Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 14 ta' Marzu 2017 - StrasburguVerżjoni finali
Sjieda responsabbli u kura tal-ekwidi
 Il-merkurju ***I
 Involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva ***I
 Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi ***I
 Vetturi li m’għadhomx jintużaw, skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***I
 L-iskart ***I
 Ir-rimi ta' skart f'miżbla ***I
 L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ***I
 L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014/2015
 Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi
 Fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi
 L-implikazzjonijiet tal-Big Data fuq id-drittijiet fundamentali
 Standards Minimi għall-Protezzjoni tal-Fniek tat-Trobbija

Sjieda responsabbli u kura tal-ekwidi
PDF 316kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar sjieda responsabbli u kura tal-ekwidi (2016/2078(INI))
P8_TA(2017)0065A8-0014/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39, 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-funzjonament tal-politika agrikola komuni u tal-politika komuni tas-sajd,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-TFUE dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq uniku,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-TUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168(4)(b) tat-TFUE dwar miżuri fil-qasam veterinarju u f'dak fitosanitarju li l-objettiv dirett tagħhom huwa l-protezzjoni tas-saħħa pubblika,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-TFUE, li jistabbilixxi li, fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura, is-sajd, it-trasport, is-suq intern, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, billi l-annimali huma esseri sensibbli, iqisu bis-sħiħ il-ħtiġijiet tat-trattament xieraq tal-annimali, filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu, b'mod partikolari, mar-riti reliġjużi, it-tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ('Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali')(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin)(5),

–  Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali ("ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008(7),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tat-23 ta’ April 2015 fil-kawża C-424/13, Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011(8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffirżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew" (COM(2010)0352),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-istudju EDUCAWEL tal-Kummissjoni(9),

–  wara li kkunsidra l-prinċipju tas-sussidjarjetà u dak tal-proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali li Jinżammu għal Skopijiet ta' Biedja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0014/2017),

A.  billi s-settur tal-ekwidi fi ħdan l-UE għandu valur ta' aktar minn EUR 100 biljun fis-sena(10) u kien jammonta għal fatturat totali addizzjonali ta' EUR 27.3 biljun fil-logħob tal-imħatri fl-2013 biss, li minnhom EUR 1.1 biljun marru għand il-gvernijiet tal-Istati Membri(11);

B.  billi l-industrija tal-isports ekwestri waħedha toħloq madwar 900 000 impjieg, ħamsa sa seba' ekwidi joħolqu impjieg wieħed full-time, u dawk l-impjiegi, li ma jistgħux jiġu rrilokati, jinsabu f'dawk li issa huma żoni rurali ekonomikament vulnerabbli;

C.  billi s-settur tal-ekwidi jissodisfa l-objettivi tal-politika tal-iżvilupp rurali tal-UE, li hija bbażata fuq il-vijabilità agrikola, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali fil-komunitajiet rurali; billi l-ekwidi għadhom ferm użati fl-agrikoltura, filwaqt li qed jinstabu użijiet ġodda, bħalma hi l-produzzjoni tal-ħalib tal-ħmir, kif ukoll opportunitajiet u benefiċċji ġodda għall-iżvilupp ulterjuri ta' dawn il-prodotti għall-produtturi u għall-konsumaturi;

D.  billi s-settur tal-ekwidi qed jaqdi rwol attiv biex jintlaħqu l-objettiv tal-istrateġija Ewropa 2020 li ġġib tkabbir sostenibbli bbażat kemm fuq ekonomija aktar ħadra u kemm fuq it-tkabbir inklużiv, u billi s-settur tal-ekwidi hu importanti minħabba l-kontribuzzjoni vitali tiegħu lejn l-iżvilupp ambjentali, ekonomiku u soċjali fiż-żoni rurali;

E.  billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar suq għall-industrija tal-isports ekwestri globalment(12);

F.  billi s-7 miljun ekwidu li huma stmati li hemm fl-UE jwettqu rwoli li jvarjaw bil-kbir, b'relazzjoni antikissima mal-umanità, mill-annimali tal-kompetizzjoni u l-annimali tar-rikreazzjoni għall-annimali tax-xogħol fit-trasport, fit-turiżmu, fit-terapiji komportamentali, ta' riabilitazzjoni u ta' edukazzjoni, fl-isport, fl-edukazzjoni, fil-forestrija u fl-agrikoltura, annimali għejun ta' ħalib u laħam, annimali tar-riċerka, u annimali selvaġġi u annimali semiselvaġġi; billi dawn l-ekwidi jgħinu wkoll biex tinżamm il-bijodiversità u s-sostenibilità rurali u jistgħu jwettqu għadd minn dawn ir-rwoli matul ħajjithom;

G.  billi s-sjieda responsabbli u l-kura tal-ekwidi jibdew bl-attenzjoni xierqa għall-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u billi l-kwistjonijiet tal-benesseri għandhom għaldaqstant ikunu ċentrali għall-attivitajiet kollha tal-ekwidi; billi l-ambjent regolatorju fil-livell tal-UE ivarja fost l-Istati Membri, u billi l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi implimentata b'mod differenti fi ħdan l-UE, sitwazzjoni li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u deterjorament fit-trattament xieraq tal-annimali;

H.  billi l-ekwidi huma l-aktar annimali li jinġarru fl-Ewropa fi proporzjon mal-popolazzjoni tagħhom(13), u billi l-ħinijiet tat-trasport tal-annimali huma ta' tħassib serju għaċ-ċittadini tal-UE, li jitolbu b'insistenza ħinijiet tat-trasport iqsar, peress li l-ekwidi ġieli jinġarru ġewwa u barra mill-UE f'vetturi li mhumiex adattati għall-ġarr tal-ekwidi fuq distanzi twal bit-triq, bil-baħar u bl-ajru qabel ma jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom;

I.  billi d-data dwar il-movimenti tal-ekwidi għal finijiet kummerċjali tiġi rreġistrata permezz tas-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata (Trade Control and Expert System - TRACES), iżda din id-data tiġi ppubblikata biss darba fis-sena u b'dewmien ta' sentejn mir-reġistrazzjoni tad-data;

J.  billi d-data faċilment disponibbli tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti u lil organizzazzjonijiet oħra jimmonitorjaw aħjar l-effetti tas-saħħa tal-annimali u jinvestigaw l-indikazzjonijiet sussegwenti ta' bijosigurtà ħażina;

K.  billi ma hemmx biżżejjed data disponibbli li tikkwantifika direttament kemm hemm ekwidi li jaħdmu li qegħdin jintużaw f'azjendi tal-biedja żgħar u semisussistenti, li 86 % minnhom jinsabu fl-Istati Membri aktar ġodda, kif ukoll fit-turiżmu;

L.  billi l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) adottat linji gwida li jikkonċernaw lill-ekwidi tax-xogħol f'Mejju 2016(14) fir-rigward tal-osservazzjoni tal-ħames libertajiet fundamentali tal-annimali, jiġifieri l-libertà mill-ġuħ, mill-għatx u mill-malnutrizzjoni; mill-biża' u mit-trawmi; mill-iskumdità fiżika u termali; mill-uġigħ, mill-korriment u mill-mard; u l-libertà li jesprimu imġiba (l-aktar) normali;

M.  billi l-ekwidi jipprovdu impjiegi u dħul siewja lil-lokalitajiet u liż-żoni rurali mill-agrikoltura, mill-attivitajiet ekwestri u mit-turiżmu li ma jistgħux jiġu rilokati, iżda l-benessri ta' ċerti ekwidi tiġi kompromessa u spiss jagħti l-każ li t-turisti ma jkunux infurmati biżżejjed biex jidentifikaw kwistjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali u jikkoreġu l-problema(15);

N.  billi t-tikketti tal-benesseri introdotti mill-industrija jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat li l-attivitajiet jitwettqu kif suppost u li l-pubbliku jingħata l-informazzjoni meħtieġa;

O.  billi t-tnissil bla limitu, indiskriminat u irresponsabbli tal-ekwidi jista' jwassal għal annimali li ma jkollhomx valur ekonomiku u li sikwit jitħallew bi problemi serji ta' benesseri, b'mod partikolari matul perjodu ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku; billi l-Parlament u l-Kunsill riċentement adottaw leġiżlazzjoni li tarmonizza r-regoli dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u dawk ġenealoġiċi għat-tnissil ta' razzez puri għat-tnissil, li jinkludu l-ekwidi, bl-objettivi li s-settur tat-tnissil tal-UE isir iktar kompetittiv u organizzat aħjar u li tittejjeb l-informazzjoni disponibbli dwar it-tnissil ta' razzez puri u dwar pura tat-tnissil fuq it-tnissil ta' annimali ta' razza pura u dwar l-annimali ta' razza pura għat-tnissil, b'mod partikolari l-ekwidi;

P.  billi l-abbandun tal-ekwidi żdied mill-2008 'l hawn fl-Istati Membri tal-Punent, speċjalment fejn dawn l-ekwidi saru lussu għali, u għaldaqstant jikkostitwixxu piż finanzjarju mill-akbar, aktar milli għajn ta' dħul; billi ma kien hemm l-ebda reazzjoni adegwata u sodisfaċenti għal din il-problema mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri;

Q.  billi l-biċċa l-kbira tal-każijiet ta' dan l-aġir jista' jiġi assenjat lil sidien privati u ma jirrappreżentawx il-maġġoranza tas-settur professjonali taż-żwiemel fl-Ewropa;

R.  billi l-ekwidi huma annimali soċjali b'kapaċitajiet konjittivi u b'rabtiet affiljattivi qawwija, u billi huma użati f'firxa ta' programmi edukattivi u ta' taħriġ kif ukoll fi programmi ta' terapija u rijabilitazzjoni, inkluż f'każijiet ta' disturbi tal-ispettru awtistiku, il-paraliżi ċerebrali, aċċident ċerebrovaskulari, diżabilitajiet u diffikultajiet tat-tagħlim jew lingwistiċi, riabilitazzjoni tat-trasgressuri, psikoterapija, disturbi minn stress postrawmatiku u vizzji;

S.  billi s-sidien qed iħabbtu wiċċhom ma' deċiżjonijiet diffiċli meta ma jkunux għadhom kapaċi jieħdu ħsieb biżżejjed lill-ekwidi tagħhom, parzjalment minħabba l-ispejjeż veterinarji għolja, u billi f'xi Stati Membri l-ewtanasja hija wisq spiss l-ewwel rikors, u wieħed għali, għal sidien li m'għadhomx kapaċi jġarrbu l-ispiża tal-kura veterinarja u l-ispiża tal-iżgurar tat-ħtiġijiet għall-benesseri tal-ekwidu; billi f'xi Stati Membri oħra l-ekwidi jistgħu jiġu ewtanizzati biss fejn hemm il-ħtieġa veterinarji immedjata ċara, irrispettivament mill-benessri fit-tul tal-annimal ikkonċernat;

T.  billi f'ħafna pajjiżi barra mill-Unjoni l-ekwidi mhumiex meqjusa li huma annimali li jipproduċu l-ikel, u billi l-laħam ekwin huwa impurtat b'rutina minn dawn il-pajjiżi biex jinbiegħ u jiġi introdott fis-suq tal-UE; billi din is-sitwazzjoni tagħti lok għal kwistjonijiet ta' benesseri u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba li, għalissa, l-UE ma tippermettix li laħam minn żwiemel Ewropej li ma kinux oriġinarjament maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam u għall-qatla jidħol fil-katina tal-ikel tal-bnedmin, filwaqt li hija permessa aktar flessibilità għal-laħam importat minn pajjiżi terzi;

1.  Jirrikonoxxi l-kontribut ekonomiku, ambjentali u soċjali konsiderevoli li jagħmlu l-ekwidi fl-UE kollha u l-valuri kulturali u edukattivi direttament relatati magħhom, bħalma huma r-rispett għall-annimali u għall-ambjent;

2.  Jirrimarka li l-ekwidi kulma jmur qed jintużaw aktar u aktar għal finijiet edukattivi, sportivi, terapewtiċi u ta' rikreazzjoni f'azjendi agrikoli minn bdiewa li qed ifittxu li jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom u jwessgħu l-bażi tad-dħul tagħhom, u jenfasizza li l-preżenza tal-ekwidi taġevola l-multifunzjonalità għal impriża tal-biedja, ħaġa li twassal biex tingħata spinta lill-impjieg fiż-żoni rurali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet urbani-rurali, u għas-sostenibilità u l-koeżjoni lokali;

3.  Jitlob li jkun hemm rikonoxximent akbar fil-livell tal-UE tas-settur tal-ekwidi, u tal-benefiċċji tiegħu għall-ekonomija rurali, li jagħti kontribut sinifikanti għall-objettivi strateġiċi u ġenerali tal-UE, u li jiġi inkorporat b'mod aktar wiesa' fid-diversi komponenti tal-PAK, inkluża l-għajnuna diretta taħt l-ewwel pilastru jew taħt it-tieni pilastru;

4.  Jinnota li stat tajjeb tas-saħħa u tal-benessri tal-ekwidi jagħti spinta lill-produzzjoni ekonomika kemm tal-azjendi tal-biedja u kemm tan-negozji u huwa ta' benefiċċji għall-ekonomija rurali ġenerali, filwaqt li jissodisfa wkoll id-domanda dejjem tikber taċ-ċittadini tal-UE għal standards ogħla tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-istatus ta' annimali ħaddiema għall-ekwidi bħala għodda importanti fl-attivitajiet agrikoli fiż-żoni rurali tal-Ewropa, speċjalment fiż-żoni muntanjużi u fiż-żoni li diffiċli jintlaħqu;

6.  Jenfasizza li s-sidien tal-ekwidi għandu jkollhom livell minimu ta' għarfien dwar it-trobbija tal-ekwidi, u li s-sjieda ġġib magħha responsabilità personali għall-istandard tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fil-kura tagħhom;

7.  Jenfasizza li l-iskambju tal-għarfien bejn is-sidien tal-ekwidi, iżda wkoll bejn l-Istati Membri, għandu jkun għodda importanti biex dawn il-bżonnijiet jiġu ssodisfati, u jinnota li flimkien mal-għarfien xjentifiku ġdid, l-iżviluppi leġiżlattivi u l-metodi ta' tagħlim ġodda li qed jitfaċċaw, il-professjonisti li jaħdmu fis-settur tal-ekwidi tejbu l-metodi ta' ħidma tagħhom b'tali mod li tejbu l-benesseri tal-ekwidi;

8.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tas-sidien tal-ekwidi u ta' dawk li jieħdu ħsieb l-ekwidi jġibu ruħhom b'mod responsabbli; jenfasizza li l-promozzjoni akbar tal-benesseri tal-annimali tikkostitwixxi l-aħjar opportunità biex ta' suċċess fi ħdan il-qafas ta' sistemi ta' produzzjoni li huma ekonomikament vijabbli;

9.  Jinnota li l-professjonisti jeħtieġu jibqgħu ekonomikament vijabbli filwaqt li jwieġbu b'mod effettiv għall-isfidi l-ġodda bħalma huma r-riżorsi naturali limitati, l-effetti tal-bidla fil-klima u t-tfaċċar u t-tixrid ta' mard ġdid;

10.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu ambjent li fih in-negozji fl-azjendi tal-biedja jkunu vijabbli;

11.  Jenfasizza, b'referenza għall-10 prinċipji tal-OIE, l-importanza taċ-Ċentri ta' Referenza għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li jmiss għal livelli mtejba ta' konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni, u għall-infurzar konsistenti tal-leġiżlazzjoni, flimkien mat-tixrid tal-informazzjoni u l-aqwa prattika marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkummissjona studju tal-Eurostat biex jiġi analizzat l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-aspetti kollha tas-settur tal-ekwidi tas-settur u biex tiġi pprovduta data statistika fuq bażi regolari dwar l-użu tas-servizzi, it-trasport u l-qatla tal-ekwidi;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa Linji Gwida Ewropej dwar il-Prattika Tajba fis-Settur l-Ekwidi għal diversi utenti u speċjalisti, imfassla f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-organizzazzjonijiet mis-settur tal-ekwidi u msejsa fuq gwidi eżistenti, inkluża konċentrazzjoni fuq it-trattament xieraq u l-kura tal-imġiba speċifiċi għall-ispeċijiet, minbarra l-kura fi tmiem il-ħajja;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni ugwali tal-Linji Gwida tal-UE u tirrilaxxa r-riżorsi għat-traduzzjoni ta' dan id-dokument;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tiġbor l-iskambji tal-prattiki tajba u l-programmi edukattivi ta' Stati Membri differenti f'dak li hu t-trattament xieraq tal-annimali u tappoġġja l-produzzjoni u t-tixrid ta' din l-informazzjoni dwar kif għandhom jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ekwidi, hu x'inhu r-rwol tagħhom, abbażi tal-"ħames libertajiet" u b'tali mod li tiġi koperta t-totalità tal-ħajja tal-ekwidu;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tistabbilixxi l-Linji Gwida Ewropej tagħha dwar il-Prattika Tajba fis-Settur tal-Ekwidi, tqis ir-rwol multifunzjonali tal-ekwidi billi tinkludi gwida dwar it-tnissil responsabbli, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u l-benefiċċji tal-isterilizzazzjoni tal-ekwidi, tax-xogħol tal-ekwidi fit-turiżmu, fl-agrikoltura u fil-forestrija, it-trasport u l-qatla adatti għall-ispeċi u l-protezzjoni kontra prattiki frodulenti, inklużi d-doping, u jirrakkomanda li din il-gwida titqassam, b'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet agrikoli professjonali rappreżentattivi rikonoxxuti mill-UE, fost in-nissiela, is-soċjetajiet tal-ekwidi, l-azjendi tal-biedja, l-istalel, is-santwarji, it-trasportaturi u l-biċċeriji tal-ekwidi, u li tkun aċċessibbli f'varjetà ta' formati u lingwi;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ħidma tal-European Horse Network (Netwerk Ewropew taż-Żwiemel) u tal-European State Stud Association (Assoċjazzjoni Ewropea taż-Żwiemel għar-Razza tal-Istat), billi dawn għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-iżvilupp tas-settur Ewropew taż-żwiemel billi jservi bħala pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki u billi jippreservaw it-tradizzjonijiet, il-ħiliet u l-għarfien, ir-razez antiki ta' żwiemel u l-impatt tas-settur;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tespandi r-riżorsi edukattivi tagħha dwar it-trattament xieraq tal-annimali fl-azjendi tal-biedja, diretti kemm lejn l-ispeċjalisti li għandhom kuntatt dirett mal-ekwidi, bħalma huma l-kirurgi veterinarji, in-nissiela tal-annimali u s-sidien taż-żwiemel, u kemm lejn ċirku usa' ta' utenti, sabiex tinkludi t-trattament xieraq u t-tnissil tal-ekwidi, filwaqt li tenfasizza l-importanza tat-taħriġ u tal-informazzjoni, permezz tas-Sistema Konsultattiva għall-Azjendi tal-Biedja;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jutilizzaw ukoll skemi ta' trasferiment tal-għarfien biex jikkondividu l-aħjar prattiki u mudelli tan-negozju, iqajmu kuxjenza dwar kwalunkwe kwistjoni u jrawmu l-innovazzjoni u ideat ġodda; jinnota li f'xi Stati Membri diġà jeżistu skemi ta' trasferiment tal-għarfien fis-settur tal-ekwidi;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' timpenja ruħha għall-iżvilupp ta' Karta Ewropea għal Turiżmu Sostenibbli u Responsabbli, bit-tixrid ta' informazzjoni ċara maħsuba biex tgħin lit-turisti u lill-partijiet ikkonċernati jagħmlu għażliet li jiffavorixxu t-trattament xieraq tal-annimali meta jiġu biex jiddeċiedu jekk jużawx jew le s-servizzi tal-ekwidi li jintużaw għax-xogħol; jenfasizza li din il-karta għandha tkun ibbażata fuq karti ta' kwalità eżistenti li jkunu ġew stabbiliti minn organizzazzjonijiet agrikoli rappreżentattivi u professjonali rikonoxxuti, u jinnota li, filwaqt li xi Stati Membri għandhom linji gwida stretti għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u għas-sigħat tax-xogħol, protezzjoni bħal din hija nieqsa fi Stati Membri oħra;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida għall-Istati Membri dwar mudelli ta' turiżmu li jħarsu l-benesseri tal-annimali fir-rigward tal-ekwidi li jintużaw għax-xogħol;

22.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu linji gwida volontarja għall-forza tax-xogħol, inklużi l-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi tal-mistrieħ ta' kuljum biex jipproteġu lill-ekwidi li jintużaw għax-xogħol mix-xogħol żejjed u mill-isfruttament ekonomiku;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel id-data minn TRACES disponibbli għall-pubbliku ferm aktar malajr milli hu l-każ fil-preżent;

24.  Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati hija intiża biex tipproteġi lill-annimali mill-korriment u t-tbatija, u biex tiżgura li l-annimali jiġu trasportati b'konformità ma' kundizzjonijiet u perjodi ta' żmien xierqa, u jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali minn ħafna awtoritajiet ta' Stati Membri;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni xierqa u l-infurzar effettiv u uniformi tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar it-trasport tal-annimali kif ukoll ir-rappurtar ġuridikament vinkolanti madwar fl-Istati Membri kollha;

26.  Jistieden lill-Istati Membri li jesportaw lill-ekwidi jsibu modi kif jinkoraġġixxu l-qatla fi ħdan it-territorju tagħhom ħalli jevitaw, fejn possibbli, it-trasport ta' ekwidi ħajjin, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-monitoraġġ effettiv tal-konformità mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji kemm fl-ambitu kemm tal-qafas ġuridiku futur u kemm ta' dak attwali;

27.  Jitlob li l-Kummissjoni tipproponi limitu massimu iqsar għaċ-ċaqliq kollu taż-żwiemel għall-qatla, abbażi tas-sejbiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u abbażi tal-gwidi tat-trasport għall-ekwidi prodotti minn professjonisti tal-industrija, filwaqt li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-industriji ekwini tal-pajjiżi differenti;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu linji gwida biex jifformulaw gwida u jiffaċilitaw u jsaħħu r-riċerka xjentifika u jimplimentaw ir-riċerka eżistenti dwar it-trattament xieraq tal-ekwidi fil-ħin tal-qatla sabiex jiżviluppaw metodi ta' qatla mingħajr krudeltà aktar adattati għal ekwidi, u biex iqassmu dawn id-dokumenti ta' gwida fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ u b'mod xieraq biex iwettqu spezzjonijiet u jmexxu verifiki regolari tal-biċċeriji fit-territorju tagħhom li huma liċenzjati biex jieħdu l-ekwidi, biex jiġi żgurat li huma kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' trattament xieraq tal-ekwidi, b'mod partikolari f'dawk li huma faċilitajiet u kwalifiki tal-persunal;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha sabiex tiżviluppa indikaturi vvalidati tat-trattament xieraq tal-annimali, li jenħtieġ li jintużaw biex jiġi vvalutat it-trattament xieraq tal-ekwidi, jiġu identifikati l-problemi eżistenti u ikunu jistgħu jiġu xprunati t-titjibiet, filwaqt li jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-benefiċċji prattiċi għas-settur, u jqis li huwa importanti li jiġu inklużi l-partijiet ikkonċernati li jkunu implimentaw għodod simili madwar l-UE kollhs, u taħdem b'kooperazzjoni mill-qrib ma' rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet professjonali miss-settur l-ekwidi fil-proċess tal-istabbiliment tal-indikaturi tat-trattament xieraq tal-annimali;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħeġġu lis-sidien taż-żwiemel li jiffurmaw assoċjazzjonijiet;

32.  Jenfasizza l-importanza tat-trattament uman u tat-trattament xieraq tal-ekwidi, u l-prinċipju li imkien u taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jiġi ttollerat kwalunkwe trattament krudil u abbużiv min-naħa ta' kwalunkwe sid, ħarrieġ, mozz jew persuna oħra;

33.  Jistieden lill-Istati Membri japplikaw leġiżlazzjoni aktar stretta fir-rigward tat-trattament ħażin u l-abbandun tal-annimali, inklużi miżuri straordinarji biex jiġġieldu lill-abbandun, u biex jinvestigaw bis-sħiħ u kif jixraq rapporti ta' prattiki inumani ksur mil-lat tat-trattament xieraq fil-konfront tal-ekwidi;

34.  Jinnota li jeżistu differenzi bejn l-ispeċijiet tal-ekwidi u differenzi bħal dawn ibiddlu l-ħtiġijiet ta' trattament xieraq, inklużi dawk li jirrigwardaw il-kura fi tmiem il-ħajja u l-ħtiġijiet għall-qatla;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju u tiddokumenta dawn id-differenzi u toħroġ linji gwida speċifiċi għall-ispeċijiet biex tiżgura li l-istandards tat-trattament xieraq jinżammu;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp dwar sistemi ta' trobbija tal-annimali adattati għall-ispeċijiet fis-settur tal-ekwidi, filwaqt li jqisu l-imġiba naturali tal-ekwidi bħala annimali tal-merħla b'tendenza li jaħarbu;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza proġett pilota li jeżamina l-użu ta' skemi ta' finanzjament ġodda u eżistenti li jippremjaw l-eżiti tajbin ta' trattament xieraq għall-ekwidi li jintużaw għax-xogħol, inklużi dawk f'azjendi tal-biedja żgħar u semisussistenti;

38.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) jiġi implimentat b'mod sħiħ u kif suppost;

39.  Jinnota li l-prezz tal-mediċini veterinarji, l-ispiża tar-rimi tal-karkassa u l-ispiża tal-ewtanażja, fejn din tkun permessa, jistgħu jservu, minnhom infushom, ta' ostakolu għat-temma tal-ħajja tal-ekwidu, sitwazzjoni li twassal għal tbatija mtawla;

40.  Jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw rapporti ta' prattiki inumani waqt l-ewtanażja u ta' ksur tat-trattament xieraq bħalma hu l-użu impropju tad-drogi u jirrappurtaw il-vjolazzjonijiet lill-Kummissjoni;

41.  Jirrikonoxxi t-tkabbir tal-produzzjoni tal-ħalib tal-ħmara u tad-debba, u jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida dwar il-biedja għat-trobbija tal-ħmir u tad-dwieb għall-ħalib;

42.  Jistieden lill-Istati Membri biex, b'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet agrikoli professjonali, rappreżentattivi u rikonoxxuti, jagħmlu impenn li jżidu l-għadd ta' spezzjonijiet fuq l-azjendi tal-biedja li jrabbu l-ħmir u d-dwieb għall-ħalib;

43.  Jesprimi tħassib serju dwar l-importazzjoni u l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji li fihom il-Gonadotrofina tas-Seru ta' Debba Tqila (Pregnant Mare Serum Gonadotropin - PMSG);

44.  Jistieden lid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni jispezzjona lill-produtturi ċċertifikati tal-ormoni tal-PMSG, permezz ta' verifiki, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali waqt il-produzzjoni u jinvestiga u jipproduċi rapport dwar il-benesseri u t-trattament tad-dwieb li jintużaw għall-ġbir tal-ormoni għall-użu fl-industrija farmaċewtika;

45.  Jenfasizza li sistema fiskali ġusta, adattata għall-bżonnijiet differenti ta' kull Stat Membru, li tippermetti lill-bdiewa professjonali tal-ekwidi jiġġeneraw id-dħul meħtieġ sabiex isostnu l-attività ekonomika fl-azjendi tal-biedja ekwestri Ewropej, għadha mhijiex fis-seħħ;

46.  Jinnota li sistema fiskali aktar ġusta għas-settur ekwin tkun tippermetti lis-settur jopera taħt kundizzjonijiet ekwi, iżżid it-trasparenza tal-attivitajiet relatati mal-ekwidi u b'hekk tiġi miġġielda l-frodi u jiġu indirizzati kwistjonijiet tal-ekonomija griża u l-bdiewa professjonali li jrabbu ż-żwiemel ikunu jistgħu jiġġeneraw id-dħul meħtieġ sabiex isostnu l-attività ekonomika tagħhom;

47.  Huwa tal-fehma li jenħtieġ li l-liġi tal-VAT li tapplika għas-settur ekwin tiġi ċċarata waqt ir-reviżjoni li ġejja tad-Direttiva dwar il-VAT sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' settur ekwin li jkun orjentat lejn it-tkabbir u l-impjiegi;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex tippermetti lill-Istati Membri aktar flessibilità fl-iffissar ta' rata mnaqqsa tal-VAT għall-attivitajiet kollha fl-industrija, u jemmen li jenħtieġ li din il-kjarifika tirriżulta fl-istabbiliment ta' qafas uniformi, affidabbli u b'miri speċifiċi għal rati mnaqqsa tal-VAT li ser iħalli lill-Istati Membri biżżejjed libertà biex ifasslu qafas tal-politiki fiskali tagħhom stess;

49.  Jenfasizza d-differenzi fir-rekwiżiti tas-saħħa applikabbli għal-laħam taż-żiemel prodott fl-Ewropa u dak li jiġi importat minn pajjiżi terzi;

50.  Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi stabbilita traċċabilità effikaċi tal-laħam taż-żiemel, u jenfasizza li huwa mixtieq li jkun hemm livell ekwivalenti tar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel u tas-saħħa u konformità tal-importazzjoni għall-konsumatur Ewropew tkun xi tkun l-oriġini tal-laħam taż-żiemel ikkunsmat;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex treġġa' għal li kien il-bilanċ bejn il-livell ta' rekwiżiti fi ħdan l-UE u dak li għalih qed jitwettqu kontrolli fil-fruntieri, filwaqt li tħares is-saħħa tal-konsumatur;

52.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħmel mandatarja l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini għal prodotti kollha tal-laħam taż-żiemel ipproċessat;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-għadd ta' verifiki mwettqa f'biċċeriji barra mill-Unjoni li huma awtorizzati għall-esportazzjoni tal-laħam ekwin lejn l-UE, u tissospendi kundizzjonalment l-importazzjoni tal-laħam ekwin prodott f'pajjiżi terzi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-UE għat-traċċabilità u s-sikurezza tal-ikel;

54.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħa t-tabù minn fuq tmiem il-ħajja tal-ekwidi; iqis li l-aġevolar ta' tmiem il-ħajja ta' żiemel ma jeskludix li dan jiddaħħal fil-katina tal-ikel;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kura fi tmiem il-ħajja għall-ekwidi, inkluż l-istabbiliment tal-livelli massimi ta' residwi (MRLs) għall-mediċini veterinarji użati b'mod komuni bħall-Phenylbutazone, sabiex tiġi ggarantita s-sikurezza fil-katina tal-ikel;

56.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-integrazzjoni mill-ġdid fil-katina tal-ikel, permezz ta' sistema ta' "perjodu ta' rtirar" ibbażata fuq ir-riċerka xjentifika li se tagħmilha possibbli li annimal jiddaħħal lura fil-katina tal-ikel wara li tkun ġiet amministrata lilu mediċina għall-aħħar darba, filwaqt li tiġi protetta s-saħħa tal-konsumaturi;

57.  Jinnota li, għall-ekwidi li mhumiex destinati għall-biċċerija biex jipproduċu ikel għall-konsum mill-bniedem (irreġistrati bħala "mhux għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel"), ma hemm l-ebda rekord f'xi Stati Membri ta' mediċini li jkunu ġew amministrati u huwa possibbli li dawn jista' jkun li jidħlu fiċ-ċirkwit tal-qatla illegali u b'hekk jipperikolaw serjament is-saħħa pubblika; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tirrimedja din il-lakuna regolatorja;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, flimkien tal-Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet Veterinarji Ekwini Ewropej (Federation of European Equine Veterinary Associations - FEEVA), l-armonizzazzjoni tal-aċċess għat-trattament u l-medikazzjoni fit-territorju Ewropew kollu kemm hu;

59.  Iqis li armonizzazzjoni bħal din ikollha l-vantaġġ li tevita kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u tiffaċilita t-trattament aktar wiesa' tal-mard tal-ekwidi u b'mod aktar effettiv ittaffi t-tbatija tal-ekwidi;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-iskambji tal-prattiki tajba sabiex jiffaċilitaw l-użu razzjonali tal-mediċini għall-ekwidi;

61.  Jinnota li, filwaqt li terapija u l-mediċini veterinarji huma xi kultant meħtieġa u xierqa, hemm il-ħtieġa li jsiru aktar sforzi biex jiġu indirizzati b'mod determinat il-livelli baxxi ta' investiment u n-nuqqas ta' mediċini, inklużi l-vaċċini, disponibbli għat-trattament tal-ekwidi;

62.  Barra minn hekk jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jiġu żviluppati r-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur farmaċewtiku fir-rigward tal-amministrazzjoni ta' mediċini lill-ekwidi, peress li f'dan is-settur jeżisti nuqqas kbir ta' mediċini adattati għall-metaboliżmi tal-ekwidi;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja riċerka addizzjonali dwar l-effetti possibbli ta' medikazzjonijiet differenti fuq il-ħajja tal-ekwidi;

64.  Jinnota li wħud mir-razez ekwini mrobbija fl-Istati Membri huma razez lokali li jiffurmaw parti mill-istil ta' ħajja u mill-kultura ta' ċerti komunitajiet, u li xi Stati Membri inkludew fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom miżuri sabiex jipproteġu u jkomplu jifirxu lil dawn ir-razez;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha favur programmi ta' għajnuna finanzjarja għall-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ispeċijiet indiġeni tal-ekwidi li jinsabu fis-selvaġġ jew li jinsabu fil-periklu ta' estinzjoni fl-UE;

66.  Jirrikonoxxi l-valur ekoloġiku u naturali għoli tal-popolazzjonijiet tal-ekwidi selvaġġi, li jikkontribwixxu għat-tindif u l-iffertilizzar taż-żoni fejn jgħixu, flimkien mal-valur relatat mat-turiżmu li l-popolazzjonijiet taż-żwiemel selvaġġi joffru, u jitlob li ssir aktar riċerka dwar il-problemi li dawn il-popolazzjonijiet jħabbtu wiċċhom magħhom;

67.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.
(2) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.
(3) ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.
(4) ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.
(5) ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1.
(6) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(7) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(8) ĠU L 335, 14.12.2013, p. 19.
(9) Ara http://ec.europa.eu/food/animals/docs/aw_eu-strategy_study_edu-info-activ.pdf.
(10) Fédération Equestre Internationale (FEI), Mistoqsijiet Frekwenti dwar il-Kunċett ta' "High Health, High Performance Horse (HHP)" adottat f'Mejju 2014 waqt is-Sessjoni Ġenerali tal-OIE.
(11) Rapport Annwali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtoritajiet tat-Tlielaq taż-Żwiemel.
(12) Databażi tal-FEI, aċċessata fit-22 ta' Settembru 2014.
(13) Bażi ta' data ta' TRACES tal-2012.
(14) L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali – Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (2016), Kapitolu 7.12.
(15) Santorini Donkey and Mule Taxis – an Independent Animal Welfare Report for the Donkey Sanctuary (Il-Ħmir u l-Bgħula Taksis ta' Santorini – Rapport Indipendenti dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali għas-Santwarju tal-Ħmir), 2013.


Il-merkurju ***I
PDF 346kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (COM(2016)0039 – C8-0021/2016 – 2016/0023(COD))
P8_TA(2017)0066A8-0313/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0039),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 192(1) u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0021/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0313/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni mill-Parlament mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/852.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR IL-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT DWAR IL-MERKURJU U LI JĦASSAR IR-REGOLAMENT (KE) NRU 1102/2008 (2016/0023 (COD))

L-aċċettazzjoni tal-Parlament Ewropew li jimplimenta atti ta' implimentazzjoni għall-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti jew proċessi ġodda fil-kuntest tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament dwar il-merkurju (2016/0023(COD)) ma tistax titqies bħala preċedent għal fajls simili u ma tippreġudikax in-negozjati interistituzzjonali li ġejjin dwar il-krietrji ta' delinjazzjoni għall-użu ta' atti ddelegati u ta' implimentazzjoni.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IL-KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI DWAR IL-MERKURJU

Il-Konvenzjoni ta' Minamata u r-Regolament dwar il-Merkurju l-ġdid huma kontributi ewlenin sabiex iċ-ċittadini jitħarsu mit-tniġġis mill-merkurju globalment u fl-UE.

