Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 15 ta' Frar 2017 - StrasburguVerżjoni finali
Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada u l-UE ***
 Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Kanada ***
 Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mongolja ***
 Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mongolja (Riżoluzzjoni)
 Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (Anness dwar il-Prodotti Koperti) ***
 Tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju ***I
 Rapport dwar l-Albanija 2016
 Rapport dwar il-Bożnija-Ħerzegovina 2016
 Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017
 Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Impjieg u aspetti soċjali fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017
 Governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2017
 L-Unjoni Bankarja - Rapport Annwali 2016
 Pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx

Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada u l-UE ***
PDF 246kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (10975/2016 – C8-0438/2016 – 2016/0205(NLE))
P8_TA(2017)0030A8-0009/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10975/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (10973/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 192(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), il-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0438/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0009/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.


Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Kanada ***
PDF 248kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (14765/2016 – C8-0508/2016 – 2016/0373(NLE))
P8_TA(2017)0031A8-0028/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14765/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (5368/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 212(1), Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0508/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0028/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.


Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mongolja ***
PDF 250kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (08919/2016 – C8-0218/2016 – 2015/0114(NLE))
P8_TA(2017)0032A8-0382/2016

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08919/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (07902/1/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0218/2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta’ Frar 2017(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0382/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Mongolja.

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0033.


Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mongolja (Riżoluzzjoni)
PDF 404kWORD 64k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (08919/2016 – C8-0218/2016 – 2015/0114(NLE)2016/2231(INI))
P8_TA(2017)0033A8-0383/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08919/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (07902/1/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0218/2016),

–  wara li kkunsidra l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni (jew "Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni" - FSK) fit-30 ta' April 2013 f'Ulan Bator, fil-preżenza tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Mongolja, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1993,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar emenda għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), li tippermetti li l-Bank jiffinanzja operazzjonijiet fil-Mongolja(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina(3) u dik tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(4), u b'mod partikolari il-premessa Y tal-aħħar riżoluzzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet UE-Russja(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament fuq id-19-il Sessjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem(6), u b'mod partikolari l-paragrafu 30 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward l-istabbiliment ta' Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta' qerda massiva(7), u b'mod partikolari l-premessa F tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni(9),

–  wara li kkunsidra l-inklużjoni tal-Mongolja fl-Arranġament ta' Inċentiv Speċjali għal Żvilupp Sostenibbli u Governanza Tajba tal-Iskema ta' Preferenzi tariffarji Ġeneralizzati (SPĠ+) tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-relazzjonijiet fit-tul bejn id-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Khural il-Kbir tal-Istat (il-parlament tal-Mongolja), u b'mod partikolari d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 Laqgħa Interparlamentari li saret fis-17 ta' Frar 2015 f'Ulan Bator,

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Mongolja ppresediet u ospitat il-ħdax-il Summit Asja-Ewropa (ASEM) li sar f'Ulan Bator fil-15 u s-16 ta' Lulju 2016 u d-Disa' laqgħa tas-Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP), li saret f'Ulan Bator fil-21 u t-22 ta' April 2016, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet rispettivi li ġew adottati minn dawn iż-żewġ laqgħat,

–  wara li kkunsidra r-rwol attiv tal-Mongolja fl-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), inkluż il-fatt li hija ospitat il-Laqgħa tal-Ħarifa tal-OSKE bejn il-15 u t-18 ta' Settembru 2015 f'Ulan Bator,

–  wara li kkunsidra l-elezzjoni tal-Mongolja għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-perjodu 2016-2018, u l-fatt li hija ddikjarat l-aspirazzjoni tagħha li ssir membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2022,

–  wara li kkunsidra l-presidenza tal-Mongolja tal-Komunità tad-Demokraziji fl-2012-2013, u tal-koalizzjoni "Libertà Online" fl-2015,

–  wara li kkunsidra r-riżultati u l-konklużjonijiet preliminari tal-missjoni internazzjonali ta' osservazzjoni elettorali dwar l-elezzjonijiet parlamentari li saru fid-29 ta' Ġunju 2016 fil-Mongolja, li involviet lill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (OSKE/ODIHR) u lill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-diskors tal-President tal-Mongolja, Tsakhiagiin Elbegdorj meta indirizza lill-plenarja tal-Parlament Ewropew fid-9 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra d-diversi laqgħat u żjarat reċiproċi ta' livell għoli, inkluża dik ta' Novembru 2013 mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Barroso, fil-Mongolja,

–  wara li kkunsidra il-politika barranija tal-Mongolja dwar "ġirien terzi", li tirrigwarda relazzjonijiet mal-UE, mal-Istati Uniti, mal-Ġappun, mar-Repubblika tal-Korea, mal-Indja, mal-Iran, mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u oħrajn,

–  wara li kkunsidra s-sħubijiet strateġiċi tal-Mongolja mar-Russja u maċ-Ċina,

–  wara li kkunsidra l-istatus ta' osservatur tal-Mongolja fl-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai (SCO),

–  wara li kkunsidra l-laqgħat trilaterali ta' livell għoli li jsiru fuq bażi regolari bejn il-Mongolja, ir-Russja u ċ-Ċina, u bejn il-Mongolja, il-Ġappun u l-Istati Uniti,

–  wara li kkunsidra l-inizjattivi biex jiġu integrati diversi proġetti ekonomiċi fir-reġjun, inklużi ż-Żona Ekonomika tat-Triq tal-Ħarir taċ-Ċina, l-Iżvilupp ta' Żona Trans-Ewrasjatika tar-Russja, u t-Triq tal-Isteppa tal-Mongolja,

–  wara li kkunsidra l-Programm Individwali ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-Mongolja man-NATO, li ġie maqbul fl-2012,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Mongolja ta' Settembru 2015 dwar l-intenzjoni tagħha li tħaddan status permanenti ta' newtralità,

–  wara li kkunsidra l-istatus awtoproklamat tal-Mongolja li hija pajjiż ħieles minn armi nukleari, li ġie rikonoxxut min-NU f'Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Fond Internazzjonali ta' Kooperazzjoni tal-Mongolja, li għandu l-għan li jaqsam l-esperjenzi ma' pajjiżi li għaddejjin minn trasformazzjoni demokratika, bħall-Myanmar, il-Kirgiżistan u l-Afganistan,

–  wara li kkunsidra l-isforzi ta' bini ta' fiduċja, inkluż id-Djalogu ta' Ulan Bator dwar is-Sigurtà tal-Asja tal-Grigal, li jinvolvi lill-Korea ta' Fuq, kif ukoll il-Forum tal-Asja,

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura dwar it-tieni rapport perjodiku tal-Mongolja adottat f'Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0383/2016),

A.  billi l-Mongolja tista' sservi bħala mudell demokratiku mhux biss għad-demokraziji emerġenti l-oħra tar-reġjun iżda wkoll għar-reġimi b'tendenzi awtoritarji;

B.  billi l-Komunitajiet Ewropej stabbilixxew relazzjonijiet diplomatiċi mal-Mongolja fl-1 ta' Awwissu 1989;

C.  billi l-UE u l-Mongolja jgawdu minn relazzjonijiet ta' ħbiberija bbażati fuq rabtiet politiċi, soċjetali, ekonomiċi, kulturali u storiċi;

D.  billi l-UE u l-Mongolja għandhom ħafna pożizzjonijiet konverġenti fir-rigward tal-maġġor parti tal-isfidi internazzjonali l-kbar u l-Mongolja tiżvolġi rwol kostruttiv fir-relazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari fl-ambitu tal-organizzazzjonijiet multilaterali;

E.  billi r-relazzjonijiet tal-UE mal-Mongolja jikkonċentraw l-aktar fuq il-proġetti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp immirati biex jippermettu lill-pajjiż jidderieġi t-trasformazzjoni rapida li għaddejja bħalissa lejn l-iżvilupp soċjalment inklużiv u ekonomikament sostenibbli tas-soċjetà tiegħu;

F.  billi l-Mongolja hija interessata fi żvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet mal-UE u f'espansjoni tal-kooperazzjoni eżistenti lil hinn mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp; billi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni jissottolinja ż-żieda fl-importanza tar-relazzjonijiet UE-Mongolja fuq il-bażi ta' prinċipji kondiviżi bħall-ugwaljanza, il-vantaġġi reċiproċi, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u joffri formalment liż-żewġ naħat il-possibbiltà li jiżviluppaw ambiti ta' kooperazzjoni ġodda f'oqsma bħan-negozju, il-kummerċ, l-iżvilupp, l-agrikoltura, l-ambjent, l-enerġija, il-modernizzazzjoni tal-Istat kif ukoll l-edukazzjoni, il-kultura u t-turiżmu;

G.  billi l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Mongolja għadu fi ħdan ir-responsabbiltà tad-Delegazzjoni tal-UE f'Beijing; billi attwalment il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, r-Renju Unit u l-Italja fetħu l-ambaxxati tagħhom f'Ulan Bator;

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Japprezza r-relazzjonijiet kostruttivi u ta' ħbiberija bejn l-UE u l-Mongolja;

2.  Jirrikonoxxi l-pożizzjoni ġeografika speċifika tal-Mongolja bejn iċ-Ċina, ir-Russja u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u tal-Asja tal-Grigal, bil-potenzjal kbir tagħhom għall-ekonomija globali, l-importanza tagħha għall-istabbiltà fir-reġjun, il-kredenzjali demokratiċi u reġjonali stabbiliti tagħha, li huma pjuttost eċċezzjonali, u r-rwol kostruttiv li tiżvolġi billi tassisti u tiffaċilita soluzzjonijiet paċifiċi għall-kunflitti u l-konfrontazzjoni fir-reġjun u billi tippromwovi l-integrazzjoni ekonomika reġjonali;

3.  Jirrikonoxxi li t-trasformazzjoni demokratika li bdiet fis-snin disgħin għadha għaddejja b'mod konsistenti; jirrikonoxxi l-progress tanġibbli li sar f'termini ta' riformi soċjoekonomiċi; jieħu nota, madankollu, tal-isfidi li jeżistu fl-oqsma tal-iżvilupp sostenibbli u tal-ekonomija, tal-finanzi, tal-governanza tajba, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni ambjentali u tal-polarizzazzjoni politika, li huma aggravati b'kuntest ambjentali internazzjonali li huwa dejjem aktar esiġenti;

Qafas istituzzjonali u rappreżentanza diplomatika

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-approfondiment u l-espansjoni tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Mongolja, kif evidenzjati fil-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jinkludi oqsma fosthom id-djalogu politiku u d-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ u l-assistenza għall-iżvilupp, kif ukoll il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali, tal-enerġija, tat-tibdil fil-klima, tar-riċerka u tal-innovazzjoni u tal-edukazzjoni u tal-kultura, li huma ta' importanza kbira għad-diversifikazzjoni ekonomika u għar-riżoluzzjoni tal-problemi ekonomiċi attwali, kif ukoll għat-trasformazzjoni fit-tul ta' soċjetà li orġinarjament hija nomada;

5.  Jilqa' pożittivament l-istabbiliment tal-Kumitat Konġunt li jakkumpanja, skont l-Artikolu 56 tal-ftehim l-implimentazzjoni tal-FSK, u jħeġġu jirrapporta b'mod regolari kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Parlament tal-Mongolja;

6.  Iħeġġeġ lit-tliet Stati Membri li għadhom ma ffinalizzawx il-proċessi ta' ratifika nazzjonali tagħhom biex jagħmlu dan b'mod rapidu sabiex jippermettu l-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-FSK, li ilhom żmien twil mistennija;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ aktar id-dimensjoni parlamentari tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Mongolja; jiddispjaċih tal-assenza ta' artikoli mit-test tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jipprevedu l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jwettaq skrutinju demokratiku tal-implimentazzjoni tal-ftehim u jsaħħaħ id-djalogu politiku bejn iż-żewġ parlamenti; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, in-negozjati għal protokoll ġdid biex jirmedja s-sitwazzjoni ħalli ssir mill-aktar fis possibbli, skont l-Artikolu 57 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni futura, kif preċedentement ħeġġew il-Parlament Ewropew u tal-Mongolja fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-10 Laqgħa Interparlamentari;

8.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Mongolja bħalissa qegħdin jitmexxew mid-Delegazzjoni tal-UE għaċ-Ċina; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jittrasformaw l-Uffiċċju ta' Kollegament tal-UE f'Ulan Bator f'Delegazzjoni tal-UE vera u proprja, miżura din li hija ta' importanza fundamentali bl-għan li jiġu ffaċilitati d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, tingħata spinta lill-kapaċità li jiġu implimentati u sorveljati l-proġetti ta' assistenza tal-UE, u li jiġi promoss il-kummerċ ta' prodotti u servizzi, kif ukoll l-iskambji ta' persuni u kulturali;

Demokrazija, stat tad-dritt, governanza tajba u drittijiet tal-bniedem

9.  Jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Mongolja għall-konsolidament tal-progress demokratiku u tal-istat tad-dritt, inkluż elezzjonijiet multipartitiċi, aktar indipendenza tal-mezzi tal-komunikazzjoni u soċjetà ċivili dinamika; jilqa' favorevolment, minn din il-prospettiva, il-parteċipazzjoni tal-Mongolja fil-Komunità tad-Demokraziji;

10.  Jissottolinja li r-rispett tal-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni u tal-libertà ta' espressjoni huma essenzjali għall-konsolidament ulterjuri tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mongolja; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Mongolja jittrattaw il-kwistjonijiet relatati mar-rapporti ta' ndħil fix-xogħol tal-mezzi tal-komunikazzjoni b'finijiet politiċi u ma jippenalizzawx jew jillimitaw il-mezzi ta' komunikazzjoni kritiċi tal-gvern online u offline; jinkoraġġixxi lill-Parlament tal-Mongolja jikkodifika tali drittijiet fundamentali b'mod espliċitu u jimplimentahom taħt skrutinju rigoruż;

11.  Huwa konvint li t-trasformazzjoni demokratika tal-Mongolja tista' tqanqal effett ta' propagazzjoni pożittiv f'reġjun li qiegħed jgħaddi minn proċessi kumplessi ta' trasformazzjoni, u li l-Mongolja tista' f'dan is-sens tikkontribwixxi b'mod kostruttiv għall-istabbiltà u għall-benessri komuni tar-reġjun; jistieden lill-UE tqis dan l-aspett hija u tipprogramma l-kooperazzjoni reġjonali, speċjalment mal-pajjiżi tar-reġjun tal-Asja Ċentrali, kif ukoll tar-reġjun tal-madwar;

12.  Japprezza l-fatt li r-rispett ġenerali tar-regoli elettorali ntwera fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet li saru dan l-aħħar; jistieden lill-awtoritajiet tal-Mongolja jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-OSKE/ODIHR, b'segwitu għall-elezzjonijiet parlamentari tad-29 ta' Ġunju 2016, inkluż l-istabbilizzazzjoni tal-liġi elettorali, ir-restrizzjonijiet fuq il-kampanji elettorali, l-indipendenza tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-imparzjalità u l-komprensività tal-informazzjoni disponibbli għall-votanti;

13.  Jesprimi interess biex jibgħat missjoni ta' osservazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-elezzjonijiet presidenzjali pprogrammati għan-nofs l-2017;

14.  Jinkoraġġixxi lill-Mongolja tindirizza l-isfidi pendenti fir-rigward tar-rispett tal-indipendenza tal-ġudikatura;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi leġiżlattivi li m'ilux li bdew biex tissaħħaħ il-bażi ġuridika għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni mifruxa, li magħha ġġib ir-riskju reali u kbir li tkun kompromessa l-koeżjoni soċjali tal-pajjiż, kif ukoll l-isforzi biex jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem u l-kunflitti soċjali; jinkoraġġixxi lill-Mongolja tadotta riformi sostanzjali u timplimentahom fi żmien propizju; jagħmel riferiment, f'dan il-kuntest, lill-esperjenza tiegħu stess meta l-persuni kkundannati fuq korruzzjoni jinżammu konsistentement responsabbli; jirrakkomanda li l-pajjiż isaħħaħ l-kooperazzjoni tiegħu mal-UE, mal-OSKE u man-NU dwar il-mod kif jieħu ħsieb il-korruzzjoni; huwa konvint li l-involviment attiv fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji fis-settur tal-produzzjoni ekonomika u fil-ħajja pubblika u amministrattiva tal-Mongolja jista' jiżvolġi rwol pożittiv u sostanzjali f'dawn l-impriżi;

16.  Jirrikonoxxi l-impenji u l-qafas ġuridiku tal-pajjiż bil-għan li jinqered it-traffikar tal-bnedmin, iżda jibqa' mħasseb dwar is-sitwazzjoni konkreta, u jħeġġeġ lill-Mongolja timplimenta bis-sħiħ il-liġi tal-2012 kontra t-traffikar kif ukoll il-pjanijiet nazzjonali relatati;

17.  Jinsab kuntent li, bejn l-UE u l-Mongolja, fil-prinċipju ntlaħaq qbil u li x-xogħol preparatorju huwa għaddej biex jitnieda djalogu regolari dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Mongolja fl-2017;

18.  Jilqa' pożittivament il-fatt li, wara li rratifika l-Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Parlament tal-Mongolja, f'Diċembru 2015, adotta Kodiċi Kriminali rivedut, li, fost riformi ġuridiċi importanti oħrajn bħall-projbizzjoni tat-tortura, jinkludi l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għad-delitti kollha; josserva li l-Parlament li għadu kemm ġie elett ippospona l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Kriminali rivedut, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-tal-Mongolja jimplimentaw din ir-riforma importanti mingħajr aktar dewmien;

19.  Josserva l-progress li għamlet il-Mongolja biex ittejjeb il-qafas ġuridiku tagħha konformement mal-obbligi internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, mar-riforma istituzzjonali, inkluża l-Kummissjoni Nazzjonali Indipendenti għad-Drittijiet tal-Bniedem tagħha, u l-isforzi mmirati biex jibnu l-kapaċitajiet u jissensibilizzaw dwar it-tema tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-impenn kontinwu biex jiġu indirizzati l-isfidi li fadal marbutin mal-protezzjoni u mal-promozzjoni tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bħal dawk enfasizzati fl-2015 fit-tieni Eżami Perjodiku Universali tan-NU (EPU-NU), inklużi l-prevenzjoni u l-investigazzjoni tal-allegazzjonijiet kollha ta' tortura, il-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal kif ukoll dawk tal-ħabsin;

20.  Jesprimi tħassib dwar ir-rapporti ta' każijiet ta' arrest mingħajr mandat u ta' tortura u impunità fil-ħabsijiet tal-Mongolja; jingħaqad mal-appell tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) għal miżuri effikaċi biex ikun garantit li d-detenuti kollha jingħataw fil-prattika s-salvagwardji ġuridiċi fundamentali kollha skont l-istandards internazzjonali; jistieden lill-Mongolja tagħti segwitu lill-impenji tagħha biex tistabbilixxi mekkaniżmu indipendenti bil-għan li tinvestiga l-allegazzjonijiet ta' tortura u maltrattament fil-pront u b'mod effikaċi;

21.  Ifaħħar il-proġett li l-UE tappoġġa favur id-drittijiet tal-persuni LGBTI fil-Mongolja; huwa madankollu inkwetat bid-diskriminazzjoni u l-vessazzjonijiet li jitwettqu kontinwament kontra l-komunità LGBTI;

22.  Jirrakkomanda lill-Mongolja, bi qbil mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal li diġà rratifikat, tipprojbixxi bil-liġi l-piena korporali mhux biss fl-istituti edukattivi iżda fi kwalunkwe kuntest, u taffronta b'miżuri mmirati u speċifiċi r-rati, li mhuma qegħdin juru l-ebda sinjal li se jonqsu, tal-vjolenzi kontra t-tfal, tal-isfruttament ekonomiku tat-tfal u tal-inċidenti li jikkawżaw il-mewt jew ferimenti gravi ta' tfal; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha rilevanti tal-UE jagħtu assistenza rigward din il-kwistjoni;

23.  Jirrakkomanda li tissaħħaħ il-qagħda fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza billi tkun implimentata l-Konvenzjoni C176 tal-ILO, kif ukoll il-konvenzjonijiet l-oħra tal-ILO fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza li għadhom ma ġewx ratifikati;

24.  Isostni l-isforzi kontinwi u onesti tal-Mongolja biex teqred progressivament il-forom kollha ta' tħaddim tat-tfal u tiggarantixxi drittijiethom;

25.  Jilqa' favorevolment il-qafas ġuridiku tal-Mongolja intiż li jirrealizza drittijiet indaqs tan-nisa u tal-irġiel adottat fl-2011 u l-eliminazzjoni progressiva tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa;

Żvilupp sostenibbli

26.  Jilqa' pożittivament il-progress sostanzjali li sar mill-Mongolja sa mis-snin disgħin fl-iżvilupp ekonomiku u fit-tnaqqis tal-faqar konformement mal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs); jappoġġa lill-Mongolja fil-kisba tagħha tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs), f'konformità mal-prinċipji dwar l-effikaċja tal-għajnuna u t-trasparenza;

27.  Jirrikonoxxi li integrazzjoni ekonomika reġjonali aktar fil-fond se tiftaħ opportunitajiet għall-Mongolja f'termini ta' futur aktar prosperu u suċċess ekonomiku; jieħu nota tal-fatt li l-Mongolja kontemporanjament qiegħda tfittex alleanzi u sħab ekonomiċi li jippermettulha tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta' kooperazzjoni tagħha billi, fl-istess ħin, jirrispettaw l-interessi politiċi u ekonomiċi nazzjonali leġittimi tagħha, l-impenn fit-tul għal diplomazija multidirezzjonali, l-identità u stil ta' ħajja tradizzjonali jew il-pedamenti demokratiċi tas-soċjetà tal-Mongolja;

28.  Huwa mħasseb, madankollu, bil-fatt li f'xi nħawi l-faqar qiegħed irabbi l-għeruq u li l-boom ekonomiku rrapportat fl-2010-2012 ma kkontribwixxiex biżżejjed biex jitnaqqas il-faqar fil-pajjiż;

29.  Iħeġġeġ lill-Mongolja fl-isforzi tagħha biex tikseb tkabbir ekonomiku sostenibbli; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis f'daqqa fir-ritmu tat-tkabbir tal-PDG, li fl-2011 laħaq livelli rekord (17,3 %) iżda fl-2015 kien biss ta' 2,3 %, waqt li kien imbassar li ċ-ċifra għall-2016 kienet se tkun ta' 1,3 %; huwa mħasseb bil-fatt li d-defiċit fil-baġit, li tela' għal 20 % tal-PDG, jista' jħalli riperkussjonijiet negattivi fuq t-taffija tal-faqar, kif ukoll fuq l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni tas-sistema tal-protezzjoni soċjali;

30.  Jilqa' favorevolment il-fatt li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE għall-pajjiż għall-2014-2020, li tammonta għal EUR 65 miljun, hija aktar mid-doppju meta mqabbla maċ-ċifra ta' EUR 30 miljun għall-perjodu 2007-2013, b'enfasi fuq titjib tal-governanza ekonomika u tat-taħriġ vokazzjonali għal opportunitajiet aħjar ta' impjieg; iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-Mongolja fil-programmi reġjonali ffinanzjati mill-UE; jinnota l-implimentazzjoni relattivament tajba tal-proġetti u l-programmi tal-UE li jgħinu l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-Mongolja;

31.  Jenfasizza l-importanza ta' riforma amministrattiva kontinwa li tikkonċentra prinċipalment fuq il-konsolidament ta' amministrazzjoni professjonali ħafna kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak lokali; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE jgħinu lill-Mongolja fl-iżvilupp tar-riżorsi u tal-kompetenzi neċessarji, fl-interess li l-pajjiż ikun mgħammar aħjar biex jilqa' l-isfidi tal-proċessi kumplessi ta' trasformazzjoni ekonomika u soċjetali, u jżidu l-kapaċità ta' assorbiment tal-fondi tal-UE fil-pajjiż;

32.  Jistieden għal żieda fl-iskambju ta' opportunitajiet għall-istudenti u għad-dinja akkademika fl-ambitu tal-programmi Erasmus+ u Marie Skłodowska-Curie kif ukoll għat-twessigħ tal-kuntatti interpersonali, anki għall-artisti, bejn l-UE u l-Mongolja; jistieden lill-UE tinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tagħha ta' kooperazzjoni mal-Mongolja;

33.  Jilqa' pożittivament d-depożitu puntwali mill-Mongolja fil-21 ta' Settembru 2016 tal-istrument ta' ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; huwa mħasseb bil-fatt li l-effetti kombinati tat-tibdil fil-klima, iż-żieda estensiva tat-trobbija tal-bhejjem, żieda drammatika tal-migrazzjoni mill-kampanja għall-belt kapitali kif ukoll l-użu massiċċ u l-isfruttament rapidu tar-riżorsi naturali bħall-ilma u l-ħamrija għall-estrazzjoni uffiċjali u mhux uffiċjali mill-minjieri tar-ram, tal-faħam u ta' materji primi oħra, wasslu għal deterjorament drastiku tal-qagħda ambjentali tal-Mongolja, riskju akbar ta' kunflitti għall-ilma mal-ġirien tagħha u okkorrenza dejjem akbar ta' fenomeni klimatiċi bħad-"dzud", li huwa kkaratterizzati minn ċikli ta' nixfa fit-tul u xtiewi kefrin u dan jirriżulta f'telf massiċċ ta' bhejjem, fawna u bijodiversità inġenerali; jistieden lill-Gvern tal-Mongolja jintensifika l-isforzi għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija tal-pajjiż, u jappella lill-UE tforni assistenza għal dan il-proċess permezz ta' attivitajiet iddedikati u miżuri preventivi u ta' xort'oħra, pereżempju fil-kuntest ta' koordinament aktar strett tal-politiki ambjentali taż-żewġ naħat; jistieden lill-awtoritajiet u lill-parlament tal-Mongolja, kif ukoll lill-Istati Membri tal-UE, jikkooperaw u jikkontribwixxu għal tisħiħ sostanzjali tar-reġim klimatiku internazzjonali fl-ambitu tal-wegħdiet li ttieħdu fil-COP 22 ta' Marrakexx;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Mongolja rratifikat il-konvenzjonijiet SPĠ+ rilevanti kollha dwar il-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima u li hija konformi magħhom; iħeġġeġ lill-Mongolja, madankollu, tikkonforma mal-obbligi tagħha ta' rapportar fl-ambitu tal-Konvenzjonijiet dwar il-Ħarsien tal-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (Konvenzjonijiet CITES, Basel u Stokkolma) u ssaħħaħ il-qafas ġuridiku tal-pajjiż fil-qasam ambjentali;

35.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-2014, l-industriji estrattivi fil-Mongolja rrappreżentaw 17 % tal-PDG u 89 % tal-esportazzjonijiet totali tal-pajjiż; jilqa' pożittivament, f'dan il-kuntest, il-parteċipazzjoni attiva tal-Mongolja fl-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi (EITI), li għanda l-għan li tagħmel lil dan is-settur aktar responsabbli u trasparenti;

36.  Jissottolinja li l-minjiera tar-ram u tad-deheb Oyu Tolgoi hija l-akbar proġett tal-minjieri individwali, li mill-2020 mistennija tirrappreżenta terz tal-PDG tal-Mongolja u Tavan Tolgoi hija l-akbar minjiera tal-faħam tad-dinja li mhijiex żviluppata; japprezza d-dibattiti pubbliċi dwar l-impatt ambjentali tal-minijieri kif ukoll il-parteċipazzjoni pubblika fil-ġestjoni tar-riżorsi fil-livelli lokali;

37.  Jinkoraġġixxi lill-Mongolja tiżviluppa, għall-ġid taċ-ċittadini tagħha, l-isfruttament tar-riżorsi naturali tagħha, partikolarment tal-minerali rari, inkwantu għandhom valur dejjem akbar fl-industrija diġitali; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol ta' sostenn li l-UE tista' tiżvolġi hija u tagħti għajnuna teknoloġika u finanzjarja favur tali estrazzjoni tal-minerali indipendenti;

38.  Huwa tal-fehma li l-investimenti fit-teknoloġiji u fid-diġitalizzazzjoni futuri jafu jgħinu jnaqqsu d-distakk li hemm fil-qasam tal-iżvilupp bejn id-diversi reġjuni tal-Mongolja kif ukoll jiddiversifika l-ekonomija; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda;

39.  Jirrikonoxxi l-isfidi konsiderevoli tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga; jirrakkomanda li l-UE tassisti fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u tar-riżorsi pubbliċi biex tali kwistjonijiet jiġu affrontati;

Relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi

40.  Jinnota li l-UE saret it-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Mongolja, u li l-prodotti tal-Mongolja diġà bdew jidħlu fis-suq tal-UE prattikament eżenti mid-dazji skont is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzata attwali;

41.  Jilqa' pożittivament l-inklużjoni tal-Mongolja fl-iskema SPĠ+;

42.  Josserva li l-investiment Ewropew fil-Mongolja s'issa għadu limitat, minħabba l-insigurtà tal-ambjent tan-negozju u n-nuqqas ta' informazzjoni;

43.  Jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Mongolja jintensifikaw r-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment tagħhom, li jinkludu l-promozzjoni permezz ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li tali intensifikazzjoni jenħtieġ li tkun konformi mal-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-istandards tax-xogħol, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards ambjentali, u tirrispettahom kompletament;

44.  Iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, aktar żvilupp tal-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fil-Mongolja;

45.  Jenfasizza l-importanza ta' ambjent ġuridiku u ta' negozju stabbli għal żieda fl-investimenti mill-UE;

46.  Jieħu nota tat-tnaqqis tal-investiment dirett barrani (IDB), relatat mas-settur tal-minjieri li jiddomina l-ekonomija, li għadu fattur kontroversjali kruċjali;

47.  Iħeġġeġ lill-Mongolja, bl-għajnuna ta' investiment barrani u ambjent ġuridiku aktar trasparenti, tiddiversifika l-ekonomija tagħha b'mod li tgħinha tevita l-vulnerabbiltà għas-swieq tal-minerali volatili; jilqa' pożittivament, f'dan il-kuntest, il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-IDB;

48.  Jinkoraġġixxi l-integrazzjoni ulterjuri tal-Mongolja fl-ekonomija globali u reġjonali, fi ħdan oqfsa bħal dawk tat-triq tal-isteppa, tat-triq tal-ħarir/l-inizjattiva "Zona Waħda, Triq Waħda" jew iż-Żona Trans-Ewrasjatika, skont l-interessi u l-prijoritajiet strateġiċi tal-pajjiż; jitlob lill-UE tikkunsidra li tipparteċipa fi programmi infrastrutturali u ta' investiment, inkluż fis-settur tal-minjieri, fir-reġjun;

Sfidi u kooperazzjoni reġjonali u globali

49.  Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali li l-Mongolja tista' tiżvolġi bejn l-ekonomiji dinamiċi taċ-Ċina, tar-Russja, tal-Korea t'Isfel u tal-Ġappun u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, u fl-istess ħin bħala intermedjarju bejn l-Ewropa u r-reġjun tal-Asja tal-Lvant;

50.  Jirrileva l-kunċett tal-politika barranija tal-Mongolja dwar "ġar terz", li jinkludi r-relazzjonijiet mal-UE, ibbilanċjati ma' relazzjonijiet kostruttivi u intensi mas-sħab strateġiċi u influwenti u l-ġirien diretti tagħha, ir-Russja u ċ-Ċina;

51.  Jieħu nota tar-relazzjonijiet ta' ħbiberija, kif ukoll kompetittivi f'termini ekonomiċi, tal-Mongolja mal-pajjiżi l-oħra fir-reġjun;

52.  Josserva li l-Mongolja qiegħda tevalwa bis-serjetà l-impatt ta' sħubija potenzjali fl-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (EAEU); jinsab imħasseb li dan il-pass jaf ifixkel ir-relazzjonijiet politiċi u kummerċjali ulterjuri mal-UE;

53.  Jifraħ lill-Mongolja għar-rwol pożittiv tagħha hija u tippresiedi l-laqgħat ASEM u ASEP tal-2016 f'Ulan Bator, għas-solidifikazzjoni tad-dimensjoni parlamentari u għat-tisħiħ tas-sħubija bejn iż-żewġ reġjuni fuq il-bażi tal-prinċipji universalment rikonoxxuti tal-ugwaljanza, tar-rispett reċiproku kif ukoll tal-promozzjoni u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jilqa' favorevolment il-proposta tal-Mongolja biex jitwaqqaf Ċentru ASEM li jkun iħaddan fih faċilità virtwali/online;

54.  Jilqa' b'mod pożittiv il-fatt li l-Mongolja ddikjarat lilha nnifisha bħala żona mingħajr armi nukleari, kif rikonoxxut uffiċjalment min-NU; japprezza, partikolarment, ir-rwol kostruttiv u attiv li tiżvolġi fil-fora multilaterali fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni favur diżarm nukleari globali, kif ukoll il-fatt li ffirmat il-"Humanitarian Pledge" (Wegħda Umanitarja)(10);

55.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn reċiproku għall-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u f'dan il-kuntest, jilqa' pożittivament ir-rwol attiv tal-Mongolja fil-mekkaniżmi multilaterali internazzjonali bħan-NU u l-OSKE, u l-kontribut tagħha għall-inizjattivi li jappoġġaw il-paċi u l-istabbiltà fl-Asja tal-Grigal u lil hinn, bħad-Djalogu ta' Ulan Bator għas-Sigurtà tal-Asja tal-Grigal;

56.  Josserva l-kontribut tal-Mongolja favur l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tan-NU fid-dinja kif ukoll il-forniment ta' faċilitajiet ta' taħriġ għal tali missjonijiet, flimkien mal-fatt li tipprova dejjem iżjed issaħħaħ, parallelament, l-opportunitajiet politiċi u diplomatiċi u r-responsabbiltà tan-NU għall-prevenzjoni u għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti;

57.  Jilqa' pożittivament l-allinjament mill-qrib tal-Mongolja mal-UE fin-negozjati u fil-pożizzjonijiet tal-vot tagħha fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti u fora multilaterali oħrajn; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni internazzjonali;

58.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-Mongolja fil-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem bħala membru ġdid tal-UNHRC fil-perjodu 2016-2018 u jappella għal kooperazzjoni stretta bejn l-UE u l-Mongolja fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-ħidma tal-UNHRC;

59.  Jilqa' favorevolment ir-ratifika min-naħa tal-Mongolja tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u jinkoraġġixxi lill-Mongolja tirratifika l-Emendi ta' Kampala, li fornew, b'mod puntwali, definizzjoni u proċedura għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti fuq id-delitt ta' aggressjoni;

60.  Ifaħħar lill-isforzi li għamlet il-Mongolja biex tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi fil-viċinat tal-Mongolja li jaspiraw għall-bidla demokratika; jistieden lill-UE tinvolvi wkoll lill-Mongolja u ssib sinerġiji fuq bażi ad hoc fil-programmi reġjonali fi ħdan l-Asja Ċentrali b'enfasi fuq tali żviluppi;

61.  Ifaħħar lir-rwol tal-Mongolja biex tlaqqa' lill-esponenti akkademiċi miż-żewġ Korej, miċ-Ċina u mir-Russja, kif ukoll talli ospitat riunifikazzjonijiet ta' familji li nfirdu minħabba d-diviżjoni tal-peniżola Koreana;

62.  Isostni l-aspirazzjoni dikjarata tal-Mongolja li ssir membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2022;

o
o   o

63.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Khural il-Kbir tal-Istat (Parlament) tal-Mongolja.

(1) ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 49.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0121.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0458.
(4) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 126.
(5) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 35.
(6) ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 41.
(7) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 97.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0424.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0032.
(10) http://www.icanw.org/pledge/


Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (Anness dwar il-Prodotti Koperti) ***
PDF 247kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (11018/2016 – C8-0391/2016 – 2016/0202(NLE))
P8_TA(2017)0034A8-0007/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11018/2016),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (11019/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0391/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0007/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju ***I
PDF 969kWORD 118k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Frar 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex ittejjeb it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju (COM(2015)0337 – C8-0190/2015 – 2015/0148(COD))(1)
P8_TA(2017)0035A8-0003/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 stabbiliet skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni sabiex tippromwovi t-tnaqqis tal-gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti.
(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 stabbiliet skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni sabiex tippromwovi kemm it-tnaqqis tal-gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti kif ukoll it-tisħiħ sostenibbli tal-industrija tal-Unjoni kontra r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-investiment.
__________________
__________________
15 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
15 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 impenja ruħu biex inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kumplessivi tal-Unjoni tal-anqas b'40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' dan it-tnaqqis ta' emissjonijiet u l-mira għandha tintlaħaq b'mod kosteffettiv permezz tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni (EU ETS) bi tnaqqis ta' 43 % taħt il-livelli tal-2005 sal-2030. Dan kien ikkonfermat fl-impenn ta' tnaqqis maħsub iddeterminat fuq livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima fis-6 ta' Marzu 201516.
(2)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 impenja ruħu biex inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kumplessivi tal-Unjoni tal-anqas b'40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' dan it-tnaqqis ta' emissjonijiet u l-mira trid tintlaħaq b'mod kosteffettiv permezz tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni (EU ETS) bi tnaqqis ta' 43 % taħt il-livelli tal-2005 sal-2030. Dan kien ikkonfermat fl-impenn ta' tnaqqis maħsub iddeterminat fuq livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fis-6 ta' Marzu 2015. L-isforz tat-tnaqqis fl-emissjonijiet għandu jiġi kondiviż b'mod ġust bejn is-setturi koperti mill-EU ETS.
__________________
16 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdid)
(2a)   Sabiex jiġi onorat l-impenn miftiehem li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kumplessivi tal-Unjoni tal-anqas b'40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030, huwa importanti li l-EU ETS, għalkemm hija l-għodda ewlenija tal-Unjoni biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-klima u l-enerġija fuq perijodu twil, tiġi kkomplementata b'azzjonijiet ekwivalenti addizzjonali meħuda permezz ta' atti u strumenti legali oħra li jindirizzaw l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn setturi li mhumiex koperti mill-EU ETS.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdid)
(2b)   Skont il-Ftehim adottat f'Pariġi fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC tat-12 ta' Diċembru 2015 (il-"Ftehim ta' Pariġi"), il-pajjiżi huma meħtieġa jimplimentaw politiki sabiex jiksbu aktar minn 180 Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali (INDCs) li jkopru madwar 98 % tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra. Il-Ftehim ta' Pariġi għandu l-għan li jillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2°C iktar mil-livelli preindustrijali u li jara li jsiru l-isforzi ħalli ż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5°C iktar mil-livelli preindustrijali. Ħafna minn dawn il-politiki huma mistennija li jinvolvu l-ipprezzar tal-karbonju jew miżuri simili, u għalhekk għandha tiġi stabbilita klawsola ta' reviżjoni f'din id-Direttiva sabiex il-Kummissjoni tkun tista', fejn xieraq, tipproponi tnaqqis aktar strett tal-emissjonijiet wara l-ewwel eżerċizzju ta' rendikont skont il-Ftehim ta' Pariġi fl-2023, aġġustament tad-dispożizzjonijiet b'rabta mar-rilokazzjoni tranżitorja tal-emissjonijiet tal-karbonju sabiex jirriflettu l-iżvilupp ta' mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju barra l-Unjoni, u għodod u miżuri ta' politika addizzjonali li jsaħħu l-impenji ta' tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Il-klawsola ta' reviżjoni għandha tiżgura wkoll li tiġi adottata komunikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv, li għandu jsir taħt l-UNFCCC fl-2018, li tivvaluta l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2c (ġdid)
(2c)   B'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u b'konformità mal-impenn tal-koleġiżlaturi espress fid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, is-setturi kollha tal-ekonomija huma meħtieġa jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2). Għal dan l-għan qed isiru, u għandhom ikunu mħeġġa, sforzi sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), bl-għan li jiġi stabbilit pjan ta' azzjoni ċar tal-OMI għal miżuri tal-politika dwar il-klima biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tbaħħir f'livell globali. L-adozzjoni ta' miri ċari biex jitnaqqsu l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-OMI saret kwistjoni ta' urġenza kbira u prerekwiżit għall-Unjoni biex ma tieħux azzjoni ulterjuri dwar l-inklużjoni tas-settur marittimu fi ħdan l-EU ETS. Jekk, madankollu, tali ftehim ma jintlaħaqx sa tmiem l-2021, is-settur għandu jiġi inkluż taħt l-EU ETS u għandu jiġi stabbilit fond għall-kontribuzzjonijiet tal-operaturi tal-vapuri u għall-konformità kollettiva b'rabta mal-emissjonijiet tas-CO2 diġà koperti mis-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (is-sistema MRV) stabbilita fir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c (emissjonijiet rilaxxati f'portijiet tal-Unjoni u matul vjaġġi lejn u minn dawn il-portijiet). Sehem mid-dħul mill-irkantar tal-kwoti lis-settur marittimu għandu jintuża biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija u jiġu appoġġjati investimenti f'teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur marittimu, inklużi t-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-portijiet.
__________________
1aId-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).
1bId-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
1cIr-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).
Emenda 143
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li EU ETS riformata li tiffunzjona sew bi strument biex jistabbilizza s-suq sejra tkun l-istrument ewlieni Ewropew biex tintlaħaq din il-mira, b'fattur ta' tnaqqis annwali ta' 2,2 % mill-2021 'il quddiem, bl-allokazzjoni bla ħlas li ma tiskadiex iżda bil-miżuri eżistenti li jkomplu wara l-2020 għall-prevenzjoni tar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-politika dwar it-tibdil fil-klima, sakemm ma jitwettqux sforzi komparabbli f'ekonomiji oħra ewlenin, mingħajr ma jitnaqqas is-sehem ta' kwoti li jridu jiġu rkantati. Is-sehem tal-irkant għandu jkun espress bħala figura perċentwali fil-leġiżlazzjoni, biex tittejjeb iċ-ċertezza tal-ippjanar fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' investiment, biex tiżdied it-trasparenza u sabiex is-sistema globali ssir aktar sempliċi u faċli tifhimha.
(3)  EU ETS riformata li tiffunzjona sew bi strument imsaħħaħ biex jistabbilizza s-suq se jkunu l-istrumenti ewlenin Ewropej biex tintlaħaq din il-mira, b'fattur ta' tnaqqis annwali ta' 2,2 % mill-2021 'il quddiem, bl-allokazzjoni bla ħlas li ma tiskadix iżda bil-miżuri li jkomplu wara l-2020 għall-prevenzjoni tar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-politika dwar il-klima, sakemm ma jitwettqux sforzi komparabbli f'ekonomiji oħra ewlenin. Is-sehem tal-irkant għandu jkun espress bħala figura perċentwali fil-leġiżlazzjoni, li għandha titnaqqas bl-applikazzjoni ta' fattur ta' korrezzjoni transsettorjali biex tittejjeb iċ-ċertezza tal-ippjanar fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' investiment, biex tiżdied it-trasparenza, biex is-sistema globali ssir aktar sempliċi u faċli tifhimha, u biex dawk is-setturi l-iktar f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jiġu protetti minn fattur ta' korrezzjoni transsettorjali. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinżammu taħt rieżami b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u għandhom jiġu aġġustati kif xieraq jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-Unjoni b'rabta mat-tibdil fil-klima skont dak il-ftehim.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
(3a)   Il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs) huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima u huma responsabbli biss għal livelli baxxi ħafna ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità partikolari sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-LDCs billi l-kwoti tal-EU ETS jintużaw sabiex tiġi ffinanzjata azzjoni klimatika, b'mod partikolari b'rabta mal-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima, permezz tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima tal-UNFCCC.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini tagħha. L-ilħuq ta' dan jeħtieġ kontinwazzjoni tal-azzjoni klimatika ambizzjuża bl-EU ETS bħala l-pedament tal-politika dwar it-tibdil fil-klima tal-Ewropa, u progress fuq l-aspetti l-oħra tal-Unjoni tal-Enerġija17. L-implimentazzjoni tal-ambizzjoni deċiża fil-qafas għall-2030 tikkontribwixxi għat-twassil ta' prezz tal-karbonju sinifikanti u l-kontinwazzjoni tal-istimulazzjoni tat-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.
(4)  Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini u lill-industriji tagħha. L-ilħuq ta' dan jeħtieġ kontinwazzjoni tal-azzjoni klimatika ambizzjuża bl-EU ETS bħala l-pedament tal-politika dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni, u progress fuq l-aspetti l-oħra tal-Unjoni tal-Enerġija17. Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l-interazzjoni tal-EU ETS ma' politiki nazzjonali u tal-Unjoni oħrajn dwar il-klima u l-enerġija li għandhom impatt fuq id-domanda għall-kwoti tal-EU ETS. L-implimentazzjoni tal-ambizzjoni deċiża fil-qafas għall-2030 u l-indirizzar adegwat tal-progress f'aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija jikkontribwixxu għat-twassil ta' prezz tal-karbonju sinifikanti u għall-kontinwazzjoni tal-istimulazzjoni tat-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.
__________________
__________________
17COM(2015)0080, li tistabbilixxi Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem
17COM(2015)0080, li tistabbilixxi Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdid)
(4a)   Jekk tiżdied l-ambizzjoni ta' effiċjenza fl-enerġija apparagun tal-mira ta' 27 % adottata mill-Kunsill, dan għandu jirriżulta f'iktar kwoti mingħajr ħlas għas-setturi tal-industrija f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-politika tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u, fuq il-bażi ta' dan, id-Direttiva 2003/87/KE tipprovdi għal tranżizzjoni lejn irkantar sħiħ maż-żmien. L-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija ġustifikazzjoni biex tiġi posposta t-tranżizzjoni sħiħa, u l-allokazzjoni bla ħlas u mmirata tal-kwoti lill-industrija hija ġġustifikata sabiex jiġu indirizzati r-riskji ġenwini ta' żidiet fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'pajjiżi terzi fejn l-industrija mhijiex soġġetta għal restrizzjonijiet tal-karbonju komparabbli sakemm miżuri ta' politika dwar it-tibdil fil-klima komparabbli ma jitwettqux minn ekonomiji ewlenin oħra.
(5)  L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-politika tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u, fuq il-bażi ta' dan, id-Direttiva 2003/87/KE tipprovdi għal tranżizzjoni lejn irkantar sħiħ maż-żmien. L-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija ġustifikazzjoni biex jiġi pospost temporanjament l-irkantar sħiħ, u l-allokazzjoni bla ħlas u mmirata tal-kwoti lill-industrija hija eċċezzjoni ġġustifikata mill-prinċpju li min iniġġes għandu jħallas, sakemm ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni żejda, sabiex jiġu indirizzati r-riskji ġenwini ta' żidiet fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'pajjiżi terzi fejn l-industrija mhijiex soġġetta għal restrizzjonijiet tal-karbonju komparabbli sakemm miżuri ta' politika dwar it-tibdil fil-klima komparabbli ma jitwettqux minn ekonomiji ewlenin oħra. Għal dak l-għan, l-allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas għandha tkun iżjed dinamika bi qbil mas-sollijiet previsti f'din id-Direttiva.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  L-irkantar tal-kwoti tibqa' r-regola ġenerali, bl-allokazzjoni bla ħlas bħala l-eċċezzjoni. Konsegwentement, u kif ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew, is-sehem tal-kwoti li jrid jiġi rkantat, li kien 57 % matul il-perjodu mill-2013 sal-2020, ma għandux jitnaqqas. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni18 tagħti dettalji dwar is-sehem tal-irkant u tispeċifika li dan is-sehem ta' 57 % huwa magħmul mill-kwoti rkantati f'isem l-Istati Membri, inklużi l-kwoti miżmuma għal dawk li jidħlu ġodda iżda mhux allokati, il-kwoti għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f'ċerti Stati Membri u l-kwoti li jridu jiġu rkantati aktar 'il quddiem minħabba t-tqegħid tagħhom fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19.
(6)  L-irkantar tal-kwoti għadu r-regola ġenerali, bl-allokazzjoni bla ħlas bħala l-eċċezzjoni. Konsegwentement, is-sehem tal-kwoti li jrid jiġi rkantat, li jenħtieġ ikun 57 % matul il-perjodu mill-2021 sal-2030, jenħtieġ jitnaqqas mal-applikazzjoni ta' fattur ta' korrezzjoni transsettorjali biex jipproteġi dawk is-setturi l-aktar esposti għar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tagħti dettalji dwar is-sehem tal-irkant u tispeċifika li dan is-sehem ta' 57 % huwa magħmul minn kwoti rkantati f'isem l-Istati Membri, inklużi l-kwoti miżmuma għal dawk li jidħlu ġodda iżda mhux allokati, il-kwoti għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f'ċerti Stati Membriu l-kwoti li jridu jiġu rkantati aktar 'il quddiem minħabba t-tqegħid tagħhom fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. Jenħtieġ jiġi stabbilit Fond ta’ Tranżizzjoni ġust biex jappoġġa r-reġjuni b'sehem kbir ta' ħaddiema f’setturi li jiddependu mill-faħam u b’PDG per capita ħafna inqas mill-medja tal-Unjoni.
__________________
_________________
18 SEC(2015)XX
19Id-Deċiżjoni (UE) 2015/ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li tikkonċerna l-istabbiliment u t-tħaddim ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet u li tEmenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L […], […], p. […]).
19Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Sabiex jiġi ppreservat il-benefiċċju ambjentali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni filwaqt li l-azzjonijiet minn pajjiżi oħra ma jagħtux inċentivi komparabbli lill-industrija biex tnaqqas l-emissjonijiet, l-allokazzjoni bla ħlas għandha tkompli għall-installazzjonijiet fis-setturi u s-sottosetturi bir-riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-esperjenza miġbura matul it-tħaddim tal-EU ETS ikkonfermat li s-setturi u s-sottosetturi huma fir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sa livelli differenti, u li l-allokazzjoni bla ħlas ippreveniet ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Filwaqt li ċerti setturi u sottosetturi jistgħu jitqiesu f'riskju ogħla ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, oħrajn jistgħu jgħaddu sehem konsiderevoli tal-ispejjeż tal-kwoti biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom fil-prezzijiet tal-prodotti mingħajr ma jitilfu s-sehem fis-suq u jġarrbu biss il-parti li jifdal tal-ispejjeż u għalhekk huma f'riskju baxx ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tiddifferenzja s-setturi rilevanti abbażi tal-intensità tal-kummerċ u l-intensità tal-emissjonijiet tagħhom biex tidentifika aħjar is-setturi f'riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fejn, abbażi ta' dawn il-kriterji, jinqabeż livell limitu iddeterminat filwaqt li titqies il-possibbiltà rispettiva għas-setturi u s-sottosetturi kkonċernati li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti, is-settur jew is-sottosettur għandhom jitqiesu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Oħrajn għandhom jitqiesu f'riskju baxx jew fl-ebda riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-kunsiderazzjoni tal-possibbiltajiet għas-setturi u s-sottosetturi barra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti għandha tnaqqas ukoll il-qligħ mhux mistenni.
(7)  Sabiex jiġi ppreservat il-benefiċċju ambjentali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni filwaqt li l-azzjonijiet minn pajjiżi oħra ma jagħtux inċentivi komparabbli lill-industrija biex tnaqqas l-emissjonijiet, l-allokazzjoni bla ħlas għandha tkompli temporanjament għall-installazzjonijiet fis-setturi u s-sottosetturi bir-riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-esperjenza miġbura matul it-tħaddim tal-EU ETS ikkonfermat li s-setturi u s-sottosetturi huma fir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sa livelli differenti, u li l-allokazzjoni bla ħlas ippreveniet ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Filwaqt li ċerti setturi u sottosetturi jistgħu jitqiesu f'riskju ogħla ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, oħrajn jistgħu jgħaddu sehem konsiderevoli tal-ispejjeż tal-kwoti biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom fil-prezzijiet tal-prodotti mingħajr ma jitilfu s-sehem fis-suq u jġarrbu biss il-parti li jifdal tal-ispejjeż u għalhekk huma f'riskju baxx ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tiddifferenzja s-setturi rilevanti abbażi tal-intensità tal-kummerċ u l-intensità tal-emissjonijiet tagħhom biex tidentifika aħjar is-setturi f'riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fejn, abbażi ta' dawn il-kriterji, jinqabeż livell limitu iddeterminat filwaqt li titqies il-possibbiltà rispettiva għas-setturi u s-sottosetturi kkonċernati li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti, is-settur jew is-sottosettur għandhom jitqiesu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Oħrajn għandhom jitqiesu f'riskju baxx jew fl-ebda riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-kunsiderazzjoni tal-possibbiltajiet għas-setturi u s-sottosetturi barra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku li jgħaddu l-ispejjeż fil-prezzijiet tal-prodotti għandha tnaqqas ukoll il-qligħ mhux mistenni. Ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'setturi u sottosetturi li għalihom l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi tal-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku għandhom jiġu vvalutati wkoll fid-dawl tal-fatt li dawn il-prodotti huma magħmula kemm f'impjanti kimiċi u kemm f'raffineriji.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku fis-setturi kkonċernati u sabiex dawn jiġu aġġustati għall-perjodu rilevanti tal-allokazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni biex il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjonijiet bla ħlas lill-installazzjonijiet, iddeterminati fuq il-bażi tad-dejta mis-snin 2007-8, jiġu aġġornati b'konformità mat-titjib medju osservat. Għal raġunijiet ta' prevedibbiltà, dan għandu jitwettaq permezz tal-applikazzjoni ta' fattur li jirrappreżenta l-aħjar valutazzjoni tal-progress fis-setturi, li mbagħad għandha tikkunsidra dejta robusta, oġġettiva u verifikata mill-installazzjonijiet sabiex is-setturi li r-rata ta' titjib tagħhom tvarja b'mod konsiderevoli minn dan il-fattur ikollhom valur tal-parametru referenzjarju li jqarreb iżjed ir-rata ta' titjib attwali tagħhom. Fejn id-dejta turi differenza mit-tnaqqis tal-fattur li hija ogħla jew aktar baxxa minn 0,5% tal-valur tal-2007-8 fis-sena matul il-perjodu rilevanti, il-valur tal-parametru referenzjarju relatat għandu jkun aġġustat b'dak il-perċentwal. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni tal-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku fir-raffineriji u l-impjanti kimiċi, il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku għandhom ikomplu jkunu allinjati mal-parametri referenzjarji tar-raffineriji.
(8)  Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku fis-setturi kkonċernati u sabiex dawn jiġu aġġustati għall-perjodu rilevanti tal-allokazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni biex il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjonijiet bla ħlas lill-installazzjonijiet, iddeterminati fuq il-bażi tad-dejta mis-snin 2007 u 2008, jiġu aġġornati b'konformità mat-titjib medju osservat. Għal raġunijiet ta' prevedibbiltà, dan għandu jitwettaq permezz tal-applikazzjoni ta' fattur li jirrappreżenta l-valutazzjoni reali tal-progress mill-10 % tal-installazzjonijiet l-iktar effiċjenti fis-setturi, li mbagħad għandha tikkunsidra dejta robusta, oġġettiva u verifikata mill-installazzjonijiet sabiex is-setturi li r-rata ta' titjib tagħhom tvarja b'mod konsiderevoli minn dan il-fattur ikollhom valur tal-parametru referenzjarju li jqarreb iżjed ir-rata ta' titjib attwali tagħhom. Fejn id-dejta turi differenza mit-tnaqqis tal-fattur ta' iktar minn 1,75 % tal-valur li jikkorrispondi għas-snin 2007 u 2008 (ogħla jew aktar baxxa) fis-sena matul il-perjodu rilevanti, il-valur tal-parametru referenzjarju relatat għandu jkun aġġustat b'dak il-perċentwal. Fejn, madankollu, id-dejta turi rata ta' titjib ta' 0,25 jew anqas matul il-perjodu rilevanti, il-valur tal-parametru referenzjarju relatat għandu jkun aġġustat b'dak il-perċentwal. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni tal-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku fir-raffineriji u l-impjanti kimiċi, il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku għandhom ikomplu jkunu allinjati mal-parametri referenzjarji tar-raffineriji.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw parzjalment, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, ċerti installazzjonijiet fis-setturi jew sottosetturi li ġew iddeterminati li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Il-Protokoll u d-deċiżjonijiet ta' akkumpanjament adottati mill-Konferenza tal-Partijiet f'Pariġi jeħtieġu jipprovdu għall-mobilizzazzjoni dinamika tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini tal-kapaċitajiet għall-Partijiet eliġibbli, b'mod partikolari dawk bl-inqas kapaċitajiet. Il-finanzjament mingħand is-settur pubbliku għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jkompli jaqdi rwol importanti fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi wara l-2020. Għalhekk, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll għal azzjonijiet ta' finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tal-klima. L-ammont ta' finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima li jrid jiġi mmobilizzat se jiddependi wkoll fuq l-ambizzjoni u l-kwalità tal-kontributi maħsuba determinati fil-livell nazzjonali (INDCs) proposti, il-pjanijiet ta' investiment sussegwenti u l-proċessi ta' ppjanar għall-adattament nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul mill-irkantar għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'ekonomija ta' dekarbonizzazzjoni.
(9)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw parzjalment, permezz ta' sistema ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni, ċerti installazzjonijiet fis-setturi jew sottosetturi li ġew iddeterminati li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Il-finanzjament mingħand is-settur pubbliku għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jkompli jaqdi rwol importanti fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi wara l-2020. Għalhekk, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll għal azzjonijiet ta' finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima. L-ammont ta' finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima li jrid jiġi mmobilizzat se jiddependi wkoll fuq l-ambizzjoni u l-kwalità tal-INDCs proposti, il-pjanijiet ta' investiment sussegwenti u l-proċessi ta' ppjanar għall-adattament nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw ukoll l-aspetti soċjali tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u jużaw id-dħul mill-irkantar għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'ekonomija ta' dekarbonizzazzjoni. Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jżidu mal-kumpens mogħti permezz tas-sistema ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni. Tali miżuri finanzjarji m'għandhomx jaqbżu l-livelli msemmija fil-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  L-inċentiv ewlieni fuq terminu twil minn din id-Direttiva għall-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS), teknoloġiji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju huwa s-sinjal tal-prezz tal-karbonju li toħloq u li l-kwoti ma jkunux jeħtieġu li jiġu ċeduti għal emissjonijiet ta' diossidu tal-karbonju li jinħażnu b'mod permanenti jew jiġu evitati. Barra minn hekk, sabiex ikunu ssupplimentati r-riżorsi li diġà qed jintużaw biex jaċċelleraw id-dimostrazzjoni ta' faċilitajiet tas-CCS kummerċjali u teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, il-kwoti tal-EU ETS għandhom jintużaw biex jagħtu gwadanji ggarantiti għall-iskjerament tal-faċilitajiet tas-CCS, teknoloġji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u innovazzjoni industrijali fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fl-Unjoni għal diossidu tal-karbonju maqbud jew evitat fuq skala suffiċjenti, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-għarfien. Il-maġġoranza ta' dan l-appoġġ għandha tiddependi fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li ċertu appoġġ jista' jingħata meta jintlaħqu ċerti tragwardi predeterminati filwaqt li tiġi kkunsiderata t-teknoloġija skjerata. Il-perċentwal massimu tal-ispejjeż tal-proġetti li jridu jiġu appoġġjati jista' jvarja skont il-kategorija ta' proġett.
(10)  L-inċentiv ewlieni fuq terminu twil minn din id-Direttiva għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS) u l-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU), teknoloġiji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju huwa s-sinjal tal-prezz tal-karbonju li toħloq u li l-kwoti ma jkunux jeħtieġu li jiġu ċeduti għal emissjonijiet ta' diossidu tal-karbonju li jinħażnu b'mod permanenti jew jiġu evitati. Barra minn hekk, sabiex ikunu ssupplimentati r-riżorsi li diġà qed jintużaw biex jaċċelleraw id-dimostrazzjoni ta' faċilitajiet tas-CCS u tas-CCU kummerċjali u teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, il-kwoti tal-EU ETS għandhom jintużaw biex jagħtu gwadanji ggarantiti għall-iskjerament tal-faċilitajiet tas-CCS u tas-CCU, teknoloġji ġodda ta' enerġija rinnovabbli u innovazzjoni industrijali fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fl-Unjoni għal diossidu tal-karbonju maqbud jew evitat fuq skala suffiċjenti, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-għarfien. Il-maġġoranza ta' dan l-appoġġ għandha tiddependi fuq l-evitar ivverifikat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li ċertu appoġġ jista' jingħata meta jintlaħqu ċerti tragwardi predeterminati filwaqt li tiġi kkunsiderata t-teknoloġija skjerata. Il-perċentwal massimu tal-ispejjeż tal-proġetti li jridu jiġu appoġġjati jista' jvarja skont il-kategorija ta' proġett.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Għandu jiġi stabbiliti Fond għall-Modernizzazzjoni mit-2 % tal-kwoti totali tal-EU ETS, u għandu jiġi rkantat skont ir-regoli u l-modalitajiet għall-irkanti li jseħħu fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkant stabbilita fir-Regolament 1031/2010. L-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita skont ir-rati tal-kambju tas-suq ta' inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni u jingħataw deroga sal-2030 mill-prinċipju ta' rkantar sħiħ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jużaw l-għażla ta' allokazzjoni bla ħlas sabiex jippromwovu b'mod trasparenti l-investimenti reali li jimmodernizzaw is-settur tal-enerġija tagħhom filwaqt li jevitaw distorsjonoijiet tas-suq tal-enerġija intern. Ir-regoli għall-kontroll tal-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni l-aktar effiċjenti possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa li l-parteċipanti kollha jkollhom aċċess faċli. Il-funzjoni tal-istruttura ta' governanza għandha tkun proporzjonata bl-iskop li jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi. L-istruttura ta' governanza għandha tkun komposta minn bord għall-investimenti u kumitat ta' ġestjoni u għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kompetenzi tal-BEI fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet sakemm ma jingħatax appoġġ lil proġetti żgħar permezz ta' self minn banek promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet permezz ta' programm nazzjonali li jikkondividi l-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-investimenti ffinanzjati permezz tal-fond għandhom ikunu proposti mill-Istati Membri. Sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta' investiment fl-Istati Membri bi dħul baxx ikunu indirizzati kif xieraq, id-distribuzzjoni tal-fondi għandha tikkunsidra f'ishma ugwali l-emissjonijiet verifikati u l-kriterji tal-PDG. L-għajnuna finanzjarja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni tista' tingħata permezz ta' forom differenti.
(11)  Għandu jiġi stabbiliti Fond għall-Modernizzazzjoni mit-2 % tal-kwoti totali tal-EU ETS, u għandu jiġi rkantat skont ir-regoli u l-modalitajiet għall-irkanti li jseħħu fuq il-Pjattaforma Komuni tal-Irkant stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. L-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita skont ir-rati tal-kambju tas-suq ta' inqas minn 60 % taħt il-medja tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-Istati Membri li fl-2014 kellhom PDG per capita f'EUR bi prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu, sal-2030, jidderogaw mill-prinċipju ta' rkantar sħiħ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jużaw l-għażla ta' allokazzjoni bla ħlas sabiex jippromwovu b'mod trasparenti l-investimenti reali li jimmodernizzaw u jiddiversifikaw is-settur tal-enerġija tagħhom, skont l-għanijiet tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 dwar il-klima u l-enerġija, filwaqt li jevitaw distorsjonoijiet tas-suq tal-enerġija intern. Ir-regoli għall-kontroll tal-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni l-aktar effiċjenti possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa li l-parteċipanti kollha jkollhom aċċess faċli. Dawn ir-regoli għandhom ikunu trasparenti, ibbilanċjati u proporzjonati bl-iskop li jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi. L-istruttura ta' governanza għandha tkun komposta minn bord għall-investimenti, bord konsultattiv u kumitat ta' ġestjoni. Għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kompetenzi tal-BEI fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet sakemm ma jingħatax appoġġ lil proġetti żgħar permezz ta' self minn banek promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet permezz ta' programm nazzjonali li jikkondividi l-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-investimenti ffinanzjati permezz tal-fond għandhom ikunu proposti mill-Istati Membri u kwalunkwe finanzjament mill-Fond għandu jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà. Sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta' investiment fl-Istati Membri bi dħul baxx ikunu indirizzati kif xieraq, id-distribuzzjoni tal-fondi għandha tikkunsidra f'ishma ugwali l-emissjonijiet verifikati u l-kriterji tal-PDG. L-għajnuna finanzjarja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni tista' tingħata permezz ta' forom differenti.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-modalitajiet, inkluża t-trasparenza, tal-allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija f'ċerti Stati Membri għandhom jittejbu. L-investimenti b'valur ta' EUR10 miljun jew iżjed għandhom jintgħażlu mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' proċess ta' offerti kompetittiv fuq il-bażi ta' regoli ċari u trasparenti biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni bla ħlas tintuża biex tippromwovi investimenti reali għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija b'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija. Investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun ukoll għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-allokazzjoni bla ħlas. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħżel investimenti bħal dawn fuq il-bażi ta' kriterji ċari u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika. Il-pubbliku għandu jkun informat kif dovut fl-istadju tal-għażla tal-proġetti ta' investiment kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tagħhom.
(12)  Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li l-modalitajiet, inkluża t-trasparenza, tal-allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għall-immodernizzar u d-diversifikazzjoni tas-settur tal-enerġija f'ċerti Stati Membri għandhom jittejbu. L-investimenti b'valur ta' EUR10 miljun jew iżjed għandhom jintgħażlu mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' proċess ta' offerti kompetittiv fuq il-bażi ta' regoli ċari u trasparenti biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni bla ħlas tintuża biex tippromwovi investimenti reali għall-immodernizzar jew id-diversifikazzjoni tas-settur tal-enerġija b'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż l-għan tal-promozzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija. Investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun ukoll għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-allokazzjoni bla ħlas. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħżel investimenti bħal dawn fuq il-bażi ta' kriterji ċari u trasparenti. Il-proċess ta' għażla għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika u r-riżultati ta' tali proċess ta' għażla, inklużi l-proġetti rrifjutati, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Il-pubbliku għandu jkun informat kif dovut fl-istadju tal-għażla tal-proġetti ta' investiment kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jittrasferixxu, parzjalment jew kompletament, il-kwoti korrispondenti lill-Fond għall-Modernizzazzjoni jekk ikunu eliġibbli biex jużaw iż-żewġ strumenti. Id-deroga għandha tintemm sa tmiem il-perjodu ta' negozjar fl-2030.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Il-finanzjament tal-EU ETS għandu jkun koerenti ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tan-nefqa pubblika.
(13)  Il-finanzjament tal-EU ETS għandu jkun koerenti ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, inklużi Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-Istrateġija dwar il-Klima tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tan-nefqa pubblika.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Id-dispożizzjonijiet eżistenti li huma fis-seħħ għal installazzjonijiet żgħar li għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS jippermettu lill-installazzjonijiet li huma esklużi li jibqgħu tali, u għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jaġġornaw il-lista tagħhom ta' installazzjonijiet esklużi u għall-Istati Membri li fil-preżent mhux qed jużaw din l-għażla biex jagħmlu hekk fil-bidu ta' kull perjodu ta' negozjar.
(14)  Id-dispożizzjonijiet eżistenti li huma fis-seħħ għal installazzjonijiet żgħar li għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS għandhom jiġu estiżi biex ikopru installazzjonijiet imħaddma minn intrapriżi żgħar u medji (SMEs) b'emissjonijiet ta' inqas minn 50 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 f'kull waħda mit-tliet snin ta' qabel is-sena tal-applikazzjoni għall-esklużjoni. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jaġġornaw il-lista tagħhom ta' installazzjonijiet esklużi u għall-Istati Membri li fil-preżent mhux qed jużaw din l-għażla biex jagħmlu hekk fil-bidu ta' kull perjodu ta' negozjar u f'nofs il-perjodu. Għandu jkun possibbli wkoll li l-installazzjonijiet li jipproduċu anqas minn 5 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 f'kull waħda mit-tliet snin ta' qabel il-bidu ta' kull perjodu ta' negozjar li jkunu esklużi mill-EU ETS, b'soġġett għal reviżjoni kull ħames snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri alternattivi ekwivalenti għall-installazzjonijiet li għażlu li jibqgħu barra ma jirriżultawx fi spiża ta' konformità ikbar. Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għandhom jiġu ssimplifikati għal emittenti żgħar koperti bl-EU ETS.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdid)
(16a)   Sabiex jitnaqqas b'mod konsiderevoli l-piż amministrattiv li jiffaċċjaw il-kumpaniji, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibilità li tqis miżuri bħal pereżempju l-awtomatizzar tas-sottomissjoni u l-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, filwaqt li tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdid)
(17a)   L-atti delegati msemmija fl-Artikoli 14 u 15 għandhom jissimplifikaw ir-regoli ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika kemm jista' jkun sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda għall-operaturi. L-att delegat imsemmi fl-Artikolu 19(3) għandu jiffaċilita l-aċċess għar-reġistru u l-użu tiegħu, speċjalment għall-operaturi ż-żgħar.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
(-1)   Fit-test kollu tad-Direttiva, it-terminu "skema Komunitarja" huwa sostitwit b'"EU ETS" u din is-sostituzzjoni hija akkumpanjata minn kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1a (ġdid)
(-1a)   Fit-test kollu tad-Direttiva, it-terminu "il-Komunità kollha" huwa sostitwit b'"l-Unjoni kollha";
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1b (ġdid)
(-1b)   Fit-test kollu tad-Direttiva, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-punti (-1) u (-1a) u fl-Artikolu 26(2), it-terminu "Komunità" huwa sostitwit b'"Unjoni" u din is-sostituzzjoni hija akkumpanjata minn kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja;
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1c (ġdid)
(-1c)   Fit-test kollu tad-Direttiva, il-kliem "il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2)" huwa sostitwit bil-kliem "proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30c(2)";
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - punt -1d (ġdid)
(-1d)   Fl-Artikolu 3g, fil-punt (d) tal-Artikolu 5(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(2), fl-Artikolu 14(2), (3) u (4), fl-Artikolu 19(1) u (4) u fl-Artikolu 29a(4) il-kelma "regolament" hija sostitwita bil-kelma "att" u dawn is-sostituzzjonijiet huma akkumpanjati minn kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja;
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1f (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3 – punt h
(-1f)   Fl-Artikolu 3, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(h) "istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq" tfisser:
"(h) "istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq" tfisser:
—  kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I, li tkun akkwistat permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ewwel darba, wara t-30 ta' Ġunju 2011,
—  kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I, li tkun akkwistat permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ewwel darba, wara t-30 ta' Ġunju 2018,
—  kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), għall-ewwel darba, jew
—  kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività li tiġi inkluża fl-iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24(1) jew (2), għall-ewwel darba, jew
—  kull istallazzjoni li twettaq attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I jew attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), li kellha estensjoni sinifikanti wara t-30 ta' Ġunju 2011, safejn hija kkonċernata din l-estensjoni;"
—  kull istallazzjoni li twettaq attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I jew attività li tiġi inkluża fl-iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24(1) jew (2), li kellha estensjoni sinifikanti wara t-30 ta' Ġunju 2018, safejn hija kkonċernata din l-estensjoni;"
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1g (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3 – punt ua (ġdid)
(-1g)   Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:
"(ua) "emittent żgħir" tfisser istallazzjoni b'emissjonijiet baxxi li tkun operata minn intrapriża żgħira jew ta' daqs medju1a u li tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
–  l-emissjonijiet medji annwali vverifikati ta' dik l-istallazzjoni rrapportati lill-awtorità kompetenti rilevanti matul il-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni tas-CO2 li jirriżulta mill-bijomassa u qabel kwalunkwe tnaqqis tas-CO2 trasferit, ikunu inqas minn 50 000 tunnellata ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju fis-sena;
–  l-emissjonijiet medji annwali msemmija fl-ewwel inċiż ma jkunux disponibbli għal dik l-istallazzjoni jew ma jkunux għadhom applikabbli għal dik l-istallazzjoni minħabba tibdil fil-konfini tal-istallazzjoni jew tibdil fil-kundizzjonijiet operattivi tal-istallazzjoni, imma l-emissjonijiet annwali ta' dik l-istallazzjoni għall-ħames snin li jmiss, bl-esklużjoni tas-CO2 li jirriżulta mill-bijomassa u qabel it-tnaqqis tas-CO2 trasferit, ikunu mistennija li jammontaw għal inqas minn 50 000 tunnellata ta' diossidu tal-karbonju fis-sena.
__________________
1a Kif definit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1h (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3c – paragrafu 2
(-1h)   Fl-Artikolu 3c, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
'2. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta' Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta' kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta' snin f'dak il-perijodu.
'2. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 13 li jibda fl-1 ta' Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta' kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta' snin f'dak il-perijodu.
Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-2021 għandha tkun 10 % anqas mill-allokazzjoni medja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016, u mbagħad tonqos kull sena bl-istess rata bħal dik tal-limitu massimu totali tal-EU ETS imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), sabiex il-limitu massimu għas-settur tal-avjazzjoni jsir aktar konformi mas-setturi l-oħra tal-EU ETS sal-2030.
Għall-attivitajiet tal-avjazzjoni minn u lejn ajrudromi li jinsabu barra ż-ŻEE, il-kwantità ta' kwoti li jridu jiġu allokati mill-2021'il quddiem tista' tiġi aġġustata b'kont meħud tal-mekkaniżmu globali bbażat fuq is-suq futur li ntlaħaq qbil dwaru fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fid-39 assemblea tagħha. Sal-2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dawk l-attivitajiet wara l-40 assemblea tal-ICAO.
Dan il-persentaġġ jista' jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.
Dan il-persentaġġ jista' jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1i (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3c – paragrafu 4
(-1i)   Fl-Artikolu 3c(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:
Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1).
Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 30c(1).
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt -1j (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3d – paragrafu 2
(-1j)   Fl-Artikolu 3d, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"2. Mill-1 ta' Jannar 2013, 15 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista' jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva."
"2. Mill-1 ta' Jannar 2021, 50 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati."
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3d – paragrafu 3
(1)  Fl-Artikolu 3d(3), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:
(1)  Fl-Artikolu 3d, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23".
"3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar mill-Istati Membri tal-kwoti li mhux meħtieġa jinħarġu bla ħlas skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati f'kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun proporzjonat għas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtati skont l-Artikolu 14(3) u vverifikati skont l-Artikolu 15. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta' referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu li għalih jirreferi l-irkant."
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
(1a)   Fl-Artikolu 3d(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. '
"4. Id-dħul kollu jrid jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema tal-Unjoni. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant jista' jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. "
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikol 1, punt 1b (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 3e – paragrafu 1a (ġdid)
(1b)   Fl-Artikolu 3e, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"1a. Mill-2021 'il quddiem, ma għandha tingħata l-ebda kwota bla ħlas skont din id-Direttiva lis-settur tal-avjazzjoni sakemm din ma tkunx ikkonfermata b'deċiżjoni sussegwenti adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, peress li r-Riżoluzzjoni tal-ICAO A-39/3 tipprevedi li mill-2021 tibda tapplika miżura globali bbażata fuq is-suq. F'dan ir-rigward, il-koleġiżlaturi għandhom iqisu l-interazzjoni bejn dik il-miżura bbażata fuq is-suq u l-EU ETS."
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Kapitolu IIa (ġdid)
(2a)   Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:
"KAPITOLU IIa
L-inklużjoni tat-trasport bil-baħar fin-nuqqas ta' progress fil-livell internazzjonali
Artikolu 3ga
Introduzzjoni
Mill-2021, fin-nuqqas ta' sistema komparabbli li topera taħt l-OMI, l-emissjonijiet tas-CO2 li jseħħu fil-portijiet tal-Unjoni u matul vjaġġi lejn u minn portijiet tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni permezz tas-sistema stabbilita f'dan il-Kapitolu, li għandha tkun operattiva mill-2023.
Artikolu 3gb
Kamp ta' applikazzjoni
Sal-1 ta' Jannar 2023, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vapuri li jkunu f'portijiet, li jaslu f'portijiet jew li jitilqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/757. L-Artikoli 12 u 16 għandhom japplikaw għall-attivitajiet marittimi bl-istess mod bħal għal attivitajiet oħrajn.
Artikolu 3gc
Kwoti żejda għas-settur marittimu
Sal-1 ta' Awwissu 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 30b sabiex tissupplemeta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kwantità totali ta' kwoti għas-settur marittimu b'konformità ma' setturi oħra, il-metodu ta' allokazzjoni ta' kwoti għal dak is-settur permezz tal-irkantar u d-dispożizzjonijiet speċjali rigward l-Istat Membru li jamministra. Meta s-settur marittimu jiġi inkluż fl-EU ETS, l-ammont totali ta' kwoti għandu jiżdied b'dak l-ammont.
20% tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 3gd għandu jintuża permezz tal-fond stabbilit skont dak l-Artikolu ("Il-Fond tal-Klima Marittima") għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u biex jiġu appoġġjati investimenti f'teknoloġiji innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur marittimu, inklużi t-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-portijiet.
Artikolu 3gd
Fond tal-Klima Marittima
1.   Għandu jiġi stabbilit fond bl-għan li jikkumpensa għall-emissjonijiet marittimi, itejjeb l-effiċjenza fl-enerġija u jiffaċilita l-investimenti fit-teknoloġiji innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mis-settur marittimu fil-livell tal-Unjoni.
2.   L-operaturi tal-vapuri jistgħu jħallsu, fuq bażi volontarja, kontribuzzjoni ta' sħubija annwali lill-fond, b'konformità mal-emissjonijiet totali tagħhom irrappurtati għas-sena kalendarja preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2015/757. B'deroga mill-Artikolu 12(3), il-fond għandu jirrinunzja l-kwoti b'mod kollettiv f'isem l-operaturi ta' vapuri li jkunu membri tal-fond. Il-kontribuzzjoni għal kull tunnellata ta' emissjonijiet għandha tiġi stabbilita mill-fond sat-28 ta' Frar kull sena, u m'għandhiex tkun inqas mil-livell tal-prezz tas-suq għall-kwoti fis-sena preċedenti.
3.   Il-fond għandu jikseb kwoti ekwivalenti għall-kwantità totali kollettiva tal-emissjonijiet tal-membri tiegħu waqt is-sena kalendarja preċedenti u jirrinunzjahom fir-reġistru stabbilit fl-Artikolu 19 sat-30 ta' April kull sena għal kanċellazzjoni sussegwenti. Il-kontribuzzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.
4.   Il-fond għandu jtejjeb ukoll l-effiċjenza fl-enerġija u jiffaċilita l-investimenti fit-teknoloġiji innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fis-settur marittimu, inklużi t-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-portijiet, permezz tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 3gc. L-investimenti kollha appoġġjati mill-fond għandhom ikunu pubbliċi u konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.
5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b biex tissupplementa din id-Direttiva rigward l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 3ge
Kooperazzjoni internazzjonali
F'każ li jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva u jekk ikun xieraq għandha tipproponi emendi sabiex tiżgura allinjament ma' dak il-ftehim internazzjonali."
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2b (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 5 − subparagrafu 1 − punt da (ġdid)
(2b)   Fl-Artikolu 5, subparagrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:
"(da) it-teknoloġiji CCU kollha li se jintużaw fl-istallazzjoni sabiex jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet",
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2c (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punti ea u eb (ġdid)
(2c)   Fl-Artikolu 6(2), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
"(ea) ir-rekwiżiti legali kollha dwar ir-responsabbiltà soċjali u r-rapportar sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni ugwali u effettiva ta' regolamenti ambjentali u jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati, inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali, ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha (kif stipulat fil-Konvenzjoni Aarhus u kif implimentat fid-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż f’din id-Direttiva;
(eb)   obbligu li kull sena tiġi ppubblikata informazzjoni komprensiva fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-konformità mad-direttivi tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; u li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għar-rappreżentanti tal-ħaddiema u għar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-komunitajiet lokali fil-viċinanza tal-istallazzjoni."
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2d (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 7
(2d)  L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:
‘l-Artikolu 7
‘l-Artikolu 7
"L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista' tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Meta jkun hemm tibdil fl-identità tal-operatur tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-operatur il-ġdid.
"Mingħajr dewmien żejjed, l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla ppjanata fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista' tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Meta jkun hemm tibdil fl-identità tal-operatur tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess bl-informazzjoni rilevanti dwar l-identità u l-kuntatt tal-operatur il-ġdid."
Emenda 142
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 9 – paragrafi 2 u 3
Sa mill-2021, il-fattur lineari għandu jkun 2,2 %.
Sa mill-2021, il-fattur lineari għandu jkun 2,2 % u għandu jinżamm taħt rieżami bil-ħsieb li jiżdied għal 2,4 %, l-iktar kmieni sal-2024.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
(a)   tliet subparagrafi ġodda huma miżjuda mal-paragrafu 1:
(a)   il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw jew jikkanċellaw il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas skont l-Artikoli 10a u 10c u li ma jitqiegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq."
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Mill-2021 'il quddiem, is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat mill-Istati Membri għandu jkun 57 %.
Mill-2021 'il quddiem, is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat jew ikkanċellat għandu jkun 57 %, u dak is-sehem għandu jonqos b'mhux aktar minn ħames punti perċentwali matul il-perjodu kollu ta' għaxar snin li jibda fl-1 ta' Jannar 2021 skont l-Artikolu 10a(5). Tali aġġustament għandu jsir biss fis-sura ta' tnaqqis fil-kwoti rkantati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Meta ma jseħħ l-ebda aġġustament jew meta jkunu meħtieġa inqas minn ħames punti perċentwali biex isir aġġustament, il-kwantità li jifdal tal-kwoti għandha tiġi kkanċellata. Dan it-tħassir m'għandux jaqbeż il-200 miljun kwota.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10d ta' din id-Direttiva ("il-Fond għall-Modernizzazzjoni").
2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati sabiex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10d ta' din id-Direttiva ("il-Fond għall-Modernizzazzjoni"). Il-kwantità stabbilita f'dan is-subparagrafu għandha tifforma parti mis-sehem ta' 57 % tal-kwoti li jrid jiġi rkantat kif stabbilit fit-tieni subparagrafu.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
Barra minn hekk, 3 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jinħarġu bejn l-2021 u l-2030 għandhom jiġu rkantati sabiex jiġu kkumpensati setturi jew sottosetturi esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti effettivament imġarrba b'riżultat ta' spejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jiġu mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku kif stabbilit fl-Artikolu 10a(6) ta' din id-Direttiva. Żewġ terzi tal-kwantità stabbilita f'dan is-subparagrafu għandhom jiffurmaw parti mis-sehem ta' 57 % tal-kwoti li jrid jiġi rkantat kif stabbilit fit-tieni subparagrafu.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 3b (ġdid)
Mill-1 ta' Jannar 2021 se jinħoloq Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta biex jikkomplementa l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u dan għandu jkun iffinanzjat mill-ġbir komuni ta' 2 % tad-dħul mill-irkant;
Id-dħul minn dawn l-irkantijiet għandu jibqa' fil-livell tal-Unjoni, u għandu jintuża biex jiġu appoġġjati reġjuni li għandhom kemm sehem għoli ta' ħaddiema f'setturi li jiddependu mill-karbonju kif ukoll PDG per capita inqas sew mill-medja tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà.
Id-dħul mill-irkant immirat lejn tranżizzjoni ġusta jista' jintuża f'modi differenti, bħal pereżempju:
—  ħolqien ta' ċelluli ta' riallokazzjoni u/jew mobilità,
—  inizjattivi ta' edukazzjoni/taħriġ biex il-ħaddiema jitħarrġu mill-ġdid jew itejbu l-ħiliet tagħhom,
—  għajnuna fit-tfittxija ta' impjieg,
—  ħolqien ta' negozju, u
—  miżuri ta' monitoraġġ u miżuri preventivi biex jiġi evitat jew minimizzat l-impatt negattiv tal-proċess ta' ristrutturar fuq is-saħħa fiżika u mentali.
Peress li l-attivitajiet prinċipali li jridu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta huma relatati ħafna mas-suq tax-xogħol, is-sħab soċjali għandhom ikunu involuti b'mod attiv fil-ġestjoni tal-fond - abbażi tal-mudell tal-Kumitat tal-Fond Soċjali Ewropew - filwaqt li l-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali lokali għandha tkun rekwiżit ewlieni għall-proġetti biex iġibu l-finanzi.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita skont il-paragrafu 2.
Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri, wara li titnaqqas il-kwantità tal-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10a(8), għandha tkun distribwita skont il-paragrafu 2.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid)
Fl-1 ta' Jannar 2021, għandhom jitħassru 800 miljun kwota mir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt b – punt ii
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b
(b)  10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu rkantati għandhom ikunu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal skopijiet ta' solidarjetà u tkabbir fil-Komunità, li jżid l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa.
(b)  10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu rkantati għandhom ikunu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal skopijiet ta' solidarjetà u tkabbir fil-Komunità, li jżid l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa. Fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li huma eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Fond għall-Modernizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 10d, is-sehem tagħhom tal-kwoti speċifikat fl-Anness IIa għandu jiġi ttrasferit għas-sehem tagħhom fil-Fond għall-Modernizzazzjoni.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – parti introduttorja
(ba)   fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:
"3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta' kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:"
"3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti. 100 % tad-dħul totali ġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 2 jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dan id-dħul, għandu jintuża għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:"
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt bb (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt b
(bb)   fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(b) biex jiġu żviluppati enerġiji rinnovabbli biex jissodisfaw l-impenn tal-Komunità tal-użu ta' 20 % ta' enerġiji rinnovabbli sal-2020, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jgħinu fis-sodisfazzjon tal-impenn tal-Komunità li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija b'20 % sal-2020;"
"(b) biex jiġu żviluppati enerġiji rinnovabbli biex jissodisfaw l-impenn tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli sal-2030, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jgħinu fis-sodisfazzjon tal-impenn tal-Unjoni li, sal-2030, l-effiċjenza fl-enerġija tiżdied għal-livelli maqbula fl-atti leġiżlattivi xierqa;"
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt bc (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt f
(bc)   fil-paragrafu 3, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(f) biex jinkoraġġixxu ċaqliq lejn emissjonijiet baxxi u forom pubbliċi ta' trasport;"
"(f) biex jinkoraġġixxu ċaqliq lejn emissjonijiet baxxi u forom pubbliċi ta' trasport u jappoġġjaw - sakemm l-ispejjeż tas-CO2 ma jkunux riflessi b'mod simili għal modi oħra tat-trasport bis-superfiċje - modi ta' trasport elettrifikati bħalma huma l-ferroviji jew modi oħra tat-trasport bis-superfiċje elettrifikati b'kont meħud tal-ispejjeż indiretti tagħhom b'rabta mal-UE ETS; "
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt bd (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt h
(bd)   fil-paragrafu 3, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(h) miżuri maħsuba biex iżidu l-effiċjenza fl-enerġija u l-insulazzjoni jew jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'familji bi dħul baxx u medju; "
"(h) miżuri maħsuba biex iżidu l-effiċjenza fl-enerġija, is-sistemi ta' tisħin distrettwali u l-insulazzjoni jew jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'familji bi dħul baxx u medju;"
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt c
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt j
(j)  għall-finanzjament ta' miżuri finanzjarji li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu fil-prezzijiet tal-elettriku, sakemm dawn il-miżuri jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10a(6);
(j)  għall-finanzjament ta' miżuri finanzjarji li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu fil-prezzijiet tal-elettriku, sakemm ma jintużax aktar minn 20 % tad-dħul għal dan l-iskop, u sakemm dawn il-miżuri jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10a(6);
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt c
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt l
(l)  għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'ekonomija ta' dekarbonizzazzjoni, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.
(l)  għall-indirizzar tal-impatt soċjali tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi f'koordinazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt ca (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
(ca)   fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
"Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' formola standardizzata mħejjija mill-Kummissjoni, li tinkludi informazzjoni dwar l-użu tad-dħul mill-irkantar għall-kategoriji differenti u l-addizzjonalità tal-użu tal-fondi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika fuq is-sit web tagħha."
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt cb (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
(cb)   fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2."
"L-Istati Membri jkunu kkunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jippromwovu appoġġ finanzjarju addizzjonali, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur għal 100 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 2 u jkunu rrappurtaw dawn il-politiki permezz ta' formola standardizzata pprovduta mill-Kummissjoni."
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt d
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafi 1, 2 u 3
(d)  it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:
(d)  fil-paragrafu 4, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23".
'4. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-ħinijiet, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar sabiex jiġi żgurat li jitwettaq b'mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dan il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u s-sekwenzjar tal-irkanti u l-volumi stmati ta' kwoti li jridu jsiru disponibbli. Meta valutazzjoni tas-setturi industrijali individwali turi li ma jkunux mistennija impatti sinifikanti fuq setturi jew sottosetturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-Kummissjoni tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tadatta l-iskeda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 biex tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq. Il-Kummissjoni m'għandhiex tagħmel aktar minn adattament wieħed bħal dan, għal għadd massimu ta' 900 miljun kwota.
L-irkanti għandhom jitfasslu biex jiżguraw li:
(a)   l-operaturi, u b'mod partikolari kwalunkwe SME koperta mill-EU ETS, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwitabbli,
(b)   il-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u li l-parteċipanti ma jimminawx il-proċess tal-irkant,
(c)   l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-irkanti jkunu kosteffikaċi u l-ispejjeż amministrattivi mhux meħtieġa jiġu evitati; u
(d)   l-emittenti ż-żgħar ikollhom aċċess għall-kwoti."
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt da (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 4a (ġdid)
(da)   fil-paragrafu 4, jiżdied is- subparagrafu li ġej:
"Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-għeluq tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom minħabba miżuri nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont ekwivalenti ta' kwoti li dan l-għeluq jirrappreżenta u tinforma lill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jikkanċellaw volum korrispondenti ta' kwoti mill-kwantità totali mqassma skont il-paragrafu 2."
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt db (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 5
(db)   il-paragrafu 5 huwa mibdul b'dan li ġej:
"5. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju. Kull sena, hija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju inkluż l-implimentazzjoni tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi kkummerċjati. Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rilevanti hija mressqa quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni."
'5. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tas-sistema EU ETS. Kull sena, hija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tagħha inkluża l-implimentazzjoni tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi kkummerċjati. Ir-rapport għandu jindirizza wkoll l-interazzjoni tal-EU ETS ma' politiki oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, inkluż kif dawn il-politiki għandhom impatt fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-EU ETS u l-konformità tagħhom mal-għanijiet tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 fir-rigward tal-klima u l-enerġija. Ir-rapport għandu jqis ukoll ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-impatt fuq l-investiment fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rilevanti titressaq quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni."
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 1 – subparagrafi 1 u 2
(a)  it-tieni paragrafu tal-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:
(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma mibdula b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23. Dan l-att għandu jistipula wkoll allokazzjoni addizzjonali mir-riżerva ta' dawk li jidħlu ġodda għal żidiet sinifikanti fil-produzzjoni bl-applikazzjoni tal-istess livelli limitu u aġġustamenti fl-allokazzjoni li japplikaw fir-rigward ta' ċessjonijiet parzjali tal-operazzjoni. "
"1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi miżuri fl-Unjoni kollha u kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, u 7, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 19. Dan l-att għandu jistipula wkoll allokazzjoni addizzjonali mir-riżerva ta' dawk li jidħlu ġodda għal tibdil sinifikanti fil-produzzjoni. L-att għandu, b'mod partikolari, jipprovdi li kwalunkwe żieda jew tnaqqis ta' mill-inqas 10 % fil-produzzjoni espressa bħala l-medja rikorrenti ta' dejta tal-produzzjoni verifikata għas-sentejn preċedenti meta mqabbla mal-attività tal-produzzjoni rrapportata skont l-Artikolu 11 tiġi aġġustata b'ammont korrispondenti ta' kwoti billi l-kwoti jitqiegħdu fi, jew jiġu rilaxxati, mir-riżerva msemmija fil-paragrafu 7.
Meta tkun qed tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li tillimita l-kumplessità amministrattiva u li tevita l-manipulazzjoni tas-sistema. Għal dan il-għan hija tista', skont kif ikun xieraq, tuża flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-livelli limitu stabbiliti f'dan il-paragrafu, meta dan ikun iġġustifikat minħabba ċirkostanzi speċifiċi. '
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 1 – subparagrafu 3
(aa)  fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:
"Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw parametri referenzjarji ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għal teknika ta' effiċjenza fl-enerġija filwaqt li tipprovdi prevedibbiltà lill-installazzjonijiet industrijali, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M'għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.
"Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw parametri referenzjarji ex ante madwar l-Unjoni sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għal teknika ta' effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa, is-CCS u s-CCU, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M'għandha ssir ebda allokazzjoni bla ħlas fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
Il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas għandhom ikunu aġġustati sabiex jiġi evitat qligħ mhux mistenni u jirriflettu l-progress teknoloġiku fil-perjodu bejn l-2007 u l-2008 u kull perjodu ta' wara li għalihom l-allokazzjonijiet bla ħlas huma determinati skont l-Artikolu 11(1). Dan l-aġġustament għandu jnaqqas il-valuri tal-parametri referenzjarji stabbiliti bl-att adottat skont l-Artikolu 10a b'1% tal-valur li kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta tal-2007-8 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u n-nofs tal-perjodu rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas, sakemm:
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tiddetermina l-valuri riveduti tal-parametru referenzjarju għall-allokazzjoni bla ħlas. Dawk l-atti għandhom ikunu konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jaderixxu ma' dan li ġej:
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt -i (ġdid)
(-i)   Għall-perijodu mill-2021 sal-2025, il-valuri tal-parametru referenzjarju għandhom jiġu determinati abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2016-2017;
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt -ia (ġdid)
(-ia)   Abbażi ta' tqabbil tal-valuri tal-parametru referenzjarju bbażati fuq din l-informazzjoni mal-valur tal-parametru referenzjarju li jinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rata tat-tnaqqis annwali għal kull valur tal-parametru referenzjarju u tapplikaha għall-valuri tal-parametru referenzjarju applikabbli fil-perijodu 2013-2020 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023 biex
tiddetermina l-valuri tal-parametru referenzjarju għas-snin 2021-2025;
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt i
(i)   Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tidentifika jekk il-valuri għal kull parametru referenzjarju kkalkulati bl-użu tal-prinċipji fl-Artikolu 10a ivarjawx mit-tnaqqis annwali msemmi hawn fuq b'iżjed jew inqas minn 0,5 % tal-valur tal-2007-8 fis-sena. Jekk dan huwa l-każ, il-valur tal-parametru referenzjarju għandu jkun aġġustat jew b'0,5 % jew b'1,5 % fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u n-nofs tal-perjodu li għalih issir l-allokazzjoni bla ħlas;
(i)   Meta, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 ir-rata ta' titjib ma tkunx ogħla minn 0,25 %, il-valur tal-parametru referenzjarju għandu għalhekk jitnaqqas b'dak il-perċentwal fil-perjodu 2021-2025, fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023;
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt ii
(ii)   Permezz ta' deroga rigward il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jiġu ppreservati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawn il-prodotti.
(ii)   Meta, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 ir-rata ta' titjib ma tkunx ogħla minn 1,75 %, il-valur tal-parametru referenzjarju għandu għalhekk jitnaqqas b'dak il-perċentwal fil-perjodu 2021-2025, fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023;
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 4
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni għal dan l-iskop skont l-Artikolu 22a.
imħassar
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)
(ba)   fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Għall-perijodu bejn l-2026 u l-2030, il-valuri tal-parametru referenzjarju għandhom jiġu determinati bl-istess mod abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2021-2022 u bir-rata ta' tnaqqis annwali tapplika fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028."
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt bb (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 2 – subparagrafu 3b (ġdid)
(bb)   fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
(ii)   Permezz ta' deroga rigward il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jiġu ppreservati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawn il-prodotti.
Permezz ta' deroga rigward il-valuri tal-parametri referenzjarji għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jiġu ppreservati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawn il-prodotti.
Emenda 165
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 3
(bc)   fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu b’dan li ġej:
Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bi ħlas għal ġeneraturi tal-elettriku, għal installazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2.
Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bi ħlas għal ġeneraturi tal-elettriku, għal installazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2. Ġeneraturi tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku minn gass ta' skart mhumiex ġeneraturi tal-elettriku fis-sens tal-Artikolu (3)(u) ta' din id-Direttiva. Fil-kalkoli tal-parametru referenzjarju għandu jittieħed in konsiderazzjoni l-kontenut sħiħ ta' karbonju tal-gassijiet ta' skart użati għall-produzzjoni tal-elettriku.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt b d (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 4
(bd)   il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:
"4. Għandha tingħata allokazzjoni bla ħlas għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ. F'kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal istallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.
"4. Għandha tingħata allokazzjoni bla ħlas għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt c
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 5
Sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar stabbilit fl-Artikolu 10, is-somma ta' allokazzjonijiet bla ħlas f'kull sena fejn is-somma tal-allokazzjonijiet bla ħlas ma tilħaqx il-livell massimu li jirrispetta s-sehem tal-irkantar tal-Istat Membru, il-kwoti li jifdal sa dak il-livell għandhom jintużaw għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet bla ħlas sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar tal-Istat Membri fis-snin ta' wara. Fejn, madankollu, jintlaħaq il-livell massimu, l-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom ikunu aġġustati kif xieraq. Kull aġġustament bħal dan għandu jitwettaq b'mod uniformi.
5.  Meta s-somma ta' allokazzjonijiet bla ħlas f'sena partikolari ma tilħaqx il-livell massimu li jirrispetta s-sehem tal-irkantar tal-Istati Membri stipulat fl-Artikolu 10(1), il-kwoti li jifdal sa dak il-livell għandhom jintużaw għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet bla ħlas fi snin sussegwenti. Meta, madankollu, il-livell massimu jintlaħaq, ammont ta' kwoti ekwivalenti għal tnaqqis sa ħames punti perċentwali tas-sehem tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri matul il-perjodu kollu ta' għaxar snin li jibda fl-1 ta' Jannar 2021, skont l-Artikolu 10(1), għandu jiġi distribwit bla ħlas għal setturi u sottosetturi skont l-Artikolu 10b. Meta, madankollu, dan it-tnaqqis ma jkunx biżżejjed biex ilaħħaq mad-domanda ta' dawk is-setturi jew sottosetturi skont l-Artikolu 10b, l-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom ikunu aġġustati kif xieraq permezz ta' fattur ta' korrezzjoni transsettorjali uniformi għas-setturi b'intensità ta' kummerċ ma' pajjiżi terzi ta' inqas minn 15 % jew b'intensità tal-karbonju inqas minn 7 kg CO2/Euro VMG.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt d
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 6 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku, b'kunsiderazzjoni ta' kull effett fuq is-suq intern. Miżuri finanzjarji bħal dawn biex jikkumpensaw parti minn dawn l-ispejjeż għandhom ikunu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat.
6.   Għandu jiġi adottat arranġament ċentralizzat fil-livell tal-Unjoni sabiex jikkumpensa s-setturi jew is-sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku.
Il-kumpens għandu jkun proporzjonat għall-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li effettivament jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku u għandu jiġi applikat skont il-kriterji stipulati fil-linji gwida relevanti dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu evitati kemm effetti negattivi fuq is-suq intern kif ukoll kumpens żejjed tal-ispejjeż imġarrba.
Meta l-ammont ta' kumpens disponibbli ma jkunx biżżejjed biex jikkumpensa għall-ispejjeż indiretti eliġibbli, l-ammont ta' kumpens disponibbli għall-istallazzjonijiet eliġibbli kollha għandu jitnaqqas b'mod uniformi.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 30b biex tissupplimenta din id-Direttiva għall-iskop imsemmi f'dan il-paragrafu billi ddaħħal fis-seħħ arranġamenti għall-ħolqien u l-funzjonament tal-fond.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt da (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)
(da)   fil-paragrafu 6, jiddaħħal subparagrafu ġdid:
"L-Istati Membri jistgħu jadottaw ukoll miżuri finanzjarji nazzjonali li jiffavorixxu setturi jew sottosetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jgħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe effett fuq is-suq intern. Miżuri finanzjarji bħal dawn biex jikkumpensaw parti minn dawk l-ispejjeż għandhom ikunu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat u skont l-Artikolu 10(3) ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri nazzjonali, flimkien mal-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, m'għandhomx jaqbżu l-livell massimu ta' kumpens imsemmi fil-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat u m'għandhomx joħolqu distorsjonijiet ġodda tas-suq. Il-limiti massimi eżistenti dwar kumpens permezz ta' għajnuna mill-Istat għandhom ikomplu jonqsu tul il-perjodu ta' negozjar."
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt e – punt i
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 7 – subparagrafu 1
Il-kwoti mill-ammont massimu msemmi fl-Artikolu 10a(5) ta' din id-Direttiva li ma kinux allokati mingħajr ħlas sal-2020 għandhom jitwarrbu għal min jidħol ġdid u żidiet sinifikanti fil-produzzjoni, flimkien ma' 250 miljun kwota poġġuti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).
7.  Għandhom jitwarrbu 400 miljun kwota għal min jidħol ġdid u għal żidiet sinifikanti fil-produzzjoni.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt e – punt i
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 7 – subparagrafu 2
Sa mill-2021, il-kwoti mhux allokati għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-paragrafi 19 u 20 għandhom jiżdiedu mar-riżerva."
Sa mill-2021 'il quddiem, kwalunkwe kwota mhux allokata għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-paragrafi 19 u 20 għandha tiżdied mar-riżerva.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt f – parti introduttorja
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 8
(f)  fil-paragrafu 8, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 8 jinbidlu b'dan li ġej:
(f)  il-paragrafu 8 huwa mibdul b'dan li ġej:
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt f – subparagrafu 1
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 1
400 miljun kwota għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġjaw l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-setturi industrijali elenkati fl-Anness I, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti ta' dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan ta' qbid u ħżin ġeoloġiku (CCS) ambjentalment sikur tad-diossidu tal-karbonju kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fit-territorju tal-Unjoni.
8.  600 miljun kwota għandhom ikunu disponibbli biex jiġu promossi investimenti fl-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-setturi industrijali elenkati fl-Anness I, inklużi prodotti u materjali b'bażi bijoloġika li jissostitwixxu materjali b'intensità qawwija tal-karbonju, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti ta' dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan ta' CCS u CCU ambjentalment sikuri kif ukoll proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli u ta' ħżin tal-enerġija, fit-territorju tal-Unjoni.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt f
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 2
Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi industrijali b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jappoġġjaw proġetti ta' dimostrazzjoni għall-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' CCS u teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli li għadhom mhux kummerċjalment vijabbli f'postijiet ibbilanċjati ġeografikament. Sabiex ikunu promossi proġetti innovattivi, jistgħu jiġu appoġġjati sa 60 % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti, li minnhom sa 40 % ma jeħtieġux prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra sakemm jintlaħqu t-tragwardi predeterminati u jittieħed kont tat-teknoloġija użata.
Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi industrijali b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u biex jappoġġjaw proġetti ta' dimostrazzjoni għall-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, CCS u CCU li għadhom mhux kummerċjalment vijabbli. Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-impatt tagħhom fuq is-sistemi tal-enerġija jew il-proċessi industrijali fi ħdan Stat Membru, grupp ta' Stati Membri jew l-Unjoni. Sabiex ikunu promossi proġetti innovattivi, jistgħu jiġu appoġġjati sa 75 % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti, li minnhom sa 60 % ma jeħtieġux prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra sakemm jintlaħqu t-tragwardi predeterminati u jittieħed kont tat-teknoloġija użata. Il-kwoti għandhom jiġu allokati lil proġetti skont il-ħtiġijiet tagħhom biex jilħqu stadji importanti predeterminati.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt f
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 3
Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/... għandhom jissupplimentaw kull riżorsa eżistenti li jifdal skont dan il-paragrafu għall-proġetti msemmija hawn fuq, bi proġetti fl-Istati Membri kollha inklużi proġetti fuq skala żgħira, qabel l-2021. Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti.
Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jissupplimentaw kull riżorsa eżistenti li jifdal skont dan il-paragrafu bħala konsegwenza ta' fondi li jirriżultaw mill-irkanti tal-kwoti NER300 għall-perijodu bejn l-2013 u l-2020 li ma ntużawx, għall-proġetti msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, bi proġetti fl-Istati Membri kollha inklużi proġetti fuq skala żgħira, qabel l-2021 u mill-2018 'il quddiem. Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti, b'kont meħud tar-relevanza tagħhom b'rabta mad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi kkonċernati.
Il-proġetti appoġġjati skont dan is-subparagrafu jistgħu jirċievu wkoll appoġġ addizzjonali skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt f
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 4
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b biex tissupplimenta din id-direttiva billi tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jintużaw għall-għażla ta' proġetti li huma eliġibbli biex jibbenefikaw mill-kwoti addizzjonali msemmija f'dan il-paragrafu, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:
(i)  Il-proġetti għandhom jiffokaw fuq it-tfassil u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet rivoluzzjonarji u fuq l-implimentazzjoni ta' programmi ta' dimostrazzjoni;
(ii)  L-attivitajiet għandhom joperaw qrib tas-suq f'impjanti ta' produzzjoni sabiex juru l-vijabbiltà tat-teknoloġiji rivoluzzjonarji biex jingħelbu l-ostakoli kemm teknoloġiċi kif ukoll dawk mhux teknoloġiċi;
(iii)  Il-proġetti għandhom jindirizzaw soluzzjonijiet teknoloġiċi li jkollhom il-potenzjal ta' applikazzjoni mifruxa, u jistgħu jikkombinaw teknoloġiji differenti;
(iv)  Idealment, is-soluzzjonijiet u t-teknoloġiji għandu jkollhom il-potenzjal li jiġu trasferiti fi ħdan is-settur u possibbilment lil setturi oħrajn.
(v)  Il-proġetti fejn l-emissjonijiet mistennija jkunu ferm inqas mill-valur ta' parametru referenzjarju rilevanti għandhom jingħtaw prijorità. Il-proġetti eliġibbli għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet taħt il-valuri tal-parametru referenzjarju msemmija fil-paragrafu 2 jew għandu jkollhom prospetti futuri biex inaqqsu b'mod sinifikanti l-ispiża tat-transizzjoni lejn produzzjoni tal-enerġija b'emissjonijiet baxxi; u
(vi)  Il-proġetti CCU għandhom iwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet u ħażna permanenti tas-CO2 tul il-ħajja kollha tagħhom.
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt ia (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10a – paragrafu 20
(ia)   il-paragrafu 20 huwa mibdul b'dan li ġej:
"20. Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 1, tinkludi miżuri għad-definizzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom parzjalment jew tnaqqas il-kapaċità tagħhom b'mod sinifikanti u miżuri għall-adattament, kif xieraq, tal-livell tal-kwoti gratis mogħtija lilhom kif ikun jeħtieġ il-każ."
"20. Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 1, tinkludi miżuri għad-definizzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom parzjalment jew tnaqqas il-kapaċità tagħhom b'mod sinifikanti u miżuri għall-adattament, kif xieraq, tal-livell tal-kwoti gratis mogħtija lilhom kif ikun jeħtieġ il-każ.
Dawn il-miżuri għandhom jipprovdu flessibbiltà lis-setturi tal-industrija meta l-kapaċità hija trasferita b'mod regolari bejn l-installazzjonijiet operattivi fl-istess kumpanija."
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10b – titolu
Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji enerġetikament intensivi f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju
Miżuri tranżitorji li jappoġġjaw ċerti industriji enerġetikament intensivi f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10b – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Wara l-adozzjoni tar-reviżjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid is-sehem tat-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-EU ETS u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**. Biex tiġi protetta l-industrija f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jew ta' investiment għandu jintuża tnaqqis addizzjonali b'mira ogħla relatata mal-effiċjenza fl-enerġija.
____________
* Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
** Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
Emenda 144
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10b – paragrafi 1b u 1c (ġdid)
(1b)  B'segwitu għall-Artikolu 6(2) tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta fir-rapport tagħha, li għandu jitħejja skont l-Artikolu 28aa, l-iżvilupp tal-politiki dwar il-mitigazzjoni tal-klima, inklużi l-approċċi bbażati fuq is-suq, f'reġjuni u pajjiżi terzi u l-effett ta' dawn il-politiki fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea.
(1c)   Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li għad hemm riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva li tintroduċi aġġustament għall-karbonju fil-fruntieri, kompatibbli bis-sħiħ mar-regoli tad-WTO, abbażi ta' studju tal-fattibbiltà li għandu jibda mal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-ĠU. Dan il-mekkaniżmu jkun jinkludi, fl-EU ETS, importaturi ta' prodotti li jiġu prodotti minn setturi jew subsetturi determinati skont l-Artikolu 10a;
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10b – paragrafu 2
2.  Setturi u sottosetturi fejn il-prodott mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom huwa ogħla minn 0,18 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva bl-użu tal-kriterji li ġejjin:
2.  Setturi u sottosetturi fejn il-prodott mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom huwa ogħla minn 0,12 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva bl-użu tal-kriterji li ġejjin:
(a)  il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew sottosetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku;
(a)  il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew sottosetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku, b'kunsiderazzjoni ta' żidiet assoċjati fl-ispejjeż tal-produzzjoni;
(b)  il-karatteristiċi tas-suq attwali u previsti;
(b)  il-karatteristiċi tas-suq attwali u previsti;
(c)  il-marġni ta' profitt bħala indikatur potenzjali ta' deċiżjonijiet ta' investiment jew rilokazzjoni fit-tul.
(c)  il-marġni ta' profitt bħala indikatur potenzjali ta' deċiżjonijiet ta' investiment jew rilokazzjoni fit-tul;
(ca)   komoditajiet li huma negozjati fi swieq madwar id-dinja kollha għal prezz ta' referenza komuni.
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10b – paragrafu 3
3.  Setturi u sottosetturi oħrajn huma meqjusin li jistgħu jgħaddu aktar mill-ispejjeż tal-kwoti fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom ikunu allokati kwoti bla ħlas għall-perjodu sal-2030 għal 30 % tal-kwantità determinata skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10a.
3.  Is-settur tat-tisħin distrettwali huwa meqjus li jista' jgħaddi aktar mill-ispejjeż tal-kwoti fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandu jiġi allokat kwoti bla ħlas għall-perijodu sal-2030 għal 30 % tal-kwantità determinata skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10a. Is-setturi u s-sottosetturi l-oħrajn m'għandhom ikunu allokati l-ebda kwota bla ħlas.
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10b – paragrafu 4
4.  Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat għall-paragrafi preċedenti għall-attivitajiet fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4) sa fejn jirrigwardaw il-paragrafu 1, skont l-Artikolu 23, abbażi ta' dejta għat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli.
4.  Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b biex tissupplimenta din id-Direttiva b'rabta mal-paragrafu 1 fir-rigward tal-attivitajiet fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4) jew, meta jkun ġustifikat abbażi ta' kriterji oġġettivi żviluppati mill-Kummissjoni, fil-livell rilevanti ta' diżaggregazzjoni abbażi ta' dejta pubblika u speċifika skont is-settur sabiex jiġu inklużi dawk l-attivitajiet koperti mill-EU ETS. Il-valutazzjoni tal-intensità tal-kummerċ għandha tkun ibbażata fuq dejta għall-ħames snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli.
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 1
1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita f'EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas tranżitorja lil installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija.
1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita f'EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas tranżitorja lil installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u t-trasformazzjoni sostenibbli tas-settur tal-enerġija. Din id-deroga għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-Istati Membri li mhumiex eliġibbli skont il-paragrafu 1, iżda li fl-2014 kellhom PDG per capita f'EUR għall-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni wkoll jistgħu jagħmlu użu mid-deroga msemmija f'dak il-paragrafu sal-kwantità totali msemmija fil-paragrafu 4, sakemm in-numru korrispondenti ta' kwoti jiġi ttrasferit lill-Fond għall-Modernizzazzjoni u d-dħul jintuża biex jiġu appoġġjati l-investimenti f'konformità mal-Artikolu 10d.
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   L-Istati Membri li huma eliġibbli skont dan l-Artikolu jagħtu allokazzjoni mingħajr ħlas lil installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, jistgħu jagħżlu li jittrasferixxu l-għadd korrispondenti tal-kwoti jew parti minnhom lill-Fond għall-Modernizzazzjoni u jallokawhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10d. F'tali każ, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel it-trasferiment.
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, ir-ristrutturar meħtieġ, l-aġġornament ambjentali u r-rinnovazzjoni tal-infrastruttura, teknoloġiji ndaf u l-modernizzazzjoni tas-setturi tal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;
(b)  jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, għar-ristrutturar meħtieġ, għall-aġġornament ambjentali u r-rinnovazzjoni tal-infrastruttura, għat-teknoloġiji ndaf (bħat-teknoloġiji rinnovabbli) jew għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija, in-netwerks tat-tisħin distrettwali, l-effiċjenza fl-enerġija, il-ħażna tal-enerġija u s-setturi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(c)  jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu proġetti li:
(c)  jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji, b'konformità mal-objettivi tal-politika tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu proġetti li:
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt i
(i)  fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' diossidu tal-karbonju;
(i)  fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' diossidu tal-karbonju li jkun proporzjonat għad-daqs tal-proġetti; Meta l-proġetti jkollhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-elettriku, l-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' elettriku prodott fl-installazzjoni ma għandhomx ikunu iktar minn 450 gramma ta' ekwivalenti ta' CO2 wara t-tlestija tal-proġett. Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b sabiex tEmenda din id-Direttiva billi tiddefinixxi, għall-proġetti relatati mal-produzzjoni tas-sħana, il-massimu totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' sħana prodotta fl-installazzjoni li m'għandux jinqabeż.
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt ii
(ii)  huma addizzjonali, jwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda mmotivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;
(ii)  huma addizzjonali, għalkemm jistgħu jintużaw biex jintlaħqu l-miri rilevanti stabbiliti skont il-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, iwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda mmotivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt iiia (ġdid)
(iiia)   ma jikkontribwixxux għal produzzjoni ġdida ta' enerġija mill-faħam u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq il-faħam;
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Sat-30 ta' Ġunju 2019, kull Stat Membru li beħsiebu juża allokazzjoni bla ħlas mhux obbligatorja għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jistabbilixxi l-proċess ta' offerti kompetittiv u l-kriterji tal-għażla għal konsultazzjoni pubblika.
Sat-30 ta' Ġunju 2019, kwalunkwe Stat Membru li jkun biħsiebu juża allokazzjoni bla ħlas tranżitorja u mhux obbligatorja għall-immodernizzar tas-settur tal-enerġija għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jistabbilixxi l-proċess ta' offerti kompetittiv u l-kriterji tal-għażla għal konsultazzjoni pubblika.
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 2 – subparagrafu 3
Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun huma appoġġjati b'allokazzjoni bla ħlas, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għall-kummenti tal-pubbliku. Fuq il-bażi ta' dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi u jissottometti lista ta' investimenti lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2019.
Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR10 miljun huma appoġġjati b'allokazzjoni bla ħlas, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti, b'mod konsistenti mal-ilħuq tal-għanijiet fit-tul tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni. Dawk il-kriterji għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-aċċessibbiltà totali tad-dokumenti rilevanti, u għandhom iqisu l-kummenti mqajma mill-partijiet interessati. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għal raġunijiet ta' konsultazzjoni pubblika. Fuq il-bażi ta' dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi u jissottometti lista ta' investimenti lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2019.
Emenda 99
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 3
3.  Il-valur tal-investimenti maħsuba għandu jkun tal-anqas ugwali għall-valur tas-suq tal-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni lill-ħtieġa li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet konnessi direttament. Il-valur tas-suq għandu jkun il-medja tal-prezz tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja preċedenti.
3.  Il-valur tal-investimenti maħsuba għandu jkun tal-anqas ugwali għall-valur tas-suq tal-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni lill-ħtieġa li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet konnessi direttament. Il-valur tas-suq għandu jkun il-medja tal-prezz tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja preċedenti. Jistgħu jiġu appoġġjati sa 75 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment.
Emenda 100
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 6
6.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ġeneraturi tal-elettriku u l-operaturi tan-netwerks li jibbenefikaw jirrapportaw sat-28 ta' Frar ta' kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel it-tali rapporti pubbliċi.
6.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ġeneraturi tal-enerġija u l-operaturi tan-netwerks li jibbenefikaw jirrapportaw kull sena, sal-31 ta'Marzu ta' kull sena, dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom, inklużi l-bilanċ bejn l-allokazzjoni bla ħlas u n-nefqa tal-investiment imġarrba, it-tipi ta' investimenti appoġġjati u l-mod kif kisbu l-għanijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel it-tali rapporti disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw u janalizzaw arbitraġġ potenzjali fir-rigward tal-livell limitu ta' EUR 10 miljuni għal proġetti żgħar u għandhom jipprevjenu l-qsim mhux ġustifikat ta' investiment fi proġetti iżgħar billi jiġi eskluż li jsir aktar minn investiment wieħed fl-istess installazzjoni benefiċjarja.
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   F'każ ta' suspett raġonevoli ta' irregolaritajiet jew nuqqas minn Stat Membru li jirrapporta skont il-paragrafi 2 sa 6, il-Kummissjoni Ewropea tista' twettaq investigazzjoni indipendenti, u fejn meħtieġ tkun assistita minn parti terza kontraenti. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga wkoll ksur possibbli ieħor, bħan-nuqqas ta' implimentazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kemm l-informazzjoni kollha dwar l-investimenti kif ukoll l-aċċess sħiħ li l-investigazzjoni teżiġi, inkluż l-aċċess għall-installazzjonijiet u s-siti tal-bini. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar dik l-investigazzjoni.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10c – paragrafu 6b (ġdid)
6b.   Fil-każ ta' ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, inkluż it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, jew tal-kriterji stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' teħtieġ li l-Istat Membru jissospendi l-allokazzjoni bla ħlas.
Emenda 149
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Fond li jappoġġja l-investiment fl-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija u t-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri li kellhom PDG per capita taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013, għandu jiġi stabbilit għall-perjodu 2021-30 u jkun iffinanzjat kif stabbilit fl-Artikolu 10.
1.  Għandu jiġi stabbilit fond li jappoġġja u jingrana l-investimenti fl-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija, inkluż it-tisħin distrettwali, u fit-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri b'PDG per capita taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013, fl-2014, jew fl-2015, għall-perjodu 2021-2030 u li jkun iffinanzjat kif stabbilit fl-Artikolu 10.
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-investimenti appoġġjati għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva u l-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiċi.
L-investimenti appoġġjati għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja tajba, u għandhom joffru l-aħjar valur għall-flus. Huma għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva u mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija u mal-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiċi, u għandhom:
(i)   Jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija, għas-sistemi tal-enerġija rinnovabbli, għall-ħżin tal-enerġija u għas-setturi tal-interkonnessjoni, tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku;meta l-proġetti jkollhom x'jaqsmu mal-produzzjoni tal-elettriku, l-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' elettriku prodott fl-installazzjoni ma għandhomx ikunu iktar minn 450 gramma ta' ekwivalenti ta' CO2 wara t-tlestija tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b sal-1 ta' Jannar 2021 sabiex tEmenda din id-Direttiva billi tiddefinixxi, għall-proġetti relatati mal-produzzjoni tas-sħana, il-massimu totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull kilowatt-siegħa ta' sħana prodotta fl-installazzjoni li m'għandux jinqabeż.
(ii)   Abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' diossidu tal-karbonju;
(iii)   Ikunu addizzjonali, għalkemm jistgħu jintużaw biex jintlaħqu l-miri rilevanti stabbiliti skont il-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, jirreaġixxu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jwasslux għal żieda mmexxija mis-suq fid-domanda għall-enerġija;
(iv)   Ma jikkontribwixxux għal produzzjoni ġdida ta' enerġija mill-faħam u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq il-faħam;
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami r-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu, b'kunsiderazzjoni tal-Istrateġija dwar il-Klima tal-BEI. Jekk, abbażi tal-progress teknoloġiku, wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu jsiru irrilevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 30b sa l-2024 bl-għan li tEmenda din id-Direttiva billi tiddefinixxi rekwiżiti ġodda jew aġġornati.
Emenda 106
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 2
2.  Il-fond għandu jiffinanzja wkoll proġetti ta' investiment ta' skala żgħira fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija. Għal dan il-għan, il-bord għall-investimenti għandu jiżviluppa linji gwida u kriterji ta' għażla għall-investiment speċifiċi għal proġetti bħal dawn.
2.  Il-fond għandu jiffinanzja wkoll proġetti ta' investiment ta' skala żgħira fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija. Għal dan il-għan, il-bord għall-investimenti għandu jiżviluppa linji gwida għall-investiment u kriterji ta' għażla speċifiċi għal proġetti bħal dawn, b'konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva u mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1. Dawk il-kriterji ta' għażla għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, proġett ta' investiment fuq skala żgħira jfisser proġett iffinanzjat permezz ta' self ipprovdut minn bank promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali li jservi għanijiet speċifiċi konformi ma' dawk tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, sakemm ma jintużax aktar minn 10% tas-sehem tal-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIb.
Emenda 107
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Kwalunkwe Stat Membru benefiċjarju li jkun iddeċieda li jagħti allokazzjoni tranżitorja bla ħlas skont l-Artikolu 10c jista' jittrasferixxi dawk il-kwoti għas-sehem tiegħu tal-Fond għall-Modernizzazzjoni stabbilit fl-Anness IIb u jallokahom skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10d.
Emenda 108
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 1
4.  Il-fond għandu jkun ikkontrollat minn bord għall-investimenti u kumitat ta' ġestjoni, li għandhom ikunu komposti minn rappreżentanti mill-Istati Membri li qed jibbenefikaw, il-Kummissjoni, il-BEI u tliet rappreżentanti eletti mill-Istati Membri l-oħra għal perjodu ta' 5 snin. Il-bord għall-investimenti għandu jkun responsabbli biex jiddetermina politika ta' investiment fil-livell tal-Unjoni, strumenti ta' finanzjament xierqa u kriterji ta' għażla għall-investimenti.
4.  L-Istati Membri benefiċjarji għandhom ikunu responsabbli għall-governanza tal-fond, u għandhom jistabbilixxu, b'mod konġunt, bord għall-investimenti magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru benefiċjarju, il-Kummissjoni u tliet osservaturi minn partijiet interessati bħalma huma l-federazzjonijiet industrijali, it-trade unions jew l-NGOs. Il-bord għall-investimenti għandu jkun responsabbli biex jiddetermina politika ta' investiment fil-livell tal-Unjoni, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu u konsistenti mal-politiki tal-Unjoni.
Għandu jiġi stabbilit bord konsultattiv, li jkun indipendenti mill-bord għall-investimenti. Il-bord konsultattiv għandu jkun magħmul minn tliet rappreżentanti mill-Istati Membri benefiċjarji, tliet rappreżentanti mill-Istati Membri mhux benefiċjarji, rappreżentant tal-Kummissjoni, rappreżentant tal-BEI u rappreżentant tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), magħżula għal perjodu ta' ħames snin. Ir-rappreżentanti tal-bord konsultattiv għandu jkollhom livell għoli ta' esperjenza tas-suq rilevanti rigward l-istrutturar u l-finanzjament tal-proġetti. Il-bord konsultattiv għandu jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-bord għall-investimenti dwar l-eliġibilità ta' proġett għall-għażla, dwar id-deċiżjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament, u dwar kwalunkwe għajnuna għall-iżvilupp ulterjuri skont kif ikun meħtieġ.
Il-kumitat ta' ġestjoni għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-fond.
Għandu jiġi stabbilit kumitat ta' ġestjoni. Il-kumitat ta' ġestjoni għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-fond.
Emenda 109
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-bord għall-investimenti għandu jeleġġi rappreżentant mill-Kummissjoni bħala president. Il-bord għall-investimenti għandu jistinka biex jieħu deċiżjonijiet b'kunsens. Jekk il-bord għall-investimenti ma jistax jiddeċiedi b'kunsens fl-iskadenza stabbilita mill-president, il-bord għall-investimenti għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' maġġoranza sempliċi.
Il-president tal-bord għall-investimenti għandu jkun elett minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sena. Il-bord għall-investimenti għandu jistinka biex jieħu deċiżjonijiet b'kunsens. Il-bord konsultattiv għandu jadotta l-opinjoni tiegħu permezz ta' maġġoranza sempliċi.
Emenda 110
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Il-kumitat ta' ġestjoni għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti maħtura mill-bord għall-investimenti. Id-deċiżjonijiet tal-kumitat ta' ġestjoni għandhom jittieħdu permezz ta' maġġoranza sempliċi.
Il-bord għall-investimenti, il-bord konsultattiv u l-kumitat ta' ġestjoni għandhom joperaw b'mod miftuħ u trasparenti. Il-minuti tal-laqgħat taż-żewġ bordijiet għandhom jiġu ppubblikati. Il-kompożizzjoni tal-bord għall-investimenti u tal-bord konsultattiv għandha tiġi ppubblikata u s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandhom jiġu aġġornati regolarment. Il-bord għall-investimenti u l-bord konsultattiv għandhom, fuq bażi kontinwa, jivverifikaw li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess. Kull sitt xhur, il-bord konsultattiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lista tal-konsulenza pprovduta għall-proġetti.
Emenda 111
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 4 – subparagrafu 4
Jekk il-BEI jirrakkomanda li investiment ma jiġix iffinanzjat u jagħti raġunijiet għal din ir-rakkomandazzjoni, deċiżjoni għandha tiġi adottata biss jekk maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha jivvotaw favur tagħha. L-Istat Membru li fih ikun se jitwettaq l-investiment u l-BEI ma għandhomx ikunu intitolati li jivvotaw f'dan il-każ. Iż-żewġ sentenzi ta' qabel ma għandhomx japplikaw għal proġetti żgħar iffinanzjati permezz ta' self ipprovdut minn bank promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali li jservi għanijiet speċifiċi f'konformità mal-għanijiet tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, sakemm taħt il-programm ma jintużax iżjed minn 10 % tas-sehem tal-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIb.
Jekk il-BEI jirrakkomanda lill-bord konsultattiv biex investiment ma jiġix iffinanzjat u jagħti raġunijiet għalfejn dan l-investiment mhuwiex konformi mal-politika ta' investiment adottata mill-bord għall-investimenti u mal-kriterji ta' għażla stipulati fil-paragrafu 1, opinjoni pożittiva għandha tiġi adottata biss jekk maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha jivvotaw favur tagħha. L-Istat Membru li fih ikun se jitwettaq l-investiment u l-BEI ma għandhomx ikunu intitolati li jivvotaw f'dan il-każ.
Emenda 112
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 5 – parti introduttorja
5.  L-Istati Membri li jibbenefikaw għandhom jirrapportaw kull sena lill-kumitat ta' ġestjoni dwar l-investimenti ffinanzjati mill-fond. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi:
5.  L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jirrapportaw kull sena lill-bord għall-investimenti u lill-bord konsultattiv dwar l-investimenti ffinanzjati mill-fond. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi:
Emenda 113
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 6
6.  Kull sena, il-kumitat ta' ġestjoni għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza bl-evalwazzjoni u l-għażla tal-investimenti. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-bażi li fuqha jkunu ntgħażlu l-proġetti sal-31 ta' Diċembru 2024 u, fejn xieraq, tagħmel proposti lill-kumitat ta' ġestjoni.
6.  Kull sena, il-bord konsultattiv għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza bl-evalwazzjoni u l-għażla tal-investimenti. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-bażi li fuqha jkunu ntgħażlu l-proġetti sal-31 ta' Diċembru 2024 u, fejn xieraq, tagħmel proposti lill-bord għall-investimenti u lill-bord konsultattiv.
Emenda 114
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 10d – paragrafu 7
7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23 biex timplimenta dan l-Artikolu.
7.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-operazzjoni effettiva tal-Fond għall-Modernizzazzjoni.
Emenda 115
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
(8a)   Fl-Artikolu 11(1), jiżdied is- subparagrafu li ġej:
"Mill-2021 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li matul kull sena kalendarju kull operatur jirrapporta l-attività tal-produzzjoni għall-aġġustamenti tal-allokazzjoni b'konformità mal-Artikolu 10a paragrafu 7."
Emenda 116
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8b (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
(8b)   Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3a. F'każ ta' suspett raġonevoli ta' irregolaritajiet jew nuqqas minn Stat Membru li jipprovdi l-lista u l-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3, il-Kummissjoni tista' tibda investigazzjoni indipendenti, u fejn meħtieġ tkun assistita minn parti terza kontraenti. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha u l-aċċess kollu meħtieġa għall-investigazzjoni, inkluż aċċess għall-installazzjonijiet u għad-data tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-istess regoli ta' kunfidenzjalità dwar informazzjoni kummerċjalment sensittiva bħall-Istat Membru kkonċernat u għandha tippubblika rapport dwar dik l-investigazzjoni."
Emenda 117
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 12 − paragrafu 3a
(10a)   Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3a huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3a. M'għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju1."
"3a. M'għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju1, u lanqas fir-rigward tal-emissjonijiet ivverifikati bħala maqbuda u/jew użati mill-ġdid f'applikazzjoni li tiżgura rabta permanenti tas-CO2, għall-iskop tal-qbid u l-użu mill-ġdid tal-karbonju."
Emenda 118
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 14 – paragrafu 1
(12)  Fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:
(12)   Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.";
"1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet u, fejn ikun rilevanti, dejta tal-attivitajiet, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-dejta dwar it-tunellati-kilometri għall-iskop ta' applikazzjoni skont l-Artikoli 3e jew 3f, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u l-ispeċifikazzjoni għall-potenzjal għat-tisħin globali ta' kull gass serra fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet għal dak il-gass.";
"Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha taġġusta r-regoli eżistenti dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012* sabiex jitneħħew l-ostakoli regolatorji għall-investiment f'teknoloġiji aktar riċenti b'emissjoni baxxa ta' karbonju bħall-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU). Dawk ir-regoli l-ġodda għandhom ikunu effettivi għat-teknoloġiji CCU kollha sa mill-1 ta' Jannar 2019.
Dak ir-regolament għandu jiddetermina wkoll proċeduri ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika simplifikati għall-emittenti ż-żgħar.
____________________
*Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30)."
Emenda 119
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 15 – paragrafi 4 u 5
(13)  Fl-Artikolu 15, il-ħames subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:
(13)  Fl-Artikolu 15, ir-raba' u l-ħames paragrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.";
"Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-verifika ta' rapporti dwar l-emissjonijiet abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditament u s-superviżjoni tal-verifikaturi. Hi għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditament u t-tneħħija tal-akkreditament, għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-entitajiet tal-akkreditament, kif ikun xieraq."
Emenda 120
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 16 – paragrafu 7
(13a)   Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:
7.  Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat.
7.  Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 30c(1) skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat.
Emenda 121
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 14
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 16 – paragrafu 12
12.  Fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati rigward il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22a.
12.  Fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati rigward il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30c(2).
Emenda 122
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 15
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 19 – paragrafu 3
(15)  Fl-Artikolu 19(3),(ii) it-tielet sentenza hija mibdula b'dan li ġej:
(15)  Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet biex jimplimentaw regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti fi ftehimiet biex jiġu konnessi l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.";
"3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-istabbiliment ta' sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet fil-forma ta' databases elettroniċi u standardizzati li jkun fihom elementi ta' dejta komuni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, sabiex jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku u l-kunfidenzjalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment li jkun inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto. Dawk l-atti delegati għandhom jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta' CERs u ERUs fl-EU ETS u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta' tali użu. Dawk l-atti għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet biex jimplimentaw regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti fi ftehimiet biex jiġu konnessi l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet."
Emenda 123
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 15a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 1
(15a)   Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma' din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom. L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2005. Ir-rapport għandu jiġi mfassal fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni tal-ewwel rapport.
"1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-miżuri finanzjarji skont l-Artikolu 10a(6), il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma' din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom. L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2005. Ir-rapport għandu jiġi mfassal fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni tal-ewwel rapport."
Emenda 124
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 15b (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
(15b)   Fl-Artikolu 21, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. Ir-rapport għandu, bl-użu ta' dejta pprovduta permezz tal-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 18b, jinkludi lista tal-operaturi suġġetti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li ma jkunux fetħu kont ta' reġistru."
Emenda 125
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 15c (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)
(15c)   Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3a. F'każ ta' suspett raġonevoli ta' irregolaritajiet jew nuqqas minn Stat Membru li jirrapporta skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni indipendenti, u fejn meħtieġ tkun assistita minn parti terza kontraenti. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u l-aċċess kollu li l-investigazzjoni teżiġi, inkluż l-aċċess għall-installazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-investigazzjoni."
Emenda 126
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 16
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b biex temenda din id-direttiva billi tistabbilixxi elementi mhux essenzjali tal-Annessi ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb.
Emenda 127
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 17
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 22a – titolu
(17)  Jiddaħħal l-Artikolu 22a li ġej:
(17)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 22a
"Artikolu 30c
Il-proċedura ta' kumitat"
Il-proċedura ta' kumitat"
Emenda 128
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 18
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 23 – titolu
"Artikolu 23
"Artikolu 30b
L-eżerċitar tad-delega"
L-eżerċitar tad-delega"
Emenda 129
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, skont din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex imniżżla fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema Komunitarja u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rrappurtar li tkun ippjanata, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni.
Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, skont din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex imniżżla fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-EU ETS u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rrappurtar li tkun ippjanata, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' tali attivitajiet u ta' tali gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni. Kwalunkwe inklużjoni unilaterali bħal din għandha tiġi proposta u approvata sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel il-bidu ta' perijodu ġdid ta' skambju fl-EU ETS.
Emenda 130
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Skont l-atti delegati li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta skont l-Artikolu 23, jekk l-inklużjoni tirreferi għal attivitajiet u gassijiet serra li mhumiex elenkati fl-Anness I.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-approvazzjoni tal-inklużjoni tal-attivitajiet u l-gassijiet serra msemmija fl-ewwel subparagrafu fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jekk dik l-inklużjoni tirreferi għal attivitajiet u gassijiet serra li mhumiex elenkati fl-Anness I.
Emenda 131
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19 – punt b
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 24 – paragrafu 3
(b)  it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:
(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati għal regolament bħal dan għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u d-dejta tal-attività skont l-Artikolu 23.";
"3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti ddettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' attivitajiet, installazzjonijiet u gassijiet serra li m'humiex elenkati bħala kombinament fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk il-monitoraġġ u r-rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.;
Emenda 132
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 20 – punt a
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 24a – paragrafu 1 – subparagrafi 1 u 2
(a)  it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:
(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:
"Miżuri bħal dawn għandhom ikunu konsistenti mal-atti adottati skont l-Artikolu 11b(7). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 23.";
'1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 30b, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi, apparti l-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, arranġamenti dettaljati għall-ħruġ ta' kwoti jew krediti fir-rigward tal-proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-EU ETS."
Emenda 133
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 22
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 25a – paragrafu 1
1.  Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż li jinżlu fil-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tistipula l-aħjar interazzjoni bejn l-iskema tal-Komunità u l-miżuri ta' dak il-pajjiż.
1.  Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż li jinżlu fl-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 30c(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tistipula l-aħjar interazzjoni bejn l-EU ETS u l-miżuri ta' dak il-pajjiż terz.
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' taddotta emendi biex tipprovdi għal tijiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat sabiex dawn jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tipprovdi għal kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li hija meħtieġa minn ftehim skont ir-raba' subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta emendi bħal dawn skont l-Artikolu 23.
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tipprovdi għal titjiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat sabiex dawn jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tipprovdi għal kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I meħtieġa minn tali ftehim.
Emenda 134
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 22a (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 27 – paragrafu 1
(22a)   Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, mill-iskema Komunitarja, installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta' inqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta' kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta' inqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija fil-punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
"1. Wara li jikkonsultaw lill-operatur u bi ftehim mal-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS installazzjonijiet operati minn SME li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta' inqas minn 50 000 tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija fil-punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)  jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-installazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-installazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;
(a)  jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-installazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-installazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ u jispeċifika kif dawk il-miżuri mhux se jirriżultaw fi spejjeż ta' konformità ogħla għal dawn l-installazzjonijiet, qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;
(b)  jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 25 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-installazzjonijiet b'emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu inqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, skont l-Artikolu 14;
(b)  jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 50 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri, fuq talba ta' operatur, għandhom jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-installazzjonijiet b'emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu inqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, skont l-Artikolu 14;
(c)  jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta' 25 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fl-iskema Komunitarja;
(c)  jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta' 50 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fl-EU ETS;
(d)  jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.
(d)  jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) disponibbli għall-pubbliku.
L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti. '
L-isptarijiet jistgħu jkunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti."
Emenda 135
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 22b (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 27a (ġdid)
(22b)   Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 27a
Esklużjoni ta' installazzjonijiet żgħar mhux soġġetti għal miżuri ekwivalenti
1.   Wara konsultazzjoni mal-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS, installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta' anqas minn 5 000 tunnellata ta' ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju, esklużi emissjonijiet mill-bijomassa, f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika skont il-punt (a), jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)   jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-installazzjonijiet qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata jew mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;
(b)   jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe installazzjoni tkunx is-sors ta' 5 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja;
(c)   jikkonferma li jekk kwalunkwe installazzjoni tkun is-sors ta' 5 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja, l-installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS, sakemm ma jkunx japplika l-Artikolu 27;
(d)   jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) disponibbli għall-pubbliku.
2.   Meta installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS skont il-paragrafu 1(c), għandha tingħata kwalunkwe kwota maħruġa skont l-Artikolu 10a b'effett mis-sena tad-dħul mill-ġdid. Il-kwoti maħruġa lil dawn l-installazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat skont l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-installazzjoni.
Emenda 136
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 22c (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 29
(22c)  L-Artikolu 29 huwa Emenda t kif ġej:
"Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar
"Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar
Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju u miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu."
Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jinkludi taqsima ddedikata għall-interazzjoni bejn l-EU ETS u politiki oħra nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, fir-rigward tal-volumi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kosteffettività ta' tali politiki u l-impatt li għandhom fuq id-domanda għall-kwoti tal-EU ETS. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti leġiżlattivi li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tal-EU ETS, li tiġi indirizzata l-kapaċità li jkun hemm kontribut għall-għanijiet tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 fir-rigward tal-klima u l-enerġija u li jiġu indirizzati miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tagħha, inklużi miżuri li jqisu l-impatt ta' politiki komplementari madwar l-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-EU ETS."
Emenda 137
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 22d (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 30a (ġdid)
(22d)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 30a
Aġġustamenti b'segwitu għal analiżi globali skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi
Fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv skont l-UNFCCC fl-2018 il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikolari, il-komunikazzjoni għandha teżamina r-rwol u l-adegwatezza tal-EU ETS biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.
Fi żmien sitt xhur mill-eżerċizzju ta' rendikont globali fl-2023 u mir-rendikonti globali sussegwenti minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jivvaluta l-ħtieġa li l-azzjoni klimatika tal-Unjoni tiġi aġġustata kif ikun jeħtieġ il-każ.
Ir-rapport għandu jikkunsidra l-aġġustamenti għall-EU ETS fil-kuntest tal-isforzi ta' mitigazzjoni globali u l-isforzi mwettqa minn ekonomiji ewlenin oħra. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta l-ħtieġa ta' tnaqqis tal-emissjonijiet aktar strett, il-ħtieġa li jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u jekk humiex meħtieġa għodod u miżuri ta' politika addizzjonali sabiex jiġu ssodisfati l-impenji fir-rigward tal-gassijiet serra tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
Ir-rapport għandu jqis ir-riskju ta' rilokazzjoni ta' emissjonijiet tal-karbonju, il-kompetittività tal-industriji Ewropej, l-investimenti fi ħdan l-Unjoni u l-politika ta' industrijalizzazzjoni tal-Unjoni.
Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, u f'tali każ il-Kummissjoni għandha tippubblika, b'mod parallel, valutazzjoni sħiħa tal-impatt."
Emenda 138
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 22e (ġdid)
Direttiva 2003/87/KE
Anness I – paragrafu 3
(22e)   L-Anness I(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
'3. Meta l-input termiku nominali totali ta' istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx fl-iskema Komunitarja, l-inputs termiċi nominali tal-junits tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawn il-junits jistgħu jinkludu kull tip ta' bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, impjanti nixxiefa (dryers), magni, ċelluli tal-karburanti, junits tal-kombustjoni 'chemical looping', torċi (flares), u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Junits b'input termiku nominali taħt it-3 MW u junits li jużaw biss il-bijomassa ma jitqisux għall-finijiet ta' dan il-kalkolu. "Junits li jużaw biss il-bijomassa" jinkludu impjanti li jużaw il-karburanti fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.
"3. Meta l-input termiku nominali totali ta' istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx fl-EU ETS, l-inputs termiċi nominali tal-kompartimenti tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu l-karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawk il-kompartimenti jistgħu jinkludu kull tip ta' bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalċinaturi, kalkari, fran, apparat tat-tnixxif (dryers), magni, ċelluli tal-fjuwil, kompartimenti tal-kombustjoni "chemical looping", apparat tal-ivvampjar, u kompartimenti termiċi jew katalitiċi tal-postkombustjoni. Il-kompartimenti b'input termiku nominali taħt it-3 MW, il-kompartimenti ta' emerġenza li jintużaw biss biex jipproduċu l-elettriku għal konsum fuq il-post fil-każ ta' qtugħ tal-elettriku u l-kompartimenti li jużaw biss il-bijomassa ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta' dan il-kalkolu. "Il-kompartimenti li jużaw biss il-bijomassa" jinkludu kompartimenti li jużaw il-fjuwils fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.”
Emenda 139
Proposta għal direttiva
Artikolu 1a (ġdid)
Deċiżjoni (UE) 2015/1814
Artikolu 1 - paragrafu 5 - subparagrafi 1a u 1b (ġdid)
Artikolu 1a
L-emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 hija emendata kif ġej:
Fl-Artikolu 1(5), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin mal-ewwel subparagrafu:
"Permezz ta' deroga, sal-perijodu ta' reviżjoni msemmi fl-Artikolu 3, il-perċentwali msemmija f'dan is-subparagrafu għandhom jiġu rdoppjati. Ir-reviżjoni għandha tikkunsidra li tirdoppja r-rata ta' ammissjoni sakemm jerġa' jiġi stabbilit il-bilanċ tas-suq.
Barra minn hekk, ir-reviżjoni għandha tintroduċi limitu fuq ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq u, jekk ikun xieraq, ir-reviżjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva.".

