Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0107(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0227/2017

Testi mressqa :

A8-0227/2017

Dibattiti :

PV 04/07/2017 - 3
CRE 04/07/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2017 - 6.10
CRE 04/07/2017 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 27/03/2019 - 18.10

Testi adottati :

P8_TA(2017)0284
P8_TA(2019)0309

Testi adottati
PDF 602kWORD 71k
It-Tlieta, 4 ta' Lulju 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***I
P8_TA(2017)0284A8-0227/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdida)
(-1)   L-ugwaljanza tal-kontribwenti, b'mod partikolari fost l-intrapriżi kollha, hija indispensabbli għas-suq uniku. Approċċ ikkoordinat u armonizzat għall-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa huwa essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku, u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa -1a (ġdida)
(-1a)   L-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll l-iskemi ta' trasferiment tal-profitti, ċaħħdu lill-gvernijiet u lill-popolazzjonijiet mir-riżorsi meħtieġa sabiex, fost affarijiet oħra, jiggarantixxu aċċess universali u bla ħlas għas-servizzi pubbliċi edukattivi u tas-saħħa kif ukoll għas-servizzi soċjali tal-Istat, u ċaħħdu wkoll lill-Istati milli jkunu jistgħu jiżguraw akkomodazzjoni u trasport pubbliku affordabbli u bini ta' infrastruttura essenzjali sabiex ikun hemm żvilupp soċjali u tkabbir ekonomiku. Fil-qosor, skemi bħal dawn kienu fattur ta' inġustizzja, inugwaljanza u diverġenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa -1b (ġdid)
(-1b)   Sistema ta' taxxa korporattiva ġusta u effikaċi jenħtieġ li twieġeb għall-ħtieġa urġenti ta' politika globali progressiva u ġusta dwar it-taxxa, tippromwovi r-ridistribuzzjoni tal-ġid u tiġġieled kontra l-inugwaljanzi.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji żdiedet konsiderevolment u saret punt ċentrali ta' tħassib fl-Unjoni u globalment. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014 għaraf il-ħtieġa urġenti sabiex l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa jimxu 'l quddiem, kemm fil-livell globali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħha bit-titlu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 – Mhux il-waqt li kollox jibqa' l-istess"16 u "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu Ġdid"17 identifikat bħala prijorità l-ħtieġa li tinqabad it-triq tas-sistema li permezz tagħha l-pajjiż li fih jiġu ġġenerati l-profitti jkun ukoll il-pajjiż tat-tassazzjoni. Il-Kummissjoni identifikat ukoll bħala prijorità l-ħtieġa li titwieġeb is-sejħa tas-soċjetajiet tagħna għall-ġustizzja u għat-trasparenza tat-taxxi.
(1)  It-trasparenza hija essenzjali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku. F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji żdiedet konsiderevolment u saret punt ċentrali ta' tħassib fl-Unjoni u globalment. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014 għaraf il-ħtieġa urġenti sabiex l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa jimxu 'l quddiem, kemm fil-livell globali kif ukoll f’dak tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħha bit-titlu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 – Mhux il-waqt li kollox jibqa' l-istess"16 u "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu Ġdid"17 identifikat bħala prijorità l-ħtieġa li tinqabad it-triq tas-sistema li permezz tagħha l-pajjiż li fih jiġu ġġenerati l-profitti jkun ukoll il-pajjiż tat-tassazzjoni. Il-Kummissjoni identifikat ukoll bħala prijorità l-ħtieġa li titwieġeb is-sejħa taċ-ċittadini Ewropej għat-trasparenza u l-ħtieġa li taġixxi bħala mudell ta' referenza għal pajjiżi oħra. Huwa essenzjali li t-trasparenza tqis ir-reċiproċità fost il-kompetituri.
__________________
__________________
16 COM(2015)0610 final tas-27 ta' Ottubru 2015.
16 COM(2015)0610 final tas-27 ta' Ottubru 2015.
17 COM(2014)0910 final tas-16 ta' Diċembru 2014.
17 COM(2014)0910 final tas-16 ta' Diċembru 2014.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni18 għaraf li ż-żieda fit-trasparenza fil-qasam tat-tassazzjoni fuq il-kumpaniji tista' ttejjeb il-ġbir tat-taxxa, tagħmel ħidmet l-awtoritajiet tat-taxxa aktar effiċjenti u tiżgura fiduċja akbar fost il-pubbliku u fiduċja fis-sistemi tat-taxxa u fil-gvernijiet.
