COM(2016)0142 – C8-0113/2016 – 2016/0075(COD))
P8_TA(2017)0016 A8-0260/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0142),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0113/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0260/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2017 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (Georgia)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2017/372.)


Kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon
PDF 282kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP))
P8_TA(2017)0017RC-B8-0120/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE għar-RDK dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet politiċi li ntlaħqu fir-RDK fit-18 ta' Ottubru 2016 u fil-31 ta' Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Diċembru 2016 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar il-falliment tat-tentattiv għall-ilħiq ta' ftehim fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta' Novembru 2016 mill-kelliem tal-VP/RGħ dwar l-isforzi politiċi kurrenti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2016 u tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet lokali tal-UE tat-2 ta' Awwissu 2016 u tal-24 ta' Awwissu 2016 dwar il-proċess elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo wara t-tnedija tad-djalogu nazzjonali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 2293(2016) dwar it-tiġdid tar-reġim ta' sanzjonijiet fuq ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-mandat tal-Grupp ta' Esperti, u r-riżoluzzjoni 2277(2016), li ġeddet il-mandat tal-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni tal-Organizzazzjoni tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO),

–  wara li kkunsidra l-istqarrijiet għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-15 ta' Lulju 2016 u tal-21 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, ippubblikat fis-27 ta' Lulju 2015, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni tal-Organizzazzjoni tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun,

–  wara li kkunsidra l-istqarrijiet konġunti għall-istampa tas-16 ta' Frar 2016 u tal-5 ta' Ġunju 2016 mill-Unjoni Afrikana, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija dwar il-ħtieġa ta' djalogu politiku inklussiv fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-impenn tagħhom li jappoġġjaw atturi Kongoliżi fl-isforzi tagħhom għall-konsolidament tad-demokrazija fil-pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun, li ġie ffirmat f'Addis Ababa fi Frar 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea (MOE),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa fl-24 ta' Settembru 2016 mill-VP/RGħ u mill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, wara li l-Qorti Kostituzzjonali Gaboniża ħabbret ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni presidenzjali,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-Gabon maħruġa mill-kelliem għall-VP/RGħ fil-11 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-Unjoni Afrikana fl-1 ta' Settembru 2016 li tikkundanna l-vjolenza tal-kunflitt postelettorali fil-Gabon u tappella għar-riżoluzzjoni paċifika tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2014, li ġie adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-22 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Programm Nazzjonali Indikattiv tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2014-2020, li jagħti prijorità lit-tisħiħ tad-demokrazija, tal-governanza u tal-istat tad-dritt,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tat-18 ta' Mejju 2011 dwar l-isfidi għall-futur tad-demokrazija u r-rispett tal-ordni kostituzzjonali fil-pajjiżi tal-AKP u tal-UE, u tas-27 ta' Novembru 2013 dwar ir-rispett tal-istat tad-dritt u r-rwol ta' ġudikatura imparzjali u indipendenti,

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil iffirmat bejn ir-Repubblika Gaboniża u l-Unjoni Ewropea dwar il-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE),

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Kongoliża u dik Gaboniża,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Unjoni Afrikana dwar il-Prinċipji li Jirregolaw l-Elezzjonijiet Demokratiċi fl-Afrika (2002),

–  wara li kkunsidra l-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-istat tad-dritt, l-obbligu li jingħata rendikont, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll elezzjonijiet ħielsa u ġusti huma elementi essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija li tiffunzjona; billi dawn l-elementi ġew ikkontestati f'xi pajjiżi tal-Afrika Sub-Saħarjana, b'mod partikolari fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon, u b'hekk għarrqu lil dawn il-pajjiżi f'perjodu twil ta' instabbiltà politika u vjolenza;

B.  billi aktar reċentement, Ali Bongo, li spiċċa mill-kariga ta' President tal-Gabon wara li kien ilu fil-poter mill-mewt ta' missieru Omar Bongo fl-2009, ġie ddikjarat rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali tal-2016; billi l-osservaturi internazzjonali, u b'mod partikolari l-MOE tal-UE, identifikaw anomaliji ċari fil-ġbir tar-riżultati;

C.  billi Jean Ping, l-avversarju ewlieni tiegħu, immedjatament ikkontesta u kkundanna dan ir-riżultat; billi tressaq rikors, li jallega li seħħew irregolaritajiet elettorali u li jitlob li l-voti jerġgħu jingħaddu, quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, liema Qorti eventwalment ikkonfermat ir-riżultat; billi, madankollu, l-eżami tal-appell ma warrabx id-dubji kollha dwar l-eżitu tal-elezzjoni presidenzjali;

D.  billi l-President Kongoliż Joseph Kabila, li ilu fil-poter mill-2001, ippospona l-elezzjoni u baqa' fil-poter lil hinn mit-tmiem tal-mandat kostituzzjonali tiegħu; billi dan il-fatt ikkawża tensjoni politika, kunflitti u vjolenza bħal qatt qabel fil-pajjiż kollu;

E.  billi, madankollu, il-vjolenza kompliet tiħrax wara d-data ta' skadenza tal-mandat tal-President Kabila, biex b'hekk wasslet għall-imwiet ta' mill-inqas 40 ruħ fi ġlied bejn id-dimostranti u l-forzi tas-sigurtà; billi, skont in-NU, 107 persuni ndarbu jew ġew maltrattati, filwaqt li tal-anqas 460 ruħ sfaw arrestati;

F.  billi fit-18 ta' Ottubru 2016 ġie ffirmat ftehim bejn il-President Kabila u parti mill-oppożizzjoni, liema ftehim jipposponi l-elezzjoni presidenzjali għal April 2018; billi wara xhur ta' negozjati, il-partijiet fil-ftehim tat-18 ta' Ottubru 2016 laħqu ftehim politiku globali u inklussiv fil-31 ta' Diċembru 2016; billi dan il-ftehim jipprevedi l-ewwel trasferiment paċifiku tal-poter fil-pajjiż mill-1960 'il hawn, l-istallazzjoni ta' gvern tranżizzjonali ta' unità nazzjonali, l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet qabel tmiem l-2017, u r-riżenja tal-President Kabila;

G.  billi, fiż-żewġ pajjiżi, faqqgħu fit-toroq dimostrazzjonijiet li ġew repressi bi vjolenza, hekk li ħallew għadd ta' persuni mejta; billi l-awtoritajiet wettqu azzjonijiet repressivi fuq il-membri tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili li jopponu 'l min għandu l-poter f'idejh; billi l-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem jirrapportaw il-ħin kollu dwar is-sitwazzjoni li sejra għall-agħar fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tal-espressjoni u ta' għaqda, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva kontra dimostranti paċifiċi, arresti u detenzjonijiet arbitrarji u proċessi politikament motivati;

H.  billi kien hemm deterjorament serju fir-rigward tal-libertà tal-midja, li hija mxekkla minn theddidiet u attakki kontinwi kontra l-ġurnalisti; billi l-awtoritajiet għalqu kumpaniji tal-midja u stazzjonijiet tar-radju, u billi restrizzjonijiet ġew imposti fuq l-internet u n-netwerks soċjali;

I.  billi waħda mill-karatteristiċi tad-demokraziji hija r-rispett tal-Kostituzzjoni, li fuqha jissejsu l-istat, l-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt; billi elezzjonijiet paċifiċi, liberi u ġusti f'dawn il-pajjiżi kienu jikkontribwixxu bil-kbir biex tiġi indirizzata l-isfida tal-progress demokratiku u tal-alternanza tal-poter li qed iħabbat wiċċu magħha r-reġjun tal-Afrika Ċentrali;

J.  billi l-Programm Nazzjonali Indikattiv tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2014-2020 jagħti prijorità lit-tisħiħ tad-demokrazija, tal-governanza u tal-istat tad-dritt, billi kemm l-UE kif ukoll is-sħab Afrikani għandhom interess komuni qawwi fl-iżvilupp kontinwu tad-demokrazija u fl-istabbiliment ta' kostituzzjonaliżmu li jiffunzjona sewwa;

1.  Jiddeplora l-imwiet li seħħew fid-dimostrazzjonijiet matul dawn l-aħħar xhur fiż-żewġ pajjiżi, u jesprimi l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi u lill-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tal-Gabon;

2.  Huwa profondament imħasseb dwar is-sitwazzjoni dejjem aktar instabbli fiż-żewġ pajjiżi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet, u fuq kollox lill-presidenti, biex jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom, li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jeżerċitaw il-kompitu tagħhom li jiggvernaw bir-rispett l-aktar strett tal-istat tad-dritt;

3.  Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza kollha mwettqa fil-Gabon u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-atti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-arresti arbitrarji u d-detenzjonijiet illegali, l-intimidazzjoni politika ta' membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni, kif ukoll l-atti ta' ksur tal-libertà tal-istampa u tal-espressjoni mwettqa fil-kuntest tal-elezzjonijiet presidenzjali; jitlob li r-restrizzjonijiet kollha fuq il-midja jitneħħew u li d-detenuti politiċi kollha jinħelsu;

Il-Gabon

4.  Iqis li r-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni presidenzjali mhumiex trasparenti u huma dubjużi ferm, hekk li jqajmu dubji dwar il-leġittimità tal-President Bongo; jiddeplora l-fatt li l-proċedura ta' appell li wasslet biex Ali Bongo jiġi ddikjarat rebbieħ tal-elezzjoni tmexxiet b'mod xejn trasparenti, u li l-Qorti Kostituzzjonali naqset milli tqis debitament l-irregolaritajiet osservati f'xi provinċji, b'mod partikolari fl-Haut-Ogooué, il-fewdu ta' Ali Bongo; jiddispjaċih li l-Qorti Kostituzzjonali rrifjutat li jerġa' jsir l-għadd tal-voti u li jsir tqabbil tal-poloz tal-vot, qabel ma dawn sfaw meqruda;

5.  Huwa mħasseb profondament dwar il-kriżi politika fil-Gabon u l-vjolenza li qed isseħħ bejn id-dimostranti u l-forzi tas-sigurtà wara l-proklamazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali tal-2016;

6.  Jikkundanna bil-qawwa l-intimidazzjoni u t-theddidiet kontra l-MOE tal-Unjoni Ewropea u l-attakki li jikkontestaw in-newtralità u t-trasparenza tagħha; jiddispjaċih profondament għall-fatt li, minkejja li l-Memorandum ta' Qbil iffirmat mal-Gvern Gaboniż, il-MOE tal-UE ngħatat biss aċċess limitat għas-sessjonijiet tal-għadd tal-voti ċentralizzati fil-kummissjonijiet elettorali lokali (LECs) u fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali (CENAP), u li dan żamm lill-MOE tal-UE milli tosserva partijiet ewlenin tal-proċess tal-elezzjoni presidenzjali;

7.  Jinnota t-tnedija prevista ta' djalogu nazzjonali, kif propost minn Ali Bongo, ; isemma' r-riservi tiegħu rigward il-kredibbiltà u r-rilevanza ta' dawn il-proċessi; jirrimarka li l-protagonist ewlieni tal-oppożizzjoni, Jean Ping, qed jirrifjuta li jieħu sehem u huwa nieda u kkonkluda djalogu nazzjonali tiegħu stess;

8.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gabon biex iwettaq riforma eżawrjenti u f'waqtha tal-qafas elettorali, fil-qies tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-MOE tal-UE bil-għan li jtejbu dan il-qafas u jagħmluh għalkollox trasparenti u kredibbli; jenfasizza li l-awtoritajiet Gaboniżi jeħtiġilhom jiggarantixxu kooperazzjoni sħiħa u sinċiera mal-partijiet interessati rilevanti, nazzjonali u internazzjonali, biex jiżguraw li l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss ikunu trasparenti u ġusti u li jseħħu f'ambjent liberu, demokratiku, inklussiv u paċifiku;

9.  Jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti u oġġettiva dwar il-vjolenza relatata mal-elezzjonijiet u dwar l-allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li kull min jinstab responsabbli jitressaq quddiem il-ġustizzja; jitlob, barra minn hekk, li l-UE, f'kollaborazzjoni man-NU u mal-Unjoni Afrikana, tkompli tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni ġenerali fil-Gabon u tirrapporta l-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jieħu nota tat-talbiet għal inkjesta preliminari fil-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) dwar il-vjolenza li seħħet wara l-elezzjoni;

10.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex jibda proċess ta' konsultazzjoni skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou malli jkun hemm nuqqas ta' progress fid-djalogu politiku intensifikat; jitlob li l-Kunsill, jekk ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda qbil fi ħdan il-proċess ta' konsultazzjoni, jikkunsidra li jimponi sanzjonijiet immirati fuq dawk responsabbli għall-vjolenza postelettorali u għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u għall-imminar tal-proċess demokratiku fil-pajjiż;