Il-kooperazzjoni internazzjonali għandha tkun appoġġjata biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess ta' din il-Konvenzjoni mill-Partijiet kollha u jitkomplu jissaħħew id-dispożizzjonijiet tagħha.

Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tappoġġa l-kooperazzjoni kontinwa, b'konformità mal-Konvenzjoni u suġġetta għall-politiki, regoli u proċeduri applikabbli tal-UE, inter alia billi twettaq ħidma fl-oqsma li ġejjin:

–  It-tnaqqis tad-distakk bejn il-liġi tal-UE u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni permezz tal-klawsola ta' reviżjoni tal-lista ta' prodotti miżjudin bil-merkurju pprojbiti;

–  Fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-finanzjament, il-bini tal-kapaċità u t-trasferiment tat-teknoloġija, attivitajiet bħat-titjib tat-traċċabbiltà tal-kummerċ u tal-użu tal-merkurju, il-promozzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-artiġjanat mingħajr merkurju u tal-mijieri tad-deheb fuq skala żgħira u ta' tikketti għad-deheb miksub mingħajr il-merkurju, u ż-żieda tal-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż fil-qasam tal-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju.

(1) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 122.


Involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva ***I
PDF 333kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva (COM(2014)0213 – C7-0147/2014 – 2014/0121(COD))
P8_TA(2017)0067A8-0158/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0213),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0147/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0158/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta’ involviment fit-tul tal-azzjonisti ▌

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva (UE) 2017/828.)

(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 87.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta’ Lulju 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0257).


Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi ***I
PDF 343kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (COM(2015)0750 – C8-0358/2015 – 2015/0269(COD))
P8_TA(2017)0068A8-0251/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0750),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0358/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Pollakk u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0251/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva (UE) 2017/853.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza ta' standard għad-diżattivazzjoni li jiffunzjona tajjeb, u li jikkontribwixxi għal titjib fil-livelli ta' sikurezza u jagħti lill-awtoritajiet serħan il-moħħ li l-armi diżattivati jiġu diżattivati kif suppost u b'mod effikaċi.

Il-Kummissjoni, għalhekk, se taċċelera l-ħidma fuq ir-reviżjoni tal-kriterji ta' diżattivazzjoni mwettqa mill-esperti nazzjonali fil-Kumitat imwaqqaf skont id-Direttiva 91/477/KEE sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta, sal-aħħar ta' Mejju 2017, skont il-proċedura ta' kumitat stabbilita mid-Direttiva 91/477/KEE u soġġett għal opinjoni pożittiva min-naħa tal-esperti nazzjonali, Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw bis-sħiħ l-aċċelerazzjoni ta' din il-ħidma.

(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 77.


Vetturi li m’għadhomx jintużaw, skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***I
PDF 513kWORD 53k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD))(1)
P8_TA(2017)0069A8-0013/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, ikun żgurat użu prudenti u effiċjenti tar-riżorsi naturali, u jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Ekonomija ċirkolari nadifa, effikaċi u sostenibbli teħtieġ it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi mill-prodotti fl-istadju tad-disinn u f'dan il-kuntest l-ekonomija ċirkolari għandha tirrikonoxxi d-dispożizzjonijiet espliċiti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li jitolbu l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdida)
(1b)   Hemm bżonn tiġi żgurata l-ġestjoni effikaċi u b'konsum baxx ta' enerġija tal-materja prima sekondarja, u għandha tingħata prijorità lil sforzi fir-R&Ż fid-dawl ta' dak l-objettiv. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li tressaq proposta dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart biex tappoġġja l-ħolqien ta' suq tal-Unjoni ta' materja prima sekondarja.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 1c (ġdida)
(1c)   Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija peress li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, billi jew jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew billi jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ li jkun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   F'dawn l-aħħar snin ix-xenarju industrijali nbidel b'mod sostanzjali minħabba l-progress teknoloġiku u żieda fil-flussi globali tal-merkanzija. Dawn il-fatturi joħolqu sfidi ġodda għall-immaniġġjar u t-trattament ambjentalment responsabbli tal-iskart li għandu jiġi indirizzat b'taħlita ta' sforzi ta' riċerka akbar u ta' għodod regolatorji mmirati. L-obsolexxenza ppjanata hija kwistjoni li dejjem qed tikber, intrinsikament kontradittorja mal-għanijiet ta' ekonomija ċirkolari, u għaldaqstant għandha tkun indirizzata bl-għan li tinqered permezz ta' sforz komuni tal-partijiet interessati prinċipali kollha, l-industrija, il-konsumaturi u l-awtoritajiet regolatorji.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.
(3)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta abbażi ta' riżorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta dwar il-ġestjoni tal-iskart huwa kruċjali għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għalhekk, meta jiġu biex jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-aktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni, l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)   Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġbir separat ta' Skart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) jiġi segwit bi trattament xieraq. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u l-kunċett ta' ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa standards komuni għat-trattament ta' WEEE, kif stipulat mid-Direttiva 2012/19/UE.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex ikunu żgurati l-paragunabbiltà tad-dejta u kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati f'dawn id-Direttivi, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.
(4)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex ikunu żgurati l-paragunabbiltà tad-dejta u kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati f'dawn id-Direttivi, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta li tkun żviluppat il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u bejn setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli u jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)   Il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE tapplika bħala ordni ta' prijorità fid-dritt tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart. Dik il-ġerarkija għaldaqstant tapplika fil-kuntest tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Waqt li jikkonformaw mal-għan ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkunsidraw il-prijoritajiet tal-ġerarkija tal-iskart u jiżguraw l-implimentazzjoni prattika ta' dawn il-prijoritajiet.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Peress li hemm ħtieġa dejjem akbar biex jiġi ġestit u riċiklat l-iskart fl-Unjoni, f'konformità mal-ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li ssir enfasi biex jiġi żgurat li vjeġġ ta' skart ikun f'konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti tad-dritt ambjentali, b'mod partikolari mal-prinċipju ta' prossimità, il-prijorità tal-irkupru u l-awtosuffiċjenza. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex il-każ li jiġi introdott punt uniku ta' servizz għall-proċedura amministrattiva għal vjeġġi ta' skart, bl-għan li jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-vjeġġi illegali tal-iskart.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/53/KE u d-Direttiva 2012/19/UE, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea i fir-rigward tal-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u tal-format għar-rappurtar tad-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-użu mill-ġdid u l-irkupru ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw skont id-Direttiva 2000/53/KE u l-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta u l-ipproċessar u l-format għar-rappurtar tad-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti għall-ġbir u l-irkupru tat-tagħmir tal-elettriku u elettroniku taħt id-Direttiva 2012/19/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti,u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7b (ġdida)
(7b)   Sabiex jiġu stabbiliti l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta għall-batteriji u l-akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, jenħtieġ li li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)
Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
"1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vetturi li m' għadhomx jintużaw ikunu maħżuna (anke temporanjament) u trattati skont ir-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikolu4 tad-Direttiva75/442/KEE, u b'konformità mar-rekwiżiti minimi tekniċi stipulati fl-AnnessI ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-regolamenti nazzjonali dwar is-saħħa u l-ambjent."
"1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vetturi li m' għadhomx jintużaw ikunu maħżuna (anke temporanjament) u trattati skont il-prijoritajiet għall-ġerarkija tal-iskart u r-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikolu4 tad-Direttiva75/442/KEE, u b'konformità mar-rekwiżiti minimi tekniċi stipulati fl-AnnessI ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-regolamenti nazzjonali dwar is-saħħa u l-ambjent."
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1a
1a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].
1a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2). Għandhom jiġbru u jipproċessaw din id-dejta skont il-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 1d ta' dan l-Artikolu u jirrappurtawha b'mod elettroniku fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1c
1c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.
1c.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1d, ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1ca (ġdid)
1ca.   Fir-rapport, il-Kummissjoni tista' tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1d
1d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).
1d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta din id- Direttiva permezz tal-istipular tal-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1a.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1da (ġdid)
1da.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u fid-dawl tal-impenn tal-Unjoni li tagħmel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-miri tagħha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u fid-dawl tal-objettivi tal-politika u l-inizjattivi tal-Unjoni dwar l-ekonomija ċirkolari. Għandha ssir enfasi speċjali fuq vjeġġi ta' vetturi użati li jkun suspettat li huma vetturi li m'għadhomx jintużaw. Għal dan l-iskop, għandhom jintużaw il-Linji Gwida tal-Korrispondenti 9 dwar vjeġġi ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-possibbiltà li tistabbilixxi miri speċifiċi għar-riżorsi, b'mod partikolari għal materja prima kritika. Jekk ikun xieraq, dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
Direttiva 2000/53/KE
Artikolu 9a (ġdid)
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 9a
Strumenti biex titrawwem bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari
Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2006/66/KE
Artikolu 22a (ġdid)
(1a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 22a
Dejta
1.   Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont l-Artikoli 10 u 12 għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika tal-kwalità.
2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format tar-rappurtar."
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2006/66/KE
Artikolu 23 – titolu
(-a)   Fl-Artikolu 23, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:
"Reviżjoni"
"Rappurtar u rieżami"
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
Direttiva 2006/66/KE
Artikolu 23 – paragrafu 1
1.  Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.
1.  Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016 u darba kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2006/66/KE
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
(ba)   Jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3a. Sal-31 ta' Diċembru 2018, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u fid-dawl tal-impenn tal-Unjoni li tagħmel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-miri tagħha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt. Dak ir-rieżami għandu jqis l-objettivi u l-inizjattivi tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari, kif ukoll l-iżvilupp tekniku ta' tipi ġodda ta' batteriji li ma jużawx sustanzi perikolużi, b'mod partikolari ebda metall tqil u metalli oħrajn jew joni tal-metall. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-possibbiltà li tistabbilixxi miri speċifiċi għar-riżorsi, b'mod partikolari għal materja prima kritika. Jekk ikun xieraq, dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva."
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2006/66/KE
Artikolu 23aa (ġdid)
(2a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 23aa
Strumenti biex titrawwem bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari
Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 4
(-1)   Fl-Artikolu 8, paragrafu 5, is-subparagrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:
"Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabilixxu standards minimi ta’ kwalità, ibbażati partikolarment fuq l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2)."
"Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’konformità mal-mandat fid-Direttiva 2012/19/UE, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu standards minimi ta’ kwalità. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2)."
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 16 – paragrafu 5a
5a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].
5a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4). Għandhom jiġbru u jipproċessaw din id-dejta skont il-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 5d ta' dan l-Artikolu u jirrappurtawha b'mod elettroniku fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta mingħand l-atturi kollha li jiġbru jew li jittrattaw il-WEEE tiġi rrappurtata. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5d.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 16 – paragrafu 5c
5c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.
5c.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1d, ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 16 – paragrafu 5ca (ġdid)
5ca.   Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-intier tagħha kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 16 – paragrafu 5d
5d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 5a. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
5d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex jissupplimentaw din id-Direttiva permezz tal-istipular tal-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 5a.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 16 – paragrafu 5da (ġdid)
5da.   Matul ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 5c, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u fid-dawl tal-impenn tal-Unjoni li tagħmel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-miri tagħha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u fid-dawl tal-objettivi u l-inizjattivi tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi miri speċifiċi għar-riżorsi, b'mod partikolari għal materja prima kritika. Jekk ikun xieraq, dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2012/19/UE
Artikolu 16a (ġdid)
(1a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 16a
Strumenti biex titrawwem bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari
Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0013/2017).