(2)  Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni18 għaraf li ż-żieda fit-trasparenza, fil-kooperazzjoni u fil-konverġenza fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni fuq il-kumpaniji fl-Unjoni tista' ttejjeb il-ġbir tat-taxxa, tagħmel ħidmet l-awtoritajiet tat-taxxa aktar effiċjenti, tappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika fil-valutazzjoni tas-sistema tat-tassazzjoni attwali biex jiżviluppaw il-leġiżlazzjoni tal-futur, tiżgura fiduċja akbar fost il-pubbliku u fiduċja fis-sistemi tat-taxxa u fil-gvernijiet u ttejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investimenti abbażi ta' profili tar-riskju tal-kumpaniji aktar preċiżi.
__________________
__________________
18 2015/2010(INL).
18 2015/2010(INL).
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż huwa għodda effiċjenti u xierqa biex tiżdied it-trasparenza b'rabta mal-attivitajiet tal-intrapriżi multinazzjonali u biex il-pubbliku jkun jista' jivvaluta l-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq l-ekonomija reali. Dan itejjeb ukoll il-kapaċità tal-azzjonisti li jevalwaw kif xieraq ir-riskji li jittieħdu mill-kumpaniji, iwassal għal strateġiji ta' investiment ibbażati fuq informazzjoni preċiża u jsaħħaħ il-kapaċità ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jivvalutaw l-effiċjenza u l-impatt tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdida)
(2b)  Ir-rapportar għal kull pajjiż se jkollu wkoll impatt pożittiv fuq id-drittijiet tal-impjegati għal informazzjoni u konsultazzjoni kif previst fid-Direttiva 2002/14/KE u, billi jżid l-għarfien dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji, fuq il-kwalità tad-djalogu impenjat fil-kumpaniji.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Filwaqt li sejjaħ għal sistema tat-taxxa internazzjonali globalment ġusta u moderna, il-G20, f'Novembru 2015 approva l-"Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti" (BEPS, Base Erosion and Profit Shifting) tal-OECD li kellu t-tir li jipprovdi lill-gvernijiet b'soluzzjonijiet internazzjonali ċari biex jindirizzaw il-lakuni u d-diskrepanzi fir-regoli eżistenti li jippermettu li l-profitti tal-kumpaniji jkunu trasferiti lejn postijiet li fihom jew ma hemm l-ebda tassazzjoni jew inkella hemm tassazzjoni baxxa, fejn ma jista' jinħoloq l-ebda valur reali. B'mod partikolari, l-Azzjoni 13 tal-BEPS tintroduċi rapportat għal kull pajjiż minn ċerti intrapriżi multinazzjonali lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi kunfidenzjali. Fis-27 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni adottat il-"Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa". Wieħed mill-objettivi ta' dak il-pakkett huwa li l-Azzjoni 13 tal-BEPS tiġi trasposta fi dritt tal-Unjoni, billi tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE20.
(4)  Filwaqt li sejjaħ għal sistema tat-taxxa internazzjonali globalment ġusta u moderna, il-G20, f'Novembru 2015 approva l-"Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti" (BEPS, Base Erosion and Profit Shifting) tal-OECD li kellu t-tir li jipprovdi lill-gvernijiet b'soluzzjonijiet internazzjonali ċari biex jindirizzaw il-lakuni u d-diskrepanzi fir-regoli eżistenti li jippermettu li l-profitti tal-kumpaniji jkunu trasferiti lejn postijiet li fihom jew ma hemm l-ebda tassazzjoni jew inkella hemm tassazzjoni baxxa, fejn ma jista' jinħoloq l-ebda valur reali. B'mod partikolari, l-Azzjoni 13 tal-BEPS tintroduċi rapportat għal kull pajjiż minn ċerti intrapriżi multinazzjonali lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi kunfidenzjali. Fis-27 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni adottat il-"Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa". Wieħed mill-objettivi ta' dak il-pakkett huwa li l-Azzjoni 13 tal-BEPS tiġi trasposta fi dritt tal-Unjoni, billi tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE20. Madankollu, l-intaxxar fuq il-profitti fejn jinħoloq il-valur jitlob approċċ aktar komprensiv għar-rapportar għal kull pajjiż li jkun ibbażat fuq ir-rapportar pubbliku.