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

11.  Jiddeplora l-fatt li l-Gvern Kongoliż naqas milli jorganizza l-elezzjoni presidenzjali fi żmien l-iskadenza kostituzzjonali; itenni s-sejħa tiegħu biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa ħalli jinħoloq ambjent li jwassal għal elezzjonijiet ħielsa, ġusti u kredibbli mhux aktar tard minn Diċembru 2017, f'konformità sħiħa mal-Kostituzzjoni Kongoliża u mal-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza;

12.  Iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha biex jinvolvu ruħhom fi djalogu paċifiku u kostruttiv, jipprevjenu kwalunkwe deterjorament tal-kriżi politika kurrenti u joqogħdu lura milli jwettqu aktar vjolenza u provokazzjonijiet;

13.  Jilqa' l-isforzi tal-Konferenza Episkopali Nazzjonali tal-Kongo (CENCO) biex issawwar kunsens usa' dwar tranżizzjoni politika; jieħu nota tal-ftehim li ntlaħaq lejn tmiem Diċembru 2016 li jiċħad it-tielet mandat lill-President Kabila u li jitlob li l-elezzjoni ssir qabel tmiem l-2017; ifakkar lill-partijiet kollha dwar l-impenn tagħhom fil-konfront ta' dan il-ftehim, u għalhekk iħeġġiġhom japplikawh fil-komponenti kollha tiegħu u jistabbilixxu mill-aktar fis kalendarju konkret għall-elezzjonijiet li jmiss; ifakkarhom fil-konsegwenzi gravi li jkun hemm kemm-il darba ma jirnexxilhomx iwasslu għal eżitu ta' suċċess;

14.  Iħeġġeġ lill-Gvern Kongoliż biex jindirizza minnufih il-kwistjonijiet miftuħa relatati mal-istabbiliment tas-sekwenza tal-kalendarju elettorali, il-baġit tiegħu u l-aġġornament tar-reġistru elettorali bil-għan li elezzjonijiet liberi, ġusti u trasparenti jkunu jistgħu jsiru; ifakkar li l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti għandha tkun istituzzjoni imparzjali u inklussiva mogħnija b'riżorsi suffiċjenti li jippermettu proċess trasparenti u komprensiv;

15.  Jitlob li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-organizzazzjoni tal-proċess elettorali; u jitlob li l-atturi internazzjonali kollha jagħtu lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo l-appoġġ politiku, finanzjarju, tekniku u loġistiku kollu meħtieġ biex l-elezzjonijiet isiru sa Diċembru 2017; jitlob trasparenza rigward kull appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha għall-elezzjonijiet Kongoliżi;

16.  Iħeġġeġ li ssir investigazzjoni sħiħa, eżawrjenti u trasparenti dwar l-atti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li allegatament seħħew waqt il-protesti sabiex dawk responsabbli jiġu identifikati u jkollhom jagħtu rendikont ta' għemilhom;

17.  Jilqa' l-adozzjoni tas-sanzjonijiet immirati tal-UE, inklużi l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi, kontra dawk responsabbli għar-repressjoni vjolenti u għall-imminar tal-proċess demokratiku fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; jitlob li l-Kunsill jikkunsidra li jestendi dawn il-miżuri restrittivi jekk iseħħu każijiet ulterjuri ta' vjolenza, kif jipprevedi l-Ftehim ta' Cotonou;

o
o   o

18.  Jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex jinvestiga l-atti ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew dan l-aħħar fiż-żewġ pajjiżi;

19.  Jistieden lill-awtoritajiet Kongoliżi u Gaboniżi biex jirratifikaw il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza mill-aktar fis possibbli;

20.  Jitlob li d-Delegazzjoni tal-UE tuża l-għodod u l-istrumenti kollha xierqa biex tappoġġja lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-movimenti favur id-demokrazija, u tibda djalogu politiku msaħħaħ mal-awtoritajiet, kif jipprevedi l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou;

21.  Jitlob, barra minn hekk, li l-UE u l-pajjiżi tal-AKP, f'kollaborazzjoni man-NU u mal-Unjoni Afrikana, jibqgħu jissorveljaw mill-qrib is-sitwazzjoni ġenerali fiż-żewġ pajjiżi;

22.  Jenfasizza li s-sitwazzjoni fil-Gabon u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tikkostitwixxi theddida serja għall-istabbiltà tar-reġjun tal-Afrika Ċentrali kollu kemm hu; itenni l-appoġġ tiegħu għall-Unjoni Afrikana fir-rwol kruċjali tagħha fil-prevenzjoni ta' kriżi politika fir-reġjun u ta' kwalunkwe destabbilizzazzjoni ulterjuri tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-Presidenti, lill-Prim Ministri u lill-Parlamenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tal-Gabon, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


Implimentazzjoni dwar Erasmus +
PDF 473kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (2015/2327(INI))
P8_TA(2017)0018A8-0389/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim ta' matul il-ħajja(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010 dwar l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Jannar 2011 bit-titolu "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport" (COM(2011)0012),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar "Żgħażagħ attivi: qafas biex jittejbu s-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ"(5),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu "Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa" (COM(2011)0567),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2011 dwar "Aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti"(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 u tad-29 ta' Novembru 2011 dwar punt ta' riferiment għall-mobbiltà għat-tagħlim(7),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(8),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) – "L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva”(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar "Reviżjoni tal-edukazzjoni"(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità li tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (id-"Dikjarazzjoni ta' Pariġi"), adottata fil-laqgħa informali tal-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta' Marzu 2015 f'Pariġi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ(11),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 bit-titolu "L-Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018)" (COM(2015)0429),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) "Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ"(12),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali(13),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja(16),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2016 dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2016 dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ f'approċċ integrat u transsettorjali biex tiġi evitata u miġġielda r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa" (COM(2016)0381),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar is-segwitu tal-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020)(17),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tar-Regoli ta' Proċedura, u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, (A8-0389/2016),

A.  billi Erasmus+ hu wieħed mill-programmi tal-UE li l-iktar irnexxew u huwa għodda ewlenija favur l-appoġġ ta' attivitajiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u huwa mfassal biex itejjeb il-potenzjal tal-karriera taż-żgħażagħ u joffri rabtiet soċjali lill-parteċipanti; billi matul il-perjodu 2014-2020 ingħatat l-opportunità lil aktar minn erba' miljun Ewropew biex jistudjaw, jitħarrġu u jagħmlu volontarjat f'pajjiż ieħor;

B.  billi l-Kummissjoni Ewropea wriet flessibilità u ħadet passi innovattivi biex timmira lejn sfidi ġodda, bħalma hi proposta għar-rifuġjati, u biex trawwem valuri ċiviċi fi ħdan l-inċentivi li joffri Erasmus+ lejn djalogu interkulturali aktar attiv u parteċipattiv;

C.  billi r-rilevanza kbira edukattiva, politika u ekonomika kif ukoll ir-rilevanza għas-soċjetà tal-programm hija riflessa fiż-żieda fil-baġit ta' 40 % għall-perjodu tal-programm, u fir-rata ta' impenn tal-baġit previst, li laħqet kważi 100 % minħabba għadd kbir ta' applikazzjonijiet;

D.  billi għadha mhix disponibbli d-data kollha rilevanti għal analiżi kwantitattiva u kwalitattiva sħiħa tal-implimentazzjoni, u billi għadu kmieni wisq biex issir valutazzjoni kwalitattiva tal-impatt tal-programm;

E.  billi r-riżultati tal-Istudju dwar l-Impatt ta' Erasmus tal-2014(18) juru li dawk li studjaw jew tħarrġu barra mill-pajjiż għandhom darbtejn aktar ċans li jsibu impjieg meta mqabbla ma' oħrajn li m'għandhomx esperjenza simili, li 85 % tal-istudenti ta' Erasmus jistudjaw jew jitħarrġu barra minn pajjiżhom sabiex itejbu l-impjegabilità tagħhom barra mill-pajjiż, li r-rata tal-qgħad ta' dawk li studjaw jew tħarrġu barra l-pajjiż huwa 23 % inqas ħames snin wara li jiggradwaw; billi l-Istudju dwar l-Impatt ta' Erasmus juri wkoll li 64 % ta' dawk li jħaddmu jaħsbu li esperjenza internazzjonali hija importanti għar-reklutaġġ (meta mqabbla ma' 37 % biss fl-2006) u li l-gradwati bi sfond internazzjonali jingħataw responsabilità professjonali akbar; billi wieħed minn kull tliet trainees ta' Erasmus jiġu offruti impjieg fl-intrapriża fejn ikunu għamlu t-traineeship tagħhom u kważi wieħed minn kull għaxar trainee ta' Erasmus li jkun għadda minn esperjenza ta' xogħol fetaħ kumpanija tiegħu stess u tlieta minn kull erbgħa jippjanaw jew għandhom il-ħsieb li jagħmlu l-istess;

Konklużjonijiet prinċipali

1.  Jinnota li Erasmus+ hu l-programm ewlieni tal-UE dwar il-mobilità, l-edukazzjoni u t-taħriġ, li ġie allokat żieda ta' 40 % fil-baġit meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013, minħabba r-riżultati pożittivi tiegħu u d-domanda għolja għalih;

2.  Jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-aġenziji nazzjonali jistennew li l-objettivi tal-programm Erasmus+ fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jintlaħqu;

3.  Iqis li l-programm Erasmus+ għandu rwol vitali fit-trawwim tal-identità u l-integrazzjoni Ewropej, is-solidarjetà, it-tkabbir inklużiv u sostenibbli, l-impjiegi ta' kwalità, il-kompetittività, il-koeżjoni soċjali u l-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ billi jagħti kontribut pożittiv għat-titjib tas-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, iċ-ċittadinanza Ewropea attiva, u prospetti aħjar għall-impjiegi, billi jipprovdi lill-Ewropej bl-opportunità li jakkwistaw numru ta' ħiliet u kompetenzi personali u professjonali trasversali u trasferibbli permezz ta' studji, taħriġ, esperjenza ta' xogħol barra mill-pajjiż, u ta' volontarjat, kif ukoll billi joffri lill-individwi l-possibilità li jgħixu b'mod aktar indipendenti, li jadattaw aktar faċilment u jiksbu żvilupp personali;

4.  Jenfasizza li, għalkemm il-programm b'mod ġenerali huwa aktar viżibbli mill-predeċessur tiegħu, il-programmi settorjali differenti għad m'għandhomx viżibilità; ifakkar f'dan il-kuntest li l-fatturi u l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti jridu jiġu kkunsidrati matul l-implimentazzjoni tal-programm;

5.  Jenfasizza li formati speċifiċi għas-settur bħas-sessjonijiet ta' ħidma Grundtvig u inizjattivi nazzjonali taż-żgħażagħ miftuħa għal gruppi informali jeħtiġilhom jerġgħu jiġu introdotti, u inizjattivi transnazzjonali taż-żgħażagħ għandhom ikunu aċċessibbli b'mod aktar faċli; jipproponi li l-impatt tal-programm jiġi massimizzat permezz ta' azzjonijiet eliġibbli ġodda, pereżempju bl-introduzzjoni ta' skambji taż-żgħażagħ fuq skala kbira abbażi tal-istruttura fuq skala kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1);

6.  Jenfasizza li l-kapitolu tal-programm dwar iż-żgħażagħ hu l-iktar wieħed milqut mill-interess dejjem akbar taċ-ċittadini Ewropej f'Erasmus+; jinnota li, attwalment, 36 % tas-sottomissjonijiet kollha ta' Erasmus+ huma fil-qasam taż-żgħażagħ, b'żieda ta' 60 % f'sottomissjonijiet bejn l-2014 u l-2016;

7.  Jirrikonoxxi l-importanza tad-Djalogu Strutturat tal-UE dwar iż-żgħażagħ, proċess parteċipattiv li jagħti liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika tal-UE għaż-żgħażagħ u jinfluwenzawha, u jilqa' l-appoġġ li l-programm qed jipprovdi għall-proċess permezz tal-appoġġ għall-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali u l-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) tal-proġetti ta' Djalogu Strutturat; jinnota li s-Servizz Volontarju Ewropew huwa format ta' tagħlim u esperjenza intensiv għaż-żgħażagħ u jirrikjedi qafas ta' kwalità għolja; jenfasizza li l-aċċess għall-programm Erasmus+ għandu jkompli jibqa' riżervat primarjament għas-soċjetà ċivili;