L-iskart ***I
PDF 1174kWORD 135k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD))(1)
P8_TA(2017)0070A8-0034/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdida)
(-1)   L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem billi tipprevjeni jew tnaqqas l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart, billi tnaqqas l-impatti ġenerali tal-użu tar-riżorsi u ttejjeb l-effiċjenza ta' tali użu u billi tiżgura li l-iskart ikun valorizzat bħala riżorsa bil-ħsieb li ssir kontribuzzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa -1a (ġdida)
(-1a)   Fid-dawl tad-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda qasira ta' żmien, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi fl-Unjoni u nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa -1b (ġdid)
(-1b)   L-ekonomija ċirkolari toffri opportunitajiet importanti għall-ekonomiji lokali u toffri l-potenzjal biex tinħoloq sitwazzjoni "fejn kulħadd jirbaħ" għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa -1c (ġdida)
(-1c)  L-immaniġġjar tal-iskart għandu jiġi ttrasformat f'immaniġġjar tal-materjal sostenibbli. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2008/98/KE toffri opportunità għal dak il-għan.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa -1 d (ġdida)
(-1d)   Sabiex wieħed jimxi b'suċċess lejn ekonomija ċirkolari, l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni dwar "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari" hija neċessarja flimkien mar-reviżjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttivi dwar l-Iskart. Il-pjan ta' azzjoni għandu jżid ukoll il-koerenza, il-konsistenza u s-sinerġiji bejn l-ekonomija ċirkolari u l-politiki dwar l-enerġija, il-klima, l-agrikoltura, l-industrija u r-riċerka.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa -1e (ġdid)
(-1e)   Fid-9 ta' Lulju 2015, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari"1a, fejn enfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri vinkolanti ta' tnaqqis tal-iskart, jiġu żviluppati miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart u jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari u mhux ambigwi.
_______________
1a Testi adottati, P8_TA(2015)0266.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni prudenti u effiċjenti tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, jissaħħaħ it-tixrid tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati, u jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda u kompetittività fit-tul. Sabiex l-ekonomija ssir verament ċirkolari, huwa neċessarju li jittieħdu miżuri addizzjonali dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, b'enfasi fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja ta' prodotti b'mod li jippreżerva r-riżorsi u jagħlaq iċ-ċirku. Użu iktar effiċjenti tar-riżorsi jġib miegħu wkoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji tal-Unjoni, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi, filwaqt li jnaqqas it-total annwali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Żieda fl-isforzi għall-mixja lejn ekonomija ċirkolari tista' tiġġenera tnaqqis ta' 2-4 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kull sena, u toffri inċentiv ċar biex wieħed jinvesti f'ekonomija ċirkolari. Iż-żieda fil-produttività tar-riżorsi permezz ta' titjib fl-effiċjenza u t-tnaqqis tal-ħela tar-riżorsi tista' tnaqqas ħafna kemm il-konsum tar-riżorsi kif ukoll l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għalhekk, l-ekonomija ċirkolari għandha tkun parti integrali tal-politika għall-klima peress li toħloq sinerġiji kif enfasizzat fir-rapporti tal-Panel tar-Riżorsi Internazzjonali.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdida)
(1b)  L-ekonomija ċirkolari għandha tqis dispożizzjonijiet espliċiti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jitlob l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni;
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għandhom jiġu emendati biex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.
(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għandhom jiżdiedu biex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkolari effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, billi jittieħdu l-miżuri neċessarji biex ikun żgurat li l-iskart jitqies bħala riżorsa utli.
__________________
__________________
14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Għadd ta' Stati Membri għad iridu jiżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu stipulati għanijiet ta' politika fit-tul sabiex jiggwidaw il-miżuri u l-investimenti, speċifikament billi jiġi evitat il-ħolqien ta' kapaċitajiet strutturali eċċessivi għat-trattament tal-iskart residwali u tiġi evitata l-inerzja tal-materji riċiklabbli f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.
(3)  Għadd ta' Stati Membri għad iridu jiżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu stipulati għanijiet ta' politika fit-tul u li jingħata appoġġ finanzjarju u politiku sabiex jiġu orjentati l-miżuri u l-investimenti, speċifikament billi jiġi evitat il-ħolqien ta' kapaċitajiet strutturali eċċessivi għat-trattament tal-iskart residwali u tiġi evitata l-inerzja tal-materji riċiklabbli fil-livelli iktar baxxi tal-ġerarkija tal-iskart. F'dak il-kuntest, sabiex jinkisbu l-miri rilevanti, huwa essenzjali li jintużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp tal-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Huwa wkoll essenzjali li l-Istati Membri jemendaw il-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart eżistenti tagħhom f'konformità ma' din id-Direttiva u jadattaw l-investimenti tagħhom kif xieraq.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  L-iskart muniċipali jiġbor kważi bejn 7% u 10% tal-iskart kollu ġġenerat fl-Unjoni; madankollu, dan il-fluss tal-iskart hu fost l-aktar skart kumpless biex timmaniġġja, u l-mod kif jiġi mmaniġġjat ġeneralment jixhed sew il-kwalità tas-sistema ġenerali tal-immaniġġjar tal-iskart ġenerali fil-pajjiż. L-immaniġġjar tal-iskart muniċipali joħloq sfidi minħabba li l-kompożizzjoni tiegħu hi tassew kumplessa u mħallta, l-iskart iġġenerat hu qrib ferm taċ-ċittadini, u l-iskart iġġenerat għandu ħafna viżibilità pubblika. Minħabba f'hekk, l-immaniġġjar tiegħu jeħtieġ sistema kumplessa ħafna tal-immaniġġjar tal-iskart inkluża skema ta' ġbir effiċjenti, l-involviment attiv taċ-ċittadini u n-negozji, infrastruttura aġġustata skont il-kompożizzjoni speċifika tal-iskart, u sistema elaborata ta' finanzjament. Il-pajjiżi li żviluppaw sistemi effiċjenti għall-immaniġġjar tal-iskart muniċipali ġeneralment irendu aħjar fl-immaniġġjar ġenerali tal-iskart.
(4)  L-iskart muniċipali jiġbor kważi bejn 7% u 10% tal-iskart kollu ġġenerat fl-Unjoni; madankollu, dan il-fluss tal-iskart hu fost l-aktar skart kumpless biex timmaniġġja, u l-mod kif jiġi mmaniġġjat ġeneralment jixhed sew il-kwalità tas-sistema ġenerali tal-immaniġġjar tal-iskart ġenerali fil-pajjiż. L-isfidi tal-iskart muniċipali jirriżultaw mill-kompożizzjoni tiegħu tassew kumplessa u mħallta, mill-prossimità diretta tiegħu għaċ-ċittadini, mill-viżibilità pubblika ħafna tiegħu u mill-impatt tiegħu fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Minħabba f'hekk, l-immaniġġjar tiegħu jeħtieġ sistema kumplessa ħafna tal-immaniġġjar tal-iskart inkluża skema ta' ġbir effiċjenti, sistema effikaċi ta' separazzjoni, traċċar xieraq tal-flussi ta' skart, l-involviment attiv taċ-ċittadini u n-negozji, infrastruttura aġġustata skont il-kompożizzjoni speċifika tal-iskart, u sistema elaborata ta' finanzjament. Il-pajjiżi li żviluppaw sistemi effiċjenti għall-immaniġġjar tal-iskart muniċipali ġeneralment irendu aħjar fl-immaniġġjar ġenerali tal-iskart, inkluż fl-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Madankollu, immaniġġjar xieraq ta' skart muniċipali waħdu mhuwiex biżżejjed biex tingħata spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fejn l-iskart huwa meqjus bħala riżorsa. Approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja għall-prodotti u l-iskart huwa neċessarju sabiex din it-tranżizzjoni tingħata bidu.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   L-esperjenza wriet li kemm is-sistemi pubbliċi kif ukoll dawk immexxija mill-privat jistgħu jgħinu biex tinkiseb sistema ta' ekonomija ċirkolari, u d-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tintuża sistema partikolari jew le ta' spiss tiddependi fuq kundizzjonijiet ġeografiċi u strutturali. Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva jippermettu kemm sistema fejn il-muniċipalità għandha r-responsabbiltà ġenerali biex jinġabar l-iskart muniċipali kif ukoll sistema li fiha tali servizzi jingħataw b'kuntratt lill-operaturi privati. L-għażla li wieħed jaqleb bejn dawn is-sistemi għandha tkun f'idejn l-Istati Membri.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Jeħtieġ li jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/98/KE definizzjonijiet tal-iskart muniċipali, tal-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, u tar-radam mill-ġdid, bil-għan li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-kunċett jiġi ċċarat.
(5)  Jeħtieġ li jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/98/KE definizzjonijiet tal-iskart muniċipali, kummerċjali u industrijali, tal-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, tal-operatur tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ organiku, tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, tar-radam mill-ġdid, tas-separazzjoni, tar-rimi taż-żibel u tal-iskart tal-ikel bil-għan li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-kunċetti jiġi ċċarat.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Fuq il-bażi tan-notifiki tal-Istati Membri u l-iżviluppi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrieżamina l-Gwida dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-Direttiva 2008/98/KE, bl-għan li ttejjeb, tallinja u tarmonizza l-kunċetti ta' skart u prodotti sekondarji fl-Istati Membri kollha.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdida)
(5b)   Jeħtieġ li tkun żgurata l-koerenza bejn id-Direttiva 2008/98/KE u atti leġiżlattivi relatati tal-Unjoni bħad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. Jeħtieġ li jkunu żgurati, b'mod partikolari, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni koerenti tad-definizzjonijiet ta' "skart", "ġerarkija tal-iskart" u "prodott sekondarju" skont dawn l-atti leġiżlattivi.
_________________
1a Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
1b Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).".
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 5c (ġdida)
(5c)   Skart perikoluż u skart mhux perikoluż għandhom jiġu identifikati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/EU1a u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/20141b.
______________
1a Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 44).
1b Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 89).
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Biex jiġi żgurat li l-miri tar-riċiklaġġ jissejsu fuq dejta affidabbli u paragunabbli, u biex ikun permess monitoraġġ iktar effettiv tal-progress fil-ksib ta' dawk il-miri, id-definizzjoni tal-iskart muniċipali fid-Direttiva 2008/98/KE għandha taqbel mad-definizzjoni użata għal finijiet statistiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li abbażi tagħha l-Istati Membri ilhom is-snin jirrappurtaw id-dejta. Id-definizzjoni tal-iskart muniċipali f'din id-Direttiva hija newtrali fejn jidħol l-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart.
(6)  Biex jiġi żgurat li l-miri tar-riċiklaġġ jissejsu fuq dejta affidabbli u paragunabbli, u biex ikun permess monitoraġġ iktar effettiv tal-progress fil-ksib ta' dawk il-miri, id-definizzjoni tal-iskart muniċipali fid-Direttiva 2008/98/KE għandha tiġi allinjata mad-definizzjoni użata għal finijiet statistiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li abbażi tagħha l-Istati Membri ilhom is-snin jirrappurtaw id-dejta. Id-definizzjoni tal-iskart muniċipali f'din id-Direttiva hija newtrali fejn jidħol l-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikulari permezz ta' inċentivi finanzjarji li jimmiraw il-ksib tal-għanijiet ta' prevenzjoni tal-iskart u ta' riċiklaġġ stipulati minn din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali.
(7)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikulari permezz ta' inċentivi finanzjarji, ekonomiċi u regolatorji li jimmiraw il-ksib tal-għanijiet ta' prevenzjoni tal-iskart u ta' riċiklaġġ stipulati minn din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, faċilitazzjoni tad-donazzjonijiet tal-ikel u inċentivi għall-awtoritajiet lokali. Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn strumenti jew miżuri ekonomiċi bħal dawk stipulati fil-lista indikattiva fl-Anness ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll miżuri biex jikkontribwixxu għall-kisba ta' kwalità għolja tal-materjal separat.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri sabiex iħeġġu l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adattati għal użu multiplu, li jkunu teknikament durabbli u jissewwew faċilment, u li meta jsiru skart u jkunu tħejjew għall-użu mill-ġdid jew ikunu ġew riċiklati, ikunu adattati għat-tqegħid fis-suq sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Dawk il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u l-ġerarkija tal-iskart.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Sabiex l-operaturi fis-swieq ta' materja prima sekondarja jingħataw iktar ċertezza fir-rigward tal-istatus ta' skart jew mhux skart ta' sustanzi jew oġġetti, u biex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwi, huwa importanti li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu stabbiliti kundizzjonijiet armonizzati għas-sustanzi jew għall-oġġetti li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala prodotti sekondarji, kif ukoll għall-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u li għandu jiġu rikonoxxut li m'għadux skart. Fejn meħtieġ sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jew sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni ta' tali kundizzjonijiet armonizzati għal ċertu skart, inkluż għal użu speċifiku.
(8)  Sabiex l-operaturi fis-swieq ta' materja prima sekondarja jingħataw iktar ċertezza fir-rigward tal-istatus ta' skart jew mhux skart ta' sustanzi jew oġġetti, u biex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwi, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli ċari għas-sustanzi jew għall-oġġetti li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala prodotti sekondarji, kif ukoll għall-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u li għandu jiġu rikonoxxut li m'għadux skart.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dik is-sustanza jew dak il-prodott, għandhom jitqiesu, bħala regola ġenerali, li huma prodotti sekondarji jekk jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet armonizzati u jekk jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju, u tipprijoritizza prattiki eżistenti u replikabbli tas-simbjożi industrijali u agrikola. Fin-nuqqas ta' dawn il-kriterji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ biss, jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandu, bħala regola ġenerali, ikollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu dispożizzjonjiet armonizzati relatati mal-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart għal ċerti tipi ta' skart. Għandhom jitqiesu kriterji li jkunu speċifiċi għat-tmiem tal-istadju tal-iskart għall-inqas għall-aggregati, il-karta, il-ħġieġ, il-metall, it-tajers u t-tessuti. Fejn ma jkunux ġew stabbiliti kriterji fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kriterji ddettaljati ta' tmiem tal-istadju tal-iskart fil-livell nazzjonali għal ċertu skart f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Fejn tali kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru jitqies li ma għadux skart jekk ikun konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu vverifikati fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jadottaw regolamenti tekniċi skont l-Artikolu 6.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 8c (ġdida)
(8c)   Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija minħabba li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, jew billi jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew billi jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ ikun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 8d (ġdida)
(8d)   It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari għandha tieħu vantaġġ sħiħ mill-innovazzjoni diġitali. Għal dak il-għan, għandhom jiġu żviluppati mezzi elettroniċi bħal pjattaforma online għall-kummerċjalizzazzjoni tal-iskart bħala riżorsa ġdida, bil-ħsieb li l-operazzjonijiet kummerċjali jsiru iktar faċli u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi, biex b'hekk tissaħħaħ is-simbjożi industrijali.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 8e (ġdida)
(8e)   Id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur f'din id-Direttiva għandhom l-għan li jappoġġjaw id-disinn u l-produzzjoni ta' oġġetti li jqisu bis-sħiħ u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti, inklużi t-tiswija, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tagħhom mingħajr ma tkun kompromessa ċ-ċirkolazzjoni libera tal-oġġetti fis-suq intern. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur hija obbligu individwali fuq il-produtturi li għandhom ikunu responsabbli għall-immaniġġjar ta' tmiem il-ħajja tal-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq. Madankollu, il-produtturi għandhom ikunu jistgħu jieħdu r-responsabbiltà tagħhom b'mod individwali jew kollettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għal tal-inqas l-imballaġġ, it-tagħmir elettriku u elettroniku, il-batteriji u l-akkumulaturi, u l-vetturi li ma għadhomx jintużaw.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 8f (ġdida)
(8f)   L-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għandhom jinftiehmu bħala sett ta' regoli stabbiliti mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-produtturi jkollhom ir-responsabbiltà finanzjarja u/jew operattiva għall-immaniġġjar fl-istadju ta' wara l-użu mill-konsumatur ta' ċiklu tal-ħajja ta' prodott. Dawk ir-regoli m'għandhomx iwaqqfu lill-produtturi milli jwettqu dawn l-obbligi b'mod individwali jew kollettiv.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  L-iskemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur huma parti essenzjali mill-immaniġġjar effiċjenti tal-iskart, iżda l-effettività u l-prestazzjoni tagħhom ivarjaw sew fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta' operat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Dawk ir-rekwiżiti għandhom inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-prestazzjoni, kif ukoll jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, inkluż għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għandhom jevitaw ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Għandhom jikkontribwixxi wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jipprovdu inċentivi lill-produtturi sabiex iqisu aħjar ir-riċiklabbiltà u l-kapaċità ta' użu mill-ġdid meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom. Ir-rekwiżiti għandhom japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Madankollu, ikun hemm bżonn perjodu ta' tranżizzjoni sabiex l-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jadattaw l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.
(9)  L-iskemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur huma parti essenzjali mill-immaniġġjar effiċjenti tal-iskart, iżda l-effettività u l-prestazzjoni tagħhom ivarjaw sew fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta' operat għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kemm jekk ikunu individwali kif ukoll kollettivi. Huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn dawk ir-rekwiżiti minimi li japplikaw għall-iskemi kollha u dawk li japplikaw biss għall-iskemi kollettivi. Madankollu, dawk ir-rekwiżiti kollha għandhom inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-prestazzjoni, b'miżuri li jiffaċilitaw implimentazzjoni aħjar tal-ġbir separat u s-seperazzjoni tal-iskart, jiżguraw riċiklaġġ ta' kwalità aħjar, jgħinu jiżguraw aċċess kosteffiċjenti għall-materja prima sekondarja, kif ukoll jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, inkluż għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u intrapriżi ta' kummerċ elettroniku, u għandhom jevitaw ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jipprovdu inċentivi lill-produtturi biex jiżviluppaw mudelli intelliġenti ta' negozju u jqisu l-ġerarkija tal-iskart meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom billi jistimulaw is-sostenibbiltà, ir-riċiklabbiltà, il-kapaċità ta' użu mill-ġdid u l-potenzjal li prodott jissewwa. Huma għandhom jinkoraġixxu s-sostituzzjoni progressiva ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna kif definiti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jekk ikun hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu ekonomikament jew teknikament vijabbli; L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tiġi sorveljata minn awtoritajiet indipendenti u m'għandha toħloq l-ebda piż finanzjarju jew amministrattiv sproporzjonat għall-korpi pubbliċi, l-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi. Ir-rekwiżiti għandhom japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Madankollu, ikun hemm bżonn perjodu ta' tranżizzjoni sabiex l-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jadattaw l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur inklużi f'atti legali oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jkopru flussi speċifiċi tal-iskart.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 9b (ġdida)
(9b)   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta linji gwida dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-produtturi fi skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għall-avvanz tas-suq intern. Biex tiġi żgurata l-koerenza fis-suq intern, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' tadotta kriterji armonizzati għal dak il-għan permezz ta' atti delegati.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 9c (ġdida)
(9c)   Meta jiġu stabbiliti skemi għall-implimentazzjoni kollettiva tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu salvagwardji kontra l-konflitti ta' interess bejn il-kuntratturi u l-organizzazzjonijiet tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti ta' kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif ukoll ta' kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart. Għaldaqstant, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, kif ukoll biex jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress fl-implimentazzjoni ta' tali miżuri. Sabiex jiġi żgurat kejl uniformi tal-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni.
(10)  Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti ta' kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart, u jiġu promossi materjali ta' kwalità għolja sostenibbli, riċiklabbli u li jistgħu jerġgħu jintużaw u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta' materja prima li qed isiru dejjem iktar rari. L-iżvilupp ta' mudelli innovattivi tan-negozju huwa fundamentali f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu miri ta' prevenzjoni u jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rimi taż-żibel, inkluż l-użu ta' strumenti ekonomiċi u ta' miżuri oħra li gradwalment jissostitwixxu sustanzi ta' tħassib serju ħafna kif definit fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jekk ikun hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu ekonomikament jew teknikament vijabbli, jiġġieldu l-obsolexxenza ppjanata, jappoġġaw l-użu mill-ġdid, iżidu l-għoti tal-kapaċità lill-konsumaturi permezz ta' għarfien aħjar dwar il-prodott, u jħeġġu kampanji ta' informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart. L-Istati Membri għandhom ukoll jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri kif ukoll il-progress fit-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart u jimmiraw li jiddiżakkopjawha mit-tkabbir ekonomiku. Sabiex jiġi żgurat kejl uniformi tal-progress ġenerali li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi u metodoloġiji komuni.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà fil-produzzjoni u fil-konsum tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-prevenzjoni tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi sabiex lill-konsumaturi jagħmluhom konxji ta' dan u jħeġġuhom jipparteċipaw b'mod iktar attiv sabiex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 10b (ġdida)
(10b)   Il-produttur oriġinali tal-iskart għandu rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-iskart u fl-istadju inizjali ta' qabel is-separazzjoni.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Sabiex jitnaqqas it-telf tal-ikel u jiġi evitat l-iskart tal-ikel tul il-katina sħiħa tal-provvista, għandha tiġi stabbilita ġerarkija tal-iskart, kif stabbilit fl-Artikolu 4a.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, bi qbil mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikulari l-mira tagħha li l-iskart tal-ikel jitnaqqas bin-nofs sas-sena 2030. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jipprevjenu l-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar. Filwaqt li jqisu l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, u għandhom ikejlu l-progress fit-tnaqqis tal-iskart tal-ikel. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prassi tajba madwar l-UE, kemm fost l-Istati Membri u kemm fost l-operaturi kummerċjali tal-ikel, għandhom jiġu stabbiliti metodoloġiji uniformi għal tali kejl. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart tal-ikel għandu jsir kull sentejn.
(12)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, bi qbil mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikulari l-mira tagħha li l-iskart tal-ikel jitnaqqas b'50 % sas-sena 2030. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jipprevjenu u jnaqqsu l-ġenerazzjoni totali tal-iskart tal-ikel u jnaqqsu t-telf tal-ikel fil-katina tal-provvista kollha, inklużi l-produzzjoni primarja, it-trasport u l-ħżin. Filwaqt li jqisu l-benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex juru kif jiġi evitat l-iskart tal-ikel fil-programmi tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart. B'dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jilħqu mira ta' tnaqqis tal-iskart tal-ikel tal-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030. L-Istati Membri għandhom ikejlu wkoll il-progress li jkun sar fit-tnaqqis tal-iskart tal-ikel u fit-telf tal-ikel. Sabiex jitkejjel dan il-progress u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prassi tajba madwar l-UE, kemm fost l-Istati Membri u kemm fost l-operaturi kummerċjali tal-ikel, għandha tiġi stabbilita metodoloġija komuni għal tali kejl. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart tal-ikel għandu jsir kull sena.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)   Sabiex tiġi evitata l-ħela tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi għall-ġbir ta' prodotti tal-ikel mhux mibjugħa fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel u fl-istabbilimenti tal-ikel u għad-distribuzzjoni mill-ġdid tagħhom lil organizzazzjonijiet tal-karità. Is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar it-tifsira tad-dati ta' skadenza għandha titjieb sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  L-iskart industrijali, ċertu skart kummerċjali u ċertu skart mill-minjieri huma ddiversifikati wisq mil-lat ta' volum u kompożizzjoni, u huma differenti ħafna skont l-istruttura ekonomika tal-Istat Membru, l-istruttura tas-settur industrijali jew kummerċjali li jiġġenera l-iskart, u d-densità industrijali jew kummerċjali f'żona ġeografika partikolari. Għalhekk, għall-parti l-kbira tal-iskart industrijali u tal-minjieri, soluzzjoni xierqa hija approċċ orjentat lejn l-industrija u li juża d-dokumenti ta' referenza bl-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-immaniġġjar ta' tip partikolari ta' skart. Madankollu, l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali se jibqgħu jkopruh ir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/62/KE u tad-Direttiva 2008/98/KE, inkluż it-titjib rispettiv tagħhom.
(13)  L-iskart industrijali, ċertu skart kummerċjali u ċertu skart mill-minjieri huma ddiversifikati wisq mil-lat ta' volum u kompożizzjoni, u huma differenti ħafna skont l-istruttura ekonomika tal-Istat Membru, l-istruttura tas-settur industrijali jew kummerċjali li jiġġenera l-iskart, u d-densità industrijali jew kummerċjali f'żona ġeografika partikolari. Għalhekk, għall-parti l-kbira tal-iskart industrijali u tal-minjieri, soluzzjoni temporanja biex jinkisbu l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari hija approċċ orjentat lejn l-industrija u li juża d-dokumenti ta' referenza bl-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-immaniġġjar ta' tip partikolari ta' skart. Peress li l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali huma koperti mir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/62/KE u tad-Direttiva 2008/98/KE, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi, sal-31 ta' Diċembru 2018, miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ għall-iskart kummerċjali u għall-iskart industrijali mhux perikoluż li għandhom jintlaħqu sal-2025 u sal-2030.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)   Il-Kummissjoni għandha tippromwovi b'mod attiv il-kondiviżjoni ta' pjattaformi bħala mudell ta' negozju tal-ekonomija ċirkolari. Għandha toħloq integrazzjoni iktar b'saħħitha bejn il-pjan ta' azzjoni għall-ekonomija ċirkolari u l-linji gwida għal ekonomija kollaborattiva u tinvestiga l-miżuri kollha possibbli biex jingħataw inċentivi għal dan.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
(13b)   It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari għandha tfittex li tikseb l-għanijiet ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020, b'referenza partikolari għall-miri relatati mal-protezzjoni ambjentali, il-bidla lejn sorsi ta' enerġija nodfa, żvilupp lokali sostenibbli u aktar impjiegi fl-Istati Membri. Għaldaqstant, l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari għandu jippromwovi wkoll l-involviment ta' entitajiet bħal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, intrapriżi tal-ekonomija soċjali, istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u korpi għall-immaniġġjar tal-iskart li joperaw fuq livell reġjonali u lokali, sabiex jitjieb il-maniġment ġenerali tagħhom, titrawwem l-innovazzjoni fil-proċessi u l-prodotti u jinħolqu impjiegi fiż-żoni kkonċernati.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Il-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sabiex iġibu magħhom benefiċċji sostanzjali ambjentali, ekonomiċi u soċjali.
(14)  Il-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu għall-inqas sa 60 % sal-2025 u għall-inqas sa 70 % sal-2030 sabiex iġibu magħhom benefiċċji sostanzjali ambjentali, ekonomiċi u soċjali u biex jaċċelleraw il-bidla lejn ekonomija ċirkolari.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-istabbiliment ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodotti, sakemm dan ma jikkompromettix il-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti. Dawn is-sistemi għandhom ikunu stabbiliti, b'mod partikolari, għal tagħmir elettriku u elettroniku, tessuti, għamara, materjali ta' kostruzzjoni, tajers u, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/62/KE, għal imballaġġ.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Premessa 14b (ġdida)
(14b)   Sabiex jiġi promoss l-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu objettivi kwantitattivi u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-produtturi sabiex jippermettu lill-operaturi tal-użu mill-ġdid li jkollhom aċċess faċli għall-manwali tal-istruzzjonijiet, il-parts tal-bdil u l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-użu mill-ġdid tal-prodotti.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Premessa 14c (ġdida)
(14c)   Ir-rwol tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fis-settur tal-użu mill-ġdid u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jeħtieġ li jiġi rikonoxxut u kkonsolidat. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippromwovu r-rwol tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali f'dak is-settur, anke, meta jkun xieraq, permezz ta' strumenti ekonomiċi, akkwist pubbliku, aċċess iffaċilitat għall-punti ta' ġbir tal-iskart, u kwalunkwe inċentiv ekonomiku jew regolatorju xieraq ieħor. Il-qafas regolatorju ġdid stabbilit mill-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari għandu jissalvagwardja l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati biex ikomplu x-xogħol tagħhom fis-settur tal-użu mill-ġdid u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Premessa 14d (ġdida)
(14d)   Il-bidla għal ekonomija ċirkolari toffri għadd ta' aspetti pożittivi, kemm ekonomiċi (bħall-ottimizzazzjoni tal-użu ta' riżorsi tal-materja prima), ambjentali (bħall-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-iskart) kif ukoll soċjali (bħall-potenzjal tal-ħolqien tal-impjieg li huwa soċjalment inklużiv u l-iżvilupp ta' rabtiet soċjali). L-ekonomija ċirkolari hija f'konformità mal-ispirtu tal-ekonomija soċjali u solidali u l-implimentazzjoni tal-ekonomija ċirkolari għandha primarjament tippermetti l-ġenerazzjoni ta' benefiċċji ambjentali u soċjali.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Premessa 14e (ġdida)
(14e)   L-atturi involuti fl-ekonomija soċjali u dik ibbażata fuq is-solidarjetà għandhom, permezz tal-attivitajiet tagħhom, inklużi t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u l-użu mill-ġdid innifsu, jgħinu biex jippromwovu l-ekonomija bbażata fuq is-solidarjetà. Għandhom jittieħdu passi sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta' dawn l-attivitajiet fl-Unjoni.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Permezz ta' żieda progressiva tal-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart li jkunu ta' siwi ekonomiku jintużaw mill-ġdid u jiġi rriċiklati b'mod effettiv, u għandu jiġi żgurat ukoll li l-materjali ta' siwi li jinstabu fl-iskart jiddaħħlu mill-ġdid fl-ekonomija Ewropea, biex b'hekk tinġieb 'il quddiem l-Inizjattiva tal-Materja Prima17 u jiġi xprunat il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari.
(15)  Permezz ta' żieda progressiva tal-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart li jkunu ta' siwi ekonomiku huma mħejjija għall-użu mill-ġdid u jiġu rriċiklati b'mod effettiv, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni ta' livell għoli tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, u għandu jiġi żgurat ukoll li l-materjali ta' siwi li jinstabu fl-iskart jiddaħħlu mill-ġdid fl-ekonomija Ewropea, biex b'hekk tinġieb 'il quddiem l-Inizjattiva tal-Materja Prima17 u jiġi xprunat il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari.
__________________
__________________
17 COM(2008)0699 u COM(2014)0297.
17 COM(2008)0699 u COM(2014)0297.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Jeżistu differenzi kbar fost l-Istati Membri fejn tidħol il-prestazzjoni tagħhom fl-immaniġġjar tal-iskart, l-aktar tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali. Sabiex jitqiesu dawk id-differenzi, dawk l-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20% tal-iskart muniċipali tagħhom skont id-dejta tal-Eurostat għandhom jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2025 u għall-2030. Fid-dawl tar-rati medji ta' progress annwali osservati fl-Istati Membri tul l-aħħar ħmistax-il sena, dawk l-Istati Membri jkollhom iżidu l-kapaċità ta' riċiklaġġ tagħhom f'livelli li jinsabu 'l fuq sew mill-medji mgħoddija sabiex jilħqu dawk il-miri. Sabiex jiġi żgurat li jsir progress sod lejn dawk il-miri, kif ukoll li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jiġu indirizzati fi żmien xieraq, l-Istati Membri li jingħataw żmien addizzjonali għandhom jilħqu miri interim, u għandhom ifasslu pjan ta' implimentazzjoni.
(16)  Jeżistu differenzi kbar fost l-Istati Membri fejn tidħol il-prestazzjoni tagħhom fl-immaniġġjar tal-iskart, l-aktar tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali. Sabiex jitqiesu dawk id-differenzi, dawk l-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20% tal-iskart muniċipali tagħhom skont id-dejta tal-Eurostat u li ma kinux meqjusa li jinsabu f'riskju li ma jiksbux il-mira għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-inqas 50 % tal-iskart muniċipali tagħhom sal-2050 għandhom jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2025. Dawn l-istess Stati Membri jistgħu wkoll jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2030 jekk ma jkunux meqjusa li jinsabu f'riskju li ma jilħqux il-mira tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-inqas 60 % tal-iskart muniċipali tagħhom sal-2030. Fid-dawl tar-rati medji ta' progress annwali osservati fl-Istati Membri tul l-aħħar ħmistax-il sena, dawk l-Istati Membri jkollhom iżidu l-kapaċità ta' riċiklaġġ tagħhom f'livelli li jinsabu 'l fuq sew mill-medji mgħoddija sabiex jilħqu dawk il-miri. Sabiex jiġi żgurat li jsir progress sod lejn dawk il-miri, kif ukoll li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jiġu indirizzati fi żmien xieraq, l-Istati Membri li jingħataw żmien addizzjonali għandhom jilħqu miri interim, u għandhom ifasslu pjanijiet ta' implimentazzjoni, li l-effettività tagħhom għandha tkun ivvalutata mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' kriterji definiti.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)   Sabiex jiġi żgurat l-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità għolja, l-output tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ għandu jirrispetta l-istandards ta' kwalità. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards għall-materjali tal-iskart li jidħlu fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u għall-materja prima sekondarja, b'mod partikolari għall-plastik, skont l-aqwa prattiki ta' produzzjoni fis-suq.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. B'mod simili, huwa importanti li jiġu stipulati regoli aktar preċiżi dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ġie rriċiklat u li jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.
(17)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar, b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet amministrattivi eċċessivi fuq operaturi żgħar u medji. B'mod simili, huwa importanti li jiġu stipulati regoli aktar preċiżi dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ġie rriċiklat u li jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ. Il-kalkolu tal-iskart muniċipali rriċiklat għandu jkun ibbażat fuq metodu wieħed armonizzat li jipprevjeni lill-Istati Membri milli jirrapportaw skart mormi bħala skart riċiklat. Għal dan il-għan, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, jew imħejjija għar-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-kalkolu uniformi ta' din id-dejta, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, dwar il-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati, u dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.
(18)  Sabiex jiġi żgurat il-kalkolu uniformi tad-dejta dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għal operaturi ta' użu mill-ġdid, għal skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, u operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta, kif ukoll dwar il-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati, li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni. Sabiex jiġi kkalkulat jekk il-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ intlaħqux u wara l-adozzjoni tal-metodu ta' kalkolu armonizzat, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkunsidraw ir-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni, bħall-irkupru tal-enerġija.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Il-konformità mal-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ hija essenzjali sabiex jiżdiedu r-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-bijoskart għandu jinġabar b'mod separat sabiex jikkontribwixxi għal żieda fir-rati ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif ukoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta' materjali riċiklabbli nixfin.
(20)  Il-konformità mal-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ, it-tessuti u l-bijoskart hija essenzjali sabiex jiżdiedu r-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-bijoskart għandu jinġabar b'mod separat u jiġi riċiklat sabiex jikkontribwixxi għal żieda fir-rati ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif ukoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta' materjali riċiklabbli nixfin u għall-prevenzjoni tal-inċinerazzjoni u r-rimi f'miżbla. Barra minn hekk, ir-riċerka fi ġbir u sistemi ta' riċiklaġġ possibbli għal flussi oħra wkoll u materjali ġodda għandha tiġi mħeġġa u intensifikata.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Premessa 20a (ġdida)
(20a)   Il-bijoekonomija għandha rwol importanti fl-iżgurar tad-disponibbiltà tal-materja prima madwar l-Unjoni. Użu iktar effiċjenti tal-iskart jista' joħloq inċentiv importanti għall-katina ta' provvista tal-bijoekonomija. B'mod partikolari, ġestjoni sostenibbli tal-bijoskart toffri l-opportunità li l-materja prima abbażi ta' karburant fossili tiġi ssostitwita minn sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' materjali u komoditajiet.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Premessa 20b (ġdida)
(20b)   Sabiex jiġi evitat it-trattament tal-iskart li jimblokka r-riżorsi fil-livelli inferjuri tal-ġerarkija tal-iskart, biex ikun jista' jsir riċiklaġġ ta' kwalità għolja u biex jissaħħaħ l-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bijoskart jinġabar separatament u jgħaddi minn riċiklaġġ organiku b'mod li jilħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u li l-output tiegħu jissodisfa l-istandards ta' kwalità għolja rilevanti.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Premessa 20c (ġdida)
(20c)   Minkejja l-ġbir separat, ħafna mill-materjal riċiklabbli xorta jispiċċa fi skart imħallat. B'separazzjoni ta' kwalità għolja, speċjalment separazzjoni ottika, ammont konsiderevoli ta' materjali jista' jiġi sseparat mill-iskart residwali u wara rriċiklat u pproċessat mill-ġdid f'materja prima sekondarja. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li anke l-iskart li ma jinġabarx b'mod separat jiġi madankollu sseparat.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Premessa 20d (ġdida)
(20d)   Sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta' skart muniċipali b'sustanzi perikolużi li jistgħu jbaxxu l-kwalità tar-riċiklaġġ u għaldaqstant ifixklu l-użu ta' materja prima sekondarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat għal skart perikoluż mid-djar.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  L-immaniġġjar xieraq tal-iskart perikoluż għadu problema fl-Unjoni, u d-dejta dwar it-trattament tiegħu għadha parzjalment nieqsa. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi taż-żamma tar-rekords u tat-traċċabbiltà billi jitwaqqfu reġistri elettroniċi għall-iskart perikoluż fl-Istati Membri. Il-ġbir ta' dejta elettronika għandu jitwessa' għal tipi oħra ta' skart, fejn xieraq, sabiex iż-żamma tar-rekords teħfief għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet u ħalli jitjieb il-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart fl-Unjoni.
(21)  L-immaniġġjar xieraq tal-iskart perikoluż għadu problema fl-Unjoni, u d-dejta dwar it-trattament tiegħu għadha parzjalment nieqsa. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi taż-żamma tar-rekords u tat-traċċabbiltà billi jitwaqqfu reġistri elettroniċi għall-iskart perikoluż fl-Istati Membri. Il-ġbir ta' dejta elettronika għandu jitwessa' għal tipi oħra ta' skart, sabiex iż-żamma tar-rekords teħfief għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet u ħalli jitjieb il-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart fl-Unjoni.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Premessa 21a (ġdida)
(21a)   Il-ġbir separat u r-riġenerazzjoni ta' żjut għar-rimi għandhom benefiċċji ekonomiċi u ambjentali sinifikanti, anke f'termini ta' sigurtà tal-provvista. Għandhom jiġu stabbiliti l-ġbir separat kif ukoll miri għar-riġinerazzjoni ta' żjut għar-rimi.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw sew il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment billi jippromwovu l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart.
(22)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari, l-Istati Membri għandhom jużaw sew il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment billi jippromwovu l-ewwel il-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid, imbagħad ir-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart. Il-Kummissjoni għandha, skont il-ġerarkija tal-iskart, tippermetti l-użu tal-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jiġi żviluppat qafas finanzjarju effettiv li jgħin lill-awtoritajiet lokali jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jiffinanzjaw l-intoduzzjoni ta' teknoloġiji innovattivi u l-immaniġġjar tal-iskart.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Ċerti tipi ta' materja prima huma ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju għoli. Sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista ta' dawk it-tipi ta' materja prima, u bi qbil mal-Inizjattiva tal-Materja Prima u l-għanijiet u l-miri tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu l-aqwa mmaniġġjar possibbli tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' tali tipi ta' materja prima, filwaqt li jqisu l-vjabbiltà ekonomika u teknoloġika kif ukoll il-benefiċċji ambjentali. Il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' materja prima kritika għall-UE18. Din il-lista hija soġġetta għal rieżami regolari mill-Kummissjoni.
(23)  Ċerti tipi ta' materja prima huma ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju għoli. Sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista ta' dawk it-tipi ta' materja prima, u bi qbil mal-Inizjattiva tal-Materja Prima u l-għanijiet u l-miri tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-użu mill-ġdid ta' prodotti u r-riċiklaġġ tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' materja prima kritika u jiżguraw li huma mmaniġġjati b'mod effiċjenti, filwaqt li jqisu l-vjabbiltà ekonomika u teknoloġika kif ukoll il-benefiċċji ambjentali u tas-saħħa. Il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' materja prima kritika għall-UE18. Din il-lista hija soġġetta għal rieżami regolari mill-Kummissjoni.
__________________
__________________
18 COM(2014) 0297.
18 COM(2014) 0297.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Premessa 24
(24)  Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni effettiva tal-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll l-użu mill-ġdid tal-prodotti li jikkostitwixxu s-sorsi ewlenin tal-materja prima. Għandhom jinkludu wkoll fil-pjanijiet tagħhom ta' mmaniġġjar tal-iskart miżuri xierqa fuq livell nazzjonali b'rabta mal-ġbir u l-irkupru tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' dawk it-tipi ta' materja prima. Il-miżuri għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-iskart meta jiġu aġġornati għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar il-gruppi ta' prodotti u l-flussi tal-iskart rilevanti fil-livell tal-UE. Din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li l-Istati Membri jieħdu miżuri għal materja prima oħra meqjusa importanti għall-ekonomija nazzjonali tagħhom.
(24)  Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni effettiva tal-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll fil-pjanijiet tagħhom ta' mmaniġġjar tal-iskart miżuri xierqa fuq livell nazzjonali b'rabta mal-ġbir, is-separazzjoni u l-irkupru tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' dawk it-tipi ta' materja prima. Il-miżuri għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-iskart meta jiġu aġġornati għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar il-gruppi ta' prodotti u l-flussi tal-iskart rilevanti fil-livell tal-UE. Din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li l-Istati Membri jieħdu miżuri għal materja prima oħra meqjusa importanti għall-ekonomija nazzjonali tagħhom.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  Ir-rimi taż-żibel għandu impatti ħżiena diretti fuq l-ambjent u fuq il-benessri taċ-ċittadini, u l-kostijiet għoljin tat-tindif huma piż ekonomiku mhux meħtieġ għas-soċjetà. L-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, u l-infurzar tajjeb mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jgħinu biex ineħħu din il-problema.
(25)  Ir-rimi taż-żibel għandu impatti ħżiena diretti u indiretti fuq l-ambjent, fuq il-benessri taċ-ċittadini u fuq l-ekonomija. Kostijiet għoljin tat-tindif huma piż ekonomiku mhux meħtieġ għas-soċjetà L-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, u l-infurzar tajjeb mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jgħinu biex ineħħu din il-problema. Il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel hija ppreferuta mit-tindif. Il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel għandha tkun sforz kondiviż bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi. Huwa essenzjali li tinbidel l-imġiba mhux xierqa tal-konsumaturi biex jiġi evitat iż-żibel. Il-produtturi, li l-prodotti tagħhom probabbilment isiru żibel, għandhom jippromwovu l-użu sostenibbli tal-prodotti tagħhom sabiex jiġi evitat ir-rimi taż-żibel. Barra minn hekk, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni għandhom rwol importanti biex jixprunaw bidla fl-imġiba.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Premessa 25a (ġdida)
(25a)   Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a hija l-istrument legali vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għall-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-istabbiliment ta' miri ambjentali sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb fir-rigward tal-iskart fil-baħar. Madankollu, is-sorsi ewlenin tal-iskart fil-baħar huma attivitajiet fuq l-art u huma kkawżati minn prattiki ħżiena tal-immaniġġjar tal-iskart solidu, nuqqas ta' infrastruttura u nuqqas ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. Għal dik ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex inaqqsu l-iskart fuq l-art li x'aktarx jispiċċa fl-ambjent tal-baħar, f'konformità mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikolari jimmiraw li jiksbu l-għan li jnaqqsu l-iskart fil-baħar b'50 % sal-2030 fil-livell tal-Unjoni. B'kunsiderazzjoni tal-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart fil-baħar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni tal-iskart fil-baħar fil-programmi tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart. B'dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu l-miri ta' tnaqqis tal-iskart fil-baħar madwar l-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030. Biex jitkejjel il-progress lejn dawn il-miri u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' prattika tajba madwar l-Unjoni Ewropea fost l-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti metodoloġiji uniformi għall-kejl ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart fil-baħar li joriġina mill-art għandu jsir kull sena.
______________
1a Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Premessa 25b (ġdida)
(25b)   Ir-rimi mhux xieraq tal-iskart permezz tar-rimi taż-żibel u skariki ta' drenaġġ u ta' skart solidu, bħall-plastik, għandu impatti detrimentali fuq l-ambjent tal-baħar u fuq is-saħħa tal-bniedem, kif ukoll fuq il-kostijiet ekonomiċi u soċjali sinifikanti. Tali skart ifixkel ukoll l-ordni ta' prijorità tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel ir-rimi. Meta wieħed jikkunsidra n-natura transkonfinali tal-iskart fil-baħar u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni fl-isforzi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jilħqu mira għat-tnaqqis tagħhom, bl-użu ta' protokolli ta' monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/56/KE.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Premessa 25c (ġdida)
(25c)   Mikrożibeġ fi prodotti kożmetiċi u prodotti tal-kura personali li jitneħħew bl-ilma u li jaslu fis-sistemi tad-drenaġġ residenzjali, kummerċjali jew industrijali wara l-użu jikkostitwixxu wieħed mill-iktar sorsi diretti ta' tniġġis mill-mikropartiċelli tal-plastik li jistgħu jiġu evitati. Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jipprevjenu lill-ingredjenti tal-mikrożibeġ u tal-mikropartiċelli tal-plastik milli jidħlu f'sistemi tat-trattament tal-ilma tal-iskart u jintremew fl-ambjent tal-baħar.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Premessa 27
(27)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni li jħejju l-Istati Membri kull tliet snin urew li mhumiex għodda effettiva biex tkun verifikata l-konformità u żgurata implimentazzjoni tajba, u dawn qed joħolqu piż amministrattiv żejjed. Għaldaqstant, jixraq li jitħassru ċerti dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-Istati Membri jipproduċu tali rapporti. Minflokhom, il-monitoraġġ tal-konformità għandu jissejjes esklussivament fuq id-dejta statistika li l-Istati Membri jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni.
(27)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni li jħejju l-Istati Membri kull tliet snin urew li mhumiex għodda effettiva biex tkun verifikata l-konformità u żgurata implimentazzjoni tajba, u dawn qed joħolqu piż amministrattiv żejjed. Għaldaqstant, jixraq li jitħassru ċerti dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-Istati Membri jipproduċu tali rapporti. Minflokhom, il-monitoraġġ tal-konformità għandu jissejjes esklussivament fuq id-dejta statistika li l-Istati Membri jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq talba u mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-Kummissjoni biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Għalhekk, meta jiġu biex jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw l-iktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.
(28)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta abbażi ta' sorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Għalhekk, meta jiġu biex jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni żviluppata mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Premessa 28a (ġdida)
(28a)   Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ibbażat fuq id-dejta u l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri sabiex tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progess miksub fl-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ u fl-implimentazzjoni ta' obbligi ġodda stabbiliti minn din id-Direttiva. Dawk ir-rapporti triennali għandhom jevalwaw ukoll l-impatt tad-Direttiva 2008/98/KE fl-intier tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u jivvalutaw jekk l-emendi humiex meħtieġa biex iżommu d-Direttiva 2008/98/KE adattata għall-iskop tagħha fid-dawl tal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Premessa 28b (ġdida)
(28b)   Sabiex tikkontribwixxi għal governanza xierqa, tisħiħ, kooperazzjoni transkonfinali u tixrid tal-aħjar prattiki u innovazzjonijiet fil-qasam tal-iskart u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u konsistenti tal-miri stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni prattika ta' dik id-Direttiva. Ir-riżultati tal-ħidma ta' dik il-pjattaforma għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Premessa 28c (ġdida)
(28c)   Il-potenzjal ekonomiku kif ukoll il-benefiċċji ambjentali tal-mixja lejn ekonomija ċirkolari u ż-żieda fl-effiċjenza fir-riżorsi huma stabbiliti sewwa. Il-passi meħtieġa biex jingħalaq iċ-ċirku huma ppreżentati f'bosta dokumenti u proposti ta' politika, li jvarjaw mill-manifest u r-rakkomandazzjonijiet ta' politika sussegwenti tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (EREP) għal Ewropa aktar effiċjenti fir-riżorsi ppubblikat fis-17 ta' Diċembru 2012, għar-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew dwar il-mixja lejn ekonomija ċirkolari adottat fil-25 ta' Ġunju 2015, u finalment il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-ekonomija ċirkolari ppubblikat fit-2 ta' Diċembru 2015. Dawn kollha jippreżentaw azzjonijiet lil hinn mill-iskart u jkopru ċ-ċiklu sħiħ, u dawn mhux biss għandhom jiggwidaw il-livell ambizzjuż tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, iżda jiżguraw ukoll li tittieħed azzjoni ambizzjuża biex jingħalaq iċ-ċirku kollu.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Premessa 28d (ġdida)
(28d)   Ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-ħolqien ta' mudelli ta' negozju intelliġenti bbażati fuq l-effiċjenza tar-riżorsi huma essenzjali għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Unjoni fejn l-iskart jidher bħala riżorsa ġdida. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-kontribut, fil-qafas tal-Orizzont 2020, għal proġetti ta' riċerka u innovazzjoni li jistgħu juru u jittestjaw fil-qasam is-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali ta' ekonomija ċirkolari, huwa neċessarju. Fl-istess ħin, filwaqt li jadottaw approċċ sistemiku, dawn il-proġetti jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni li twassal għall-innovazzjoni u li tkun faċli biex jiġi implimentat, billi jiġu identifikati inċertezzi regolatorji, ostakoli u lakuni li jfixklu l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju bbażati fuq l-effiċjenza tar-riżorsi.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Premessa 28e (ġdida)
(28e)   Fit-2 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari biex tistimola t-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija ċirkolari. Peress li l-Kummissjoni stabbilixxiet programm ta’ azzjonijiet konkret u ambizzjuż, b'miżuri li jkopru ċ-ċiklu sħiħ, hemm bżonn ta' miżuri supplimentari biex jaċċelleraw dik it-tranżizzjoni.
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Premessa 28f (ġdida)
(28f)   It-titjib fl-użu tar-riżorsi jista' jġib iffrankar nett sostanzjali għan-negozji tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi, filwaqt li jnaqqas it-total tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha tipproponi, sal-aħħar tal-2018, indikatur ewlieni u tabella operattiva ta' subindikaturi dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-mira taż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni b'30 % sal-2030, meta mqabbel mal-livelli tal-2014.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Premessa 29
(29)  Sabiex id-Direttiva 2008/98/KE tiġi supplimentata jew emendata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3). Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(29)  Sabiex id-Direttiva 2008/98/KE tiġi supplimentata jew emendata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta':
—   kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li skonthom sustanzi jew oġġetti għandhom jitqiesu bħala prodotti sekondarji jew li m'għadhomx skart,
—   rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jadottaw regolamenti tekniċi dwar l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart,
—   l-istabbiliment tal-lista ta' skart,
—   kriterji armonizzati li għandhom jiġu segwiti meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, abbażi tal-ispejjeż reali tat-tmiem tal-ħajja tal-prodotti,
—   indikaturi li jkejlu l-progress fit-tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-iskart u fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart,
—   metodoloġija komuni, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità, għall-kejl uniformi tal-livelli ta' skart tal-ikel,
—   metodoloġija komuni, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità, għall-kejl uniformi tal-livelli ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art,
—   rekwiżiti minimi ta' kwalità u operazzjonali għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid kif ukoll tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, u operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir ta' dejta, it-traċċabilità, il-verifika u r-rappurtar,
—   metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni jew bil-koinċinerazzjoni, inklużi l-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati,
—   kriterji tekniċi u proċeduri operattivi għal operazzjonijiet tar-rimi D2, D3, D4, D6, D7 u D12 kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE u, jekk ikun xieraq, projbizzjoni fuq dawk l-operazzjonijiet jekk ma jkunux jissodisfaw ċerti kriterji relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent,
—   standards tekniċi minimi għal attivitajiet ta' trattament li jeħtieġu permess skont id-Direttiva 2008/98/KE, meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards jistgħu jwasslu għal gwadann f'termini ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent,
—   standards minimi għal attivitajiet li jeħtieġu reġistrazzjoni skont id-Direttiva 2008/98/KE meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards jistgħu jwasslu għal gwadann f'termini ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent jew biex jiġi evitat tfixkil fis-suq intern,
—   l-ispeċifikazzjoni tal-applikazzjoni tal-formola għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni msemmija fil-punt R1 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE,
—   il-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta, l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta u s-sorsi tad-dejta kif ukoll il-format għar-rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miri dwar it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u t-tnaqqis fl-iskart fil-baħar, dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għar-radam mill-ġdid, dwar iż-żjut ta' skart, u
—   l-adattament tal-Annessi I sa V tad-Direttiva 2008/98/KE għall-progress xjentifiku u tekniku.
Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti., u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Premessa 30
(30)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 9(4), 9(5), 33(2), 35(5) u 37(6). Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 .
(30)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward ta':
—   il-format għan-notifika tal-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart, u
—   l-kundizzjonijiet minimi għall-operazzjoni ta' reġistri elettroniċi dwar skart perikoluż.
Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 .
__________________
__________________
19 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28/02/2011, p. 13).
19 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Premessa 33
(33)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ttejjeb l-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni, u b'hekk tgħin fil-protezzjoni, il-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, tas-saħħa tal-oċeani u tas-sigurtà tal-frott tal-baħar billi jitnaqqas ir-rimi tal-iskart fil-baħar, kif ukoll għall-utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali madwar l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
(33)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ttejjeb l-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni, u b'hekk tgħin fil-protezzjoni, il-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, tas-saħħa tal-oċeani u tas-sigurtà tal-frott tal-baħar billi jitnaqqas ir-rimi tal-iskart fil-baħar, kif ukoll għall-utilizzazzjoni prudenti, imnaqqsa u razzjonali tar-riżorsi naturali madwar l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Premessa 33a (ġdida)
(33a)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw livelli għolja ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-setturi tal-produzzjoni, tar-riċiklaġġ, tat-tiswija, tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tal-iskart, b'kunsiderazzjoni tar-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw il-ħaddiema f'dawn is-setturi, u għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dan il-qasam tiġi implimentata u infurzata sew.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Premessa 33b (ġdida)
(33b)   Din id-Direttiva ġiet adottata fid-dawl tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u għandha tiġi implimentata u applikata skont il-gwida li tinsab f'dan l-istess Ftehim.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 1
(-1)   Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:
Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta’ l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart, u permezz tat-tnaqqis ta’ l-impatti ġenerali ta’ l-użu ta’ riżorsi u t-titjib ta’ l-effiċjenza ta’ tali użu.
"Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart, l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart, u permezz tat-tnaqqis tal-impatti ġenerali tal-użu ta' riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza ta' tali użu, li huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u sabiex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-UE."
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 1a
‘'1a. "skart muniċipali" tfisser
‘'1a. "skart muniċipali" tfisser
(a)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat mid-djar, inklużi:
(a)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat mid-djar, inklużi:
–  karta u kartun, metalli tal-ħġieġ, plastik, bijoskart, injam, tessuti, tagħmir elettriku u elettroniku mormi, batteriji u akkumulaturi mormija;
–  karta u kartun, metalli tal-ħġieġ, plastik, bijoskart, injam, tessuti, tagħmir elettriku u elettroniku mormi, batteriji u akkumulaturi mormija;
–  skart goff, inklużi apparat domestiku, saqqijiet u għamara;
–  skart goff, inklużi saqqijiet u għamara;
–  skart tal-ġonna, inklużi l-weraq u l-ħaxix maqtugħ;
–  skart tal-ġonna, inklużi l-weraq u l-ħaxix maqtugħ;
(b)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat minn sorsi oħra, li huwa paragunabbli għall-iskart tad-djar fin-natura, fil-kompożizzjoni u fil-kwantità tiegħu.
(b)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat minn negozji żgħar, bini ta' uffiċċji u istituzzjonijiet inklużi l-iskejjel, l-isptarijiet, u l-bini tal-gvern, li huwa paragunabbli għall-iskart tad-djar fin-natura u fil-kompożizzjoni tiegħu.
(c)  skart mit-tindif tas-suq u skart minn servizzi ta' tindif tat-toroq, inkluż il-knis tat-triq, il-kontenu tal-laned taż-żibel, l-iskart mill-manutenzjoni tal-parks u tal-ġonna.
(c)  skart mit-tindif tas-suq u skart minn servizzi ta' tindif tat-toroq, inkluż il-knis tat-triq, il-kontenu tal-laned taż-żibel, l-iskart mill-manutenzjoni tal-parks u tal-ġonna.
L-iskart muniċipali ma jinkludix l-iskart min-netwerk u mit-trattament tad-drenaġġ, inklużi l-ħama tad-drenaġġ u l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.
L-iskart muniċipali ma jinkludix l-iskart min-netwerk u mit-trattament tad-drenaġġ, inklużi l-ħama tad-drenaġġ u l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.
Id-definizzjoni ta' skart muniċipali f'din id-Direttiva għandha tapplika irrispettivament mill-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart;";
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 1b (ġdid)
(aa)   jiddaħħal il-punt li ġej:
“1b. "skart kummerċjali u industrijali" tfisser skart imħallat u skart miġbur b'mod separat li jkun ġej minn attivitajiet u/jew bini kummerċjali u industrijali.
Skart kummerċjali u industrijali ma jinkludix skart muniċipali, skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u skart min-netwerk u mit-trattament tad-drenaġġ, inkluża l-ħama tad-drenaġġ;";
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 2a
2a.  "skart mhux perikoluż" tfisser skart li ma jkollu l-ebda waħda mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III;
2a.  "skart mhux perikoluż" tfisser skart li mhuwiex kopert mill-punt 2 ta' dan l-Artikolu;
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 4
4.  "bijoskart" tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-restorants, mill-caterers u mill-ħwienet bl-imnut, skart paragunabbli minn impjanti ta' pproċessar tal-ikel, u skart ieħor b'karatteristiċi simili ta' bijodegradibbiltà li huwa paragunabbli fin-natura, fil-kompożizzjoni u fil-kwantità tiegħu;
4.  "bijoskart" tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-restorants, mill-caterers u mill-ħwienet bl-imnut, skart paragunabbli minn impjanti ta' pproċessar tal-ikel, u skart ieħor b'karatteristiċi simili ta' bijodegradibbiltà u kompostabbiltà;
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt da (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 9
(da)   il-punt 9 jinbidel b'dan li ġej:
9.  "maniġġar ta' l-iskart" tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta' skart, inklużi s-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet u l-kura ta' wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;
"9. "immaniġġjar tal-iskart" tfisser il-ġbir, it-trasport, is-separazzjoni, l-irkupru u r-rimi ta' skart, inklużi s-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet u l-kura ta' wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;";
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt db (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 11
(db)   il-punt 11 jinbidel b'dan li ġej:
11.  "ġbir separat" tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta' skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku;
"11. "ġbir separat" tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta' skart jinżamm separat skont it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku, b'mod partikolari l-operazzjonijiet ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;";
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt e
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 16
16.  "tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija tal-operati ta' rkupru, li permezz tagħhom l-iskart, il-prodotti jew il-komponenti ta' prodotti li jkunu nġabru minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skema ta' rifużjonijiet tad-depożitu, jiħejjew sabiex jiġu użati mill-ġdid mingħajr xi preproċessar ieħor;
16.  "tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser l-operazzjonijiet ta' verifika, tindif jew tiswija għal finijiet ta' rkupru, li permezz tagħhom il-prodotti jew il-komponenti ta' prodotti li jkunu saru skart u jkunu nġabru minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jitħejjew sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda preproċessar ieħor;
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 16a (ġdid)
(ea)   jiddaħħal il-punt li ġej:
"16a. "operatur ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser impriża li tittratta l-iskart u li taħdem tul il-katina tal-proċess ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid skont ir-regoli applikabbli;";
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 16b (ġdid)
(eb)   jiddaħħal il-punt li ġej:
"16b. "manifattura mill-ġdid" tfisser il-proċess li permezz tiegħu prodott jinġieb f'kundizzjoni qisu ġdid permezz tal-użu mill-ġdid, ir-rikondizzjonar u s-sostituzzjoni ta' partijiet komponenti;";
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ec (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 17
(ec)   il-punt 17 jinbidel b'dan li ġej:
17.  "riċiklaġġ" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali ta' l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta' materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta' enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;
"17. "riċiklaġġ" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi r-riċiklaġġ organiku iżda ma jinkludix irkupru ta' enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;";
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ed (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt -17a (ġdid)
(ed)   jiddaħħal il-punt li ġej:
"- 17a. "riċiklaġġ organiku" tfisser riċiklaġġ fl-għamla ta' trattament aerobiku jew anaerobiku, jew trattament ieħor tal-partijiet bijodegradabbli tal-iskart, li jipproduċi prodotti, materjali jew sustanzi; it-trattament bijoloġiku mekkaniku u l-miżbliet mhumiex meqjusa bħala għamla ta' riċiklaġġ organiku;";
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt f
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 17a
17a.  "proċess aħħari ta' riċiklaġġ" tfisser il-proċess ta' riċiklaġġ li jibda meta ma jkun meħtieġ l-ebda operat ulterjuri ta' separazzjoni mekkanika, u l-materjal ta' skart jidħol fi proċess ta' produzzjoni u jiġi effettivament riproċessat fi prodotti, materjali jew sustanzi;
17a.  "proċess aħħari ta' riċiklaġġ" tfisser il-proċess ta' riċiklaġġ li jibda meta ma tkun meħtieġa l-ebda operazzjoni ulterjuri ta' separazzjoni, u l-materjal ta' skart jiġi effettivament riproċessat fi prodotti, materjali jew sustanzi;
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt f
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 17b
17b.  "radam mill-ġdid" tfisser kull operat ta' rkupru fejn l-iskart xieraq jintuża għal finijiet ta' rkupru f'żoni skavati jew għal finijiet ta' inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art jew fil-kostruzzjoni, minflok materjali oħra mhux skart li, kieku mod ieħor, kien ikun jintuża għal dak l-istess għan;
17b.  "radam mill-ġdid" tfisser kull operazzjoni ta' rkupru, ħlief għar-riċiklaġġ, fejn skart inert u mhux perikoluż xieraq jew skart mhux perikoluż ieħor jintuża għal finijiet ta' rkupru f'żoni skavati jew għal finijiet ta' inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art jew fil-kostruzzjoni, minflok materjali oħra mhux skart li, kieku mod ieħor, kien ikun jintuża għal dak l-istess għan u jintuża fi kwantitajiet li ma jaqbżux dak li huwa strettament meħtieġ għall-finijiet ta' rkupru jew ta' inġinerija;
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fa (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 17c (ġdid)
(fa)   Jiddaħħal il-punt li ġej:
"17c. "dilwizzjoni" tfisser it-taħlit ta' skart ma' materjal jew skart wieħed jew aktar bil-għan li titbaxxa, mingħajr trasformazzjoni kimika, il-konċentrazzjoni ta' komponent wieħed jew aktar preżenti fl-iskart, sabiex l-iskart dilwit ikun jista' jintbagħat f'faċilità ta' trattament jew ta' riċiklaġġ li mhuwiex permess għall-iskart mhux dilwit.";
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2 – punt fb (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 20a (ġdid)
(fb)   jiżdied il-punt li ġej:
"20a. "dekontaminazzjoni" tfisser kwalunkwe operazzjoni li tikkonsisti fit-tneħħija jew it-trattament ta' komponenti perikolużi mhux mixtieqa jew sustanzi li jniġġsu mill-iskart sabiex dawn jinqerdu.";
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fc (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 20b (ġdid)
(fc)   jiżdied il-punt li ġej:
"20b. "separazzjoni" tfisser kwalunkwe operazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart li tissepara l-iskart miġbur fi frazzjonijiet u sub-frazzjonijiet differenti;";
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fd (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 20c (ġdid)
(fd)   jiżdied il-punt li ġej:
"20c. "żibel" tfisser skart ta' daqs żgħir f'żoni aċċessibbli għall-pubbliku li jkun intrema b'mod mhux xieraq fl-ambjent, sew jekk intenzjonalment u sew jekk b'negliġenza;";
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fe (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 20d (ġdid)
(fe)   jiżdied il-punt li ġej:
"20d. "skart tal-ikel" tfisser ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem, sew jekk fl-istatus li jittiekel u sew jekk le, li jkun tneħħa mill-katina tal-produzzjoni jew tal-provvista biex jiġi skartat, inkluż fil-livell tal-produzzjoni primarja, l-ipproċessar, il-manifattura, it-trasport, il-ħżin, il-bejgħ bl-imnut u l-konsum, bl-eċċezzjoni tat-telf fil-livell tal-produzzjoni primarja;";
Emenda 99
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ff (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 3 – punt 20e (ġdid)
(ff)   jiżdied il-punt li ġej:
"20e. "skart residwu" tfisser skart li jkun ġej minn operazzjoni ta' trattament jew irkupru, inkluż mir-riċiklaġġ, li ma jkunx jista' jiġi rkuprat ulterjorment u, li allura, jkollu jintrema;";
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
(2a)   Fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
2.  Fl-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista' jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta' skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun ġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' tali skart.
"2. Fl-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista' jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta' skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun ġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġjar ta' tali skart. Dan jista' jeħtieġ li ċertu skart jgħaddi minn proċess ta' dekontaminazzjoni qabel trattament ulterjuri.";
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart.
3.  L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u jieħdu miżuri oħrajn biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu l-istrumenti u l-miżuri indikati fl-Anness IVa biex iħeġġu l-implimentazzjoni tal-programmi ta' prevenzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 29 u jappoġġjaw l-attivitajiet immirati lejn l-ilħiq tal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 b'tali mod li jimmassimizzaw l-użu tal-materja prima sekondarja u jikkumpensaw għad-diskrepanzi tal-ispejjeż tal-materja prima verġni.
Emenda 103
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istrumenti speċifiċi previsti skont dan il-paragrafu sa [daħħal id-data ta' tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dik id-data.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istrumenti speċifiċi previsti skont dan il-paragrafu sa [daħħal id-data ta' tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin wara dik id-data.
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
(3a)   Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3a. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' tariffi sabiex jiżguraw il-finanzjament tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart għall-iskart muniċipali li hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.";
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)
(3b)   Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3b. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-ġerarkija tal-iskart sabiex tissaħħaħ it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Għal dan il-għan, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-ġerarkija tal-iskart fl-allokazzjoni tal-fondi kollha tal-Unjoni u għandhom jagħtu prijorità lill-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fl-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart.