__________________
__________________
20 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
20 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Jenħtieġ li l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) jaġġorna l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) rilevanti biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż diġà ġie stabbilit fl-Unjoni għas-settur bankarju bid-Direttiva 2013/36/UE kif ukoll għall-industrija estrattiva u tal-qtugħ tas-siġar bid-Direttiva 2013/34/UE.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdida)
(4c)  Permezz ta' introduzzjoni bla preċedent tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż, l-Unjoni wriet li saret mexxej globali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 4d (ġdida)
(4d)  Billi l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa tista' tkun ta' suċċess biss b'azzjoni konġunta fil-livell internazzjonali, l-Unjoni, filwaqt li tibqa' mexxej globali f'din il-ġlieda, jeħtiġilha tikkoordina l-azzjonijiet tagħha mal-atturi internazzjonali, pereżempju fil-qafas tal-OECD. L-azzjonijiet unilaterali, anke jekk ikunu ambizzjużi ħafna, ma għandhomx possibbiltà reali li jkunu ta' suċċess, u, barra minn hekk, azzjonijiet bħal dawn ipoġġu f'riskju l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u jagħmlu ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 4e (ġdida)
(4e)  Aktar trasparenza fir-riżultati tad-divulgazzjoni finanzjarja tirriżulta f'sitwazzjoni fejn kulħadd joħroġ rebbieħ peress li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jsiru aktar effiċjenti, is-soċjetà ċivili tkun involuta iżjed, l-impjegati jkunu infurmati aħjar, u l-investituri jkollhom inqas avversità għar-riskju. Barra minn hekk, l-intrapriżi jibbenefikaw minn relazzjonijiet aħjar mal-partijiet ikkonċernati, li jirriżulta f'aktar stabbiltà, flimkien ma' aċċess aktar faċli għall-finanzjament minħabba profil tar-riskju aktar ċar u titjib fir-reputazzjoni.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Skrutinju pubbliku mtejjeb tat-taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji li jitħallsu mill-intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni huwa element essenzjali sabiex ir-responsabbiltà tal-kumpaniji tkun imħeġġa aktar, jingħata kontribut għall-benessri permezz tat-taxxi, tiġi promossa kompetizzjoni aktar ġusta tat-taxxi fl-Unjoni permezz ta' dibattitu pubbliku msejjes fuq informazzjoni aħjar u titreġġa' lura l-fiduċja tal-pubbliku f'kemm is-sistemi nazzjonali tat-taxxa huma ġusti. Skrutinju pubbliku bħal dan jista' jinkiseb permezz ta' rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita l-intrapriża prinċipali apikali tal-grupp multinazzjonali.
(5)  Minbarra ż-żieda fit-trasparenza maħluqa mir-rapportar għal kull pajjiż għall-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, skrutinju pubbliku mtejjeb tat-taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji li jitħallsu mill-intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni huwa element essenzjali sabiex jitrawwem l-obbligu ta' rendikont tal-kumpaniji u sabiex ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tkun imħeġġa aktar, jingħata kontribut għall-benessri permezz tat-taxxi, tiġi promossa kompetizzjoni aktar ġusta tat-taxxi fl-Unjoni permezz ta' dibattitu pubbliku msejjes fuq informazzjoni aħjar u titreġġa' lura l-fiduċja tal-pubbliku f'kemm is-sistemi nazzjonali tat-taxxa huma ġusti. Skrutinju pubbliku bħal dan jista' jinkiseb permezz ta' rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita l-intrapriża prinċipali apikali tal-grupp multinazzjonali. L-iskrutinju pubbliku, madankollu, irid isir mingħajr ma' ssir ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni jew lill-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs kif definiti f'din id-Direttiva u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/10171a, li għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta' rapportar stabbilit skont din id-Direttiva.