8.  Jirrikonoxxi li, skont rapporti minn partijiet interessati fil-livelli kollha, filwaqt li l-ewwel sentejn u nofs tal-implimentazzjoni tal-programmi kienu diffiċli u ta' sfida, sadanittant sar titjib, għalkemm is-simplifikazzjonijiet introdotti permezz ta' approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd f'ħafna każijiet kellhom effett negattiv; iqis li l-fatt li jkun hemm inqas ostakoli burokratiċi jwassal għal programm usa' u aktar aċċessibbli; għalhekk jitlob li jsiru iżjed sforzi biex titnaqqas il-burokrazija tul iċ-ċiklu tal-proġett u biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż b'mod xieraq u b'rabta mal-baġit jew it-tip ta' proġett; fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-djalogu mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili sabiex jiġi żgurat l-akbar aċċess possibbli għall-programm; jiddispjaċih li, minħabba l-piż amministrattiv għoli, il-finanzjament ta' Erasmus+ jista' ma jkunx possibbli għal organizzazzjonijiet iżgħar; jemmen li r-rekwiżiti burokratiċi u ta' rappurtar għandhom jiġu ssimplifikati;

9.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma tipprovdi l-ebda data dwar il-kwalità ta' proġetti ta' suċċess; jenfasizza li l-analiżi tal-kwalità ta' kull proġett u l-espożizzjoni trasparenti tar-riżultati huma pass ovvju li l-Kummissjoni għandha tieħu, u dan jista' jikkontribwixxi għal rata ogħla ta' suċċess fl-applikazzjonijiet;

10.  Jenfasizza l-għan ta' implimentazzjoni aktar sempliċi, aktar faċli għall-utent u aktar flessibbli għadu ma ntlaħaqx; jiddeplora f'dan il-kuntest in-nuqqas kontinwu ta' ċarezza u livell mhux ugwali ta' dettall fil-Gwida tal-Programm, kif ukoll il-formoli ta' applikazzjoni kkumplikati ż-żejjed li poġġew lill-applikanti iżgħar, mingħajr esperjenza u mhux professjonisti fi żvantaġġ konsiderevoli; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jimpenja ruħu favur titjib fil-programm, jagħmlu aktar faċli għall-utent filwaqt li titqies l-importanza li ssir distinzjoni bejn id-diversi setturi u gruppi ta' benefiċjarji; jiddispjaċih dwar il-perjodi twal ta' pagament ta' Erasmus+ li jaffettwaw il-possibilitajiet ta' organizzazzjonijiet iżgħar biex japplikaw għal finanzjament;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika b'mod sinifikanti l-proċedura ta' applikazzjoni, u tibdel il-Gwida tal-Programm u tagħmilha aktar faċli għall-utent u speċifika għas-settur, billi tgħaqqad flimkien l-informazzjoni rilevanti kollha għal kull programm settorjali f'kapitolu wieħed, u tippubblika l-formoli ta' applikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha fl-istess ħin tal-gwida tal-programm u ferm qabel id-data ta' skadenza tal-applikazzjoni, u kif ukoll tipprovdi indikazzjoni ċara tad-dokumenti meħtieġa f'kull stadju; jitlob kjarifika u simplifikazzjoni tat-taqsima finanzjarja tal-formola elettronika; jenfasizza li valutazzjoni kkoordinata u kosistenti, appoġġata minn esperti indipendenti, hija meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet;

12.  Jenfasizza l-importanza ta' eżiti ċari tat-tagħlim u deskrizzjonijiet ta' impjieg speċifiċi għall-esperjenzi ta' xogħol f'pajjiż ieħor fil-kuntest ta' Erasmus+ għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-istudenti, it-trainees, l-apprendisti u l-voluntiera; jenfasizza li t-tħejjija tal-kandidati qabel l-esperjenzi internazzjonali tagħhom hija parti integrali tal-attività u jeħtieġ li tinkludi sessjonijiet ta' gwida għall-karriera u korsijiet tal-lingwa, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ ta' integrazzjoni soċjali u kulturali, inkluża komunikazzjoni bejn il-kulturi li trawwem il-parteċipazzjoni tal-persuni fis-soċjetà u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tagħhom; meta wieħed iqis l-importanza tal-multilingwiżmu fit-titjib tal-impjegabilità taż-żgħażagħ, iqis li għandhom isiru aktar sforzi għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-multilingwiżmu fil-programm Erasmus+; jilqa' l-fatt li l-ħiliet fil-lingwi barranin tal-parteċipanti f'Erasmus+ se jissaħħu, inklużi lingwi ġirien li jistgħu iżidu l-mobilità u l-impjegabilità fis-suq tax-xogħol transfruntier; iqis li l-korsijiet tal-lingwa għal parteċipanti tal-mobilità li jiġu f'pajjiż jistgħu jitwasslu b'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet edukattivi u l-kumpaniji ospitanti, u jiġu adattati għall-qasam ta' studju jew traineeship tagħhom;

13.  Ifakkar li minkejja ż-żieda sinifikanti fil-baġit ġenerali, żieda limitata biss għall-ewwel nofs tal-perjodu tal-programm ġiet prevista fil-QFP, li wassal, sfortunatament, għaċ-ċaħda ta' ħafna proġetti ta' kwalità għolja u għalhekk rata baxxa ta' suċċess u ta' nuqqas ta' sodisfazzjon kbir fost l-applikanti;

14.  Jilqa' ż-żieda ta' fondi disponibbli għall-programm Erasmus+ għas-sena 2017 bi kważi EUR 300 miljun meta mqabbel mal-2016; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li dawn il-fondi jintużaw parzjalment għal titjib fil-partijiet dgħajfa tal-programm u l-iktar biex jiżdied l-għadd ta' proġetti ta' kwalità;

15.  Jirrikonoxxi li l-investiment mill-baġit tal-UE taħt Erasmus+ jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tal-ħiliet, għall-impjegabilità u anqas riskju ta' qgħad fit-tul għaż-żgħażagħ Ewropej, kif ukoll għaċ-ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ;

16.  Jemmen li ż-żieda ta' 12.7 % fil-baġit totali fl-2017 meta mqabbel mal-2016 u żidiet annwali ulterjuri tal-bqija tas-snin tal-programm se jirriżultaw f'rati ta' suċċess ogħla u sodisfazzjon akbar fost l-applikanti; jistenna l-implimentazzjoni tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li talloka EUR 200 miljun addizzjonali għall-perjodu li fadal tal-programm, għalkemm hu meħtieġ sforz baġitarju anki akbar biex tiġi koperta d-domanda f'setturi sottofinanzjati, li fil-fatt huwa ħafna ogħla mill-fondi disponibbli; jinnota li 48 % tal-aġenziji nazzjonali jirrapportaw li l-azzjonijiet tal-programm mhumiex iffinanzjati b'baġit suffiċjenti;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza l-azzjonijiet ewlenin tal-programm u s-setturi li jidhru li għandhom nuqqas ta' finanzjament, bħal l-Azzjoni Ewlenija 2 tas-Sħubiji Strateġiċi (KA2), l-edukazzjoni tal-adulti, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u l-edukazzjoni ogħla, u dawk li jistgħu jibbenefikaw l-aktar minn żidiet baġitarji; jissottolija l-ħtieġa li jinżamm monitoraġġ kontinwu tal-programm bl-għan li jiġu identifikati dawk l-oqsma u s-setturi, biex jiġu adottati miżuri korrettivi malajr kemm jista' jkun; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament għall-mobilità, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika biex tiżdied il-mobilità ta' gruppi sottorappreżentati; jenfasizza li, minħabba ħtiġijiet speċifiċi għas-settur, huma meħtieġa linji baġitarji speċjali għal setturi differenti; jirrimarka li l-baġit għandu jintuża esklużivament bħala parti mid-dipożizzjonijiet tal-programm;

18.  Jenfasizza li mezzi virtwali huma mod wieħed biex jiġi appoġġat it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati, iżda li l-kuntatti personali u l-attivitajiet wiċċ imb'wiċċ għandhom rwol importanti ħafna għas-suċċess ta' proġett u tal-programm inġenerali; f'dan ir-rigward jemmen li l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni fl-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu seminars u attivitajiet li jilħqu l-parteċipanti potenzjali in persona;

19.  Jenfasizza wkoll li komponent qawwi għall-parteċipanti kollha f'Erasmus+ huwa l-iżvilupp tal-ħiliet lingwistiċi tagħhom; jilqa', għalhekk, l-għodod online tal-lingwa li huma offruti mill-Kummissjoni, iżda jinnota li l-qafas (nazzjonali, reġjonali, lokali) akkompanjanti għandu jiġi stabbilit sabiex il-mobilità tkun ta' suċċess, b'mod partikolari għal tfal tal-età tal-iskola u l-istudenti tal-ETV, kif ukoll il-persunal, biex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni tagħhom f'ambjenti differenti;

20.  Jinnota li, attwalment, 1 % biss taż-żgħażagħ fi skemi ta' taħriġ relatati max-xogħol, inklużi l-apprendisti, huma involuti fi skemi ta' mobilità matul it-taħriġ tagħhom; jirrimarka li huwa essenzjali li jinħolqu l-kundizzjonijiet għal mobilità akbar tal-apprendisti fi ħdan l-UE, sabiex l-apprendisti jingħataw l-istess opportunitajiet bħal studenti ta' edukazzjoni għolja u b'hekk jintlaħqu l-objettivi tal-ġlieda kontra l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

21.  Jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni informali u mhux formali, il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni fl-isport u l-volontarjat fil-Programm Erasmus+ bħala modi kif jiġi stimulat l-iżvilupp tal-kompetenzi ċiviċi, soċjali u interkulturali, biex jitrawmu l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ u biex jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapital uman u soċjali tagħhom;

22.  Jenfasizza li preċedentement, Erasmus u Leonardo kienu primarjament immirati lejn żgħażagħ b'livelli ogħla ta' ħiliet u b'għażliet ta' aċċess għas-suq tax-xogħol aħjar, u ma rnexxilhomx jilħqu lill-aktar vulnerabbli; jiġbed l-attenzjoni lejn l-objettiv tal-UE li jitnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u l-faqar; jenfasizza li l-persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, li huma grupp ta' individwi b'riskju għoli ta' faqar u qgħad, għandhom ikunu sew fil-mira tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; jenfasizza li l-programmi għal dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien ma jistgħux ikunu l-ETV ġenerali standard jew programmi ta' skambju iżda għandhom jiffukaw fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, fuq aċċess faċli u finanzjament sempliċi flimkien ma' ambjenti ta' tagħlim informali jew mhux formali;

23.  Jinnota l-isfidi l-ġodda tas-soċjetà u l-kontenut tal-impjiegi li jinsab f'evoluzzjoni kontinwa; ifakkar li l-programm Erasmus+ iħejji wkoll liż-żgħażagħ għax-xogħol u jqis li għandu jkun hemm attenzjoni speċjali lejn bidla minn kompetenzi speċifiċi għax-xogħol għal ħiliet personali, il-promozzjoni tal-akkwist ta' settijiet ta' ħiliet u ta' kompetenzi trasversali u trasferibbli bħall-intraprenditorjat, il-litterizmu fl-ICT, il-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi u mentalità innovattiva, l-awtostima, l-adattabilità, il-bini tal-ispirtu ta' tim, il-ġestjoni ta' proġetti, il-valutazzjoni tar-riskju u t-teħid ta' riskju, kif ukoll kompetenzi soċjali u ċiviċi li huma ta' rilevanza għolja għas-suq tax-xogħol; iqis li dan għandu jinkludi wkoll il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u l-integrazzjoni ta' persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà;

24.  Jinnota li l-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti kienet biss imnieda fi Frar 2015 wara l-iffirmar tal-ftehim ta' delega mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) f'Diċembru 2014, u li sal-lum hemm biss tliet banek fi Franza u Spanja li jipparteċipaw f'din l-għodda innovattiva; jiddispjaċih li din l-għodda finanzjarja għadha 'l bogħod milli tilħaq ir-riżultati mistennija, peress li sa llum huma biss 130 student tal-Masters li qed jipparteċipaw; jitlob li ssir valutazzjoni kritika tal-Faċilità ta' Garanzija ta' Self, billi jiġu eżaminati l-iskop u l-aċċessibilità tagħha madwar l-Ewropa, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Parlament, tipproponi strateġija biex talloka mill-ġdid parti mill-baġit li probabbilment mhux se tintuża sal-2020; jissottolinja li r-rata ġenerali ta' studenti bid-dejn għandha tiġi mmonitorjata sabiex jiġi ggarantit li l-istrumenti finanzjarji komprensivi użati mill-programm jissarrfu f'aktar individwi megħjuna;

