Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0308(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0193/2017

Testi mressqa :

A8-0193/2017

Dibattiti :

PV 31/05/2017 - 16
CRE 31/05/2017 - 16

Votazzjonijiet :

PV 01/06/2017 - 7.5
CRE 01/06/2017 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 04/07/2017 - 6.11
CRE 04/07/2017 - 6.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0236
P8_TA(2017)0285

Testi adottati
PDF 134kWORD 49k
It-Tlieta, 4 ta' Lulju 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
L-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna ***I
P8_TA(2017)0285A8-0193/2017
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-4 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0631),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0392/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  – wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0193/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ l-att leġiżlattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-1 ta' Ġunju 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0236).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
P8_TC1-COD(2016)0308

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1566.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni relatata mal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-miżuri kummerċjali awtonomi temporanji (ATMs) għall-Ukrajna

Il-Kummissjoni tinnota li jekk ma jkunx possibbli li tiġi implimentata s-sospensjoni tal-arranġamenti preferenzjali qabel l-użu sħiħ tal-kwoti annwali b'rati ta' dażju għall-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tipproponi tnaqqis jew sospensjoni ta' dawn il-konċessjonijiet fis-snin li ġejjin.

Avviż legali