__________________
1a Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
(5a)   Il-Kummissjoni ddefiniet ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) bħala r-responsabbiltà tal-intrapriżi għall-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. Is-CSR jenħtieġ li tkun immexxija mill-kumpaniji. L-awtoritajiet pubbliċi jista' jkollhom rwol ta' appoġġ permezz ta' taħlita intelliġenti ta' miżuri ta' politika volontarji u, fejn ikun meħtieġ, regolamentazzjoni komplementari. Il-kumpaniji jistgħu jsiru soċjalment responsabbli billi jsegwu l-liġi jew inkella billi jintegraw it-tħassib soċjali, ambjentali, etiku u tal-konsumaturi jew dak dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-istrateġija kummerċjali u l-operazzjonijiet tagħhom, jew it-tnejn li huma.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Il-pubbliku għandu jkun jista' jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta' grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni. Għall-gruppi li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni permezz ta' intrapriżi sussidjarji jew fergħat biss, is-sussidjarji u l-fergħat għandhom jippubblikaw u jagħtu aċċess għar-rapport tal-intrapriża prinċipali apikali. Madankollu għal raġunijiet ta' proporzjonalità u effikaċja, l-obbligu tal-pubblikazzjoni u tal-aċċessibbiltà tar-rapport għandu jkun limitat għal sussidjarji ta' daqs medju jew kbir li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, jew fergħat ta' daqs paragunabbli miftuħa fi Stat Membru. Għaldaqstant, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE għandu jiġi estiż f'dan is-sens għall-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn intrapriża stabbilita barra mill-Unjoni.
(6)  Jenħtieġ li l-pubbliku jkun jista' jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta' grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni u barra minnha. Il-gruppi bi stabbilimenti fl-Unjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea dwar governanza tajba tat-taxxa. L-intrapriżi multinazzjonali joperaw madwar id-dinja u l-imġiba korporattiva tagħhom ikollha impatt sostanzjali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-għoti ta' aċċess għal informazzjoni korporattiva għal kull pajjiż liċ-ċittadini tagħhom jippermetti lilhom kif ukoll lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa f'pajjiżhom jimmonitorjaw, jivvalutaw u jżommu lil dawk il-kumpaniji responsabbli. Bil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa fejn topera l-intrapriża multinazzjonali, l-Unjoni żżid il-koerenza tal-politika tagħha għall-iżvilupp u tillimita l-possibbiltà ta' skemi ta' evitar tat-taxxa f'pajjiżi fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi ġiet identifikata bħala komponent ewlieni tal-politika tal-UE għall-iżvilupp.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet kollha ta' intrapriża jew tal-intrapriżi kollha affiljati ma' grupp ikkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali. L-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapportar tal-Azzjoni 13 tal-BEPS u għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħata lok għal skrutinju pubbliku effettiv, sabiex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ma twassalx għal riskji jew żvantaġġi sproporzjonati. Ir-rapport għandu wkoll jinkludi deskrizzjoni tan-natura tal-attivitajiet. Deskrizzjoni bħal din tista' tkun ibbażata fuq il-kategorizzazzjoni prevista fit-tabella 2 tal-Anness III tal-Kapitolu V tat-"Transfer Pricing Guidelines on Documentation" (Linji Gwida rigward id-Dokumentazzjoni tal-Ipprezzar ta' Trasferimenti) tal-OECD. Ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni narrattiva kumplessiva fejn jingħataw spjegazzjonijiet f'każ ta' diskrepanzi materjali fil-livell ta' grupp bejn l-ammonti ta' taxxi akkumulati u l-ammonti ta' taxxi mħallsa, filwaqt li jitqiesu l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.
(8)  Jenħtieġ li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet kollha ta' intrapriża jew tal-intrapriżi kollha affiljati ma' grupp ikkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali. Jenħtieġ li l-informazzjoni tqis l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapportar tal-Azzjoni 13 tal-BEPS u tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħata lok għal skrutinju pubbliku effettiv, sabiex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ma twassalx għal riskji jew żvantaġġi sproporzjonati, f'termini ta' kompetittività jew miżinterpretazzjoni għall-intrapriżi kkonċernati. Jenħtieġ ukoll li r-rapport jinkludi deskrizzjoni tan-natura tal-attivitajiet. Deskrizzjoni bħal din tista' tkun ibbażata fuq il-kategorizzazzjoni prevista fit-tabella 2 tal-Anness III tal-Kapitolu V tat-"Transfer Pricing Guidelines on Documentation" (Linji Gwida rigward id-Dokumentazzjoni tal-Ipprezzar ta' Trasferimenti) tal-OECD. Jenħtieġ li r-rapport jinkludi deskrizzjoni narrattiva kumplessiva fejn jingħataw spjegazzjonijiet, inkluż f'każ ta' diskrepanzi materjali fil-livell ta' grupp bejn l-ammonti ta' taxxi akkumulati u l-ammonti ta' taxxi mħallsa, filwaqt li jitqiesu l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f'kull Stat Membru, l-informazzjoni għandha tinqasam skont l-Istat Membru. Barra minn hekk, informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet tal-intrapriżi multinazzjonali għandha wkoll tintwera fid-dettall sew fir-rigward ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li jippreżentaw sfidi partikolari. Għall-operazzjonijiet l-oħra kollha ta' pajjiż terzi, l-informazzjoni għandha tingħata f'għadd aggregat.