25.  Jiddispjaċih li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lid-dilettanti sportivi, u d-dilettanti sportivi b'diżabilità b'mod partikolari, fil-livell lokali huma estremament sottorappreżentati bħala parteċipanti tal-proġett fl-implimentazzjoni ta' proġetti tal-isports tal-massa; jilqa' l-introduzzjoni ta' Sħubiji Kollaborattivi Żgħar b'inqas rekwiżiti amministrattivi bħala pass importanti li jippermetti lill-organizzazzjonijiet tal-isports tal-massa iżgħar biex jieħdu sehem fil-programm u jissaħħu aktar; jenfasizza li azzjoni intersettorjali, li f'dan il-każ issaħħaħ aktar mill-qrib ir-rabta bejn l-isport u l-edukazzjoni, tista' tikkontribwixxi biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas; jinnota li din il-prattika għandha tiġi estiża għal oqsma oħra ta' finanzjament tal-proġett Erasmus+, speċjalment għal organizzazzjonijiet volontarji;

26.  Jilqa' b'mod partikolari l-involviment tal-programm Erasmus+ fil-kooperazzjoni u l-attivitajiet tal-isport tal-massa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċessibilità u l-parteċipazzjoni fil-programm minn atturi dilettanti bħall-klabbs tal-isport; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-finanzjament eżistenti disponibbli għall-isport taħt il-programm Erasmus+ huwiex qed jintuża b'mod effettiv u għall-benefiċċju tal-isport għad-dilettanti, u, jekk le, biex jiġu identifikati alternattivi għal titjib b'enfasi fuq l-isport u l-edukazzjoni fil-livelli bażiċi biex tissaħħaħ il-viżibilità, biex tiġi promossa l-attività fiżika u l-isport isir aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ approċċ transsettorjali rigward l-isport għad-dilettanti fost l-azzjonijiet rilevanti kollha ta' Erasmus+ u biex tikkoordina l-azzjonijiet f'dan il-qasam sabiex jiġu żgurati l-effikaċja u l-impatt mixtieq tagħhom;

27.  Jenfasizza l-valur miżjud ta' azzjonijiet tal-ETV ta' Erasmus+ fl-appoġġ tal-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' gruppi żvantaġġati f'opportunitajiet ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ vokazzjonali sabiex tissaħħaħ it-tranżizzjoni tagħhom għas-suq tax-xogħol;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, inklużi l-aġenziji tal-UE bħal Cedefop itejbu l-kwalità, l-aċċessibilità u l-ugwaljanza fl-aċċess tal-programmi ta' mobilità ETV sabiex dawn jagħtu valur miżjud lill-parteċipanti kollha f'termini ta' kwalifiki, rikonoxximent u kontenut, u biex jiġi żgurat li jiġu introdotti standards ta' kwalità għall-programmi ta' apprendistati;

29.  Jirrikonoxxi li, fir-rigward tar-rati għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'ċerti Stati Membri, objettiv ewlieni ta' Erasmus+ huwa li jħejji ż-żgħażagħ għall-impjieg; fl-istess ħin jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi ppreservat l-istatus ta' attivitajiet barra mill-iskola, it-taħriġ vokazzjonali u l-istudju fi ħdan il-programm Erasmus+;

30.  Ifakkar lill-Kummissjoni li p-persuni b'diżabilitajiet, bħall-persuni neqsin mis-smigħ, għandhom ħtiġijiet speċjali, u għalhekk jeħtieġu finanzjament adegwat u appoġġ xieraq, bħal interpreti tal-lingwa tas-sinjali, u aċċess għal aktar informazzjoni u għotja raġonevoli biex jiksbu aċċess għall-programm Erasmus+; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha biex tintroduċi miżuri ulterjuri sabiex tagħti lill-persuni b'diżabilità aċċess mingħajr ostakli u nondiskriminatorju għall-programmi ta' boroż ta' studju kollha fil-qafas ta' Erasmus+; iqis li jkun utli, jekk ikun hemm bżonn, li jinħatru l-hekk imsejħa "coaches" fi ħdan l-aġenziji nazzjonali, bil-għan li jagħtu pariri dwar l-aħjar allokazzjoni possibbli ta' finanzjament;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati, jew finanzjarjament jew permezz ta' inċentivi fiskali, l-SMEs li joffru taħriġ vokazzjonali taħt il-programm Erasmus+;

Rakkomandazzjonijiet

32.  Iqis li l-programm Erasmus+ huwa wieħed mill-pilastri ewlenin għall-adattament tal-popolazzjoni Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tisfrutta bis-sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi kooperazzjoni transettorjali taħt Erasmus+, li hija ħafna ogħla minn dik taħt il-programmi preċedenti, u biex tevalwa l-kooperazzjoni transsettorjali fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm ippreżentat fi tmiem l-2017; jirrikonoxxi li l-proġetti u l-attivitajiet transsettorjali juru l-potenzjal li jittejjeb ir-rendiment tal-programm; jitlob li l-mobilità edukattiva ssir parti minn kwalunkwe programm ta' edukazzjoni għolja jew vokazzjonali sabiex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja u tas-sistema tal-ETV, biex individwi jiġu megħjuna jtejbu l-ħiliet professjonali tagħhom, il-kompetenzi tagħhom u l-iżvilupp tal-karriera tagħhom, kif ukoll biex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-kompetenzi miksuba matul il-mobilità fis-setturi mmirati kollha u biex jitrawwem l-għarfien dwar it-tagħlim, it-taħriġ u l-ħidma taż-żgħażagħ; jenfasizza l-valur miżjud ta' azzjonijiet tal-ETV ta' Erasmus+ fl-appoġġ tal-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' gruppi żvantaġġati f'opportunitajiet ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ vokazzjonali sabiex tissaħħaħ it-tranżizzjoni tagħhom għas-suq tax-xogħol; jitlob opportunitajiet aħjar għall-istudenti tal-ETV biex isegwu internship jew parti mill-istudji tagħhom f'pajjiżi ġirien, pereżempju permezz tal-finanzjament tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' studenti li jibqgħu jgħixu f'pajjiżhom stess;

33.  Jindika Erasmus+ bħala strument importanti għal titjib fil-kwalità tal-ETV madwar l-UE; jenfasizza l-fatt li l-ETV inklużiva ta' kwalita u l-mobilità tal-ETV għandhom rwol ekonomiku u soċjali essenzjali fl-Ewropa, f'suq tax-xogħol li qiegħed jinbidel rapidament, bħala mezz biex jipprovdu liż-żgħażagħ u lill-adulti bil-ħiliet professjonali u l-ħiliet tal-ħajja meħtieġa għat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol; jenfasizza li l-ETV u l-mobilità tal-ETV għandhom irawmu opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali għaċ-ċittadini kollha, inklużi n-nisa li huma sottorappreżentati fl-ETV u persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi r-Rom, iż-żgħażagħ qiegħda, il-persuni b'diżabilitajiet, l-abitanti ta' żoni remoti, l-abitanti tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-migranti; jissuġġerixxi wkoll li tingħata attenzjoni lill-benefiċjarji bi kwalifiki baxxi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom u b'hekk tittejjeb il-kapaċità tal-programmi li jilħqu lill-udjenza fil-mira;

34.  Jirrimarka li f'xi Stati Membri għad hemm selettività soċjali biex wieħed ikollu aċċess għall-mobilità; jiddispjaċih li l-inugwaljanzi fi ħdan u bejn l-Istati Membri qegħdin jagħmlu l-aċċess għall-programm diffiċli għaliex joħolqu ostakli għall-applikanti, speċjalment għall-studenti bi dħul baxx; jinnota l-perċentwal għoli ta' studenti fil-mobilità appoġġati minn partijiet terzi (il-familja, il-ġenituri, is-sħab, l-atturi lokali qrib il-benefiċjarji); jinnota li ħafna studenti ħaddiema jirriżenjaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-mobilità minħabba t-telf potenzjali ta' dħul; jinnota li t-tneħħija ta' ostakli għall-mobilità, bħall-ostakli finanzjarji, u rikonoxximent aħjar ta' eżiti ta' xogħol/studju internazzjonali huma għodod importanti biex l-objettivi KA1 jintlaħqu; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jżidu l-għajnuna finanzjarja għal dawk li ma jistgħux jipparteċipaw minħabba restrizzjonijiet finanzjarji, u jfittex possibilitajiet oħra biex tiġi ffaċilitata l-mobilità tagħhom sabiex Erasmus+ isir verament aċċessibbli għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u aċċess ugwali għall-programm;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-mobilità mal-Ewropa kollha anki fi żminijiet ta' kriżi u biex iżżomm għażliet li jagħmluha possibbli għall-pajjiżi li jipparteċipaw fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja biex ikollhom aċċess għall-programm Erasmus+;

36.  Ikompli jesprimi tħassib dwar il-fatt li Erasmus+ huwa kkunsidrat miż-żgħażagħ u mill-pubbliku ġenerali prinċipalment bħala programm għall-edukazzjoni għolja; jirrakkomanda, għaldaqstant, li tingħata aktar importanza biex il-profil jissaħħaħ fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali tas-setturi differenti li l-persuni jistgħu japplikaw għalihom, inkluż l-edukazzjoni fil-livell tal-iskola, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni għolja internazzjonali, l-ETV, l-edukazzjoni għall-adulti, iż-żgħażagħ u l-isport u l-volontarjat kif ukoll b'enfasi fuq il-possibilità ta' proġetti trasversali, b'mod partikolari permezz ta' kampanja ta' informazzjoni u ħidma fir-relazzjonijiet pubbliċi dwar il-kontenut tal-programmi kollha;

37.  Iqis il-marki stabbiliti (Comenius, Erasmus, Erasmus Mundus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u Żgħażagħ fl-Azzjoni) u logos tagħhom bħala għodda importanti fil-promozzjoni tal-varjetà tal-programm; jinnota wkoll li l-isem "Erasmus+" qed isir l-iktar wieħed magħruf, speċjalment għall-persuni ġodda; jenfasizza li l-programm għandu jiddefendi l-isem ġdid tiegħu "Erasmus+" u jenħtieġ li jkompli juża metodi differenti biex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tenfasizza r-relazzjoni tal-programm Erasmus+ bl-ismijiet tal-marki stabbiliti u l-varjetà wiesgħa tiegħu ta' sottoprogrammi; jappella li l-isem "Erasmus+" jiżdied mal-programmi individwali (sabiex isiru "Erasmus+ Comenius", "Erasmus+ Mundus", "Erasmus+ Leonardo da Vinci", "Erasmus+ Grundtvig" u "Erasmus+ Żgħażagħ fl-Azzjoni"); jistieden lill-partijiet interessati kollha jkomplu jużawhom, speċjalment fil-pubblikazzjonijiet u l-fuljetti, sabiex tinżamm u tissaħħaħ l-identità tal-programmi settorjali, biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent imtejjeb u biex tingħeleb kull konfużjoni fost il-benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tfassal il-gwida ta' Erasmus+ bl-għajnuna ta' marki stabbiliti sew u biex tuża dawn it-tikketti rigorożament fil-gwida;

38.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha lejn mod ta' ħidma miftuħ, konsultattiv u trasparenti u biex tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili (inkluż, fejn xieraq, l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri, l-istudenti, l-għalliema u l-persunal mhux għalliem, u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ) fil-livelli kollha ta' implimentazzjoni; jenfasizza li l-programm Erasmus+ għandu jsir xempju tat-trasparenza tal-Unjoni Ewropea, rikonoxxut bħala tali miċ-ċittadini tagħha, li jevolvi lejn sitwazzjoni fejn 100 % tad-deċiżjonijiet u l-proċessi tiegħu isiru kompletament trasparenti, speċjalment rigward id-dimensjonijiet finanzjarji tagħhom; ifakkar li deċiżjonijiet kompletament trasparenti jipprovdu fehim aktar ċar għal dawn il-proġetti u individwi li l-applikazzjonijiet tagħhom ma kinux ta' suċċess;

39.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Kumitat tal-Programm, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 li jistabbilixxi Erasmus+, bħala attur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-programm u sabiex jitkattar il-valur miżjud Ewropew permezz ta' komplementarjetà u sinerġija mtejba bejn Erasmus+ u l-politiki fil-livell nazzjonali; jitlob rwol aktar b'saħħtu għall-Kumitat tal-programm u r-rwol tiegħu fid-deċiżjonijiet politiċi; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tikkondividi informazzjoni ddettaljata dwar id-distribuzzjoni ta' fondi ċentralizzati lill-Kumitat tal-Programm;