_________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).";
Emenda 107
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 4a (ġdid)
(3c)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 4a
Il-ġerarkija tal-iskart tal-ikel
1.   Fil-prevenzjoni, il-leġiżlazzjoni u l-politika tal-immaniġġjar tal-iskart tal-ikel għandha tapplika l-ġerarkija tal-iskart tal-ikel speċifika li ġejja f'ordni ta' prijorità:
(a)   il-prevenzjoni fis-sors;
(b)   is-salvataġġ tal-ikel li jittiekel, billi tingħata prijorità lill-użu mill-bniedem fuq l-għalf tal-annimali u l-ipproċessar mill-ġdid fi prodotti mhux alimentari;
(c)   ir-riċiklaġġ organiku;
(d)   l-irkupru tal-enerġija;
(e)   ir-rimi.
2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu inċentivi għall-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, bħall-introduzzjoni ta' ftehimiet volontarji, l-iffaċilitar ta' donazzjonijiet ta' ikel jew, jekk ikun il-każ, it-teħid ta' miżuri finanzjarji u fiskali.
Emenda 108
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dik is-sustanza jew dak il-prodott, ma jitqisux bħala skart, iżda prodott sekondarju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
1.  Sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dik is-sustanza jew dak il-prodott, ma għandhomx jitqiesu bħala skart, iżda prodott sekondarju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 109
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4– punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.
2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi. Fl-iżvilupp tal-kriterji ddettaljati l-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-prattiki eżistenti u replikabbli ta' simbjożi industrijali.
Emenda 110
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
(ba)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ, jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal sustanzi jew prodotti speċifiċi, inklużi, fejn meħtieġ, valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu.";
Emenda 111
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolament tekniċi adottati skont il-paragrafu 1 tad-Direttiva 2015/1535/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (*), fejn dan ikun meħtieġ minn dik id-Direttiva.
3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolament tekniċi adottati skont il-paragrafu 2a tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
_______________
______________
(*) ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.
* Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
Emenda 112
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a – punt i
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operat ta' rkupru jitqies li m'għadux skart jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' riċiklaġġ jew ta' rkupru ieħor jitqies li m'għadux skart jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 113
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta' skart. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-kriterji ddettaljati għandhom jinkludu valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u għandhom iqisu kull effett ambjentali ħażin possibbli li jista' jkollhom is-sustanza jew l-oġġett.
2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, abbażi tal-monitoraġġ tas-sitwazzjonijiet fl-Istati Membri, sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal tipi speċifiċi ta' skart. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-kriterji ddettaljati għandhom jinkludu valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u għandhom iqisu kull effett ħażin li jista' jkollhom is-sustanza jew l-oġġett fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent.
Emenda 114
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  L-iskart li jitqies li m'għadux skart skont il-paragrafu 1 jista' jitqies imħejji għall-użu mill-ġdid, riċiklat jew irkuprat għall-fini tal-kalkolu tal-ilħiq tal-miri stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rispettivament, jekk ikun ġie soġġett għal tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru skont dawk id-Direttivi.
3.  L-iskart li m'għadux skart skont il-paragrafu 1 jista' jitqies għall-fini tal-kalkolu tal-ilħiq tal-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, riċiklaġġ jew irkupru stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) jekk ikun ġie soġġett, rispettivament, għal operazzjoni ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, riċiklaġġ jew irkupru skont dawk id-Direttivi. Il-piż tal-iskart li jitqies li m'għadux skart jista' jiġi rrappurtat bħala riċiklat jekk il-materjal jew is-sustanzi li jitqiesu li m'għadhomx skart għandhom ikunu soġġetti għal proċessar mill-ġdid, ħlief għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid.
Emenda 115
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal skart speċifiku, inklużi valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu.
Emenda 116
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   Meta dawk il-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru, jitqies li ma jkunx għadu skart jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, li għandhom jiġu vverifikati fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtorità nazzjonali kompetenti.
Emenda 117
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.   Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza fis-suq intern, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jadottaw regolamenti tekniċi skont il-paragrafu 3a u 3b ta' dan l-Artikolu.
Emenda 118
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolament tekniċi adottati skont il-paragrafu 1, bi qbil mad-Direttiva 2015/1535/UE tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill, fejn meħtieġ minn dik l-istess Direttiva.
4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolamenti tekniċi adottati skont il-paragrafi 3 u 3b, bi qbil mad-Direttiva 2015/1535/UE.
Emenda 119
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 7 – paragrafu 4
(aa)   il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:
4.  Ir-riklassifikazzjoni ta' skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż m'għandhiex issir permezz ta' dilwizzjoni jew taħlit ta' l-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi perikolużi għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu skart bħala wieħed perikoluż.
"4. Ir-riklassifikazzjoni ta' skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż jew bidla fil-karatteristiċi perikolużi m'għandhiex issir permezz ta' dilwizzjoni jew taħlit tal-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi perikolużi għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu skart bħala wieħed perikoluż jew biex tiġi stabbilita karatteristika perikoluża.";
Emenda 120
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
(-a)   fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
1.  Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor ta’ l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur.
"1. Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur.";
Emenda 121
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll l-istabbiliment ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur li jiddefinixxu obbligi operattivi u finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti.
Tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, li jkopru l-ilħiq individwali jew kollettiv tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Tali skemi għandhom jikkonsistu f'sett ta' regoli li jiddefinixxu obbligi operattivi u/jew finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti li fihom ir-responsabbiltà tal-produttur tiġi estiża għall-istat ta' wara l-konsum taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu tali skemi għal, tal-inqas, l-imballaġġ kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE, it-tagħmir elettriku u elettroniku kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, il-batteriji u l-akkumulaturi kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/66/KE u l-vetturi li m'għadhomx jintużaw kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE.
Emenda 122
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
(aa)   fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
2.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu d-disinn ta' prodotti b'mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta' skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta' prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 4 u 13.
"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa li jinkoraġġixxu lill-produtturi jtejbu d-disinn u l-komponenti ta' prodotti b'mod li titjieb l-effiċjenza tar-riżorsi, jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta' skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta' prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 4 u 13.
Emenda 123
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Tali miżuri jistgħu jħeġġu, fost l-oħrajn, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu durabbli, u li meta jsiru skart ikunu adattati għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
Tali miżuri għandhom iħeġġu l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u materjali adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu durabbli u jissewwew faċilment, u li meta jsiru skart u jkunu tħejjew għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, ikunu adattati għat-tqegħid fis-suq sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż il-potenzjal għal riċiklaġġ multiplu, fejn xieraq, kif ukoll il-ġerarkija tal-iskart.
Emenda 124
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
(ba)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2 sa [daħħal id-data: sitta u tletin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u mbagħad kull tliet snin wara dik id-data. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifiki li tkun irċeviet.";
Emenda 125
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bb (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 4
(bb)   il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:
4.  Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-respnsabbiltà għall-immaniġġar ta' l-iskart kif previst fl-Artikolu 15(1) u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar flussi ta' skart u prodotti speċifiċi.
“4. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-iskart kif previst fl-Artikolu 15(1). Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 8a huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur f'atti legali oħra tal-Unjoni.";
Emenda 126
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u l-atturi involuti fl-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ddefinita fl-Artikolu 8a, u dwar l-aqwa prassi biex jiġu żgurati governanza xierqa u kooperazzjoni transfruntiera tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni dwar karatteristiċi organizzattivi, u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi, kif ukoll l-għażla tal-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni.
5.  Mhux aktar tard minn ... [daħħal id-data: 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha twaqqaf pjattaforma għal skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-atturi involuti fl-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ddefinita fl-Artikolu 8a, u dwar l-aqwa prassi biex jiġu żgurati governanza xierqa u kooperazzjoni transfruntiera tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni dwar karatteristiċi organizzattivi u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi, l-iżvilupp ta' kriterji armonizzati għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4), kif ukoll l-għażla tal-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart u tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni u tista' tipprovdi linji gwida dwar aspetti rilevanti.
Mhux aktar tard minn ... [daħħal id-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], abbażi ta' studju u fid-dawl tal-input mill-pjattaforma, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida dwar id-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4). Biex tiġi żgurata l-koerenza fis-suq intern, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kriterji armonizzati li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4).
Emenda 127
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – titolu
Rekwiżiti ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur
Rekwiżiti ġenerali minimi għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur
Emenda 128
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 1
—  jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-produtturi ta' prodotti li jqiegħdu merkanzija fis-suq tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw f'isimhom ir-responsabbiltà estiża tal-prodottur, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid;
—  jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha involuti, bħall-produtturi ta' prodotti li jqiegħdu merkanzija fis-suq tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw f'isimhom ir-responsabbiltà estiża tal-prodottur fil-qafas ta' skemi kollettivi, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, id-distributuri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u fejn xieraq, in-netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid;
Emenda 129
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 2
—  jiddefinixxu miri ta' mmanniġjar tal-iskart li jistgħu jitkejlu, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema kif stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE;
—  jiddefinixxu miri ta' tnaqqis tal-iskart u miri ta' mmaniġġjar tal-iskart li jistgħu jitkejlu, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema kif stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE;
Emenda 130
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 3
—   jistabbilixxu sistema ta' rappurtar biex tiġbor dejta dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi li huma soġġetti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Ladarba dawn il-prodotti jsiru skart, is-sistema ta' rappurtar għandha tiżgura li tinġabar dejta dwar il-ġbir u t-trattament ta' dak l-iskart, filwaqt li jispeċifikaw, fejn xieraq, il-flussi tal-materjal ta' skart;
—  jistabbilixxu sistema ta' rappurtar biex tiġbor dejta affidabbli u preċiża dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi li huma soġġetti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Ladarba dawn il-prodotti jsiru skart, is-sistema ta' rappurtar għandha tiżgura li tinġabar dejta affidabbli u preċiża dwar il-ġbir u t-trattament ta' dak l-iskart, filwaqt li jispeċifikaw, fejn xieraq, il-flussi tal-materjal ta' skart;
Emenda 131
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 4
–  jiżguraw it-trattament ekwu u n-nondiskriminazzjoni fost il-produtturi tal-prodotti, u fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
–  jiżguraw it-trattament ekwu u n-nondiskriminazzjoni fost il-produtturi tal-prodotti, kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi tal-ġbir, tat-trasport u tat-trattament u fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Emenda 132
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi disponibbli ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart jieħdu sehem fis-sistemi ta' ġbir b'mod separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq.
2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi disponibbli ta' teħid lura, netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, ġbir tal-iskart kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart jassumu r-responsabbiltà tagħhom biex iwasslu l-iskart fis-sistemi ta' ġbir separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq.
Emenda 133
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt a
(a)  ikollha kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal;
(a)  ikollha kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal, li tkun ibbażata fuq iż-żona tal-bejgħ u mingħajr ma dawn iż-żoni jkunu limitati għat-territorji li fihom il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart iħallu l-qligħ;
Emenda 134
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt b
(b)  ikollha l-mezzi operattivi u finanzjarji meħtieġa biex taqdi l-obbligi tagħha ta' responsabbiltà estiża tal-produttur;
(b)  ikollha l-mezzi operattivi u/jew finanzjarji meħtieġa biex taqdi l-obbligi tagħha ta' responsabbiltà estiża tal-produttur;
Emenda 135
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt d – inċiż 2
—  il-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produtturi;
—   fil-qafas ta' skemi kollettivi, il-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-produtturi għal kull unità mibjugħa jew għal kull tunnellata tal-prodott imqiegħda fis-suq;
Emenda 136
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt d – inċiż 3
—  il-proċedura ta' selezzjoni għall-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart.
—  fil-qafas ta' skemi kollettivi, il-proċedura ta' selezzjoni għall-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart;
Emenda 137
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt d – inċiż 3a (ġdid)
—   l-ilħiq tal-miri tat-tnaqqis tal-iskart u l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart imsemmija fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1.
Emenda 139
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt a - parti introduttorja u inċiż 1
a)  ikopru l-kost sħiħ tal-immaniġġjar tal-iskart għall-prodotti li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni, inklużi dawn kollha li ġejjin:
a)  ikopru l-kost tal-immaniġġjar tal-iskart għall-prodotti li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni, kif ġej:
–  il-kosti tal-ġbir b'mod separat, u tal-operati ta' separazzjoni u ta' trattament, meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż, filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid jew mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-prodotti tagħhom;
–  il-kosti tal-ġbir separat, u tal-operazzjonijiet ta' separazzjoni, ta' trasport u ta' trattament, meħtieġa biex jiġi żgurat l-immaniġġjar xieraq tal-iskart filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid jew mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-prodotti tagħhom;
Emenda 140
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt b
(b)  jiġu mmodulati abbażi tal-kost reali tal-prodotti jew tal-gruppi ta' prodotti simili fi tmiem il-ħajja tagħhom, speċifikament billi jitqiesu l-kapaċità tagħhom ta' użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom;
(b)  fil-qafas ta' skemi kollettivi, jiġu mmodulati abbażi tal-kost reali tal-prodotti jew tal-gruppi ta' prodotti simili fi tmiem il-ħajja tagħhom, speċifikament billi jitqiesu d-durabbiltà u l-kapaċità tagħhom ta' tiswija, użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom, kif ukoll il-preżenza ta' sustanzi perikolużi, u b'hekk jittieħed approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja u allinjat mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, u meta disponibbli, ibbażat fuq kriterji armonizzati sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern;
Emenda 141
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt c
(c)  jissejsu fuq il-kost ottimizzat tas-servizzi pprovduti f'każijiet fejn l-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.
(c)  jissejsu fuq il-kost ottimizzat tas-servizzi pprovduti f'każijiet fejn l-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Il-kost ottimizzat tas-servizz għandu jkun trasparenti u jirrifletti l-kostijiet imġarrba mill-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart meta jimplimentaw kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.
Emenda 142
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli.
Emenda 143
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – subparagrafu 2
Fejn, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jwaqqaf awtorità indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.
L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew joħolqu awtorità indipendenti biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u b'mod partikolari biex tivverifika l-konformità tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà estiża tal-produttur mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 144
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 8a – paragrafu 6
6.  L-Istati Membri għandhom joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid.
6.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati kollha involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-produtturi u d-distributuri, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-atturi tal-ekonomija soċjali, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, fejn xieraq, in-netwerks ta' tiswija u ta' użu mill-ġdid u l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid.
Emenda 145
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.   Sabiex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jilħqu tal-inqas l-objettivi li ġejjin:
(a)   tnaqqis sinifikanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart;
(b)   id-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku;
(c)   sostituzzjoni progressiva ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna kif definiti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jekk ikun hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu ekonomikament jew teknikament vijabbli;
(d)   mira ta' tnaqqis tal-iskart tal-ikel fil-livell tal-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-2014;
(e)   mira ta' tnaqqis tal-iskart fil-baħar fil-livell tal-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-2014.
Emenda 146
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart. Dawn il-miżuri għandhom:
1.  Sabiex jintlaħqu l-objettivi mniżżla fil-paragrafu -1, l-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas il-miżuri li ġejjin:
–  iħeġġu l-użu ta' prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li huma durabbli, faċli biex jissewwew, u riċiklabbli;
–  jippromwovu u jappoġġjaw mudelli ta' konsum u produzzjoni sostenibbli u l-użu ta' prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, durabbli, riutilizzabbli, faċli biex jissewwew u riċiklabbli;
—  jiskoraġġixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodott b'obsoloxxenza ppjanata;
—  jidentifikaw u jimmiraw prodotti li huma s-sorsi ewlenin ta' materja prima ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u li l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju kbir, sabiex jevitaw li dik il-materja prima ssir skart;
—  jidentifikaw u jimmiraw prodotti li huma s-sorsi ewlenin ta' materja prima ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u li l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju kbir, sabiex jevitaw li dik il-materja prima ssir skart;
–  iħeġġu l-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid, inkluż, b'mod partikulari, għat-tagħmir elettriku u elettroniku, għat-tessuti u għall-għamara;
–   jinċentivaw l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodotti, fejn ikun ta' benefiċċju għall-ambjent, u jappoġġjaw il-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' tiswija, użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid u rikondizzjonament ta' prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 9a;
–  inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi marbutin mal-produzzjoni industrijali, fl-estrazzjoni tal-minerali, u fil-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, filwaqt li jqisu l-aqwa tekniki disponibbli;
–  inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi marbutin mal-produzzjoni industrijali, il-manifattura, l-estrazzjoni tal-minerali, il-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, inkluż permezz ta' metodi bħal awditi ta' qabel id-demolizzjoni, u fi proċessi marbutin mal-kummerċ u s-servizzi, filwaqt li jqisu l-aqwa tekniki disponibbli u l-aqwa prattiki;
–  inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar.
–  inaqqsu l-ġenerazzjoni totali tal-iskart tal-ikel;
—   inaqqsu t-telf tal-ikel tul il-katina tal-provvista kollha, inklużi l-produzzjoni primarja, it-trasport u l-ħżin;
–   jipprevjenu r-rimi taż-żibel billi jidentifikaw il-prodotti li jikkostitwixxu s-sorsi ewlenin ta' skart fl-ambjent naturali, inkluż dak tal-baħar, u jieħdu miżuri biex inaqqsu r-rimi taż-żibel minn dawn is-sorsi;
—   jiżguraw il-komunikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna mill-katina tal-provvista lill-konsumaturi u l-operaturi tat-trattament tal-iskart;
–   jiżviluppaw u jappoġġjaw kampaniji ta' informazzjoni biex titqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni tal-iskart u r-rimi taż-żibel.
Emenda 147
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri xierqa kwalitattivi u kwantitattivi, speċifikament fuq il-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.
2.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri kwalitattivi u kwantitattivi xierqa, speċifikament fuq il-kwantità per capita ta' skart muniċipali ġġenerat u l-ammont ta' skart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.
Emenda 148
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi indikaturi li jkejlu l-progress fit-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart u fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 149
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, billi jkejlu l-iskart tal-ikel abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti skont il-paragrafu 4.
3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, billi jkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel abbażi ta' metodoloġija komuni. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-metodoloġija, inklużi r-rekwiżiti ta' kwalità minima, għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel. Din il-metodoloġija għandha tqis il-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart implimentati permezz ta' donazzjonijiet jew metodi oħrajn biex jiġi evitat li l-ikel isir skart.
Emenda 236
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi miri vinkolanti għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel fl-Unjoni kollha li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030 abbażi tal-kejl ikkalkulat f'konformità mal-metodoloġija komuni stabbilita skont il-paragrafu 3. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 150
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta' prevenzjoni tal-iskart fil-baħar li joriġina mill-art, billi jkejlu l-livelli ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art abbażi ta' metodoloġija komuni. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 38a biex tistabbilixxi l-metodoloġija, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità, għall-kejl uniformi tal-livelli ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art.
Emenda 151
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi miri ta' prevenzjoni tal-iskart għall-Unjoni kollha li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030 abbażi ta' indikatur komuni li jiġi kkalkulat b'referenza għall-ammont totali ta' skart muniċipali ġġenerat per capita. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva li, fejn ikun xieraq, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 152
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi indikaturi li jkejlu l-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Sabiex tiżgura l-kejl uniformi tal-livelli ta' skart tal-ikel, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistipula metodoloġija komuni, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2).
imħassar
Emenda 153
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9 – paragrafu 5
5.   Kull sena, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika rapport li juri l-evoluzzjoni fil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart għal kull Stat Membru u għall-Unjoni Ewropea sħiħa, inkluż dwar id-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku, u dwar it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
imħassar
Emenda 154
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9a (ġdid)
(9a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 9a
Użu mill-ġdid
1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tagħhom sakemm dan ma jikkompromettix il-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti.
2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-użu mill-ġdid tal-prodotti, b'mod partikolari dawk li jkun fihom ammont sinifikanti ta' materja prima kritika. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-tħeġġiġ tal-ħolqien u l-appoġġ ta' netwerks rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid, skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu u ta' ritorn u mili mill-ġdid, kif ukoll l-inċentivar tal-manifattura mill-ġdid, ir-rinnovament u l-għoti ta' skop ġdid lill-prodotti.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn strumenti u miżuri ekonomiċi u jistgħu jistabbilixxu miri kwantitattivi.
3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu li l-operaturi ta' użu mill-ġdid ikollhom aċċess għal manwali tal-istruzzjonijiet, parts tal-bdil, informazzjoni teknika, jew kwalunkwe strument, tagħmir jew softwer ieħor meħtieġ għall-użu mill-ġdid ta' prodotti, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.";
Emenda 155
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 9b (ġdid)
(9b)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 9b
Pjattaformi ta' kondiviżjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha tippromwovi attivament il-pjattaformi ta' kondiviżjoni bħala mudell kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha toħloq rabta qawwija bejn dawn il-pjattaformi u l-linji gwida l-ġodda għal ekonomija kollaborattiva u għandha tinvestiga l-miżuri kollha possibbli biex tagħti inċentivi għalihom, inklużi r-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-akkwist pubbliku u l-ekodisinn.
2.  L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu l-pjattaformi ta' kondiviżjoni fis-setturi kollha.";
Emenda 156
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9c (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2
(9c)   Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
2.  Fejn ikun meħtieġ għall-konformità mal-paragrafu 1 u biex ikun faċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-iskart għandu jinġabar separatament jekk dan ikun teknikament, ambjentalment u ekonomikament prattikabbli u m'għandux jitħallat ma' skart ieħor jew materjal ieħor bi proprjetajiet differenti.
"2. Għall-konformità mal-paragrafu 1 u biex ikun faċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-iskart għandu jinġabar separatament u m'għandux jitħallat ma' skart ieħor jew materjal ieħor b'karatteristiċi differenti.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu żoni b'popolazzjoni baxxa fejn jintwera li l-ġbir separat ma jagħtix l-aqwa eżitu ġenerali mil-lat ambjentali fid-dawl tal-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu użu minn din id-deroga. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina n-notifika u tivvaluta jekk id-deroga tkunx ġustifikata, fid-dawl tal-objettivi ta' din id-Direttiva. Jekk il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa' xhur min-notifika, id-deroga għandha titqies bħala mogħtija. Jekk il-Kummissjoni toġġezzjona, hija għandha tadotta deċiżjoni u tinforma lill-Istati Membri b'dan.";
Emenda 157
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9d (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
(9d)   Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"2a. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskart li jkun inġabar b'mod separat skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22 ma jiġix aċċettat f'impjant ta' inċinerazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' residwi li jirriżultaw mis-separazzjoni ta' dak l-iskart.";
Emenda 158
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9e (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2b (ġdid)
(9e)   Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"2b. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiddekontaminaw l-iskart perikoluż qabel l-irkupru.
Emenda 159
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – titolu
(-a)   it-titlu jinbidel b'dan li ġej:
Użu mill-ġdid u riċiklaġġ
"Tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ";
Emenda 160
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif xieraq, biex jippromwovu t-tħejjija għal attivitajiet ta' użu mill-ġdid, speċifikament billi jħeġġu t-twaqqif u l-appoġġ ta' netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, u billi jħaffu l-aċċess ta' tali netwerks għal punti ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta' strumenti ekonomiċi, kriterji ta' akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu t-tħejjija għal attivitajiet ta' użu mill-ġdid, fost l-oħrajn, billi jiffaċilitaw it-twaqqif u r-rikonoxximent ta' operaturi u netwerks ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, b'mod partikolari dawk li joperaw bħala intrapriżi soċjali, billi jiffaċilitaw l-aċċess ta' tali netwerks għal punti ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta' strumenti ekonomiċi, kriterji ta' akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.
Emenda 161
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta' kwalità għolja, u għal dan il-għan, għandhom jistabbilixxu l-ġbir tal-iskart b'mod separat fejn teknikament, ambjentalment u ekonomikament vjabbli, u fejn xieraq biex jintlaħqu l-istandards ta' kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti ta' riċiklaġġ, u biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-paragrafu 2.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta' kwalità għolja u, għal dan il-għan, għandhom jistabbilixxu l-ġbir separat tal-iskart, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2), biex jintlaħqu l-istandards ta' kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti ta' riċiklaġġ.
Emenda 162
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
(aa)   fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
"L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn strumenti regolatorji u ekonomiċi sabiex jinċentivaw l-użu ta' materja prima sekondarja.";
Emenda 164
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ab (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
(ab)   fil-paragrafu (1), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
"Suġġett għall-Artikolu 10(2), sa l-2015 il-ġbir separat għandu jiġi stabbilit mill-inqas għal dawn li ġejjin: karti, metall, plastik u ħġieġ.
"Suġġett għall-Artikolu 10(2), sal-2015 il-ġbir separat għandu jiġi stabbilit mill-inqas għal dawn li ġejjin: il-karti, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat obbligatorju tat-tessuti sal-2020.";
Emenda 165
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu sistemi ta' separazzjoni għall-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, tal-anqas għal dawn li ġejjin: l-injam, l-aggregati, il-metall, il-ħġieġ u l-ġibs.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw is-separazzjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, tal-anqas għal dawn li ġejjin: l-injam, frazzjonijiet minerali (konkrit, briks, madum u ċeramika), il-metall, il-plastik, il-ġipsum, il-ħġieġ u l-ġibs. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-miżuri elenkati fl-Anness IVa.
L-Istati Membri għandhom jinċentivaw l-awditi ta' qabel id-demolizzjoni sabiex inaqqsu kemm jista' jkun il-kontenut ta' sustanzi li jniġġsu jew sustanzi oħra mhux mixtieqa fl-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u b'hekk jikkontribwixxu għal riċiklaġġ ta' kwalità għolja.
Emenda 166
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid)
(ba)   Fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
"L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu s-sistemi ta' separazzjoni għall-iskart kummerċjali u industrijali, tal-inqas għal dawn li ġejjin: il-metall, il-plastik, il-karti u l-kartun, il-bijoskart, il-ħġieġ u l-injam.";
Emenda 167
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt bb (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja
(bb)   il-parti introduttorja tal-paragrafu 2 tinbidel b'dan li ġej:
Sabiex ikun hemm konformità ma' l-objettivi ta' din id-Direttiva, u biex isir progress lejn soċjetà Ewropea riċiklatriċi b'livell għoli ta' effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:
"Sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva, u biex isir progress lejn ekonomija ċirkolari Ewropea b'livell għoli ta' effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:"
Emenda 168
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt d
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c
(c)  sal-2025, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 60 % skont il-piż;
(c)  sal-2025, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 60 % skont il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat, inkluż minimu ta' 3 % ta' skart muniċipali totali mħejji għall-użu mill-ġdid;
Emenda 169
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt d
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d
(d)  sal-2030, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 65 % skont il-piż.
(d)  sal-2030, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 70 % skont il-piż ta' skart muniċipali ġġenerat, inkluż minimu ta' 5 % ta' skart muniċipali totali mħejji għall-użu mill-ġdid;
Emenda 170
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  L-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu jiksbu ħames snin addizzjonali biex jilħqu l-miri msemmija fil-paragrafu 2(c) u (d). L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li juża din id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenzi rispettivi stipulati fil-paragrafi 2(c) u (d). F'każ ta' estensjoni, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex iżid it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklagg tal-iskart muniċipali sa minimu ta' 50% u 60% skont il-piż, rispettivament sal-2025 u sal-2030.
3.  Stat Membru jista' jitlob estensjoni ta' ħames snin biex jilħaq il-mira msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)   ikun ħejja għall-użu mill-ġdid u rriċikla inqas minn 20 % tal-iskart muniċipali tiegħu fl-2013; u
(b)   ma jkunx inkluż fil-lista ta' Stati Membri fir-riskju li ma jilħqux il-mira tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' mill-inqas 50 % tal-iskart muniċipali sal-2030 stabbilita skont il-punt (b) tal-Artikolu 11b(2).
L-Istat Membru għandu jagħmel talba lill-Kummissjoni biex jingħata tali estensjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 2, iżda mhux qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11b dwar l-ilħiq tal-mira stabbilita f'dan il-paragrafu.
Emenda 171
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.
It-talba għal estensjoni għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iżkadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jkun abbozzat abbażi ta' evalwazzjoni tal-pjanijiet eżistenti dwar l-immaniġġjar tal-iskart u għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.
Barra minn hekk, il-pjan imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jikkonforma, mill-inqas, mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)   li juża strumenti ekonomiċi xierqa biex jipprovdi inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva;
(b)   li juri użu effiċjenti u effikaċi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u miżuri oħra permezz ta' investimenti fuq terminu twil li wieħed jista' jarahom li jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa biex jintlaħqu l-miri rilevanti;
(c)   li jipprovdi statistika ta' kwalità għolja u jiġġenera tbassir ċar tal-kapaċitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart u kemm fadal għall-ilħiq tal-miri kif speċifikat fl-Artikolu 11(2) ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE u l-Artikolu 5(2a), (2b) u (2c) tad-Direttiva 1999/31/KE;
(d)   li stabbilixxa programm ta' prevenzjoni tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 29 ta' din id-Direttiva;
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d) tar-raba' subparagrafu jkunux issodisfati. Sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-pjan imressaq fi żmien ħames xhur minn meta jaslilha, it-talba għal estensjoni għandha titqies li ntlaqgħet.
Jekk il-Kummissjoni toġġezzjona għall-pjan imressaq, hija għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat iressaq pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslulu dawk l-oġġezzjonijiet.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslilha u għandha taċċetta jew tiċħad it-talba għall-estensjoni bil-miktub. Meta l-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni sa dik l-iskadenza, it-talba għall-estensjoni għandha titqies li tkun intlaqgħet.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tad-deċiżjonijiet tagħha fi żmien xahrejn minn meta teħodhom.
Jekk l-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tingħata iżda l-Istat Membru ma jħejjix għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta' mill-inqas 50 % tal-iskart muniċipali tiegħu sal-2025, dik l-estensjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala kkanċellata awtomatikament.
Emenda 172
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Stat Membru jista' jitlob estensjoni ta' ħames snin biex jilħaq il-mira msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)   li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3; kif ukoll
(b)   li ma jkunx inkluż fil-lista ta' Stati Membri fir-riskju li ma jilħqux il-mira tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta' mill-inqas 60 % tal-iskart muniċipali sal-2030 stabbilita skont il-punt (b) tal-Artikolu 11b(2).
Sabiex jitlob l-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, Stat Membru għandu jissottometti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu mill-inqas 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, iżda mhux qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11b dwar l-ilħiq tal-miri stipulati f'dan il-paragrafu.
Jekk estensjoni bħal din tingħata iżda l-Istat Membru ma jħejjix għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta' mill-inqas 60 % tal-iskart muniċipali tiegħu sal-2030, dik l-estensjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala kkanċellata awtomatikament.
Emenda 173
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4
4.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 2(d) bil-għan li żżidha, u filwaqt li tqis l-istipular ta' miri għal flussi ta' skart oħra. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun xieraq.
4.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 2(d) bil-għan li żżidha, u filwaqt li tqis l-aħjar prattiki u miżuri użati mill-Istati Membri biex jilħqu din il-mira. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun xieraq.
Emenda 174
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ li japplikaw għall-iskart kummerċjali, l-iskart industrijali mhux perikoluż u flussi ta' skart oħra li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030. Għal dan il-għan, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva li, fejn ikun xieraq, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 175
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.   Il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ li japplikaw għall-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030. Għal dan il-għan, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva li, fejn ikun xieraq, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 176
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 1
1.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u 11(3),
1.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u 11(3),
(a)  il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ;
(a)  il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fi proċess aħħari tar-riċiklaġġ għal sena partikolari;
(b)  il-piż tal-iskart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart munċipiali li jkun ġie rkuprat jew miġbur minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, u li jkun għadda minn kull operat meħtieġ ta' verifika, tindik u tiswija sabiex jippermetti l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;
(b)  il-piż tal-iskart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart munċipiali li jkun ġie rkuprat jew miġbur f'sena partikolari minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, u li jkun għadda minn kull operat meħtieġ ta' verifika, tindikf u tiswija sabiex jippermetti l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;
(c)   l-Istati Membri jistgħu jinkludu prodotti jew komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Għall-kalkolu tar-rata aġġustata ta' skart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid u riċiklat, filwaqt li jqisu l-piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jużaw dejta vverifikata mill-operaturi, u għandhom japplikaw il-formola mogħtija fl-Anness VI.
Emenda 177
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards ta' kwalità Ewropej għall-materjali tal-iskart li jidħlu fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u għall-materja prima sekondarja, b'mod partikolari għall-plastik, skont l-aqwa prattiki disponibbli.
Emenda 178
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(b) u (c) u tal-Anness VI, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid kif ukoll tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.
2.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b), il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu u l-operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.
Emenda 179
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 3
3.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-piż tal-output ta' kull operat ta' separazzjoni tal-iskart jista' jiġi rrappurtat bħala l-piż tal-iskart muniċipali riċiklat, dejjem jekk:
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords dwar il-piż tal-prodotti u l-materjali meta jħallu (jiġifieri l-output) l-faċilità tal-irkupru jew tar-riċiklaġġ/tħejjija għall-użu mill-ġdid.
(a)   tali output ta' skart jiddaħħal fi proċess aħħari ta' riċiklaġġ;
(b)   il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li mhumiex soġġetti għal proċess aħħari ta' riċiklaġġ, u li jintremew jew ikunu soġġetti għall-irkupru tal-enerġija, jibqa' taħt l-10 % tal-piż totali li għandu jiġi rrappurtat bħala riċiklat.
Emenda 180
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart muniċipali, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3(a) u (b). Is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4), speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżuri ekwivalenti maħsub biex jiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat.
4.  F'konformità mal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart muniċipali, sabiex tiġi żgurata konformità mar-regoli stipulati fil-paragrafu 1. Is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4), speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżuri ekwivalenti maħsub biex jiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu magħżul għall-kontroll tal-kwalità u t-traċċabbiltà.
Emenda 181
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 5
5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk inkunu intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart munċipali inċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità.
5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunu ntlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri jistgħu, wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, iqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni jew mal-koinċinerazzjoni, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart munċipali inċinerat jew koinċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità u li l-iskart ikun ġie separat qabel l-inċinerazzjoni jew li l-obbligu li jiġi stabbilit ġbir separat għall-karti, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ u l-bijoskart ikun ġie osservat.
Emenda 182
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 6
6.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, li jistabbilixxu metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni, inklużi l-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati.
6.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, li jistabbilixxu metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni jew bil-koinċinerazzjoni, inklużi l-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati.
Emenda 183
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11a – paragrafu 1
1.  Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2)(c) u (d) u (3), sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata f'dawk id-dispożizzjonijiet.
1.  Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2)(c) u (d), l-Artikolu 11(3) u (3a) u l-Artikolu 21(1a) sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata f'dawk id-dispożizzjonijiet.
Emenda 184
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11b – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)   eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha u li jistgħu jipprovdu gwida biex isir progress lejn l-ilħiq tal-miri.
Emenda 185
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 11b – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Fejn meħtieġ, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindirizzaw l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti oħra ta' din id-Direttiva bħal pereżempju t-tbassir tal-ilħiq tal-miri li jinsabu fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 29 u l-perċentwal u l-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema u li jkun soġġett għall-irkupru tal-enerġija.
Emenda 186
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)
(12a)   Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi jkun naqas sa massimu ta' 10 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.";
Emenda 187
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12b (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)
(12b)   Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"1b. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-operazzjonijiet ta' rimi elenkati fl-Anness I. Fid-dawl ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissuplimentaw din id-Direttiva li jistabbilixxu l-kriterji tekniċi u l-proċeduri operazzjonali għall-operazzjonijiet ta' rimi D2, D3, D4, D6, D7, u D12. Jekk xieraq, dawn l-atti delegati għandhom jistabbilixxu projbizzjoni fuq l-operazzjonijiet ta' rimi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13.";
Emenda 188
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12c (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 12 - paragrafu 1c (ġdid)
(12c)   Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"1c. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jipprevjenu r-rimi tal-iskart, kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett, fl-ambjent tal-baħar. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-miżuri mdaħħla fis-seħħ biex jimplimentaw dan il-paragrafu 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sentejn wara dik id-data. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport biennali abbażi tal-informazzjoni pprovduta fi żmien sitt xhur.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi modalitajiet u indikaturi għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2).";
Emenda 189
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12d (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)
(12d)   Fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"4a. F'konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċedura ta' għażla għall-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart, immexxija mill-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet lokali li jimplimentaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem produttur ta' prodotti, tinkludi klawżoli soċjali bil-għan li jappoġġjaw ir-rwol tal-intrapriżi u pjattaformi soċjali u ta' solidarjetà.";
Emenda 190
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12e (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 18 – paragrafu 3
(12e)   Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.  Suġġett għal kriterji tekniċi u ta' fattibilità, fejn skart perikoluż ikun ġie imħallat b'mod li jmur kontra l-paragrafu 1, is-separazzjoni għandha ssir fejn ikun possibbli u meħtieġ sabiex ikun konformi ma' l-Artikolu 13.
“3. Fejn skart perikoluż ikun ġie mħallat b'mod li jmur kontra l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, is-separazjoni ssir fejn tkun teknikament fattibbli.
Fejn is-separazzjoni ma tkunx teknikament fattibbli, l-iskart imħallat għandu jiġi ttrattat f'installazzjoni li jkollha l-permess li tittratta taħlita bħal din kif ukoll komponenti individwali ta' din it-taħlita.";
Emenda 191
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12f (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)
(12f)   fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"Sal-1 ta' Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat jew sistemi ta' akkoljenza għall-iskart perikoluż iġġenerat mid-djar biex jiġi żgurat li l-iskart perikoluż jiġi trattat b'mod korrett u ma jikkontaminax flussi oħra ta' skart muniċipali.";
Emenda 192
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12g (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 20 – paragrafu 1b (ġdid)
(12g)   fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"Sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida biex tgħin u tiffaċilita lill-Istati Membri fil-ġbir u l-immaniġġjar sikur ta' skart perikoluż iġġenerat mid-djar.";
Emenda 193
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12h (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a
(12h)   Fl-Artikolu 21(1), il-punt a huwa sostitwit b'dan li ġej:
(a)  iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament, fejn dan huwa teknikament fattibbli;
"(a) iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament";
Emenda 194
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12i (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c
(12i)   Fl-Artikolu 21(1), il-punt c huwa sostitwit b'dan li ġej:
(c)   fejn dan hu teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, żjut għar-rimi b'karatteristiċi differenti ma jitħalltux u żjut għar-rimi ma jitħalltux ma żjut ta' tipi oħrajn ta' skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma jħallix li jiġu ttrattati.
"(c) żjut għar-rimi b'karatteristiċi differenti ma jitħalltux u żjut għar-rimi ma jitħalltux ma żjut ta' tipi oħrajn ta' skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma jħallix li jiġu rriġenerati.";
Emenda 195
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12j (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)
(12j)  Fl-Artikolu 21, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa mfassla biex jiżguraw li, sal-2025, ir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi għandha tiżdied sa minimu ta' 85 % taż-żjut għar-rimi ġġenerati.
Iż-żjut għar-rimi mibgħuta lil Stat Membru ieħor għall-iskop ta' riġenerazzjoni f'dak l-Istat Membru l-ieħor jistgħu jingħaddu biss lejn l-ilħiq tal-mira mill-Istat Membru li fih dawk iż-żjut għar-rimi ġew miġbura, u jekk ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi transkonfinali ta' skart perikoluż huma ssodisfati.
Iż-żjut għar-rimi esportati mill-Unjoni għar-riġenerazzjoni, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ għandhom jingħaddu biss lejn l-ilħiq tal-mira stipulata mill-Istat Membru fejn ikunu nġabru jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista' jagħti prova li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament, u li t-trattament ta' riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi barra mill-Unjoni jkun sar f'kundizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti tad-dritt ambjentali rilevanti tal-Unjoni.”;
Emenda 196
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12k (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2
(12k)  Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Għall-finijiet tal-ġbir separat ta' żjut għar-rimi u t-trattament tagħhom kif suppost, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehim volontarju.
"2. Sabiex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 1a, l-Istati Membri jistgħu, skont il-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehim volontarju.";
Emenda 197
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12l (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 21 – paragrafu 3
(12l)  Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 huwa mibdul b' dan li ġej:
3.  Jekk żjut għar-rimi, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta' riġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li dawn iż-żjut għar-rimi għandhom jiġu rriġenerati jekk dan huwa teknikament fattibbli u, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.
"3. L-Istati Membri jistgħu, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.";
Emenda 198
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 22 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat tal-bijoskart fejn ikun vjabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament, u fejn ikun xieraq biex jiżgura l-istandards rilevanti ta' kwalità għad-demel, kif ukoll biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(a), (c) u (d), u 11(3).
1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat mis-sors tal-bijoskart, skont l-Artikolu 10(2).
Emenda 199
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-ikkompostjar fid-dar.
Emenda 237
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skont l-Artikoli 4 u 13, biex iħeġġu:
(a)  ir-riċiklaġġ, inkluż l-ikkompostjar, u d-diġestjoni tal-bijoskart;
(b)  it-trattament tal-bijoskart b'mod li jilħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali;
(c)  l-użu ta' materjali ambjentalment siguri prodotti mill-bijoskart.
2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, inklużi traċċabbiltà u skemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità relatati mal-input u mal-output, u skont l-Artikoli 4 u 13, biex jiżguraw ir-riċiklaġġ organiku tal-bijoskart b'mod li jkun konformi ma' livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u li l-output tiegħu jissodisfa l-istandards rilevanti ta' kwalità għolja.
Emenda 242
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Il-piż tal-bijoskart riċiklat għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fi proċess organiku tar-riċiklaġġ f'sena partikolari.
Il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li mhumiex soġġetti għal proċess aħħari ta' riċiklaġġ, u li jintremew jew ikunu soġġetti għall-irkupru tal-enerġija, ma għandux jiġi rrappurtat bħala riċiklat.
Emenda 201
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2018, tipproponi emenda għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a biex tintroduċi kodiċijiet Ewropew tal-iskart għall-iskart muniċipali li nġabar b'mod separat mis-sors.
_______________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).
Emenda 238
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2 c (ġdid)
2c.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards ta' kwalità Ewropej għal bijoskart li jidħol fil-proċessi tar-riċiklaġġ organiku, għall-kompost u għad-diġestat, abbażi tal-aqwa prattiki disponibbli.
Emenda 202
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b
(13a)   Fl-Artikolu 24, il-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:
b)  irkupru ta' l-iskart.
"b) irkupru tal-iskart mhux perikoluż.";
Emenda 203
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 26 – paragrafu 3
L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti eżenzjoni milli jżommu reġistru ta' stabbilimenti u intrapriżi li jiġbru jew iġorru kwantitajiet ta' skart mhux perikoluż li ma jaqbżux l-20 tunnellata fis-sena.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti eżenzjoni milli jżommu reġistru ta' stabbilimenti u intrapriżi li jiġbru jew iġorru kwantitajiet ta' skart mhux perikoluż li ma jaqbżux l-20 tunnellata u ta' skart perikoluż li ma jaqbiżx iż-2 tunnellati fis-sena.
Emenda 204
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 26 – paragrafu 4
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tadatta s-saqaf għall-kwantitajiet ta' skart mhux perikoluż.
imħassar
Emenda 205
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt a
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 38a, li jistabbilixxu standards tekniċi minimi għal attivitajiet ta' trattament li jeħtieġu permess skont l-Artikolu 23 meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards minimi huma ta' ġid mil-lat ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.
1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 38a, li jistabbilixxu standards tekniċi minimi għal kwalunkwe attività ta' trattament, b'mod partikolari għall-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, li jeħtieġu permess skont l-Artikolu 23 meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards minimi huma ta' ġid mil-lat ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.
Emenda 206
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a – punt ii
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt f
(f)  miżuri li jindirizzaw kull forma ta' rimi taż-żibel, u li jnaddfu kull tip ta' żibel mormi.
(f)  miżuri li jindirizzaw u jipprevjenu kull forma ta' rimi taż-żibel, u li jnaddfu kull tip ta' żibel mormi.
Emenda 207
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a – punt iia (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)
(iia)  jiżdied il-punt li ġej:
"(fa) biżżejjed opportunitajiet ta' finanzjament għall-awtoritajiet lokali sabiex tiġi promossa l-prevenzjoni tal-iskart u jiġu żviluppati skemi ta' ġbir separat u infrastruttura ottimali sabiex ikun hemm konformità mal-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.";
Emenda 208
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 28 – paragrafu 5
5.  Il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-iskart kif stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE, u għandhom jikkonformaw ukoll mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) u (3) ta' din id-Direttiva, u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE.
5.  Il-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-iskart kif stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE, u għandhom jikkonformaw ukoll mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) ta' din id-Direttiva, u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE.
Emenda 209
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt a
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart skont l-Artikoli 1, 4 u 9.
1.   Sabiex jikkontribwixxu lejn l-ilħiq ta' mill-inqas l-objettivi elenkati fl-Artikolu 1, l-Artikolu 4 u l-paragrafu -1 tal-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw, mill-inqas, miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 9.
Emenda 210
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
(aa)   fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
Programmi bħal dawn għandhom jew jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart previsti fl-Artikolu 28, jew fi programmi oħra ta' politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk tali programm ikun integrat fil-pjan għall-immaniġġar ta' l-iskart jew fi programmi oħra, il-miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart għandhom ikunu identifikati b'mod ċar.
"Programmi bħal dawn għandhom jew jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart previsti fl-Artikolu 28, jew fi programmi oħra ta' politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk tali programm ikun integrat fil-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart jew fi programmi oħra, il-miżuri u l-objettivi ta' prevenzjoni tal-iskart għandhom ikunu identifikati b'mod ċar."
Emenda 211
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt ab (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 29 – paragrafu 2
(ab)   fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Il-programmi previsti fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw l-objettivi ta' prevenzjoni ta' l-iskart. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri ta' prevenzjoni eżistenti u jevalwaw l-utilità ta' l-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra.
"2. Fil-programmi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, mill-inqas, jiddeskrivu l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 9 u l-kontribut tagħhom għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 9. L-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jiddeskrivu l-kontribut tal-istrumenti u l-miżuri elenkati fl-Anness Iva u għandhom jevalwaw l-utilità tal-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra.
Emenda 212
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt ac (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)
(ac)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. L-Istati Membri għandhom jadottaw programmi speċifiċi relatati mal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel fi ħdan il-programmi tagħhom relatati mal-prevenzjoni tal-iskart kif imsemmi f'dan l-Artikolu.";
Emenda 213
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 30 – paragrafu 2
(17a)   Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent hija mistiedna tinkludi, fir-rapport annwali tagħha, reviżjoni tal-progress fit-tlestija u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' prevenzjoni ta' skart.
"2. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kull sentejn, għandha tippubblika rapport li jkun fih reviżjoni tal-progress li sar fit-tlestija u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' prevenzjoni ta' skart u l-kisbiet li saru fir-rigward tal-objettivi tal-programmi ta' prevenzjoni tal-iskart għal kull Stat Membru u għall-Unjoni kollha kemm hi, inkluż id-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.";
Emenda 214
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 35 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru elettroniku jew reġistri kkoordinati biex jirreġistraw dejta dwar l-iskart perikoluż imsemmi fil-paragrafu 1, li jkopru t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu tali reġistri għal flussi oħra ta' skart, b'mod partikulari dawk il-flussi ta' skart li għalihom hemm miri stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta dwar l-iskart li jirrappurtaw l-operaturi industrijali skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).
4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru elettroniku jew reġistri kkoordinati, jew jużaw reġistri elettroniċi jew reġistri kkoordinati diġà stabbiliti, biex jirreġistraw dejta dwar l-iskart perikoluż imsemmi fil-paragrafu 1, li jkopru t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu tali reġistri għal mill-inqas il-flussi oħra ta' skart li għalihom hemm miri stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta dwar l-iskart li jirrappurtaw l-operaturi industrijali skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).
Emenda 215
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 37 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(2)(a) sa (d) u tal-Artikolu 11(3). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6. L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020.
1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, il-progress lejn l-ilħiq ta' dawn il-miri stabbiliti fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 9, il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11(2), l-Artikolu 11(3) u (3a) u l-Artikolu 21. Għandhom jiġbru u jipproċessaw din id-dejta skont il-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u jirrappurtawh b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6. L-ewwel rapport, fir-rigward tal-miri fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3), għandu jkun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020.
Emenda 216
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 37 – paragrafu 2
2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, kull sentejn, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6. L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2021.
imħassar
Emenda 217
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Għall-finijiet ta' verifika ta' konformità mal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2), l-ammont ta' skart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jiġi rappurtat b'mod separat mill-ammont ta' skart riċiklat.
Emenda 218
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 37 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.
5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Sakemm l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ikun ġiet adottat, ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tivvaluta l-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal disa' xhur wara l-ewwel rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.
Emenda 219
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 37 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u tevlawa l-impatt tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Jekk ikun xieraq, proposta biex tiġi riveduta din id-Direttiva tista' takkumpanja dan ir-rapport.
Emenda 220
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 37 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafi 1 u 2, kif ukoll għar-rappurtar ta' operati ta' radam mill-ġdid. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2).
6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta, l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta u s-sorsi tad-dejta u r-regoli dwar il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1 kif ukoll għar-rappurtar ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u operati ta' radam mill-ġdid.
Emenda 221
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 37a (ġdid)
(21a)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 37a
Qafas għall-Ekonomija Ċirkolari
Sabiex jiġu appoġġjati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1, u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha:
(a)   tħejji rapport li jivvaluta l-bżonn għal miri tal-Unjoni, b'mod partikolari għal mira tal-Unjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u għal miżuri regolatorji trażversali fil-qasam tal-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Jekk ikun xieraq, hu għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva;
(b)   tħejji rapport dwar il-konsistenza bejn l-oqfsa regolatorji tal-Unjoni għall-prodotti, l-iskart u s-sustanzi kimiċi sabiex jiġu identifikati l-ostakli li jxekklu l-bidla għal ekonomija ċirkolari;
(c)   tfassal rapport biex tidentifika l-interazzjonijiet bejn l-atti leġiżlattivi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tas-sinerġiji bejn industriji differenti u jipprevjenu l-użu sussegwenti ta' prodotti sekondarji u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għal applikazzjonijiet speċifiċi. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, jew minn gwida dwar kif għandhom jitneħħew l-ostakli identifikati u kif jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq tal-prodotti sekondarji u l-materja prima sekondarja;
(d)   tippreżenta rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ekodisinn sabiex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex tkopri l-gruppi ta' prodotti ewlenin kollha, inklużi gruppi ta' prodotti mhux relatati mal-enerġija, u biex gradwalment tinkludi l-karatteristiċi rilevanti tal-effiċjenza fir-riżorsi fir-rekwiżiti obbligatorji għad-disinn tal-prodott u biex jiġu adattati dispożizzjonijiet tal-ekotikkettar.";
Emenda 222
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38 – titolu
(21a)   fl-Artikolu 38, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
Interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku
"Skambju ta' informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku"
Emenda 223
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għal skambju regolari u strutturat ta' informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż mal-awtoritajiet reġjonali u muniċipali, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva bil-ħsieb li tiġi żgurata governanza adegwata, infurzar, kooperazzjoni transkonfinali u t-tixrid tal-aħjar prattiki u tal-innovazzjonijiet fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart.
B'mod partikolari, il-pjattaforma għandha tintuża biex:
—   tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-istrumenti u l-inċentivi użati skont l-Artikolu 4(3) sabiex tingħata spinta lill-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4.
—   tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-miżuri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8;
—   tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-prevenzjoni u l-istabbiliment ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja;
—   tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi fir-rigward tal-ġbir separat;
—   tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-istrumenti u l-inċentivi għall-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 21;
—   tikkondividi l-aħjar prattiki għall-iżvilupp ta' miżuri u sistemi li jintraċċaw il-flussi tal-iskart muniċipali mis-separazzjoni sal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, li huwa ta' importanza kbira fil-kontroll tal-iskart ta' kwalità u l-kejl tat-telf fil-flussi tal-iskart u l-proċessi tar-riċiklaġġ.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati ta' dak l-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki disponibbli pubblikament.
Emenda 224
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' rkupru u ta' rimi.
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' skart, skart muniċipali, prevenzjoni, użu mill-ġdid, tħejjija għall-użu mill-ġdid, irkupru u rimi.
Emenda 225
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38 – paragrafu 3
3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, meħtieġa sabiex jiġi emendat l-Anness VI.
imħassar
Emenda 226
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38a – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 6(4), 7(1), 8(5), 9(2a), 9(3), 9(3a), 11a(2), 11a(6), 12(1b), 27(1), 27(4), 37(6), 38(1) u 38(2) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 227
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38a – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3) tista' titħassar f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 6(4), 7(1), 8(5), 9(2a), 9(3), 9(3a), 11a(2), 11a(6), 12(1b), 27(1), 27(4), 37(6), 38(1) u 38(2) tista' titħassar f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.
Emenda 228
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38a – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Emenda 229
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Direttiva 2008/98/KE
Artikolu 38a – paragrafu 5
5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 6(2), 6(4), 7(1), 8(5), 9(2a), 9(3), 9(3a), 11a(2), 11a(6), 12(1b), 27(1), 27(4), 37(6), 38(1) u 38(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 230
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24a (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Anness II – punt R13a (ġdid)
(24a)   Fl-Anness II, jiddaħħal il-punt li ġej:
"R13a: tħejjija għall-użu mill-ġdid.";
Emenda 231
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24b (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Anness IVa (ġdid)
(24b)   L-Anness IVa huwa mdaħħal skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Emenda 232
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25
Direttiva 2008/98/KE
Anness VI (ġdid)
(25)   Jiżdied l-Anness VI f'konformità mal-Anness ta' din id-Direttiva.
imħassar
Emenda 233
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2008/98/KE
Anness VI
Metodu ta' kalkolu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti għall-finijiet tal-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3)
imħassar
Sabiex tiġi kkalkolata r-rata aġġustata tar-riċiklaġġ u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola li ġejja:
20170314-P8_TA(2017)0070_MT-p0000002.png
E: rata aġġustata ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid f'sena determinata;
A: piż tal-iskart muniċipali riċiklat jew imħejji għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;
R: piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;
P: piż tal-iskart muniċipali ġġenerat f'sena determinata.
Emenda 234
Proposta għal direttiva
Anness -I (ġdid)
Direttiva 2008/98/KE
Anness IVa (ġdid)
Anness -I
Jiddaħħal l-Anness IVa li ġej:
"Anness IVa
Lista indikattiva ta' strumenti għall-promozzjoni tal-bidla lejn ekonomija ċirkolari
1.   Strumenti ekonomiċi:
1.1   żieda progressiva fit-taxxi u/jew fit-tariffi fuq ir-rimi fil-miżbliet għal kategoriji kollha tal-iskart (muniċipali, inerti u skart ieħor);
1.2   introduzzjoni jew żieda fit-taxxi u/jew fit-tariffi fuq l-inċinerazzjoni;
1.3   introduzzjoni ta' sistemi "ħallas skont kemm tarmi";
1.4   miżuri li jtejbu l-kosteffiċjenza tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kemm dawk attwali kif ukoll dawk li ġejjin;
1.5   estensjoni tal-ambitu finanzjarju u/jew operattiv tar-responsabbiltà tal-produttur għal flussi ġodda ta' skart;
1.6   inċentivi ekonomiċi għall-awtoritajiet lokali biex jippromwovu l-prevenzjoni, jiżviluppaw u jintensifikaw l-iskemi tal-ġbir separat;
1.7   miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp tas-settur tal-użu mill-ġdid;
1.8   miżuri li jrażżnu sussidji li mhumiex konsistenti mal-ġerarkija tal-iskart;
2.   Miżuri oħra:
2.1   akkwist pubbliku sostenibbli għall-promozzjoni ta' produzzjoni u konsum sostenibbli;
2.2   miżuri tekniċi u fiskali biex jappoġġjaw l-iżvilupp tas-swieq għal prodotti użati mill-ġdid u materjali riċiklati (inkluż materjal mibdul f'kompost) kif ukoll biex itejbu l-kwalità tal-materjali riċiklati;
2.3   jiġu implimentati l-aħjar tekniki disponibbli għat-trattament tal-iskart bil-għan li jitneħħew is-sustanzi ta' tħassib serju ħafna fejn dan hu teknikament jew ekonomikament vijabbli;
2.4   miżuri li jżidu l-għarfien pubbliku dwar l-immaniġġjar adegwat tal-iskart u t-tnaqqis tar-rimi fiż-żibel, inklużi kampanji ad hoc li jiżguraw tnaqqis tal-iskart mis-sors u livell għoli ta' parteċipazzjoni fl-iskemi ta' ġbir separat;
2.5   miżuri li jiżguraw koordinazzjoni xierqa, inkluż permezz ta' mezzi diġitali, bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti kollha involuti fl-immaniġġjar tal-iskart, u li jiżguraw l-involviment ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn;
2.6   użu tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment biex jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart li hemm bżonn biex jintlaħqu l-miri rilevanti.".