(9)  Sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f'kull ġuriżdizzjoni fejn joperaw, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, mingħajr ma ssir ħsara lill-kompetittività tal-intrapriżi, jenħtieġ li l-informazzjoni tinqasam skont il-ġuriżdizzjoni. Ir-rapporti rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jistgħu biss jinftiehmu u jintużaw b'mod sinifikattiv jekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata b'mod diżaggregat għal kull ġuriżdizzjoni.
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Jenħtieġ li meta l-intrapriża tqis li l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata tkun kummerċjalment sensittiva, hija tkun tista' titlob l-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti fejn hija stabbilita li ma tiddivulgax l-informazzjoni kollha. F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx awtorità tat-taxxa, jenħtieġ li l-awtorità tat-taxxa kompetenti tkun involuta fid-deċiżjoni.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Sabiex ikun żgurat li każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu ddivulgati lill-pubbliku, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jivverifikaw jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ġiex sottomess u ppreżentat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jekk jinsabx aċċessibbli fis-sit web tal-intrapriża rilevanti jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata.
(11)  Sabiex ikun żgurat li każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu ddivulgati lill-pubbliku, jenħtieġ li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jivverifikaw jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ġiex sottomess u ppreżentat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jekk jinsabx aċċessibbli fis-sit web tal-intrapriża rilevanti jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata u li l-informazzjoni ddivulgata pubblikament tkun konformi mal-informazzjoni finanzjarja awditjata għall-intrapriża sal-iskadenzi previsti f'din id-Direttiva.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Il-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu min-naħa tal-intrapriżi u l-fergħat, li jagħtu bidu għal penali min-naħa tal-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, jenħtieġ li jiġu rrapportati f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni. Dawn il-penali jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, multi amministrattivi jew esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti u mill-għoti ta' finanzjament mill-fondi strutturali tal-Unjoni.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Sabiex jiġu ddeterminati ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li għalihom irid jintwera livell għoli ta' dettall, is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta' lista komuni tal-Unjoni ta’ dawn il-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Din il-lista għandha titfassal abbażi ta' ċerti kriterji, identifikati abbażi tal-Anness 1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva, (COM (2016) 24 final). Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet kif approvat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni u sakemm titqiegħed il-firma formali. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
imħassar
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista' minflok, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv.
(14)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista' minflok, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-azzjoni tal-Unjoni hija ġustifikata sabiex tindirizza d-dimensjoni transfruntiera fejn ikun hemm ippjanar aggressiv tat-taxxa jew arranġamenti ta' pprezzar tat-trasferimenti. Din l-inizjattiva twieġeb għat-tħassib li ntwera mill-partijiet interessati rigward il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-distorsjonijiet fis-suq uniku mingħajr ma tipperikola l-kompetittività tal-Unjoni. Jenħtieġ li la tikkawża piż amministrattiv bla bżonn fuq il-kumpaniji, u lanqas tiġġenera kunflitti ulterjuri ta' taxxa jew toħloq riskju ta' tassazzjoni doppja. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv, tal-anqas fir-rigward ta' aktar trasparenza.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(15)  Kumplessivament, fil-qafas ta' din id-Direttiva, il-kwantità ta' informazzjoni divulgata hija proporzjonali għall-objettivi ta' żieda fit-trasparenza pubblika u fl-iskrutinju pubbliku. Din id-Direttiva, għalhekk, titqies li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni24, f'każijiet ġustifikati l-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawk id-dokumenti hija ġustifikata.
(16)  F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni24, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tagħhom ta' traspożizzjoni b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali, pereżempju fl-għamla ta' tabella komparattiva. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawk id-dokumenti hija ġustifikata sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' din il-proposta u tiġi evitata kwalunkwe ommissjoni u inkonsistenza fir-rigward tal-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
__________________
__________________
24 ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
24 ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 biex ifasslu u jippubblikaw rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali.