40.  Jenfasizza li dawn l-għodod tal-IT ma jenħtieġx li jinftiehmu biss bħala mezz għall-proċessi ta' ġestjoni, applikazzjoni u amministrazzjoni, iżda li jistgħu wkoll jipprovdu modi importanti biex jinżamm kuntatt mal-benefiċjarji, u l-iffaċilitar ta' kuntatt bejn il-pari fosthom, billi potenzjalment jipprovdu appoġġ għal bosta proċessi oħrajn, p.e. rispons mingħand il-benefiċjarji, mentoring reċiproku u tisħiħ fil-viżibilità tal-programm;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura skambju regolari ta' informazzjoni u kooperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali, il-korpi ta' implimentazzjoni u l-organizazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew u l-aġenziji nazzjonali kemm fl-azzjonijiet tal-programm deċentralizzati u dawk ċentralizzati; jistieden lill-aġenziji nazzjonali jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq il-homepages tagħhom fl-istess format u bl-istess kontenut kulfejn dan ikun possibbli;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u, rispettivament, lid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) u lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) rispettivament, biex jabilitaw aktar promozzjoni ta' azzjonijiet deċentralizzati, bħall-KA2, billi jipproponu finanzjament adegwat li jkun proporzjonali għad-daqs tal-azzjonijiet;

43.  Jinkoraġġixxi aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji nazzjonali u l-EACEA sabiex jiġu promossi azzjonijiet ċentralizzati tal-Programm Erasmus+, biex jingħata l-appoġġ meħtieġ, sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-programm, biex tingħata informazzjoni addizzjonali dwar il-programm fost applikanti potenzjali, u biex jiġi skambjat feedback dwar titjib fil-proċess ta' implimentazzjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, b'kollaborazzjoni mal-aġenziji nazzjonali, linji gwida ta' implimentazzjoni Ewropej għall-aġenziji nazzjonali; jitlob li jiġu ffaċilitati l-kuntatti bejn il-Kummissjoni, l-aġenziji nazzjonali, il-benefiċjarji tal-programm, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-EACEA bl-iżvilupp ta' pjattaforma ta' komunikazzjoni għall-iskambju ta' informazzjoni u prattiki tajbin, fejn il-partijiet kollha interessati jistgħu jirċievu informazzjoni ta' kwalità, kif ukoll biex dawn jikkondividu l-esperjenzi u s-suġġerimenti tagħhom u għal aktar titjib fil-programm; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-partijiet interessati u l-benefiċjarji fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Programm; jenfasizza li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1288/2013, dan jista' jiġi ffaċilitat bil-ħolqien ta' sottokumitati permanenti li jinvolvi lir-rappreżentanti tal-partijiet interessati u l-benefiċjarji, l-aġenziji nazzjonali settorjali, il-Membri tal-Parlament Ewropew u rappreżentanti mill-Istati Membri;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-modalitajiet ta' ħlas lill-aġenziji nazzjonali, l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet u l-perjodi ta' approprjazzjoni, u li taġġustahom b'mod korrispondenti; jinnota li aktar flessibilità fl-għotjiet għall-mobilità u l-ispejjeż amministrattivi favur soġġorni itwal barra mill-pajjiż għandhom jiġu magħmula possibbli għall-aġenziji nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti aktar flessibilità lill-aġenziji nazzjonali biex iċaqalċu fondi bejn il-KAs sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet potenzjali fil-finanzjament abbażi tal-ħtiġijiet tal-benefiċjarji; jissuġġerixxi l-aġenziji nazzjonali jiġu fdati b'dan il-proċess, minħabba l-familjarità tagħhom man-nuqqasijiet potenzjali fil-finanzjament fil-pajjiż rispettiv tagħhom; jinnota li żieda fil-flessibilità twassal għall-ħtieġa ta' monitoraġġ u għal trasparenza korrispondenti;

45.  Jinsab imħasseb dwar l-għadd dejjem jonqos ta' pool projects taħt Leonardo u jitlob li l-aġenziji nazzjonali jkollhom ambitu akbar ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-ammont ta' sussidji tan-nefqa amministrattiva, sabiex ikunu jistgħu jqisu b'mod aktar effettiv partikolaritajiet nazzjonali bħas-sistema doppja;

46.  Huwa mħasseb dwar id-diffikultajiet tal-aġenziji nazzjonali fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' regoli tal-programmi u jfakkar li 82 % tal-baġit ta' Erasmus+ huwa ġestit taħt azzjonijiet deċentralizzati; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika d-definizzjonijiet u jtejjeb il-gwida dwar l-azzjonijiet deċentralizzati u tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli u r-regolamenti tal-programmi bejn l-aġenziji nazzjonali, waqt li jiġu osservati standards komuni ta' kwalità, l-evalwazzjoni tal-proġetti, u l-proċeduri amministrattivi, u b'hekk tiġi ggarantita implimentazzjoni uniformi u koerenti tal-programm Erasmus+, l-aħjar riżultati għall-baġit tal-UE u l-evitar ta' rati ta' żball;

47.  Jemmen li l-prestazzjoni tal-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li tiġi evalwata u mtejba b'mod regolari sabiex tiġi ssalvagwardjata l-prestazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE; jirrikonoxxi li r-rati ta' parteċipazzjoni u l-esperjenza tal-parteċipanti u tas-sħab jenħtieġ li jkunu element ewlieni f'dan ir-rigward;

48.  Jissuġġerixxi li l-istruttura organizzattiva tas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni tiġi allinjata mal-istruttura tal-programm;

49.  Jitlob aktar titjib fl-għodod rilevanti tal-IT u li jsir enfasi fuq is-simplifikazzjoni, il-faċilita' tal-użu u titjib fir-rabtiet bejn l-għodod differenti pjuttost milli jiġu żviluppati oħrajn ġodda; ifakkar, f'dan il-kuntest, li għodod ġodda tal-IT huma fost l-iktar mezzi favoriti ta' interazzjoni bil-web użati minn ċittadini żgħażagħ; jissottolinja li t-teknoloġiji tal-IT jistgħu jaqdu rwol importanti biex tissaħħaħ il-viżibilità tal-programm;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-eTwinning, l-iSchool Education Gateway, l-Open Education Europe, EPALE, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaformi tal-VALOR IT sabiex tagħmilhom aktar attraenti u faċli għall-utent; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi evalwazzjoni ta' dawn il-pjattaformi fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ta' Erasmus+, li għandha tiġi ppreżentata fi tmiem l-2017;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tottimizza l-prestazzjoni u l-faċilità tal-użu tal-għodod tal-IT, bħall-Mobility Tool, u pjattaformi oħra ta' appoġġ tal-IT bħall-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE), biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji tal-programm jisfruttaw bis-sħiħ l-esperjenzi tagħhom, kif ukoll jippromwovu l-kollaborazzjoni transfruntiera u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-dimensjoni tal-edukazzjoni skolastika tal-programm, billi tippermetti aktar mobilità tal-istudenti, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u ta' finanzjament għall-iskejjel u l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali, u b'hekk tieħu vantaġġ tal-intenzjoni ġenerali ta' Erasmus+ biex trawwem il-kooperazzjoni transettorjali, u bil-ħsieb li tinkoraġġixxi lill-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali sabiex jinvolv ruħhom fi sħubiji mal-iskejjel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-prattiki ta' żvilupp tal-edukazzjoni mhux formali fi ħdan il-programm billi tappoġġa l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ta' fornituri oħra ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, kif ukoll permezz ta' appoġġ kontinwu għas-sħubija taż-żgħażagħ bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa;

53.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' żewġ tipi ta' sħubija strateġika bħala l-ewwel pass pożittiv u importanti biex jiżdiedu l-possibilitajiet biex organizzazzjonijiet żgħar jieħdu sehem fil-programm, peress li ħafna drabi jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti u b'hekk isofru diskriminazzjoni, li tippreġudika r-reputazzjoni u s-sens ta' persważjoni tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni twettaq titjib li se jagħmel il-programm aktar attraenti sabiex jiġi żgurat li aktar organizzazzjonijiet żgħar jiġu inklużi fl-attivitajiet tal-programm bl-għan aħħari li jiżdied is-sehem tagħhom fil-programm, b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-kwalità; jilqa' l-istabbiliment tal-linji gwida ta' implimentazzjoni Ewropej u sit tal-FAQs aktar dettaljata għar-razzjonalizzazzjoni tat-tweġibiet dwar il-kriterji ta' selezzjoni u biex jintwerew il-proġetti magħżula sabiex tiġi ċċarata s-selezzjoni u l-organizzazzjonijiet żgħar jingħataw appoġġ aħjar; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti diversi organizzazzjonijiet parteċipanti fl-attivitajiet tal-programm u biex jinżamm bilanċ bejniethom;

54.  Jirrakkomanda li l-ammonti ta' sussidju fis-settur ta' kooperazzjoni bejn l-iskejjel jitnaqqsu għall-benefiċċju tal-ammont ta' proġetti ssussidjati, sabiex jiġu ssussidjati direttament l-iskambji skolastiċi, u b'hekk aktar laqgħat personali bejn nies ta' kulturi u lingwi differenti jkunu possibbli; jissottolinja s-sinifikat ta' esperjenzi personali ma' persuni minn sfondi kulturali differenti fir-rigward tal-promozzjoni ta' identità Ewropea u l-idea fundamentali tal-integrazzjoni Ewropea, u jirrakkomanda li jsiru tentattivi biex l-akbar numru possibbli ta' persuni jieħdu sehem, li għandu ċertament ikun il-każ għall-għanijiet tal-programmi kollha; jilqa' f'dan il-kuntest it-titjib li diġà seħħ, iżda jistenna li r-regoli jsiru aktar flessibbli bħala parti mis-sħubiji strateġiċi mill-aġenziji nazzjonali u l-Kummissjoni;

55.  Meta wieħed iqis l-importanza tal-multilingwiżmu fiż-żieda tal-impjegabilità taż-żgħażagħ(19), iqis li għandhom isiru iktar sforzi għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-multilingwiżmu fil-programm Erasmus+;

56.  Jinnota, fil-kuntest tal-isfidi l-ġodda tas-soċjetà għall-Ewropa, il-ħtieġa li jissaħħaħ approċċ Ewropew biex jiġu ffaċċati l-isfidi komuni Ewropej permezz ta' appoġġ għall-proġetti ta' innovazzjoni fuq skala kbira fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ imwettqa min-netwerks tas-Soċjetà Ċivili Ewropea; jirrimarka li dan jista' jsir billi tiġi allokata parti mill-finanzjament totali ta' Erasmus+ ta' KA2 għall-"Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju tal-prattiki tajba" tal-azzjonijiet ċentralizzati;

57.  Jinnota li 75 % tal-aġenziji nazzjonali rrapportaw piż amministrattiv għoli, li jnaqqas il-kapaċità ta' investiment tal-baġit tal-UE u li jhedded li jkollu impatt dirett fuq il-benefiċjarji; jappella lid-DĠ EAC u lill-EACEA jtejbu l-implimentazzjoni, speċjalment fil-proċess ta' applikazzjoni;

58.  Jilqa' l-introduzzjoni tas-sistema tal-ispejjeż unitarji fil-programm sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv; jilqa' wkoll l-aġġustamenti magħmula fl-2016 u previsti għall-2017 mill-Kummissjoni; jinnota li, minħabba r-rekwiżiti regolatorji, xi Stati Membri ma jistgħux japplikaw din is-sistema jew inkella jsibu li l-livelli ta' nfiq mhumiex adegwati meta mqabbla mal-infiq reali; iqis iż-żieda ulterjuri fir-rati tal-ispiża unitarja bħala neċessarji biex jipprovdu appoġġ finanzjarju suffiċjenti għall-parteċipanti tal-proġett, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit li l-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet minn żoni remoti u reġjuni fil-fruntieri ma jkunux żvantaġġati mis-sistema tal-ispiża unitarja; jitlob li l-impenn personali qawwi, b'mod partikolari mill-ħafna voluntiera u l-għalliema, kif ukoll tal-applikanti l-oħra kollha, jiġu ppremjati b'mod xieraq; jitlob l-introduzzjoni (mill-ġdid) ta' finanzjament għall-bidu ta' proġetti sabiex isir kuntatt ma' sħab ta' kooperazzjoni potenzjali jew għal-laqgħat preparatorji, jew allowance totali suffiċjenti biex dawn l-ispejjeż jiġu koperti, pereżempju; jenfasizza li f'dan il-qasam it-trasparenza hija komponent essenzjali tar-rekwiżiti ta' trasparenza u l-miri ġenerali tal-programm Erasmus+;