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0003/2017).


Rapport dwar l-Albanija 2016
PDF 306kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar l-Albanija (2016/2312(INI))
P8_TA(2017)0036A8-0023/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Thessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-UE,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014 li l-Albanija tingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat għal sħubija mal-UE u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tat-13 ta' Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra t-tmien laqgħa, li saret fi Brussell fit-8 ta' Settembru 2016, tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-Albanija u l-UE,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tal-President tas-Summit dwar il-Balkani tal-Punent, li sar f'Pariġi fl-4 ta' Lulju 2016, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili għas-Summit ta' Pariġi tal-2016,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2016 bit-titolu ''Komunikazzjoni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE 2016'' (COM(2016)0715), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport 2016 dwar l-Albanija (SWD(2016)0364),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti tas-sitt Djalogu ta' Livell Għoli dwar il-Prijoritajiet Ewlenin adottati f'Tirana fit-30 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finali tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-2013 u l-elezzjonijiet lokali tal-2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-OSKE intitolat "Monitoring of Administrative Trials 2015 (il-Monitoraġġ ta' Proċessi Amministrattiv 2015)",

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati fil-11-il laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAPC) UE-Albanija, li saret fi Brussell fis-7 u t-8 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Albanija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0023/2017),

A.  billi l-Albanija għamlet progress biex tissodisfa l-kriterji politiċi għas-sħubija u għamlet progress deċiż fil-ħames prijoritajiet ewlenin għall-ftuħ tan-negozjati dwar l-adeżjoni. billi l-implimentazzjoni ulterjuri tal-pakkett ta' riforma ġudizzjarja, ir-riforma elettorali u l-hekk imsejħa liġi tad-dekriminalizzazzjoni, fost oħrajn, huma importanti sabiex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fir-rappreżentanti politiċi tagħhom;

B.  billi għad fadal sfidi u hemm bżonn li dawn jiġu indirizzati rapidament u b'effikaċja, fi spirtu ta' djalogu, kooperazzjoni u kompromess bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, sabiex jiġi garantit progress ulterjuri fit-triq tal-Albanija lejn l-adeżjoni mal-UE;

C.  billi huwa essenzjali li jkun hemm djalogu politiku konstruttiv u sostenibbli dwar riformi relatati mal-UE bejn il-forzi politiċi, bil-ħsieb li jsir aktar progress fil-proċess tal-adeżjoni mal-UE;

D.  billi fl-Albanija jeżisti kunsens politiku u appoġġ pubbliku wiesa' għall-proċess tal-adeżjoni mal-UE;

E.  billi n-negozjati ta' adeżjoni huma inċentiv qawwi biex jiġu adottati u implimentati riformi relatati mal-adeżjoni;

F.  billi r-riforma ġudizzjarja tibqa' kruċjali biex isir progress fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE tal-Albanija;

G.  billi fl-2017, fl-Albanija se jsiru l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari;

H.  billi l-protezzjoni tal-libertà reliġjuża, il-wirt kulturali, id-drittijiet tal-minoranzi u l-amministrazzjoni tal-proprjetà huma fost il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

I.  billi l-UE enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu l-governanza ekonomika, l-istat tad-dritt u l-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent;

J.  billi l-awtoritajiet Albaniżi għandhom approċċ pożittiv lejn kooperazzjoni reġjonali biex jippromwovu l-iżvilupp tal-infrastruttura, miżuri għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kummerċ u l-mobilità taż-żgħażagħ;

1.  Jilqa' l-progress kontinwu li sar mill-Albanija dwar riformi relatati mal-UE, b'mod partikolari l-adozzjoni kunsenswali f'Lulju 2016 tal-emendi kostituzzjonali li jwittu t-triq lejn riforma ġudizzjarja komprensiva; jenfasizza li biex isir aktar progress fil-proċess ta' adeżjoni tal-UE mhux biss hemm bżonn ta' adozzjoni konsistenti tar-riformi tal-ħames prijoritajiet kollha iżda anke implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tagħhom, kif ukoll impenn politiku sostnut; iħeġġeġ lill-Albanija tistabbilixxi riżultati konkreti f'tali riformi;

2.  Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftuħ ta' negozjati ta' adeżjoni mal-Albanija; jappoġġa bis-sħiħ l-adeżjoni tal-Albanija mal-UE, u jitlob li jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni malli jkun hemm progress kredibbli u sostenibbli fl-implimentazzjoni tar-riforma ġudizzjarja komprensiva u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, sabiex jinżamm il-momentum tar-riforma; jistenna lill-Albanija tikkonsolida l-progress miksub u żżomm il-pass tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ewlenin kollha;

3.  Itenni li djalogu kostruttiv, il-kooperazzjoni politika sostenibbli u r-rieda għal kompromess huma kruċjali għas-suċċess tar-riformi u tal-proċess ta' adeżjoni kollu mal-UE; jilqa', f'dan ir-rigward, l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-esklużjoni ta' trasgressuri kriminali minn karigi pubbliċi; jistieden lill-partiti politiċi kollha jagħmlu sforzi akbar biex jistabbilixxu djalogu politiku ġenwin u biex tinkiseb kooperazzjoni kostruttiva;

4.  Ifaħħar l-adozzjoni kunsenswali tal-emendi kostituzzjonali għar-riforma ġudizzjarja u l-adozzjoni ta' liġijiet dwar ir-riorganizzazzjoni istituzzjonali tal-ġudikatura, l-uffiċċju tal-prosekutur u l-Qorti Kostituzzjonali; jitlob l-adozzjoni rapida u l-implimentazzjoni kredibbli ta' liġijiet ta' akkumpanjanti rilevanti kollha u tal-liġijiet sekondarji, b'mod partikolari l-liġi dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid (skrutinju) tal-imħallfin, il-prosekuturi u l-konsulenti legali u l-pakkett ta' abbozzi ta' liġijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-riforma tas-sistema ġudizzjarja; jinnota s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar il-kostituzzjonalità tal-liġi ta' skrutinju wara opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni ta' Venezja; itenni li riforma ġudizzjarja komprensiva hija rekwiżit ewlieni taċ-ċittadini tal-Albanija biex terġa' tissawwar il-fiduċja fir-rappreżentanti politiċi u fl-istituzzjonijiet pubbliċi tagħhom, u li l-kredibilità u l-effettività tal-proċess globali ta' riforma, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, jiddependu mis-suċċess tal-proċess ta' skrutinju u r-riforma ġudizzjarja; ifakkar li l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' din ir-riforma hi strumentali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u huma essenzjali għall-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt u għat-tisħiħ tal-infurzar tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiż, ukoll bl-għan li tiżdied il-fiduċja fis-sistema ġudizzjarja fost iċ-ċittadini kollha;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja l-ġdida għall-2017-2020 u l-pjan ta' azzjoni tagħha mmirati biex jiksbu aktar professjonaliżmu, effiċjenza u indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, inkluż il-qrati u s-sistema ta' tal-qrati u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-membri kollha tal-ġudikatura, kif ukoll żieda fil-mezzi baġitarji għall-implimentazzjoni; jiddispjaċih li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja għadha qed tipproċedi bil-mod u b'ineffiċjenza; jinnota n-nuqqas ta' progress fil-mili ta' postijiet tax-xogħol battala fil-Qorti Suprema u fil-qrati amministrattivi u l-użu effettiv tas-sistema unifikata ta' ġestjoni tal-kawżi; jitlob li jiġi indirizzat ulterjorment kwalunkwe nuqqas fil-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja, inkluż in-nuqqas ta' indipendenza minn fergħat tas-setgħa oħra, il-ġustizzja selettiva, l-obbligu limitat ta' rendikont, il-mekkaniżmi ineffettivi ta' sorveljanza, il-korruzzjoni, it-tul kumplessiv tal-proċeduri ġudizzjarji u l-infurzar; jiddispjaċih għall-interferenza politika fl-investigazzjonijiet u l-każijiet fil-qorti, u għalhekk jitlob li l-indipendenza tal-ġudikatura tissaħħaħ fil-prattika; jitlob għal aktar involviment fiż-żona ta' ġustizzja amministrattiva, li tindirizza suġġetti bħal aċċess effettiv għall-qrati u l-allokazzjoni ta' riżorsi lill-qrati biex ikunu jistgħu jaħdmu b'mod effiċjenti; itenni li r-riforma tas-sistema tal-ġustizzja kriminali għandha timmira li l-ħatja jinżammu responsabbli u biex tkun promossa l-promozzjoni tar-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi u tax-xhieda ta' reati;

6.  Jitlob li l-Kumitat Parlamentari Ad Hoc dwar ir-Riforma Elettorali biex jiffinalizza malajr l-evalwazzjoni tiegħu tal-kodiċi elettorali, filwaqt li jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet preċedenti kollha tal-OSKE/ODIHR u t-tisħiħ tat-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti u l-integrità tal-proċess elettorali; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw l-implimentazzjoni fil-ħin qabel l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss f'Ġunju 2017, kif ukoll l-indipendenza u d-depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni elettorali; ifakkar li l-partiti politiċi kollha huma responsabbli biex jiżguraw li jitwettqu elezzjonijiet demokratiċi f'konformità mal-istandards internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet biex jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊs) jipparteċipaw b'mod attiv fis-superviżjoni tal-proċess elettorali kollu; ifakkar li elezzjonijiet ħielsa u ġusti huma kruċjali għal aktar progress fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-finanzjament tal-partiti politiċi u dwar is-sistema ta' awditu responsabbli;

7.  Jistieden l-partiti politiċi tal-Albanija biex jirrispettaw kemm l-ispirtu u n-natura tal-leġiżlazzjoni dwar l-esklużjoni ta' trasgressuri kriminali minn karigi pubbliċi fit-tfassil tal-listi tal-kandidati tagħhom għall-elezzjonijiet li jmiss; jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa ta' din il-liġi;

8.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jieħdu miżuri biex jiffaċilita l-possibilità li ċittadini Albaniżi li jirrisjedu barra mill-pajjiż jivvutaw f'elezzjonijiet Albaniżi barra mill-pajjiż;

9.  Jilqa' t-titjib fit-trasparenza u l-inklużività tal-attivitajiet parlamentari, iżda jitlob li jissaħħu l-kapaċitajiet parlamentari sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tar-riformi u l-konformità tagħhom mal-istandards tal-UE u biex isir użu aħjar tad-diversi mekkaniżmi u istituzzjonijiet ta' sorveljanza sabiex il-gvern jinżamm responsabbli; jitlob li jiġi approvat kodiċi ta' etika parlamentari u biex ir-regoli ta' proċedura jirriflettu l-liġi dwar ir-rwol tal-parlament fil-proċess ta' integrazzjoni mal-UE; joffri li jesplora modi ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Parlament tal-Albanija fi ħdan il-qafas tal- programm ta' appoġġ tal-Parlament Ewropew għall-parlamenti tal-pajjiżi kandidati, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jipproduċi leġiżlazzjoni ta' kwalità f'konformità mal-acquis tal-UE u jeżerċita r-rwol ta' sorveljanza tiegħu fl-implimentazzjoni tar-riformi;

10.  Jinnota l-isforzi sabiex ikun hemm amministrazzjoni pubblika aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u biex isir progress kostanti fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u tar-riforma tal-ġestjoni tal-finanzjament pubbliku; jappella għal aktar progress fit-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Liġi dwar is-Servizz Ċivili u tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva, biex jitjiebu l-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' promozzjonijiet abbażi tal-mertu u l-prestazzjoni, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u tar-riżorsi umani, bl-għan li jiġi kkonsolidat il-progress li jkun sar lejn l-iżgurar ta' suq aktar effiċjenti, u depolitiċizzat, u amministrazzjoni pubblika trasparenti u professjonali, li tippermetti wkoll l-iżvolġiment tajjeb tan-negozjati ta' adeżjoni mal-UE; jitlob għat-tisħiħ tal-awtorità, l-awtonomija, l-effiċjenza u r-riżorsi tal-istrutturi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-uffiċċju tal-Ombudsman; ifaħħar lill-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea għall-inizjattivi tiegħu biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni pubblika u tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' riformi marbutin mal-adeżjoni; jenfasizza l-bżonn li tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-korpi regolatorji u ta' superviżjoni;

11.  Jieħu nota tal-implimentazzjoni tar-riforma territorjali; jenfasizza li hemm bżonn sforzi sostanzjali biex tiżdied il-kapaċità finanzjarja u amministrattiva tal-unitajiet tal-gvern lokali li għadhom kif ġew stabbiliti;

12.  Jilqa' l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni prinċipali kontra l-korruzzjoni, inkluż dwar il-protezzjoni tal-informaturi; jibqa' mħasseb, madankollu, li l-korruzzjoni għadha għolja u mifruxa f'ħafna oqsma u għadha problema serja, li tnaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jinsab imħasseb, li istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni ewlenin għadhom suġġetti għal indħil politiku u għandhom kapaċitajiet amministrattivi limitati; jinnota li kooperazzjoni interistituzzjonali fqira u l-iskambju ta' informazzjoni għadhom qed ixekklu l-investigazzjonijiet proattivi u l-prosekuzzjoni effettiva tal-korruzzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas ġuridiku aktar adegwat għall-kunflitti ta' interess, li jiġi rregolat l-illobjar u li jkun hemm kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar, speċjalment bejn il-pulizija u s-servizzi ta' prosekuzzjoni, bil-għan li jitjieb ir-rekord tagħhom fir-rigward ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni, inkluż f'każijiet ta' livell għoli;

13.  Jilqa' l-implimentazzjoni kontinwa tal-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-intensifikazzjoni fil-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija; jitlob ukoll li jiġu żarmati n-netwerks ta' kriminalità organizzata u biex jiżdied l-għadd ta' kundanni finali f'każijiet ta' kriminalità organizzata, billi jissaħħu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-pulizija u s-servizzi tal-prosekuzzjoni u l-kapaċitajiet istituzzjonali u operazzjonali; jinsab imħasseb li r-rekord tal-iffriżar u l-konfiska ta' assi akkwistati illegalment għadha baxx ħafna, u jitlob żieda fil-kapaċità u użu akbar ta' investigazzjonijiet finanzjarji biex jitjieb ir-rekord tagħhom f'dawn l-oqsma; jinnota li minkejja t-tendenza 'l fuq fl-investigazzjoni ta' każijiet li jinvolvu l-ħasil tal-flus, l-għadd ta' kundanni finali jibqa' limitat;

14.  Jitlob, filwaqt li jilqa' l-operazzjonijiet reċenti kontra l-pjantaġġuni tal-kannabis, għat-tisħiħ ta' miżuri biex tinqered il-kultivazzjoni, il-produzzjoni u t-traffikar tad-droga fl-Albanija u netwerks relatati ta' kriminalità organizzata, inkluż bit-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali; jinnota, madankollu, li l-pulizija u l-prosekuturi naqsu milli jidentifikaw n-netwerks kriminali wara l-kultivazzjoni tad-drogi;

15.  Jitlob għal sforzi intensifikati biex tiġi indirizzata l-proliferazzjoni bla kontroll tat-traffikar illeċitu ta' armi, inkluż billi tiżdied il-kooperazzjoni mal-UE f'dan is-sens, kif ukoll billi jinqerdu l-ħażniet li jifdal ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u t-titjib tal-kundizzjoni ta' faċilitajiet ta' ħażna; jinsab imħasseb dwar ir-rata għolja ferm ta' qtil b'arma tan-nar fl-Albanija;

16.  Jitlob t-tisħiħ tal-kapaċità tal-gvern biex ifittex, jaħtaf u jikkonfiska r-rikavat tal-kriminalità ċibernetika u biex jipprevjeni l-ħasil tal-flus fuq l-internet;