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar biex ifasslu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas, rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stipulati f'dan il-paragrafu jekk dawn l-intrapriżi jkunu stabbiliti biss fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u fl-ebda ġuriżdizzjoni oħra tat-taxxa.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji ta' daqs medju u kbir imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 750 000 000 u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali.
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li fil-karta tal-bilanċ tagħha f'sena finanzjarja għandha fatturat nett ikkonsolidat ta' EUR 750 000 000 jew aktar u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata.
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw fuq bażi annwali r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas u fuq bażi annwali, ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata.
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli f'format ta' dejta miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 5 – punt a
(a)  l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma' grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 750 000 000 jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000;
(a)  l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma' grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha għandha fatturat nett ikkonsolidat ta' EUR 750 000 000 jew aktar, jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar;
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 5 – punt b
(b)  l-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) ma jkollhiex intrapriża sussidjarja ta' daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 3.
(b)  l-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) ma jkollhiex intrapriża sussidjarja ta' daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 3 diġà soġġetta għall-obbligi ta' rapportar.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48b – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont li fil-munita nazzjonali jkun ekwivalenti għall-ammont speċifikat fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandu jkun dak miksub bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun effettiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Kapitolu.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkopri dan li ġej:
2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'mudell komuni u tkopri dan li ġej, b'mod diżaggregat skont il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa:
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt a
(a)  deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet;
(a)  isem l-intrapriża apikali u, fejn applikabbli, il-lista tas-sussidjarji kollha tagħha, deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tagħhom u l-lok ġeografiku rispettiv tagħhom;
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-għadd ta' impjegati;
(b)  l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għall-full time;
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  assi fissi għajr flus jew ekwivalenti ta' flus;
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-ammont tal-fatturat nett, li jinkludi l-fatturat li sar mal-partijiet relatati;
(c)  l-ammont tal-fatturat nett, inkluża distinzjoni bejn il-fatturat li sar mal-partijiet relatati u l-fatturat li sar mal-partijiet mhux relatati;
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
(ga)  il-kapital iddikjarat;
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)
(gb)   id-dettalji tas-sussidji pubbliċi li tkun irċeviet u kwalunkwe donazzjoni magħmula lil persuni politiċi, organizzazzjonijiet politiċi jew fondazzjonijiet politiċi;
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)
(gc)  jekk l-intrapriżi, is-sussidjarji jew il-fergħat jibbenefikawx minn trattament fiskali preferenzjali, minn sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi jew reġimi ekwivalenti.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tinġabar flimkien fuq livell ta' Stat Membru.
Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa li, fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, tkun elenkata fil-lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, imfassla skont l-Artikolu 48g, sakemm ir-rapport ma jkunx espliċitament jikkonferma, soġġett għar-responsabbiltà msemmija fl-Artikolu 48e aktar 'l isfel, li l-intrapriżi affiljati ta' grupp irregolati mil-liġijiet ta' tali ġuriżdizzjoni ma jinvolvux ruħhom direttament fi tranżazzjonijiet ma' kwalunkwe intrapriża affiljata tal-istess grupp irregolata mil-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru.
Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa barra mill-Unjoni.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Ir-rapport għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi aggregata għal ġuriżdizzjonijiet oħra tat-taxxa.
imħassar
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)
Sabiex titħares l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu jitħallew barra temporanjament minn dan ir-rapport fir-rigward ta' attivitajiet f'ġuriżdizzjoni tat-taxxa speċifika waħda jew aktar meta jkunu ta' natura tali li d-divulgazzjoni tagħhom tista' tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 48b(1) u l-Artikolu 48b(3) marbuta magħha. L-ommissjoni ma għandhiex timpedixxi għarfien ġust u bbilanċjat tal-pożizzjoni tal-intrapriża f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa. L-ommissjoni għandha tiġi indikata fir-rapport flimkien ma' spjegazzjoni debitament ġustifikata għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa dwar għalfejn dan hu l-każ u b'riferiment għall-ġuriżdizzjoni(jiet) tat-taxxa kkonċernata/i.