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0034/2017).


Ir-rimi ta' skart f'miżbla ***I
PDF 561kWORD 62k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD))(1)
P8_TA(2017)0071A8-0031/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdida)
(-1)   Fid-dawl tad-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda ta' żmien qasir, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi possibbli fl-Unjoni u nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa -1a (ġdida)
(-1a)   L-immaniġġjar tal-iskart jeħtieġ li jiġi ttrasformat f'immaniġġjar sostenibbli tal-materjal. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Terraferma toffri opportunità għal dan l-għan.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari, tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   L-ekonomija ċirkolari għandha timplimenta dispożizzjonijiet espliċiti tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jitlob l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni;
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE14 li tistabbilixxi restrizzjonijiet fl-użu tal-miżbliet għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkulari, u tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 billi tnaqqis ir-rimi f'miżbliet tal-iskart maħsub għall-miżbliet ta' skart mhux perikoluż.
(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE14 li tistabbilixxi restrizzjonijiet fl-użu tal-miżbliet għandhom jissaħħew sabiex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkulari, u tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 billi gradwalment jiġi mminimizzat ir-rimi f'miżbliet tal-iskart maħsub għall-miżbliet ta' skart mhux perikoluż. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li dan l-objettiv jidħol f'politika integrata li tiżgura l-applikazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart, issaħħaħ il-qalba lejn il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u tipprevjeni bidla mir-rimi fil-miżbliet għall-inċinerazzjoni.
________________
__________________
14Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.07.1999, p. 1).
14Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.07.1999, p. 1).
15 COM(2008) 0699 u COM(2014) 0297.
15 COM(2008) 0699 u COM(2014) 0297.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Biex tiġi żgurata aktar koerenza tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, jeħtieġ li d-definizzjonijiet fid-Direttiva 1999/31/KE jiġu allinjati ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.
(4)  Biex tiġi żgurata aktar koerenza tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, jeħtieġ li d-definizzjonijiet fid-Direttiva 1999/31/KE jiġu allinjati, fejn ikun rilevanti, ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.
__________________
__________________
16Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
16Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Żieda fir-restrizzjoni tar-rimi f'miżbliet, li tibda minn flussi tal-iskart li huma soġġetti għal ġbir separat (eż. plastik, metalli, ħġieġ, karta, bijoskart), tkun tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet tar-rimi f'miżbliet, għandha titqies il-vjabbiltà teknika, ambjentali u ekonomika tar-riċiklaġġ, jew ta' rkupru ieħor tal-iskart residwali li jirriżulta mill-iskart miġbur b'mod separat.
(5)  Żieda fir-restrizzjoni tar-rimi f'miżbliet, li tibda minn flussi tal-iskart li huma soġġetti għal ġbir separat (eż. plastik, metalli, ħġieġ, karta, bijoskart), tkun tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, bl-objettiv li jiġi aċċettat biss skart residwali. L-investimenti fit-tul fl-infrastruttura u fir-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom rwol kruċjali biex inaqqsu l-ammont tal-iskart residwali li jirriżulta mill-iskart miġbur b'mod separat, li r-riċiklaġġ jew tipi oħrajn ta' rkupru tiegħu mhumiex teknikament, ambjentalment jew ekonomikament fattibbli fil-mument.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Inċentiv politiku u soċjetali biex jitrażżan ulterjorment ir-rimi f'miżbliet bħala mod sostenibbli biex jiġu ġestiti r-riżorsi naturali f'ekonomija ċirkolari għandu jirrispetta l-ġerarkija tal-immaniġġjar tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u japplika b'mod strett approċċ fejn il-prevenzjoni tieħu l-prijorità u l-prinċipju ta' prekawzjoni jkun irrispettat.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  L-iskart muniċipali bijodegradabbli jirrappreżenta proporzjon kbir tal-iskart muniċipali. Ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli mingħajr trattament joħloq effetti negattivi ħafna fil-forma ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma tal-pjan, tal-ħamrija u tal-arja. Filwaqt li d-Direttiva 1999/31/KE diġà tistipula miri ta' evitar tal-miżbliet għall-iskart bijodegradabbli, jixraq li jiġu implimentati aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli billi jiġi pprojbit ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli li jkun inġabar b'mod separat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.
(6)  L-iskart muniċipali bijodegradabbli jirrappreżenta proporzjon kbir tal-iskart muniċipali. Ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli mingħajr trattament joħloq effetti negattivi ħafna fil-forma ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma tal-pjan, tal-ħamrija u tal-arja. Filwaqt li d-Direttiva 1999/31/KE diġà tistipula miri ta' evitar tal-miżbliet għall-iskart bijodegradabbli, jixraq li jiġu implimentati aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli billi jiġi pprojbit ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli li għandu jinġabar b'mod separat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. L-istabbiliment ta' miri ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għandu jkompli jiffaċilita l-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, u għandu jevita li jsakkar materjali potenzjalment riċiklabbli f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.
(7)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. L-istabbiliment ta' miri ċari u ambizzjużi ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għandu jinkuraġġixxi aktar l-investimenti biex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ u għandu jevita li jsakkar materjali potenzjalment riċiklabbli fil-livell l-aktar baxx tal-ġerarkija tal-iskart.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Jeħtieġ tnaqqis progressiv tar-rimi fil-miżbliet sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-materjali ta' skart b'siwi ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, permezz ta' mmaniġġjar tajjeb tal-iskart, u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart. Dan it-tnaqqis għandu jevita l-iżvilupp ta' kapaċità eċċessiva għall-faċilitajiet ta' trattament tal-iskart residwali, fost l-oħrajn permezz tal-irkupru tal-enerġija jew it-trattament bijoloġiku mekkaniku ta' livell baxx tal-iskart muniċipali mhux ittrattat, billi dan jista' jhedded il-preparazzjoni fit-tul tal-Unjoni għall-ilħiq tal-miri ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ għall-iskart muniċipali, kif stipulat fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. B'mod simili, u sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintrema fil-miżbliet biss dak l-iskart li jkun għadda minn trattament, il-konformità ma' dan l-obbligu ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' kapaċitajiet eċċessivi għat-trattament tal-iskart muniċipali residwali. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u bejn il-mira ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet kif iddefinita fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, u biex jiġi żgurat ippjanar ikkoordinat tal-infrastrutturi u l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-miri, dawk l-Istati Membri li jistgħu jiksbu żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri ta' riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jingħatalhom ukoll żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri tat-tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għas-sena 2030, kif stipulat f'din id-Direttiva.
(8)  Jeħtieġ minimizzar progressiv tar-rimi fil-miżbliet sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-materjali ta' skart b'siwi ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, permezz ta' mmaniġġjar tajjeb tal-iskart, u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE. Dan l-imminimizzar progressiv tar-rimi fil-miżbliet se jeħtieġ bidliet maġġuri fl-immaniġġjar tal-iskart f'ħafna Stati Membri. Permezz ta' statistika mtejba dwar il-ġbir u t-trattament tal-iskart, u traċċabilità mtejba tal-flussi tal-iskart, għandu jkun possibbli li jiġi evitat l-iżvilupp ta' kapaċità eċċessiva għat-trattament tal-iskart residwali, fost l-oħrajn permezz tal-irkupru tal-enerġija, billi dan jista' jhedded il-preparazzjoni fit-tul tal-Unjoni għall-ilħiq tal-miri ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ għall-iskart muniċipali, kif stipulat fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. B'mod simili, u sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintrema fil-miżbliet biss dak l-iskart li jkun għadda minn trattament, il-konformità ma' dan l-obbligu ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' kapaċitajiet eċċessivi għat-trattament tal-iskart muniċipali residwali. Fid-dawl tal-investimenti riċenti f'xi Stati Membri li wasslu għal kapaċitajiet eċċessivi għall-irkupru enerġetiku jew l-istabbiliment ta' trattament bijoloġiku mekkaniku, huwa essenzjali li jingħata sinjal ċar lill-operaturi tal-iskart u lill-Istati Membri biex jevitaw investimenti li jkunu inkompatibbli mal-miri fuq perijodu twil stabbiliti fid-Direttivi Qafas dwar it-Terraferma u l-Iskart. Għal dawk ir-raġunijiet, jista' jiġi kkunsidrat limitu fuq l-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali skont il-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u bejn il-mira ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet kif iddefinita fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, u biex jiġi żgurat ippjanar ikkoordinat tal-infrastrutturi u l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-miri, dawk l-Istati Membri li jistgħu jiksbu żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri ta' riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jingħatalhom ukoll żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri tat-tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għas-sena 2030, kif stipulat f'din id-Direttiva.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu jżidu s-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli u jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 8b (ġdida)
(8b)   Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u partikolarment dawk lokali, bl-involviment ta' organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali u ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 8c (ġdida)
(8c)   Sabiex jiġu implimentati u infurzati l-objettivi ta' din id-Direttiva b'mod adegwat, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali tat-territorji fejn jinsabu l-miżbliet ikunu rikonoxxuti bħala atturi rilevanti, għaliex dawn isofru direttament il-konsegwenzi tar-rimi f'miżbla. Konsegwentement, il-konsultazzjoni pubblika u demokratika għandha tiġi żgurata minn qabel f'lokalitajiet u żoni supramuniċipali fejn tkun se tiġi stabbilita miżbla u għandu jkun stabbilit kumpens xieraq għall-popolazzjoni lokali.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 8d (ġdida)
(8d)   Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi li kull miżbla fl-Unjoni tkun awditjata sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri.
(9)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri u l-iskambju tal-aħjar prattika fost id-diversi partijiet interessati għandu jkun promoss.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.
(11)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta abbażi ta' riżorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Sabiex id-Direttiva 1999/31/KE tiġi supplimentata jew emendata, b'mod partikulari bil-għan li jiġu adattati l-Annessi tagħha skont il-progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-Artikolu 16. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Kull emenda fl-Annessi għandha ssir biss skont il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva. Għal dan il-għan, fejn jidħol l-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis il-prinċipji ġenerali u l-proċeduri ġenerali għall-kriterji tal-ittestjar u tal-aċċettazzjoni kif jistipula l-Anness II. Barra minn hekk, għal kull klassi ta' miżbla għandhom jiġu stipulati kriterji speċifiċi u/jew metodi tal-ittestjar u valuri limiti assoċjati, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, tipi speċifiċi ta' miżbliet fi ħdan kull klassi, inkluż il-ħżin taħt l-art. Fi żmien sentejn minn meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tadotta proposti għall-istandardizzazzjoni ta' metodi tal-kontroll, tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi rigward l-Annessi.
(12)  Sabiex id-Direttiva 1999/31/KE tiġi emendata, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adattament tal-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandu sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Kull emenda fl-Annessi għandha ssir biss skont il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva. Għal dan il-għan, fejn jidħol l-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis il-prinċipji ġenerali u l-proċeduri ġenerali għall-kriterji tal-ittestjar u tal-aċċettazzjoni kif jistipula l-Anness II. Barra minn hekk, għal kull klassi ta' miżbla għandhom jiġu stipulati kriterji speċifiċi u/jew metodi tal-ittestjar u valuri limiti assoċjati, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, tipi speċifiċi ta' miżbliet fi ħdan kull klassi, inkluż il-ħżin taħt l-art. Fejn ikun xieraq, fi żmien sentejn minn meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tadotta proposti għall-istandardizzazzjoni ta' metodi tal-kontroll, tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi rigward l-Annessi.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 3(3), l-Anness I, il-paragrafu 3.5 u l-Anness II, il-paragrafu 5. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17.
(13)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' depożitu ta' skart mhux perikoluż, il-metodu li jrid jintuża għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabilità għall-miżbliet taħt ċerti kundizzjonijiet u, minħabba li t-teħid ta' kampjuni ta' skart jista' jikkawża problemi serji rigward ir-rappreżentazzjoni u t-teknika minħabba n-natura eteroġena ta' tipi differenti ta' skart, l-iżvilupp ta' standard Ewropew għal teħid ta' kampjuni ta' skart. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17.
__________________
__________________
17Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
17Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-iżvilupp ta' pjanijiet għall-irkupru sostenibbli u għal użu alternattiv sostenibbli għal żoni ta' miżbliet u żoni affettwati mill-miżbliet.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 16b (ġdida)
(16b)   Din id-Direttiva ġiet adottata fid-dawl tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u għandha tiġi implimentata u applikata skont il-gwida li tinsab f'dan l-istess Ftehim.
Emenda 52/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 – (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)
(-1). Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
‘-1. It-tneħħija progressiva tar-rimi fil-miżbliet ta' skart riċiklabbli u ta' skart li jista jiġi rkuprat hija kundizzjoni fundamentali biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija ċirkolari.’
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 2 – punt a
(a)  għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "skart muniċipali", "skart perikoluż", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir separat", "irkupru", "riċiklaġġ" u "rimi" stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*);
(a)  għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "skart muniċipali", "skart perikoluż", "skart mhux perikoluż", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir separat", "irkupru", "riċiklaġġ" u "rimi" stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*);
__________________
__________________
(*) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).";
(*) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).";
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)   jiddaħħal il-punt aa li ġej:
"(aa) "skart residwali" tfisser skart li jkun ġej minn operazzjoni ta' trattament jew irkupru, inkluż mir-riċiklaġġ, li ma jistax jiġi rkuprat iżjed u li allura jkollu jintrema;"
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 2 – punt m
(ba)   il-punt (m) huwa emendat kif ġej:
(m)  "skart bijodegradabbli" ifisser kull skart li huwa kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika, bħal skart ta' ikel u ħaxix, u karti u kartun;
"(m) "skart bijodegradabbli" tfisser skart tal-ikel u tal-ġonna, karta, kartun, injam u kull skart ieħor li jista' jġarrab dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika;"
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 3 – paragrafu 3
(1a)   Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu b'għażla tagħhom jiddikjaraw, li d-depożitu tagħhom ta' skart mhux perikoluż, li jiġi definit mil-kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva, barra minn skart inerti, li jirriżulta minn tfittix u estrazzjoni, trattament u ħażna ta' riżorsi minerali kif ukoll minn tħaddim ta' barrieri u li huma depożitati f'manjiera li tipprevjeni tniġġiż ta' l-ambjent jew ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jista' jkun eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Anness I, l-punti 2, 3.1, 3.2 u 3.3 ta' din id-Direttiva.
'3. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu b'għażla tagħhom jiddikjaraw, li d-depożitu tagħhom ta' skart mhux perikoluż, barra minn skart inerti, li jirriżulta minn tfittix u estrazzjoni, trattament u ħażna ta' riżorsi minerali kif ukoll minn tħaddim ta' barrieri u li huma depożitati f'manjiera li tipprevjeni tniġġiż ta' l-ambjent jew ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jista' jkun eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punti 2, 3.1, 3.2 u 3.3 ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu x'jikkostitwixxi depożitu ta' skart mhux perikoluż. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2)."
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
(-a)   il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1.  L-Istati Membri jridu jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riduzzjoni ta' skart bijodegradabbli li jmur ġo terraferma, mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. L-istrateġija trid tinkludi miżuri biex jinkisbu l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 2 partikolarment bil-ħsieb ta' produzzjoni ta' riċiklar, kompostazzjoni, biogas jew irkupru ta' materjali/enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jiġbor flimkien l-istrateġiji nazzjonali.
1.  L-Istati Membri għandhom iwaqqfu strateġija nazzjonali, f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart għall-implimentazzjoni tat-tneħħija gradwali ta' skart bijodegradabbli li jmur f'miżbla, mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. Din l-istrateġija għandha tinkludi miżuri biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 2, permezz ta', b'mod partikolari, ir-riċiklaġġ, l-ikkompostar, il-produzzjoni tal-bijogass, irkupru ta' materjali jew, meta dawn imsemmija hawn fuq ma jkunux possibbli, l-irkupru tal-enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jiġbor flimkien l-istrateġiji nazzjonali.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt f
(f)  skart li jkun inġabar b'mod separat, skont l-Artikoli 11(1) u 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.";
(f)  skart li jkun inġabar b'mod separat, skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE;
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet ikun naqas sa 10% tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.
5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet ikun naqas sa 5 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Sal-31 ta' Diċembru 2030, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss skart muniċipali residwali fil-miżbliet għal skart mhux perikoluż.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
L-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu jiksbu ħames snin addizzjonali biex jilħqu l-mira msemmija fil-paragrafu 5. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li juża din id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5. F'każ ta' estensjoni, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex inaqqas, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet sa 20 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.
Stat Membru jista' jitlob estensjoni ta' ħames snin biex jilħaq il-mira msemmija fil-paragrafu 5, jekk ikun rema f'miżbla aktar minn 65 % tal-iskart muniċipali tiegħu fl-2013.
L-Istat Membru għandu jressaq talba lill-Kummissjoni biex jikseb din l-estensjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.
It-talba għal estensjoni għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-mira qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jiġi abbozzat abbażi ta' evalwazzjoni tal-pjanijiet eżistenti dwar l-immaniġġjar tal-iskart u għandu jinkludi wkoll kalendarju ddettaljat taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.
Barra minn hekk, il-pjan imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jikkonforma mill-inqas mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)   li juża strumenti ekonomiċi adegwati biex jipprovdi inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;
(b)   li juri użu effiċjenti u effikaċi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni permezz ta' investimenti fuq terminu twil li wieħed jista' jarahom li għandhom l-għan li jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa biex jintlaħqu l-miri rilevanti;
(c)   li jipprovdi statistika ta' kwalità għolja u jiġġenera previżjonijiet ċari tal-kapaċitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart u tad-distanza mill-miri speċifikati fil-paragrafu  5 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 94/62/KE u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE;
(d)   li jkun stabbilixxa programmi ta' prevenzjoni tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d) tar-raba' subparagrafu jkunux issodisfati.
Sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-pjan imressaq fi żmien ħames xhur minn meta jaslilha, it-talba għall-estensjoni għandha titqies li ntlaqgħet.
Jekk il-Kummissjoni toġġezzjona għall-pjan imressaq, hija għandha titlob lill-Istati Membru kkonċernat iressaq pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslulu dawk l-oġġezzjonijiet.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslilha u għandha taċċetta jew tirrifjuta t-talba għall-estensjoni bil-miktub. Meta l-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni sa dik l-iskadenza, it-talba għall-estensjoni għandha titqies li tkun intlaqgħet.
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni, lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew bid-deċiżjonijiet tagħha fi żmien xahrejn minn meta tieħu dawk id-deċiżjonijiet.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 7
7.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 5 bil-għan li tnaqqasha u li ddaħħal restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbliet ta' skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun xieraq.";
7.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tintroduċi mira u restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbliet ta' skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva fejn ikun xieraq.";
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5 – paragrafu 7a (ġdid)
(ca)   Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:
7a.   Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-fattibilità li tipproponi qafas regolatorju għal tħaffir imtejjeb fil-miżbliet sabiex jiġi permess l-irkupru ta' materja prima sekondarja li tkun preżenti fil-miżbliet eżistenti. Sal-31 ta' Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jimmappjaw il-miżbliet eżistenti u jindikaw il-potenzjal tagħhom għal tħaffir fil-miżbliet imtejjeb u jaqsmu l-informazzjoni.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5a – paragrafu 2 – sentenza introduttorja
2.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom li ġej:
2.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jkun fihom li ġej:
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5a – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
"(ba) eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha u li jistgħu jipprovdu gwida għal progress lejn l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5."
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 5b (ġdid)
(3a)   Jiżdied l-Artikolu 5b li ġej:
Artikolu 5b
Skambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni;
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għal skambju regolari u strutturat tal-aħjar prattiki u informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Dak l-iskambju ser jgħin biex jiżgura governanza, infurzar, u kooperazzjoni transfruntiera xierqa, u l-iskambju tal-aħjar prattiki, bħall-ftehimiet ta' innovazzjoni u l-evalwazzjoni bejn il-pari. Barra minn hekk, il-pjattaforma għandha tinċentivizza l-pijunieri u tippermetti li oħrajn jinqabżu. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku r-riżultati tal-pjattaforma.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 6 – punt a
(3b)   Fl-Artikolu 6, il-punt (a) huwa emendat kif ġej:
"(a) skart li ġie soġġett għat-trattament biss ikun mitfugħ fit-terraferma. Din id-disposizzjoni tista' ma tapplikax għall-iskart inert li għalih it-trattament ma jkunx teknikament possibbli, l-anqas għal kull skart ieħor fejn tali trattament ma jikkontribwixxix għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif stipulat fl-Artikolu 1, billi titnaqqas il-kwantitá tal-iskart jew il-perikli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;"
“(a) skart li ġie soġġett għat-trattament biss ikun mitfugħ f'miżbla. Din id-disposizzjoni tista' ma tapplikax għall-iskart inert li għalih it-trattament ma jkunx teknikament possibbli, l-anqas għal kull skart ieħor fejn tali trattament ma jikkontribwixxix għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif stipulat fl-Artikolu 1, billi titnaqqas il-kwantitá tal-iskart jew il-perikli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, bil-kundizzjoni li l-miri ta' tnaqqis tal-Artikolu 5(2) ta' din id-Direttiva u l-miri ta' riċiklaġġ tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE jintlaħqu mill-Istat Membru rispettiv;"
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 6 – punt a – it-tieni subparagrafu
(4)  fl-Artikolu 6(a), tiżdied is-sentenza li ġejja:
(4)  Fl-Artikolu 6, punt(a), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda skont dan il-punt ma jipperikolawx l-ilħiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikament fir-rigward taż-żieda fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva.";
"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda skont dan il-punt ma jipperikolawx l-ilħiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikament fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart u dwar iż-żieda fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva.";
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].
1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport fir-rigward tal-miri fl-Artikolu 5(5) għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 15a (ġdid)
(6a)   jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 15a
Strumenti biex tiġi promossa l-qalba lejn ekonomija iktar ċirkolari.
Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 15b (ġdid)
(6b)   jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 15b
Determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabilità għall-miżbliet
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tapprova l-metodu li jrid jintuża għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabilità għall-miżbliet, fil-post u għall-estenzjoni kollha tas-sit, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2)."
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 15c (ġdid)
6c.   jiddaħħal l-artikolu 15c li ġej:
"Artikolu 15c
Standard Ewropew għat-teħid ta' kampjuni ta' skart
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa standard Ewropew għat-teħid ta' kampjuni ta' skart permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Sakemm jiġu adottati dawk l-atti ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw proċeduri u standards nazzjonali."
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 1999/31/KE
Artikolu 17a – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Anness I – punt 3.5
(9a)   fl-Anness I, il-punt 3.5(b) huwa mħassar
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 1999/31/KE
Anness II – punt 5
(9b)   fl-Anness II, il-punt 5 huwa mħassar.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0031/2017).