17.  Iħeġġeġ lill-Albanija tkompli ttejjeb il-qafas legali tagħha għad-determinazzjoni tal-istatus ta' protezzjoni internazzjonali tar-refuġjati; ifaħħar l-isforzi tal-pulizija Albaniża biex iżidu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-Frontex, u jappella għal aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Albanija sabiex tipproteġi d-drittijiet tar-refuġjati f'konformità mal-istandards internazzjonali u mal-valuri fundamentali tal-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda reċenti f'każijiet ta' traffikar tal-bnedmin; jitlob li jiġu intensifikati l-isforzi biex ma jitħalliex iseħħ it-traffikar tal-bnedmin, bl-għoti ta' attenzjoni partikolari għall-vittmi ewlenin ta' dan it-traffikar, speċjalment il-minuri mhux akkumpanjati, in-nisa u l-bniet;

18.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-popolazzjoni eċċessivament kbira fil-ħabsijiet u (rapporti ta') l-inadegwatezza tal-kura medika f'postijiet ta' detenzjoni, kif ukoll it-trattament ħażin tal-persuni suspettati fl-għases tal-pulizija; jirrakkomanda reviżjoni tal-approċċ repressiv, riklassifikazzjoni ta' reati kriminali u użu akbar ta' alternattivi għall-priġunerija;

19.  Jinnota t-titjib fil-kooperazzjoni relatata mal-UE bejn l-istituzzjonijiet tal-istat u l-OSĊs, inkluża l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea (NCEI); jinnota li soċjetà ċivili msaħħa hija element kruċjali ta' kwalunkwe sistema demokratika; jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni aktar mill-qrib fil-livelli kollha ta' gvern, inkluż fil-livell lokali, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jilqa' f'dan ir-rigward il-ħolqien tal-Kunsill Nazzjonali għas-Soċjetà Ċivili (NCCS); jitlob l-implimentazzjoni effettiva tad-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika u għal regolamentazzjoni aħjar tal-qafas fiskali li jaffettwa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

20.  Ifakkar, fost il-prijoritajiet ewlenin, il-ħtieġa biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u tal-politiki kontra d-diskriminazzjoni, inkluż billi jissaħħaħ l-infurzar tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jkomplu jtejbu l-atmosfera ta' inklużjoni u tolleranza għall-minoranzi kollha fil-pajjiż, bi qbil mal-istandards Ewropej għall-Protezzjoni tal-Minoranzi, inkluż billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Kumitat tal-Istat għall-Minoranzi; jilqa' b'sodisfazzjon l-ewwel passi mmirati li jtejbu l-qafas legali għall-protezzjoni tal-minoranzi, u jappella lill-Albanija tadotta liġi qafas dwar il-protezzjoni tal-minoranzi u biex tirratifika l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali u Minoritarji; jinnota li proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa li tinvolvi istituzzjonijiet indipendenti, l-assoċjazzjonijiet tal-minoranzi u l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Roma, l-Eġizzjani u tal-minoranzi etniċi oħra; jappella għal azzjonijiet konkreti bħar-reġistrazzjoni ċivika (ċertifikati tat-twelid u tal-Karti tal-Identità) tar-Roma u tal-Eġizzjani; jappella għal sforzi kontinwi biex ittejjeb l-aċċess tagħhom għall-impjiegi u tal-entitajiet kollha pubbliċi u ta' servizzi soċjali, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni soċjali u l-għajnuna legali; jinsab imħasseb li, minkejja t-titjib, l-inklużjoni tat-tfal Roma fis-sistema edukattiva għadha l-aktar baxxa fir-reġjun;

21.  Ifaħħar l-isforzi tal-uffiċċju tal-Ombudsman biex itejjeb l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fil-qafas tar-riforma tal-ġudikatura; jilqa' l-promozzjoni attiva tad-drittijiet ta' gruppi vulnerabbli u tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt; jiddispjaċih li l-ħidma tal-uffiċċju tal-Ombudsman għadha limitata minħabba nuqqas ta' finanzjament u ta' persunal fl-uffiċċji ċentrali u lokali tiegħu; jappella għal titjib tal-awtorità, tal-awtonomija, l-effiċjenza u tar-riżorsi għall-kariga tiegħu;

22.  Jibqa' mħasseb dwar id-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta' miżuri xierqa għall-protezzjoni tan-nisa u l-bniet li jagħmlu parti minn gruppi żvantaġġati u emarġinati, kif ukoll in-numru għoli ta' każijiet ta' vjolenza domestika kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi addizzjonali sabiex jiġi żviluppat reġistri ta' każijiet kontra d-diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jkomplu bis-sensibilizzazzjoni u l-prevenzjoni dwar il-vjolenza domestika, u biexjitjieb l-appoġġ għall-vittmi; itenni l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul); iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw il-preġudizzji stereotipiċi bbażati fuq is-sess permezz ta' edukazzjoni sistematika, id-dibattitu pubbliku u l-miżuri governattivi;

23.  Jappella għal mekkaniżmi istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u għall-prevenzjoni tat-tħaddim tat-tfal;

24.  Jinnota li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu protetti d-drittijiet tal-minoranzi kollha fl-Albanija, permezz tal-implimentazzjoni kompleta tal-leġiżlazzjoni rilevanti; jirrakkomanda li d-drittijiet ta' nies b'etniċitajiet Bulgari fir-reġjuni Prespa, Golo Brdo u Gora jkunu stabbiliti fil-liġi u garantiti fil-prattika;

25.  Jilqa' t-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni LGBTI, u l-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-persuni LGBTI 2016-2020, u jħeġġeġ lill-gvern biex ikompli jimplimenta miżuri tal-programm, u biex ikompli jikkonsolida l-kooperazzjoni tiegħu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili LGBTI; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-gvern u lil dawk li jfasslu l-liġijiet jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' rikonoxximent tal-ġeneru, jilħqu l-istandards stipulati fir-Rakkomandazzjoni CM/Rec (2010)5 mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membridwar miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali jew ta' identità tal-ġeneru;

26.  Jiddispjaċih li l-awtoritajiet kompetenti s'issa naqsu milli jwettqu investigazzjoni kriminali effettiva għat-telf ta' ħajja fil-protesta tal-21 ta' Jannar 2011; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jipproċedu mingħajr dewmien bla bżonn biex issir ġustizzja mal-vittmi tal-ġrajjiet ta' dak il-jum;

27.  Ifaħħar it-tolleranza reliġjuża u l-kooperazzjoni tajba fost il-komunitajiet reliġjużi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti u l-komunitajiet reliġjużi jikkooperaw biex jippreservaw u jrawmu l-armonija reliġjuża f'konformità mal-Kostituzzjoni; iqis li huwa essenzjali li tiġi evitata r-radikalizzazzjoni Iżlamika permezz ta' approċċ immirat mis-servizzi tal-intelligence, mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mill-istituzzjonijiet ġudizzjarji, inkluż permezz ta' diżimpenn u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ġellieda barranin li jirritornaw lejn pajjiżhom, li jiġi miġġieled l-estremiżmu vjolenti f'kooperazzjoni mal-OSĊs u l-komunitajiet reliġjużi, u biex tiġi intensifikata l-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali f'dan il-qasam; ifaħħar il-qafas ġuridiku komprensiv tal-pajjiż għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; iħeġġeġ li l-miżuri kollha għandhom jiżguraw, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali skont l-istandards internazzjonali; jenfasizza l-importanza tal-programmi ta' edukazzjoni speċjali għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, kif ukoll għar-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-individwi kkonċernati;

28.  Jiddispjaċih dwar il-progress limitat li sar fil-qasam tal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni fis-sena li għaddiet; itenni l-importanza kbira ta' midja privata u tas-servizz pubbliku professjonali u indipendenti; jinsab imħasseb dwar l-influwenza politika fil-midja u l-awtoċensura mifruxa fost il-ġurnalisti; jinnota l-implimentazzjoni kajmana tal-liġi dwar il-midja awdjoviżiva u d-dewmien biex jimtlew postijiet tax-xogħol battala fl-Awtorità tal-Midja Awdjoviżiva (AMA); jitlob miżuri li jgħollu l-istandards professjonali u etiċi u l-prevalenza ta' kuntratti ta' xogħol regolari għall-ġurnalisti, it-titjib tat-trasparenza tar-reklamar tal-gvern fil-midja u biex tiġi żgurata l-indipendenza, l-imparzjalità u l-kontabilità tal-awtoritajiet regolatorji u tax-xandar pubbliku, speċjalment fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari; itenni l-ħtieġa li jiġu ffinalizzati u adottati l-istatuti intern tax-xandar pubbliku RTSH u biex jiġi ffinalizzat il-proċess ta' bidla għax-xandir diġitali;

29.  Jilqa' t-titjib fil-konsolidazzjoni fiskali u l-punteġġi ogħla fir-rigward ta' kif isir in-negozju u fl-isforzi fil-ġlieda kontra l-ekonomija informali; jinnota, madankollu, li n-nuqqasijiet persistenti fl-istat tad-dritt u l-ambjent regolatorju kumpless jiskoraġġixxu l-investiment; huwa mħasseb li r-rimessi tal-emigranti jikkostitwixxi mutur importanti tad-domanda domestika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri biex jitjiebu l-infurzar tal-kuntratti u l-ġbir tat-taxxa, u biex ikomplu jimplimentaw ir-riforma ġudizzjarja bil-ħsieb li jitjieb l-ambjent tan-negozju; jinsab imħasseb dwar il-livell għoli ta' akkwist pubbliku dirett u l-offerti mhux kompetittivi u l-esternalizzazzjoni ta' kuntratti tat-tip PPP fuq terminu twil li għandhom impatt dubjużi fir-rigward tal-interess pubbliku;

30.  Jirrakkomanda li l-awtoritajiet iħaffu l-kostruzzjoni ta' proġetti infrastrutturali kbar bħal dak tal-konnessjoni ferrovjarja u l-awtostrada moderna bejn Tirana u Skopje bħala parti minn Kuritur VIII;

31.  Jinnota bi tħassib in-natura limitata tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-infurzar tal-liġi ambjentali, kif ukoll il-ġestjoni fqira tal-iskart u tal-ilma, li ta' spiss jirriżultaw f'reati ambjentali li jheddu r-riżorsi ekonomiċi tal-Albanija u jikkostitwixxu ostaklu għal ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; jissottolinja l-ħtieġa li titjieb il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali kif ukoll biex tiġi garantita l-parteċipazzjoni u konsultazzjoni pubblika tas-soċjetà ċivili fi proġetti irilevanti; jenfasizza l-importanza kruċjali li jintlaħqu l-objettivi tat-tibdil fil-klima mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq il-bijodiversità, il-pajsaġġ, ir-riżorsi tal-ilma, il-flora u fawna, tal-popolazzjonijiet lokali milquta; jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li, skont il-Kummissjoni, 44 minn 71 proġett għal impjant idroelettriku qed jinbnew f'żoni protetti;

32.  Jenfasizza li l-impatt ambjentali tal-impjanti idroelettriċi spiss mhuwiex valutat b'mod xieraq sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar in-natura; jagħti parir lill-gvern jikkunsidra l-istabbiliment ta' Park Nazzjonali f'Vjosa tul il-medda kollha tax-xmara u biex jabbanduna l-pjanijiet għal impjanti idroelettriċi ġodda tul ix-xmara Vjosa u t-tributarji tagħha; iħeġġeġ allinjament ulterjuri mal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-enerġija, partikolarment dwar l-adozzjoni ta' strateġija nazzjonali għall-enerġija, bil-għan li tiżdied l-indipendenza u l-effiċjenza enerġetika; jilqa' l-pjan ta' azzjoni nazzjonali 2015-2020 għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli (RESs);

33.  Jirrimarka li l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali għad irid jiġi żgurat b'mod effettiv; iħeġġeġ li tittieħed azzjoni biex jitlesta l-proċess ta' reġistrazzjoni tal-proprjetà, ir-restituzzjoni u l-kumpens u biex tiġi aġġornata u implimentat-a b'mod effikaċi tal-istrateġija 2012-2020 dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; iħeġġeġ ulterjorment lill-awtoritajiet biex jiżviluppaw pjan direzzjonali li jistabbilixxi responsabbiltajiet ċari u skadenzi f'dan ir-rigward, u biex imexxu kampanja ta' informazzjoni pubblika li tinforma lis-sidien preċedenti dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom rigward r-restituzzjoni ta' proprjetà; jitlob li jkun hemm aktar trasparenza, ċertezza legali u trattament ugwali fir-rigward tal-liġi dwar il-kumpens għal proprjetajiet ikkonfiskati matul il-perjodu komunista; jitlob li jinħatar koordinatur nazzjonali għad-drittijiet tal-propjetà intelletwali u biex jitħaffef il-pass tal-proċess ta' reġistrazzjoni tal-proprjetà u tal-immappjar tal-proprjetà, inkluża d-diġitalizzazzjoni tal-proprjetà;

34.  Jisħaq dwar l-importanza tar-riċerka fil-proċess li jiżvela reati mwettqa minn dak li kien ir-reġim komunista, kif ukoll ir-responsabilità morali, politiku u ġuridika tal-istituzzjonijiet tal-istat f'dan il-proċess; jistieden lill-awtoritajiet ifasslu miżuri leġiżlattivi xierqa biex jgħinu r-rijabilitazzjoni tal-vittmi, inklużi l-kumpens ta' individwi u tal-familji tagħhom, u li jirrevokaw id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati politikament immotivati, li għadhom fis-seħħ; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-istat jinvestigaw u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk li jwettqu reati kontra l-umanità taħt id-dittatura komunista;

35.  Jinnota li hu ta' importanza ewlenija li jiġi indirizzat il-passat kommunista f'termini ta' ffaċċjar tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-kisba tal-verità u l-ġustizzja għall-vittmi; jilqa' l-liġi li tistabbilixxi awtorità għall-ftuħ tar-reġistri Sigurimi; jilqa' l-istħarriġ ppubblikat mill-OSKE Presence u mill-Ambaxxata Ġermaniża dwar l-għarfien u l-perċezzjonjiet pubbliċi tal-passat komunista fl-Albanija u l-istennijiet għall-futur; iqis li dawn l-isforzi ser jgħinu biex jinħoloq djalogu dwar il-passat u biex jinbnew l-istennijiet għall-futur;

36.  Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tad-djalogu soċjali, il-parteċipazzjoni tal-OSĊs, il-kapaċitajiet tas-sħab soċjali, u tal-mekkaniżmi ta' infurzar għad-drittijiet soċjali; iħeġġeġ lill-gvern jimmodernizza s-sistema edukattiva bil-għan li tinbena soċjetà aktar esklussiva, jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni u biex ż-żgħażagħ jingħataw aħjar b'ħiliet u b'għarfien; jenfasizza l-importanza ta' appoġġ skont l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) għall-edukazzjoni, l-impjiegi u l-politiki soċjali;

37.  Jappella lill-awtoritajiet Albaniżi jsaħħu l-politiki tagħhom fir-rigward tal-persuni b'diżabilità, li jkomplu jiffaċċjaw diffikultajiet fl-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali u t-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż l-ostakoli li ma jħalluhomx jeżerċitaw b'mod ħieles id-dritt għall-vot;

38.  Jinnota bi tħassib li n-numru ta' applikazzjonijiet għall-asil minn Albaniżi lejn l-Istati Membri tal-UE li kienu ġew meqjusa bħala infondati reġgħu bdew jiżdiedu; iħeġġeġ lill-gvern jieħu azzjoni immedjata u determinata biex jiġi indirizzat dan il-fenomenu u biex tiġi intensifikata s-sensibilizzazzjoni tal-għarfien, l-appoġġ soċjoekonomiku u l-prevenzjoni tal-idforzi f'dan ir-rigward, kif ukoll biex jindirizzaw fatturi ta' spinta marbutin mal-qgħad u man-nuqqasijiet strutturali fil-politiki għall-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa; jenfasizza l-bżonn li jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi umani lid-Direttorat Ġenerali għall-Fruntieri u l-Migrazzjoni u l-Pulizija tal-Fruntiera, kif ukoll biex titjieb il-kooperazzjoni interistituzzjonali relevanti sabiex tiġi miġġielda aħjar l-migrazzjoni irregolari;

39.  Ifaħħar lill-Albanija għall-allinjament sħiħ kontinwu tagħha mad-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-UE u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, u b'hekk uriet l-impenn ċar tagħha favur l-integrazzjoni Ewropea u s-solidarjetà; jisħaq fuq l-importanza u l-ħtieġa ta' kontribut kostruttiv kontinwu tal-Albanija għall-istabbiltà politika fir-reġjun;

40.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Albaniżi li jallinjaw il-politika estera tal-pajjiż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1671, li ġġedded il-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja;

41.  Jissottolinja l-importanza li jkunu garantiti relazzjonijiet tajba mal-viċinat, li jibqgħu essenzjali bħala parti integrali tal-proċess ta' tkabbir kif ukoll il-kundizzjonalità tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; jilqa' l-pożizzjoni kostruttiva u proattiva tal-Albanija fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u tar-relazzjonijiet tajba ta' viċinat ma' pajjiżi oħra tat-tkabbir u mal-Istati Membri ġirien tal-UE; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Albanija fl-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

42.  Ifaħħar kemm lill-Albanija u s-Serbja għall-impenn kontinwu tagħhom biex itejbu r-relazzjonijiet bilaterali u jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali fuq livell politiku u tas-soċjetà, pereżempju permezz tal-Uffiċċju Reġjonali tal-Kooperazzjoni taż-Żgħażagħ (RYCO) bil-kwartieri ġenerali f'Tirana; iħeġġeġ liż-żewġ pajjiżi jkomplu l-kooperazzjoni tajba tagħhom għall-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni fir-reġjun, partikolarment permezz ta' programmi għaż-żgħażagħ, bħal dawk disponibbli fil-qafas tal-Aġenda Pożittiva għaż-Żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent;

43.  Jinnota li t-tensjonijiet reċenti fir-relazzjonijiet bejn l-Albanija u l-Greċja, u jirrakkomanda li ż-żewġ naħat jastjenu minn azzjonijiet jew minn dikjarazzjonijiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet;

44.  Itenni t-talba tiegħu li fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni tinkludi informazzjoni dwar l-appoġġ tal-IPA għall-Albanija u l-effettività tal-miżuri implimentati, partikolarment l-appoġġ tal-IPA allokat għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ewlenin u tal-proġetti rilevanti;

45.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Albanija.


Rapport dwar il-Bożnija-Ħerzegovina 2016
PDF 408kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2016/2313(INI))
P8_TA(2017)0037A8-0026/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Adattament tal-FSA bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li ġie inizjalat fit-18 ta' Lulju 2016, u ffirmat fil-15 ta' Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina biex tissieħeb mal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent u l-anness tagħhom bit-titolu "L-Aġenda ta' Thessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea",

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija fl-UE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-UE tat-13 ta' Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE–Bożnija-Ħerzegovina li saret f'Sarajevo fil-5‑6 ta' Novembru 2015 u l-ewwel laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Bożnija-Ħerzegovina u l-UE li saru fil-11 u fis-17 ta' Diċembru 2015, rispettivament,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tal-President tas-Summit ta' Pariġi dwar il-Balkani tal-Punent tal-4 ta' Lulju 2016, u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili għas-Summit ta' Pariġi tal-2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-1 ta' Awwissu 2016 mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) u mill-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir rigward il-ftehim tal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina dwar il-miżuri essenzjali biex il-pajjiż ikompli fi triqtu lejn l-UE,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-17 ta' Settembru 2016 mill-VP/RGħ u mill-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir b'segwitu għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina fir-rigward ta' Jum ir-Repubblika Srpska,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Komunikazzjoni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE 2016" (COM(2016)0715), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Rapport 2016 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina" (SWD(2016)0365),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Assistenza ta' qabel l-adeżjoni mogħtija mill-UE għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-Balkani tal-Punent: Metaawditu"(1),

–  wara li kkunsidra l-Ħamsin Rapport lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU mir-Rappreżentant Għoli għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi dwar il-Bożnija-Ħerzegovina(2),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Novembru 2016 f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha mill-Eċċellenza Tiegħu s-Sur João Vale de Almeida, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti, waqt id-Dibattitu tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar "Is-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina",

–  wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Riforma għall-Bożnija-Ħerzegovina 2015-2018 li ġiet adottata f'Lulju 2015, u l-Mekkaniżmu ta' Koordinament adottat mill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina u mill-gvernijiet tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u r-Repubblika Srpska fit-23 ta' Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0026/2017),

A.  billi l-UE għadha impenjata favur il-perspettiva tal-Bożnija-Ħerzegovina lejn l-UE, u l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tagħha; billi sar progress fit-triq lejn l-integrazzjoni mal-UE; billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni mill-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija;

B.  billi fid-9 ta' Diċembru 2016 f'Sarajevo, il-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir bagħat il-kwestjonarju lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina;

C.  billi s-sospensjoni tal-Miżuri Kummerċjali Awtonomi se titneħħa ladarba l-Protokoll dwar l-Adattament tal-FSA jkun ġie ffirmat u jkun qed jiġi applikat b'mod provviżorju;

D.  billi, bl-Aġenda ta' Riforma għall-Bożnija-Ħerzegovina 2013-2018, l-awtoritajiet fil-livelli kollha għarfu l-ħtieġa urġenti li jinbeda proċess ta' riabilitazzjoni u modernizzazzjoni tal-ekonomija bl-għan li jinħolqu impjiegi ġodda u jitrawwem tkabbir ekonomiku sostenibbli, effiċjenti, soċjalment ġust u stabbli; billi l-Bożnija-Ħerzegovina wriet l-impenn u r-rieda li tidħol għar-riformi soċjoekonomiċi ulterjuri li huma meħtieġa biex titnaqqas ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, li għadha għolja wisq;

E.  billi ġudikatura indipendenti, funzjonali u stabbli hija importanti sabiex tiggarantixxi l-istat tad-dritt u l-progress fit-triq lejn l-adeżjoni mal-UE;

F.  billi għad fadal sfidi fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni; billi l-progress fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE se jiffaċilita rikonċiljazzjoni ulterjuri;

G.  billi l-Bożnija-Ħerzegovina għadha ma implimentatx id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawżi Sejdić-Finci, Zornić u Pilav;

H.  billi l-korruzzjoni, inkluż fl-ogħla livell, għadha mifruxa;

I.  billi għad hemm 74 000 persuna spostati internament u għadd sinifikanti ta' rifuġjati mill-Bożnija-Ħerzegovina fil-pajjiżi ġirien, madwar l-Ewropa kollha u madwar id-dinja, kif ukoll 6 808 persuni neqsin;

J.  billi l-edukazzjoni hija essenzjali biex toħloq u tippromwovi soċjetà tolleranti u inklużiva, kif ukoll trawwem fehim kulturali, reliġjuż u etniku fil-pajjiż;

K.  billi l-Bożnija-Ħerzegovina hija pajjiż firmatarju għall-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (Espoo, 1991);

L.  billi l-pajjiżi kandidati (potenzjali) jiġi ġġudikati fuq il-merti tagħhom stess, u billi r-rapidità u l-kwalità tar-riformi meħtieġa jiddeterminaw il-kalendarju għall-adeżjoni;

1.  Jilqa' l-kunsiderazzjoni mill-Kunsill tal-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija mal-UE u r-radda tal-kwestjonarju, u jistenna bil-ħerqa l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-merti tal-applikazzjoni għas-sħubija; jappella lill-awtoritajiet kompetenti tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-livelli kollha biex jimpenjaw ruħhom b'mod attiv favur dan il-proċess, u biex jikkooperaw u jikkoordinaw meta jipparteċipaw fil-proċess tal-Opinjoni tal-Kummissjoni billi jipprovdu sett uniku u koerenti ta' tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni; jinxika li dan l-eżerċizzju se jservi wkoll bħala prova tal-funzjonalità tal-istat; itenni li l-proċess ta' adeżjoni mal-UE huwa wieħed inklużiv u jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha;

2.  Japprezza u jilqa' r-rwol importanti li tiżvolġi l-Presidenza tripartitika fil-ħolqien tal-inċentiv għall-atturi istituzzjonali l-oħra kollha fil-livelli kollha biex jinvolvu rwieħhom fi sforzi sabiex iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess kumplessiv tal-approssimazzjoni tal-pajjiż lejn l-UE;

3.  Jilqa' l-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Riforma 2015-2018, kif ukoll id-determinazzjoni tal-pajjiż li jkompli b'riformi istituzzjonali u soċjoekonomiċi ulterjuri; ifakkar li l-approċċ imġedded tal-UE lejn il-Bożnija-Ħerzegovina tqanqal mis-sitwazzjoni soċjoekonomika diffiċli u ż-żieda fin-nuqqas ta' sodisfazzjon fost iċ-ċittadini; jinnota li s-sitwazzjoni tjiebet kemmxejn, iżda jisħaq li hemm bżonn ta' implimentazzjoni armonizzata u effikaċi tal-Aġenda ta' Riforma bi qbil mal-pjan ta' azzjoni sabiex tinkiseb bidla reali madwar il-pajjiż u jsir titjib tanġibbli fil-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina;

4.  Jappella biex jinżamm il-momentum tar-riforma sabiex il-Bożnija-Ħerzegovina tiġi ttrasformata fi stat effikaċi, inklużiv u funzjonali għalkollox, ibbażat fuq l-istat tad-dritt, u li jiggarantixxi l-ugwaljanza u r-rappreżentanza demokratika tal-popli u ċ-ċittadini kostitwenti kollha tiegħu; jiddispjaċih li l-isforzi ta' riforma komuni spiss għadhom jiġu mxekkla mill-firdiet etniċi u politiċi, ikkawżati mit-tendenzi diżintegrattivi b'għeruq fil-fond li jrażżnu l-iżvilupp demokratiku normali, u permezz tal-politiċizzazzjoni ulterjuri tal-amministrazzjonijiet pubbliċi; jisħaq ukoll li l-kandidatura tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija mal-UE mhijiex se tirnexxi sakemm jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet istituzzjonali xierqa; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi kollha jaħdmu fuq l-introduzzjoni tal-bidliet meħtieġa, inkluża r-riforma tal-liġi elettorali, filwaqt li jqisu wkoll il-prinċipji espressi fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, inklużi l-prinċipji tal-federaliżmu, id-deċentralizzazzjoni u r-rappreżentanza leġittima, sabiex jiggarantixxu li ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu joħorġu bħala kandidati, ikunu eliġibbli biex jiġu eletti u jservu fil-livelli politiċi kollha, fuq bażi ndaqs; jikkunsidra li huwa essenzjali li jinżamm il-kunsens dwar l-integrazzjoni mal-UE u li jsir progress b'mod ikkoordinat fir-rigward tal-istat tad-dritt, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika; jirrileva bl-istess mod il-ħtieġa li l-attenzjoni tkompli tiġi ffokata fuq ir-riformi soċjali u ekonomiċi, li jkun tajjeb li jibqgħu prijorità;

5.  Jilqa' l-ftehim dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' koordinament rigward il-kwistjonijiet relatati mal-UE li huwa mmirat biex itejjeb il-funzjonalità u l-effiċjenza fil-proċess ta' adeżjoni, anke fir-rigward tal-assistenza finanzjarja mill-UE, u biex jippermetti interazzjoni aħjar mal-UE; jappella biex jiġi implimentat malajr; jappella, barra minn hekk, favur kooperazzjoni u komunikazzjoni effikaċi bejn il-livelli kollha tal-gvern u mal-UE b'mod li jiġu ffaċilitati l-allinjament u l-implimentazzjoni tal-acquis u jiġu pprovduti tweġibiet sodisfaċenti għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni fil-proċess tal-Opinjoni kollu kemm hu; iqis li huwa inaċċettabbli li l-Gvern tar-Repubblika Srpska qed jipprova jistabbilixxi kanali paralleli ta' komunikazzjoni billi jadotta dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar dirett lill-Kummissjoni; japella biex ir-rwol u l-kapaċitajiet tad-Direttorat għall-Integrazzjoni Ewropea jkomplu jissaħħu bil-ħsieb li dan jassumi l-funzjonijiet ta' koordinament kollha tiegħu fi ħdan l-implimentazzjoni tal-FSA u, kumplessivament, fil-proċess ta' adeżjoni;

6.  Jesprimi sodisfazzjon dwar l-iffirmar tal-Protokoll dwar l-adattament tal-FSA li beda jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Frar 2017, u li reġa' daħħal awtomatikament il-miżuri kummerċjali awtonomi li kienu ilhom sospiżi mill-1 ta' Jannar 2016; jistenna bil-ħerqa r-ratifikazzjoni rapida u mingħajr intoppi tal-Protokoll;

7.  Jiddispjaċih li r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għadhom ma ġewx adottati, minħabba t-tentattivi biex fihom jiġi introdott imblokkar etniku li l-konsegwenza tagħhom hija li l-Bożnija-Ħerzegovina baqgħet l-uniku pajjiż tat-tkabbir fejn korp ta' dan it-tip ma setax jiġi kkostitwit kif suppost; iħeġġeġ lill-korpi li jippresjedu l-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina biex, mingħajr dewmien, isibu soluzzjoni sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-UE u jipprovdu sorveljanza parlamentari sinifikanti tal-proċess ta' adeżjoni; ifakkar li l-FSA jirrikjedi li jiġu adottati r-Regoli ta' Proċedura u, jekk dan ma jsirx, ikun qed isir ksur dirett tal-implimentazzjoni tal-FSA;

8.  Jilqa' xi titjib li sar għal-leġislazzjoni elettorali bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE-ODIHR); jinnota li l-elezzjonijiet lokali tat-2 ta' Ottubru 2016 ġeneralment tmexxew b'mod ordnat; jiddispjaċih li, wara sitt snin, iċ-ċittadini ta' Mostar għadhom ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom li jeleġġu r-rappreżentanti lokali tagħhom minħabba li għad hemm nuqqas ta' qbil bejn il-mexxejja politiċi; iħeġġeġ biex is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar Mostar tiġi implimentata malajr billi jiġu emendati l-leġiżlazzjoni elettorali u l-Istatut tal-belt; jikkundanna b'qawwa l-vjolenza inaċċettabbli kontra l-uffiċjali elettorali fi Stolac u jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex isolvu s-sitwazzjoni billi jirrispettaw l-istat tad-dritt, inkluż billi jinvestigaw l-atti ta' vjolenza u l-irregolaritajiet elettorali kollha, kif ukoll billi jħarrku lil min wettaqhom; jinnota li l-elezzjonijiet fi Stolac tħassru mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Bożnija-Ħerzegovina u jappella biex l-elezzjonijiet ġodda jsiru skont standards demokratiċi, b'mod paċifiku u f'atmosfera ta' tolleranza;

9.  Jiddispjaċih li l-impenn politiku imħabbar favur il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma ssarrafx f'riżultati tanġibbli; jissottolinja n-nuqqas storiku ta' każijiet ta' profil għoli, kif ukoll id-dgħufija u l-inadegwatezza tal-qafas ġuridiku u istituzzjonali biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni sistemika, bħal fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi, l-akkwist pubbliku, il-kunflitti ta' interess, u d-dikjarazzjonijiet tal-assi; jirrikonoxxi l-progress li sar fl-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni kontra l-korruzzjoni u fit-twaqqif tal-korpi għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fid-diversi livelli ta' governanza, u jappella biex dawn id-deċiżjonijiet jiġu implimentati b'mod konsistenti u malajr; jinnota bi tħassib li l-frammentazzjoni u l-kooperazzjoni dgħajfa bejn l-aġenziji jxekklu l-effikaċja tal-miżuri kontra l-korruzzjoni; jappella għal aktar speċjalizzazzjoni professjonali fi ħdan il-pulizija u l-ġudikatura permezz tal-kanali xierqa ta' koordinament; jisħaq fuq il-bżonn li jibda jsir b'mod konsistenti skrutinju effikaċi tal-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali, li jiġu żviluppati proċeduri ta' impjieg trasparenti fis-settur pubbliku aktar estensiv, kif ukoll li tiġi eliminata l-korruzzjoni fiċ-ċiklu tal-akkwist pubbliku;

10.  Jisħaq li r-riżultati taċ-ċensiment tal-2013 huma bażi importanti sabiex jiġi pprovdut rispons adegwat għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni u huma essenzjali għal ippjanar soċjoekonomiku effikaċi; jilqa' l-valutazzjoni finali li għamlet l-Operazzjoni Internazzjonali ta' Monitoraġġ li kkonkludiet li ċ-ċensiment fil-Bożnija-Ħerzegovina kumplessivament twettaq f'konformità mal-istandards internazzjonali; jiddispjaċih li r-Repubblika Srpska rrifjutat li tirrikonoxxi l-leġittimità tar-riżultati taċ-ċensiment, u li l-awtoritajiet tar-Repubblika Srpska ppubblikaw riżultati għalihom, li huma differenti minn dawk ikkonfermati mill-Aġenzija għall-Istatistika tal-Bożnija-Ħerzegovina; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika Srpska jerġgħu jikkunsidraw l-approċċ tagħhom; jappella lill-aġenziji tal-istatistika fil-Bożnija-Ħerzegovina biex jagħmlu progress sinifikanti f'dan il-qasam kruċjali, u jallinjaw l-istatistika u l-metodoloġiji tagħhom mal-istandards tal-Eurostat;

11.  Ifakkar li amministrazzjoni pubblika professjonali, effikaċi u meritokratika hija s-sinsla tal-proċess ta' integrazzjoni għal kwalunkwe pajjiż li jkollu l-aspirazzjoni li jsir membru tal-UE; jinsab imħasseb dwar il-frammentazzjoni u l-politiċizzazzjoni li għadhom jeżistu fl-amministrazzjoni pubblika, li jxekklu r-riformi istituzzjonali u leġiżlattivi, u jrendu ineffiċjenti u għalja l-prestazzjoni tas-servizzi pubbliċi għaċ-ċittadini; jappella, bħala kwistjoni ta' urġenza, għal approċċ aktar armonizzat lejn l-iżvilupp tal-politiki u l-koordinament bejn il-livelli kollha tal-gvern, id-depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u tas-settur pubbliku, ippjanar aħjar fuq żmien medju u strateġija ċara dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika;

12.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-frammentazzjoni f'erba' ordinamenti ġuridiċi differenti li għadha teżisti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat malajr kwalunkwe nuqqas pendenti tal-ġudikatura, li jissaħħu l-effiċjenza u l-indipendenza ġudizzjarji, anke permezz tad-depolitiċizzazzjoni tal-ġudikatura, li tiġi miġġieda l-korruzzjoni fil-ġudikatura u li jiġu implimentati proċeduri adegwati għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qrati; iħeġġeġ biex il-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tar-riforma tas-settur tal-ġustizzja 2014–2018 jiġi adottat rapidament; jappella għal implimentazzjoni sħiħa tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tat-tfal u għal aċċess effikaċi għall-ġustizzja min-naħa tat-tfal; jilqa' l-adozzjoni tal-liġi dwar l-għajnuna legali mingħajr ħlas fil-livell statali, u l-introduzzjoni mill-Kunsill Ġudizzjarju u ta' Prosekuzzjoni Għoli ta' linji gwida dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, l-abbozzar ta' pjanijiet dwar l-integrità u l-miżuri dixxiplinari;

13.  Jappella biex tiġi msaħħa l-effiċjenza globali tal-ġudikatura, biex jiżdiedu t-trasparenza u l-oġġettività tal-proċess għall-għażla ta' mħallfin u prosekuturi ġodda, kif ukoll biex jissaħħu l-mekkaniżmi ta' responsabbiltà u integrità fil-ġudikatura; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u għall-istabbiliment tal-mekkaniżmi għat-trasparenza tar-rapporti finanzjarji u d-dikjarazzjonijiet tal-assi fil-ġudikatura; jinnota r-rwol importanti tad-Djalogu Strutturat dwar il-Ġustizzja biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-ġudikatura tal-Bożnija-Ħerzegovina; jappella għal soluzzjoni leġiżlattiva li kieku tippermetti li jinżamm rendikont tal-effiċjenza tat-trattament tal-kawżi fit-territorju kollu tal-Bożnija Ħerzegovina;

14.  Jiddispjaċih li għadd kbir ta' deċiżjonijiet mill-qrati kostituzzjonali mhumiex qed jiġu implimentati, inkluża d-deċiżjoni rigward ir-rispett tad-drittijiet demokratiċi bażiċi taċ-ċittadini ta' Mostar li jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali; jappella biex dawn id-deċiżjonijiet kollha jiġu implimentati minnufih; jirrileva, b'mod partikolari, id-deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali dwar Jum ir-Repubblika Srpska, li ġiet ikkontestata fir-referendum li sar fil-25 ta' Settembru 2016; jikkunsidra li dan huwa ksur serju tal-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton u attakk fuq il-ġudikatura u l-istat tad-dritt; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' djalogu aktar milli inizjattivi unilaterali; jenfasizza li r-retorika u l-azzjonijiet nazzjonalistiċi u populisti huma ostakli serji għall-iżvilupp u li r-rispett għall-istat tad-dritt u għall-qafas kostituzzjonali tal-pajjiż huwa tal-ogħla importanza sabiex isir progress fit-triq lejn l-UE u għaż-żamma tal-paċi u l-istabbiltà fil-Bożnija-Ħerzegovina;

15.  Jikkundanna b'qawwa l-Liġi dwar l-Ordni fir-Repubblika Srpska li għadha fis-seħħ u li ddgħajjef id-drittijiet demokratiċi fundamentali tal-libertà tal-għaqda, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà tal-media, kif ukoll id-dispożizzjoni dwar il-piena tal-mewt fir-Repubblika Srpska; iħeġġeġ għal implimentazzjoni sħiħa tal-Att dwar il-Libertà tal-Aċċess għall-Informazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw malajr il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità, fir-rigward tal-kriminalizzazzjoni tal-atti ta' natura razzista u ksenofoba mwettqa permezz ta' sistemi ta' kompjuter;

16.  Iħeġġeġ lill-mexxejja fuq kull naħa joqogħdu lura minn retorika diviżiva, nazzjonalista u seċessjonista li tippolarizza lis-soċjetà, kif ukoll minn azzjonijiet li jirrappreżentaw sfida għall-koeżjoni, is-sovranità u l-integrità tal-pajjiż; iħeġġeġ minflok biex dawn jinvolvu rwieħhom bis-serjetà f'riformi li jtejbu s-sitwazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina, joħolqu stat demokratiku, inklużiv u funzjonali u jqarrbu lill-pajjiż lejn l-UE;

17.  Jenfasizza l-importanza tad-deċiżjoni reċenti tal-Qorti Kostituzzjonali dwar il-prinċipju ta' status kostitwenti u l-ugwaljanza bejn it-tliet popli kostituttivi biex jeleġġu lir-rappreżentanti politiċi leġittimi tagħhom stess abbażi ta' rappreżentanza leġittima u proporzjonali fil-Kamra tal-Popli tal-Parlament tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina;

18.  Jinnota l-kooperazzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-kawżi dwar delitti tal-gwerra li kien hemm mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja u jħeġġeġ għal aktar kooperazzjoni reġjonali fir-rigward tal-ipproċessar tal-kawżi dwar delitti tal-gwerra; jesprimi tħassib dwar il-fatt li, meta jiġu proċessati l-kawżi dwar delitti tal-gwerra, jiġu applikati standards legali differenti; jilqa' l-fatt li l-kawżi arretrati dwar delitti tal-gwerra domestiċi qed jiġu indirizzati u li nkiseb xi progress ulterjuri rigward il-prosekuzzjoni b'suċċess tad-delitti tal-gwerra li jinvolvu l-vjolenza sesswali; jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim bejn id-Delegazzjoni tal-UE u l-Ministeru għall-Finanzi u t-Teżor tal-Bożnija-Ħerzegovina biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-uffiċċji tal-prosekuturi u l-qrati fil-Bożnija-Ħerzegovina fir-rigward tal-ipproċessar ta' delitti tal-gwerra;

19.  Jikkundanna b'qawwa d-deċiżjoni tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Srpska f'Ottubru 2016 li tesprimi apprezzament lill-ex mexxejja tar-Repubblika Srpska li ġew ikkundannati għal delitti tal-gwerra; jappella biex, bħala kwistjoni ta' urġenza, jiġu promossi r-rispett għall-vittmi tad-delitti tal-gwerra u r-rikonċiljazzjoni; ifakkar lill-mexxejja u l-istituzzjonijiet politiċi kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina dwar ir-responsabbiltà tagħhom li jivvalutaw b'mod oġġettiv l-avvenimenti fi żmien ta' gwerra fl-interess tal-verità u r-rikonċiljazzjoni, u li jevitaw l-użu ħażin tal-ġudikatura għal skopijiet politiċi;

20.  Ifaħħar il-progress li sar fir-rigward tal-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra li jinvolvu vjolenza sesswali u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jqawwu ulterjorment l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi ta' vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti, anke billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni għajnuna legali bla ħlas, isaħħu s-servizzi psikosoċjali u tas-saħħa, kif ukoll jagħtu kumpens u segwitu aħjar; jappella għal garanziji li d-drittijiet għal riparazzjoni ta' dawn il-vittmi jiġu rikonoxxuti b'mod konsistenti;

21.  Jinnota li sar xi progress fir-rigward tar-rifuġjati u l-persuni spostati internament, li ġew spostati bħala riżultat tal-gwerra fil-Bożnija, f'termini tal-impussessar mill-ġdid tal-proprjetà u d-drittijiet ta' okkupanza, kif ukoll tar-rikostruzzjoni tad-djar; jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffaċilitaw ir-ritorn sostenibbli tagħhom, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-impjiegi, il-protezzjoni soċjali u l-edukazzjoni, u biex jiddedikaw attenzjoni ulterjuri għall-kumpens għal ħsara lil proprjetà li ma tistax tintradd;

22.  Jinsab imħasseb dwar l-għadd dejjem għoli ta' persuni neqsin bħala riżultat tal-gwerra; jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw b'aktar qawwa l-kwistjoni tad-destin mhux magħruf tagħhom, anke billi jintensifikaw il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet; jisħaq li r-riżoluzzjoni ta' din il-kwistjoni hija tal-ogħla importanza għar-rikonċiljazzjoni u l-istabbiltà fir-reġjun ;

23.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-istat tas-sistema tas-saħħa fil-Bożnija-Ħerzegovina, waħda mis-sistemi l-aktar soġġetti għall-korruzzjoni fil-pajjiż; jappella lill-awtoritajiet biex joqgħodu għassa ħalli jipprevjenu d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-kura medika;

24.  Jinnota li sar xi progress fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' approċċ konsistenti fl-indirizzar tal-kriminalità organizzata minħabba l-pjanijiet ta' azzjoni numerużi mid-diversi aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-livelli differenti; jirrileva l-ħtieġa li l-qafas għall-kooperazzjoni bejn l-aġenziji jissaħħaħ ulterjorment; jilqa' l-investigazzjonijiet konġunti, iżda jappella għal aktar operazzjonijiet ikkoordinati u skambju aħjar ta' informazzjoni; jappella għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-korpi tal-infurzar tal-liġi, anke fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu miżuri biex jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus, u biex isaħħu l-kapaċità għat-twettiq ta' investigazzjonijiet finanzjarji; jilqa' l-iffirmar tal-ftehim ta' kooperazzjoni operattiva u strateġika mal-Europol, li għandu l-għan li jiġġieled kontra l-kriminalità transkonfinali permezz ta', inter alia, skambju ta' informazzjoni u ppjanar konġunt tal-attivitajiet operattivi; iħeġġeġ biex jiġi konkluż ftehim ta' kooperazzjoni mal-Eurojust ukoll;

25.  Jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jappella lill-entità Federali biex tagħmel tibdil rapidu għall-kodiċi kriminali li jipprojbixxi l-forom kollha ta' traffikar tal-bnedmin, li 80 % tal-vittmi tiegħu huma nisa u bniet;

26.  Jappella biex jissaħħu l-mekkaniżmi għall-ġbir, il-kondiviżjoni u l-analiżi tad-data dwar il-migrazzjoni, peress li l-istatistika turi xejra li qed tikber ta' persuni li qed jaslu fil-Bożnija-Ħerzegovina minn pajjiżi b'riskju migratorju għoli; jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex jipproċessaw lir-rifuġjati u l-migranti kollha li japplikaw għall-asil jew li jgħaddu mit-territorju tagħhom bi qbil mad-dritt internazzjonali u tal-UE, kif ukoll biex jiżviluppaw ulterjorment il-qafas regolatorju dwar il-migrazzjoni u l-asil, isaħħu l-koordinament interistituzzjonali u jibnu l-kapaċitajiet meħtieġa; jappella lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem rigward il-kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni flimkien mal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent b'mod li tiżgura l-konformita man-normi u l-istandards Ewropej u internazzjonali;

27.  Jindika li l-polarizzazzjoni tal-pajjiż, flimkien mad-deterjorament tas-sitwazzjoni soċjoekonomika, speċjalment għaż-żgħażagħ, qed iżżid il-periklu li jinfirex ir-radikaliżmu; jappella, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex tingħata spinta lill-isforzi għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u għal miżuri ulterjuri li jidentifikaw, jimpedixxu u jisfrattaw il-fluss ta' ġellieda barranin, kif ukoll il-kanali ta' flus mhux traċċabbli maħsuba għal radikalizzazzjoni ulterjuri, anke permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi rilevanti tal-Istati Membri u l-pajjiżi fir-reġjun, kif ukoll billi jiġu inforzati l-liġijiet rilevanti; jappella għal koordinament aħjar bejn is-servizzi tas-sigurtà u tal-intelligence u l-pulizija; iħeġġeġ biex il-każijiet ta' diskors ta' mibegħda u t-trażmissjoni ta' ideoloġiji estremisti permezz tal-media soċjali jiġu riżolti u sanzjonati b'mod deċiż; jappella għall-introduzzjoni rapida ta' programmi dwar id-deradikalizzazzjoni u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ f'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili permezz ta' edukazzjoni komprensiva dwar id-drittijiet tal-bniedem b'mod li jikkontribwixxu għad-dekostruzzjoni tan-narrattivi dwar ir-radikalizzazzjoni u jibnu l-koeżjoni soċjali fost it-tfal u ż-żgħażagħ; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, aktar parteċipazzjoni min-naħa taż-żgħażagħ fil-proċess politiku demokratiku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jiġġieldu kontra l-estremiżmu reliġjuż; jinnota bi tħassib l-eżistenza ta' komunitajiet radikalizzati madwar il-pajjiż u jirrileva r-rwol importanti tal-mexxejja reliġjużi, tal-għalliema u kumplessivament tas-sistema edukattiva f'dan ir-rigward; jisħaq ulterjorment fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti għodod għar-riintegrazzjoni u r-riabilitazzjoni fis-soċjetà u t-titjib u t-tisħiħ tal-għodod ta' deradikalizzazzjoni;

28.  Jinnota l-impenn attiv tal-Kumitat Parlamentari Konġunt għas-Sigurtà u d-Difiża fl-iżgurar tal-kontroll demokratiku fuq il-forzi armati tal-Bożnija-Ħerzegovina; jinnota bi tħassib li hemm ħażniet kbar ta' armi tan-nar u munizzjon mhux irreġistrati li qed jinżammu illegalment mill-popolazzjoni u jħeġġeġ favur il-qerda totali ta' dawn l-armamenti; jinsab ugwalment imħasseb dwar il-preżenza ta' ħażniet kbar ta' munizzjon u armi li qed jinżammu b'mod inadegwat taħt ir-responsabbiltà tal-forzi armati; jissottolinja l-importanza li jiġi indirizzat it-traffikar tal-armi u jappella għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina għal dan l-għan; iħeġġeġ favur approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati l-isfidi li għad fadal biex jitneħħew il-mini kollha mill-pajjiż sal-2019;

29.  Iqis li huwa essenzjali li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u li ċ-ċittadini, inklużi ż-żgħażagħ, jiġu involuti b'mod aktar effikaċi fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; itenni l-appelli tiegħu biex jiġu implimentati mekkaniżmi ta' konsultazzjoni pubblika trasparenti u inklużivi mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) fil-livelli governattivi kollha, kif ukoll biex jiġu introdotti proċeduri trasparenti u mhux diskriminatorji għall-allokazzjoni ta' finanzjament pubbliku lill-OSĊ; jinnota li s-soċjetà ċivili hija frammentata, istituzzjonalment u finanzjarjament dgħajfa, u li dan għandu impatt fuq is-sostenibbiltà u l-indipendenza tagħha; jappella għal appoġġ ulterjuri min-naħa tal-UE, mekkaniżmi ta' kooperazzjoni aħjar bejn il-gvern u l-OSĊ, inkluż l-iżvilupp ta' qafas strateġiku għall-kooperazzjoni, kif ukoll involviment aktar konkret tal-OSĊ fil-qasam ċivili fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE; jikkundanna l-kampanji ta' malafama ripetuti u l-attakki vjolenti fuq ir-rappreżentanti tal-OSĊ u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

30.  Jissottolinja l-ħtieġa għal titjib sostanzjali fl-oqfsa strateġiċi, ġuridiċi, istituzzjonali u politiċi fir-rigward tal-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għall-adozzjoni ta' strateġija għall-pajjiż kollu dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-nondiskriminazzjoni u għal miżuri ulterjuri biex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tal-istrumenti internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li ġew iffirmati u rratifikati mill-Bożnija-Ħerzegovina; jappella għall-adozzjoni rapida tal-liġi dwar ir-riforma tal-Ombudsman tal-Bożnija-Ħerzegovina; jappella biex, meta tiġi adottata l-liġi, jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Internazzjonali ta' Koordinazzjoni u l-Kummissjoni ta' Venezja; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Uffiċċju tal-Ombudsman mhux qed jiffunzjona kif suppost, prinċipalment minħabba nuqqas ta' riżorsi umani adegwati u restrizzjonijiet finanzjarji serji; jappella lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-livell federali u fir-Repubblika Srpska biex jiffaċilitaw il-ħidma tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem;

31.  Jinsab imħasseb dwar id-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-persuni b'diżabbiltà fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-aċċess għall-kura tas-saħħa; jappella biex jiġi adottat pjan ta' azzjoni nazzjonali uniku dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà; jappella għall-iżvilupp ta' strateġija komprensiva u integrata dwar l-inklużjoni soċjali u r-rappreżentanza tal-komunità tar-Rom; jappella biex l-assistenza soċjali tiġi mmirata aħjar b'mod li tilħaq lill-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli; jilqa' l-fatt li xi gvernijiet u parlamenti bdew jiddiskutu d-drittijiet tal-persuni LGBTI u jfasslu miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tagħhom; jappella biex jiġu ggarantiti s-sikurezza u d-dritt ta' għaqda tal-gruppi ta' persuni LGBTI; jilqa' l-bidliet għal-liġi kontra d-diskriminazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina li estendew il-motivazzjonijiet elenkati għal diskriminazzjoni biex jinkludu l-età, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru; jappella biex din tiġi infurzata kif suppost; jilqa' l-introduzzjoni tal-projbizzjoni tar-reati ta' mibegħda f'emendi għall-Kodiċi Kriminali tal-Bożnija-Ħerzegovina; jinkoraġġixxi l-inklużjoni ta' korsijiet dwar ir-reati ta' mibegħda fil-kurrikuli u l-programmi ta' taħriġ għall-uffiċjali tal-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin, u jappella biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-korpi ġudizzjarji fil-prosekuzzjoni tal-kawżi dwar reati ta' mibegħda; iħeġġeġ għal darba oħra r-revoka tad-dispożizzjoni dwar il-piena tal-mewt fil-kostituzzjoni tal-entità tar-Repubblika Srpska;

32.  Jappella favur sforzi biex jissaħħu sistemi ulterjuri għall-protezzjoni tat-tfal b'mod li jipprevjenu u jindirizzaw il-vjolenza kontra t-tfal u l-abbuż, it-traskurar u l-isfruttament tat-tfal; jirrakkomanda li tiżdied l-allokazzjoni tar-riżorsi għall-prevenzjoni u li jissaħħaħ ulterjorment il-koordinament bejn il-komunitajiet u l-gvern fil-protezzjoni tat-tfal; jappella biex jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina dwar it-Tfal 2015-2018;

33.  Jinnota li l-qafas ġuridiku għall-protezzjoni tal-minoranzi fil-biċċa l-kbira qiegħed fis-seħħ u huwa konformi mal-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali; jilqa l-attivazzjoni mill-ġdid tal-entità Federali, il-Kunsill tal-Minoranzi Nazzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina; jinsab imħasseb dwar il-fatt li minħabba li għad hemm nuqqas ta' koordinament bejn l-istat u l-entitajiet, il-liġijiet eżistenti mhumiex qed jiġu implimentati u l-pjattaforma strateġika fil-livell statali dwar il-minoranzi nazzjonali għadha ma ġietx adottata; jiddispjaċih li l-minoranzi nazzjonali għad għandhom livell baxx ta' preżenza u parteċipazzjoni fid-dibattiti politiċi u pubbliċi u fil-media;