59.  Jilqa' s-simplifikazzjoni introdotta bl-użu ta' somom f'daqqa u finanzjament b'rata fissa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib modi biex ittejjeb aktar il-proċedura amministrattiva kkumplikata għall-applikanti f'setturi differenti tal-programm; jinsab imħasseb li l-aġenziji nazzjonali qed jirrapportaw piż tal-awditjar ogħla;

60.  Jinnota l-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ operazzjonali għal netwerks Ewropej taħt KA3 "Appoġġ għar-riforma tal-politika" sabiex jiġu mmassimizzati l-promozzjoni u t-tixrid tal-opportunitajiet offruti mill-programm Erasmus+;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi rilevanti biex tagħmel il-volontarjat eliġibbli bħala sors ta' kontribuzzjonijiet proprji għall-baġit tal-proġett, peress li dan jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet iżgħar, speċjalment fl-isport, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li Erasmus+ jippermetti r-rikonoxximent tal-ħin iddedikat għall-attivitajiet tal-volontarjat bħala kofinanzjament fil-forma ta' kontribuzzjonijiet materjali, u li l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għal linji gwida finanzjarji tinkludi dan bħala possibilità; jenfasizza li l-kontribut tal-volontarjat irid ikun rikonoxxut u jingħata viżibilità, jingħata s-sinjifikat speċjali tiegħu għall-programm, dejjem jekk ikun immonitorjat sabiex jiġi żgurat li l-volontarjat jikkomplimenta, iżda ma jissostitwixxix, l-investiment ta' riżorsi pubbliċi;

62.  Jirrikonoxxi l-valur ekonomiku u soċjali tal-volontarjat u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa aħjar lill-organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-volontarjat fl-azzjonijiet tal-programm;

63.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinvolvi organizzazzjonijiet tal-volontarjat fl-iżvilupp ta' din l-inizjattiva ġdida sabiex tiżgura valur miżjud u valur kumplimentari fit-tisħiħ tal-volontarjat fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz baġitarju biex jilqgħu din l-inizjattiva ġdida mingħajr ma jippermettu sottofinanzjament ta' programmi oħra attwali u ta' prijorità, u jitlob li jiġu eżaminati possibilitajiet li jintegrawha fis-Servizz Volontarju Ewropew sabiex jissaħħaħ il-volontarjat fl-UE mingħajr ma jiġu dduplikati inizjattivi u programmi;

64.  Jenfasizza li l-volontarjat huwa espressjoni ta' solidarjetà, libertà u responsabilità li tikkontribwixxi għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza attiva u għall-żvilupp personali tal-bniedem; iqis li l-volontarjat huwa wkoll għodda essenzjali għall-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali, kif ukoll għat-taħriġ, l-edukazzjoni u d-djalogu interkulturali, filwaqt li jingħata kontribut importanti għat-tixrid tal-valuri Ewropej; jemmen li s-Servizz Volontarju Ewropew għandu jiġi rikonoxxut għar-rwol tiegħu fit-trawwim tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi li jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess tal-parteċipanti tas-Servizz Volontarju Ewropew fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għall-voluntiera u jimmonitorjaw jekk jiġux rispettati bis-sħiħ il-kuntratti li taħthom jaħdmu l-voluntiera; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-parteċipanti fis-Servizz Volontarju Ewropew qatt ma jitqiesu jew jintużaw bħala sostituzzjoni għax-xogħol;

65.  Jitlob li l-perjodu tat-teħid ta' deċiżjonijiet jinżamm qasir kemm jista' jkun, sabiex l-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet issir b'mod koerenti u kkoordinat u sabiex l-applikazzjonijiet miċħuda jkunu akkumpanjati minn ġustifikazzjoni trasparenti u komprensibbli, sabiex ma jkunx hemm telf drastiku ta' inċentiv fost l-utenti tal-programmi tal-UE;

66.  Iħeġġeġ bil-qawwa aktar trasparenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-kwalità tal-feedback lill-applikanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li jkun hemm sistema effettiva ta' feedback biex il-benefiċjarji tal-programm jirrapportaw lura lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe irregolarità li huma jkunu jistgħu jidentifikaw fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; jistieden ukoll lill-Kummissjoni ttejjeb u żżid il-fluss ta' informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm u l-korpi nazzjonali; iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali u l-EACEA, bl-għan li titjieb l-implimentazzjoni tal-programm, biex jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ għall-evalwaturi, u biex jiġu organizzati laqgħat regolari mal-benefiċjarji u żjarat lejn il-proġetti;

67.  Jinnota l-importanza tat-tisħiħ tad-dimensjoni lokali tas-Servizz Volontarju Ewropew; jissuġġerixxi li l-voluntiera tas-Servizz Volontarju Ewropew jingħataw appoġġ akbar mhux biss qabel it-tluq, iżda ukoll mar-ritorn tagħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom fil-forom ta' taħriġ orjentat lejn is-segwitu u l-integrazzjoni tiegħu sabiex dan jgħinhom jiskambjaw l-għarfien espert Ewropew bil-promozzjoni tal-volontarjat fil-livell lokali;

68.  Jappoġġa ż-żieda fl-effikaċja u fl-effiċjenza permezz ta' proġetti fuq skala akbar; jinnota, madankollu, li għandu jkun hemm bilanċ bejn il-gruppi ta' applikanti żgħar u dawk kbar;

69.  Jitlob lill-Kummissjoni tarmonizza r-rati ta' prefinanzjament indikati kemm jista' jkun matul il-programm sabiex il-benefiċjarji kollha jingħataw l-istess vantaġġi u biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett, speċjalment għal organizzazzjonijiet żgħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet il-kbar ma jingħatawx preferenza fuq il-kontropartijiet iżgħar u anqas stabbiliti sew tagħhom, f'termini ta' applikanti għall-programm;

70.  Jieħu nota tal-iżbilanċi reġjonali fil-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet iffinanzjati minn Erasmus+, fil-livell tal-UE u f'xi żoni fl-Istati Membri; jinsab imħasseb li r-rati ta' suċċess tal-azzjonijiet tiegħu huma relattivament baxxi, u li huma diverġenti madwar l-UE; jappella għal azzjoni mmirata u f'waqtha sabiex titwessa' l-parteċipazzjoni u jittejbu r-rati ta' suċċess irrispettivament mill-oriġini tal-applikanti, ħaġa li tfittex li talloka ftit mill-finanzjament għal miżuri speċifiċi biex tippromwovi u tissensibilizza l-għarfien dwar din l-inizjattiva, partikolarment f'dawk ir-reġjuni fejn l-aċċess għall-finanzjament għadu relattivament baxx;

71.  Jinnota li l-implimentazzjoni ta' Erasmus+ fir-reġjuni tal-UE turi talbiet ta' finanzjament u prijoritajiet ta' intervent differenti li jirrikjedu lil xi Stati Membri jiffokaw mill-ġdid l-interventi tal-programm biex jiżguraw li l-effikaċja tirrifletti l-flus minfuqa;

72.  Jinnota d-diskrepanzi mhux ġustifikati fl-għotjiet bejn il-pajjiżi u l-metodi ta' allokazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga l-eżiti tal-konsegwenzi ta' tali differenzi fi sforz biex jiġu minimizzati d-differenzi soċjoekonomiċi fl-Unjoni Ewropea; jinkoraġġixxi żieda ulterjuri fir-rati ta’ għotjiet, kif ukoll l-aġġustament tagħhom għall-għoli tal-ħajja fil-pajjiż ospitanti ta' mobilità, sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ studenti żvantaġġati soċjoekonomikament, l-istudenti u l-persunal bi ħtiġijiet speċjali, u l-istudenti u l-persunal minn reġjuni mbiegħda;

73.  Jinnota li l-akbar effett pożittiv ta' għotjiet ta' mobilità Erasmus+, u d-domanda ogħla għalihom, fl-Ewropa tal-Lvant u tan-Nofsinhar jikkuntrastaw mal-baġit ġenerali limitat għall-programm, li jwassal għal proporzjon kbir ta' applikazzjonijiet rifjutati; jipproponi li l-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha għall-promozzjoni tal-mobilità mill-Ewropa tal-Punent lejn l-Ewropa tal-Lvant;

74.  Jiddispjaċih li l-inugwaljanza dejjem tikber fi ħdan u bejn l-Istati Membri, u r-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE qed jagħmlu l-aċċess għall-programm diffiċli minħabba li dawn joħolqu ostakli għall-mobilità għall-applikanti minn reġjuni bi dħul baxx li ġew milquta aktar bil-kbir mill-kriżi ekonomika u mit-tnaqqis; jiddikjara li l-programm Erasmus+ u l-(ETV) jeħtieġ li jkunu attivi f'żoni remoti u reġjuni tal-fruntiera tal-UE wkoll; iqis li l-għoti ta' aċċess u ta' opportunitajiet indaqs għall-abitanti ta' dawn ir-reġjuni hija bidla pożittiva ħafna u mezz biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jiġi appoġġat l-irkupru ekonomiku;

75.  Jenfasizza li l-għotjiet ta' appoġġ għall-mobilità tal-individwi fi ħdan il-programm Erasmus+ għandhom ikunu eżentati mit-tassazzjoni u mill-imposti soċjali;

76.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura speċjali tal-proġetti u l-mobilità li jinvolvu nies bi bżonnijiet speċjali u persuni ġejjin minn ambjenti żvantaġġati; iħeġġeġ promozzjoni akbar tal-possibilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali u għal dawk li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati biex jipparteċipaw fil-programm, inklużi r-rifuġjati, u jitlob li jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għalih;

77.  Jenfasizza li għalkemm sar progress fir-rikonoxximent ta' perjodi ta' studju, krediti, kompetenzi u ħiliet permezz ta' tagħlim mhux formali u informali miksub barra mill-pajjiż, dawn l-isfidi jibqgħu; jissottolinja li r-rikonoxximent ta’ kwalifiki internazzjonali huwa essenzjali għall-mobilità u jifforma l-bażi għal kooperazzjoni ulterjuri fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni għolja; jenfasizza l-importanza li jsir użu sħiħ tal-għodod kollha tal-UE għall-validazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi essenzjali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki;

78.  Jenfasizza li l-għadd ta' perjodi ta' studju mitmuma barra mill-pajjiż permezz tal-iskema Erasmus żdied b'mod kostanti mill-2008, minkejja l-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-istess ħin, l-għadd ta' kollokazzjonijiet tax-xogħol barra mill-pajjiż żdied b'mod esponenzjali; jikkonkludi li l-kollokazzjonijiet tax-xogħol huma ovvjament ikkunsidrati miż-żgħażagħ bħala opportunità eċċellenti biex itejbu l-impjegabilità tagħhom; jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-aġenziji, l-organizzaturi u l-istituzzjonijiet nazzjonali, biex iqisu dan l-iżvilupp;

79.  Jenfasizza li, minħabba l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki(20), sar titjib fir-rikonoxximent u l-validazzjoni tas-sistemi ta' diplomi, kwalifiki, krediti, ċertifikati ta' ħiliet, akkreditazzjoni tal-kompetenzi fl-edukazzjoni u l-ETV, iżda jinnota li għad hemm il-problemi; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-kompetenzi u l-kwalifiki żviluppati permezz tal-esperjenza ta' mobilità internazzjonali fi kwalunkwe ambjent – ambjent ta' tagħlim formali, traineeship ta' kumpaniji jew volontarjat u attività għaż-żgħażagħ – ikunu dokumentati kif suppost, validati, rikonoxxuti u magħmula komparabbli fi ħdan is-sistema nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tirriforma u tagħmel progress lejn it-tisħiħ tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki mir-rakkomandazzjoni attwali għal strument aktar b'saħħtu sabiex ikun appoġġjat il-moviment ħieles; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sistematiku u jkomplu jiżviluppaw l-istrumenti Ewropej eżistenti bħall-Europass, il-Youthpass u l-ECVET; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' kwalifiki tal-ETV konġunti li jistgħu jiżguraw ir-rikonoxximent internazzjonali tal-kwalifiki; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ u f'waqtu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali;

80.  Jenfasizza li l-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim għall-adulti jippromwovu ħiliet bażiċi u ħiliet personali bħall-kompetenzi soċjali u ċiviċi li huma rilevanti għas-suq tax-xogħol kif ukoll il-benesseri fix-xogħol u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jirrimarka li l-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim għall-adulti għandhom rwol kruċjali biex jilħqu lill-gruppi żvantaġġati tas-soċjetà u jgħinuhom jiżviluppaw ħiliet li jappoġġjawhom biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jsibu impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, jew li jtejbu s-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll jikkontribwixxu għal Ewropa aktar demokratika;