L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ***I
PDF 743kWORD 73k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))(1)
P8_TA(2017)0072A8-0029/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdida)
(-1)   Fid-dawl tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda qasira ta' żmien, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi possibbli fl-Unjoni u li nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa -1a (ġdida)
(-1a)   Il-ġestjoni tal-iskart għandha tiġi ttrasformata f'ġestjoni sostenibbli tal-materjal. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a toffri opportunità għal dak l-għan.
__________________
1a Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.
(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni prudenti u effiċjenti tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, tissaħħaħ id-diffużjoni tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati filwaqt li jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda u kompetittività fit-tul. Sabiex l-ekonomija ssir verament ċirkolari, jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, b'enfasi fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti b'mod li jippreżerva r-riżorsi u jagħlaq iċ-ċirkwit. L-użu tar-riżorsi b'mod aktar effiċjenti jġib ukoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet annwali totali ta' gassijiet serra.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Inċentiv politiku u soċjetali biex jippromwovi l-irkupru u r-riċiklaġġ bħala mod sostenibbli biex jiġu ġestiti r-riżorsi naturali f'ekonomija ċirkolari għandu jirrispetta l-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u biex japplika b'mod strett l-approċċ li permezz tiegħu il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ.
__________________
1a Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdida)
(1b)   Ir-rimi ta' żibel barra u r-rimi mhux xieraq tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ għandu impatti negattivi kemm fuq l-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-ekonomija tal-Unjoni u joħloq riskji mhux neċessarji għas-saħħa pubblika. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jinstabu l-aktar fil-bajjiet jinkludu l-iskart mill-imballaġġ, b'impatti fit-tul fuq l-ambjent li jaffettwaw it-turiżmu u t-tgawdija pubblika ta' dawn iż-żoni naturali. Barra minn hekk, l-iskart mill-imballaġġ li jispiċċa fl-ambjent tal-baħar jimmina l-ordni prijoritarja tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel ir-rimi mhux xieraq tiegħu. Sabiex jitnaqqas il-kontribut sproporzjonat ta' skart mill-imballaġġ għaż-żibel fil-baħar, għandha tiġi stabbilita mira vinkolanti, sostnuta b'miżuri mmirati adottati mill-Istati Membri.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdiedu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.
(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdied ir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.
__________________
3 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   Miri kwantitattivi separati għall-użu mill-ġdid, li l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu, għandhom jiġu stabbiliti biex jippromwovu imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li filwaqt li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-iffrankar tar-riżorsi.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdida)
(2b)   Iż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ tista' tnaqqas l-ispiża globali fil-katina tal-provvista u tnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart mill-imballaġġ. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-introduzzjoni fis-suq ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jkun riċiklabbli fi tmiem il-ħajja tiegħu.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 2c (ġdida)
(2c)   F'ċerti sitwazzjonijiet, bħas-servizzi tal-ikel, jinħtieġ imballaġġ b'użu uniku biex jiġu żgurati l-iġjene tal-ikel u s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' dan meta jiżviluppaw miżuri ta' prevenzjoni u għandhom jippromwovu aċċess akbar għar-riċiklaġġ għal tali imballaġġ.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali.
(3)  Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, mingħajr preġudizzju għall-ispeċifiċità tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati, meta jkun rilevanti, ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE, li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali.
__________________
14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali.
(4)  Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart u jiġi promoss ir-riċiklaġġ tal-materjali ta' kwalità għolja. Għal dawk ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodotti. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinċentivaw l-użu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża u biex jiksbu tnaqqis fil-konsum ta' imballaġġ mhux riċiklabbli u ta' imballaġġ eċċessiv. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw dawk elenkati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE. Barra minn hekk, l-isforzi ta' prevenzjoni tal-iskart m'għandhomx jikkompromettu r-rwol tal-imballaġġ fiż-żamma tal-iġjene jew tas-sikurezza għall-konsumaturi.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari permezz ta' inċentivi finanzjarji u fiskali bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' prevenzjoni u riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ ta' din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu parti minn programmi ta' prevenzjoni tal-iskart mill-imbllaġġ fl-Istati Membri kollha.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdida)
(4c)   Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-forniment tal-imballaġġ la jiddependi mill-konsumatur finali u lanqas ma jagħżlu hu, iżda dan pjuttost jiddependi mill-produttur. L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ, li jinġabar.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 4d (ġdida)
(4d)   Sabiex tingħata spinta lill-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent filwaqt li jiġi promoss ir-riċiklaġġ ta' materjali ta' kwalità għolja, ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom jiġu rieżaminati u, jekk meħtieġ, riveduti, biex jissaħħu ir-rekwiżiti li jtejbu d-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja tal-imballaġġ.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 4e (ġdida)
(4e)   L-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jinkludu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fil-forma tad-diversi inċentivi u benefiċċji li jinkisbu minn prodotti magħmula minn skart riċiklat, li jinkoraġġixxu l-investiment fis-settur tal-prodotti riċiklati.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 4f (ġdida)
(4 f)   It-trawwim ta' bijoekonomija sostenibbli jista' jikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-materja prima importata. It-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq għal imballaġġ riċiklabbli b'bażi bijoloġika u imballaġġ bijodegradabbli kompostabbli u r-rieżami tal-liġi eżistenti li tfixkel l-użu ta' dawk il-materjali joffru l-opportunità biex jiġu stimulati aktar riċerka u innovazzjoni u biex li materja prima bbażata fuq il-fjuwils fossili tiġi sostitwita b'sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' imballaġġ, jekk ikun ta' benefiċċju mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, u biex jiġi appoġġat aktar ir-riċiklaġġ organiku.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari.
(5)  Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.
__________________
__________________
15 COM(2013) 0442.
15 COM(2013) 0442.
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5 a)   L-ekonomija ċirkolari għandha timplimenta dispożizzjonijiet espliċiti tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jitlob l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdida)
(5b)   Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija peress li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, billi jew jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ ikun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 5c (ġdida)
(5c)   Hemmm differenzi sostanzjali bejn l-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali. Sabiex jinkiseb għarfien ċar u preċiż dwar iż-żewġ flussi, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwarhom separatament.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.
(6)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet u installazzjonijiet għat-trattament tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart u li jiġu stabbiliti inċentivi għal investimenti f'infrastruttura innovattiva għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u bejn setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli li jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE.
(7)  Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE tal-Kunsill1a, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE.
__________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, billi jippromwovu l-prevenzjoni, u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.
(8)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari,, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u jfasslu dawn l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' investiment sabiex ikunu mmirati primarjament għall-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid tal-iskart, segwiti mir-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Ir-regoli dwar iż-żieda ulterjuri tal-miri tar-riċiklaġġ mill-2030 'il quddiem għandhom jiġu rieżaminati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.
(11)  Sabiex jiġi żgurat kalkolu uniformi tad-dejta dwar il-miri tar-riċiklaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar id-determinazzjoni ta' operaturi tar-riċiklaġġ u dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta. Wara l-adozzjoni ta' din il-metodoloġija armonizzata, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri tar-riċiklaġġ, iqisu r-riċiklaġġ ta' metalli li jsir flimkien mal-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.
(12)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura dwar ir-riċiklaġġ, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar ta' dejta. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Il-kalkolu tal-ilħiq tal-miri għandu jkun ibbażat fuq metodu armonizzat wieħed li jipprevjeni r-rappurtar ta' skart mormi bħala skart riċiklat. Għal dak l-għan, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ irid ikun ibbażat fuq l-input għall-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.
(14)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi introdotta metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta bbażata fuq sorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.
(16)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq talba u mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata jew emendata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 6a(2), 6a(5), 11(3), 19(2) u 20. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(17)  Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ, ċerti eċċezzjonijiet li jikkonċernaw il-livelli massimi ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal f'ċerti materjali riċiklati, iċ-ċirkwiti ta' produzzjoni u t-tipi ta' imballaġġ, dwar il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta li tikkonċerna l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ u emendi għal-lista ta' eżempji illustrattivi dwar id-definizzjoni ta' imballaġġ u kwalunkwe diffikultà teknika li tinqala' fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 12(3b) u 19. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.
(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni tal-adattament tal-progress xjentifiku u tekniku, is-sistema ta' identifikazzjoni li tikkonċerna n-natura tal-materjali tal-imballaġġ użati. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.
__________________
__________________
16 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28/02/2011, p. 13).
16 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 21a (ġdida)
(21a)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ livelli għoljin ta' rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni, f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, u skont ir-riskji speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema f'xi setturi tal-produzzjoni, ir-riċiklaġġ u l-iskart.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2
(-1)   Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"2. Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart. "
"2. Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart sabiex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari."
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)
(ba)   jiżdied il-punt li ġej:
"2a. "imballaġġ b'bażi bijoloġika" tfisser kull imballaġġ derivat minn materjali ta' oriġini bijoloġika, ħlief materjal inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi u/jew fossilizzati;"
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 3 – punti 3 sa 10
(c)  jitħassru l-punti (3) sa (10);
(c)  jitħassru l-punti (3) u (4) u minn (6) sa (10);
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt d
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2
"Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir", "ġbir separat", "prevenzjoni", "użu mill-ġdid", "trattament", "irkupru", "tħejjija għall-użu mill-ġdid", "riċiklaġġ", "proċess aħħari tar-riċiklaġġ" u "rimi", stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.";
"Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir", "ġbir separat", "prevenzjoni", "separazzjoni", "skart muniċipali", "skart industrijali u kummerċjali", "trattament", "irkupru", "riċiklaġġ", "riċiklaġġ organiku", "proċess aħħari tar-riċiklaġġ", "żibel", u "rimi", stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE."
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
"Dawn il-miżuri differenti jistgħu jikkonsistu fi programmi nazzjonali, inċentivi permezz ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jonqos kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-imballaġġ, jew azzjonijiet simili li jiġu adottati, jekk xieraq, f'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi, u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni. Għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva definiti fl-Artikolu 1(1).";
"L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi għall-prevenzjoni tal-iskart li huma stipulati fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/98/KE. Tali miżuri għandhom jinkludu r-responsabbiltà estiża tal-produttur kif definita fit-tielet subparagrafu fl-Artikolu 8(1) u inċentivi għall-użu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum ta' imballaġġ mhux riċiklabbli u ta' imballaġġ eċċessiv. Tali miżuri m'għandhomx jikkompromettu l-iġjene jew is-sikurezza tal-ikel.
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jieħdu azzjonijiet oħra adottati f'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet ambjentali u tal-konsumatur u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni.
Għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta' din id-Direttiva definiti fl-Artikolu 1(1).
L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk elenkati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3
(2a)   Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.   Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tippreżenta proposti għall-miżuri biex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali u tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ.
"3. Sal-31 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex taġġorna r-rekwiżiti essenzjali sabiex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar ta' dawn ir-rekwiżiti sabiex tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati kollha, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-aġġornament tar -rekwiżiti, b'mod partikolari biex issaħħaħ id-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
(2b)   Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
'3a. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, meta dan ikun ta' benefiċċju għall-ambjent minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu ta' imballaġġ riċiklabbli b'bażi bijoloġika u imballaġġ kompostabbli bijodegradabbli, billi jieħdu miżuri bħal dawk:
(a)   li jippromwovu l-użu tagħhom permezz ta', inter alia, l-użu ta' strumenti ekonomiċi;
(b)   li jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għal tali prodotti;
(c)   li jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni eżistenti li tfixkel l-użu ta' dawk il-prodotti."
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 5 – titolu
(2c)   Fl-Artikolu 5, jiddaħħal it-titolu li ġej:
"Użu mill-ġdid"
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
(2d)   Fl-Artikolu 5,il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid tal-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat.
1.   Bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid tal-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
(2e)   Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
'1a. L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jilħqu l-miri li ġejjin għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ:
(a)   sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 5 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ jerġa' jintuża;
(b)   sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 10 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ jerġa' jintuża;
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)
(2f)   Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
'1b. Sabiex jinkoraġġixxu operazzjonijiet ta' użu mill-ġdid, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jieħdu l-miżuri li ġejjin:
—   l-użu ta' skemi ta' rifużjoni tad-depożitu għal prodotti b'imballaġġ li jista' jerġa' jintuża;
—   l-istabbiliment ta' perċentwal minimu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jitqiegħed fis-suq kull sena għal kull fluss ta' imballaġġ;
—   l-istabbiliment ta' inċentivi ekonomiċi adegwati lill-produtturi ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża."
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2g (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1c (ġdid)
(2g)   Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
1c.  L-imballaġġ u l-imballaġġ użat mill-ġdid li jinġabar permezz ta' skema ta' rifużjoni tad-depożitu jista' jingħadd favur l-ilħuq ta' miri ta' prevenzjoni stabbiliti minn programmi ta' prevenzjoni nazzjonali.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – titolu
(a)  it-titolu jinbidel bi "Irkupru, użu mill-ġdid u riċiklaġġ";
(a)  it-titolu jinbidel bi "Irkupru u riċiklaġġ";
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)
(aa)   Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu -1 li ġej:
"-1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sistemi ta' separazzjoni għall-materjali kollha tal-imballaġġ."
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
(f)   sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jitħejja għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ;
(f)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ ġenerat ikun riċiklat;
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g
(g)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:
(g)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:
(i)  55 % tal-plastik;
(i)  60 % tal-plastik;
(ii)  60 % tal-injam;
(ii)  65 % tal-injam;
(iii)  75 % tal-metall ferruż;
(iii)  80 % tal-metall ferruż;
(iv)  75 % tal-aluminju;
(iv)  80 % tal-aluminju;
(v)  75 % tal-ħġieġ;
(v)  80 % tal-ħġieġ;
(vi)  75 % tal-karta u tal-kartun;
(vi)  90 % tal-karta u tal-kartun;
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h
(h)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ se jitħejja minimu ta' 75 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ;
(h)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 80 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ ġenerat jiġi riċiklat;
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i
(i)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, se jintlaħqu l-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, fejn jidħlu dawn il-materjali speċifiċi li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:
(i)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:
(i)  75 % tal-injam;
(i)  80 % tal-injam;
(ii)  85 % tal-metall ferruż;
(ii)  90 % tal-metall ferruż;
(iii)  85 % tal-aluminju;
(iii)  90 % tal-aluminju;
(iv)  85 % tal-ħġieġ;
(iv)  90 % tal-ħġieġ;
(v)   85 % tal-karta u tal-kartun;
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1(f) sa (i) biss mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.
3.  L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-fini ta' riċiklaġġ f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1(f) sa (i) biss mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4
(ca)   Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
4.   L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:
"4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ tal-iskart tal-imballaġġ, meta dan ikun ta' benefiċċju minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, għall-manifattura tal-imballaġġ u prodotti oħra billi:
(a)  itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;
(a)  itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;
(b)  jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali;
(b)  jeżaminaw mill-ġdid ir-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawk il-materjali;
(ba)   jagħmlu użu minn strumenti ekonomiċi adegwati sabiex jinċentivav l-użu ta' materja prima sekondarja, li jistgħu jinkludu miżuri li jippromwovu l-kontenut riċiklat tal-prodotti u l-applikazzjoni ta' kriterji sostenibbli għall-akkwist pubbliku;
(bb)   jippromwovu materjali li, meta riċiklati, ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem meta jiġu riċiklati f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel."
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 –punt d
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafi 5, 8 u 9
(d)  il-paragrafi 5, 8 u 9 jitħassru;
(d)  il-paragrafi 5 u 9 jitħassru;
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6 – paragrafu 8
(da)   Il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:
8.   Il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-progress ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-ambjent, kif ukoll fuq it-tħaddim tas-suq intern. Ir-rapport għandu jieħu in- konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi individwali f'kull Stat Membru. Għandu jkun fih dan li ġej:
'8. Għal dak l-għan, sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-miri stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-progress li sar biex dawn jintlaħqu, b'kunsiderazzjoni tal-aħjar prattiki u l-miżuri użati mill-Istati Membri biex jilħqu dawk il-miri.
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istabbiliment ta':
(a)  evalwazzjoni ta' l-effettività, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali;
(a)  miri dwar flussi oħra ta' skart mill-imballaġġ;
(b)  miżuri ta' prevenzjoni oħra biex jitnaqqas kemm jista' jkun possibli l-impatt ambjentali ta' l-ippakkjar mingħajr ma jiġu kompromessi l-funzjonijiet essenzali;
(b)  miri separati għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u għall-iskart mill-imballaġġ kummerċjali u industrijali.
(c)   l-iżvilupp possibbli ta' indikatur ambjentali dwar l-ippakkjar biex jagħmel il-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar sempliċi u aktar effettiv;
Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
(d)   pjani għall-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar;
(e)   appoġġ għall-użu mill-ġdid u, b'mod partikolari, tqabbil ta' l-ispejjes u l-benefiċċji ta' l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;
(f)   ir-responsabbilità tal-produttur inkluż l-aspetti finanzjarji;
(g)   sforzi biex jitnaqqsu aktar u, jekk xieraq, fl-aħħar jitneħħew metalli tqal u sustanzi oħra perikolużi fl-ippakkjar sal-2010.
Dan ir-rapport għandu, kif inhu xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' din id-Direttiva, kemm-il darba dawn il-proposti sa dak iż-żmien ma jkunux ġew ippreżentati.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6a – paragrafu 1
'1. Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i),
'1. Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ f'sena partikolari.
(a)   il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ;
(b)   il-piż tal-iskart mill-imballaġġ imħejji għall-użu mill-ġdid għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li jkun ġie rkuprat jew miġbur minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, u li jkun għadda minn kull operat meħtieġ ta' verifika, tindif u tiswija sabiex jippermetti l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;
(c)   l-Istati Membri jistgħu jinkludu prodotti jew komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Għall-kalkolu tar-rata aġġustata ta' skart mill-imballaġġ imħejji għall-użu mill-ġdid u riċiklat, filwaqt li jqisu l-piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jużaw dejta vverifikata mill-operaturi, u għandhom japplikaw il-formola mogħtija fl-Anness IV.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6a – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards ta' kwalità Ewropej għall-materjali tal-iskart li jidħlu fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u għall-materja prima sekondarja, b'mod partikolari għall-plastik, abbażi tal-aqwa prattiki disponibbli.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6a – paragrafu 2
2.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(b) u (c) u tal-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid kif ukoll tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.
2.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà u l-verifika u r-rappurtar.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6a – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltajiet ta' u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri għas-simplifikazzjoni tar-rappurtar ta' imballaġġ imħallat skont l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6a – paragrafu 3
3.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-piż tal-output ta' kull operat ta' separazzjoni tal-iskart jista' jiġi rrappurtat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat, dejjem jekk:
imħassar
(a)   tali output ta' skart jiddaħħal fi proċess aħħari ta' riċiklaġġ;
(b)   il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li mhumiex soġġetti għal proċess aħħari ta' riċiklaġġ, u li jintremew jew ikunu soġġetti għall-irkupru tal-enerġija, jibqa' taħt l-10% tal-piż totali li għandu jiġi rrappurtat bħala riċiklat.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6a – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3(a) u (b). Dik is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżura ekwivalenti maħsuba biex tiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat.
4.  F'konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw konformità mar-regoli stipulati fil-paragrafu 1. Dik is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżura ekwivalenti maħsuba biex tiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar is-sistema magħżula għall-kontroll tal-kwalità u t-traċċabbiltà.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6a – paragrafu 5
5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunu intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità. L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont l-Artikolu 11a(6) tad-Direttiva 2008/98/KE.
5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunux intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni jew mal-koinċinerazzjoni biss jekk l-iskart ikun ġie separat qabel l-inċinerazzjoni jew jekk l-obbligu li jiġi stabbilit ġbir separat għall-karti, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ u l-bijoskart ikun tħares, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat jew koinċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità. L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont l-Artikolu 11a(6) tad-Direttiva 2008/98/KE.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6b – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha u li jistgħu jipprovdu gwida dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-miri.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 6b – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Meta jkun meħtieġ, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindirizzaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż it-tbassir tal-ilħuq tal-miri inklużi fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart u l-perċentwal u l-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 7 – paragrafu 1
(5a)   L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:
"1. Sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprevedu u jinċentivaw:
(a)  għar-ritorn u/jew għall-ġbir ta’ l-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-gabra finali ta’ l-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart l-aktar addattati;
(a)  ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-fluss tal-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart l-aktar addattati;
(b)  għall-użu mill-ġdid jew għall-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ ta’ l-imballaġġ u/jew l-iskart mill-imballaġġ miġbur,
(b)  l-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur,
"sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva".
Dawn is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċ tas-setturi interessati u għall-parteċipazzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f'konformità mat-Trattat."
Dawn is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi nteressati u għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f'konformità mat-Trattat."
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 7a (ġdid)
(5b)   Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 7a
Miżuri speċifiċi għal sistemi ta' ritorn u ta' ġbir
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex idaħħlu fis-seħħ:
(a)   il-ġbir separat ta' mill-inqas imballaġġ jew skart mill-imballaġġ magħmul minn karti, metall, plastik jew ħġieġ;
(b)   l-imballaġġ kompost kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE għandu jinġabar fi skemi ta' ġbir eżistenti li jissodisfaw l-istandards ta' kwalità meħtieġa għar-riċiklaġġ finali. '
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 8 – paragrafu 2
(5c)   Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"2. Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-ippakkjar għandu jindika għall-iskopijiet tiegħu ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni bl-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-ippakkjar fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE[1]."
"2. Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-imballaġġ għandu jinkludi informazzjoni utli għal dak il-għan. B'mod partikolari, l-imballaġġ għandu jindika għall-iskopijiet ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni tiegħu mill-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-imballaġġ fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE[1].
[1] ĠU L 50, 20.2.1997, p. 28."
[1] ĠU L 50, 20.2.1997, p. 28."
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 12 – paragrafu 3a
'3a. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1)(a) sa (i). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta.
'3a. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 6(1). Għandhom jiġbru u jipproċessaw id-dejta b'konformità mal-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 3d u jirrappurtawha b'mod elettroniku sa 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 12 – paragrafu 3a – subparagrafu 2
Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].
Id-dejta għandha tinġabar u tiġi pproċessata permezz tal-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 3d, u għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. L-ewwel rapport fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6 għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 12 – paragrafu 3
3c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.
3c.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 3d, ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza tad-dejta u l-informazzjoni ppreżentata. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal disa' xhur wara l-ewwel rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 12 – paragrafu 3ca (ġdid)
3ca.   Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva kollha kemm hi u tevalwa l-impatt tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u s-suq intern. Jekk ikun xieraq, proposta biex din id-Direttiva tiġi riveduta tista' takkumpanja r-rapport.
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 12 – paragrafu 3d
3d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).";
3d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a. ';
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 21a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20, għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20, għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 21a – paragrafu 3
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 94/62/KE
Artikolu 21a – paragrafu 5
5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".
5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Anness II
(12a)   L-Anness II tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ huwa sostitwit kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 94/62/KE
Anness IV
(14)   l-Anness IV tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ huwa emendat kif muri fl-Anness ta' din id-Direttiva.
imħassar
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Anness – paragrafu -1 (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Anness II – punt 1 – inċiż 1
(-1)   Fl-Anness II, punt 1, l-ewwel inċiż huwa emendat kif ġej:
—   L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta' rkupru, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart mill-imballaġġ.
"- L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru tiegħu, inkluż ir-riċiklaġġ, skont il-ġerarkija tal-iskart, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ."
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Anness – paragrafu -1a (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Anness II – punt 1 – inċiż 1a (ġdid)
(-1a)   Fl-Anness II, punt 1 jiddaħħal l-inċiż 1a li ġej:
"- L-imballaġġ għandu jiġi prodott b'tali mod li jnaqqas il-marka tal-karbonju tiegħu, anke bl-użu ta' materjali bijodegradabbli u b'bażi bijoloġika sostenibbli."
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Anness – paragrafu -1b (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Anness II – punt 3 – punt c
(-1b)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
(c)  L-imballaġġ illi jista' jiġi rkuprat fil-forma ta' kompostjar
L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta' natura bijodegradabbli li ma tfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddaħħal.
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Anness – paragrafu -1c (ġdid)
Direttiva 94/62/KE
Anness II – punt 3 – punt d
(-1c)   Fl-Anness II, punt 3, il-punt d huwa emendat kif ġej:
(d)  Imballaġġ bijodegradabbli;
"(d) Imballaġġ bijodegradabbli;
L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta' natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li ħafna mill-kompost li jibqa' jiddekomponi fl-aħħar f'dijossidu karboniku, bijomassa u ilma.
L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta' natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li ħafna mill-kompost li jibqa' fl-aħħar jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju, bijomassa u ilma. L-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli m'għandux jitqies bħala bijodegradabbli."
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Anness – paragrafu 2
Direttiva 94/62/KE
Anness IV
Jiżdied l-Anness IV li ġej:
imħassar
ANNESS IV
Metodu ta' kalkolu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1)(f) sa (i)
Sabiex tiġi kkalkolata r-rata aġġustata ta' riċiklaġġ u tħejjija għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola li ġejja:
"E=" "(A+R)*100" /"(P+R)"
E: rata aġġustata ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid f'sena determinata;
A: piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew imħejji għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;
R: piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;
P: piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat f'sena determinata."