34.  Jappella għal sforzi ulterjuri biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u pubblika u fl-impjiegi, biex tittejjeb is-sitwazzjoni soċjoekonomika tagħhom u jissaħħu d-drittijiet tan-nisa b'mod ġenerali; jinnota li d-dispożizzjonijiet legali li jistitwixxu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ġeneralment qegħdin fis-seħħ, imma li l-implimentazzjoni tagħhom tibqa' waħda ineffikaċi; jinnota bi tħassib li għad fadal diskriminazzjoni relatata mal-maternità fl-impjiegi u li l-entitajiet u l-kantuni m'għandhomx l-ebda leġiżlazzjoni armonizzata rigward il-maternità u l-liv tal-ġenituri; jirrileva barra minn hekk li l-miżuri attivi eżistenti fis-suq tax-xogħol li huma mmirati biex isostnu l-impjieg tal-gruppi vulnerabbli u qiegħda fuq żmien twil, bħall-persuni b'diżabbiltà, mhumiex qed jiġu implimentati b'mod effikaċi; jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ ir-rata tal-bniet li jispiċċaw l-iskola primarja u sekondarja, b'mod partikolari dawk mill-komunità tar-Rom;

35.  Jirrileva l-importanza li l-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi ta' ġeneru u l-protezzjoni minnha tiġi implimentata b'mod effikaċi, bi qbil mal-konvenzjonijiet internazzjonali li jittrattaw il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-protezzjoni minnha li ffirmat u rratifikat il-Bożnija-Ħerzegovina; jilqa' l-impenn li ħadu l-awtoritajiet kompetenti li jimplimentaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika; jappella biex il-leġiżlazzjoni u l-politiki pubbliċi jiġu armonizzati ma' din il-konvenzjoni; jappella biex in-nisa superstiti tal-vjolenza jiġu informati rigward il-forom ta' appoġġ u assistenza disponibbli u biex jiġu stabbiliti ċentri ta' kriżi għall-vittmi ta' stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-vjolenza abbażi ta' ġeneru ma tiġix reġistrata b'mod sistematiku;

36.  Jiddeplora l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha fi ksur tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem peress li ma implimentatx id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-kawżi Sejdić-Finci, Zornić u Pilav; jappella bis-sħiħ u bħala kwistjoni ta' urġenza biex isir progress f'dan ir-rigward b'mod li tiġi promossa l-perspettiva tal-pajjiż lejn l-UE; jisħaq li l-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet kieku tikkontribwixxi biex tiġi stabbilita soċjetà demokratika li tiffunzjona tajjeb fejn ikunu ggarantiti drittijiet indaqs għal kulħadd; itenni li jekk dawn id-deċiżjonijiet ma jiġux implimentati, tkun qed tiġi permessa d-diskriminazzjoni manifesta taċ-ċittadini fil-Bożnija-Ħerzegovina u tinħoloq sitwazzjoni ta' inkompatibbiltà mal-valuri tal-UE;

37.  Jinsab imħasseb dwar il-każijiet ta' pressjoni politika u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti, inklużi attakki fiżiċi u verbali, anke dawk imwettqa minn uffiċjali ta' livell għoli jew ex uffiċjali, kif ukoll dwar in-nuqqas ta' trasparenza fis-sjieda tal-media; jinsab ukoll imħasseb dwar l-użu ta' kawżi ċivili ta' libell kontra l-mezzi tax-xandir u l-ġurnalisti li jikkritikaw; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu investigati l-attakki kontra l-ġurnalisti u li jiġi żgurat is-segwitu ġudizzjarju xieraq; jappella lill-awtoritajiet biex jikkundannaw b'mod inekwivoku l-attakki kollha kontra l-ġurnalisti u l-mezzi tax-xandir, u biex jiżguraw li l-każijiet ta' dan it-tip jiġu kompletament investigati u li min ikun responsabbli jitressaq quddiem il-ġustizzja; jappella għall-miżuri ulterjuri meħtieġa biex jiggarantixxu r-rispett sħiħ tal-libertà tal-espressjoni, tal-istampa u tal-aċċess għall-informazzjoni, kemm fuq l-internet u kemm le; jappella lill-awtoritajiet tal-Bożnja-Ħerzegovina biex jieħdu miżuri urġenti biex isalvaw lill-media tas-servizz pubbliku mill-kollass; jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw l-indipendenza u l-istabbiltà finanzjarja tat-tliet xandara tas-servizz pubbliku, kif ukoll l-indipendenza politika, operattiva u finanzjarja, flimkien mat-trasparenza tal-Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjonijiet; jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex jiggarantixxu l-pluraliżmu medjatiku u jiżguraw xandir fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina; jappella biex it-tranżizzjoni diġitali tiġi ffinalizzata u biex titwaqqaf strateġija dwar il-broadband;

38.  Għadu mħasseb minħabba t-tkomplija tal-frammentazzjoni, is-segregazzjoni, l-ineffiċjenza u l-kumplessità fis-sistema edukattiva; jappella biex jiġi adottat kurrikulu bażiku komuni għall-pajjiż kollu li jkun jikkontribwixxi għall-koeżjoni tal-pajjiż; jappella biex ikun hemm koordinament aħjar bejn il-livelli differenti tal-governanza edukattiva, b'mod li tiġi promossa sistema edukattiva inklużiva u nondiskriminatorja u titrawwem il-kooperazzjoni trasversalment bejn linji kulturali, reliġjużi u etniċi; jappella lill-awtoritajiet biex jippromwovu l-prinċipji tat-tolleranza, id-djalogu u l-fehim interkulturali bejn il-gruppi etniċi differenti; iħeġġeġ favur l-adozzjoni ta' miżuri konkreti biex itejbu l-effiċjenza tas-sistema edukattiva u jeliminaw il-prattiki ta' segregazzjoni, filwaqt li jiggarantixxu d-dritt għal opportunitajiet indaqs għall-edukazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina; għadu mħasseb dwar il-proporzjon għoli ta' dawk li jitilqu mill-edukazzjoni u mit-taħriġ qabel iż-żmien, u r-rati persistentement għoljin ta' studenti Rom li ma jkomplux bl-iskola; jiddispjaċih li għaddej bil-mod il-progress biex jiġu indirizzati u riżolti l-kwistjonijiet ta' "żewġt iskejjel taħt saqaf wieħed", skejjel monoetniċi u forom oħra ta' segregazzjoni u diskriminazzjoni fl-iskejjel;

39.  Jilqa' l-miżuri biex jimmodernizzaw il-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol, itejbu l-ambjent tan-negozju u jindirizzaw id-dgħufijiet fis-settur finanzjarju fi ħdan il-qafas tal-Aġenda ta' Riforma; jinnota b'mod pożittiv ukoll iż-żieda fl-impjiegi rreġistrati u l-passi li ttieħdu biex jissaħħaħ il-koordinament tal-politika ekonomika; jilqa' l-programm fuq tliet snin tal-Faċilità ta' Fond Estiża miftiehem mal-FMI, li huwa mistenni li jkompli jtejjeb il-klima kummerċjali, inaqqas id-daqs tal-gvern u jissalvagwardja lis-settur finanzjarju; għadu jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' żona ekonomika unika magħquda li jxekkel l-ambjent tan-negozju, l-investiment dirett barrani u l-impriżi ta' daqs żgħir u medju; jappella biex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati permezz ta' politiki industrijali u dwar l-impriżi ta' daqs żgħir u medju li jkunu armonizzati u kkoordinati fil-livell tal-pajjiż kollu kemm hu; jappella biex, bħala kwistjoni ta' urġenza, l-awtoritajiet kompetenti jfasslu miżuri kkoordinati bil-ħsieb li jsaħħu l-istat tad-dritt, jissemplifikaw il-proċeduri għall-infurzar tal-kuntratti u jiġġieldu kontra l-korruzzjoni fl-ekonomija;

40.  Jilqa' l-fatt li l-qgħad naqas ħarira; jibqa' mħasseb, madankollu, dwar il-fatt li, fil-biċċa l-kbira tiegħu, il-qgħad għadu ta' natura strutturali u li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu għoli, u dan jirriżulta fl-eżodu ta' ħafna mħuħ; jinkoraġġixxi lill-Bożnija-Ħerzegovina tieħu sehem attiv fid-diversi programmi mfassla għaż-żgħażagħ fir-reġjun, bħal dawk fil-qafas tal-Aġenda Pożittiva għaż-Żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent jew l-Uffiċċju Reġjonali għall-Kooperazzjoni rigward iż-Żgħażagħ; jappella lill-awtoritajiet kompetenti biex iqawwu ulterjorment lil-liġijiet eżistenti u jintroduċu politiki attivi tas-suq tax-xogħol immirati b'mod partikolari lejn iż-żgħażagħ, in-nisa, il-gruppi vulnerabbli, inklużi r-Rom, u dawk qiegħda fuq żmien twil, kif ukoll biex isaħħu l-kapaċitajiet tas-servizzi tal-impjiegi;

41.  Jiddispjaċih li l-liġijiet dwar ix-xogħol fiż-żewġ entitajiet ġew adottati permezz tal-proċedura urġenti u mingħajr id-djalogu xieraq mas-sħab soċjali; jinnota li d-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions għadhom limitati u jisħaq fuq l-importanza li dawn il-liġijiet ikomplu jissaħħu u jiġu armonizzati madwar il-pajjiż; ifakkar li l-Bożnija-Ħerzegovina ffirmat għadd ta' Konvenzjonijiet tal-ILO, li inter alia jirrikonoxxu l-prinċipji tad-djalogu soċjali u l-importanza ta' kooperazzjoni mas-sħab soċjali; jisħaq fuq l-importanza li l-liġijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza jkomplu jissaħħu u jiġu armonizzati madwar il-pajjiż; jirrileva wkoll il-ħtieġa li s-sistemi frammentati għall-protezzjoni soċjali jiġu riformati u armonizzati, li tiġi promossa l-koeżjoni soċjali u li tiġi żgurata l-protezzjoni soċjali għal min huwa l-aktar vulnerabbli;

42.  Jinnota li nkiseb xi progress fl-allinjament ulterjuri tal-politiki u l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali; jappella favur sforzi sinifikanti fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-infurzar adegwati u sistematiċi tal-leġiżlazzjoni eżistenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi adottata strateġija għall-pajjiż kollu dwar l-approssimazzjoni tal-acquis ambjentali, li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku, u li jitqawwew il-kapaċitajiet amministrattivi u ta' monitoraġġ; jinidika li l-leġiżlazzjoni li tirregola l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali u l-parteċipazzjoni pubblika fil-proċessi deċiżjonali trid issir konformi mal-acquis; jappella, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex fil-qasam tal-protezzjoni tan-natura jkun hemm allinjament mal-acquis tal-UE; jissottolinja li l-ippjanar u l-bini tal-impjanti u l-proġetti idroelettriċi jridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni ambjentali internazzjonali u tal-UE; iħeġġeġ biex il-proġetti idroelettriċi ma jitwettqux f'ambjenti naturali protetti u ma jagħmlux ħsara lin-natura; jisħaq fuq il-ħtieġa għal parteċipazzjoni pubblika fil-proġetti rilevanti u għal konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili dwarhom; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' progress fir-riżoluzzjoni tal-problema ta' tniġġis ambjentali eċċessiv u transkonfinali kkawżat mill-operazzjonijiet tar-raffinerija f'Bosanski Brod;

43.  Jirrileva li l-proġetti prijoritarji maqbula tal-UE għall-interkonnessjoni tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass mal-pajjiżi ġirien qed jiddewmu minħabba n-nuqqas ta' qbil politiku rigward strateġija dwar l-enerġija għall-pajjiż kollu kemm hu; iħeġġeb biex, f'dan ir-rigward, jiġu adottati strateġija dwar l-enerġija għall-pajjiż kollu kemm hu, kif ukoll qafas ġuridiku għall-gass, bi qbil mat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, sabiex ikunu jistgħu jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija; iħeġġeġ biex tiġi mgħoddija liġi dwar il-gass naturali bil-ħsieb li tiżdied is-sigurtà tal-provvista; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jiżguraw l-allinjament mal-istandards u l-objettivi politiċi tal-UE u dawk internazzjonali fl-oqsma tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima;

44.  Jinnota d-defiċjenzi infrastrutturali tal-pajjiż u jargumenta li għandu jitkompla l-investiment fil-proġetti għat-titjib tal-konnessjonijiet tat-trasport kemm fil-Bożnija-Ħerzegovina u kemm mal-pajjiżi ġirien; jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-implimentazzjoni tal-aġenda tal-UE dwar il-konnettività; ifaħħar l-adozzjoni tal-Istrateġija Qafas dwar it-Trasport għall-pajjiż kollu kemm hu għall-perjodu 2015-2030 f'Lulju 2016; jissottolinja li din tippermetti li l-Bożnija-Ħerzegovina jkollha aċċess għall-finanzjament mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II; jappella lill-awtoritajiet biex jallinjaw il-qafas ġuridiku dwar it-trasport mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, joħolqu ktajjen ta' trasport funzjonali, ineħħu l-punti ta' konġestjoni fil-kuritur Vc, kif ukoll josservaw ir-regoli dwar il-preżentazzjoni ta' offerti fi proċeduri ta' akkwist u l-prinċipju ta' trasparenza fl-għażla tal-kuntratturi, b'mod li jipprevjenu l-abbuż u l-korruzzjoni;

45.  Jilqa' r-rwol kostruttiv u proattiv li għad għandha l-Bożnija-Ħerzegovina fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali; jappella favur sforzi ulterjuri għar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet bilaterali pendenti, inklużi d-demarkazzjoni tal-fruntieri mas-Serbja u l-Kroazja u l-każijiet ta' tniġġis transkonfinali; ifaħħar lill-Bożnija-Ħerzegovina talli kompliet iżżid ir-rata tal-allinjament tagħha mad-dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-UE skont il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) minn 62 % għal 77 %; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni mill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina li ma jappoġġawx il-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja, wara li din tal-aħħar għaqqdet magħha lill-Krimea illegalment; ifakkar lill-Bożnija-Ħerzegovina dwar il-ħtieġa għal politika barranija unifikata u li l-allinjament tal-politika barranija huwa parti essenzjali mis-sħubija mal-UE; jikkunsidra li huwa importanti li l-politika barranija tal-Bożnija-Ħerzegovina tiġi koordinata mal-politika barranija tal-UE u li l-UE tibqa' attivament involuta fiż-żamma tas-sikurezza u s-sigurtà fil-Bożnija-Ħerzegovina; Jilqa' l-preżenza kontinwa tal-Operazzjoni Althea, li għad kapaċi tikkontribwixxi għall-kapaċità ta' deterrenza tal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jekk is-sitwazzjoni tkun tirrikjedi dan, filwaqt li tiffoka fuq il-bini tal-kapaċitajiet u t-taħriġ. jilqa' ugwalment il-fatt li, f'Novembru 2016, il-mandat tal-EUFOR ittawwal għal sena oħra mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-entitajiet tar-Repubblika Srpska u tad-Distrett ta' Brčko u lill-gvernijiet tal-għaxar kantuni.

(1) QEA 2016 Nru. 21.
(2) S/2016/911.


Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017
PDF 476kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 (2016/2306(INI))
P8_TA(2017)0038A8-0039/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2), 126, 136, u l-Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom(8),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2016 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2016 rigward ir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà Fiskali 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tad-9 ta' Settembru 2016 dwar prinċipji komuni biex tittejjeb l-allokazzjoni tal-infiq,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015 tal-BĊE,

–  wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-ħarifa 2016, maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fid-9 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 bit-titolu "L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir" (COM(2015)0012),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2017" (COM(2016)0725),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 dwar ir-rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2016)0726),

–  wara li kkunsidra rapport mill-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Lejn pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro" (COM(2016)0727),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2017" (COM(2016)0728),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu mal-parlamenti nazzjonali fil-kuntest tal-edizzjoni tal-2017 tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Rapport bit-titolu "Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa" ("Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti"),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 "Dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja" (COM(2015)0600),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi(9);

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2015 tal-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar tal-Eurofound,

–  wara li kkunsidra l-Komunikat tal-Mexxejja tal-G20 adottat fis-Summit ta' Hangzhou tal-4 u l-5 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mill-President tal-BĊE fl-34 laqgħa tal-Kumitat Monetarju u Finanzjarju Internazzjonali fis-7 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-ftehim tal-COP 21 adottat waqt il-Konferenza ta' Pariġi dwar il-Klima fit-12 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Semestru Ewropew 2016 u fid-dawl tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 (12 ta' Ottubru 2016),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015/2016 dwar l-SMEs Ewropej,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-26 ta' Awwissu 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (COM(2016)0534),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0039/2017),

A.  billi l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea qed tirkupra bil-mod il-mod u qed tikber b'pass moderat, għalkemm mhux b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha;

B.  billi, skont il-projezzjonijiet tal-Kummissjoni, it-tkabbir reali tal-PDG fl-2016 mistenni jkun ta' 1,8 % għall-UE u ta' 1,7 % għaż-żona tal-euro, u fl-2017 ta' 1,6 % u 1,7 % rispettivament, filwaqt li d-dejn tal-gvern fl-2016 mistenni jkun ta' 86,0 % fl-UE u 91,6 % fiż-żona tal-euro; billi d-defiċit taż-żona tal-euro mistenni jkun ta' 1,7 % tal-PDG fl-2016 u ta' 1,5 % fl-2017 u fl-2018;

C.  billi l-infiq tal-konsumaturi huwa l-motivatur ewlieni attwali tat-tkabbir u fl-2017 mistenni jibqa' l-istess; billi, madankollu, l-Ewropa għadha qed tiffaċċja diskrepanza importanti fl-investiment, li għadu ferm taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi;

D.  billi r-rata ta' impjieg fl-UE qed tiżdied, għalkemm b'pass insuffiċjenti u mhux b'mod uniformi, u b'hekk il-qgħad fiż-żona tal-euro naqas għal 10,1 % fl-2016, iżda mhux biżżejjed biex il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul jitnaqqsu b'mod sinifikanti;

E.  billi dan l-irkupru fis-swieq tax-xogħol u fit-tkabbir ivarja minn Stat Membru għal ieħor u għadu fraġli, u billi hemm il-ħtieġa li titrawwem konverġenza 'l fuq fl-UE;

F.  billi t-tkabbir ekonomiku sa ċertu punt serraħ fuq politiki monetarji mhux konvenzjonali, li mhumiex għal dejjem; billi dan jappoġġja l-appell għal approċċ ta' politika fuq tliet pilastri: investiment li jiffavorixxi t-tkabbir, riformi strutturali sostenibbli u finanzi pubbliċi responsabbli permezz ta' implimentazzjoni konsistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (SGP) fl-Istati Membri kollha, b'rispett sħiħ tal-klawsoli ta' flessibbiltà eżistenti tiegħu;

G.  billi xi Stati Membri għad għandhom dejn pubbliku u privat għoli ħafna, aktar minn 60 % tas-soll tal-PDG kif stabbilit fl-SGP;

H.  billi mill-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji (DBPs) għall-2017 tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, jirriżulta li l-ebda DBP għall-2017 ma kien f'xi nonkonformità partikolarment serja mar-rekwiżiti tal-SGP, iżda li f'bosta każijiet, madankollu, l-aġġustamenti fiskali ppjanati ma jissodisfawx, jew jirriskjaw li ma jissodisfawx, ir-rekwiżiti tal-SGP;

I.  billi mill-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji għall-2017 tal-Istati Membri taż-żona tal-euro jirriżulta li disa' Stati Membri huma konformi mar-rekwiżiti skont l-SGP;

J.  billi s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE hija kwistjoni ta' tħassib għall-ġustizzja interġenerazzjonali;

K.  billi d-daqs tad-dejn tal-gvern jista' jiġi affettwat minn responsabbiltajiet kemm kontinġenti kif ukoll impliċiti;

L.  billi xi Stati Membri jirreġistraw eċċessi għoljin ħafna fil-kont kurrenti u l-iżbilanċi makroekonomiċi Ewropej għadhom kbar;

M.  billi l-UE teħtieġ sforzi ta' investiment pubbliku u privat addizzjonali importanti, b'mod partikolari fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-ICT u l-innovazzjoni, kif ukoll impjiegi, negozji u kumpaniji ġodda, sabiex twettaq il-potenzjal ta' tkabbir tagħha u tnaqqas id-diskrepanza attwali fl-investiment, li għadu taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi; billi dan jirrikjedi, b'mod partikolari, titjib fl-ambjent regolatorju;

N.  billi l-livell għoli ta' self improduttiv għadu sfida serja f'numru ta' Stati Membri; billi t-tkabbir tal-kreditu qed jirkupra gradwalment iżda għadu taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi;

O.  billi sabiex jitjieb il-livell insuffiċjenti ta' kompetittività globali tal-UE u jiżdied it-tkabbir ekonomiku tagħha, huma meħtieġa implimentazzjoni aħjar tat-taħlita ta' politika l-ġdida, riformi strutturali intelliġenti fl-Istati Membri, u l-ikkompletar tas-suq uniku;

P.  billi l-ekonomiji b'sistemi aktar punittivi għall-falliment jirrinunzjaw għat-tkabbir potenzjali fil-valur miżjud u l-impjiegi u dan jitlob li jkun hemm l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju li jirrigwarda t-tieni opportunità tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" mill-Istati Membri kollha;

Q.  billi l-kompetittività Ewropea tiddependi ħafna wkoll fuq l-elementi li ma għandhomx x'jaqsmu mal-prezzijiet u li jirrelataw mal-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-kapaċitajiet organizzattivi, pjuttost milli fuq il-prezzijiet, l-ispejjeż u l-pagi biss;

R.  billi d-direttiva dwar il-ħlas tard 2011/7/UE ġiet imfassla biex tgħin lill-kumpaniji li qegħdin jiffaċċjaw spejjeż għoljin jew anke fallimenti minħabba l-ħlasijiet tard minn kumpaniji privati u pubbliċi; billi l-evalwazzjoni ex post esterna żvelat li l-entitajiet pubbliċi f'aktar minn nofs l-Istati Membri kollha għadhom mhumiex jirrispettaw il-limitu ta' ħlas ta' 30 ġurnata impost mil-liġi; billi r-rapport identifika li l-Istati Membri taħt il-programmi ta' aġġustament għandhom diffikultajiet biex japplikaw id-direttiva meta l-ħlas fil-pront tal-fatturi attwali jrid jiġi bbilanċjat mal-ħlas lura tad-dejn akkumulat;

1.  Jilqa' l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 tal-Kummissjoni li jafferma mill-ġdid l-istrateġija ta' trianglu virtuż ta' investiment privat u pubbliku, riformi strutturali soċjalment ibbilanċjati u finanzi pubbliċi responsabbli, u jitlob implimentazzjoni aħjar ta' din it-taħlita ta' politika; jaqbel li meħtieġ progress aktar mgħaġġel fl-adozzjoni tar-riformi, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, sabiex jinkisbu riżultati b'rabta mat-tkabbir u l-impjiegi, ħalli jiġi appoġġjat l-irkupru ekonomiku; jiddeplora, għalhekk, ir-rata baxxa ħafna tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, li minn 11 % fl-2012 naqset għal 4 % biss fl-2015; jenfasizza li l-Istati Membri se jkollhom bżonn iżidu l-isforzi tagħhom biex jirriformaw jekk jixtiequ jirritornaw lura għat-tkabbir u joħolqu l-impjiegi; jappoġġja l-prijorità tal-Kummissjoni li tingħata spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment għall-Unjoni;

2.  Josserva d-dipendenza eċċessiva attwali fuq il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew u jinnota li l-politika monetarja waħidha mhijiex biżżejjed biex tistimula t-tkabbir fin-nuqqas ta' investimenti u riformi strutturali sostenibbli;

3.  Jaqbel mal-Kummissjoni li ż-żona tal-euro teħtieġ tiddependi dejjem aktar fuq id-domanda domestika; iqis li domanda domestika aktar b'saħħitha tkun aħjar għat-tkabbir sostenibbli taż-żona tal-euro;

4.  Jinnota li t-tkabbir fl-2016 qed ikompli b'pass pożittiv moderat u qabeż il-livell ta' qabel il-kriżi, iżda li t-tkabbir modest irid jitqies mill-perspettiva ta' politika monetarja straordinarja, u li dan għadu dgħajjef u mhux uniformi bejn l-Istati Membri; jinnota bi tħassib li r-rati ta' tkabbir tal-PDG u tal-produttività għadhom ma laħqux il-potenzjal sħiħ, u għalhekk ma hemm l-ebda lok għal kompjaċenza, u li dan l-irkupru moderat jirrikjedi sforzi bla waqfien sabiex tinkiseb reżiljenza akbar permezz ta' livell ogħla ta' tkabbir u impjiegi;

5.  Jinnota li r-referendum fir-Renju Unit ħoloq inċertezzi għall-ekonomija Ewropea u għas-swieq finanzjarji; jinnota li l-eżitu tal-elezzjoni presidenzjali reċenti fl-Istati Uniti tal-Amerka ħoloq inċertezza politika li mistennija taffettwa l-ekonomija Ewropea, mhux l-inqas fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali;

6.  Jinnota bi tħassib ir-reazzjonijiet negattivi kontra l-globalizzazzjoni u ż-żieda fil-protezzjoniżmu;

7.  Josserva li filwaqt li l-qgħad, bħala medja, qiegħed jonqos b'mod gradwali, u r-rati ta' attività qed jiżdiedu, l-isfidi strutturali għadhom jippersistu f'ħafna Stati Membri; jinnota, madankollu, li r-rati ta' qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ għadhom għoljin; jenfasizza li fl-Istati Membri kkonċernati huma meħtieġa riformi tas-suq tax-xogħol inklużivi, b'rispett sħiħ tad-djalogu soċjali, sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet strutturali;

8.  Jenfasizza li r-rata tal-investiment fl-UE, u fiż-żona tal-euro, għadha ferm taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi; jemmen li din id-"diskrepanza fl-investiment" trid tiġi aġġustata permezz ta' investimenti privati u pubbliċi, u jenfasizza li l-investiment immirat biss jista' jġib miegħu riżultati viżibbli fi żmien qasir u fuq skala xierqa; jaqbel mal-Kummissjoni li l-ambjent bi spiża ta' finanzjament baxxa jiffavorixxi l-frontloading tal-investimenti, b'mod partikolari fl-infrastruttura;

Investiment

9.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-aċċess għall-finanzi u t-tisħiħ tas-suq uniku huma kruċjali biex in-negozji jkunu innovattivi u jikbru; jenfasizza li r-rekwiżiti l-ġodda ta' kapital u ta' likwidità, minkejja li huma meħtieġa biex tittejjeb ir-reżiljenza tas-settur bankarju, m'għandhomx ixekklu l-kapaċità tal-banek li jsellfu lill-ekonomija reali; jemmen li jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tingħata spinta lill-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, iżżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb l-ambjent finanzjarju;

10.  Jenfasizza li l-investimenti pubbliċi fil-kapital uman u fl-infrastruttura huma ta' importanza assoluta; iqis li hemm bżonn qawwi li jiġi ffaċilitat l-investiment f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp, li huma fatturi kruċjali għal ekonomija Ewropea aktar kompetittiva;

11.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex testendi t-tul, u tirdoppja l-ammont, tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jenfasizza li l-kopertura ġeografika u settorjali trid tittejjeb b'mod sinifikanti biex l-objettivi stabbiliti f'dan ir-regolament jinkisbu; jenfasizza li l-FEIS għandu wkoll jattira finanzjament għal proġetti b'dimensjoni transfruntiera, ibbilanċjat madwar l-Unjoni; jenfasizza l-importanza ta' koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment;

12.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħaffu u jimmassimizzaw l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FEIS) sabiex jisfruttaw il-motivaturi kollha tat-tkabbir intern, u jippromwovu konverġenza 'l fuq;

13.  Jinnota li sistema finanzjarja kredibbli u l-istituzzjonijiet tagħha huma kruċjali biex jiġu attirati l-investiment u t-tkabbir fl-ekonomija Ewropea; jenfasizza li s-sikurezza u l-istabbiltà fis-sistema finanzjarja attwali żdiedu meta mqabbla mal-livell ta' qabel il-kriżi; jinnota, madankollu, li ċerti sfidi urġenti għadhom ma ġewx indirizzati, bħall-istokk ta' self improduttiv akkumulat matul il-kriżi finanzjarja;

14.  Jenfasizza li Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona kompletament tista', fuq perjodu ta' żmien itwal, tipprovdi finanzjament alternattiv għall-SMEs, filwaqt li tikkomplementa dak tas-settur bankarju, u toħloq sorsi aktar diversifikati ta' finanzjament għall-ekonomija b'mod ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma tagħha fuq l-Unjoni tas-Swieq Kapitali biex tinħoloq allokazzjoni aktar effiċjenti tal-kapital madwar l-UE kollha, tittejjeb il-profondità tas-swieq kapitali tal-UE, tiżdied id-diversifikazzjoni għall-investituri, jiġi stimulat l-investiment fit-tul u jsir użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji innovattivi tal-UE mfassla biex jappoġġjaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq kapitali; jenfasizza li l-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali m'għandux idgħajjef il-kisbiet li saru s'issa, iżda għandu jistinka biex ikun ta' benefiċċju aħħari għaċ-ċittadini Ewropej;

15.  Jenfasizza li hemm bżonn ta' żieda fil-finanzjament tal-investimenti; jitlob sistema finanzjarja li tiffunzjona tajjeb, fejn iż-żieda fl-istabbiltà u l-istituzzjonijiet transfruntiera eżistenti jistgħu jiffaċilitaw il-likwidità u l-ġenerazzjoni tas-suq, b'mod speċjali għall-SMEs; jinnota wkoll, f'dan ir-rigward, li kumpaniji b'rata għolja ta' tkabbir għandhom diffikultajiet bl-aċċess għall-finanzi; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u timplimenta proġetti li jappoġġjaw u jattiraw investiment ibbażat fuq is-suq għal tali kumpaniji; jenfasizza li r-riformi li jirrigwardaw l-istruttura bankarja ma jridux ifixklu l-ġenerazzjoni ta' likwidità;

16.  Iħeġġeġ l-ikkompletar bir-reqqa u pass pass tal-Unjoni Bankarja u l-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, bl-għan li tiżdied ir-reżiljenza fis-settur bankarju, billi jingħata kontribut għall-istabbiltà finanzjarja, jinħoloq ambjent stabbli għall-investiment u t-tkabbir, u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq finanzjarju taż-żona tal-euro; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-prinċipju tar-responsabbiltà, u jissottolinja li l-periklu morali jrid jiġi evitat, b'mod partikolari sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini; iħeġġeġ ir-rispett tar-regoli komuni eżistenti;

17.  Jenfasizza li l-investiment pubbliku u privat huwa kruċjali biex tkun tista' sseħħ it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u b'livell baxx ta' karbonju; ifakkar fl-impenji tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fil-Ftehim ta' Pariġi, biex jiġi ffinanzjat l-użu tat-teknoloġiji nodfa, it-tkabbir fl-iskala tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija, u t-tnaqqis ġenerali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

18.  Jenfasizza li investiment affidabbli jeżiġi ambjent regolatorju stabbli li jippermetti redditu fuq l-investiment; iqis li regoli prevedibbli, amministrazzjonijiet pubbliċi effiċjenti u trasparenti, sistemi ġuridiċi effikaċi, kundizzjonijiet ekwi u tnaqqis fil-piż amministrattiv huma fatturi kruċjali biex jiġi attirat l-investiment; jenfasizza li 40 % tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2016 jindirizzaw ostakoli għall-investiment, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu biex jitneħħew; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tieħu l-azzjoni meħtieġa abbażi tas-"Sejħa għal Evidenza: Qafas Regolatorju tal-UE għal servizzi finanzjarji", bl-għan li tnaqqas il-burokrazija żejda, tissimplifika r-regolamentazzjoni u ssaħħaħ l-ambjent finanzjarju;

19.  Jirrikonoxxi l-potenzjal mhux sfruttat għat-tkabbir tal-produttività u l-investiment li jista' jiġi sfruttat jekk ir-regoli tas-suq uniku jkunu infurzati bis-sħiħ, u jekk is-swieq tal-prodotti u s-servizzi jkunu integrati aħjar; ifakkar l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż biex jindikaw l-oqsma ewlenin għal azzjonijiet fl-Istati Membri;

20.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-benefiċċji tal-kummerċ mhumiex dejjem rikonoxxuti fid-dibattitu pubbliku, u jenfasizza li l-kummerċ internazzjonali jista' jkun sors sinifikanti ta' impjiegi għall-Ewropej u kontribut kruċjali għat-tkabbir; itenni li aktar minn 30 miljun impjieg issa huma appoġġjati minn esportazzjonijiet mill-UE; jissottolinja li l-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali m'għandhomx idgħajfu l-istandards regolatorji, soċjali u ambjentali Ewropej, iżda pjuttost isaħħu l-istandards globali;

21.  Jinnota bi tħassib li s-sehem tal-UE tal-flussi tal-investiment dirett barrani globali naqas b'mod sinifikanti minn mindu bdiet il-kriżi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi biex itejbu l-ambjent tan-negozju għall-investimenti, fost oħrajn billi jimplimentaw u jinfurzaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku tal-UE; jaqbel li progress aktar mgħaġġel fl-adozzjoni tar-riformi strutturali sostenibbli, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, huwa bżonnjuż biex itejjeb il-kompetittività tal-UE, jippromwovi ambjent favorevoli għan-negozji (speċjalment l-SMEs) u l-investiment, u jikseb tkabbir u impjiegi, kif ukoll irawwem konverġenza 'l fuq bejn l-Istati Membri;

22.  Jinsisti fuq il-bżonn li jitħarsu l-kapaċitajiet ta' investiment fit-tul tal-istituzzjonijiet finanzjarji, il-profittabbiltà ta' tfaddil b'riskju baxx, u ta' prodotti tal-pensjoni fit-tul, sabiex ma tiġix ipperikolata s-sostenibbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-tfaddil u tal-pensjonijiet taċ-ċittadini Ewropej;

23.  Jenfasizza li hemm bżonn li riformi strutturali sostenibbli jiġu kkumplimentati minn investiment fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kapital uman, l-aktar fl-edukazzjoni u t-taħriġ maħsuba biex jipprovdu għarfien u ħiliet ġodda; jemmen li s-sħubiji bejn dawk li jfasslu l-politika, il-leġiżlaturi, ir-riċerkaturi, il-produtturi u l-innovaturi jistgħu jitqiesu wkoll bħala għodda biex jippromwovu l-investiment, jiksbu tkabbir intelliġenti u sostenibbli, u jikkumplimentaw programmi ta' investiment;

Riformi strutturali

24.  Jaqbel li r-riformi strutturali sostenibbli fis-swieq tal-prodotti u s-servizzi, kif ukoll fis-swieq tax-xogħol, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni u tal-pensjoni, għadhom prijorità fl-Istati Membri biex b'mod effiċjenti jiġi appoġġjat l-irkupru, jiġi indirizzat il-livell għoli ta' qgħad, tingħata spinta lill-kompetittività, lill-kompetizzjoni ġusta u lill-potenzjal ta' tkabbir, u biex titjieb l-effiċjenza tas-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni, mingħajr ma jiddgħajfu d-drittijiet tal-ħaddiema, il-ħarsien tal-konsumatur jew l-istandards ambjentali;

25.  Iqis li swieq tax-xogħol li jaħdmu sew u li huma produttivi, flimkien ma' livell adegwat ta' protezzjoni soċjali u djalogu, urew li huma aktar veloċi biex jirkupraw mill-kriżi ekonomika; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu s-segmentazzjoni tas-swieq tax-xogħol, iżidu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jtejbu l-ħiliet, anke permezz ta' enfasi aktar qawwija fuq it-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja biex jissaħħu l-impjegabbiltà u l-produttività; josserva li xi Stati Membri għad għandhom bżonn konsiderevoli ta' riforma sabiex jagħmlu s-swieq tax-xogħol tagħhom aktar reżiljenti u inklużivi;

26.  Jissottolinja l-importanza tat-tnedija jew it-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali koerenti u sostenibbli għall-istabbiltà fuq perjodu ta' żmien medju u twil; jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha ma jistgħux jikkompetu fuq il-kriterju tal-kostijiet ġenerali jew lavorattivi biss, iżda għandhom bżonn jinvestu aktar fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew;

27.  Jinsab imħasseb dwar l-effetti tal-iżviluppi demografiċi fuq il-finanzi pubbliċi u t-tkabbir sostenibbli, ikkundizzjonati minn, fost oħrajn, rati baxxi tat-twelid, soċjetajiet li qed jixjieħu u emigrazzjoni; jirrimarka b'mod partikolari l-impatt ta' popolazzjonijiet li qed jixjieħu fuq is-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura tas-saħħa fl-UE; jinnota li, minħabba strutturi demografiċi differenti, l-effetti ta' dawn l-iżviluppi se jvarja bejn l-Istati Membri, imma jwissi li l-ispejjeż ta' finanzjament diġà prevedibbli se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi;

28.  Ifakkar li fattur importanti għall-iżgurar tas-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet huwa li tinkiseb u tinżamm rata għolja ta' impjiegi; jirrimarka wkoll, f'dan il-kuntest, l-importanza li jintużaw aħjar il-ħiliet tal-migranti sabiex ikun hemm adattament għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

29.  Jinnota li l-Istati Membri bħalissa jonfqu bejn 5-11 % tal-PDG rispettiv tagħhom fuq il-kura tas-saħħa, sehem li huwa mistenni li jiżdied b'mod konsiderevoli fid-deċennji li ġejjin minħabba t-tibdil demografiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka l-isforzi fuq infiq kosteffettiv fuq kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, u fuq l-aċċess universali għaliha, permezz tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE u billi tindirizza s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità f'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika regolarment valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà fiskali għal kull Stat Membru, filwaqt li tqis il-fatturi kollha speċifiċi għal kull pajjiż, bħal pereżempju l-iżviluppi demografiċi, u l-obbligi kontinġenti, l-obbligi impliċiti u obbligi oħra li ma jidhrux fil-baġit li jaffettwaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi; jirrakkomanda li dawn ir-rapporti jkunu parti mir-rapporti annwali tal-pajjiżi; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tiżviluppa indikatur biex tivvaluta l-effett tal-finanzi pubbliċi u tal-baġits annwali fuq il-ġenerazzjonijiet futuri, billi tqis ir-responsabbiltajiet futuri u l-obbligi baġitarji impliċiti; jaqbel li l-piż amministrattiv għal dawn il-valutazzjonijiet għandu jinżamm limitat;

31.  Jilqa' l-fatt li, fuq medja, il-qgħad fost iż-żgħażagħ qed jonqos, minkejja li għadu għoli ħafna; jinnota li għad hemm differenzi kbar fost l-Istati Membri li jitolbu riformi kontinwi biex jiffaċilitaw id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, sabiex b'hekk tiġi żgurata ġustizzja interġenerazzjonali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u jitlob li jkun hemm finanzjament tal-UE kontinwu għal dan il-programm kruċjali; jaqbel mal-Kummissjoni li hemm bżonn ta' aktar azzjoni mill-Istati Membri biex jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari billi jtejbu l-effettività tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

32.  Jenfasizza l-importanza tal-iżviluppi tal-pagi responsabbli u favur it-tkabbir, li jipprovdu standard tajjeb ta' għajxien, f'konformità mal-produttività, filwaqt li jittieħed kont tal-kompetittività, u l-importanza ta' djalogu soċjali effettiv għal ekonomija soċjali tas-suq li tiffunzjona tajjeb;

33.  Jaqbel li t-tassazzjoni għandha tappoġġja l-investimenti u l-ħolqien tal-impjiegi; jappella għal riformi fit-tassazzjoni maħsuba biex jindirizzaw il-piż għoli tat-taxxa fuq ix-xogħol fl-Ewropa, itejbu l-ġbir tat-taxxa, jiġġieldu l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, u jagħmlu s-sistemi tat-taxxa aktar sempliċi, aktar ġusti u aktar effiċjenti; jenfasizza l-bżonn ta' koordinazzjoni aħjar tal-prattiki amministrattivi fil-qasam tat-tassazzjoni; jitlob li jkun hemm aktar trasparenza fost l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva;

Responsabbiltà fiskali u l-istruttura tal-finanzi pubbliċi

34.  Jinnota li l-Kummissjoni tqis li s-sostenibbiltà fiskali għadha prijorità, u li l-isfidi naqsu minn meta l-kriżi laħqet l-ogħla livell tagħha, u jistgħu ma jirrappreżentawx riskji maġġuri għaż-żona tal-euro kollha fi żmien qasir;

35.  Jinnota wkoll li l-Kummissjoni tqis li għad hemm sfidi, u li l-wirt li ntiret mill-kriżi, kif ukoll nuqqasijiet strutturali, għadhom hemm u jridu jiġu indirizzati sabiex jiġu evitati r-riskji fit-tul;

36.  Jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri kollha huma obbligati jikkonformaw mal-SGP, b'rispett sħiħ tal-klawsoli ta' flessibbiltà eżistenti tiegħu; jirrimarka wkoll, f'dan ir-rigward, l-importanza tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq valutazzjoni komprensiva tal-esperjenza tagħha fl-implimentazzjoni tat-Trattat, bħala bażi sabiex jittieħdu l-passi neċessarji f'konformità mat-TUE u t-TFUE, bl-għan li s-sustanza ta' dan it-Trattat tiġi inkorporata fil-qafas legali tal-UE;

37.  Jinnota li filwaqt li sitt Stati Membri għadhom taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (EDP), hemm tnaqqis tal-livell tad-defiċit pubbliku medju, li huwa mistenni li baqa' taħt it-2 % fl-2016 u li jkompli jonqos fis-snin li ġejjin, u li żewġ Stati Membri biss huma mistennija li jibqgħu taħt l-EDP fl-2017; jinnota li, f'bosta każijiet, iż-żieda kbira fid-dejn fil-passat reċenti hija wkoll ir-riżultat ta' rikapitalizzazzjoni tal-banek u tkabbir baxx; jenfasizza li meta r-rati tal-imgħax jerġgħu jibdew jogħlew, jistgħu jiżdiedu diffikultajiet fit-titjib tal-finanzi pubbliċi;

38.  Jenfasizza r-rwol tal-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-trattati; jenfasizza l-ħtieġa għal evalwazzjoni oġġettiva u trasparenti tal-applikazzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni miftiehma b'mod komuni;

39.  Jinsisti li m'għandu jkun hemm l-ebda trattament differenti bejn l-Istati Membri; jinnota li politika fiskali li tirrispetta u ssegwi l-liġi tal-Unjoni biss tista' twassal għal kredibbiltà u fiduċja bejn l-Istati Membri, u sservi bħala pedament għat-tlestija tal-UEM u għall-fiduċja tas-swieq finanzjarji;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikunu kemm jista' jkun speċifiċi meta jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet fiskali mill-aspett preventiv u korrettiv tal-SGP sabiex tiżdied it-trasparenza u l-infurzabbiltà tar-rakkomandazzjonijiet; jenfasizza l-bżonn li tiġi inkluża fir-rakkomandazzjonijiet, mill-aspett preventiv, kemm id-data fil-mira tal-objettiv ta' terminu medju speċifiku għall-pajjiż kif ukoll l-aġġustament fiskali meħtieġ biex jintlaħaq jew jinżamm;

41.  Iqis li l-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri għandhom jiġu indirizzati skont il-proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) permezz ta' sforzi li jinvolvi l-Istati Membri kollha u li jkunu bbażati fuq riformi u investimenti rilevanti; jenfasizza li kull Stat Membru jrid iwettaq ir-responsabbiltajiet individwali tiegħu f'dan il-kuntest; jinnota li l-eċċessi għolja fil-kontijiet kurrenti jimplikaw il-possibbiltà ta' domanda domestika akbar; jenfasizza li l-livelli għoljin ta' dejn pubbliku u privat jirrappreżentaw dgħufija sinifikanti u li jinħtieġu politiki fiskali responsabbli u tkabbir ogħla biex dawn jitnaqqsu aktar malajr;

42.  Jinnota li, filwaqt li l-finanzi pubbliċi tjiebu tul dawn l-aħħar snin, wara l-valutazzjoni tad-DBPs għall-2017, tmien Stati Membri huma meqjusa li jinsabu f'riskju ta' nuqqas ta' konformità; iqis li l-perkorsi ta' aġġustament fiskali maqbula jeħtieġ li jiġu rrispettati;

43.  Jilqa' t-tnaqqis medju tad-defiċit u tad-dejn pubbliku, imma jaqbel li l-kwadri aggregati jaħbu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri; jenfasizza li l-kwadri aggregati għandhom dejjem jitqiesu flimkien mal-eżami tal-baġits individwali, u jissottolinja l-ħtieġa ta' politiki fiskali sodi b'antiċipazzjoni taż-żieda fir-rati tal-imgħax; iqis li jenħtieġ li tintlaħaq konverġenza 'l fuq, b'mod partikolari bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro;

Pożizzjoni fiskali għaż-żona tal-euro

44.  Jinnota li skont it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2016 tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fiż-żona tal-euro mxiet minn waħda restrittiva għal dik newtrali fl-2015 u hi mistennija li tkun moderatament espansjonarja matul il-perjodu previst ta' tbassir; jieħi nota, barra minn hekk, tal-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li t-twettiq sħiħ tar-rekwiżiti fiskali li hemm fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-Kunsill iwassal, f'livell aggregat, għal orjentament fiskali moderatament restrittiv għaż-żona tal-euro b'mod ġenerali fl-2017 u fl-2018, kif ukoll tas-sejħiet tal-Kummissjoni għal orjentament fiskali pożittiv u espansjonarju filwaqt li tirrikonoxxi r-restrizzjonijiet ekonomiċi u legali f'dan ir-rigward;

45.  Iqis il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-orjentament fiskali pożittiv bħala żvilupp importanti; jilqa' l-intenzjoni tal-komunikazzjoni li tikkontribwixxi biex itejjeb il-koordinament tal-politiki ekonomiċi fiż-żona tal-euro u biex tenfasizza l-opportunitajiet tal-istimulu fiskali fl-Istati Membri li jħallu spazju għal dan il-għan; jenfasizza li r-rekwiżiti fiskali huma bbażati fuq regoli fiskali maqbula b'mod komuni; ifakkar li l-Istati Membri huma obbligati jikkonformaw mal-SGP, indipendentement mir-rakkomandazzjonijiet aggregati; jinnota li hemm fehmiet diverġenti rigward il-potenzjal, u l-livell, ta' objettiv ta' orjentament fiskali aggregat; jilqa' l-ħidma li għaddejja tal-Bord Fiskali Ewropew indipendenti dwar din il-kwistjoni;

46.  Hu tal-fehma li t-titjib tal-istruttura tal-baġits pubbliċi hi waħda mil-lievi ewlenin biex tiżgura l-konformità mar-regoli fiskali tal-UE u biex tippermetti l-finanzjament ta' nfiq indispendabbli, il-bini ta' riżorsi għal ħtiġijiet imprevisti u l-investimenti li jsaħħu t-tkabbir u, fl-aħħar nett, il-finanzjament tal-infiq inqas essenzjali, kif ukoll biex tikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti u responsabbli tal-fondi pubbliċi; ifakkar li l-kompożizzjoni tal-baġits nazzjonali hija deċiża fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

47.  Jinnota li qed isir b'mod regolari dibattitu dwar l-allokazzjoni intelliġenti tal-infiq pubbliku u tal-prijoritajiet ta' politika relatati mal-baġit tal-UE, u li tali valutazzjoni kritika hija indispensabbli wkoll sabiex il-baġits nazzjonali jtejbu l-kwalità tal-baġits pubbliċi għal perjodu ta' żmien medju u twil u biex jevitaw it-tnaqqis baġitarju lineari;

48.  Jilqa' r-rieżami li għadu għaddej tal-infiq pubbliku, u jinkoraġġixxi l-Istati Membri jivvalutaw b'mod kritiku l-kwalità u l-kompożizzjoni tal-baġits tagħhom; jappoġġja l-isforzi maħsuba biex jitjiebu l-kwalità u l-effiċjenza tan-nefqa pubblika; inkluż billi l-infiq mhux produttiv jiġi orjentat lejn investiment li jsaħħaħ it-tkabbir;

49.  Jemmen li l-baġit tal-UE jista' jgħin biex itaffi l-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali billi jserraħ fuq ir-riżorsi proprji minflok ma jiddependi b'mod estensiv fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

50.  Jilqa' d-diskussjonijiet tematiċi li saru u l-istandards tal-aħjar prattiki adottati mill-Grupp tal-Euro, bħal dawk dwar ir-rieżami tal-infiq, matul iċ-Ċiklu tas-Semestru 2016; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro jaraw li dawn ikunu aktar effettivi u trasparenti;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jifformulaw rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż b'mod li l-progress jista' jitkejjel, partikolarment f'każijiet fejn ir-rakkomandazzjoni ta' politika b'mod repetut timmira l-istess qasam ta' politika u/jew fejn in-natura tar-riforma tirrikjedi implimentazzjoni lil hinn minn ċiklu wieħed tas-Semestru;

Koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali u r-responsabbiltà demokratika

52.  Jenfasizza l-importanza li l-parlamenti nazzjonali jiddibattu r-rapporti tal-pajjiżi, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, il-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabbiltà u li jaġixxu fuqhom b'mod aktar attiv minn qabel;

53.  Jemmen li implimentazzjoni aħjar tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż teħtieġ prijoritajiet artikolati b'mod ċar fil-livell Ewropew u dibattitu pubbliku ġenwin fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, li jwassal għal sjieda akbar; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b'mod strutturat, fid-dawl tal-impatt u l-isfidi li nħassu fl-Istati Membri anke fil-livell sottonazzjonali, sabiex itejbu l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

54.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi negozjati dwar ftehim interistituzzjonali rigward il-governanza ekonomika; jinsisti li dan il-FII għandu jiżgura li, fi ħdan il-qafas tat-Trattati, l-istruttura tas-Semestru Ewropew tippermetti skrutinju parlamentari sinifikanti u regolari tal-proċess, b'mod partikolari fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u tar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro;

Il-kontribuzzjonijiet settorjali għar-Rapport tas-SAT 2017

Il-Baġits

55.  Jikkunsidra li, jekk ikun hemm sinerġija akbar bejn l-istrumenti eżistenti u jekk tiġi introdotta rabta bejn il-baġits tal-Istati Membri, il-baġit tal-UE jista' jipprovdi valur miżjud għall-investiment u għar-riformi strutturali fl-Istati Membri; jemmen, għaldaqstant, li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT), bħala dokument ta' politika importanti li jistipula l-kontenut bażiku għall-programmi nazzjonali ta' riforma, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u pjanijiet ta' implimentazzjoni, għandu jservi bħala linja gwida għall-Istati Membri u għat-tħejjija tal-baġits nazzjonali, bl-għan li jiġu introdotti soluzzjonijiet konġunti li jkunu viżibbli fil-baġits nazzjonali u marbuta mal-baġit tal-UE;

56.  Ifakkar li t-titjib tas-sistemi għall-ġbir tal-VAT u d-dazji doganali għandu jkun fost l-ogħla prijorità għall-Istati Membri kollha; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita lista sewda tal-UE tar-rifuġji fiskali, li għandha tkun infurzata permezz ta' sanzjonijiet kriminali sabiex jiġu indirizzati l-kumpaniji multinazzjonali li jevadu t-taxxi;

L-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

57.  Jenfasizza li użu mtejjeb u aktar effiċjenti tar-riżorsi, li jnaqqas id-dipendenza enerġetika fuq sorsi barranin u jintroduċi produzzjoni sostenibbli, abbażi ta' rekwiżiti ta' disinn aħjar għall-prodotti u xejriet tal-konsum aktar sostenibbli, jimplika l-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi, l-implimentazzjoni ta' miri internazzjonali u tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni kif ukoll id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' dħul, f'kuntest ta' responsabbiltà fiskali u kompetittività ekonomika; iqis li s-Semestru Ewropew għandu jinkorpora wkoll rappurtar dwar l-effiċjenza tal-enerġija u l-interkonnettività enerġetika abbażi ta' miri stabbiliti fil-livell tal-UE;

o
o   o

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(7) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(8) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(9) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 86.


Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Impjieg u aspetti soċjali fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017
PDF 388kWORD 74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Impjieg u aspetti soċjali fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 (2016/2307(INI))
P8_TA(2017)0039A8-0037/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 145, 148, 152, 153 u 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE dwar statut speċifiku għar-reġjun ultraperiferiċi,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu IV (Solidarjetà) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 102 tal-ILO dwar standards minimi għas-sigurtà soċjali, u r-Rakkomandazzjoni Nru 202 tal-ILO dwar il-Bażijiet ta' Protezzjoni Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta,

–  wara li kkunsidra l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 1 ("Jinqered il-faqar ta' kull tip kullimkien"), u b'mod partikolari l-Mira Nru 3 ("Jiġu implimentati sistemi u miżuri ta' protezzjoni soċjali, adegwati skont il-pajjiż, għal kulħadd, inklużi bażijiet, u sal-2030 tinkiseb kopertura sostanzjali tal-foqra u l-persuni vulnerabbli"),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ",

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2017" (COM(2016)0725),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2016)0726),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Lejn pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro" (COM(2016)0727),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2017" (COM(2016)0728),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2016 li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 (COM(2016)0729),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għall-2017: Valutazzjoni Kumplessiva" (COM(2016)0730),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid - Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" (COM(2016)0359),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu" (COM(2016)0733,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 bit-titolu "It-Tisħiħ tal-Investimenti Ewropej għall-impjieġ u t-tkabbir: Lejn it-tieni fażi tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u pjan ġdid ta' Investiment Estern għall-Ewropa" (COM(2016)0581),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara" (COM(2016)0646),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2016)0604),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 intitolata "Rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 – Baġit tal-UE iffukat fuq ir-riżultati" (COM(2016)0603),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa – Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività" (COM(2016)0381),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" (COM(2016)0356),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2016 dwar it-tnedija ta' konsultazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2016)0127) u l-annessi tagħha,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (COM(2015)0701),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar passi lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2016 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2016)0071), u l-pożizzjoni dwarha tal-Parlament tal-15 ta' Settembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 bit-titolu "L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir" (COM(2015)0012),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 bit-titolu "Pjan ta' Investiment għall-Ewropa" (COM(2014)0903),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu "It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja" (COM(2013)0690),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (COM(2013)0083),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi" (COM(2012)0173),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 bit-titolu "Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ" (COM(2011)0933),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 bit-titolu 'Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali" (COM(2010)0758), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Novembru 2011 dwarha(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(3),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "L-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja",

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa (13414/2015),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar "Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016"(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar "Rifuġjati: inklużjoni soċjali u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol"(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar "Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016"(6),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-24 ta' Settembru 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015(7),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' xogħol mhux iddikjarat(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020(10),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali O-000121/2015 – B8-1102/2015 lill-Kunsill u r-riżoluzzjoni relatata tiegħu tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar "il-ħolqien ta' suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE għas-seklu 21: it-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' impjieg, bħala mod kif nirkupraw mill-kriżi"(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar l-Intraprenditorija Soċjali u l-Innovazzjoni Soċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar impjiegi u aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014 dwar l-impjieg taż-żgħażagħ(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 bit-titolu "L-Unjoni Ewropea kif tista' tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent ospitabbli biex l-intrapriżi, in-negozji u n-negozji ġodda joħolqu l-impjiegi?"(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar "L-Ekonomija Soċjali"(17),

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tar-rapport tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (Settembru 2015),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni"(18),

–  wara li kkunsidra d-dokument "Employment and Social Developments in Europe - Quarterly Review - Autumn 2016" (Impjieg u Żviluppi Soċjali fl-Ewropa – Rieżami Trimestrali, Ħarifa 2016) tal-11 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound il-ħames edizzjoni u s-sitt edizzjoni tal-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (2010 u 2015)(19),

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-OECD "Employment Outlook 2016" (Prospetti ta' Impjieg 2016) tas-7 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-OECD tad-9 ta' Diċembru 2014 dwar "Trends in Income Inequality and its Impact on Economic Growth" (Tendenzi fl-Inugwaljanza tal-Introjtu u l-Impatt tagħha fuq it-Tkabbir Ekonomiku),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali "Protezzjoni soċjali adegwata għal ħtiġijiet ta' kura fit-tul f'soċjetà li qed tixjieħ" tal-10 ta' Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali u l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li jħabbtu wiċċhom magħhom il-familji tal-klassi tal-ħaddiema,

–  wara li kkunsidra l-laqgħat tat-3 ta' Ottubru u tat-8 ta' Novembru 2016 fil-qafas tad-djalogu strutturat dwar is-sospensjoni tal-fondi għall-Portugall u għal Spanja,

–  wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, (A8-0037/2017),

A.  billi l-qgħad fl-UE qed ilu jonqos bil-mod mit-tieni nofs tal-2013, inħolqu 8 miljun impjieg ġdid mill-2013 'l hawn, u f'Settembru 2016 ir-rata tal-qgħad kienet 8,6 %, li kien l-aktar livell baxx mill-2009; billi, madankollu, il-proporzjon ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) baqa' għoli u jirrappreżenta 14,8 % ta' dawk bejn il-15 u d-29 sena(20)(21); billi, minkejja li l-qgħad qed jonqos fil-livell aggregat, sfortunatament għadu għoli ħafna f'ċeri Stati Membri; billi, skont il-Kummissjoni, ir-rata ta' faqar fost dawk li jaħdmu għadha għolja;

B.  billi r-rati ta' impjieg huma ġeneralment aktar baxxi fost in-nisa, u fl-2015, ir-rata ta' impjieg għall-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena kienet ta' 75,9 % fl-UE-28, meta mqabbla ma' 64,3 % għan-nisa; billi d-disparità bejn is-sessi fl-aċċess għall-impjieg għadha wieħed mill-ostakli ewlenin biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jenħtieġu sforzi urġenti biex titnaqqas id-disparità fir-rata tal-impjieg bejn l-irġiel u n-nisa;

C.  billi jekk it-tendenzi attwali jiġu msaħħa b'politiki pubbliċi adegwati, l-objettiv tal-Istrateġija Ewropa 2020 ta' rata ta' impjieg ta' 75 % jista' fil-fatt jintlaħaq;

D.  billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija ta' 18,6 % fl-UE u 21,0 % fiż-żona tal-euro; billi 4,2 miljun żagħżugħ u żagħżugħa huma qiegħda, inklużi 2,9 miljun fiż-żona tal-euro; billi l-livell ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadu ogħla sew mill-aktar punt baxx tiegħu tal-2008, u dan jenfasizza li l-implimentazzjoni u l-użu sħiħ tal-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ mill-Istati Membri jenħtieġ ikunu prijorità; billi l-pagi baxxi, xi kultant taħt il-livell tal-faqar, l-internships mhux imħallsa, in-nuqqas ta' taħriġ ta' kwalità u n-nuqqas ta' drittijiet fuq il-post tax-xogħol sfortunatament għadhom karatteristiċi tal-impjieg taż-żgħażagħ;

E.  billi n-NEETs huma stmati li jiswew lill-UE EUR 153 biljun (1,21 % tal-PGD) fis-sena, f'benefiċċji u fi qligħ u taxxi mitlufin, filwaqt li l-istima tal-ispiża totali biex jiġu stabbiliti skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ fiż-żona tal-euro se tkun EUR 21 biljun fis-sena, jew 0,22 % tal-PDG;

F.  billi n-numru ta' NEETs, irreġistrati fl-2015, se jkompli jonqos; billi 6,6 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ta' bejn il-15 u l-24 sena għadhom f'din is-sitwazzjoni, ċifra li hija ekwivalenti għal 12 % tal-popolazzjoni f'dan il-grupp ta' età;

G.  billi r-responsabilità primarja għall-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija tal-Istati Membri f'termini tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' oqfsa regolatorji tas-suq tax-xogħol, sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol;

H.  billi l-persuni b'diżabilità għadhom qed jiġu esklużi b'mod sinifikanti mis-suq tax-xogħol, bi ftit li xejn titjib matul dawn l-aħħar għaxar snin, parzjalment minħabba nuqqas ta' investiment f'miżuri ta' appoġġ xierqa; jenfasizza li dan ta' sikwit iwassal għal faqar u esklużjoni soċjali u għalhekk għandu impatt negattiv fuq l-objettiv tal-Istrateġija Ewropa 2020;

I.  billi l-isfidi strutturali fis-suq tax-xogħol, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni baxxa kif ukoll in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki, għadhom sors ta' tħassib f'ħafna Stati Membri;

J.  billi r-rata tal-qgħad fit-tul (jiġifieri qgħad li jdum aktar minn sena) naqset b'rata annwali ta' 0,7 % sal-ewwel kwart tal-2016, għal 4,2 % tal-forza tax-xogħol; billi r-rata tal-qgħad fit-tul ħafna (jiġifieri qgħad li jdum aktar minn sentejn) naqset għal 2,6 % tal-forza tax-xogħol; billi madankollu l-għadd ta' persuni qiegħda fit-tul għadu kbir, u jgħodd madwar 10 miljuni; billi l-qgħad fit-tul huwa partikolarment problema għal persuni iżgħar u akbar fl-età li jfittxu x-xogħol, bi 30 % ta' dawk bl-età ta' bejn il-15 sa l-24 sena u 64 % ta' dawk bl-età ta' bejn il-55 u l-64 sena ilhom ifittxu xogħol għal aktar minn sena; billi ħafna ħaddiema akbar fl-età li huma inatttivi mhumiex inklużi fl-istatistika dwar il-qgħad; billi l-livell ta' qgħad u l-konsegwenzi soċjali tiegħu jvarjaw bejn il-pajjiżi Ewropej u billi huwa essenzjali li jitqiesu ċ-ċirkostanzi mikroekonomiċi speċifiċi;

K.  billi l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li tnaqqas il-faqar billi toħroġ tal-inqas 20 miljun persuna mir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali sal-2020; billi dan l-objettiv għadu 'l bogħod milli jintlaħaq u għalhekk jenħtieġu aktar sforzi; billi fl-2015 kien hemm 119-il miljun persuna f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, madwar 3,5 miljun inqas mill-2014; billi fl-2012, fl-Unjoni Ewropea kien hemm 32,2 miljun persuna b'diżabilità f'din is-sitwazzjoni; billi fl-2013, 26,5 miljun tifel u tifla fl-UE-28 kienu f'riskju li jispiċċaw fil-faqar jew fl-esklużjoni soċjali; billi livelli għoljin ta' inugwaljanza jnaqqsu l-produzzjoni tal-ekonomija u l-potenzjal ta' tkabbir sostenibbli;

L.  billi l-akkompanjament tal-persuni qiegħda għal żmien twil huwa kruċjali, għax inkella din is-sitwazzjoni tibda taffettwa l-kunfidenza fihom infushom, il-benessri u l-iżvilupp futur tagħhom, filwaqt li tpoġġihom f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, u tipperikola s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali, kif ukoll il-mudell soċjali Ewropew;

M.  billi d-dgħufija tad-djalogu soċjali għandha impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, fuq il-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini tal-UE u fuq it-tkabbir;

N.  billi jeżistu għadd ta' żviluppi pożittivi fl-UE, li qed juru r-reżiljenza u l-irkupru tal-ekonomija Ewropea;

O.  billi l-ekonomija soċjali, li tirrappreżenta 2 miljun intrapriża li jimpjegaw aktar minn 14,5 miljun persuna fl-Unjoni, kienet settur importanti, li kkontribwiet għar-reżiljenza u l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa;

P.  billi fil-parti l-kbira tal-Istati Membri t-tkabbir baqa' baxx, ir-rata ta' tkabbir tal-UE għall-2016 saħansitra naqset biex stabbiliet għal 2 % minkejja aspetti temporanji pożittivi u dan juri għalhekk li l-UE tista' tagħmel aktar biex tagħti spinta lill-irkupru ekonomiku u soċjali sabiex isir aktar sostenibbli fuq terminu medju;

Q.  billi, kif iddikjarat mill-Kummissjoni(22), id-diverġenzi rigward l-impjiegi u d-diverġenzi soċjali fi ħdan u fost l-Istati Membri għadhom qed jippersistu u l-iżviluppi soċjali għadhom jindikaw diverġenza ulterjuri madwar l-UE li qed ixxekkel it-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni; billi s-soċjetajiet li huma kkaratterizzati minn livell għoli ta' ugwaljanza u investiment fin-nies għandhom prestazzjoni aħjar f'termini ta' reżiljenza tat-tkabbir u tal-impjiegi;

R.  billi x-xogħol mhux iddikjarat għadu realtà b'implikazzjonijiet baġitarji serji, li jwassal għal telf tad-dħul mit-taxxa u mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kif ukoll għal effetti negattivi fuq l-impjieg, il-produttività, il-kwalità tax-xogħol u l-iżvilupp tal-ħiliet;

S.  billi r-reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw diffikultajiet kbar relatati mal-ispeċifiċitajiet partikolari tagħhom, li jillimitaw il-potenzjal tagħhom għat-tkabbir u l-iżvilupp; billi l-qgħad, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul f'dawn ir-reġjuni huma fost l-ogħla fl-UE, u f'ħafna każijiet jaqbżu t-30 %;

T.  billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) diġà approva 69 proġett fi 18-il pajjiż, u awtorizza 56 operazzjoni, u dan huwa mistenni li jirriżulta f'aktar minn EUR 22 biljun f'investiment u jinvolvi madwar 71 000 SMEs;

U.  billi f'ħafna Stati Membri l-popolazzjoni fl-età tax-xogħol u l-forza tax-xogħol qed ikomplu jonqsu; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija opportunità għall-Istati Membri biex jindirizzaw din il-kwistjoni u jsaħħu l-forza tax-xogħol fl-UE; billi l-wasla kontinwa ta' refuġjati u persuni li jfittxu l-asil tista' tgħin ukoll biex tissaħħaħ il-forza tax-xogħol;

V.  billi l-UE qed tiffaċċja sfidi demografiċi li mhux biss huma relatati mat-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-tnaqqis fir-rata tat-twelid, iżda jinkludu wkoll elementi oħra bħad-depopolazzjoni;

W.  billi attwalment id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija ta' 16 % u d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi hija ta' 38 %, u dan jesponi lin-nisa għal riskju ogħla ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali hekk kif jikbru fl-età;

X.  billi l-provvista u l-ġestjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali huma l-kompetenza tal-Istat Membri li l-Unjoni tikkoordina iżda ma tarmonizzax;

Y.  billi l-aspettattiva tal-ħajja f'saħħitha għan-nisa qegħda tonqos minn 62,6 fl-2010 għal 61,5 fl-2013, b'żieda ħafifa fl-2014 u għall-irġiel ir-rata hija wieqfa f'livell ta' 61,4;

1.  Jilqa' l-fatt li, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, qed issir enfasi fuq l-importanza li tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali bħala mezz biex jiġi stimulat aktar tkabbir inklużiv, kif ukoll fuq il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità u inklużivi u t-tisħiħ tal-ħiliet u fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-kompetittività, l-innovazzjoni u l-produttività; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) relatati mar-riformi tas-suq tax-xogħol jenfasizzaw ukoll l-importanza ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-ħaddiema;

2.  Jilqa' l-progress biex jintlaħaq bilanċ bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi u dawk soċjali tal-proċess tas-Semestru Ewropew, wara li l-Kummissjoni laqgħet xi talbiet tal-Parlament; jenfasizza, madankollu, li hemm bżonn ta' aktar sforz biex jittejbu l-viżibilità politika u l-impatt tat-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali; jilqa' l-proposta tal-Kummissjonigħal emenda tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew 2013-17, b'estensjoni għal-2018-2020 u b'indikaturi soċjali ġodda biex tippreżenta d-data dwar l-impjiegi u dawk soċjali relatati mal-evoluzzjoni tad-data makroekonomika, sabiex l-analiżi tippreżenta stampa komprensiva tal-interkonnessjoni u tal-impatti ta' għażliet ta' politika differenti; jenfasizza li l-indikaturi tal-impjieg jenħtieġ jitqiegħdu fuq bażi ugwali mal-indikaturi ekonomiċi, b'hekk ikunu jistgħu jwasslu għal analiżi profonda u għal azzjoni korrettiva fl-Istati Membri rilevanti;

3.  Jenfasizza li ċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew għadu nieqes minn approċċ li jiffoka fuq it-tfal, li jinkludi impenn lejn id-drittijiet tat-tfal, l-integrazzjoni tal-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u objettivi ta' benessri fl-oqsma ta' politika rilevanti kollha tat-tfassil tal-politika; jenfasizza li approċċ strateġiku b'objettivi u miri ċari huwa meħtieġ biex jinkiser iċ-ċiklu tal-iżvantaġġ;

4.  Jitlob programmi li joffru appoġġ u opportunitajiet bħala parti minn pjan Ewropew integrat b'investiment fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal u fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, inkluż il-ħolqien ta' Garanzija għat-Tfal immirata biex timplimenta b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni "Ninvestu fit-Tfal", li se tiżgura li kull tifel u tifla fl-Ewropa li jinsabu fir-riskju ta' faqar (inklużi r-refuġjati) ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa, edukazzjoni, kura tat-tfal mingħajr ħlas, kif ukoll għal djar diċenti u għal nutrizzjoni adegwata;

5.  Jenfasizza li investiment fl-iżvilupp soċjali jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-konverġenza; jieħu nota ta' studji riċenti mill-OECD(23) u l-FMI(24) li jissottolinjaw li l-inugwaljanzi soċjali fl-Ewropa jfixklu l-irkupru ekonomiku; jitlob sforzi akbar biex jiġu miġġielda l-faqar u l-inugwaljanza li qed jiżdiedu, u, fejn meħtieġ, investiment akbar fl-infrastruttura soċjali u f'appoġġ għal dawk l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-CSRs jinkludu attenzjoni speċifika għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itejbu l-istrateġija li twassal ghall-objettiv globali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jappoġġja l-użu tar-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru; jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw id-dimensjoni tal-ġeneru u l-prinċipju ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u fil-programmi ta' stabbiltà u konverġenza tagħhom bl-istabbiliment ta' miri u ta' miżuri li jindirizzaw id-disparitajiet persistenti bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi CSRs fir-rigward tat-titjib tas-servizzi tal-kura tat-tfal u tal-kura fit-tul li jista' jkollhom impatt pożittiv fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jikkunsidraw l-użu ta' data diżaggregata skont il-ġeneru fejn xieraq fil-proċess ta' sorveljanza tas-Semestru Ewropew; jissuġġerixxi l-involviment aktar mill-qrib tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Semestru Ewropew;

7.  Jenfasizza li d-dejn pubbliku u privat huwa għoli wisq f'xi Stati Membri u li dan ifixkel l-investiment, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi;

8.  Huwa tal-opinjoni li d-data inkluża fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-impjiegi u l-qasam soċjali hija utli iżda mhijiex biżżejjed biex tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-impjiegi u dik soċjali fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomplementaw it-Tabella ta' Valutazzjoni b'data dwar il-kwalità tal-impjiegi u l-faqar, b'enfasi speċjali fuq il-faqar multidimensjonali fost it-tfal;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi u tikkwantifika l-kunċett tagħha ta' ġustizzja soċjali, filwaqt illi tqis kemm il-politiki tal-impjieg kif ukoll dawk soċjali, li għandhom jinkisbu permezz tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 u s-Semestru Ewropew;

10.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħaffu l-implimentazzjoni tal-programmi kollha li jistgħu jagħtu spinta lill-ħolqien ta' impjiegi deċenti, ta' kwalità u fit-tul għall-kategoriji kollha tal-popolazzjoni, u b'mod partikolari għaż-żagħżagħ; jenfasizza li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu fil-livell ta' 18,6 %, minkejja li kien hemm tnaqqis żgħir fil-qgħad fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw segwitu aktar proattiv min-naħa tal-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-programmi;

11.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tissaħħaħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u mtawla tal-inqas sal-2020 bil-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali u tas-servizzi tal-impjieg pubbliku msaħħa, u jenfasizza l-importanza tagħha għat-tranżizzjonijiet mill-iskola għax-xogħol; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq studji tal-impatt bil-ħsieb li tistabbilixxi b'mod preċiż x'riżultati nkisbu s'issa u biex tieħu miżuri addizzjonali, kif ukoll biex tikkunsidra l-verifika mistennija mill-Qorti tal-Awdituri, u l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-organizzazzjoni ta' workshops li jlaqqgħu flimkien l-atturi kollha kkonċernati, u li huma maħsuba biex dan l-istrument isir aktar effettiv; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tkun kompletament aċċessibbli, inkluż għal persuni vulnerabbli u persuni b'diżabilità; jenfasizza li dan mhuwiex il-każ fl-Istati Membri kollha u jitlob lill-Istati Membri jirrimedjaw din is-sitwazzjoni kemm jista' jkun malajr minħabba li tmur kontra l-Konvenzjoni tan-UN dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD); jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tilħaq liż-żgħażagħ li qed jiffaċċjaw esklużjonijiet multipli u faqar estrem; jirrimarka li għandha tingħata attenzjoni speċjali għan-nisa żgħażagħ u l-bniet, li jistgħu jiffaċċjaw ostakli relatati mal-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament adegwat għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ sabiex tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha u tgħin dejjem iżjed liż-żgħażagħ;

12.  Jinnota l-adozzjoni ta' EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-YEI fl-2017; jenfasizza li dan l-ammont mhuwiex biżżejjed u jeħtieġ li jiżdied u jiġi garantit fil-QFP attwali; jinnota wkoll, madankollu, li fil-qafas tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu jrid jintlaħaq ftehim dwar finanzjament addizzjonali adegwat għall-YEI biex jiġi kopert il-kumplament tal-perjodu tal-QFP attwali;

13.  Jenfasizza l-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi (CCIs) fir-rigward tal-impjieg taż-żgħażagħ; jisħaq fuq il-punt li l-promozzjoni ulterjuri tas-settur kulturali u kreattiv u l-investiment ulterjuri fih jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-investiment, it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tikkunsidra l-opportunitajiet speċjali offruti mis-setturi kulturali u kreattivi kollha, inklużi l-NGOs u l-assoċjazzjonijiet iż-żgħar, pereżempju fl-ambitu tal-YEI;

14.  Jissottolinja l-fatt li l-investiment insuffiċjenti fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika jista' jhedded il-pożizzjoni kompetittiva tal-Ewropa u l-impjegabilità tal-forza tax-xogħol tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fin-nies minn kmieni kemm jista' jkun fiċ-ċiklu tal-ħajja biex titnaqqas l-inugwaljanza u titrawwem l-inklużjoni soċjali minn età żgħira; jenfasizza wkoll il-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-isterjotipi mill-aktar età żgħira fl-iskola billi tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;

15.  Jitlob lill-Istati Membri jintroduċu politiki biex jimplimentaw u jimmonitorjaw forom aktar inklużivi ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali u sostenn tal-introjtu, sabiex jiġi żgurat li dawn is-sistemi joffru standard diċenti ta' għajxien għal persuni qiegħda u dawk f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, u jipprovdu aċċess għal edukazzjoni, taħriġ u opportunitajiet għad-dħul fis-suq tax-xogħol;

16.  Jilqa' ż-żieda fir-rata tal-impjieg; jinnota, madankollu, li r-rata tal-impjiegi li qed tikber fl-Istati Membri kienet akkumpanjata minn forom ta' impjieg atipiċi u mhux formali li nibtu u kibru, inkluż b'kuntratti ta' żero siegħat; jenfasizza li s-sostenibbiltà u l-kwalità tal-impjiegi maħluqa għandhom ikunu prijorità; jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li r-rata tal-qgħad għadha għolja b'mod speċjali f'pajjiżi li għadhom isofru mill-kriżi; jirrikonoxxi l-fenomenu ta' faqar fost dawk li jaħdmu bħala konsegwenza ta' kundizzjonijiet tal-pagi u tax-xogħol li qed jiddeterjoraw li jridu jiġu indirizzati bħala parti minn kwalunkwe azzjoni favur l-impjieg u l-ħarsien soċjali; jinkoraġġixxi l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom, kif ukoll li jibqgħu jikkunsidraw soluzzjonijiet u approċċi ġodda sabiex tintlaħaq ir-rata mira tal-impjieg ta' 75 % tal-Ewropa 2020, inkluż billi tingħata attenzjoni lil gruppi li għandhom l-iktar parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol bħal nisa, ħaddiema akbar fis-żmien, ħaddiema bi ftit kompetenzi professjonali u persuni b'diżabbiltajiet; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-offerta tagħhom f'termini ta' tagħlim tul il-ħajja u titjib tal-ħiliet effettiv;

17.  Iqis li l-migrazzjoni jista' jkollha rwol importanti, inkluż permezz ta' skemi edukattivi, flimkien ma' spiża pubblika effiċjenti, bil-għan li jsiru investimenti soċjali u ambjentalment sostenibbli ta' kwalità għolja bil-ħsieb li l-ħaddiema jiġu integrati fis-suq tax-xogħol u jitnaqqas il-qgħad;

18.  Jirrikonoxxi li n-nisa għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ politiki proattivi u investiment xieraq maħsuba u mfassla biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jirrimarka f'dan ir-rigward ir-rwol importanti li, skont il-Kummissjoni, jista' jkollhom arranġamenti flessibbli ta' xogħol, bħat-telexogħol, il-ħin flessibbli u siegħat ta' xogħol imnaqqsa; jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li l-possibbiltà ta' liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri mħallas fl-Istati Membri għandha l-potenzjal li jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jistieden ukoll lill-Istati Membri jistabbilixxu sett ta' politiki xierqa li jkunu ta' appoġġ għan-nisa u l-irġiel li jidħlu jew jirritornaw, jibqgħu u javanzaw fis-suq tax-xogħol wara perjodi ta' liv tal-familja jew tipi ta' liv ieħor relatati mal-kura, b'impjieg sostenibbli u ta' kwalità; jiddeplora l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tar-rata tal-impjieg u d-diskrepanza tal-pagi u l-pensjonijiet; jitlob politiki li jinkoraġġixxu u jappoġġjaw in-nisa jibnu karriera fl-intraprenditorija, filwaqt li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi u għall-opportunitajiet tan-negozju u joffru taħriġ imfassal apposta;

19.  Jirrikonoxxi, madankollu, li appoġġ għall-impjiegi u miżuri biex tittejjeb il-parteċipazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol jeħtieġ li jkunu parti minn approċċ usa', iffukat fuq id-drittijiet, biex jiġu indirizzati l-esklużjoni soċjali u l-faqar, li jqis it-tfal u l-familji u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattika u jqisu modi innovattivi ġodda ta' kif jiżviluppaw suq tax-xogħol adattabbli u flessibbli biex jissodisfa l-isfidi ta' ekonomija globali filwaqt li jiżgura standards tax-xogħol għolja għall-ħaddiema kollha;

21.  Jilqa' t-tfakkira lill-Istati Membri li sistemi ta' protezzjoni soċjali jeħtieġ li jiġu ankrati fi standards soċjali b'saħħithom, u li l-promozzjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni jikkontribwixxu mhux biss għall-ġustizzja soċjali iżda anke għat-tkabbir; jissottolinja li l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol għandha tiġi appoġġjata bil-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal impjiegi u ambjent tax-xogħol ta' kwalità u inklużivi, li jippermetti lill-ġenituri jiksbu bilanċ bejn ir-rwol tagħhom tax-xogħol u dak bħala ġenitur;

22.  Jirrikonoxxi li flimkien mal-ħolqien tal-impjiegi, l-integrazzjoni ta' individwi qiegħda fit-tul f'impjiegi ta' kwalità permezz ta' miżuri mfasslin individwalment, b'mod partikolari permezz ta' politiki attivi dwar l-impjiegi, hija fattur fundamentali biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali jekk ikun hemm disponibbli impjiegi deċenti biżżejjed; jirrimarka li għandu jkun hemm enfasi fuq it-titjib ta' miżuri mmirati lejn il-ħolqien ta' impjiegi deċenti; jenfasizza li l-integrazzjoni ta' dawk l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol għandha effett doppju, li tkun ta' benefiċċju għall-individwu kif ukoll tistabbilizza s-sistemi tas-sigurtà soċjali u tappoġġja l-ekonomija; iqis li jeħtieġ li titqies is-sitwazzjoni soċjali ta' dawn iċ-ċittadini u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u li l-politiki implimentati fil-livell nazzjonali jiġu mmonitorjati aħjar fil-livell Ewropew;

23.  Jenfasizza l-importanza tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba f'ambjenti ta' tagħlim mhux formali u informali u l-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom, u tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll tal-impenji u tal-parametri referenzjarji tal-Qafas Strateġiku dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu sistemi ta' rikonoxximent ta' kompetenzi mhux formali u informali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jimplimentaw politiki li jiżguraw mhux biss l-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ inklużivi u ta' kwalità bi prezz raġonevoli, iżda wkoll l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-qafas ta' tagħlim tul il-ħajja lejn direzzjoni ta' mogħdija edukattiva flessibbli li trawwem l-ekwità u l-koeżjoni soċjali u tippermetti opportunitajiet ta' xogħol għal kulħadd;

24.  Jitlob l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' sħubiji bejn l-impjegaturi, is-sħab soċjali, is-servizzi għall-impjiegi pubbliċi u privati, l-awtoritajiet pubbliċi, is-servizzi soċjali u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u ta' taħriġ sabiex jiġu provduti l-għodod meħtieġa biex iwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jiġi evitat il-qgħad fit-tul; ifakkar li s-segwitu personalizzat u individwalizzat, kapaċi li jwassal risposti effikaċi lill-persuni qiegħda għal żmien twil, huwa indispensabbli;

25.  Jiddispjaċih għar-rati li għadhom baxxi ta' investiment pubbliku, peress li dan l-investiment jista' jkun kawża importanti għall-ħolqien tax-xogħol; jenfasizza li l-FEIS għadu ma żviluppax biżżejjed investimenti fl-infrastruttura soċjali u li din hija opportunità mitlufa li trid tiġi indirizzata b'mod urġenti;

26.  Jitlob politiki li jirrispettaw u jippromwovu n-negozjar kollettiv u l-kopertura tiegħu biex jilħqu kemm jista' jkun ħaddiema filwaqt li fl-istess ħin jimmiraw lejn pagi bażiċi aħjar fil-forma ta' pagi minimi stabbiliti f'livelli deċenti u bl-involviment tas-sħab soċjali, dan kollu bil-għan li tintemm it-tellieqa kompetittiva sal-qiegħ, biex jiġu appoġġjati d-domanda aggregata u l-irkupru ekonomiku, biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-pagi u biex jiġi miġġieled il-faqar fost dawk li jaħdmu;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni b'kuntratti temporanji jew part-time jew li jaħdmu għal rashom igawdu mill-istess trattament, anke fir-rigward tas-sensji u l-pagi u jkollhom protezzjoni soċjali adegwata kif ukoll aċċess għat-taħriġ, u li l-kundizzjonijiet qafas jkunu stabbiliti b'tali mod li jgħinuhom jagħmlu karriera; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ftehimiet oqfsa dwar xogħol part-time u impjieg b'terminu fiss u jinfurzaw b'mod effikaċi d-Direttiva li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati biex jgħinu lir-rifuġjati jistabbilixxu u jintegraw ruħhom, u jiżguraw ukoll li s-servizzi pubbliċi għandhom riżorsi suffiċjenti u li jkun hemm antiċipazzjoni bikrija tar-rekwiżiti biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom;

29.  Jiddeplora l-fatt li l-perċentwal tal-persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali għadu għoli; jirrimarka li livelli għolja ta' inugwaljanza u faqar jaffettwaw il-koeżjoni soċjali filwaqt li jxekklu l-istabbiltà soċjali u politika; jiddispjaċih li l-politiki biex dan jiġi indirizzat b'mod effiċjenti huma nieqsa mill-ambizzjoni meħtieġa għal ingranaġġ ekonomiku suffiċjenti; jitlob lill-Istati Membri jaċċelleraw l-azzjonijiet tagħhom lejn il-kisba tal-mira tal-Ewropa 2020 biex jitnaqqas in-numru ta' persuni f'riskju ta' faqar b'20 miljun; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-tnaqqis tal-inugwaljanza; jitlob għal appoġġ u rikonoxximent aħjar tal-ħidma ta' NGOs, organizzazzjonijiet kontra l-faqar u organizzazzjonijiet ta' persuni li jesperjenzaw il-faqar, filwaqt li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskambju tal-aħjar prattiki;

30.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rata ta' parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol tal-minoranzi etniċi, b'mod partikolari l-komunità Rom; jitlob l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2000/78/KE; jenfasizza l-ħtieġa li jitrawwem ir-rwol tal-NGOs speċjalizzati fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-appoġġ mhux biss tar-reġistrazzjoni tat-tfal fl-edukazzjoni iżda anke fl-evitar tat-tluq bikri mill-iskola, sabiex jinkiser iċ-ċirku tal-faqar;

31.  Iqis li huwa importanti li tingħalaq id-diskrepanza fl-investiment b'tali mod li jinħoloq tkabbir sostenibbli filwaqt li s-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-Istati Membri ma titpoġġiex f'riskju; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-emerġenza tal-garanzija tal-konsolidament tal-finanzi pubbliċi, li hija essenzjali biex ikompli jiġi pprovdut il-mudell soċjali Ewropew li jikkaratterizza l-UE;

32.  Jiddispjaċih li l-aħħar rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni injoraw it-talba tal-Parlament li tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE, jiġifieri billi jiġu adottati miżuri u programmi differenzjati biex jitnaqqsu l-asimetriji, kif ukoll biex tiġi massimizzata l-koeżjoni soċjali fl-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jistabbilixxu programmi ta' investiment speċifiċi għas-subreġjuni tagħhom fejn ir-rati tal-qgħad jaqbżu t-30 %; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri u lir-reġjuni Ewropej, b'mod partikolari dawk ultraperifiriċi, fid-disinn u l-finanzjament tal-programmi ta' investiment taħt il-QFP;

33.  Jirrikonoxxi t-tkomplija tas-sitwazzjoni fraġli fis-suq Ewropew tax-xogħol, li minn naħa, mhux kapaċi jsolvi r-rati tal-qgħad li għadhom għoljin u, min-naħa l-oħra, il-kumpaniji qed jitolbu forza tax-xogħol imħarrġa u adatta; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, fil-livell tal-Istat Membru, forom ta' kooperazzjoni li jinvolvu gvernijiet, intrapriżi, inklużi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, l-istituzzjonijiet edukattivi, is-servizzi ta' appoġġ individwalizzat, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, abbażi tal-iskambju tal-aħjar prattiki u bil-għan li jiġu adattati s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

34.  Jenfasizza li l-edukazzjoni hija dritt fundamentali li jenħtieġ li jiġi garantit għat-tfal kollha, u li l-inugwaljanzi fid-disponibbiltà u l-kwalità tal-edukazzjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati biex tissaħħaħ l-edukazzjoni għal kulħadd u jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola; jenfasizza li t-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' impjieg huma ta' appoġġ għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol inklużiv tal-UE; jemmen li gwida u konsulenza li jindirizzaw il-ħtiġijiet individwali u jiffokaw fuq l-evalwazzjoni u l-espansjoni ta' ħiliet individwali jridu jkunu element ewlieni tal-politiki tal-edukazzjoni u l-ħiliet minn stadju bikri fl-edukazzjoni ta' kull persuna; jistieden lill-Istati Membri jallinjaw aħjar l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol madwar l-UE u jissottolinja l-importanza li jiġu evalwati s-sitwazzjonijiet differenti ta' impjieg fl-Istati Membri biex jiġu żgurati l-ispeċifiċità u l-karatteristiċi partikolari tagħhom;

35.  Jirrikonoxxi li avvanzi f'teknoloġiji ġodda u d-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea jippreżentaw sfidi sinifikanti għall-UE; jenfasizza li l-mudelli produttivi tal-UE u tal-Istati Membri, appoġġjati mill-mudelli edukattivi tagħhom, għandhom ikunu indirizzati lejn setturi ta' produttività għolja, b'mod partikolari dawk relatati mal-ICTs u d-diġitalizzazzjoni, sabiex tittejjeb il-kompetittività tal-UE fil-livell globali;

36.  Jenfasizza li investiment insuffiċjenti u ffokat b'mod inadegwat fuq l-edukazzjoni tal-ħiliet diġitali, l-ipprogrammar u s-suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), qed jimmina l-pożizzjoni kompetittiva tal-Ewropa, id-disponibbiltà ta' forza tax-xogħol imħarrġa u l-impjegabbiltà tal-forza tax-xogħol; huwa tal-fehma li tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet u r-rikonoxximent reċiproku mtejjeb tal-kwalifiki jkunu ta' benefiċċju biex jingħeleb id-diskrepanza f'termini tan-nuqqas tal-ħiliet u n-nuqqas tat-tlaqqigħ tagħhom fis-suq tax-xogħol Ewropew u l-persuni li jfittxu x-xogħol, b'mod partikolari ż-żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-taħriġ komprensiv fil-ħiliet diġitali, l-ipprogrammar u l-ħiliet li huma l-aktar imfittxija mill-impjegaturi għall-kulħadd, filwaqt li fl-istess ħin iżommu standards għolja fl-edukazzjoni tradizzjonali, u jqisu l-bidla lejn l-ekonomija diġitali fil-kuntest tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, li m'għandhiex tkun limitata għal għarfien mill-perspettiva tal-utent

37.  Jinnota li f'ħafna Stati Membri jinħtieġ sforz akbar biex il-forza tax-xogħol tiġi edukata, inklużi l-edukazzjoni għall-adulti u l-opportunitajiet ta' taħriġ vokazzjonali; jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, inkluż għall-ħaddiema akbar fl-età, sabiex il-kompetenzi jiġu adattati skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jitlob żieda fil-promozzjoni mmirata lejn in-nisa u l-bniet tas-suġġetti STEM biex jiġu indirizzati sterjotipi tal-edukazjoni eżistenti u jiġu miġġielda d-diskrepanzi bejn is-sessi fl-impjiegi, il-pagi u l-pensjonijiet;

38.  Jirrikonoxxi l-valur ta' teknoloġiji ġodda u l-importanza tal-litteriżmu diġitali għall-ħajja privata u għall-integrazzjoni b'suċċess fis-suq tax-xogħol; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-Istati Membri jżidu l-investimenti tagħhom f'infrastruttura u konnettività tal-ICT aħjar fl-istituzzjonijiet edukattivi u jiżviluppaw strateġiji effikaċi biex jisfruttaw il-potenzjal tal-ICTs fl-appoġġ tagħhom tat-tagħlim informali mill-adulti, u biex itejbu l-opportunitajiet edukattivi tagħhom kemm formali kif ukoll mhux formali;

39.  Jilqa' l-kontribut tal-Erasmus+ fit-trawwim tal-mobilità u l-iskambji kulturali madwar l-UE u ma' pajjiżi terzi; jitlob li jiġu promossi u utilizzati aħjar l-għodod Ewropej għat-trasparenza, il-mobilità u r-rikonoxximent ta' ħiliet u kwalifiki, bil-ħsieb li tkun faċilitata l-mobilità fir-rigward tat-tagħlim u x-xogħol; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġu żgurati opportunitajiet ta' mobilità għal taħriġ vokazzjonali, żgħażagħ żvantaġġati u persuni li jbatu minn diversi forom ta' diskriminazzjoni;

40.  Jilqa' l-qafas ta' politika u ta' investiment ġdid previst mill-ftehim ta' Pariġi, li se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol fis-setturi li jużaw ftit karbonju u b'emissjonijiet baxxi;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tal-mitigazzjoni tal-ostakli, kemm fiżiċi kif ukoll diġitali, li għadhom jiffaċċjaw persuni b'diżabilità fl-Istati Membri;

42.  Jilqa' r-referenza espliċita għall-kura tat-tfal, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni fir-rigward tat-titjib tal-aċċess għal servizzi ta' kwalità;

43.  Ifakkar li l-moviment liberu tal-ħaddiema huwa prinċipju fundamentali tat-Trattat; jilqa' l-fatt li fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017, qed issir enfasi fuq l-importanza li tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali permezz ta' kollaborazzjoni ġusta bejn id-diversi istituzzjonijiet tal-Istati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jipprovdu spettorati tax-xogħol jew korpi pubbliċi rilevanti oħra b'riżorsi adegwati, u jtejbu wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera bejn is-servizzi ta' spezzjoni u l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-data, sabiex itejbu l-effiċjenza tal-kontrolli maħsuba biex jiġġieldu u jipprevjenu l-frodi soċjali u x-xogħol mhux iddikjarat;

44.  Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata spinta lid-domanda domestika billi jiġu promossi l-investiment pubbliku u privat u r-riformi strutturali soċjalment u ekonomikament ibbilanċjati li jimmiraw li jnaqqsu l-inugwaljanzi u jippromwovu l-impjiegi ta' kwalità u sostenibbli, it-tkabbir sostenibbli u l-investiment soċjali u fil-konsolidazzjoni fiskali responsabbli, biex b'hekk tissaħħaħ mogħdija favorevoli lejn ambjent b'aktar koeżjoni u konverġenza soċjali 'l fuq għan-negozji u s-servizzi pubbliċi; jenfasizza r-rwol importanti tal-investiment fil-kapital uman bħala strateġija komuni; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu orjentati mill-ġdid il-politiki ekonomiċi tal-Unjoni lejn ekonomija soċjali tas-suq;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiggarantixxu lill-ħaddiema diġitali l-istess drittijiet u livell ta' protezzjoni soċjali bħal dawk għal ħaddiema simili fis-settur ikkonċernat;

46.  Jinnota li l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (MSMEs), li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tan-negozji kollha fl-Ewropa u huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea, kif ukoll is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali u l-intrapriżi soċjali u ta' solidarjetà, jikkontribwixxu b'mod effikaċi għall-iżvilupp sostenibbli u inklużiv u għall-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu kunsiderazzjoni akbar lill-interessi tal-MSMEs fil-proċess tat-tfassil tal-politika billi japplikaw it-test tal-SMEs matul il-proċess leġiżlattiv kollu, skont il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir", u biex jippromwovu forom eżistenti ta' appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi, bħall-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); iqis li huwa ta' importanza kbira li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq kumpaniji bħal dawn u li tiġi eliminata leġiżlazzjoni bla bżonn filwaqt li ma jiġux imminati d-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali; jenfasizza l-bżonn li tiġi ffaċilitata t-tieni opportunità għall-intraprendituri li fallew fl-ewwel tentattiv tagħhom b'mod mhux frodulenti u rrispettaw id-drittijiet tal-impjegati;

47.  Jenfasizza li l-intraprenditorija soċjali hija qasam li qed jikber li jista' jagħti spinta lill-ekonomija filwaqt li fl-istess ħin itaffi d-deprivazzjoni, l-esklużjoni soċjali u problemi soċjetali oħra; iqis, għaldaqstant, li l-edukazzjoni intraprenditorjali għandha tinkludi dimensjoni soċjali u għandha tindirizza kwistjonijiet bħall-kummerċ ġust, l-intrapriżi soċjali, u mudelli ta' negozju alternattivi, inklużi l-kooperattivi, bl-għan li tinkiseb ekonomija aktar soċjali, inklużiva u sostenibbli;

48.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinvestigaw kif jistgħu jżidu l-produttività billi jinvestu fil-kapital uman, filwaqt illi jqisu li l-ħaddiema l-aktar kompetenti, integrati sew u sodisfatti huma dawk li jistgħu jindirizzaw bl-aħjar mod id-domandi u l-isfidi li l-intrapriżi u s-servizzi qed jiffaċċjaw;

49.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiffukaw fuq l-istatus tal-imprendituri li jaħdmu għal rashom, sabiex jiżguraw li jkollhom protezzjoni soċjali adegwata fir-rigward tal-assigurazzjoni kontra l-mard, l-aċċidenti u l-qgħad u tad-drittijiet għall-pensjoni;

50.  Ifakkar fl-importanza tal-implimentazzjoni ta' kultura vera ta' intraprenditorija, li tistimula liż-żgħażagħ minn età żgħira; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jadattaw il-programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ tagħhom skont dan il-prinċipju; iwissi lill-Istati Membri dwar l-importanza tal-ħolqien ta' inċentivi għall-intraprenditorija, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' regoli fiskali u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu miżuri biex tipprovdi informazzjoni aħjar dwar il-fondi u l-programmi Ewropej kollha bil-potenzjal li jagħtu spinta lill-intraprenditorja, l-investiment u l-aċċess għal finanzjament, bħal Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ;

51.  Jenfasizza l-effett ta' lieva tal-baġit tal-UE fuq il-baġits nazzjonali; jenfasizza r-rwol komplementari li għandu l-baġit tal-UE sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni taħt il-politiki soċjali deskritti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017, bl-għan tal-ħolqien ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-UE kollha;

52.  Huwa mħasseb dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi matul il-perjodu ta' programmazzjoni attwali; jinnota l-fatt li, sa Settembru 2016, 65 % biss tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kienu ġew maħtura, u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar attiv mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-YEI biex jindirizzaw il-prijoritajiet soċjali u tal-impjieg u jappoġġjaw l-implimentazzjoni tas-CSRs li jindirizzaw, b'mod partikolari u b'mod inklużiv, il-kwistjonijiet soċjali u tal-impjieg; madankollu, jisssottolinja fl-istess ħin li dawn il-fondi m'għandhomx jintużaw biss biex jimplimentaw is-CSRs, peress li dan jista' potenzjalment iwassal biex jitħallew barra oqsma oħra importanti ta' investiment; jenfasizza li għandhom isiru aktar sforzi biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, b'mod partikolari fil-każ tar-regoli finanzjarji orizzontali u settorjali, u biex jitneħħew l-ostakli għas-soċjetà ċivili biex jaċċessaw il-fondi;

53.  Jinnota li t-tkabbir ekonomiku fl-UE u ż-żona tal-euro għadu modest; jenfasizza li hemm bżonn ta' investiment fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni; jinnota li l-baġit tal-UE għall-2017 jalloka EUR 21 312,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi, permezz ta' programmi bħal Orizzont 2020, COSME u Erasmus+;

54.  Jenfasizza li l-fondi u l-programmi Ewropej bħal Erasmus għall-Imprendituri, is-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES), il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME), il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), jinkludu l-potenzjal li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament u jagħtu spinta lill-investiment u, għalhekk, lill-intraprenditorija; ifakkar fl-importanza tal-prinċipju ta' sħubija, tal-prinċipju ta' addizzjonalità, tal-approċċ minn isfel għal fuq u tal-allokazzjoni adegwata tar-riżorsi, kif ukoll ta' bilanċ tajjeb bejn id-dmirijiet ta' rapportar u l-ġbir ta' data minn dawk li jibbenefikaw mill-fondi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-monitoraġġ mill-qrib tal-użu tal-fondi tal-UE biex ittejjeb l-effikaċja; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi CSRs dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE, sabiex iżżid il-kopertura u l-effikaċja tal-politiki soċjali u tas-suq tax-xogħol attiv fil-livell nazzjonali;

55.  Jilqa' l-allokazzjoni fl-2017 ta' EUR 500 miljun addizzjonali minbarra l-abbozz ta' baġit għall-YEI u ta' EUR 200 miljun biex tingħata spinta lil inizjattivi fundamentali għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi; ifakkar fil-ħtieġa li jsir użu aħjar mill-fondi u l-inizjattivi disponibbli relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura, l-isport u ż-żgħażagħ, u li jittejjeb l-investiment tagħhom f'dawn is-setturi fejn meħtieġ, speċjalment fir-rigward ta' oqsma tematiċi b'rilevanza diretta mal-Istrateġija Ewropa 2020, bħat-tluq bikri mill-iskola (ESL), l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (VET), it-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità, bl-għan li tinbena r-reżiljenza u jitnaqqas il-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ u l-gruppi l-aktar vulnerabbli, issir prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tiġi żgurata inklużjoni soċjali fit-tul;

56.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex testendi l-FEIS u tirdoppja l-ammont tiegħu biex jilħaq EUR 630 biljun sal-2022, filwaqt li fl-istess ħin ittejjeb il-kopertura ġeografika u settorjali; jinnota li sal-lum il-FEIS ma tantx għamel suċċess b'mod partikolari fit-titjib tal-konverġenza ekonomika u soċjali bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni, u lanqas fl-indirizzar tal-infrastruttura soċjali; ifakkar li l-biċċa l-kbira tal-proġetti qed jiġu approvati fir-reġjuni li huma ekonomikament aktar b'saħħithom tal-Punent tal-Ewropa, u dan iwessa' d-diskrepanza fl-investiment bejn l-Istati Membri u jirrinforza l-iżbilanċi Ewropej; jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lir-reġjuni aktar dgħajfa bil-proċess tal-applikazzjoni, iżda biex ma timmodifikax il-premessa bażika li l-proġetti jintgħażlu biss abbażi tal-kwalità tagħhom; jistieden b'mod urġenti lill-Kummissjoni tappoġġja lill-intrapriżi soċjali u lill-SMEs biex ikunu jistgħu jaċċessaw il-FEIS; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment jieħdu passi addizzjonali u proattivi biex jiżguraw li l-Istati Membri u s-setturi kollha qed jiġu indirizzati b'mod xieraq fid-dawl tal-aċċess għall-FEIS, b'mod partikolari dawk li jikkontribwixxu b'mod dirett għall-indirizzar tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi bħaċ-Ċentru ta' Konsulenza; jiddispjaċih li ma hemmx dejta disponibbli dwar l-impjiegi li huma mistennija li jinħolqu b'riżultat tal-investimenti tal-FEIS; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tikkontrolla l-investimenti fl-ambitu tal-FEIS u tkejjel l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom, u tiżgura li l-FEIS ma jidduplikax il-programmi finanzjarji eżistenti jew jissostitwixxi l-infiq pubbliku dirett; itenni t-talba tiegħu biex isir investiment fil-kapital uman u soċjali f'oqsma bħall-kura tas-saħħa, l-indukrar tat-tfal u l-akkomodazzjoni bi prezzijiet raġonevoli;

57.  Jindika li r-reġjuni ultraperiferiċi qed jiffaċċjaw sensiela ta' restrizzjonijiet strutturali, li l-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tagħti spinta lill-applikazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE;

58.  Jenfasizza li l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri juru impenn aktar b'saħħtu biex jiġi applikat l-Artikolu 174 tat-TFUE; jenfasizza li aktar koeżjoni territorjali timplika aktar koeżjoni ekonomika u soċjali, u għalhekk jitlob li jkun hemm investiment strateġiku fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari fil-broadband, bl-għan li jsiru aktar kompetittivi, tittejjeb l-industrija u l-istruttura territorjali tagħhom u, fl-aħħar mill-aħħar, tiġi stabbilizzata l-popolazzjoni tagħhom;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu l-livelli kollha ta' gvern u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-identifikazzjoni tal-ostakli għall-investiment, filwaqt li jiffokaw kemm fuq dawk ir-reġjuni u s-setturi l-iktar fil-bżonn kif ukoll fuq id-disponibbiltà ta' strumenti adegwati li jlaqqgħu flimkien il-finanzjament pubbliku u dak privat;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi politiki mfassla biex jiġġieldu kontra t-tnaqqis demografiku u t-tixrid tal-popolazzjoni; jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni tal-UE għandha tipprijoritizza l-attenzjoni għal reġjuni li jbatu minn tnaqqis demografiku;

61.  Jenfasizza li l-aċċess universali għal pensjonijiet tal-irtirar u tax-xjuħija pubbliċi, ibbażati fuq is-solidarjetà u adegwati jridu jingħataw lil kulħadd; jirrikonoxxi l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri biex isaħħu s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet, iżda jenfasizza l-importanza li tiġi mħarsa s-solidarjetà fis-sistemi tal-pensjonijiet billi tissaħħaħ in-naħa tad-dħul mingħajr ma neċessarjament tiżdied l-età tal-irtirar; jissottolinja l-importanza ta' sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi u okkupazzjonali li jipprovdu dħul tal-irtirar adegwat ferm 'il fuq mil-limitu tal-faqar u jippermettu lill-pensjonanti jżommu l-livell ta' għajxien tagħhom; jemmen li l-aħjar mod biex jiġu żgurati pensjonijiet sostenibbli, sikuri u adegwati għan-nisa u l-irġiel huwa li jiżdiedu kemm ir-rata ġenerali tal-impjiegi kif ukoll l-impjiegi ta' kwalità għall-etajiet kollha, jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg u li jiġi impenjat l-infiq pubbliku supplimentari meħtieġ; jemmen li r-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom jiffokaw, fost affarijiet oħra, fuq l-età effettiva tal-irtirar u jirriflettu x-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rati tat-twelid, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon ta' dipendenza fuq l-ekonomija; iqis li dawn ir-riformi jridu jqisu wkoll is-sitwazzjoni ta' miljuni ta' ħaddiema fl-Ewropa, b'mod partikolari n-nisa, iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu għal rashom, li jsofru minn perjodi ta' qgħad involontarju, ħin tax-xogħol imnaqqas u impjiegi mhux sikuri u atipiċi;