Emenda 69/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3b (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jissoġġettaw dawn l-ommissjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti. L-intrapriża għandha titlob awtorizzazzjoni ġdida kull sena mingħand l-awtorità kompetenti, li tieħu deċiżjoni abbażi ta' valutazzjoni ġdida tas-sitwazzjoni. Jekk l-informazzjoni mħollija barra ma tissodisfax aktar ir-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a, din għandha titqiegħed minnufih għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3c (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għoti ta' deroga temporanja bħal din u għandhom jittrażmettulha, b'mod kunfidenzjali, l-informazzjoni mħollija barra flimkien ma' spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mogħtija. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit web tagħha n-notifiki li jkunu waslulha mingħand l-Istati Membri u l-ispjegazzjonijiet mogħtija skont is-subparagrafu 3a.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3d (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tivverifika li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a jiġi rispettat kif xieraq, u għandha tissorvelja l-użu ta' din id-deroga temporanja awtorizzata mill-awtoritajiet nazzjonali.
Emenda 70/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Article 48c – paragraph 3 – subparagraph 3e (new)
Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi, wara li tkun wettqet il-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni li tirċievi skont is-subparagrafu 3c, li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a ma jkunx issodisfat, l-intrapriża kkonċernata għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3f (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tadotta linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jiddefinixxu l-każijiet fejn il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għandha titqies li tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi li tirreferi għalihom.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48c – paragrafu 5
5.  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat u jsir aċċessibbli fuq is-sit web f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
5.  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fuq is-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48e – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.
1.  Sabiex isaħħu r-responsabbiltà lejn partijiet terzi u jiżguraw governanza xierqa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48g
Artikolu 48g
imħassar
Lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 fir-rigward tat-tfassil ta' lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Dik il-lista għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jirrispettawx il-kriterji li ġejjin:
(1)  It-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż skambju ta' informazzjoni meta ssir rikjesta u Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni ta' informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji;
(2)  Il-kompetizzjoni ġusta tat-taxxi;
(3)  Standards stabbiliti mill-G20 u/jew mill-OECD;
(4)  Standards rilevanti oħra, inklużi standards internazzjonali stabbiliti mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-lista fuq bażi regolari u, meta xieraq, temendaha sabiex jitqiesu ċirkostanzi ġodda.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48i – paragrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli minn 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, filwaqt li jitqies il-bżonn biex ikun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn ta' ambjent kompetittiv għall-intrapriżi.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, u għandu jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tnaqqis tas-soll tal-fatturat nett ikkonsolidat lil hinn mil-livell li l-intrapriżi u l-fergħat għandhom l-obbligu li jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu. Ir-rapport għandu, barra minn hekk, jevalwa kull ħtieġa li jittieħdu miżuri komplementari ulterjuri, filwaqt li jitqies il-bżonn li jkun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn li jiġi żgurat u ppreservat ambjent kompetittiv għall-intrapriżi u l-investiment privat.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48ia (ġdid)
(2a)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 48ia
Mhux aktar tard minn 4 snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-livell tal-OECD, il-Kummissjoni għandha teżamina, tivvaluta u tirrapporta dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, b'mod partikolari rigward:
—  l-intrapriżi u l-fergħat li għandhom l-obbligu li jirrapportaw rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, b'mod partikolari jekk ikunx xieraq li jitkabbar l-ambitu ta' dan il-Kapitolu biex jinkludi intrapriżi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(4) u gruppi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(7) ta' din id-Direttiva;
—  il-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu kif previst fl-Artikolu 48c;
—  id-deroga temporanja prevista fis-subparagrafi 3a sa 3f tal-Artikolu 48c(3).
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk ikun xieraq."
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 48ib (ġdid)
(2b)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 48ib
Mudell komuni għar-rapport
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mudell komuni li jirreferu għalih l-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) ."
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 49 − paragrafu 3a
(3a)  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ta' [date]."
(3a)  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet * u tqis b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 51 – paragrafu 1
(3a)  fl-Artikolu 51, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"L-Istati Membri għandhom jistipulaw penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi."
"L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jipprevedu miżuri u pieni amministrattivi għall-ksur, min-naħa tal-intrapriżi, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn ... [jekk jogħġbok inkludi d-data ta’ sena wara dħul fis-seħħ] u jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.
Sa ... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-miżuri u s-sanzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru skont din id-Direttiva."

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0227/2017).

Avviż legali