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0029/2017).


L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014/2015
PDF 389kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea 2014-2015 (2016/2249(INI))
P8_TA(2017)0073A8-0046/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), tat-18 ta' Diċembru 1979,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottata mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta’ Settembru 1995 u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005) u Beijing +15 (2010),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1949 dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità)(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra d-direttivi tal-UE mill-1975 'il quddiem dwar aspetti tat-trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel (id-Direttiva 2010/41/UE(7), id-Direttiva 2010/18/UE(8), id-Direttiva 2006/54/KE, id-Direttiva 2004/113/KE, id-Direttiva 92/85/KEE(9), id-Direttiva 86/613/KEE(10) u d-Direttiva 79/7/KEE(11)),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2012 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (Direttiva dwar in-nisa fuq bordijiet) (COM(2012)0614),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u l-Artikolu 3 tagħha li jiddefinixxi 'ġeneru' bħala "ir-rwoli, l-imġibiet, l-attivitajiet u l-attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tikkunsidra xierqa għan-nisa u l-irġiel",

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2016 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2016)0111),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (00337/2016),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 u s-6 ta' Ġunju 2014 dwar "Preventing and combating all forms of violence against women and girls, including female genital mutilation" (Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili) (09543/2014),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-qasam tat-teħid ta' deċiżjonijiet (14327/2015),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-Triju ta' Presidenzi tas-7 ta' Diċembru 2015 iffirmata min-Netherlands, is-Slovakkja u Malta,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu "EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2015 bit-titolu "2014 Report on equality between women and men" ("Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2014") (SWD(2015)0049),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2016 bit-titolu "2015 Report on equality between women and men" ("Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2015") (SWD(2016)0054),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" ("Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019") (SWD(2015)0278),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009(12), tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010(13), tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011(14) u tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013(15),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013 bit-titolu "Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili" (COM(2013)0833) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014(16) dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili",

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-istħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-persuni leżbjani, gay, bisesswali u transġeneri (stħarriġ LGBT tal-UE) imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u ppubblikat f'Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport FRA bl-isem "Violence against women – an EU-wide survey. Main results" ("Il-vjolenza kontra n-nisa – stħarriġ madwar l-UE kollha. Riżultati ewlenin"), ippubblikat f'Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-FRA bit-titolu "The fundamental rights situation of intersex people" ("Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali", ippubblikat f'Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tan-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET) intitolat "The Persistence of Discrimination, Harassment and Inequality for Women. The Work of Equality Bodies informing a new European Commission Strategy for Gender Equality" ("Il-Persistenza tad-Diskriminazzjoni, il-Fastidju u l-Inugwaljanza għan-Nisa. Il-Ħidma tal-Korpi tal-Ugwaljanza li tinforma Strateġija ġdida tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi"), ippubblikat fl-2015,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) bit-titolu "The gender employment gap: challenges and solutions" ("Id-diskrepanza bejn is-sessi fil-qasam tal-impjiegi: sfidi u soluzzjonijiet") (2016), "Social partners and gender equality in Europe" ("Is-sħab soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa") (2014), "Developments in working life in Europe: EurWORK annual review" ("Żviluppi fil-ħajja tax-xogħol fl-Ewropa: rieżami annwali ta' EurWORK" (2014 u 2015), kif ukoll is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS) (2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015(17) u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-emanċipazzjoni tal-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-UE(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa rifuġjati u li jfittxu l-asil fl-UE(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tal-ġeneru(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol(24),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi")(25),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew(26),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu minn perspettiva tal-ġeneru(27),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2013 dwar l-objettivi ta' Barċellona intitolat "L-iżvilupp tas-servizzi ta' akkoljenza tat-tfal żgħar fl-Ewropa għal tkabbir sostenibbli u inklusiv"(28),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 dwar "L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ"(29),

–  wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tal-2015 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u r-rapport "Beijing +20: 4th Review of the Implementation of the Beijing Platform for Action in the EU Member States" (Beijing +20: ir-Raba' Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE") u rapporti oħra mill-EIGE,

–  wara li kkunsidra l-istudju tan-Netwerk Ewropew tal-Esperti Legali fil-Qasam tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi u n-Nondiskriminazzjoni bit-titolu "A comparative analysis of gender equality law in Europe 2015" ("Analiżi komparattiva tal-liġi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa 2015") ta' Jannar 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet miftiehma dwar "ir-rwol tal-irġiel u s-subien fil-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi" tat-48 sessjoni tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tan-Nisa (CWS) f'Marzu 2004(30),

–  wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu "Transforming our World: The 2030 Agenda for Sustainable Development" ("Nittrasformaw id-Dinja Tagħna: L-aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli") adottat fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, u l-għanijiet u l-miri fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tan-nisa u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa inklużi f'dak id-dokument,

–  wara li kkunsidra r-rapport statistiku tal-Kummissjoni ta' April 2014 bit-titolu "Single parents and employment in Europe" ("Il-ġenituri waħedhom u l-impjieg fl-Ewropa")(31),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0046/2017),

A.  billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2015 tal-EIGE juri biss titjibiet marġinali: l-UE għadha biss nofs triq biex tilħaq l-istat ta' ugwaljanza bejn is-sessi, peress li l-punteġġ kumplessiv mill-2005 'l hawn żdied minn 51,3 għal 52,9 minn total possibbli ta' 100; billi jinħtieġ progress aktar mgħaġġel jekk l-UE trid tilħaq il-miri tal-Ewropa 2020;

B.  billi f'dawn l-aħħar snin xi Stati Membri raw ukoll żieda sostanzjali f'movimenti ċiviċi u politiċi għad-detriment tad-drittijiet ugwali għan-nisa u l-irġiel, u li saħansitra jikkontestaw il-ħtieġa ġenerali ta' politiki ta' ugwaljanza bejn is-sessi. billi r-reazzjoni vjolenti kontra l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwoli tradizzjonali tas-sessi u tisfida l-kisbiet eżistenti u futuri fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-persuni LGBTI;

C.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi l-objettiv tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam huwa wkoll li jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs u t-trattament indaqs għall-irġiel u għan-nisa u li tiġi miġġielda kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess;

D.  billi fl-2015 ir-rata ta' impjieg tan-nisa laħqet ċ-ċifra rekord ta' 64,5 %, iżda baqgħet ferm aktar baxxa minn dik tal-irġiel, li kienet ta' 75,6 %; billi, b'mod deplorabbli, in-nisa għandhom erba' darbiet iktar probabilità li jidħlu u jibqgħu f'xogħol part-time mill-irġiel, u dan mhux bil-volontà tagħhom; billi ħafna żgħażagħ jibqgħu fqar minkejja li jkunu jaħdmu, speċjalment fil-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u s-Slovakkja;

E.  billi r-rata tal-qgħad fost in-nisa hija sottovalutata, peress li ħafna nisa mhumiex irreġistrati bħala qiegħda, b'mod partikolari dawk li jgħixu f'żoni rurali jew remoti, dawk li jgħinu f'negozju tal-familja u ħafna minn dawk li jiddedikaw ruħhom esklussivament għall-kompiti domestiċi u għall-kura tat-tfal; billi din is-sitwazzjoni toħloq ukoll disparità f'dawk li huma aċċess għas-servizzi pubbliċi (benefiċċji, pensjonijiet, liv tal-maternità, liv tal-mard, aċċess għas-sigurtà soċjali, eċċ.);

F.  billi r-rapport tal-Eurofound dwar id-diskrepanza bejn is-sessi fil-qasam tal-impjiegi jikkalkula li d-diskrepanza bejn is-sessi fil-qasam tal-impjiegi qed tiswa lill-UE madwar EUR 370 biljun fis-sena, jew 2,8 % tal-PDG tal-UE(32);

G.  billi, f'dawk il-pajjiżi milquta mill-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fil-baġit, in-nisa ġew affettwati b'mod sproporzjonat, b'mod partikolari n-nisa żgħażagħ, in-nisa anzjani, l-ommijiet waħedhom u n-nisa li jsofru minn diskriminazzjoni multipla, u billi dan il-fatt wassalhom biex jiftaqru u jiġu soċjalment emarġinati billi kulma jmur aktar bdew jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol; billi t-tnaqqis fin-nefqa fil-kura pubblika u fis-servizzi tas-saħħa jwassal għat-trasferiment tar-responsabilità għall-kura mis-soċjetà lura lill-unitajiet domestiċi, u dan il-fatt jaffettwa l-aktar lin-nisa;

H.  billi l-femminizzazzjoni tal-faqar għadha tippersisti fl-UE, u billi l-proporzjonijiet għolja ħafna tal-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost in-nisa huma marbuta mill-qrib mat-tnaqqis fil-baġits għas-servizzi pubbliċi bħalma huma l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali u l-benefiċċji soċjali; billi dawn il-politiki jwasslu għal instabilità akbar fl-impjiegi, b'mod partikolari minħabba ż-żieda fix-xogħol part-time involontarju u fil-kuntratti temporanji;

I.  billi fl-2015 tliet kwarti mill-faċendi tad-dar u żewġ terzi tal-kura tal-ġenituri għal uliedhom twettqu minn nisa li jaħdmu, li għalhekk ġarrew b'mod predominanti piż doppju ta' responsabilitajiet; billi n-nisa ġeneralment jieħdu fuqhom responsabilità wisq aktar predominanti għall-kompiti tal-kura tal-ġenituri għal uliedhom u għall-faċendi tad-dar; billi r-rwoli u l-isterjotipi tradizzjonali tal-ġeneri għadhom qed ikollhom influwenza qawwija fuq id-distribuzzjoni tar-rwol bejn in-nisa u l-irġiel fid-dar, fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà b'mod ġenerali; billi tali diviżjoni tradizzjonali tar-responsabilitajiet għandha t-tendenza li tipperpetwa l-istatus quo, u b'hekk tillimita l-opportunitajiet ta' impjieg u ta' żvilupp personali tan-nisa u tħallilhom ftit wisq ħin għall-inklużjoni soċjali u komunitarja jew għall-parteċipazzjoni ekonomika; billi l-ugwaljanza fil-qsim indaqs tax-"xogħol mingħajr ħlas", bħalma huma l-għoti tal-kura u r-responsabilitajiet domestiċi bejn in-nisa u l-irġiel, hija prekundizzjoni għall-indipendenza ekonomika tan-nisa fit-tul;

J.  billi ċerti tipi ta' liv relatat mal-familja għadhom qed ikunu bażi ta' diskriminazzjoni u stigmatizzazzjoni kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, minkejja l-qafas ta' politika u l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, u billi dan jaffettwa b'mod partikolari lin-nisa li jaħdmu bħala l-indukraturi ewlenin li jużaw il-liv relatat mal-familja;

K.  billi kważi kwart mill-Istati Membri ma għandhom l-ebda dispożizzjoni tal-liġi għal-liv tal-paternità, u billi għadd minn fost dawk li għandhom tali dispożizzjonijiet jippermettu lill-irġiel jieħdu liv għal jum wieħed biss, għal jumejn biss jew għal għadd ta' jiem; billi fi tmien Stati Membri l-liv tal-ġenituri ma huwa akkumpanjat mill-ebda ħlas, filwaqt li r-rata ta' parteċipazzjoni tal-missirijiet fl-użu tal-liv tal-ġenituri hija waħda baxxa, fejn huma 10 % biss tal-missirijiet li jieħdu għall-inqas jum wieħed ta' liv u huma 97 % tan-nisa li jużaw il-liv tal-ġenituri li hu disponibbli għaż-żewġ ġenituri; billi l-promozzjoni ta' parteċipazzjoni akbar fl-użu tal-liv tal-ġenituri u tal-liv tal-paternità hija essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi; billi l-istudju tal-Eurofound(33) ta' stampa tal-aspetti li jinfluwenzaw ir-rata ta' parteċipazzjoni fl-użu tal-liv tal-ġenituri min-naħa tal-missirijiet, jiġifieri: il-livell ta' kumpens, il-flessibilità tas-sistema tal-liv, id-disponibilità ta' informazzjoni, id-disponibilità u l-flessibilità tal-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u l-biża' ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol minħabba l-fatt li wieħed jieħu l-liv;

L.  billi waħda mill-prekundizzjonijiet għall-inklużjoni attiva tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija d-disponibilità ta' faċilitajiet u servizzi, aċċessibbli u affordabbli ta' kura għat-tfal, għall-qraba anzjani u għal membri oħra dipendenti tal-familja; billi l-objettivi ta' Barċellona huma għodda eċċellenti biex tinkiseb l-ugwaljanza vera bejn is-sessi, u billi l-Istati Membri kollha għandhom jimpenjaw ruħhom biex jilħquhom mill-aktar fis possibbli; billi bħala riżultat ta' nuqqas ta' faċilitajiet u servizzi ta' kura tat-tfal ta' kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli, l-ommijiet qed ikunu dejjem aktar mġiegħla jagħżlu bejn li jaħdmu part-time u li jċedu l-impjieg tagħhom biex jieħdu ħsieb ta' wliedhom, b'riperkussjonijiet fuq l-introjtu tal-familji u t-tfaddil tal-pensjoni;

M.  billi l-aċċess għat-taħriġ u d-dritt fundamentali tal-bniedem għall-edukazzjoni li għandhom il-bniet u n-nisa huma valuri Ewropej importanti u elementi essenzjali għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bniet u tan-nisa fuq il-livell soċjali, dak kulturali u dak professjonali, kif ukoll għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet l-oħra kollha soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi u sussegwentement għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; billi edukazzjoni universali obbligatorja bla ħlas hija kundizzjoni sine qua non biex jiġu ggarantiti opportunitajiet indaqs għal kulħadd, peress li jenħtieġ li hija tkun disponibbli għat-tfal kollha, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni u irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom; billi l-ġlieda kontra l-inugwaljanza bejn is-sessi tibda mill-età ta' qabel l-iskola u teħtieġ is-superviżjoni pedagoġika kostanti tal-kurrikuli, tal-għanijiet ta' żvilupp u tal-eżiti tat-tagħlim;

N.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija r-responsabilità tal-individwi kollha fis-soċjetà u teħtieġ il-kontribut attiv kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel; billi jenħtieġ li l-awtoritajiet jimpenjaw ruħhom għall-iżvilupp ta' kampanji edukattivi indirizzati lill-irġiel u lill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, bl-għan li l-irġiel u s-subien jiġu involuti bħala sħab, biex b'hekk gradwalment jipprevjenu u jeliminaw kull xorta ta' vjolenza sessista u jippromwovu t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa;

O.  billi, minkejja l-fatt li n-nisa jiksbu bħala medja livell ta' edukazzjoni ogħla mill-irġiel, id-differenza medja tal-UE bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa baqgħet ta' 16,1 % fl-2014, għalkemm hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri;

P.  billi s-segregazzjoni orizzontali u vertikali bejn is-sessi fl-impjieg għadha fenomenu prevalenti, ikkawżat fost aspetti oħra mill-fatt li jiġi attribwit valur inqas lill-impjiegi meqjusa "femminili" milli lil dawk l-impjiegi meqjusa "maskili", mis-soqfa tal-ħġieġ persistenti, li jżommu lin-nisa milli jilħqu l-ogħla pożizzjonijiet u l-pożizzjonijiet li jitħallsu l-aktar u mir-rappreżentanza żejda tan-nisa fix-xogħol part-time, li hu mħallas inqas tajjeb mix-xogħol full-time; billi, minkejja l-fatt li n-nisa huma l-istess fil-livelli ta' gradwati bħall-irġiel jew saħansitra jisbquhom, l-impatt tal-isterjotipi tas-sessi fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ u d-deċiżjonijiet li jsiru mill-istudenti fl-iskola jista' jinfluwenza l-għażliet tul ħajjithom kollha u sussegwentement għandu implikazzjonijiet sinifikanti għas-suq tax-xogħol; billi l-isterjotipi li s-soċjetà twassal fost ħafna nies dwar l-inkompatibilità tal-fatt li n-nisa jkollhom it-tfal u impjieg full-time iħallu lin-nisa f'pożizzjoni żvantaġġjata u jistgħu jiskoraġġixxu lin-nisa żgħażagħ milli jipproċedu b'edukazzjoni għolja jew milli jagħmlu investimenti ta' karriera;

Q.  billi l-indikatur kompost tal-ħin tax-xogħol imħallas u mingħajr ħlas tal-Istħarriġ Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-Eurofound juri li, b'mod ġenerali, il-ħinijiet tax-xogħol tan-nisa huma itwal meta jiġu kkalkulati s-sigħat ta' xogħol imħallsa u s-sigħat ta' xogħol mingħajr ħlas(34);

R.  billi fis-setturi relatati mal-oġġetti, is-servizzi jew l-agrikoltura, iżda mhux limitati għal dawn, hemm aċċess irregolari għal riżorsi ekonomiċi u finanzjarji bħalma huma assi, kapital, riżorsi produttivi u kreditu bejn l-irġiel u n-nisa;

S.  billi d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u l-irġiel għadha tippersisti fl-UE u kien tammonta għal perċentwal predominanti ta' 40,2 % fl-2014; billi din hija r-riżultat tal-iżvantaġġi akkumulati min-nisa matul iż-żmien, bħalma hu n-nuqqas ta' aċċess għal ħafna riżorsi finanzjarji, bħall-benefiċċji u s-sistemi tal-pensjoni, li jiġu ma' impjieg full-time, u li għalihom ħafna nisa mhumiex eliġibbli minħabba li għandhom it-tendenza li jibqgħu f'impjieg part-time jew jiffaċċjaw interruzzjoni tax-xogħol minħabba responsabilitajiet ta' indukrar;

T.  billi xi Stati Membri fl-UE jżommu l-prattika tan-nonindividwalizzazzjoni tas-sistemi fiskali u tas-sigurtà soċjali; billi din is-sitwazzjoni tagħmel lin-nisa dipendenti minn żewġhom, għax dawn jistgħu jkunu ngħataw biss drittijiet derivati minħabba r-relazzjoni tagħhom mar-raġel;

U.  billi f'dawn l-aħħar għaxar snin il-proporzjon kumplessiv ta' nisa fil-parlamenti nazzjonali/federali żdied biss b'madwar 6 %, u laħaq id-29 % fl-2015;

V.  billi fl-2015, 6,5 % biss tal-presidenti, u 4,3 % biss tas-CEOs fl-akbar kumpaniji elenkati pubblikament fil-borża kienu nisa;

W.  billi, minkejja l-impenn tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet, il-bordijiet maniġerjali tal-aġenziji tal-UE huma serjament nieqsa mill-bilanċ bejn is-sessi, u juru tendenzi persistenti ta' segregazzjoni bejn is-sessi, fejn bħala medja 71 % tal-membri tal-bordijiet maniġerjali huma rġiel, u wieħed biss minn kull tliet bordijiet maniġerjali huma ppreseduti minn mara, u minn 42 Direttur Eżekuttiv fl-aġenziji tal-UE, 6 biss huma nisa;

X.  billi aktar minn nofs in-nisa vittmi ta' qtil jiġu maqtula minn sieħeb intimu, qarib jew membru tal-familja(35); billi 33 % tan-nisa fl-UE esperjenzaw vjolenza fiżika u/jew vjolenza sesswali u 55 % ġarrbu fastidju sesswali, 32 % fuq il-post tax-xogħol; billi n-nisa huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza sesswali, fiżika u online, għall-bullying fuq l-internet u għall-istalking fuq l-internet;

Y.  billi l-vjolenza kontra n-nisa hija waħda mill-aktar tipi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mifruxa madwar id-dinja, li tolqot il-livelli kollha tas-soċjetà, irrispettivament mill-età, l-edukazzjoni, l-introjtu, il-pożizzjoni soċjali u l-pajjiż ta' oriġini jew ta' residenza, u tirrappreżenta xkiel maġġuri għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-fenomenu tal-femminiċidju mhux qed jonqos fl-Istati Membri;

Z.  billi l-istħarriġ tal-popolazzjoni dwar l-attitudnijiet lejn il-vjolenza kontra n-nisa juri prevalenza inkwetanti tat-tendenza li l-ħtija tintefa' fuq il-vittma, fatt li jista' jkun wieħed mill-effetti tal-patrijarkija; billi l-kundanna qawwija ta' mġiba bħal din mill-awtoritajiet pubbliċi u minn istituzzjonijiet oħra spiss tonqos li ssir;

AA.  billi l-modi diġitali ta' komunikazzjoni kkontribwew għall-prevalenza tad-diskors ta' mibegħda u tat-theddid kontra n-nisa, fejn naraw li 18 % tan-nisa fl-Ewropa batew sa mill-adolexxenza xi forma ta' fastidju online u li huma disa' miljuni n-nisa vittmi ta' vjolenza online fl-Ewropa; billi hemm nuqqas ta' kapaċità ta' reazzjoni min-naħa tas-sistema ġudizzjarja lejn il-vjolenza kontra n-nisa online; billi dawk li jabbużaw u dawk li jxerrdu l-mibegħda rari jiġu rappurtati, investigati, mixlija u kkundannati;

AB.  billi 23 % tan-nisa lesbjani u 35 % tal-persuni transġeneri kienu ġew attakkati jew mhedda fiżikament/sesswalment bi vjolenza fid-dar jew banda oħra (fit-triq, fuq mezzi tat-trasport pubbliku, fuq il-post tax-xogħol, eċċ.) tal-inqas darba fl-aħħar ħames snin;

AC.  billi l-istħarriġ tal-UE dwar l-LGBT juri li n-nisa leżbjani, bisesswali u transġeneri jħabbtu wiċċhom ma' riskju enormi ta' diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom jew tal-identità tal-ġeneru tagħhom; billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru tinterċetta ma' diskriminazzjoni oħra fuq bażi ta' razza u etniċità, reliġjon, diżabilità, saħħa, identità tal-ġeneru, orjentament sesswali u/jew kundizzjonijiet soċjoekonomiċi;

AD.  billi l-kundizzjonijiet sejrin għall-agħar għal ċerti gruppi ta' nisa li spiss jiffaċċjaw akkumulazzjoni ta' diversi diffikultajiet u riskji u livelli għolja ta' diskriminazzjoni;

AE.  billi fl-2015 l-UE esperjenzat żieda bla preċedent fil-għadd ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil fit-territorju tiegħu; billi, skont l-UNHCR, in-nisa u t-tfal irrappreżentaw aktar minn nofs dawn ir-rifuġjati u persuni li jfittxu asil, u billi matul il-vjaġġ kollu tagħhom, inkluż fiċ-ċentri ta' akkoljenza ffullati fl-UE, ġew irrapportati każijiet ta' vjolenza u abbuż, inkluża vjolenza sesswali, fuq nisa u tfal rifuġjati;

AF.  billi n-nisa u l-bniet jikkostitwixxu 80 % tal-vittmi reġistrati tat-traffikar tal-bnedmin(36); billi l-identifikazzjoni tal-vittmi tibqa' sfida, u billi l-appoġġ u l-protezzjoni lill-vittmi jeħtieġ li jiġu msaħħa u l-isforzi kollha ta' kontra t-traffikar għandu jkun fihom aspett sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi;

AG.  billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tat-traffikar tal-bnedmin huwa l-isfruttament sesswali, u billi n-nisa li jaqgħu vittmi ta' dan huma mġiegħla jgħixu ħajja ta' priġunerija u ta' tirannija permezz tal-vjolenza ta' kuljum, ta' natura kemm fiżika kif ukoll psikoloġika;

AH.  billi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u huma element essenzjali tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-awtodeterminazzjoni, u billi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa;

AI.  billi saħħet in-nisa ma għandha qatt titpoġġa f'riskju minħabba oġġezzjoni ta' kuxjenza jew twemmin personali;

AJ.  billi l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri nstab li ġġib magħha problemi speċifiċi relatati mat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-direttivi rilevanti, bħalma huma nuqqasijiet sostantivi fil-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni inkonsistenti tagħha mill-qrati nazzjonali, iżda b'mod importanti wkoll nuqqas ġenerali ta' għarfien dwar il-prinċipji tal-ugwaljanza u l-liġi(37);

AK.  billi d-direttivi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod partikolari m'humiex qed jiġu implimentati kif suppost f'għadd ta' Stati Membri li ma jipproteġux persuni transġeneri kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma tal-aċċess għall-impjiegi u l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi;

AL.  billi l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi huma spiss emarġinati fl-istrutturi governattivi nazzjonali, maqsuma f'oqsma ta' politika differenti, u mxekkla minn mandati kumplessi u li jespandu, nieqsa minn persunal adegwat, taħriġ, data u riżorsi suffiċjenti, u ma jesperjenzawx appoġġ biżżejjed mit-tmexxija politika(38);

AM.  billi l-problema persistenti ta' nuqqas ta' data komprensiva, affidabbli u diżaggregata skont is-sessi toħloq ambigwitajiet u tgħawweġ l-istampa tas-sitwazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza sessista; billi l-ġbir ta' tali data mhux biss ikun jipprovdi stampa ċara tas-sitwazzjoni, iżda jkun jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn kwistjonijiet ta' tħassib immedjat;

AN.  billi s-sħab soċjali għandhom rwol ewlieni x'jaqdu biex jintlaħqu l-miri tal-ugwaljanza minħabba r-rwol kritiku tagħhom fit-tiswir tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet soċjali permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil tal-politika u ta' negozjar kollettivi f'diversi livelli, għalkemm jidher ċar li r-rwol speċifiku li huma jaqdu f'pajjiżi differenti u f'sistemi ta' relazzjonijiet industrijali differenti jiddependi ħafna mit-tradizzjonijiet nazzjonali u mill-qawwa organizzattiva(39);

AO.  billi, skont l-Ewrobarometru tal-2016, 55 % tal-Ewropej jixtiequ li l-UE tintervjeni iktar fil-qasam tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa; billi l-obbligu tal-Kummissjoni li tikseb l-ugwaljanza bejn is-sessi f'konformità mat-Trattati huwa indipendenti mill-opinjoni pubblika;

1.  Jinsab profondement imħasseb dwar il-fatt li l-UE għadha biss nofs triq biex tilħaq l-istat ta' ugwaljanza bejn is-sessi, skont l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2015 tal-EIGE; jiddispjaċih bil-qawwa għall-fatt li l-istatus u l-profil tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess qed juru sinjali ta' tnaqqis fl-importanza, qed jiġu emarġinati bħala għan politiku u qed jiġu mminati bħala qasam ta' politika, b'mod partikolari fil-kuntest ta' reazzjoni vjolenti madwar l-Ewropa kollha kontra d-drittijiet tan-nisa, tal-persuni LGBTI u tad-drittijiet sesswali u riproduttivi u jqis li hu meħtieġ li jiġu kkunsidrati r-raġunijiet li wasslu għal din it-tendenza u jiġu rieżaminati l-istrateġiji, l-għodod u l-approċċi attwali li huma promossi fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

2.  Jirrimarka li l-UE hija obbligata tiġġieled lill-esklużjoni soċjali u lid-diskriminazzjoni skont it-TUE u li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu mnaqqax fih l-impenn tal-UE għall-eliminazzjoni tan-nuqqas ta' ugwaljanza u għall-promozzjoni l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; jenfasizza li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi ma jipprekludix ż-żamma jew l-adozzjoni ta' miżuri li jipprovdu benefiċċji konkreti għall-ġeneru li hu sottorappreżentat, kif stipulat fl-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-baġits u fit-tfassil tal-politiki, u fl-implimentazzjoni tal-miżuri u l-programmi tal-UE, u twettaq valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-sessi meta tkun qed tistabbilixxi kwalunkwe politika ġdida biex ikun jista' jiġi żgurat rispons ta' politika tal-UE aktar koerenti u bbażat fuq l-evidenza quddiem l-isfidi tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri jwettqu miżuri korrispondenti fil-livell nazzjonali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni akbar tal-impatt ta' dak it-tnaqqis fl-infiq pubbliku li qed ikollu effetti negattivi fuq id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi u jitlobha tistabbilixxi miżuri biex tindirizza dan l-impatt u tieħu passi biex twaqqfu;

5.  Jiddispjaċih għall-fatt li mhemmx integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrateġija Ewropa 2020, u jappella biex il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi inkluża b'mod ġenerali u aktar qawwi fiha, u b'hekk jiġu indirizzati l-kawżi strutturali tal-faqar fost in-nisa, b'mod partikolari fil-qafas tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-kuntest tas-semestru Ewropew, u jappella wkoll biex fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir tiġi inkluża gwida speċifika tal-politiki dwar kif jistgħu jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn is-sessi;

6.  Jinnota l-intersezzjonalità bejn is-sessi u raġunijiet oħra ta' diskriminazzjoni u l-impatt sproporzjonat ta' diskriminazzjoni multipla fuq in-nisa; iqis li l-faqar fost in-nisa, b'mod partikolari fost in-nisa aktar kbar fl-età, l-ommijiet waħedhom, in-nisa vittmi ta' vjolenza sessista, in-nisa b'diżabilità, in-nisa migranti, in-nisa rifuġjati u dawk li jfittxu asil, u n-nisa li jappartienu lill-minoranzi, jeħtieġ li jiġi indirizzat b'mod determinat bħala kwistjoni ta' urġenza; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jaħdmu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-korpi tal-infurzar tal-liġi, mal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex iżidu l-monitoraġġ tal-intersezzjonalità bejn is-sessi u r-raġunijiet differenti tad-diskriminazzjoni, u jimplimentaw strateġiji ta' inklużjoni aktar effettivi billi jagħmlu użu effiċjenti tar-riżorsi allokati lill-politiki soċjali, mhux l-inqas il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fondi Strutturali;

7.  Jappoġġja l-appell tal-Kunsill għal inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni li tiddefinixxi strateġija għall-ugwaljanza bejn is-sessi għall-2016-2020, li tkun tinkludi lill-persuni transġeneri u intersesswali, u biex l-istatus tal-impenn strateġiku tagħha fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi jiġi msaħħaħ, ħaġa li għandha tkun marbuta mill-qrib mal-istrateġija Ewropa 2020 u għandha tqis l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-politiki u jżidu l-investiment li jappoġġja l-impjieg tan-nisa f'impjiegi ta' kwalità fis-setturi kollha u jieħdu passi biex jiġġieldu lis-suriet ta' impjieg prekarji;

9.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu inizjattivi, miżuri u azzjonijiet ta' assistenza u konsulenza għal dawk in-nisa li jiddeċiedu li jsiru imprendituri;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni ġġib flimkien perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi mal-politika makroekonomika u timponi miżuri innovattivi sabiex ittejjeb l-opportunitajiet ugwali tax-xogħol u r-responsabilitajiet ugwali tal-indukrar għaż-żewġ sessi;

11.  Jinnota li parteċipazzjoni ugwali min-nisa u mill-irġiel fis-suq tax-xogħol u pagi aħjar u aktar ġusti għan-nisa mhux biss iżidu l-indipendenza ekonomika tan-nisa, imma wkoll iżidu b'mod sinifikanti l-potenzjal ekonomiku tal-UE, filwaqt li jikkonsolidaw in-natura ġusta u inklussiva tagħha; jinnota li, skont it-tbassir tal-OECD, konverġenza sħiħa tar-rati ta' parteċipazzjoni tirriżulta f'żieda ta' 12,4 % tal-PDG per capita sal-2030;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jieħdu azzjoni kontra l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-ħaddiema, b'mod speċjali l-ħaddiema nisa, li kulma jmur aktar qed jaħdmu f'impjiegi b'pagi baxxi u qed ikunu l-vittmi ta' diskriminazzjoni, kif ukoll jadottaw politiki u jieħdu miżuri biex jidentifikaw, jipproteġu kontra, jipprovdu informazzjoni dwar u jindirizzaw b'mod determinat il-fenomenu tal-fastidju morali fuq il-post tax-xogħol, inkluż fastidju lill-ħaddiema nisa tqal jew kwalunkwe żvantaġġ esperjenzat wara li jirritornaw mil-liv tal-maternità jew meta japplikaw għal xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu data diżaggregata kemm mil-lat tas-sessi kif ukoll mil-lat tal-istat ta' ġenitur fir-rigward tad-differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa;

13.  Jenfasizza li l-edukazzjoni hija għodda importanti li tgħin lin-nisa jipparteċipaw b'mod sħiħ fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku; jenfasizza li l-miżuri tat-tagħlim tul il-ħajja huma kruċjali biex jipprovdu lin-nisa l-ħiliet li jippermettulhom jirritornaw fid-dinja tax-xogħol jew itejbu l-impjieg, id-dħul u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi li joffru appoġġ fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' edukazzjoni professjonali għan-nisa, filwaqt li dawn jiġu mħeġġa jattendu l-edukazzjoni ogħla fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-informatika, jiġu żviluppati programmi ta' taħriġ dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-professjonisti tal-edukazzjoni, u l-isterjotipi jinżammu milli jiġu perpetwati permezz ta' kurrikuli u materjal pedagoġiku; jistieden lill-universitajiet u lill-istituzzjonijiet tar-riċerka jadottaw politiki ta' ugwaljanza bejn is-sessi, billi jsegwu l-linji gwida żviluppati mill-EIGE, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni ("L-għodda GEAR — Gender Equality in Academia and Research" ("L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fid-Dinja Akkademika u fir-Riċerka");

14.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jindirizzaw b'mod determinat il-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-sessiżmu u l-isterjotipi tas-sessi fis-sistemi edukattivi tagħhom fil-livelli kollha u jiżguraw li l-għanijiet tas-sistemi edukattivi tagħhom jinkludu l-edukazzjoni fir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u fid-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, u li l-prinċipji tagħhom ta' kwalità jkunu jinkludu l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-ugwaljanza ġenwina bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-promozzjoni tal-ugwaljanza sħiħa bejniethom;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tressaq pakkett komprensiv ambizzjuż ta' miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bħala parti mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017, filwaqt li tqis il-pilastru Ewropew imħabbar tad-drittijiet soċjali, u inkluża r-reviżjoni eżistenti tad-Direttivi dwar il-Liv tal-Maternità 92/85/KEE u dwar id-Direttiva tal-Liv tal-Ġenituri 2010/18/UE kif ukoll il-proposti għal direttivi dwar il-liv tal-paternità u l-liv tal-indukraturi, filwaqt li tħeġġeġ l-użu ugwali tal-arranġamenti tal-liv mill-irġiel u min-nisa fost il-kategoriji kollha tal-ħaddiema;