81.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu programmi tal-ETV, jindika li sistemi ta' traineeship u ta' intership ikunu opportunitajiet formattivi li ma jissostitwixxux karigi professjonali full-time, li jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u paga xierqa għall-apprendisti u li fl-ebda każ il-kompetenzi attribwiti lil benefiċjarji ma għandhom jiġu sostitwiti b'dawk adattati għal impjegat;

82.  Jinnota l-ħidma ta' implimentazzjoni aktar impenjattiva għall-aġenziji nazzjonali fil-programm attwali; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-aġenziji nazzjonali b'riżorsi suffiċjenti u l-assistenza meħtieġa, biex b'hekk l-implimentazzjoni tal-programm issir aktar effiċjenti u l-aġenziji nazzjonali jkunu jistgħu jindirizzaw sfidi ġodda li jirriżultaw minn żieda fil-baġit;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-kriterji ta' kwalità użati mill-aġenziji nazzjonali fl-evalwazzjonijiet tal-proġetti u l-iskambji tal-aħjar prattika f'dan ir-rigward; jinkoraġġixxi programmi ta' taħriġ għall-evalwaturi sabiex ikomplu l-iżvilupp tagħhom, speċjalment fi proġetti transsettorjali, u sabiex ikunu jistgħu jagħtu feedback ta' kwalità lill-applikanti kollha sabiex jitħeġġeġ it-twettiq tal-għanijiet fi proġetti futuri u biex titjieb il-prestazzjoni ta' applikanti futuri;

84.  Jemmen li l-kejl tal-kwalità jenħtieġ li jkun importanti bħala kejl kwantitattiv; jitlob it-tfassil ta' kejl ta' kwalità fil-kuntest tal-programm Erasmus+;

85.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalidaw u jirrikonoxxu t-tagħlim formali u mhux formali u l-apprendistati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu lill-apprendisti żgħażagħ b'informazzjoni aħjar dwar il-possibilitajiet li huma miftuħa għalihom u biex jagħtu aktar appoġġ liċ-ċentri ta' tagħlim bl-għan li jipparteċipaw fil-programm Erasmus+, iżda wkoll biex jistabbilixxu miżuri anċillari fil-każijiet ta' esperjenza ta' mobilità transfruntiera f'pajjiżi ġirien sabiex l-apprendisti jiġu megħjuna fl-akkomodazzjoni u t-trasport;

86.  Jappoġġja mobilità akbar fl-edukazzjoni u fil-programmi ta' apprendistat u l-perjodi ta' traineeship taħt il-programmi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, bl-għan li jittaffew il-livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u l-iżbilanċi ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea;

87.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika l-parteċipazzjoni inugwali attwali tal-istituzzjonijiet tal-ETV fil-programmi ta' mobilità tal-UE f'pajjiżi u reġjuni sabiex tnaqqas dawn id-differenzi permezz ta' kollaborazzjoni u skambju ta' informazzjoni mtejba fost l-aġenziji nazzjonali għal Erasmus+, bl-appoġġ tal-ħidma komuni fost l-istituzzjonijiet tal-ETV billi l-istituzzjonijiet tal-ETV b'esperjenza jiġu konnessi ma' istituzzjonijiet oħra, billi dawn joffru miżuri ta' appoġġ għall-politika u suġġerimenti speċifiċi lill-istituzzjonijiet tal-ETV, u t-titjib tas-sistemi ta' appoġġ tal-ETV diġà eżistenti;

88.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex titrawwem il-mobilità tal-għalliema, il-letturi u l-persunal mhux akkademiku, biex jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta' mobilità bħala parti importanti ta' progress fil-karriera tagħhom, u jekk ikun possibbli, biex jintroduċu sistema ta' ppremjar marbuta mal-parteċipazzjoni fi programmi ta' mobilità, pereżempju fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew it-tnaqqis tal-ammont tax-xogħol;

89.  Jistieden lill-aġenziji nazzjonali jipprovdu trasparenza sħiħa filwaqt li jevalwaw il-proġetti billi jippubblikaw il-lista ta' proġetti magħżula, flimkien mal-progress kontinwu tagħhom u l-appoġġ finanzjarju allokat;

90.  Jinkoraġġixxi t-tkomplija fil-KA1 tal-aħjar prattiki fil-funzjonament ta' Comenius, bħat-tisħiħ ta' skambji ta' klassijiet tal-iskejjel u l-possibilità li membri tal-persunal japplikaw individwalment għal għotjiet ta' mobilità taħt il-KA1;

91.  Jinnota li minkejja l-kwalità għolja tal-proġetti fil-KA2, ħafna minnhom ġew rifjutati minħabba fondi limitati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu nota ta' dawn il-proġetti sabiex tgħinhom jattiraw investimenti minn sorsi oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-proġetti li ngħataw marki billi jagħtuhom prijorità fl-aċċess għal fondi pubbliċi għall-implimentazzjoni tagħhom, jekk dawn il-fondi jkunu aċċessibbli;

92.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi biex issolvi l-isfida ta' finanzjament għal organizzazzjonijiet Ewropej ibbażati fi Brussell sabiex iżidu l-kontribut tagħhom lejn l-iżvilupp ta' politiki Ewropej fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport;

93.  Jinnota l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-aġenziji nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-International Credit Mobility (ICM); jitlob aktar flessibbiltà għall-aġenziji nazzjonali biex jallokaw riżorsi minn xi pajjiżi u reġjuni lil oħrajn bl-iskop li jintlaħqu l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja;

94.  Jinnota t-tnaqqis fin-numru ta' parteċipanti individwali ta' mobilità barra minn Erasmus+ bħala riżultat ta' trattament preferenzjali mill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja Ewropej ta' sistema ta' mobilità istituzzjonalizzata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali jġeddu l-opportunitajiet għal kandidati individwali biex jieħdu sehem fil-mobilità;

95.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssostni s-sistema tal-ETV permezz tal-promozzjoni ta' sottoprogrammi ta' Leonardo da Vinci fost organizzazzjonijiet ġodda u istituzzjonijiet iżgħar, minbarra li jiġu pprovduti b'assistenza fl-applikazzjoni għal finanzjament xieraq billi joffru aktar għajnuna, taħriġ online u appoġġ personalizzat fit-tħejjija ta' applikazzjonijiet ta' kwalità għolja għall-finanzjament permezz ta' kuntatt ma' aġenziji nazzjonali għall-programm Erasmus+;

96.  Iħeġġeġ il-promozzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja madwar id-dinja, kif ukoll l-avvanz tal-għarfien individwali madwar id-dinja billi jissaħħu l-partijiet interessati kollha rilevanti (l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja, l-assoċjazzjonijiet tal-edukazzjoni għolja) biex jagħmlu l-Lawrji Master's Konġunti ta' Erasmus Mundus iktar attraenti għall-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u għall-applikanti potenzjali;

97.  Jissuġġerixxi involviment akbar tal-aġenziji nazzjonali fl-iżvilupp tal-politika tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport permezz tat-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali;

Perjodu tal-programm li jmiss

98.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri u jnaqqsu l-piż amministrattiv kbir għall-istudenti, l-istituzzjonijiet u l-kumpaniji ospitanti involuti fi proġetti Erasmus+, b'mod partikolari dawk li mhumiex jisfruttaw biżżejjed din l-opportunità sabiex itejbu u jiffaċilitaw il-proċessi ta' aċċess ugwali, reġistrazzjoni, validazzjoni u rikonoxximent; isostni li l-informazzjoni dwar dan il-programm għandha tiġi pprovduta fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni akbar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji nazzjonali jistandardizzaw il-kriterji ta' aċċess bl-għan li jkun żgurat aċċess għall-akbar għadd ta' applikanti possibbli;

99.  Jissuġġerixxi li jenħtieġ li tingħata prijorità lill-fatt li ma jsirux aktar armonizzazzjoni u bidliet kbar fl-istruttura tal-programm, u minflok jiġu ssalvagwardjati u kkonsolidati l-kisbiet u jsir titjib inkrementali fejn meħtieġ;

100.  Jirrakkomanda li l-importanza u l-viżibilità tal-edukazzjoni mhux formali jenħtieġ li tiżdied kemm għall-impjiegi għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni għall-adulti f'Erasmus+, peress li l-edukazzjoni mhux formali hija importanti fis-settur taċ-ċittadinanza Ewropea u l-promozzjoni tad-demokrazija u l-edukazzjoni dwar il-valuri; il-programm, madankollu, huwa ħafna drabi assoċjat mal-edukazzjoni formali minħabba l-isem tiegħu;

101.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti fil-ħidma dwar il-perjodu ta' programmazzjoni għall-finanzjament li jmiss, u fl-introduzzjoni ta' titjib possibbli, sabiex jiġi żgurat is-suċċess ulterjuri u l-valur miżjud tal-programm;

102.  Jirrakkomanda li Erasmus+ ikompli jiżviluppa l-mobilità transsettorjali ta' individwi fi ħdan KA1, b'tali mod li l-istudenti, l-għalliema, l-edukaturi, dawk li jħarrġu, l-apprendisti, il-ħaddiema u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod sħiħ fil-mobilità transsettorjali;

103.  Jitlob li tiġi żviluppata definizzjoni ċara ta' proġetti transsettorjali sabiex tiġi evitata l-konfużjoni minħabba t-ttikkettar ħażin ta' proġetti;

104.  Jitlob mhux biss biex il-livell baġitarju attwali jiġi żgurat għall-ġenerazzjoni tal-programmi li jmiss taħt il-QFP l-ġdid, iżda jikkunsidra li żieda ulterjuri fil-baġit, li tiżgura livell ta' finanzjament annwali għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi ta' mill-inqas l-istess livell bħal l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tal-qafas attwali bħala prekundizzjoni assolutament essenzjali għas-suċċess kontinwu tal-programm; jipproponi li l-Kummissjoni tesplora l-possibilità li żżid il-prefinanzjament;

105.  Jilqa' l-istruttura tal-programm u jitlob lill-Kummissjoni żżomm fil-proposta għall-ġenerazzjoni tal-programmi li jmiss il-kapitoli separati u l-baġits separati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għaż-żgħażagħ u għall-isport, filwaqt li żżomm f'moħħha l-karattri speċifiċi tagħhom, u biex il-formoli tal-applikazzjoni, is-sistemi ta' rappurtar u r-rekwiżiti rigward prodotti żviluppati speċifikament għas-settur jiġu adattati;

106.  Iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali biex jagħmlu l-baġits disponibbli għal kull azzjoni ewlenija u għal kull settur faċilment aċċessibbli wara kull sensiela ta' applikazzjonijiet sabiex jippermettu lill-applikanti jippjanaw b'mod strateġiku l-azzjonijiet futuri tagħhom, u kif ukoll jippubblikaw ir-riżultati tal-għażla tal-proġetti u tal-linji baġitarji, b'mod li jkun jista' jseħħ il-monitoraġġ adegwat estern tal-programm;

107.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi regolarment il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħal ħlas ta' somom f'daqqa għall-ivvjaġġar u s-sussistenza, sabiex ikun żgurat li jissodisfaw l-ispejjeż tal-ħajja reali u biex jiġi evitat dejn ikkawżat minn perjodu ta' taħriġ, u għalhekk biex jiġu evitati d-diskriminazzjoni u l-abbandun ta' nies li għandhom inqas mezzi finanzjarji u/jew ħtiġijiet speċjali;

108.  Jindika li l-gruppi żvantaġġati huma fil-mira speċifikament fis-settur taż-żgħażagħ; jissuġġerixxi l-estensjoni tal-Istrateġija ta' Inklużjoni u Diversità għas-setturi kollha tal-programmi biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali jew b'inqas opportunitajiet fil-Programm Erasmus+;

109.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, u lill-Istati Membri japprovaw, qafas ta' kwalità għall-apprendistati u proposta dwar mobilità akbar għall-apprendisti biex jiġi żgurat sett ta' drittijiet għall-apprendisti, il-parteċipanti f'internships, it-trainees u l-istudenti tal-ETV sabiex jiġi żgurat li jkunu protetti b'mod xieraq u li dawn il-programmi ta' mobilità qatt ma jissostitwixxu l-kuntratti standard tal-impjieg; jitlob li jkun hemm traineeships u internships ta' kwalità u remunerati, u jitlob li l-Istati Membri jirrappurtaw is-sitwazzjonijiet meta l-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-kompiti jew id-drittijiet ta' benefiċjarji ta' Erasmus+ jinkisru;