62.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri, fid-dawl tat-tixjiħ taċ-ċittadini Ewropej u tal-impatt tiegħu f'termini taż-żieda fil-ħtiġijiet ta' kura informali u formali, għall-ħtieġa li jinvestu fil-promozzjoni tas-saħħa pubblika u l-prevenzjoni tal-mard filwaqt li jiżguraw u jtejbu s-sostenibbiltà, is-sikurezza, l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u l-provvista ta' servizzi soċjali ta' kwalità fit-tul matul id-deċennji li ġejjin; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, għalhekk, biex jiżviluppaw strateġiji biex jiżguraw il-finanzjament, il-persunal u l-iżvilupp adegwat għal dawn is-sistemi u s-servizzi u biex jestendu l-kopertura tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għall-benefiċċju tas-soċjetà u tal-individwu; b'mod partikolari, iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex:

   jinkoraġġixxu rati ogħla ta' impjieg għall-etajiet kollha;
   jaħdmu biex inaqqsu s-segregazzjoni bejn is-sessi u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;
   jadattaw is-swieq tax-xogħol għall-ħaddiema akbar fl-età permezz ta' kundizzjonijiet tax-xogħol adattati għall-età biex ikunu jistgħu jaħdmu sal-età statutorja tal-irtirar;
   jiġġieldu kontra sterjotipi tal-età fis-swieq tax-xogħol;
   jiżguraw ċiklu tal-ħajja u approċċ preventiv għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;
   jiffokaw fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal persuni b'responsabbiltajiet ta' kura permezz ta' skemi xierqa ta' kura u ta' leave u billi jiġu appoġġjati dawk li jipprovdu l-kura b'mod informali;
   jappoġġjaw u jinfurmaw lill-impjegaturi, b'mod speċjali lill-SMEs, dwar kif l-ambjenti tax-xogħol jistgħu jittejbu biex ħaddiema ta' kull età jkunu jistgħu jibqgħu produttivi;
   jappoġġjaw is-servizzi pubbliċi tal-impjieg biex ikunu jistgħu jipprovdu assistenza sinifikanti lil dawk li jfittxu x-xogħol li huma akbar fl-età;
   jinvestu fit-taħriġ tul il-ħajja, u jippromwovuh, għall-ħaddiema ta' kull età, kemm fil-post tax-xogħol kif ukoll barra l-post tax-xogħol, u jiżviluppaw sistemi għall-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet;
   jgħinu lill-ħaddiema akbar fl-età jibqgħu attivi aktar fit-tul u jippreparaw għall-irtirar permezz ta' kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli mmexxija mill-impjegati li jippermettulhom li jnaqqsu l-ħin tax-xogħol tagħhom matul it-tranżizzjoni bejn ix-xogħol u l-irtirar;

63.  Jissottolinja l-ħtieġa għall-Kummissjoni li timmonitorja żviluppi fil-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar u l-esklużjoni tal-akkomodazzjoni, flimkien mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tad-djar fl-Istati Membri; jappella għal azzjoni urġenti biex jiġu indirizzati livelli li qed jiżdiedu tal-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar u l-esklużjoni tal-akkomodazzjoni f'ħafna Stati Membri; huwa mħasseb dwar il-konsegwenzi soċjali potenzjali tal-volum kbir ta' self improduttiv fuq karti bilanċjali tal-banek, u b'mod speċjali dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li għandu jitħeġġeġ il-bejgħ lil istituzzjonijiet speċjalizzati mhux bankarji, li jista' jwassal għal għadd kbir ta' żgumbramenti; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-BEI jagħmlu użu mill-FEIS għall-infrastruttura soċjali, inkluża l-implimentazzjoni tad-dritt għal akkomodazzjoni adegwata u bi prezz raġonevoli għal kulħadd;

64.  Jinnota bi tħassib li f'xi Stati Membri l-pagi mhumiex biżżejjed biex tkun żgurata ħajja deċenti, u b'hekk il-ħaddiema qed jiġu trasformati f'"ħaddiema foqra" u l-persuni qiegħda qed jiġu skoraġġiti milli jirritornaw fis-suq tax-xogħol; f'dan ir-rigward, jappoġġja t-tisħiħ tan-negozjar kollettiv;

65.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri meħtieġa għall-inklużjoni soċjali tar-rifuġjati kif ukoll tal-persuni ta' minoranza etnika jew ta' oriġini immigranti;

66.  Jilqa' l-fatt li fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017, saret enfasi fuq il-ħtieġa li jiġu promossi r-riformi tat-taxxa u r-riformi tal-benefiċċji li l-għan tagħhom huwa li jtejbu l-inċentivi tax-xogħol u jagħmlu li x-xogħol irendi, billi s-sistemi tat-taxxa jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fid-dħul u l-faqar, kif ukoll għal żieda fil-kompetittività fuq livell globali; jistieden lill-Istati Membri jaqilbu b'mod gradwali t-taxxi mix-xogħol għal sorsi oħra;

67.  Jappella għal riformi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u fit-tul biex jiffokaw fuq l-iżvilupp tal-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, iż-żamma ta' servizzi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità u aċċessibbli b'mod universali, u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex ineħħu l-ostakli għall-mobilità tas-suq tax-xogħol, filwaqt li jiżguraw li ħaddiema mobbli tal-UE jiġu trattati bl-istess mod bħalma jiġu trattati l-ħaddiema mhux mobbli;

69.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kopertura, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-politiki tas-suq tax-xogħol attivi u sostenibbli, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali; jilqa' l-appell li sar fis-SAT 2017 għal aktar sforzi biex jiġu żviluppati miżuri bl-għan li jappoġġjaw l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol għal gruppi żvantaġġati, b'mod partikolari l-persuni b'diżabilità, fid-dawl tal-impatt ekonomiku u soċjali pożittiv fit-tul;

70.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu standards soċjali ambizzjużi bbażati fuq is-CSRs tagħhom stess, skont il-kompetenza nazzjonali u tas-sitwazzjoni finanzjarja u fiskali tagħhom, speċjalment bl-introduzzjoni ta' skemi ta' introjtu minimu adegwat għaċ-ċiklu kollu tal-ħajja, fejn tali skemi ma jeżistux, u billi jingħalqu d-diskrepanzi fl-iskemi ta' introjtu minimu adegwat maħluqa minn kopertura insuffiċjenti jew nuqqas ta' użu;

71.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni fir-rigward tal-varar ta' konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif ta' pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali; iqis li din l-inizjattiva għandha tkun tista' tistimola l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi iktar flessibbli, azzjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja u appoġġ attiv għal impjiegi ta' kwalità;

72.  Itenni t-talba li saret lill-Kummissjoni fl-aħħar opinjoni mħejjija mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji biex tikkunsidra l-introduzzjoni ta' proċedura għall-iżbilanċi soċjali fit-tfassil tas-CSRs, sabiex tiġi evitata tellieqa sal-qiegħ, f'termini ta' standards ibbażati fuq l-użu effikaċi ta' indikaturi soċjali u tal-impjieg fil-qafas tas-sorveljanza makroekonomika;

73.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu enfasi akbar fuq il-ksur taċ-ċiklu tal-faqar u l-promozzjoni tal-ugwaljanza; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet aktar b'saħħithom lill-Istati Membri rigward l-inkużjoni u l-protezzjoni soċjali, filwaqt illi tħares ukoll lil hinn mill-forza tax-xogħol, u b'mod partikolari fuq l-investiment fit-tfal;

74.  Jilqa' l-involviment, fil-proċess tas-Semestru Ewropew, tas-sħab soċjali, il-parlamenti nazzjonali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra mis-soċjetà ċivili; itenni li d-djalogu soċjali u d-djalogu mas-soċjetà ċivili huma fundamentali biex tinkiseb bidla sostnuta għall-benefiċċju ta' kulħadd, u huma essenzjali għat-tisħiħ tal-effikaċja u l-adegwatezza tal-politiki Ewropej u nazzjonali, u għalhekk iridu jseħħu fil-fażijiet kollha tas-Semestru; jenfasizza l-ħtieġa li l-involviment isir aktar effikaċi billi jiġu żgurati timing utli, l-aċċess għad-dokumenti kollha u djalogu ma' interlokuturi fil-livell xieraq;

75.  Ifakkar fid-diversi talbiet għal aġenda li fiha l-pożizzjoni tal-Parlament tissaħħaħ u titqies qabel ma l-Kunsill jieħu deċiżjoni; jitlob, barra minn hekk, li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jitqiegħed fuq l-istess livell, meta jitqiesu l-kompetenzi speċifiċi tagħhom, mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, kull meta l-Parlament Ewropew jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu fid-diversi stadji tas-Semestru Ewropew;

76.  Iqis li għandha titlaqqa' konvenzjoni soċjali tal-UE li fiha rappreżentanti tas-sħab soċjali, tal-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali u tal-istituzzjonijiet tal-UE jiddiskutu l-ġejjieni u l-istruttura tal-mudell soċjali Ewropew, b'parteċipazzjoni pubblika;

77.  Jitlob, għal darb'oħra, li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kunsill EPSCO fis-Semestru Ewropew;

78.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0355.
(2) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57.
(3) ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0416.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0297.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0059.
(7) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 83.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0033.
(9) Testi adottati, P8_TA(2015)0401.
(10) Testi adottati, P8_TA(2015)0384.
(11) Testi adottati, P8_TA(2015)0389.
(12) Testi adottati, P8_TA(2015)0321.
(13) Testi adottati, P8_TA(2015)0320.
(14) ĠU C 289, 9.8.2016, p. 19.
(15) ĠU C 224, 21.6.2016, p. 19.
(16) Testi adottati, P7_TA(2014)0394.
(17) ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 16.
(18) http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_03/SR15_03_MT.pdf
(19) http://www.eurofound.europa.eu/european-working-conditions-surveys-ewcs
(20) https://www.eurofound.europa.eu/mt/young-people-and-neets-1
(21) Ara r-rapport Eurofound dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ.
(22) Rapport konġunt dwar l-impjiegi 2016, p. 2.
(23) Rapport OECD: "In it together: why less inequality benefits all", 2015.
(24) Rapport tal-IMF: "Causes and consequences of income inequality", Ġunju 2015.


Governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2017
PDF 374kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2017 (2016/2248(INI))
P8_TA(2017)0040A8-0016/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2016(1), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fis-27 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2015(2), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-3 ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2014(3), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-28 ta' Mejju 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-Suq Uniku(4), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-8 ta' Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar ostakli nontariffarji fis-Suq Uniku(6),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 – Tisħiħ tal-irkupru u trawwim tal-konverġenza (COM(2015)0690),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 (COM(2016)0725),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji" (COM(2015)0550) u r-rapport bit-titolu "Single Market Integration and Competitiveness in the EU and its Member States" (SWD(2015)0203),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2012 bit-titolu "Governanza Aqwa tas-Suq Uniku" (COM(2012)0259),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2012 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi (COM(2012)0261), kif aġġornata f'Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu "The Cost of Non-Europe in the Single Market" (Il-Kost tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku) li ġie kkommissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar Passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu "Indicators for Measuring the Performance of the Single Market– Building the Single Market Pillar of the European Semester" (L-indikaturi biex jitkejjel ir-rendiment tas-Suq Uniku – Nibnu l-Pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew) li ġie kkommissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu "Contribution of the Internal Market and Consumer Protection to Growth" (Il-Kontribut tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur għat-Tkabbir) li ġie kkommissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

–  wara li kkunsidra l-edizzjoni online ta' Lulju 2016 tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17-18 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0016/2017),

A.  billi l-kisba ta' suq uniku aktar approfondit u ġust ser tkun strumentali fil-ħolqien ta' impjiegi ġodda, fil-promozzjoni tal-produttività u fl-iżgurar ta' klima attraenti għall-investiment u l-innovazzjoni kif ukoll ta' ambjent li jaġevola lill-konsumatur;

B.  billi dan jeħtieġ fokus imġedded fl-Ewropa kollha, inkluż it-tlestija fil-ħin u l-implimentazzjoni ta' strateġiji differenti tas-suq uniku, b'mod partikolari l-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali;

C.  billi dan il-fokus imġedded irid jinkludi wkoll l-implikazzjonijiet tal-Brexit, fost l-oħrajn għall-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi, id-dritt ta' stabbiliment, l-unjoni doganali u l-acquis tas-suq intern b'mod ġenerali;

D.  billi, wara l-kriżi ekonomika li bdiet fl-2008, l-UE għadha qed ikollha tiffaċċja perjodu ta' staġnar u rkupru ekonomiku batut, rati għoljin ta' qgħad u vulnerabbiltajiet soċjali; billi, fuq nota aktar pożittiva, il-motto tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) għall-2016 kien it-"tisħiħ tal-irkupru u t-trawwim tal-konverġenza";

E.  billi s-SAT għall-2017 ifakkar il-ħtieġa li jinkiseb irkupru ekonomiku inklużiv li jikkunsidra d-dimensjoni soċjali tas-suq uniku, u billi s-SAT għall-2017 jenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-Ewropa tinvesti sewwa fiż-żgħażagħ tagħha u f'dawk li qed ifittxu xogħol, kif ukoll fin-negozji ġodda u fl-SMEs;

F.  billi, minkejja l-irkupru ekonomiku, f'ħafna partijiet tal-Ewropa l-qgħad għadu għoli wisq, u billi l-perjodu mtawwal ta' rata għolja ta' qgħad qed ikollu effett negattiv fuq is-soċjetajiet f'ħafna Stati Membri;

G.  billi s-Semestru Ewropew għandu l-għan li jżid il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u fiskali mal-UE sabiex iżid l-istabilità, irawwem it-tkabbir u l-impjiegi u jsaħħaħ il-kompetittività, f'konformità mal-objettivi ta' ġustizzja soċjali u l-protezzjoni ta' dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà; billi din il-mira ma ntlaħqitx;

H.  billi s-suq uniku huwa wieħed mill-pedamenti tal-UE u huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tagħha; billi s-Semestru Ewropew, biex tassew irawwem it-tkabbir ekonomiku u jistabbilizza l-ekonomiji, jeħtieġ jinkludi wkoll is-suq uniku u l-politiki mmirati għall-ikkompletar tiegħu;

It-tisħiħ tal-pilastru tas-suq uniku tas-Semestru Ewropew

1.  Itenni li s-suq uniku huwa wieħed mill-pedamenti tal-UE u huwa s-sinsla tal-ekonomiji tal-Istati Membri u tal-proġett Ewropew b'mod ġenerali; jinnota li s-suq uniku għadu frammentat u mhux implimentat biżżejjed u li għandu potenzjal kbir ta' tkabbir, innovazzjoni u impjiegi; jenfasizza li sabiex l-UE jirnexxielha ssaħħaħ l-irkupru tagħha, trawwem konverġenza u tappoġġja l-investimenti kemm f'dawk li qed ifittxu x-xogħol u ż-żgħażagħ tagħha, kif ukoll fin-negozji l-ġodda u l-SMEs tagħha, is-suq uniku għandu rwol essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-ikkompletar tad-dimensjonijiet kollha tas-suq uniku, fosthom il-prodotti, is-servizzi, il-kapital, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport, u b'mod partikolari s-settur diġitali;

2.  Itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta' pilastru sod tas-suq uniku b'dimensjoni soċjali fis-Semestru Ewropew, b'sistema ta' monitoraġġ regolari u identifikazzjoni tal-ostakli speċifiċi għall-pajjiżi fir-rigward tas-suq uniku, li dan l-aħħar kellhom it-tendenza li jiddaħħlu b'impatt, frekwenza u kamp ta' applikazzjoni ikbar fl-Istati Membri; jitlob li ssir evalwazzjoni fil-fond tal-integrazzjoni tas-suq uniku kif ukoll tal-kompetittività interna; jinsisti li l-evalwazzjoni tal-istat tal-integrazzjoni tas-suq uniku għandha ssir parti integrali mill-qafas tal-governanza ekonomika;

3.  Ifakkar li s-Semestru Ewropew ġie introdott fl-2010 bil-għan li jiżgura li l-Istati Membri jiddiskutu l-pjanijiet baġitarji u ekonomiċi tagħhom mas-sħab tagħhom tal-UE fi żminijiet speċifiċi matul is-sena, li jippermettilhom li jikkummentaw dwar il-pjanijiet ta' xulxin u jissorveljaw il-progress b'mod kollettiv; jenfasizza l-importanza li jinżamm fokus fuq il-prestazzjoni soċjali kif ukoll fuq il-promozzjoni ta' konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq;

4.  Jenfasizza li l-pilastru tas-suq uniku fis-Semestru Ewropew għandu jservi biex jidentifika l-oqsma ewlenin fir-rigward tad-dimensjonijiet kollha tas-suq uniku, għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza, barra minn hekk, li dan għandu jservi wkoll bħala punt ta' riferiment għall-impenn ta' riforma strutturali fl-Istati Membri;

5.  Jenfasizza li l-pilastru tas-suq uniku fis-Semestru Ewropew jippermetti evalwazzjoni regolari tal-governanza tas-suq unika permezz ta' kontrolli sistematiċi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u għodod analitiċi tad-data għall-identifikazzjoni ta' nonkonformità, it-titjib tal-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku, li jagħtu lill-istituzzjoniet l-informazzjoni meħtieġa biex ifasslu mill-ġdid, jimplimentaw, japplikaw u jinfurzaw il-qafas regolatorju tas-suq uniku, biex b'hekk iwasslu riżultati konkreti liċ-ċittadini;

6.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u tal-bidla teknoloġika jitqassmu b'mod ġust fost gruppi differenti tas-soċjetà, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ; jitlob li titqajjem kuxjenza fil-livelli kollha dwar l-impatt tal-politiki u r-riformi fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu u fuq l-iżgurar tal-ugwaljanza, tal-ġustizzja u tal-inklużjoni;

7.  Jemmen li, fir-rigward tal-miżuri nazzjonali jew l-implimentazzjoni, intervent bikri jista' jkun aktar effikaċi u bih jistgħu jinkisbu riżultati aħjar milli permezz ta' proċeduri ta' ksur; jenfasizza, madankollu, li jekk il-proċeduri ta' intervent bikri ma jagħtux riżultati, il-Kummissjoni trid tuża l-miżuri kollha disponibbli, inklużi proċeduri ta' ksur, biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku;

8.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu kont sħiħ tal-oqsma ewlenin tat-tkabbir u tal-ħolqien ta' impjiegi għall-bini ta' suq uniku tal-UE adatt għas-seklu 21, kif ġie identifikat preċedentement mill-Kummissjoni u speċifikat b'mod ulterjuri fl-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu "The Cost of Non-Europe in the Single Market" (Il-Kost tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku) u inklużi s-servizzi, is-Suq Uniku Diġitali u, b'mod partikolari, il-kummerċ elettroniku, l-acquis tal-konsumaturi, l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, u l-moviment liberu ta' prodotti;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ sistematiku tal-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli tas-suq uniku permezz tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, b'mod partikolari f'dawk il-każijiet fejn dawn ir-regoli jagħtu kontribut għar-riformi strutturali, u f'dan il-kuntest ifakkar fl-importanza tal-approċċ il-ġdid li ħadet il-Kummissjoni, li jenfasizza l-ġustizzja soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar il-progess li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-funzjonament tas-suq uniku u l-integrazzjoni tas-swieq tal-prodotti, l-merkanzija u s-servizzi, bħala parti mill-pakkett tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;

10.  Ifakkar li l-implimentazzjoni globali tar-riformi ewlenin deskritti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għadha diżappuntanti f'ċerti oqsma u tvarja minn pajjiż għall-ieħor; jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-progress fir-rigward tal-adozzjoni tar-riformi b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, flimkien ma' sekwenzar u implimentazzjoni xierqa, sabiex iżidu l-potenzjal tat-tkabbir u jrawmu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

11.  Jemmen li hemm bżonn li s-sens ta' pussess tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mill-parlamenti nazzjonali jissaħħaħ; iħeġġeġ l-Istati Membri jipprovdu l-possibilità lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-parlamenti nazzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi; itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u l-progress li nkiseb s'issa;

12.  Jistieden lill-Kunsill tal-Kompetittività jieħu rwol attiv fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mill-Istati Membri kif ukoll fil-proċess ta' formulazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

13.  Jenfasizza li fost il-miri tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa hemm it-tneħħija tal-ostakoli bla bżonn, iż-żieda tal-innovazzjoni u l-approfondiment tas-suq uniku, u fl-istess ħin il-promozzjoni tal-investimenti fil-kapital uman u fl-infrastruttura soċjali;

14.  Jenfasizza li t-titjib tal-ambjent tal-investiment ifisser it-tisħiħ tas-suq uniku billi tkun ipprovduta aktar prevedibilità regolatorja u billi jissaħħu l-kundizzjonijiet ekwi fl-UE u jitneħħew l-ostakoli bla bżonn għall-investiment kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-UE; ifakkar li investimenti sostenibbli jirrikjedu ambjent tan-negozju sod u prevedibbli; jinnota li diversi aspetti ta' ħidma tnedew fil-livell tal-UE, kif stipulat fl-Istrateġija tas-Suq Uniku, l-Unjoni tal-Enerġija u s-Suq Uniku Diġitali, u jqis li dan l-isforz tal-UE jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn sforz fuq livell nazzjonali;

15.  Ifakkar li s-sett il-ġdid ta' rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro jinkludi riformi mmirati biex jiżguraw swieq miftuħa u kompetittivi tal-prodotti u s-servizzi; ifakkar ukoll li l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni nazzjonali u lil hinn mill-fruntiera huma ta' importanza ewlenija għal suq uniku li jiffunzjona u jemmen li l-leġiżlazzjoni Ewropea għandha tirsisti biex tiżgura dan;

16.  Jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex jirdoppjaw l-isforzi tagħhom fir-rigward tat-tliet elementi tat-trijangolu tal-politika ekonomika, u dan filwaqt li jiffukaw fuq il-ġustizzja soċjali sabiex joħolqu tkabbir aktar inklużiv;

17.  Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-isforzi ta' konverġenza kompatibbli mas-suq uniku għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar prattiki b'rabta mal-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja, politiki effettivi biex jgħinu lil dawk bla xogħol jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, u sistemi ta' protezzjoni soċjali u tal-edukazzjoni li jkunu moderni u inklużivi;

L-isfruttament tal-potenzjal tas-suq uniku fl-oqsma prinċipali ta' tkabbir

18.  Jenfasizza li, minkejja t-tneħħija tal-ostakli tariffarji fis-suq uniku, għad jeżisti għadd kbir ta' ostakli nontariffarji (ONT) varji bla bżonn; jenfasizza li t-tisħiħ tas-suq uniku jeħtieġ azzjoni urġenti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali sabiex jiġu indirizzati dawk l-ONT bla bżonn b'mod li jkun kompatibbli mal-promozzjoni ta' standards soċjali, ambjentali u tal-konsumatur, sabiex tiġi ġġenerata aktar kompetizzjoni u jinħolqu tkabbir u impjiegi; jenfasizza li l-protezzjoniżmu u l-miżuri diskriminatorji mill-Istati Membri m'għandhomx jiġu ttollerati; ifakkar tit-talba tiegħu li l-Kummissjoni fl-2016 tippreżenta ħarsa ġenerali komprensiva tal-ONT fis-suq uniku u analiżi tal-mezzi għall-indirizzar tagħhom, billi toħloq distinzjoni ċara bejn ONT u regolamenti għall-implimentazzjoni ta' objettiv leġittimu ta' politika pubblika ta' Stat Membru b'mod proporzjonat, inkluża proposta ambizzjuża biex telimina dawn l-ONT kemm jista' jkun malajr sabiex jiġi użat il-potenzjal li għadu mhux sfruttat tas-suq uniku;

19.  Jenfasizza li l-ostakli relatati mal-provvista ħielsa tas-servizzi huma ta' tħassib partikolari peress li dawn ifixklu, fuq kollox, l-attività transfruntiera tal-intrapriżi żgħar u medji li huma l-mutur tal-iżvilupp tal-ekonomija tal-UE; jirrimarka li rekwiżiti, spezzjonijiet u sanzjonijiet amministrattivi sproporzjonati jistgħu jwasslu għal treġġigħ lura tal-kisbiet tas-suq uniku;

20.  Jenfasizza l-Istrateġija tas-Suq Uniku u l-azzjonijiet fil-mira tagħha, li għandhom ikunu mmirati biex joħolqu opportunitajiet għall-konsumaturi, il-professjonisti u l-intrapriżi, speċjalmenmt għall-SMEs, iħeġġu u jippermettu l-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni li teħtieġ l-Ewropa, u jiżguraw li jitwettqu b'mod konkret għall-ġid tal-konsumaturi u tan-negozji fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex l-ekonomija kollaborattiva tiżviluppa u tirnexxi; jenfasizza li l-ekonomija kollaborattiva għandha potenzjal enormi f'termini ta' tkabbir u għażla tal-konsumatur;

21.  Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu riformi u politiki biex jiffaċilitaw it-tixrid ta' teknoloġiji ġodda sabiex jiżguraw li l-benefiċċji tagħhom ikunu jistgħu jgawdu minnhom firxa usa' ta' impriżi; jistieden lill-Kumissjoni tippreżenta minnufih il-proposti konkreti, imsemmija fis-SAT għall-2017, marbuta mal-infurzar tar-regoli tas-suq uniku kif ukoll miżuri fil-qasam tas-servizzi tan-negozju, inklużi l-iffaċilitar tal-forniment transfruntier tagħhom u l-ħolqien ta' sistema tal-VAT sempliċi, moderna u reżistenti għall-frodi;

22.  Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni fis-SAT għall-2017, dwar il-ħidma li għaddejja fuq qafas ta' awtorizzazzjoni uniku tal-UE li jkun japplika direttament għal proġetti kbar b'dimensjoni transfruntiera jew għal pjattaformi ta' investiment kbar li jinvolvu kofinanzjament nazzjonali;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku jiġu implimentati f'waqthom, b'mod partikolari fir-rigward tat-tnedija tal-akkwist elettroniku u d-dispożizzjonijiet il-ġodda li jinkoraġġixxu t-tqassim ta' kuntratti f'lottijiet, li huwa essenzjali sabiex jitrawmu l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni u jingħata appoġġ lill-SMEs fis-swieq tal-akkwist;

24.  Jenfasizza, fir-rigward tas-suq uniku għas-servizzi, li hemm ħtieġa ċara li jitjieb l-għoti ta' servizzi transfruntiera, filwaqt li tinżamm il-kwalità għolja ta' dawn is-servizzi; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal karta ta' servizzi Ewropea u għal formola ta' notifika armonizzata; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tirrevedi l-iżviluppi tas-suq u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni b'rabta mar-rekwiżiti tal-assigurazzjoni għan-negozju u l-fornituri tas-servizzi tal-bini;

25.   Jinnota li aktar minn 5 500 professjoni fl-Ewropa jeħtieġu kwalifiki speċifiċi jew titlu speċifiku, u jilqa', f'dan il-kuntest, l-evalwazzjoni reċiproka tal-professjonijiet regolati mwettqa mill-Kummissjoni mal-Istati Membri;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b'mod qawwi kontra l-protezzjoniżmu mill-Istati Membri; iqis li l-Istati Membri għandhom iżommu lura minn miżuri diskriminatorji, bħal liġijiet tal-kummerċ u tat-taxxa li jaffettwaw biss ċerti setturi jew mudelli ta' negozji u li jgħawġu l-kompetizzjoni, filwaqt li jagħmluha diffiċli li n-negozji barranin jistabbilixxu lilhom infushom fi Stat Membru partikolari, ħaġa li tikkostitwixxi ksur ċar tal-prinċipji tas-suq intern;

27.  Jantiċipa, f'dak li għandu x'jaqsam mas-suq uniku fil-prodotti, proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tar-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku li għandu jiżgura li l-kumpaniji jkollhom dritt effettiv għal ċirkolazzjoni libera fl-UE ta' prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru; jenfasizza li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku mhuwiex applikat u rrispettat kif xieraq mill-Istati Membri, u li dan spiss iwassal biex il-kumpaniji jiffukaw fuq li jegħlbu d-diffikultajiet marbuta man-nuqqas ta' implimentazzjoni minflok fuq it-twettiq tan-negozju;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq il-viżjoni tagħha għal Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni unika u koerenti li tadatta għall-ambjent li qed jinbidel, tappoġġja politiki multipli u ġġib magħha benefiċċji għall-konsumaturi u n-negozji; jenfasizza li l-istandards Ewropej ta' spiss jiġu adottati fid-dinja kollha, u mhux biss jipprovdu l-benefiċċji ta' interoperabilità u sikurezza, it-tnaqqis tal-ispejjeż u integrazzjoni eħfef tal-kumpaniji fil-katina tal-valur u l-kummerċ, iżda wkoll jagħtu s-setgħa lill-industrija permezz tal-internazzjonalizzazzjoni;

29.  Huwa tal-opinjoni li l-avvanz tas-suq uniku diġitali huwa kruċjali biex jiġi stimulat it-tkabbir, jinħolqu impjiegi ta' kwalità, tiġi promossa l-innovazzjoni meħtieġa fis-suq tal-UE, filwaqt li l-ekonomija Ewropea tinżamm kompetittiva fil-livell dinji u jinġiebu benefiċċji kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tas-suq uniku diġitali;

It-tisħiħ tal-governanza tas-suq uniku

30.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-governanza tas-suq uniku billi tiżviluppa sett ta' strumenti analitiċi inklużi indikaturi soċjali biex tkejjel b'mod aħjar il-prestazzjoni tiegħu fi ħdan il-qafas tal-pilastru tas-suq uniku tas-Semestru Ewropew; jemmen li tali strument analitiku jista' jipprovdi input utli għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, is-SAT, il-gwida tal-Kunsill Ewropew lill-Istati Membri, u l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali li għandhom l-għan li jimplimentaw linji gwida tas-suq uniku;

31.  Jitlob li jkun hemm infurzar tal-qafas għall-governanza tas-suq uniku u li jissaħħħu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u applikazzjoni korretti, fil-mument opportun u effettivi tar-regoli tas-suq uniku; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-prestazzjoni tagħhom fl-użu tal-għodod governattivi tas-Suq Uniku u jagħmlu użu aħjar tad-data tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku disponibbli għal kull Stat Membru kif ukoll l-evoluzzjoni tagħhom f'termini ta' prestazzjoni tal-politika;

32.  Għadu tal-opinjoni li jeħtieġ li tiġi definita sistema ta' kejl integrata, li tikkombina diversi metodoloġiji bħal indikaturi komposti, sett sistematiku ta' indikaturi u strumenti settorjali, sabiex titkejjel il-prestazzjoni tas-suq uniku bil-għan li tiddaħħal fis-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li tkejjel u tipprovdi inċentiv għall-approfondiment tas-suq uniku fl-oqsma prijoritarji ewlenin, biex tikkunsidra indikatur ewlieni u mira għal dan l-indikatur fir-rigward tal-integrazzjoni tas-suq uniku;

33.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex iddaħħal, meta jkun ġustifikat, miri kwantitattivi għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fil-livell Ewropew; jitlob li dawn il-miri kwantitattivi jiġu kkunsidrati fl-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi;

34.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom billi jipprovdu aktar servizzi diġitali li jkunu aċċessibbli aħjar għaċ-ċittadini u għan-negozji, u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera u l-interoperabilità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreċedi kull inizjattiva leġiżlattiva b'valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa li tqis il-konsegwenzi tal-att għall-ambjent tan-negozju fl-Istati Membri kollha u biex tivvaluta bir-reqqa l-bilanċ xieraq bejn l-ispejjeż u l-objettivi tal-proġett għall-UE fit-totalità tiegħu;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli b'mod rigoruż l-azzjonijiet tagħha fil-qasam ta' infurzar intelliġenti u kultura ta' konformità, sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni fejn mhux kull opportunità li joffri s-suq uniku fil-prinċipju hija realtà llum il-ġurnata għax il-liġi tal-UE għadha ma ġietx implimentata u infurzata għal kollox;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmu ta' sorveljanza tas-suq biex tidentifika prodotti li ma jkunux sikuri u konformi u tneħħihom mis-suq uniku; jitlob, għal darb'oħra, biex il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadotta minnufih il-Pakkett dwar is-Sikurezza tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq;

38.  Jilqa' u jantiċipa bil-ħerqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jinħoloq Portal Diġitali Uniku biex jiġu żviluppati u mtejba l-għodod u s-servizzi eżistenti, bħall-Punti ta' Kuntatt Uniku, il-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti, il-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott għall-Bini, il-portal l-Ewropa Tiegħek u SOLVIT, b'mod li jkun faċli biex jintuża għall-benefiċċju kemm taċ-ċittadini kif ukoll tan-negozji;

39.  Jirrikonoxxi r-rwol pożittiv tal-azzjonijiet ta' "EU Sweeps", varati mill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ l-infurzar permezz ta' azzjonijiet ta' kontroll ikkoordinati biex jiġi identifikat ksur tal-liġi tal-konsumatur fl-ambjent onlajn;

40.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u tal-inizjattiva REFIT li jiżguraw aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni attwali u futura filwaqt li tiġi ppreservata s-sovranità regolatorja u l-ħtieġa għal sigurtà u prevedibilità regolatorja;

41.  Jenfasizza l-importanza tal-għajnuna u l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-Istati Membri fil-qasam ta' traspożizzjoni, implimentazzjoni u applikazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal aktar azzjoni fuq livell nazzjonali, inkluż bil-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi evitat li jiżdiedu aktar rekwiżiti meta jkunu qed jittrasponu d-direttivi fil-liġi nazzjonali ("gold-plating"), bħalma huma l-ostakli tat-taxxa għall-investiment transfruntier;

42.  Jenfasizza li s-suq uniku għandu jkompli jaħdem għall-atturi kollha – iċ-ċittadini tal-UE u b'mod partikolari l-istudenti, il-professjonisti u l-imprendituri, speċjalment l-SMEs – fl-Istati Membri kollha, li għandhom jibqgħu fi djalogu permanenti u għandhom jimpenjaw ruħhom biex jivvalutaw x'jaħdem u x'ma jaħdimx, u b'liema mod il-politika tas-suq uniku għandha tiġi żviluppata fil-futur; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-Forum dwar is-Suq Uniku, organizzat kull sena mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mas-sħab lokali bħall-awtoritajiet nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali,il-kmamar tal-kummerċ u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0060.
(2) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 98.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0130.
(4) ĠU C 24, 22.1.2016, p. 75.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0237.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0236.


L-Unjoni Bankarja - Rapport Annwali 2016
PDF 447kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2016 (2016/2247(INI))
P8_TA(2017)0041A8-0019/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar Unjoni tas-Swieq Kapitali tat-30 ta' Settembru 2015 (COM(2015)0468),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar "Analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali"(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit taż-Żona tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2012, li fiha l-parteċipanti saħqu l-intenzjoni tagħhom "li (j)kissru ċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u l-gvernijiet"(2),

–  wara li kkunsidra l-ewwel EU Shadow Banking Monitor (eżerċizzju ta' monitoraġġ tal-ibbankjar parallel fl-UE) tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2016 tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) dwar l-Istabbiltà Finanzjarja fid-Dinja,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tat-testijiet tal-istress imwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u ppubblikati fid-29 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ dwar is-CRD IV – CRR / Basel III tal-ABE, ibbażat fuq id-data ta' Diċembru 2015, ippubblikati f'Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar pjan direzzjonali biex titlesta l-Unjoni Bankarja,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2015 bit-titolu "Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja" (COM(2015)0587),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu(3) (ir-Regolament dwar il-MSU),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati(4) (ir-Regolament Qafas dwar il-MSU),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-MSU dwar il-prijoritajiet superviżorji tiegħu għall-2016,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-BĊE, ippubblikat f'Marzu 2016, dwar l-attivitajiet superviżorji 2015(5),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 29/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku(6);

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-ABE ta' Lulju 2016 dwar id-dinamiċi u l-motivaturi ta' skoperturi improduttivi fis-settur bankarju tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku dwar it-trattament regolatorju ta' skoperturi sovrani ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-prinċipji li jżidu t-trasparenza fl-iżvilupp tar-regolamenti tal-BĊE dwar l-istatistika Ewropea u filwaqt li jitqiesu l-prattiki ta' trasparenza tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-konsultazzjoni li saret mill-BĊE dwar l-abbozz tagħha ta' gwida għall-banek ta' Settembru 2016 dwar is-self improduttiv,

–  wara li kkunsidra l-gwida tal-BĊE dwar l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni(7),

–  wara li kkunsidra d-diskussjonijiet li għaddejjin fil-Kumitat ta' Basel u b'mod partikolari d-dokument konsultattiv ta' Marzu 2016 bit-titolu "Reducing variation in credit risk-weighted assets – constraints on the use of internal model approaches" (It-tnaqqis tal-varjazzjoni fl-assi mwieżna għar-riskju tal-kreditu – restrizzjonijiet fuq l-użu ta' mudelli interni),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-ABE tat-3 ta' Awwissu 2016 dwar ir-rekwiżiti tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ skont l-Artikolu 511 tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRR) (EBA-Op-2016-13),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-12 ta' Lulju 2016 dwar il-finalizzazzjoni tar-riformi ta' Basel wara l-kriżi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-finalizzazzjoni ta' Basel III(9),

–  wara li kkunsidra l-ħidma li għaddejja mill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(10) (CRR), b'mod partikolari fir-rigward tar-rieżami tal-Pilastru 2 u t-trattament tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet fil-livell nazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) (BRRD),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(12) (ir-Regolament dwar l-SRM),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2015 tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-appoġġ ta' miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (il-Komunikazzjoni Bankarja)(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli(14),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 dwar valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 (COM(2016)0510,

–  wara li kkunsidra d-dokument dwar il-kundizzjonijiet (term sheet) tal-kapaċità totali ta' assorbiment tat-telf maħruġ mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) f'Novembru 2015,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) Nru 558 ta' April 2016 dwar "Why bank capital matters for monetary policy" (Għaliex il-kapital bankarju huwa importanti għall-politika monetarja),

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-ABE tad-19 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni u t-tfassil tal-qafas MREL,

–  wara li kkunsidra r-rapport analitiku supplimentari tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2016 dwar l-effetti tal-proposta għal Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS),

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-ABE tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni u t-tfassil tal-qafas MREL,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil tat-22 ta' Diċembru 2015 bejn il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti(15) (id-DGSD),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2015 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (COM(2015)0586),

–  wara li kkunsidra d-diversi linji gwida tal-ABE maħruġa fil-qafas tad-Direttiva dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, b'mod partikolari r-rapporti finali dwar il-linji gwida fir-rigward ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti ta' Frar 2016 u dwar il-linji gwida fir-rigward tat-testijiet tal-istress tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro u l-Ministri tal-ECOFIN tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar il-garanzija ta' kontinġenza tal-SRM,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar l-Unjoni Bankarja u l-arranġamenti ta' finanzjament tranżitorju għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0019/2017),

A.  billi t-twaqqif tal-Unjoni Bankarja (UB) huwa komponent indispensabbli ta' unjoni monetarja u sies fundamentali fil-bini ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) ġenwina; billi huma meħtieġa aktar sforzi peress li l-Unjoni Bankarja tibqa' mhux kompluta sakemm din ma jkollhiex garanzija ta' kontinġenza fiskali u tielet pilastru, billi dan huwa approċċ Ewropew għall-assigurazzjoni/riassigurazzjoni tad-depożiti, li bħalissa qed jiġi diskuss fil-livell tal-kumitat; billi Unjoni Bankarja kompluta se tkun kontribut importanti biex jitkisser in-nexus tar-riskju sovran;

B.  billi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista' f'okkażjonijiet speċifiċi jsofri minn kunflitt ta' interess minħabba r-responsabbiltà doppja tiegħu kemm bħala awtorità politika monetarja kif ukoll bħala superviżur bankarju;

C.  billi l-proporzjonijiet kapitali u tal-likwidità tal-banek fl-UE b'mod ġenerali tjiebu b'mod kostanti f'dawn l-aħħar snin; billi, madankollu, għad hemm riskji għall-istabbiltà finanzjarja; billi s-sitwazzjoni attwali titlob kawtela fl-introduzzjoni ta' bidliet regolatorji estensivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ambjent finanzjarju tal-ekonomija reali;

D.  billi tindif xieraq tal-karti bilanċjali tal-bank wara l-kriżi ġie mdewwem, u dan ikompli jxekkel it-tkabbir ekonomiku;

E.  billi mhuwiex ir-rwol tal-istituzzjonijiet Ewropej li jiżguraw il-profittabbiltà tas-settur bankarju;

F.  billi l-għan tar-reġim ta' riżoluzzjoni l-ġdid li daħal fis-seħħ f'Jannar 2016 huwa sabiex ikun hemm bidla paradigmatika minn salvataġġ finanzjarju għal rikapitalizzazzjoni interna; billi l-parteċipanti fis-suq għad jeħtiġilhom jadattaw ruħhom għas-sistema l-ġdida;

G.  billi l-parteċipazzjoni fl-Unjoni Bankarja hija miftuħa għall-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro;

H.  billi l-Istati Membri kollha li adottaw l-euro jiffurmaw l-Unjoni Bankarja; billi l-euro hija l-munita tal-Unjoni Ewropea; billi l-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' dawk li għandhom deroga, ħadu l-impenn li jissieħbu fl-euro u għalhekk li jissieħbu fl-Unjoni Bankarja;

I.  billi t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-konfront tal-Parlament Ewropew huma prinċipji ewlenin; billi dan jimplika segwitu xieraq tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament mill-Kummissjoni u valutazzjoni u monitoraġġ xieraq ta' dan is-segwitu mill-Parlament;

J.  billi x-xogħol tagħna fuq l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) ma għandux inaqqas il-pressjoni għat-tlestija tax-xogħol tagħna fuq l-Unjoni Bankarja, li tibqa' prerekwiżit għall-istabbiltà finanzjarja fil-pajsaġġ dipendenti fuq il-banek tal-Unjoni Ewropea;

K.  Billi data riċenti turi li l-valur stmat ta' kull self improduttiv fiż-żona tal-euro huwa ta' EUR 1 132 biljun(16);

Is-superviżjoni

1.  Jinsab imħasseb dwar il-livell għoli ta' self improduttiv, billi, skont id-data tal-BĊE, sa April 2016 il-banek fiż-żona tal-euro kellhom EUR 1 014 biljun f'self ta' dan it-tip; iqis li t-tnaqqis ta' dan il-livell huwa kruċjali; jilqa' l-isforzi li diġà qed isiru biex jitnaqqas il-livell ta' self improduttiv f'xi Stati Membri; jinnota, madankollu, li sa issa, il-kwistjoni kienet l-aktar indirizzata fil-livell nazzjonali; iqis li hemm bżonn li l-problema tiġi solvuta mill-aktar fis possibbli, iżda jirrikonoxxi li soluzzjoni definittiva se tieħu ż-żmien; iqis li kwalunkwe soluzzjoni ssuġġerita għandha tqis is-sors ta' self improduttiv, l-impatt fuq il-kapaċità tas-self tal-banek lill-ekonomija reali, u l-bżonn għall-iżvilupp ta' suq primarju u sekondarju ta' self improduttiv, possibbilment fil-forma ta' titolizzazzjoni sigura u trasparenti, li tinvolvi kemm il-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri, fost affarijiet oħra, fl-istabbiliment ta' kumpaniji speċifiċi ddedikati għall-ġestjoni tal-assi (jew "banek ħżiena") u superviżjoni msaħħa; itenni f'dan il-kuntest, l-importanza tal-kapaċità li jbiegħu self improduttiv sabiex jiġi lliberat il-kapital, li huwa partikolarment importanti għas-self bankarju lill-SMEs; jilqa' b'sodisfazzjon il-konsultazzjoni tal-BĊE dwar abbozz ta' gwida lill-banek fuq self improduttiv bħala l-ewwel pass, iżda jemmen li jrid isir aktar progress sostanzjali; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-insolvenza u r-ristrutturar, inkluż ir-ristrutturar kmieni u t-tieni opportunità, fil-qafas tas-CMU; jistieden lill-Istati Membri, sakemm tiġi adottata u sabiex tiġi kkomplementata, biex ittejjeb il-leġiżlazzjoni rilevanti tagħhom, speċjalment fir-rigward tat-tul tal-proċeduri ta' rkupru, il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji, u b'mod iktar ġenerali, il-qafas legali tagħhom rigward ir-ristrutturar ta' dejn, u biex jiġu implimentati riformi strutturali sostenibbli mmirati lejn l-irkupru ekonomiku sabiex jiġi indirizzat is-self improduttiv; jinnota li, skont il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, xi banek fiż-żona euro dgħajfu l-bażijiet kapitali tagħhom, billi jħallsu dividendi sostanzjali li xi drabi jaqbeż il-livell ta' qligħ imfaddal, matul is-snin tal-kriżi; iqis li l-pożizzjoni kapitali tal-banek tista' tissaħħaħ billi jitnaqqsu l-ħlasijiet ta' dividendi u tiżdied l-ekwità l-ġdida;

2.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li għadhom ma adottawx l-euro biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jagħmlu dan, jew jissieħbu mal-UB, sabiex b'mod progressiv jallinjaw l-UB mas-suq intern kollu;

3.  Jinsab imħasseb dwar l-instabbiltà persistenti tal-pajsaġġ bankarju fl-Ewropa, kif enfasizzat inter alia fir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja fid-Dinja tal-FMI tal-2016 li jiddikjara li l-Ewropa anki taħt irkupru ċikliku, xorta jkollha proporzjon għoli ta' banek dgħajfa u bi sfidi; jinnota l-profittabbiltà baxxa ta' numru ta' istituzzjonijiet fiż-żona tal-euro; jirrimarka li spjegazzjonijiet għal din is-sitwazzjoni jinkludu, fost l-oħrajn, l-istokk ta' self improduttiv, l-ambjent ta' rata ta' imgħax, u kwistjonijiet possibbli min-naħa tad-domanda; jappoġġa s-sejħa li saret mill-FMI għal bidliet fundamentali kemm fil-mudelli kummerċjali tal-bank u anki fl-istruttura tas-sistema biex tiġi żgurata sistema bankarja Ewropea b'saħħitha;

4.  Iqis li hemm riskji assoċjati mad-dejn sovran; jinnota wkoll li f'ċerti Stati Membri, l-istituzzjonijiet finanzjarji investew wisq f'bonds maħruġa mill-Gvern tagħhom stess, li jwasslu għal żieda eċċessiva f'"home bias", filwaqt li wieħed mill-objettivi prinċipali tal-UB huwa li titkisser in-nexus tar-riskju sovran tal-bank; jinnota li trattament prudenzjali xieraq tad-dejn sovran jista' joħloq inċentivi għall-banek biex jimmaniġġaw aħjar l-iskoperturi sovrani tagħhom; jinnota, madankollu, li l-bonds tal-gvern għandhom rwol essenzjali bħala sors ta' kollateral likwidu ta' kwalità għolja, u fit-twettiq tal-politika monetarja, u li l-modifika tat-trattament prudenzjali tagħhom, speċjalment jekk ma huwiex previst approċċ ta' introduzzjoni gradwali, jista' jkollha effett sinifikanti kemm fuq is-settur finanzjarju kif ukoll fuq is-settur pubbliku, u li dan jeħtieġ li jiġu kkunsidrati b'attenzjoni l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' reviżjoni tal-qafas attwali qabel ma ssir kwalunkwe proposta; jinnota d-diversi għażliet ta' politika stipulati fir-rapport tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar it-trattament prudenzjali ta' skoperturi sovrani diskussi fil-laqgħa informali tal-ECOFIN tat-22 ta' April 2016; iqis li l-qafas regolatorju tal-UE jenħtieġ li jkun konsistenti mal-istandard internazzjonali; jistenna, għaldaqstant b'interess kbir ir-riżultati tal-ħidma tal-FSB dwar id-dejn sovran sabiex jiggwida d-deċiżjonijiet futuri; iqis li l-qafas Ewropew jenħtieġ li jippermetti d-dixxiplina fis-suq sabiex jitwasslu politiki sostenibbli u jiġu pprovduti assi likwidi u ta' kwalità għolja għas-settur finanzjarju u obbligazzjonijiet siguri għall-gvernijiet; jenfasizza li, b'mod parallel mar-riflessjonijiet fuq id-dejn sovran, għandha sseħħ riflessjoni fuq il-konverġenza fuq firxa usa' ta' kwistjonijiet ekonomiċi, dwar regoli tal-għajnuna mill-Istat u fuq riskji bħall-kondotta ħażina, inkluża l-kriminalità finanzjarja;

5.  Iqis li huwa essenzjali għad-depożitanti, investituri u superviżuri biex jindirizzaw il-varjabbiltà eċċessiva fil-piżijiet ta' riskju applikati għal assi mwieżna għar-riskju tal-istess klassi fl-istituzzjonijiet; ifakkar li r-regoli attwali li jirregolaw l-użu tal-mudelli interni jipprovdu livell sinifikanti ta' flessibbiltà għall-banek u jżidu saff ta' riskju ta' mmudellar mill-perspettiva superviżorja; jilqa' f'dan ir-rigward il-ħidma mwettqa mill-ABE biex jiġu armonizzati preżunzjonijiet u parametri ewlenin, li d-diverġenza tagħhom ġiet identifikata bħala wieħed mill-muturi ewlenin tal-varjabilità, kif ukoll il-ħidma li saret fis-superviżjoni bankarja tal-BĊE fi ħdan ir-Reviżjoni Immirata ta' Mudelli Interni (TRIM) tal-BĊE, sabiex tiġi vvalutata u kkonfermata l-adegwatezza u x-xerqien ta' mudelli interni; jinkoraġġixxi aktar progress fuq dawn il-linji ta' ħidma; jistenna l-eżitu tal-ħidma li saret fil-livell internazzjonali sabiex jiġi standardizzat l-użu ta' mudelli interni f'każ ta' riskju operattiv u self lill-korporattivi, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, banek speċjalizzati tal-finanzi u l-ekwitajiet, sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-kredibbiltà ta' mudelli interni u li jiżguraw li dawn jiffukaw fuq l-oqsma fejn huma jagħtu valur miżjud; jilqa' wkoll l-introduzzjoni ta' proporzjon ta' ingranaġġ biex taġixxi bħala garanzija b'saħħitha, b'mod partikolari għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs); jenfasizza l-bżonn ta' approċċ standard aktar sensittiv għar-riskji sabiex jiġi żgurat il-prinċipju tar-rispett tal-"istess riskji, l-istess regoli"; jistieden lis-superviżuri finanzjarji biex jippermettu mudelli interni ġodda fil-każ biss jekk dawn ma jwasslux għal piżijiet tar-riskju sinifikatament aktar baxxi mhux ġustifikati; itenni l-konklużjonijiet tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-finalizzazzjoni ta' Basel III; madankollu jfakkar li l-bidliet regolatorji ppjanati m'għandhomx jirriżultaw f'żidiet ġenerali fir-rekwiżiti kapitali, jew jippreġudikaw il-kapaċità tal-banek li jiffinanzjaw l-ekonomija reali, b'mod partikolari l-SMEs; jenfasizza li l-ħidma internazzjonali għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità; ifakkar fl-importanza li ma jiġix ippenalizzat b'mod mhux xieraq il-mudell bankarju tal-UE u li tiġi evitata diskriminazzjoni bejn produtturi tal-UE u l-banek internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li jiġu kkunsidrati l-ispeċifitajiet Ewropej meta jkunu qed jiġu żviluppati standards internazzjonali ġodda f'dan il-qasam, u biex jiġi debitament ikkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-eżistenza ta' mudelli bankarji differenti meta jiġi vvalutat l-impatt ta' leġiżlazzjoni futura li timplimenta standards miftiehma internazzjonalment;

6.  Jenfasizza li aċċess affidabbli għall-finanzi u l-allokazzjoni tajba tal-kapital fil-mudell ta' finanzjament ibbażat fuq il-banek tal-Ewropa jiddependi ħafna fuq karti bilanċjali robusti u kapitalizzazzjoni xierqa, li r-restawr tagħhom wara l-kriżi finanzjarja ma ġiex u mhuwiex assigurat b'mod uniformi madwar l-Unjoni, u b'hekk ixekkel it-tkabbir ekonomiku;

7.  Jenfasizza li s-settur bankarju Ewropew għandu rwol ewlieni fil-finanzjament tal-ekonomija Ewropea u li dan huwa appoġġjat minn sistema ta' superviżjoni b'saħħitha; jilqa' għalhekk l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-Fattur ta' Sostenn lill-SMEs fir-reviżjoni li jmiss tas-CRD/CRR u li testendih lil hinn mil-livell limitu attwali tiegħu;