110.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex toħloq kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u l-partijiet interessati ewlenin (l-awtoritajiet lokali/reġjonali, is-sħab soċjali, is-settur privat, ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ, il-faċilitajiet tal-ETV, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) sabiex tittejjeb il-kapaċità ta' reazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u tal-ETV għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol ġenwini, u biex jiġi ggarantit li din il-kooperazzjoni tiġi riflessa fil-Programm Erasmus+; jemmen li l-involviment attiv tal-benefiċjarji u tal-partijiet interessati kollha fit-tfassil, l-organizzazzjoni, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm jiżgura l-vijabilità, is-suċċess u l-valur miżjud tiegħu;

111.  Hu favur li studenti mobbli jitħallew jikkombinaw l-istudji barra mill-pajjiż b'kollokament relatat mal-istudju fi ħdan il-programm, biex b'hekk jiġi ffaċilitat is-soġġorn tagħhom barra l-pajjiż, titnaqqas is-selettività soċjali, jiżdied l-għadd ta' studenti mobbli, jogħla l-livell tal-ħiliet tal-istudenti u jissaħħu l-konnessjonijiet bejn l-edukazzjoni għolja u l-ambjent tax-xogħol; jappella lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari lill-mobilità fit-tul tal-apprendisti fl-allokazzjoni tal-għotjiet ta' Erasmus+;

112.  Jinnota l-iżbilanċi bejn l-Istati Membri dwar il-kriterji ta' ammissjoni għal Erasmus+; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li r-regoli tal-programm jiġu applikati b'mod armonizzat madwar l-aġenziji nazzjonali, filwaqt li jiġu rispettati standards komuni ta' kwalità u prattiki proċedurali, u b'hekk tiġi żgurata l-koerenza interna u esterna ta' Erasmus+ u jiġi pożizzjonat bħala programm tassew Ewropew; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida Ewropej għall-implimentazzjoni ta' Erasmus+ għall-aġenziji nazzjonali; iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali, li għandhom ikunu parti integrali tal-proċess ta' monitoraġġ, biex jiffokaw ukoll fuq l-istabbiliment jew il-faċilitazzjoni ta' forum għal djalogu kostruttiv bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-edukazzjoni u l-politiki tax-xogħol f'kull Stat Membru; iħeġġeġ bil-qawwa koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji sabiex iqabblu l-proġetti li jittrattaw kwistjonijiet simili;

113.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-opportunitajiet ta' taħriġ barra l-pajjiż għall-ETV u biex iqisu l-ETV bħala l-aqwa għażla biex jinstab impjieg u tinbeda karriera promettenti, jiżguraw aċċess għaċ-ċittadini kollha ta' kull età, u jipprovdu fondi xierqa peress li l-fondi mwarrba għall-ETV mhumiex proporzjonali(21) mal-għadd ta' applikanti potenzjali għall-programmi ta' mobilità disponibbli; jappoġġa bil-qawwa l-promozzjoni effiċjenti u l-inkoraġġiment tal-mobilità ETV fost in-nisa, u jqis li għandhom jiġu stabbiliti miri ambizzjużi mill-Istati Membri f'dan ir-rigward, u l-progress għandu jkun immonitorjat b'mod strett;

114.  Jirrileva li qed issir definizzjoni mill-ġdid tal-impjiegi u l-ħiliet, speċjalment minħabba li għaddejja tranżizzjoni lejn ekonomija aktar diġitalizzata li minnha qed jitfaċċaw ħtiġijiet kummerċjali ġodda, u setturi orjentati lejn il-futur; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżguraw li l-programm Erasmus+ jirrifletti din ir-realtà;

115.  Jitlob li ssir promozzjoni akbar ta' programmi ta' mobilità għal livelli avvanzati ta' edukazzjoni għolja sabiex tiġi żgurata mobilità bejn ċentri Ewropej tar-riċerka u tiġi żviluppata aktar il-mira li l-universitajiet Ewropej isiru internazzjonali;

116.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien dwar l-istrument ta' Erasmus+ bħala mezz ta' titjib tal-ħiliet tal-individwi, biex jingħataw dimensjoni miżjuda li għandha tiżgura l-aħjar approċċ għal dan l-istrument sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tiegħu, u jiġi eliminat ir-riskju li sempliċement isir esperjenza tal-ħajja;

117.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tagħmel disponibbli statistika aġġornata u twettaq studji ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, b'mod partikolari r-rata ta' użu fost iż-żgħażagħ, maqsuma skont ir-reġjun u l-ġeneru, l-impatt li kellu fuq l-impjegabilità, kif ukoll it-tip u r-rata tal-impjieg, u l-impatt fuq is-salarji u kif jista' potenzjalment jittejjeb; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet li għalihom xi pajjiżi qed japplikaw għal aktar mobilità tal-ETV, fejn id-differenza bejn is-sessi hija l-akbar u r-raġunijiet għal din id-differenza, jew fejn hemm aktar applikanti b'diżabilità, u tfassal pjan dwar kif iżżid l-involviment ta' pajjiżi oħra; jistieden għalhekk lill-aġenziji nazzjonali fl-Istati Membri biex jaħdmu mill-qrib fuq l-iskambju ta' informazzjoni u statistika; isostni li r-riżultati tal-istudji u l-istatistika għandhom jiġu inklużi u kkunsidrati fir-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss ta' Erasmus+;

118.  Ifakkar li fi żmien ta' kriżi partikolari fir-rigward tal-valuri fundamentali tal-UE, l-istrument Erasmus+ jista' jipprovdi opportunità fundamentali fil-promozzjoni tal-integrazzjoni, tal-fehim u tas-solidarjetà fost iż-żgħażagħ; jitlob għaldaqstant sabiex l-integrazzjoni taż-żgħażagħ tiġi promossa permezz ta' għarfien ta' kulturi u tradizzjonijiet differenti, u r-rispett reċiproku u neċessarju ruċjali tagħhom;

119.  Jipproponi li l-Kummissjoni żżomm l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali bħala wieħed mill-objettivi tal-programm futur Erasmus+ fil-perjodu finanzjarju li jmiss (wara l-2020), inkluża l-mobilità, u inklużi l-elementi li ġejjin bħala parti mill-programm:

   (i) il-valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt ta' miżuri eżistenti li jippromwovu l-intraprenditorija permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-adattament potenzjali tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq gruppi sottorappreżentati u żvantaġġati;
   (ii) il-promozzjoni ta' kontenut u għodod tat-tagħlim definiti aħjar għall-edukazzjoni formali u mhux formali mmirati lejn l-istudenti kollha – kemm moduli teoretiċi kif ukoll prattiċi, bħal proġetti intraprenditorjali tal-istudenti;
   (iii) il-promozzjoni ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-intrapriżi, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, u l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali, sabiex jitfasslu korsijiet xierqa u l-istudenti jingħataw l-esperjenza prattika u l-mudelli rekwiżiti;
   (iv) l-iżvilupp ta' ħiliet fl-oqsma tal-proċessi intraprenditorjali, il-litteriżmu finanzjarju, l-għarfien u l-ħiliet tal-ICT, il-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi u mentalità innovattiva, l-awtostima, l-adattabilità, il-bini tal-ispirtu ta' tim, il-ġestjoni ta' proġetti, il-valutazzjoni tar-riskji u t-teħid ta' riskju, kif ukoll ħiliet u għarfien speċifiċi tan-negozju;
   (v) l-enfasi fuq it-tagħlim mhux formali u informali bħala ambjent privileġġat fejn jistgħu jinkisbu kompetenzi intraprenditorjali;

120.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jieħdu sehem akbar fil-programm Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ u jippromwovuh aktar fost iż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu għal proġetti intraprenditorjali, sabiex dawn ikunu jistgħu jiksbu esperjenza barra minn pajjiżhom u jiksbu ħiliet ġodda li jgħinuhom iwettqu l-pjanijiet intraprenditorjali tagħhom;

121.  Iħeġġeġ bil-qawwa t-tagħlim bejn il-pari b'segwitu għall-istudju, it-taħriġ u l-esperjenza ta' xogħol barra minn pajjiżhom sabiex jiżdied l-impatt ta' Erasmus+ fuq il-komunitajiet lokali; jissottolinja li l-iskambju ta' prattiki tajbin huwa vitali biex tittejjeb il-kwalità tal-proġetti taħt il-programm Erasmus+; jilqa' l-pjattaforma Erasmus+ għat-tixrid tar-riżultati tal-proġetti u jitlob approċċ aktar b'saħħtu għall-kondiviżjoni ta' prattiki tajba u skambji internazzjonali ta' fehmiet għal aġenziji nazzjonali, sħab u benefiċjarji tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għall-applikanti tal-programm biex isibu sħab internazzjonali, billi jiġu żviluppati l-pjattaformi ta' użu faċli għall-utent li jikkombinaw l-informazzjoni pubblika dwar id-diversi benefiċjarji u l-proġetti tagħhom;

122.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-gwida tal-programm u tagħmilha aktar faċli għall-utent u li tinftiehem, kif ukoll biex tiżviluppa fuljetti ta' informazzjoni speċifika dwar kull waħda mill-azzjonijiet ewlenin; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissimplifika l-proċess ta' applikazzjoni f'termini ta' piżijiet amministrattivi;

123.  Jappoġġja l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet ta' tagħlim għall-adulti permezz ta' żvilupp professjonali kontinwu u opportunitajiet ta' mobilità għall-għalliema, il-mexxejja tal-skejjel, min iħarreġ, u persunal edukattiv ieħor; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, b'mod partikolari l-użu effettiv tal-ICT fit-tagħlim għall-adulti, għal titjib fir-riżultati tat-tagħlim; jenfasizza l-importanza tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

124.  Jilqa' l-iżvilupp ta' proġetti pilota bħall-"Qafas Ewropew għall-mobilità tal-apprendisti: l-iżvilupp taċ-ċittadinanza Ewropea u l-ħiliet permezz tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol", bl-għan li jiġu implimentati skemi ta' mobilità transfruntiera ta' apprendisti, li jiksbu valur għall-ispiża tagħhom, bejn l-istituzzjonijiet tal-ETV, kumpaniji u/jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif ukoll li jiġu rikonoxxuti u vvalidati formalment ir-riżultati tat-tagħlim u jiġi appoġġat ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, u "Il-mobilità taż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali – Mobilità aħjar taż-żgħażagħ", immirat lejn it-titjib tal-mobilità taż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq implimentazzjoni effettiva taż-żewġ proġetti pilota u l-integrazzjoni tagħhom fit-tul fil-programm Erasmus+;

125.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu appoġġ strutturali akbar u aktar fit-tul ta' organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport fil-forma ta' għotjiet operattivi, peress li huma l-organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim u spazji ta' parteċipazzjoni liċ-ċittadini u r-residenti Ewropej biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki Ewropej;

126.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra soluzzjoni xierqa għas-sitwazzjoni tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi ta' livell Ewropew ibbażati fi Brussell li japplikaw għall-fondi minn aġenziji nazzjonali Belġjani;

o
o   o

127.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.
(2) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(3) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(4) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 29.
(5) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 77.
(6) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.
(7) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 31.
(8) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(9) ĠU C 70, 8.3.2012, p. 9.
(10) ĠU C 208, 10.6.2016, p. 32.
(11) Testi adottati, P8_TA(2015)0292.
(12) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(13) ĠU C 172, 27.5.2015, p. 17.
(14) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 36.
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0106.
(16) Testi adottati, P8_TA(2016)0107.
(17) Testi adottati, P8_TA(2016)0291.
(18) http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study /2014/erasmus-impact_en.pdf
(19) JRC Science and Policy Report on Languages and Employability, 2015.
(20) ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.
(21) Skont il-Kummissjoni, fl-2016, minħabba nuqqas ta' finanzjament, ir-rata ta' suċċess tal-applikazzjonijiet eliġibbli għall-mobilità tal-ETV taħt il-Programm Erasmus+ kienet ta' 42 %. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar tul is-snin – fl-2014 ir-rata ta' suċċess kienet ta' 54 % u fl-2015 kienet ta' 48 %. Minkejja li l-finanzjament disponibbli żdied bi ftit matul is-snin, id-domanda kibret ferm aktar malajr, iżda r-riżorsi limitati ta' Erasmus+ ma jippermettux li l-finanzjament ilaħħaq mad-domanda.

Avviż legali