8.  Jirrimarka li l-gwida pprovduta minn fora internazzjonali għandha tiġi segwita kemm jista' jkun sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' frammentazzjoni regolatorja fejn jidħlu r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta' banek kbar u attivi f'livell internazzjonali, mingħajr ma dan jipprevjeni approċċ kritiku meta jkun meħtieġ jew jipprekludu devjazzjonijiet mmirati minn standards internazzjonali meta u fejn il-karatteristiċi tas-sistema Ewropea mhumiex ikkunsidrati biżżejjed; ifakkar fil-konklużjonijiet tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji; jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza tar-rwol tal-Kummissjoni, il-BĊE u l-ABE f'termini ta' involviment fil-ħidma tal-BCBS u għoti lill-Parlament u lill-Kunsill b'aġġornamenti trasparenti u komprensivi dwar l-istat attwali tad-diskussjonijiet tal-BCBS; iqis li l-UE jenħtieġ li taħdem biex ikollha rappreżentazzjoni xierqa fil-BCBS, b'mod partikolari għaż-żona tal-euro; jitlob li jkun hemm iktar viżibilità ta' dan ir-rwol matul il-laqgħat tal-ECOFIN, kif ukoll responsabbiltà msaħħa lill-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; jenfasizza li l-BCBS u fora oħra għandhom jgħinu jippromwovu kundizzjonijiet ekwi fil-livell globali billi jtaffu – aktar milli jkabbru – id-differenzi bejn il-ġurisdizzjonijiet;

9.  Jindika r-riskji, inklużi r-riskji sistemiċi ta' settur bankarju parallel li qed jikber malajr kif muri fl-EU Shadow Banking Monitor (eżerċizzju ta' monitoraġġ tal-ibbankjar parallel fl-UE) tal-2016; jinsisti li kwalunkwe azzjoni dwar ir-regolamentazzjoni tas-settur bankarju trid tiġi akkumpanjata minn regolamentazzjoni xierqa tas-settur bankarju parallel; jitlob, għalhekk, azzjoni kkoordinata sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u stabbiltà finanzjarja;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' stampa komprensiva tal-impatt kumulattiv tal-bidliet differenti fl-ambjent regolatorju, kemm jekk jikkonċernaw is-superviżjoni, l-assorbiment tat-telf, ir-riżoluzzjoni kif ukoll l-istandards kontabilistiċi;

11.  Jenfasizza li l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet nazzjonali jistgħu jxekklu l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri u l-komparabbiltà tar-rapportaġġ finanzjarju mill-banek lill-pubbliku; jilqa' b'sodisfazzjon l-opportunità offruta mill-emenda ġdida li ġiet proposta lis-CRR sabiex jagħlaq jew jirrestrinġi l-użu ta' xi wħud minnhom fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati ostakli eżistenti u s-segmentazzjoni, u biex iżżomm dawk biss li huma strettament neċessarji minħabba d-diversità tal-mudelli bankarji; iħeġġeġ li din l-opportunità tiġi sfruttata bis-sħiħ; jilqa' b'sodisfazzjon il-gwida u r-regolament tal-BĊE li jarmonizzaw l-eżerċizzju ta' xi opzjonijiet nazzjonali u diskrezzjonijiet fi ħdan il-UB; ifakkar, madankollu, li meta jkun qed jaħdem fuq it-tnaqqis tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet, il-BĊE għandu jibqa' fi ħdan il-limiti tal-mandat tiegħu; jenfasizza li l-ħidma lejn l-approfondiment tal-ġabra unika tar-regoli hija kruċjali u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi integrat it-trikkib u rbit flimkien attwali ta' leġiżlazzjoni eżistenti, emendata u ġdida; jistieden lill-BĊE biex jippubblika b'mod sħiħ il-Manwal ta' Superviżjoni li jistabbilixxi l-proċessi, il-proċeduri u l-metodi komuni għat-twettiq ta' proċess ta' rieżami superviżorju fiż-żona tal-euro kollha;

12.  Jenfasizza li kien hemm fenomenu tat-tagħlim naturali għall-membri kollha tal-Bord Superviżorju sa mill-ħolqien tal-MSU li jittratta varjetà ta' mudelli ta' negozju differenti u entitajiet ta' daqsijiet differenti, u li dan jeħtieġ li jiġu appoġġjati u aċċelerati;

13.  Jinnota l-kjarifiki fir-rigward tal-objettivi tal-Pilastru 2 u postu fil-ġerarkija tar-rekwiżiti kapitali proposti fl-emendi għad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (CRD); jinnota li l-użu tal-gwida dwar il-kapital jingħad li jsib bilanċ bejn it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja u l-bżonn li jitħalla lok għal ġudizzju superviżorju u analiżi ta' każ b'każ; iħeġġeġ lill-BĊE biex jiċċara l-kriterji li jenfasizzaw il-gwida tal-Pilastru 2; ifakkar li din il-gwida ma tillimitax l-Ammont Massimu Distribwibbli (AMD), u għalhekk jenħtieġ li ma tiġix divulgata; jemmen li l-użu ta' gwida dwar il-kapital m'għandux jirriżulta fi tnaqqis li jista' jintwera tar-rekwiżiti tal-Pilastru 2; iqis li hija meħtieġa aktar konverġenza superviżorja għall-kompożizzjoni tal-fondi proprji biex jiġu koperti r-rekwiżiti u l-gwida tal-Pilastru 2; huwa sodisfatt, għalhekk, li din il-kwistjoni hija indirizzata fl-emenda proposta għas-CRD;

14.  Jenfasizza r-riskji li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'assi tal-livell 3 inklużi d-derivattivi, u b'mod partikolari mid-diffikultà tal-valutazzjoni tagħhom; jinnota li dawn ir-riskji għandhom jiġu mnaqqsa u li dan jeżiġi tnaqqis progressiv ta' dawn l-assi; jistieden lill-MSU biex jagħmel din il-kwistjoni waħda mill-prijoritajiet superviżorji tiegħu u biex jorganizza fuqha, flimkien mal-ABE, test tal-istress kwantitattiv;

15.  Itenni l-bżonn li tiġi żgurata trasparenza ogħla fuq is-sett sħiħ ta' prattiki superviżorji, b'mod partikolari fiċ-ċiklu SREP; jitlob lil-BĊE biex jippubblika indikaturi u metriċi tal-prestazzjoni sabiex tintwera l-effettività superviżorja u titjieb ir-responsabbiltà esterna tiegħu; itenni t-talba tiegħu għal aktar trasparenza fir-rigward tad-deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet tal-Pilastru 2; jistieden lill-BĊE biex jippubblika Standards Superviżorji Konġunti;

16.  Jinnota r-riskji li jirriżultaw mill-istituzzjonijiet finanzjarji li huma "kbar wisq biex ifallu", interkonnessi wisq biex ifallu u kumplessi wisq biex jiġu riżolti; jinnota li ġie maqbul sett ta' miżuri ta' politika mfassla fil-livell internazzjonali biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji (b'mod partikolari t-TLAC, ikklirjar ċentrali tad-derivattivi, u żieda fil-proporzjon tal-kapital u tal-ingranaġġ għal banek globalment sistemiċi); huwa impenjat li jaħdem malajr fuq il-proposti leġiżlattivi korrispendenti għall-implimentazzjoni tagħhom fl-Unjoni, u b'hekk jitnaqqsu aktar ir-riskji li jirriżultaw mill-kwistjoni "kbar wisq biex ifallu"; ifakkar fil-kliem ta' Mark Carney, President tal-FSB, li l-ftehim dwar il-proposti għal standard internazzjonali komuni dwar il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf totali għall-G-SIBs huwa kruċjali sabiex jintemmu l-banek li huma kbar wisq biex ifallu; jinnota wkoll li mekkaniżmu ta' rikapitalizzazzjoni interna effettiv u l-applikazzjoni ta' livell xieraq ta' MREL huma parti importanti mill-miżuri regolatorji biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni u biex jippermettu li l-banek globalment sistemiċi jiġu riżolti mingħajr użu ta' sussidju pubbliku u mingħajr tfixkil għas-sistema finanzjarja usa';

17.  Jenfasizza l-limitazzjonijiet tal-metodoloġija tat-test tal-istress attwali; jilqa', għalhekk, l-isforzi tal-ABE u tal-BĊE biex jiġi segwit it-titjib fil-qafas tal-ittestjar tal-istress; jemmen, madankollu, li jenħtieġ li jsir aktar biex tiġi riflessa aħjar il-possibbiltà u r-realtà ta' sitwazzjonijiet reali ta' kriżi billi, inter alia, jiġu inkorporati aħjar l-elementi dinamiċi bħall-effetti ta' kontaġju fil-metodoloġija; iqis li n-nuqqas ta' trasparenza li tikkaratterizza t-testijiet ta' stress proprji tal-BĊE jimplika inċertezza fil-prattiki superviżorji; jistieden lill-BĊE jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju tat-test tal-istress tiegħu biex irawwem il-fiduċja tas-suq;

18.  Iqis li meta Awtorità kompetenti nazzjonali tirrifjuta t-talba biex tqis ċirkostanzi speċifiċi fl-eżerċizzju tat-test tal-istress, dan jenħtieġ li jiġi kkomunikat lill-ABE u lill-MSU biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi;

19.  Jilqa' l-progress li sar fil-preparazzjoni biex ikun hemm delegazzjoni fil-qasam tad-deċiżjonijiet adatti u xierqa; madankollu jirrimarka li hemm bżonn ta' bidla fir-regolamenti biex tiġi permessa aktar delegazzjoni u delegazzjoni aktar faċli tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar ċerti kwistjonijiet ta' rutina mingħand il-Bord Superviżorju għal għand l-uffiċjali rilevanti; jilqa' bidla bħal din li tikkontribwixxi biex is-superviżjoni bankarja tal-BĊE tkun aktar effiċjenti u effettiva; jistieden lill-BĊE biex jispeċifika l-kompiti u l-qafas legali għad-delegazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

20.  Jieħu nota tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar il-funzjonament tal-MSU; jieħu nota tas-sejbiet dwar il-livell insuffiċjenti ta' persunal; jistieden lill-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-Istati Membri biex jipprovdu bis-sħiħ lill-BĊE r-riżorsi umani neċessarji u data ekonomika li tippermettilha tagħmel ix-xogħol tagħha, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' spezzjonijiet fuq il-post; jistieden lill-BĊE biex jemenda r-Regolament Qafas tal-MSU sabiex jiġu fformalizzati impenji min-naħa tal-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali u biex tiġi implimentata metodoloġija bbażata fuq ir-riskju biex jiġi ddeterminat l-għadd immirat ta' persunal u l-kompożizzjoni ta' ħiliet għal Timijiet Superviżorji Konġunti; huwa tal-fehma li aktar involviment ta' persunal tal-BĊE u inqas dipendenza fuq persunal minn Awtoritajiet kompetenti nazzjonali jtejbu l-indipendenza tas-superviżjoni, flimkien mal-użu ta' persunal minn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed biex tiġi ssorveljata istituzzjoni minn Stat Membru ieħor, li jikkontribwixxi wkoll biex jindirizza b'mod effettiv ir-riskju ta' tolleranza superviżorja; jilqa' l-kooperazzjoni tal-BĊE mal-Parlament Ewropew fuq il-kundizzjonijiet tal-ħidma tal-persunal; jistieden lill-BĊE biex jippromwovi ambjent tax-xogħol tajjeb li jrawwem il-koeżjoni professjonali fi ħdanu; ifakkar il-kunflitt potenzjali ta' interess bejn il-kompiti ta' superviżjoni u r-responsabbiltà għall-politika monetarja, u l-ħtieġa għal separazzjoni ċara bejn iż-żewġ settijiet ta' data; jistieden lill-BĊE jwettaq analiżi ta' riskju fuq il-kunflitti ta' interess possibbli u jipprevedi linji ta' rapportar separati fejn huma kkonċernati riżorsi superviżorji speċifiċi; jemmen li, filwaqt li s-separazzjoni tal-politika monetarja u superviżorja hija prinċipju ċentrali, din jenħtieġ li ma tipprekludix li jkun hemm iffrankar tal-ispejjeż permezz tal-qsim tas-servizzi, dment li dawn is-servizzi ma jkunux kritiċi f'termini ta' tfassil tal-politika u jkunu stabbiliti garanziji xierqa; jistieden lill-BĊE biex iżomm konsultazzjonijiet pubbliċi meta jkunu qed jitfasslu miżuri kważi leġiżlattivi sabiex tiżdied l-akkontabilità tiegħu;

21.  Jenfasizza li l-ħolqien tal-MSU kien akkumpanjat minn żieda ta' influwenza għall-Unjoni Ewropa fuq l-istadju internazzjonali meta mqabbel mas-sitwazzjoni li kienet diġà eżistenti;

22.  Jenfasizza li s-separazzjoni tal-kompiti superviżorji mill-funzjonijiet tal-politika moneratarja jenħtieġ li tippermetti lill-MSU biex jieħu pożizzjoni indipendenti fuq il-kwistjonijiet kollha rilevanti, inkluż fuq l-effetti potenzjali tal-miri tar-rata tal-imgħax tal-BĊE fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-banek taħt superviżjoni;

23.  Jaqbel mal-fehma tal-QEA li mill-bidu tat-twaqqif tal-MSU ħareġ distakk fl-awditjar; huwa kkonċernat li minħabba l-limitazzjonijiet imposti mill-BĊE fuq l-aċċess tal-QEA għad-dokumenti, l-oqsma importanti mhux qed jiġu awditjati; iħeġġeġ lill-BĊE biex jikkoopera bis-sħiħ mal-QEA biex tkun tista' teżerċita l-mandat tagħha u b'hekk tittejjeb l-akkontabbiltà;

24.  Ifakkar fil-ħtieġa li, fir-regolamentazzjoni kif ukoll fl-eżerċizzju tas-superviżjoni, jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonn ta' proporzjonalità u l-bżonn ta' approċċ konsistenti; jinnota, f'dan ir-rigward, il-bidliet proposti rigward l-obbligi ta' rapportar u remunerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2013/36/UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprijoritizza l-ħidma fuq "kaxxa bankarja żgħira" u biex testendiha għal valutazzjoni tal-fattibbiltà ta' qafas regolatorju futur li jikkonsisti minn regoli prudenzjali inqas kumplessi u aktar xierqa u proporzjonali speċifiċi għal tipi differenti ta' mudell bankarju; jirrimarka li l-banek kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti għal livell xieraq ta' superviżjoni; ifakkar li superviżjoni xierqa hija essenzjali biex jiġu ssorveljati r-riskji irrispettivament mid-daqs tal-banek; jirrispetta d-diviżjoni tar-rwoli u l-kompetenzi bejn l-SRB, l-ABE u awtoritajiet oħrajn fi ħdan is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja, filwaqt li jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni effettiva; jara l-bżonn li tingħeleb il-proliferazzjoni ta' obbligi ta' rapportar u interpretazzjonijiet nazzjonali li jikkoinċidu ta' liġijiet Ewropej f'suq komuni; jappoġġa l-isforzi għal simplifikazzjoni li saru s'issa, bħall-idea wara l-Qafas Ewropew ta' Rapportar (ERF), u jinkoraġġixxi aktar sforzi f'din id-direzzjoni sabiex jiġi evitat rapportar doppju u spejjeż addizzjonali mhux meħtieġa tar-regolamentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni fi żmien debitu, f'konformità mal-konklużjonijiet tiegħu mis-sejħa għal evidenza, pereżempju permezz ta' proposta għal proċedura ta' rapportar superviżorju unitarja u kkonsolidata komuni; jitlob ukoll li jkun hemm tħabbira fil-ħin ta' obbligi ta' rapportar ad hoc u permanenti sabiex jiġu żgurati kwalità għolja ta' data u sigurtà tal-ippjanar;

25.  Jenfasizza li s-sigurtà u s-solidità ta' bank ma jistgħux jiġu koperti minn valutazzjoni abbażi ta' punt fiż-żmien tal-karta bilanċjali tiegħu biss, peress li dawn jiġu żgurati permezz ta' interazzjonijiet dinamiċi bejn il-bank u s-swieq, u huma affettwati minn diversi elementi fl-ekonomija kollha kemm hi; jenfasizza għalhekk li qafas sod għall-istabbiltà u t-tkabbir finanzjarju jenħtieġ li jkun komprensiv u bilanċjat sabiex ikopri prattiki superviżorji dinamiċi u ma jiffukax biss fuq regolamentazzjoni statika li tirrigwarda, fil-biċċa l-kbira, aspetti kwantitattivi;

26.  Jiġbed l-attenzjoni għad-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-BĊE u l-ABE; jenfasizza li l-BĊE ma jenħtieġx li jsir entità de facto li tfassal l-istandards għall-banek li mhumiex MSU;

27.  Jinnota li, fit-18 ta' Mejju 2016, il-Kunsill tal-BĊE adotta r-Regolament dwar il-ġbir ta' kreditu granulari u ta' data dwar ir-riskju tal-kreditu (AnaCredit); jistieden lill-BĊE jippermetti lill-banek ċentrali nazzjonali kemm jistgħu flessibbiltà meta jimplimentaw l-AnaCredit;

28.  Jistieden lill-BĊE biex ma jibdiex ħidma fuq kwalunkwe stadju ulterjuri ieħor f'konnessjoni mal-AnaCredit sakemm ma sseħħx konsultazzjoni pubblika, b'involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew u jitqies b'mod partikolari l-prinċipju ta' proporzjonalità;

29.  Itenni l-importanza ta' sistemi tal-IT b'saħħithom u li jiffunzjonaw tajjeb li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-funzjonijiet superviżorji tal-MSU u t-tħassib dwar is-sigurtà; jiddispjaċih dwar rapporti reċenti ta' dgħufijiet persistenti fis-sistema tal-IT;

30.  Jilqa' l-istabbiliment ta' Bordijiet Nazzjonali tar-Riskju Sistemiku, iżda jenfasizza li l-istabbiliment tal-Unjoni Bankarja jsaħħaħ il-bżonn li jissaħħu l-politika makroprudenzjali fil-livell Ewropew sabiex jiġu indirizzati b'mod xieraq l-effetti sekondarji transfruntiera potenzjali ta' riskju sistemiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi superviżjoni makroprudenzjali effettiva fir-rieżami ġenerali tagħha tal-qafas makroprudenzjali fl-2017; jistieden lill-Kummissjoni tkun speċjalment ambizzjuża sabiex issaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u analitika tal-BERS biex jivvaluta r-riskji u l-vulnerabbiltajiet fis-settur bankarju u lil hinn minnu biex jintervjeni kif xieraq; iqis li strumenti bbażati fuq is-self (bħal LTVs u DSTIs) jenħtieġ li jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni Ewropea sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni fl-użu ta' dawn it-tipi addizzjonali ta' strumenti makroprudenzjali; jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas il-kumplessità istituzzjonali u l-proċess twil fl-interazzjoni bejn il-BERS, il-BĊE/MSU u l-awtoritajiet nazzjonali, u bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u maħtura, fil-qasam tas-superviżjoni makroprudenzjali; jilqa', f'dan ir-rigward, il-progress li diġà sar fil-koordinazzjoni transfruntiera permezz tar-rakkomandazzjoni tal-BERS dwar reċiproċità volontarja; itenni t-talba tiegħu għall-kjarifika ta' rabtiet bejn il-qafas makroprudenzjali u l-għodod mikroprudenzjali eżistenti, sabiex tiġi żgurata interazzjoni effettiva ta' strumenti ta' politika makroprudenzjali u mikroprudenzjali; jesprimi tħassib dwar id-dgħufijiet fis-settur tal-proprjetà immobbli identifikati mill-BERS; jinnota li l-ABE għadha trid tipprovdi RTSs fuq il-kondizzjoni tar-rekwiżiti tal-kapital għall-iskopertura tal-ipoteki skont l-Artikolu 124(4)(b) u 164(6) CRR; jinnota li s'issa, numru żgħir biss ta' membri tal-MSU attivaw jew qed jippjanaw li jattivaw buffers ġenerali ta' riskju sistemiku u buffer kapitali kontroċikliku; jinnota li l-BĊE s'issa għadu ma eżerċitax bis-sħiħ il-poteri superviżorji makroekonomiċi tiegħu billi jrawwem l-adozzjoni ta' strumenti superviżorji makroprudenzjali mill-awtoritajiet nazzjonali;

31.  Jenfasizza li l-andament tar-referendum dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE jirrikjedi evalwazzjoni sħiħa tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), inkluż il-modalitajiet tal-votazzjoni fi ħdan l-ASE, b'mod partikolari tal-mekkaniżmu tal-maġġoranza doppja prevista fl-Artikolu 44(1) tar-regolament tal-ABE; jenfasizza li l-possibbilitajiet ta' negozjati wara r-referendum m'għandhomx iwasslu għal kundizzjonijiet mhux ekwi bejn l-UE u l-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex fl-UE, u ma għandhomx jintużaw biex tkun promossa t-tneħħija tar-regolamentazzjoni fis-settur finanzjarju;

32.  Jilqa' x-xogħol eċċellenti tat-Timijiet Superviżorji Konġunti li huma eżempju tajjeb ta' kooperazzjoni Ewropea u bini tal-għarfien; jinnota li l-użu futur propost ta' sistema ta' rotazzjoni fl-organizzazzjoni tat-Timijiet Superviżorji Konġunti jenħtieġ li jiggarantixxi superviżjoni oġġettiva filwaqt li jitqies il-proċess twil ta' bini tal-għarfien fil-qasam kumpless ħafna tal-kompetenza;

33.  Jilqa' l-fatt li l-Unjoni Bankarja eliminat b'mod wiesa' l-kwistjoni tal-post ta' oriġini u dak ospitanti fis-superviżjoni bl-istabbiliment ta' superviżur uniku u l-iskambju mtejjeb ħafna ta' informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet superviżorji, u b'hekk hija permessa superviżjoni aktar olistika ta' gruppi bankarji transfruntiera; jenfasizza li, minħabba l-istat attwali mhux komplut tal-Unjoni Bankarja, ir-reviżjoni tas-CRR dwar ir-rinunzji tal-likwidità u l-kapital teħtieġ li tqis b'mod xieraq it-tħassib tal-protezzjoni tal-konsumatur f'pajjiżi ospitanti;

34.  Jilqa' l-inizjattiva tal-BĊE li tobbliga lill-banek taħt superviżjoni jirrapportaw ċiberattakki sinifikanti taħt servizz ta' twissija f'ħin reali kif ukoll l-ispezzjonijiet fuq il-post tal-SMU biex tiġi ssorveljata ċ-ċibersigurtà; jitlob it-twaqqif ta' qafas legali li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva rilevanti għall-prevenzjoni ta' ċiberattakki bejn il-banek;

35.  Jenfasizza li r-rwol kruċjali taċ-ċibersigurtà għas-servizzi bankarji u l-ħtieġa li jiġu inċentivati l-istituzzjonijet finanzjarji biex ikunu ambizzjużi ħafna fil-ħarsien tad-data tal-konsumatur u l-garanzija taċ-ċibersigurtà;

36.  Jinnota li l-MSU ġie assenjat il-kompitu ta' superviżjoni bankarja Ewropea għall-iskop li jassigura l-konformità mar-regoli prudenzjali tal-UE u li jassigura l-istabbiltà finanzjarja, filwaqt li kompiti superviżorji oħrajn li għandhom effett kollaterali Ewropej ċari baqgħu f'idejn is-superviżuri domestiċi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-MSU jenħtieġ li jkollu poteri ta' monitoraġġ li jikkonċernaw attivitajiet tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus tas-superviżuri bankarji nazzjonali; jenfasizza li l-ABE jenħtieġ li tingħata wkoll poteri addizzjonali fil-qasam tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus, inklużi l-poteri biex twettaq valutazzjonijiet fuq il-post mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li tirrikjedi l-produzzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità, li toħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva, li tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi u li tieħu miżuri li huma neċessarji biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet huma implimentati b'mod effettiv;

37.  Itenni t-talba tiegħu lill-ABE biex tinforza u ssaħħaħ il-qafas tal-protezzjoni tal-konsumatur għas-servizzi bankarji f'konformità mal-mandat tagħha, filwaqt li tikkomplementa s-superviżjoni prudenzjali tal-MSU;

Ir-riżoluzzjoni

38.  Ifakkar fil-bżonn ta' konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat meta jkunu qed jittrattaw kriżijiet tal-banek, u li l-eċċezzjoni ta' appoġġ pubbliku straordinarju għandu jkun biss ta' natura prekawzjonarja u temporanja, u ma jistax jintuża biex jikkumpensa għat-telf li l-istituzzjoni tkun ġarrbet jew x'aktarx se ġġarrab fil-futur qarib; jitlob li tingħata definizzjoni tal-proċeduri effiċjenti bejn l-SRB u l-Kummissjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-każ ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari dwar il-perjodu ta' żmien; huwa tal-fehma li l-flessibbiltà inkorporata fil-qafas attwali għandha tiġi ċċarata, u jfakkar li għandha tiġi sfruttata aħjar sabiex tindirizza sitwazzjonijiet speċifiċi mingħajr ma xxekkel riżoluzzjoni ġenwina tal-banek li huma insolventi, b'mod partikolari fil-każ ta' miżuri preventivi u miżuri alternattivi li jinvolvu l-użu tal-fondi tas-SGD previsti fl-Artikolu 11(3) u (6) tad-Direttiva dwar l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti (DSGD); jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tikkunsidra mill-ġdid l-interpretazzjoni tagħha tar-regoli rilevanti ta' għajnuna mill-Istat fi sforz biex tiggarantixxi li l-miżuri ta' prevenzjoni u alternattivi pprovduti mil-leġiżlatur Ewropew fid-DGSD jistgħu realment jiġu implimentati; jinnota li sitwazzjonijiet speċifiċi ġew indirizzati b'mod differenti mingħajr ġustifikazzjoni ċara; ifakkar lill-Kummissjoni li rapport li jivvaluta l-ħtieġa kontinwa biex ir-rikapitalizzazzjonijiet prekawzjonarji u l-kondizzjonalità marbuta ma' tali miżuri jkunu permessi kellu jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2015; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta tali rapport kemm jista' jkun malajr;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, fid-dawl tal-esperjenza u fi ħdan il-qafas tar-rieżami tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, jekk l-SRB u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali humiex mgħammra b'poteri ta' intervent bikri suffiċjenti u bi strumenti ta' intervent bikri suffiċjenti, sabiex jiġu evitati flussi ta' ħruġ li huma ta' xkiel għall-kapital u l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf tal-banek matul kriżi;

40.  Jenfasizza l-importanza li jiġu kkjarifikati l-kwistjonijiet prattiċi li qegħdin jaffettwaw direttament ir-riżoluzzjoni, bħad-dipendenza fuq il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi kritiċi, bħal pereżempju fil-każ ta' servizzi tal-IT esternalizzati;

41.  Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni li jintroduċu fil-Pilastru 1 kapaċità totali ta' assorbiment minimu ("TLAC") għal banek globali sistemikament importanti, f'konformità ma' standards internazzjonali; jieħu nota tad-differenzi bejn t-TLAC u l-MREL; jenfasizza, madankollu, li ż-żewġ standards għandhom l-istess għan, jiġifieri li jiġi żgurat li l-banek għandhom biżżejjed kapital regolatorju u obbligazzjonijiet tal-assorbiment tat-telf sabiex ir-rikapitalizzazzjoni interna tkun strument effettiv f'riżoluzzjoni mingħajr ma jikkawżaw instabbiltà finanzjarja u mingħajr ma jkunu meħtieġa fondi pubbliċi, u b'hekk tiġi evitata s-soċjalizzazzjoni tar-riskji privati; jikkonkludi, għaldaqstant, li approċċ olistiku għall-assorbiment tat-telf jista' jintlaħaq billi jiġu kkombinati t-tnejn, fuq il-bażi ta' TLAC kif traspost fil-proposta attwali tal-Kummissjoni bħala l-istandard minimu, soġġett għall-ftehim li għandu jintlaħaq mill-koleġiżlaturi; jenfasizza li għandha tingħata debita konsiderazzjoni għaż-żamma taż-żewġ kriterji tad-daqs u tal-assi mwieżna għar-riskju, u jinnota l-interkonnessjoni bejn il-kriterju tal-assi mwieżna għar-riskju sottostanti għall-istandard TLAC u l-ħidma attwali fl-UE u fil-BCBS fuq mudelli interni u fuq l-iffinalizzar tal-qafas ta' Basel III; jenfasizza li jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa fil-kalibrar u/jew id-dħul gradwali tar-rekwiżiti MREL ġodda, kif ukoll għall-ħtieġa li jinħoloq suq għall-obbligazzjonijiet MREL eliġibbli; jenfasizza l-importanza taż-żamma ta' diskrezzjoni għall-awtorità tar-riżoluzzjoni meta tistabbilixxi MREL, u li tiżgura li l-banek iżommu biżżejjed dejn subordinat jew dejn li jippermetti rikapitalizzazzjoni interna; jenfasizza li jenħtieġ li d-divulgazzjoni tas-suq issir b'mod xieraq, sabiex tiġi evitata l-interpretazzjoni ħażina tal-investituri rigward ir-rekwiżiti MREL;

42.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li tiġi ċċarata, fil-leġiżlazzjoni, il-ġerarkija bejn is-CET1 eliġibbli għall-MREL u l-buffers kapitali; jinsisti dwar il-ħtieġa li tiġi adottata leġiżlazzjoni bil-għan li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet u s-setgħat, rispettivament, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti, fir-rigward ta' miżuri ta' intervent bikri li għandhom jittieħdu f'każijiet ta' ksur ta' rekwiżiti MREL; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta' gwida MREL; itenni li jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tal-MREL f'kull każ tkun marbuta mill-qrib u ġustifikata mill-istrateġija tar-riżoluzzjoni tal-bank partikolari;

43.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li tiġi ċċarata, fil-leġiżlazzjoni, li s-CET1 eliġibbli għall-MREL jiżdied mal-buffers kapitali biex jiġi evitat li jingħadd darbtejn mal-kapital;

44.  Jenfasizza li l-armonizzazzjoni tal-ġerarkija tat-talbiet fl-insolvenza tal-banek fl-Istati Membri hija kruċjali sabiex l-implimentazzjoni tal-BRRD issir aktar konsistenti u effikaċi u biex tingħata ċ-ċertezza lill-investituri transfruntiera; jilqa', għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex tmur lil hinn mill-armonizzazzjoni tal-ġerarkija tat-talbiet; jinnota li armonizzazzjoni aħjar tar-reġim ta' insolvenza regolari u tal-ġerarkija tat-talbiet se tkun essenzjali wkoll, kemm, fil-każ tal-banek, biex jiġu evitati d-diskrepanzi mar-reġim tar-riżoluzzjoni bankarja, kif ukoll, fil-każ ta' kumpaniji, biex jipprovdu ċarezza u ċertezza addizzjonali lill-investituri transkonfinali u tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-kwistjoni ta' self improduttiv; jilqa' l-fatt li l-BRRD ġabet bidla importanti fil-ġerarkija tal-insolvenza, billi tat prijorità lid-depożiti assigurati, sabiex b'hekk dawn jiġu kklassifikati bħala superjuri għall-istrumenti kapitali kollha, għall-kapaċità ta' assorbiment tat-telf, dejn superjuri ieħor u għad-depożiti mhux assigurati; jistieden lill-SRB jippreżenta r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà għall-G-SIBs u banek oħra, inkluż il-miżuri proposti biex jingħelbu l-impedimenti għal riżoluzzjoni;

45.  Jinnota l-firxa ta' alternattivi legali disponibbli biex tiġi żgurata s-subordinazzjoni ta' dejn eleġibbli għat-TLAC; jirrimarka li l-ebda waħda ma hija preferuta mill-FSB; huwa tal-fehma li l-approċċ adottat għandu, l-ewwel nett, isib bilanċ bejn il-flessibbiltà, l-effettività, iċ-ċertezza legali u l-kapaċità tas-suq biex jassorbi kwalunkwe klassi ġdida ta' dejn;

46.  Jitlob li jkun hemm riflessjoni dwar l-impatt negattiv possibbli fuq l-ekonomija reali mir-reviżjoni tar-regoli ta' Basel, l-introduzzjoni tar-rekwiżiti MREL, l-introduzzjoni tat-TLAC u l-IFRS 9; jitlob li jkun hemm soluzzjoni li l-għan tagħha jkun li ttaffi l-impatti;

47.  Ifakkar li r-reġim ġdid ta' riżoluzzjoni introdott irriżulta f'ċerti strumenti offruti lill-investituri, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur, li jinvolvu riskju ikbar ta' telf taħt ir-reġim preċedenti; Ifakkar ukoll li strumenti li jistgħu jiġu rikapitalizzati internament għandhom l-ewwel nett jinbiegħu biss lil investituri xierqa li jistgħu jassorbu telf potenzjali tagħhom stess mingħajr ma jiġu mhedda fil-pożizzjoni finanzjarja soda tagħhom; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex trawwem l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti rilevanti, u jistieden lill-ASEs jikkontribwixxu għad-detezzjoni ta' prattiki ħżina ta' bejgħ;

48.  Iwissi li l-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-BRRD ta' rikonoxximent kuntrattwali għas-setgħat ta' rikapitalizzazzjoni interna fuq l-obbligazzjonijiet irregolati mil-leġiżlazzjoni mhux tal-UE hija kkumplikata; iqis din il-kwistjoni bħala ta' tħassib immedjat; jinnota d-dritt introdott permezz tal-emendi proposti BRRD għall-awtoritajiet kompetenti biex iwarrbu dan ir-rekwiżit; iqis li dan l-approċċ jippermetti għal flessibbiltà u għal valutazzjoni każ b'każ tal-obbligazzjonijiet ikkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjonijiet u d-deċiżjonijiet sussegwenti reali dwar l-eżenzjonijiet ma jipperikolawx ir-riżolvibbiltà tal-banek;

49.  Jirrimarka li skambju ta' informazzjoni rapidu u effikaċi bejn l-awtoritajiet tas-superviżjoni u tar-riżoluzzjoni huwa fundamentali biex tiġi żgurata ġestjoni tal-kriżijiet bla xkiel; jilqa' l-konklużjoni tal-memorandum ta' qbil (MtQ) bejn il-BĊE u l-SRM fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni; jistieden lill-BĊE jispeċifika fil-MtQ il-proċeduri ta' komunikazzjoni bejn it-timijiet superviżorji konġunti u t-timijiet interni ta' riżoluzzjoni; jirrakkomanda li l-attendenza tal-BĊE bħala osservatur permanenti fil-Plenarja u s-Sessjonijiet Eżekuttivi tal-SRB għandha ssir b'mod għalkollox reċiproku, billi rappreżentat tal-SRB jitħalla jattendi fil-Bord Superviżorju tal-BĊE wkoll bħala osservatur permanenti;

50.  Jieħu nota tar-rwol doppju tal-membri tal-Bord tal-SRB, li fl-istess ħin huma membri ta' korp eżekuttiv bi rwoli ta' teħid ta' deċiżjonijiet u maniġers anzjani responsabbli f'dik il-kapaċità lejn il-President tal-Bord, u jqis li jenħtieġ li ssir evalwazzjoni ta' din l-istruttura qabel ma jispiċċa l-mandat attwali;

51.  Ifakkar li s-sustanza tal-Ftehim Intergovernattiv fir-rigward tal-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF) hija li fl-aħħar mill-aħħar ikun inkorporat fil-qafas legali tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti fuq il-modi kif dan jista' jsir; jenfasizza li l-inkorporazzjoni imminenti tal-patt fiskali fid-dritt tal-UE tista' tikkostitwixxi mudell utli;

52.  Jitlob li l-kontribuzzjonijiet ex-ante għall-SRF jiġu kkalkolati b'mod trasparenti ħafna bi sforzi biex tiġi armonizzata l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-kalkolu u jitjieb il-fehim dwar il-metodoloġija tal-kalkolu; jistieden lill-Kummissjoni twettaq ir-reviżjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-SRF prevista fil-Premessa 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63 bl-akbar attenzjoni, u b'mod partikolari, teżamina l-adegwatezza tal-fattur ta' riskju sabiex jiġi żgurat li l-profil ta' riskju ta' istituzzjonijiet inqas kumplessi jitqies kif xieraq;

53.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Ministri tal-Finanzi tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar is-sistema tal-arranġamenti ta' finanzjament tranżitorju għall-SRF; jinnota, f'dan ir-rigward, li 15 minn 19-il Stat Membru taż-żona tal-euro diġà ffirmaw Ftehim dwar Faċilità ta' Self mal-SRB; ifakkar li dawn il-linji ta' kreditu individwali se jkunu disponibbli biss bħala l-aħħar rimedju; huwa tal-opinjoni li din is-soluzzjoni mhijiex suffiċjenti biex jingħeleb iċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u s-sovrani u jintemmu s-salvataġġi ffinanzjati mill-kontribwenti tat-taxxa; jappella għal progress rapidu fil-ħidma mill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar garanzija ta' kontinġenza fiskali komuni għall-SRF, ir-responsabbiltà aħħarija għall-iffinanzjar li għandha tkun f'idejn is-settur bankarju u li għandha tkun fiskalment newtrali fuq terminu medju, kif miftiehem fi ħdan il-ftehim dwar l-SRF u kkonfermat mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2016;

L-assigurazzjoni tad-depożiti

54.  Itenni s-sejħa tiegħu għat-tielet pilastru sabiex l-Unjoni Bankarja tiġi kkompletata; ifakkar li l-protezzjoni tad-depożiti hija ta' tħassib komuni għaċ-ċittadini kollha tal-UE; qiegħed attwalment jiddibatti l-proposta dwar l-EDIS fil-livell tal-kumitat;

55.  Jenfasizza li l-introduzzjoni tal-EDIS u d-diskussjonijiet dwar dan il-proġett m'għandhomx iwasslu għal tnaqqis fl-isforzi lejn it-titjib tal-implimentazzjoni tad-DGSD; jilqa' l-ħidma li saret dan l-aħħar mill-ABE biex tippromwovi l-konverġenza f'dan il-qasam; jilqa' l-fatt li l-Istati Membri kollha ittrasponew il-BRRD; ifakkar lill-Istati Membri kollha dwar l-obbligu li japplikaw u jimplimentaw b'mod korrett il-BRDD u d-DGSD;

56.  Ifakkar li r-rwol tal-Kummissjoni huwa li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi fl-UE kollha u li jenħtieġ li tevita kwalunkwe frammentazzjoni fi ħdan is-suq intern;

o
o   o

57.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BĊE, lill-SRB, lill-parlamenti nazzjonali u lill-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt 40 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0006.
(2) http://www.consilium.europa.eu/mt/european-council/pdf/20120629-euro-area-summit-statement-mt_pdf
(3) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(4) ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.
(5) https://www.bankingsupervision.europa.eu/ecb/pub/pdf/ssmar2015.mt.pdf
(6) "Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku - Bidu tajjeb iżda jenħtieġ aktar titjib", http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR16_29/SR_SSM_MT.pdf
(7) ĠU L 78, 24.3.2016, p. 60.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0108.
(9) Testi adottati, P8_TA(2016)0439.
(10) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(11) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
(12) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
(13) ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1.
(14) ĠU L 237, 3.9.2016, p. 1.
(15) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149.
(16) Il-Ħames Rapport tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir indipendenti tal-2017, tat-23 ta' Novembru 2016.


Pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx
PDF 350kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika (2016/2903(RSP))
P8_TA(2017)0042B8-0140/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE(1) u 91/414/KEE, u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 47, l-Artikolu 66(2) u l-Anness II, il-punt 5 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta1-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi(2), u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fir-rigward il-kriterji għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi b'riskju baxx (D046260/01),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej(4),

–  wara li kkunsidra l-"pjan ta' implimentazzjoni biex iżżid id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fi Stati Membri" żviluppat mill-Grupp ta' Esperti dwar il-protezzjoni tal-pjanti u approvata mill-Kunsill fit-28 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta’ Reżistenza Antimikrobika (COM(2011)0748), u l-Pjan segwenti dwar ir-Reżistenza Antimikrobika (AMR) Pjan ta’ Azzjoni li se jiġi mniedi mill-Kummissjoni fl-2017,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx (O-000147/2016 – B8-1821/2016),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti konvenzjonali huwa dejjem aktar suġġet għal dibattitu pubbliku, minħabba r-riskji li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem, għall-annimali u għall-ambjent;

B.  billi n-numru ta' sustanzi attivi disponibbli fis-suq tal-UE li jintużaw għall-protezzjoni tal-pjanti qiegħed jonqos; billi l-bdiewa tal-UE għadhom jeħtieġu varjetà ta' għodod għall-ħarsien tal-għelejjel;

C.  billi huwa importanti li jiġi promoss l-iżvilupp ta' proċeduri jew tekniki alternattivi biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-pestiċidi konvenzjonali;

D.  billi l-evitar tal-ħela tal-ikel huwa prijorità fl-UE, u l-aċċess għal soluzzjonijiet xierqa ta' protezzjoni tal-pjanti huwa essenzjali fil-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata minn pesti u mard li tirriżulta fl-iskart tal-ikel; billi skont il-FAO, 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex fl-Ewropa jintilfu fl-għelieqi(5);

E.  billi huwa xorta possibbli li jinstabu residwi mhux mixtieqa ta' pestiċidi fil-ħamrija, fl-ilma u fl-ambjent in ġenerali, u anke ċertu perċentwal ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali jista' jkun fih residwi ta' pestiċidi ogħla mil-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi;

F.  billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddefinixxi kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi b'riskju baxx li japplikaw indipendentement mill-oriġini tas-sustanzi u billi l-pestiċidi b'riskju baxx jistgħu jkunu ta' oriġini kemm bijoloġika kif ukoll sintetika;

G.  billi l-pestiċidi ta' oriġini bijoloġika huma ġeneralment meqjusin bħala pestiċidi bbażati fuq mikro-organiżmi, materjali botaniċi, kimiċi derivati bijoloġikament jew semjokimiċi (bħal feromoni u diversi żjutijiet essenzjali); billi l-qafas regolatorju attwali dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(6) ma jagħmilx distinzjoni bejn prodotti kimiċi bijoloġiċi u dawk sintetiċi għall-protezzjoni tal-pjanti;

H.  billi studji xjentifiċi reċenti ddikjaraw li l-esponiment subletali għal ċerti erbiċidi jista' jikkawża tibdil negattiv fis-suxxettibilità antibijotika fil-batterji(7) u li l-kombinazzjoni ta' użu kbir ta' erbiċidi u antibijotiċi fil-prossimità tal-annimali u l-insetti tal-irziezet tista' twassal għal użu akbar ta' antibijotiċi billi possibilment jiġu kompromessi l-effetti terapewtiċi tal-dawn l-istess antibijotiċi;

I.  billi l-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika jistgħu jikkostitwixxu alternattiva vijabbli għall-prodotti konvenzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti, kemm għall-bdiewa konvenzjonali kif ukoll għal dawk organiċi, u jikkontribwixxu għal agrikoltura aktar sostenibbli; billi xi prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti ta' oriġini bijoloġika għandhom modi ġodda ta' kif jaħdmu, li huma ta' benefiċċju sabiex tevolvi r-reżistenza għall-pestiċidi konvenzjonali u tista' tillimita l-impatt fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira; billi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika għandhom ikunu fost l-alternattivi ppreferuti għal utenti mhux professjonali u għal ġonna tad-dar, flimkien ma’ metodi ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiċi oħrajn;

J.  billi, sabiex jintlaħqu b'mod adegwat il-ħtiġijiet alimentari u tal-għalf, l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa neċessarju u billi l-prinċipju ta' prekawzjoni(8) huwa applikat fil-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' tali prodotti u tas-sustanzi attivi tagħhom;

K.  billi l-proċess twil ta' approvazzjoni u ta' reġistrazzjoni qabel ma jiġu kummerċjalizzati l-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx jirrappreżenta ostakolu ekonomiku importanti għall-manifatturi;

L.  billi l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara hija obbligatorja fl-Unjoni skont id-Direttiva 2009/128/KE; billi l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali għandhom ipoġġu aktar enfasi fuq l-użu sostenibbli ta’ pestiċidi għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx, inklużi alternattivi;

M.  billi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi huma approvati fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi huma f'idejn l-Istati Membri;

N.  billi l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jippermetti li sustanzi attivi jiġu approvati bħala sustanzi attivi b'riskju baxx fejn dawn jissodisfaw il-kriterji ġenerali u dawk speċifiċi tal-approvazzjoni u ta' riskju baxx speċifikati fl-Anness II, punt 5; billi l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddisponi li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom biss sustanzi attivi b'riskju baxx, li ma jkunx fihom sustanza ta' tħassib, ma jeħtiġux miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskji u jkunu effettivi biżżejjed għandhom jiġu awtorizzati bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx;

O.  billi, fil-preżent, huma biss sebgħa s-sustanzi attivi kklassifikati bħala "riskju baxx", li minnhom sitta huma sustanzi attivi ta’ oriġini bijoloġika, li huma approvati fl-Unjoni; billi l-Kummissjoni tagħti prijorità għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi b'riskju baxx preżunt fil-programm għat-tiġdid tagħha;

P.  billi l-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx ġew irrifjutati l-awtorizzazzjoni minn ċertu numru ta' Stati Membri minħabba l-perċezzjoni tal-effikaċja iktar baxxa tagħhom meta mqabbla ma' pestiċidi kimiċi sintetiċi, bla ebda kunsiderazzjoni tal-innovazzjoni li għaddejja fis-settur tal-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx, bla kunsiderazzjoni tal-benefiċċji tal-effiċjenza tar-riżorsi għall-biedja organika u bla kunsiderazzjoni tal-ispejjeż agrikoli u ambjentali ta' ċerti prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti;

Q.  billi l-qafas regolatorju attwali jiddisponi ċerti inċentivi għal sustanzi attivi b'riskju baxx u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx, jiġifieri l-ewwel perjodu ta' approvazzjoni itwal għal sustanzi attivi b'riskju baxx ta' 15 snin skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u inqas minn 120 jum għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; billi, madankollu, dawn l-inċentivi regolatorji japplikaw biss fi tmiem il-proċedura tal-approvazzjoni, ladarba sustanza attiva tiġi kklassifikata bħala ta' riskju baxx;

R.  billi l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/128/KE jistipula li l-użu ta' pestiċidi għandu jkun minimizzat u projbit f'ċerti żoni speċifiċi, bħal żoni użati mill-pubbliku ġenerali u żoni protetti; billi f'tali każi għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskju u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u miżuri ta’ kontroll bijoloġiku għandu jitqies qabel kollox; billi xi Stati Membri għal żmien twil ipprojbixxew l-użu tal-pestiċidi f'tali żoni speċifiċi;

S.  billi l-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat dwar il-PAFF) abbozz ta’ regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 rigward il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi b’riskju baxx; billi dan l-abbozz jipprovdi preżunzjoni ta' status ta' riskju baxx għas-sustanzi attivi li huma mikro-organiżmi;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied id-disponibbiltà ta' pestiċidji b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika mingħajr fl-Unjoni, u dan mingħajr aktar dewmien;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-bdiewa għandu jkollhom aktar għodod disponibbli għalihom biex jipproteġu l-għelejjel tagħhom u biex jiddeċiedu liema miżura tipproteġi l-għelejjel tagħhom bl-aħjar mod u bl-aktar mod sostenibbli; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, użu usa' ta' għodod differenti inklużi pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx, b'osservanza tal-prinċipju ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżied id-disponibilità ta’ għodod ta’ ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara għal biedja organika li jikkonformaw mar-rekwiżiti kemm tal-biedja organika, kif ukoll tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

4.  Jenfasizza li d-domanda tal-konsumaturi għal ikel sikur li jkun kemm li wieħed jiflaħ iħallsu kif ukoll prodott b'mod sostenibbli għandha tiġi sodisfatta;

5.  Jenfasizza li, sabiex jiġu promossi l-iżvilupp u l-użu ta' pestiċidi bijoloġiċi ġodda ta' riskju baxx; l-evalwazzjoni tal-effikaċja u tar-riskji tagħhom, kif ukoll dik tal-kapaċità tagħhom biex jaqdu l-bżonnijiet ambjentali, sanitarji u ekonomiċi tal-agrikoltura, meta mqabbla ma' pestiċidi kimiċi sintetiċi eżistenti għandha tkun imfassla b'tali mod li l-bdiewa jingħataw livell xieraq ta' protezzjoni tal-pjanti;

6.  Jenfasizza l-importanza ta’ dibattitu pubbliku dwar id-disponibbiltà ta’ alternattivi konvenzjonali dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għażla usa’ ta’ sustanzi disponibbli għall-bdiewa u l-produtturi agrikoli, inklużi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika u miżuri ta’ kontroll bijoloġiku oħra, sabiex jinstabu soluzzjonijiet li huma l-aktar vijabbli f’termini ekonomiċi, ambjentali u tas-saħħa; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati s-sostenibbiltà tal-protezzjoni tal-għelejjel; jinkoraġġixxi aktar riċerka u innovazzjoni dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika;

7.  Jilqa' l-"pjan ta' implimentazzjoni biex iżżid id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fl-Istati Membri" kif approvat mill-Kunsill; jistieden lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO) biex isegwu l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan;

Azzjoni immedjata

8.  Jitlob li jkun hemm adozzjoni rapida tal-abbozz ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 rigward il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi b’riskju baxx li l-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kumitat dwar il-PAFF; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna b'mod kontinwu l-kriterji b'konformità mal-għarfien xjentifiku l-iktar aġġornat;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-evalwazzjoni bijoloġika, l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx, filwaqt li jżommu livell għoli ta' valutazzjoni tar-riskju;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-użu ta' pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem;

11.  jinkoraġġixxi skambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin bejn l-Istati Membri dwar ir-riżultati tar-riċerka fil-ġlieda kontra l-organiżmi ta' ħsara, ħaġa li tippermetti li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi vijabbli fil-qasam ambjentali, tas-saħħa u dak ekonomiku;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika s-sustanzi b'riskju baxx li diġà jinsabu fis-suq;

Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

13.  Jilqa' l-inizjattiva REFIT tal-Kummissjoni għall-2016 li twettaq evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; jenfasizza li l-proċess REFIT m'għandux iwassal biex jitbaxxew l-istandards ta' sikurezza tal-ikel u tal-protezzjoni tal-ambjent; Huwa konxju mill-fatt li r-reviżjoni ġenerali tar-Regolament sħiħ (KE) Nru 1107/2009 b'konnessjoni mal-evalwazzjoni REFIT tiegħu tista' tieħu bosta snin;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rivedut ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 sabiex jitrawwem l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-UE ta' pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx; jinsab imħasseb li l-proċess attwali ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa subottimali fil-każ tal-pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika; josserva li l-proċess attwali ta' reġistrazzjoni tas-sustanzi bażiċi b'riskju baxx xi kultant fil-prattika jiġi kkonfigurat bħala tip ta' privattiva, ħaġa li tagħmilha diffiċli li prodott ibbażat fuq l-istess sustanza mhux reġistrata jintuża fi Stat Membru ieħor;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tissottometti, qabel tmiem l-2018, proposta leġiżlattiva speċifika li temenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, barra r-reviżjoni ġenerali b’rabta inizjattiva REFIT, bil-ħsieb li tiġi stabbilita proċedura mgħaġġla, valutazzjoni, awtorizzazzjoni tar-reġistrazzjoni għal pestiċidi b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm definizzjoni, fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, ta' "prodott ta' protezzjoni tal-pjanti ta' oriġini bijoloġika", li tkopri l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li s-sustanza attiva tagħhom li hija mikro-organiżmu jew molekula li teżisti fin-natura, jew miksuba minn proċess naturali jew sintetizzata bħala identika għall-molekula naturali, b'kuntrast ma' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li s-sustanza attiva tagħhomhija molekula sintetika li ma teżistix fin-natura,, irrispettivament mill-metodu ta' produzzjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rapport tiegħu dwar l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi, biex tidentifika diskrepanzi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri u biex tinkludi rakkomandazzjonijiet robusti lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni immedjata sabiex inaqqsu r-riskju u l-impatt tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent u biex jiżviluppaw u jintroduċu approċċi jew tekniki alternattivi bl-għan li titnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi;

o
o   o

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0251.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0252.
(5) FAO (2011) "Global Food Losses and Food Waste" (It-telf u l-ħela tal-ikel fil-livell globali).
(6) Il-kunċett ta' 'pestiċidi' jkopri wkoll il-prodotti bijoċidali li għalihom ma tapplikax din ir-riżoluzzjoni.
(7) eż. Kurenbach B, Marjoshi D, Amábile-Cuevas CF, Ferguson GC, Godsoe W, Gibson P, Heinemann JA. 2015. Sublethal exposure to commercial formulations of the herbicides dicamba, 2,4-dichlorophenoxyacetic acid, and glyphosate cause changes in antibiotic susceptibility in Escherichia coli and Salmonella enterica serovar Typhimurium. mBio 6(2):e00009-15. doi:10.1128/mBio.00009-15.
(8) L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Avviż legali