16.  Jinnota b'apprezzament li fl-2014-2015 għadd ta’ Stati Membri biddlu l-politika u/jew il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-liv tal-ġenituri, billi introduċew in-nontrasferibilità tad-dritt tal-użu tal-liv, in-natura mandatarja tal-liv tal-paternità, liv tal-paternità itwal u/jew bonus jekk il-liv jinqasam bejn il-ġenituri jew jekk jinqasam indaqs bejn il-ġenituri, ħaġa li ssaħħaħ id-drittijiet tagħhom bħala ġenituri, tiżgura grad ogħla ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u distribuzzjoni aktar xierqa tar-responsabilitajiet ta’ indukrar u dawk domestiċi, u ssaħħaħ l-opportunitajiet tan-nisa biex jipparteċipaw bis-sħiħa fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu lill-irġiel jaqsmu b’mod ugwali r-responsabilitajiet domestiċi u l-kura tat-tfal u ta’ persuni dipendenti oħra;

17.  Jistieden lill-Eurofound tkompli tiżviluppa l-attivitajiet tagħha għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-impjiegi u l-ħajja tax-xogħol permezz tal-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, tagħha, abbażi tal-kunċett tagħha ta’ impjieg ta’ kwalità bħala li jinkludi qligħ, prospetti, kwalità tal-ħin tax-xogħol, l-użu u d-diskrezzjoni ta’ ħiliet, l-ambjent soċjali, ir-riskju fiżiku u l-intensità tax-xogħol; jistieden, barra minn hekk, lill-Eurofound tiżviluppa r-riċerka tagħha dwar dawk il-politiki, ftehimiet tas-sħab soċjali u prattiki tal-kumpaniji li jappoġġaw bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, kif ukoll tiżviluppa r-riċerka tagħha dwar kif l-unitajiet domestiċi fejn iż-żewġ sieħba jaħdmu jistgħu jimmaniġġjaw l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol tagħhom u kif jistgħu jiġu appoġġati bl-aħjar mod;

18.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma resqux lejn l-individwalizzazzjoni tad-drittijiet fil-politika tal-ekwità soċjali biex jagħmlu dan, partikolarment fis-sistemi fiskali, sabiex jiġu eliminati l-inċentivi finanzjarji biex il-konjugi li jaqilgħu inqas jirtiraw mis-suq tax-xogħol jew imorru jaħdmu part-time;

19.  Jifraħ lill-Istati Membri li diġà laħqu ż-żewġ objettivi ta’ Barċellona; iħeġġeġ lill-Portugall, in-Netherlands, il-Lussemburgu, il-Finlandja, l-Italja, Malta u l-Estonja jilħqu l-mira l-oħra, u jistieden lill-Polonja, l-Kroazja u r-Rumanija, fejn iż-żewġ miri li huma għadhom ’il bogħod milli jintlaħqu, biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jipprovdu kura tat-tfal formali sabiex jingħata kontribut biex jinstab bilanċ aħjar bejn il-ħajja privata u dik professjonali tal-ħaddiema; jirrimarka li riċerki reċenti jindikaw b'mod qawwi li l-investiment fil-kura għat-tfal u għall-anzjani se jtejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol full-time u jippermettilhom igawdu inklużjoni lokali u soċjali akbar;

20.  Jerġa' jafferma l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistinkaw ħalli jistabbilixxu Garanzija għat-Tfal, li tkun tiżgura li kull tifel u tifla Ewropej li jinsabu fir-riskju tal-faqar ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa mingħajr ħlas, edukazzjoni mingħajr ħlas, kura tat-tfal mingħajr ħlas, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata; jenfasizza li din il-politika għandha tindirizza s-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet, b'mod partikolari f'komunitajiet vulnerabbli u emarġinati; jinnota li l-Inizjattiva ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tinkludi perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

21.  Jiddispjaċih dwar il-persistenza tad-differenza bejn il-pagi u bejn il-pensjonijiet bejn tal-irġiel u n-nisa, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jieħdu azzjoni urġenti biex dan id-distakk jagħlquh;

22.  Josserva li l-ewwel pass fil-ġlieda kontra d-diskrepanza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa huwa l-istabbiliment tat-trasparenza dwar il-livelli tal-pagi, u jinnota b’entużjażmu li għadd ta’ impriżi diġà bdew il-prattika li janalizzaw u jippubblikaw id-differenza bejn il-pagi tal-ħaddiema rġiel u nisa tagħhom; jistieden lil kull min iħaddem u lill-movimenti sindikalisti kollha biex jabbozzaw u jimplimentaw għodod speċifiċi operattivi għall-evalwazzjoni tax-xogħol biex ikun tista' tiġi ddeterminata paga ugwali għal xogħol ugwali u għal xogħol ta’ valur ugwali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jwettqu mapep tas-salarji u tal-pagi fuq bażi regolari, jippubblikaw id-data u jitolbu lill-kumpaniji biex jintroduċu mekkaniżmi interni għall-kxif ta’ differenzi fil-pagi;

23.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tqis il-prinċipju ta’ “paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali” bħala wieħed mill-oqsma ewlenin għal azzjoni; u f’dan il-kuntest jappella għal riformulazzjoni tad-Direttiva tal-2006 dwar it-Trattament Ugwali;

24.  Jikkundanna l-fatt li f’aktar minn nofs l-Istati Membri id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi żdiedet; jinkoraġixxi lil Ċipru, il-Ġermanja u n-Netherlands inaqqsu d-differenza bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, li hija ta’ kważi 50 %; jistieden lil Malta, Spanja, il-Belġju, l-Irlanda, il-Greċja, l-Italja u l-Awstrija jagħlqu d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, peress li bejn 11 % u 36 % tan-nisa f’dawk il-pajjiżi ma għandhom l-ebda aċċess għal pensjoni;

25.  Jifraħ lill-Gvern tal-Isvezja talli laħaq il-parità fir-rappreżentanza f’termini ta' ġeneru, u lis-Slovenja u Franza talli laħqu parità virtwali, u jinkoraġġixxi lill-Ungerija, is-Slovakkja u l-Greċja, li ffurmaw gvernijiet li ma fihom l-ebda mara,(40) jiżguraw li n-nisa jiġu rappreżentati biżżejjed fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu l-parità bejn is-sessi f’pożizzjonijiet ta’ livell għoli fil-gvernijiet, l-istituzzjonijiet u l-korpi pubbliċi tagħhom, u fil-listi elettorali, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm rappreżentanza ugwali fil-kunsilli lokali u fil-parlamenti reġjonali u nazzjonali, kif ukoll fil-Parlament Ewropew; jisħaq fuq il-fatt li diversi studji wrew li miżuri leġiżlattivi xierqa jistgħu jwasslu għal tibdil rapidu fil-bilanċ bejn is-sessi fl-isfera politika; jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li, jekk għandhom ikunu effettivi, jenħtieġ li l-kwoti jkunu akkumpanjati minn leġiżlazzjoni dwar l-ordni tal-listi tal-kandidati u sanzjonijiet xierqa f’każ ta’ ksur;

26.  Jenfasizza li s-sottorappreżentanza ċara tan-nisa f’karigi politiċi eletti u nominati fil-livell tal-UE u fil-livell tal-Istati Membri hija żvantaġġ demokratiku li jimmina l-leġittimità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell nazzjonali;

27.  Jitlob li l-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu dak kollu li hu possibbli fis-setgħa tagħhom biex jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Kulleġġ tal-Kummissarji u fil-karigi ta’ livell għoli fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-istituti u l-korpi kollha tal-UE;

28.  Jinnota bi tħassib li fl-2015, il-maġġoranza tal-pajjiżi baqgħu anqas mill-medja tal-UE f'dak li jirrigwarda l-livell ta’ rappreżentanza femminili fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati kbar meta mqabbel mal-2010; japprezza, madankollu, ix-xejra ġenerali tal-progress, b’mod partikolari fi Franza, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Belġju u d-Danimarka;

29.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill għall-adozzjoni rapida tad-direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża (("id-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet"), bħala l-ewwel pass importanti lejn rappreżentanza indaqs fis-settur pubbliku u f’dak privat; jinnota li l-progress huwa l-aktar tanġibbli (minn 11,9 % fl-2010 għal 22,7 % fl-2015) fl-Istati Membri li fihom ġiet adottata leġiżlazzjoni vinkolanti dwar il-kwoti għall-bordijiet(41);

30.  Jiddeplora l-fatt li Stat Membru wieħed biss laħaq parità bejn is-sessi fl-ogħla postijiet fi stabbilimenti ta’ edukazzjoni għolja, filwaqt li jilqa’ l-fatt li r-rappreżentanza femminili f’dawn il-pożizzjonijiet ittejbet b’mod ġenerali;

31.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprevjenu u jirreaġixxu għal kull tip ta’ vjolenza kontra n-nisa u għall-vjolenza sessista u jistabbilixxu aktar strateġiji ta’ prevenzjoni, biex is-servizzi ta’ appoġġ u protezzjoni speċjalizzati jkunu disponibbli b’mod iktar wiesa’ ħalli l-vittmi kollha jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom, u jiffokaw attenzjoni speċjali fuq l-aspetti tad-drittijiet tal-vittmi speċifiċi għall-ġeneri, inkluż meta dawn ikunu relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-espressjoni tal-ġeneru tal-vittma, meta jkunu qed jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi fl-2017; jistieden lill-Kunsill jattiva l-"klawsola passerelle", billi jadotta deċiżjoni unanima sabiex mal-oqsma tal-kriminalità elenkati fl-Artikolu 83(1) TFUE tiżdied il-vjolenza sessista; jistieden lill-Kummissjoni tvara reġistru Ewropew ta’ ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni li jikkumplementaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-vittmi;

32.  Itenni bil-qawwa li forom ta’ vjolenza u diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, inkluż, iżda mhux limitat għal, l-istupru u l-vjolenza sesswali, il-fastidju sesswali, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ irranġat, u l-vjolenza domestika, idgħajfu gravement id-dinjità tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu politiki ta’ tolleranza żero fir-rigward ta’ kull forma ta’ vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika, fejn il-vittmi ma jkunux jixtiequ jirrappurtaw il-vjolenza minħabba li tkun imwettqa mis-sieħeb jew minn membri tal-familja tagħhom stess; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu viżibilità lis-sitwazzjoni tan-nisa b’diżabilità bħala vittmi ta’ vjolenza domestika, li spiss ma jkunux jistgħu jaħarbu mir-relazzjoni abbużiva;

33.  Jilqa’ l-progress tal-Istati Membri fl-iffirmar tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, l-ewwel strument legalment vinkolanti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa f’livell internazzjonali; u jħeġġeġ lil dawk l-14-il Stat Membru li għadhom ma rratifikawhiex biex jagħmlu dan mingħajr dewmien; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li saret f'Marzu 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħaffu n-negozjati dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul u jappoġġja l-adeżjoni magħha mingħajr riżerva u fuq bażi wiesgħa; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tinkludi definizzjoni tal-vjolenza sessista f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/29/UE u tippreżenta, malajr kemm jista’ jkun, strateġija Ewropea komprensiva għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, li għandu jkun fiha att leġiżlattiv vinkolanti;

34.  Ifaħħar il-prattika tal-Eurostat u tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u tal-pulizija nazzjonali li jikkooperaw fl-iskambji tad-data bil-għan li jinxteħet dawl fuq il-prattika kundannabbli tal-vjolenza sessista fl-UE, u jistedinhom jagħmlu din il-prattika waħda kontinwa billi jimmonitorjaw, f’kooperazzjoni mal-EIGE, l-okkorrenza tar-reati mwettqa kontra n-nisa fuq bażi annwali;

35.  Jenfasizza r-rabtiet mill-qrib bejn l-isterjotipi u l-għadd dejjem jikber b'mod konsiderevoli ta’ każijiet ta’ fastidju kontra n-nisa u s-sessiżmu fuq l-internet u fuq il-midja soċjali, li jwasslu wkoll għal forom ġodda ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, bħalma huma l-bullying fuq l-internet, il-fastidju fuq l-internet, l-użu ta’ immaġnijiet degradanti online u d-distribuzzjoni fuq il-midja soċjali ta’ ritratti u filmati privati mingħajr il-kunsens tal-persuni involuti; jenfasizza l-ħtieġa li dawn jiġu miġġielda minn età bikrija; jenfasizza li tali sitwazzjonijiet jistgħu jfeġġu minn nuqqas ta’ protezzjoni min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra, li suppost joħolqu ambjent newtrali f’sens ta’ ġeneri u jiddenunzjaw is-sessiżmu;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri legali u ġuridiċi kollha għall-ġlieda kontra l-fenomenu tal-vjolenza kontra n-nisa fuq l-internet; b’mod partikolari jappella lill-UE u lill-Istati Membri jgħaqqdu l-forzi permezz ta’ strateġija Ewropea komprensiva għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista bl-għan li jinħoloq qafas li jirrikonoxxi l-forom ġodda ta’ vjolenza online bħala reat kriminali, u jiġi stabbilit appoġġ psikoloġiku għan-nisa u l-bniet li jisfaw vittmi tal-vjolenza online; jitlob għal valutazzjoni tal-impatt fuq is-sessi tal-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-UE u taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (Europol) sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu inklużi u biex il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi adottata fil-ħidma tagħhom;

37.  Jitlob, mill-ġdid, lill-Kummissjoni tistabbilixxi ċentru Ewropew għall-monitoraġġ tal-vjolenza sessista (fuq il-mudell tal-attwali Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi), li għandu jitmexxa minn koordinatur Ewropew għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu miżuri biex jipproteġu lin-nisa u lill-persuni LGBTI mill-fastidju fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-Deċiżjoni Qafas attwali tal-UE dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali(42), bil-għan li jiġu inklużi s-sessiżmu, l-atti kriminali ta’ preġudizzju u l-inċitament għall-mibegħda abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tal-ġeneru;

39.  Jikkundanna l-fatt li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE għadha sseħħ il-kirurġija ta’ “normalizzazzjoni” fuq l-organi ġenitali fuq it-trabi intersesswali , minkejja li mhijiex medikament meħtieġa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jevitaw tali trattamenti mediċi mingħajr il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna kkonċernata;

40.  Jinnota li f’Malta u fil-Greċja l-persuni intersesswali huma protetti kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristiċi tas-sess; jistieden lill-Istati Membri jinkludu r-raġunijiet tal-identità tal-ġeneru u tal-karatteristiċi tas-sess fi ħdan il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi meta jkunu qed jimplimentaw id-direttivi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

41.  Jenfasizza li l-forom ta' vjolenza u diskriminazzjoni bbażati fuq il-ġeneru, inklużi, iżda mhux biss, l-istupru u l-vjolenza sesswali, il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF), iż-żwieġ furzat, il-vjolenza domestika, l-hekk imsejħa delitti tal-unur u d-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri approvata uffiċjalment mill-istat, jikkostitwixxu persekuzzjoni u għandhom jitqiesu bħala raġunijiet validi għat-tfittxija ta' asil fl-UE; jappoġġja l-ħolqien ta’ modi ta’ dħul sikuri u legali lejn l-UE; ifakkar li n-nisa u l-bniet huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament mill-kuntrabandisti;

42.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri biex immedjatament itemmu d-detenzjoni tat-tfal, tan-nisa tqal u li qed ireddgħu u tal-vittmi superstiti ta’ stupru, vjolenza sesswali u traffikar, u biex jagħmlu disponibbli appoġġ psikoloġiku u tas-saħħa xieraq, mogħti minn professjonisti li jkunu xierqa mil-lat tal-ġeneru bħalma huma psikologi, ħaddiema soċjali, infirmiera u tobba li jkunu ġew imħarrġa b’mod xieraq għal emerġenzi bħal dawn; ifakkar li l-appoġġ f’waqtu għar-rifuġjati vittmi ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali (perċepita) jew l-identità tal-ġeneru għandu jiġi pprovdut fl-istadji kollha tal-proċess ta’ migrazzjoni, inkluża r-rilokazzjoni immedjata f’każ li s-sigurtà tagħhom ma tkunx tista’ tiġi garantita, appoġġ ta’ saħħa mentali ta’ kwalità u rikonoxximent immedjat tal-identità tal-ġeneru għad-durata tal-proċeduri tal-asil bħala miżura għall-prevenzjoni tal-vjolenza;

43.  Itenni li d-dimensjoni tal-ġeneru fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li issa jikkostitwixxi waħda mill-iktar attivitajiet profitabbli ta’ kriminalità organizzata, għandha tiġi mmonitorjata b’mod konsistenti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE ta' kontra t-traffikar, u jtenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tkompli timmonitorja dan waqt il-valutazzjoni tagħha tal-konformità mad-Direttiva u tal-implimentazzjoni tagħha min-naħa tal-Istati Membri, filwaqt li tiżgura li l-obbligi ta’ rappurtar u l-kalendarju kif deskritti fid-Direttiva jiġu rispettati;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni toffri kemm appoġġ finanzjarju kif ukoll loġistiku lill-Istati Membri involuti fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikolari l-Italja u l-Greċja, li, wara l-kriżi attwali tal-migranti, sabu ruħhom fuq quddiem nett biex jindirizzaw b'mod determinat din l-emerġenza;

45.  Jitlob li l-isforzi li jsiru fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE biex tiġi miġġielda l-persistenza tal-isterjotipi u d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jiġu intensifikati, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni li jiffukaw fuq l-immaġini mhux sterjotipika tan-nisa u l-bniet u s-subien u l-irġiel u huma mmirati lejn il-livelli kollha tas-soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jieħdu inizjattivi pożittivi bħalma huma strateġiji biex in-nisa jitħeġġu jagħżlu karrieri u professjonijiet li fihom mhumiex rappreżentati biżżejjed u li jħeġġu lill-irġiel jieħdu sehem ġust mill-kompiti tal-familja u dawk jdomestiċi jew li żidu l-fehim fost l-irġiel dwar kif l-vjolenza, inkluż it-traffikar għall-iskop ta’ sfruttament sesswali kummerċjalizzat, iż-żwiġijiet furzati u x-xogħol furzat, tagħmel ħsara lin-nisa, lill-irġiel u lit-tfal u timmina l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll billi jieħdu miżuri biex titnaqqas id-domanda għan-nisa u t-tfal ittraffikati permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni;

46.  Itenni li n-nisa għandu jkollhom kontroll fuq is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri kollha jiggarantixxu aċċess faċli lin-nisa għall-ippjanar tal-familja volontarju u għall-firxa sħiħa ta’ servizzi tas-saħħa riproduttiva u sesswali, inklużi l-kontraċezzjoni u l-abort sigur u legali; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom biex iwettqu azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni pubblika bl-għan li jagħmlu lill-irġiel u lin-nisa għal kollox konxji mid-drittijiet u r-responsabilitajiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet sesswali u riproduttiva;

47.  Jevidenzja t-tendenza li qed tikber tal-użu eċċessiv ta’ klawżoli ta' oġġezzjoni kuxjenzjuża, li jirriżultaw f’ostakoli għall-aċċess għal servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-klawżoli ta’ oġġezzjoni kuxjenzjuża ma jżommux lill-pazjenti milli jaċċedu għal kura medika legali;

48.  Iqis li ċ-ċaħda ta’ servizzi li jsalvaw il-ħajja b’rabta mas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż abort sikur, tammonta għal ksur gravi tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem;

49.  Jenfasizza l-importanza ta’ politiki attivi ta’ prevenzjoni, edukazzjoni u informazzjoni għall-adolexxenti, għaż-żgħażagħ u għall-adulti biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jibbenefikaw minn saħħa sesswali u riproduttiva tajba u jevitaw mard trażmess sesswalment u tqala mhux mixtieqa;

50.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-programmi komprensivi tagħhom ta' edukazzjoni sesswali u ta' edukazzjoni dwar ir-relazzjonijiet, inkluż it-tagħlim lill-bniet u lis-subien dwar relazzjonijiet ibbażati fuq il-kunsens, ir-rispett u r-reċiproċità, kif ukoll fl-attivitajiet ta’ sport u ħin liberu, fejn l-isterjotipi u l-istennijiet ibbażati fuq is-sessi jistgħu jaffettwaw l-awtostima tagħhom, is-saħħa, l-akkwist ta’ ħiliet, l-iżvilupp intellettwali, l-integrazzjoni soċjali u l-bini ta' identità tal-bniet u tas-subien;

51.  Jenfasizza l-importanza li l-irġiel jiġu inkoraġġuti jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-azzjonijiet kollha lejn il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li jiġu identifikati l-kuntesti kollha li fihom għadd kbir ta’ rġiel jistgħu jintlaħqu, b’mod partikolari fl-istituzzjonijiet, l-industriji u l-assoċjazzjonijiet iddominati mill-irġiel, li l-irġiel jiġu sensitizzati għar-rwoli u r-responsabilitajiet tagħhom fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jiġi appoġġjat il-prinċipju tas-setgħa u r-responsabilità kondiviżi bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, fil-komunitajiet, fl-isfera privata u fil-komunitajiet nazzjonali u internazzjonali aktar wiesgħa;

52.  Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw dawk il-każijiet fejn il-midja u l-industrija tar-reklamar jippromwovu s-sesswalizzazzjoni u l-kommodifikazzjoni tan-nisa u ta’ spiss juru sterjotipi femminili tas- żogħżija, is-sbuħija u l-attrazzjoni sesswali bħala mudell ta’ suċċess soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni legali f’każijiet ta’ ksur tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi minn Stat Membru u tippromwovi prattiki tajba fl-impriżi pubbliċi u privati tal-midja permezz ta’ inċentivi; iħeġġeġ lill-midja u lill-industrija tar-reklamar jirrispettaw id-dinjità tan-nisa u jiżguraw li l-immaġini tagħhom tkun ħielsa minn sterjotipi u diskriminazzjoni u tkun konformi mad-diversità femminili eżistenti; jistieden, barra minn hekk, lill-midja u lill-industrija tar-reklamar jagħtu attenzjoni lil stili ta’ għajxien b’saħithom, mudelli ta’ familja differenti u stili ta’ għajxien differenti;

53.  Ifakkar fl-impenji li sar qbil dwarhom mill-UE fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni UE-CELAC (Komunità ta’ Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew) tal-2013 u l-2015 dwar l-eradikazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-kapitolu 7 tagħhom dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden lill-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jikkooperaw u jallokaw riżorsi ekonomiċi u istituzzjonali biex jiġi żgurat it-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi miftiehma fil-pjanijiet ta’ azzjoni, speċjalment rigward il-qerda ta’ kull forma ta’ vjolenza, skont il-Konvenzjoni Belem de Pará, il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u l-Konvenzjoni CEDAW;

54.  Jenfasizza l-fatt li, skont riċerka, l-impatt tat-tibdil fil-klima intwera li hu akbar għan-nisa milli għall-irġiel, billi huwa aktar probabbli li n-nisa jerfgħu l-akbar piż f’sitwazzjonijiet ta’ faqar; jemmen li n-nisa għandhom jipparteċipaw b’mod attiv fil-politika u fl-azzjoni dwar it-tibdil fil-klima;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli komprensiva li tkopri l-oqsma ta’ politika interni u esterni rilevanti kollha u tiżviluppa mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, rieżami u responsabilità effettivi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, inkluż għall-miri u l-indikaturi tagħha dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tan-nisa u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri b’mod aktar effettiv, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jinbdew proċeduri ta’ ksur f’każijiet ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti;

57.  Jiddispjaċih li, minkejja d-dikjarazzjoni interistituzzjonali dwar l-iżgurar tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi mehmuża mal-Qafas Finanzjarjau Pluriennali (QFP), s'issa ma ttieħdet l-ebda miżura dwar l-ibbaġitjar għall-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi ; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi sorveljat mill-qrib kif il-prinċipji tad-dikjarazzjoni konġunta ġew implimentati fir-rigward tal-proċeduri baġitarji annwali, u jitlob li l-kumitat responsabbli jingħata rwol formali fil-proċess ta’ reviżjoni tal-QFP;

58.  Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri jiżguraw l-eżistenza u l-permanenza ta’ riżorsi xierqa għall-korpi inkarigati mit-tfassil, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki għall-ugwaljanza bejn is-sessi, bħala indikatur ewlieni tal-impenn tal-gvernijiet biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi;

59.  Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jintroduċu indikaturi speċifiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-EIGE, fis-sistema ta' monitoraġġ tal-mekkaniżmu futur tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija usa’ dwar l-ugwaljanza , inkluża direttiva orizzontali biex tindirizza b'mod determinat id-diskriminazzjoni, bl-għan li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fil-forom kollha tagħha; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kunsill jilħaq pożizzjoni komuni malajr kemm jista' jkun dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età, il-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426), li ilha mblukkata minn mindu l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar dan fit-2 ta' April 2009(43); jappella lill-Kunsill, għal darba oħra, biex jinkludi l-ġeneru bħala fattur tad-diskriminazzjoni;

61.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(2) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(3) ĠU C 70E, 8.3.2012, p. 162.
(4) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(5) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(6) ĠU L 353, 28.12.2013, p. 7.
(7) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.
(8) ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13.
(9) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
(10) ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56.
(11) ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24.
(12) ĠU C 341E, 16.12.2010, p. 35.
(13) ĠU C 199E, 7.7.2012, p. 65.
(14) ĠU C 251E, 31.8.2013, p. 1.
(15) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 2.
(16) Testi adottati, P7_TA(2014)0105.
(17) Testi adottati, P8_TA(2016)0042.
(18) ĠU C 407, 4.11.2016, p.2.
(19) Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
(20) Testi adottati, P8_TA(2015)0312.
(21) Testi adottati, P8_TA(2016)0073.
(22) Testi adottati, P8_TA(2016)0203.
(23) Testi adottati, P8_TA(2016)0235.
(24) Testi adottati, P8_TA(2016)0338.
(25) Testi adottati, P8_TA(2016)0360.
(26) Testi adottati, P8_TA(2016)0072.
(27) Testi adottati, P8_TA(2016)0227.
(28) ISBN 978-92-79-29898-1.
(29) ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5.
(30) http://www.un.org/womenwatch/daw/csw/csw48/ac-men-auv.pdf
(31) ISBN 978-92-79-36171-5.
(32) Rapport tal-Eurofound (2016): "The gender employment gap: challenges and solutions" ("Id-diskrepanza bejn is-sessi fil-qasam tal-impjiegi: sfidi u soluzzjonijiet").
(33) Rapport tal-Eurofound (2015): "Promoting uptake of parental and paternity leave among fathers in the European Union" ("Il-promozzjoni tal-użu tal-liv tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet fl-Unjoni Ewropea").
(34) Eurofound (2015): "First findings: Sixth European Working Conditions Survey" ("L-ewwel sejbiet: Is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol").
(35) http://ec.europa.eu/eurostat/web/crime/database
(36) Rapport tal-Eurostat "Trafficking in human beings" ("It-traffikar tal-bnedmin"), edizzjoni tal-2015.
(37) In-Netwerk Ewropew tal-Esperti Legali fil-Qasam tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi u n-Nondiskriminazzjoni: "A comparative analysis of gender equality law in Europe 2015" ("Analiżi komparattiva tal-liġi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa 2015").
(38) EIGE (2014): "Effectiveness of institutional mechanisms for the advancement of gender equality. Review of the implementation of the Beijing Platform for Action in the EU Member States" ("L-effettività tal-mekkaniżmi istituzzjonali għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE").
(39) Rapport tal-Eurofound (2014): "Social partners and gender equality in Europe" ("Is-sħab soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa").
(40) L-iżviluppi li qed iseħħu fl-2014 u fl-2015.
(41) Skeda informattiva tal-Kummissjoni Ewropea “Il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi – l-Ewropa qed tiġġieled kontra limiti li ma jidhrux”, Ottubru 2015; Kummissjoni Ewropea, DĠ JUST, “In-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi fl-UE: Rapport ta’ progress: Inizjattiva ta’ Ewropa 2020”, 2012; Aagoth Storvik u Mari Teigen, "Women on Board: The Norwegian Experience" (“In-Nisa Abbord : L-Esperjenza Norveġiża”), Ġunju 2010.
(42) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(43) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 68.


Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi
PDF 391kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (2016/2012(INI))
P8_TA(2017)0074A8-0043/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 19(1) u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (COM(2015)0190),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE fis-settur tal-assikurazzjoni, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-236/09 (Test-Achats)(2),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta' Marzu 2011 fil-Kawża C-236/09 (Test-Achats)(3),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u l-Artikolu 3 tagħha li jiddefinixxi 'ġeneru' bħala "r-rwoli, imġibiet, attivitajiet u attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tikkunsidra xierqa għan-nisa u l-irġiel",

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" (COM(2016)0356),

–  wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea tad-Direttiva 2004/113/KE li saret f'Jannar 2017 mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew(4),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Equinet ta' Novembru 2014 bl-isem "Equality Bodies and the Gender Goods and Services Directive" (Korpi tal-Ugwaljanza u d-Direttiva dwar is-Sessi u l-Merkanzija u s-Servizzi),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2014 tan-Netwerk Ewropew ta' Esperti Legali fil-Qasam tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi bl-isem "Gender Equality Law in 33 European Countries: How are EU rules transposed into national law?", (Il-Liġi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fi 33 Pajjiż Ewropew – Kif ġew trasposti r-regoli tal-UE fil-liġi nazzjonali?),

–  wara li kkunsidra r-rapport tan-Netwerk Ewropew ta' Esperti Legali fil-Qasam tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi ta' Lulju 2009 intitolat "Sex Discrimination in the Access to and Supply of Goods and Services and the Transposition of Directive 2004/113/KE" (Id-Diskriminazzjoni Sesswali fl-Aċċess għal u l-Provvista ta' Merkanzija u Servizzi u t-Traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-13/94 li d-dritt li wieħed ma jkunx diskriminat għal raġunijiet ta' sess jista' jinkludi diskriminazzjoni li tirriżulta minn tibdil tas-sess ta' persuna(5) u wara li kkunsidra wkoll l-istħarriġ dwar il-persuni LGBTI tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u r-rapport tagħha bl-isem "Professionally speaking: challenges to achieving equality for LGBT people" (Biex ngħiduha b'mod professjonali – l-isfidi għall-ksib tal-ugwaljanza għall-persuni LGBT), kollu dwar il-qasam tal-merkanzija u s-servizzi,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament tat-2 ta’ April 2009 dwar dan(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2016 dwar fatturi esterni li jirrappreżentaw ostakoli għall-intraprenditorija femminili Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0043/2017),

A.  billi l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru, kemm diretta kif ukoll indiretta, fil-qasam tal-merkanzija u s-servizzi hija parti integrali mill-prinċipju ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li jikkostitwixxi valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u billi kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tas-sess u jirrikjedu li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi żgurata fl-oqsma kollha u fl-Istati Membri kollha tal-UE;

B.  billi d-Direttiva 2004/113/KE (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva") testendi l-prinċipju ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa lil hinn mill-isfera tal-impjieg u s-suq tax-xogħol u ddaħħlu fil-qasam tal-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi;

C.  billi d-Direttiva tipprojbixxi kemm id-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta bbażata fuq is-sess fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat;

D.  billi d-Direttiva hija applikabbli għall-merkanzija u s-servizzi kollha pprovduti bi ħlas, skont it-tifsira tal-Artikolu 57 tat-TFUE u skont il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE); billi r-rimunerazzjoni ma tridx neċessarjament tiġi pprovduta minn dawk li jingħatalhom is-servizz u tista' tiġi pprovduta f'forma ta' pagament indirett li mhux neċessarjament jinvolvi lill-konsumatur tas-servizz;

E.  billi fis-setturi tal-media u tar-reklamar, is-servizzi relatati mal-edukazzjoni u s-servizzi li huma pprovduti fl-isfera privata huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva; billi l-Istati Membri għandhom il-kompetenza leġiżlattiva li jiżguraw it-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel f'oqsma oħra, u billi f'xi każijiet il-leġiżlazzjoni nazzjonali tmur lil hinn minn dak li tirrikjedi d-Direttiva billi tkopri d-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fil-media, ir-reklamar u l-edukazzjoni;

F.  billi d-Direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali tat-28 Stati Membri kollha; billi, skont ir-rapport tal-Kummissjoni, fl-2015, kien għadu għaddej djalogu intensiv dwar l-implimentazzjoni suffiċjenti tad-Direttiva ma' sitt Stati Membri;

G.  billi fis-sentenza Test-Achats, il-QtĠ-UE kkonkludiet li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva jmur kontra l-ilħiq tal-objettiv ta' trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel; billi din id-dispożizzjoni ġiet meqjusa bħala invalida b'effett mill-21 ta' Diċembru 2012 u b'riżultat ta' dan huma obbligatorji primjums u benefiċċji unisex fl-Istati Membri kollha;

H.  billi l-oqsma problematiċi ewlenin fl-implimentazzjoni tad-Direttiva jinkludu fehim restrittiv iżżejjed tal-kunċett ta' merkanzija u servizzi, ġustifikazzjonijiet wiesgħa u xi drabi mhux ċari ta' trattament inugwali fuq il-bażi tal-Artikolu 4(5) u protezzjoni insuffiċjenti għan-nisa għal raġunijiet ta' maternità u tqala;

I.  filwaqt li fil-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni huwa importanti li jiġu rrispettati drittijiet u libertajiet fundamentali oħra, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja u t-transazzjonijiet imwettqa f'dak il-kuntest u l-libertà tar-reliġjon;

J.  billi d-Direttiva dwar Trattament Ugwali proposta fl-2008 se testendi l-protezzjoni mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' reliġjon jew twemmin, età, diżabilità u orjentazzjoni sesswali lilhinn mis-suq tax-xogħol għall-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, il-vantaġġi soċjali, l-edukazzjoni, u l-aċċess għal u l-provvista ta' prodotti u servizzi; billi s'issa l-Kunsill ma adottax il-pożizzjoni tiegħu dwar din il-proposta għal direttiva;

K.  billi, filwaqt li l-komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni bl-isem "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" tirrappreżenta punt ta' tluq tajjeb għall-promozzjoni u r-regolazzjoni ta' dan is-settur b'mod effettiv, hemm ħtieġa li tiġi inkorporata l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva f'analiżi u rakkomandazzjonijiet ulterjuri f'dan il-qasam;

L.  billi r-realizzazjoni tal-potenzjal sħiħ tad-Direttiva jiddependi minn integrazzjoni effiċjenti u konsistenti tal-perspettiva tal-ġeneri fis-setturi kollha rilevanti li tapplika għalihom;

M.  billi l-ħidma tan-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza hija kruċjali biex titjieb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament ugwali u tiġi kkoordinata l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aqwa prattiki bejn l-entitajiet nazzjonali inkarigati mill-ugwaljanza fl-UE kollha;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jinnota li l-applikazzjoni tad-Direttiva mhix uniformi u tvarja fl-Istati Membri u li, minkejja l-progress miksub f'dan il-qasam, għad hemm sfidi u lakuni fl-implimentazzjoni tagħha li jeħtieġ li jiġu indirizzati f'xi Stati Membri u f'ċerti setturi mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-indirizzar ta' kwalunkwe lakuni pendenti fl-implimentazzjoni fid-djalogu tagħhom mal-Istati Membri; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE u jirrakkomanda li appoġġ akbar mill-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, flimkien ma' gwida lill-industrija mill-Istati Membri, jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva;

2.  Jinnota li l-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva  b'dewmien twil mill-ewwel rapport tagħha fl-2009;

3.  Jinnota li, filwaqt li r-rapport tal-Kummissjoni jiddikjara li ma ġiet issinjalata l-ebda diffikultà fl-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva, din id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq numru żgħir ħafna ta' każijiet ta' diskriminazzjoni rrapportati, u li kumplessivament hemm informazzjoni limitata ħafna u li l-ġbir tad-data f'dan il-qasam ivarja b'mod konsiderevoli fil-livell tal-Istati Membri;

4.  Jenfasizza li waħda mill-isfidi ffaċċjati f'xi Stati Membri hija n-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet u l-protezzjonijiet mogħtija liċ-ċittadini kif minquxa fid-Direttiva fost dawk li jfasslu l-politika, il-fornituri tas-servizzi u ċ-ċittadini nfushom; jirrimarka li n-nuqqas ta' għarfien u sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej dwar id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet tagħha jista' jirriżulta f'għadd iżgħar ta' lmenti dwar id-diskriminazzjoni bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati rilevanti biex iqajmu l-kuxjenza, potenzjalment f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur, dwar id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva sabiex issaħħu l-perċezzjoni tal-importanza tat-trattament ugwali fil-qasam tal-merkanzija u s-servizzi;

5.  Jinnota li xi Stati Membri biss irrapportaw l-eżistenza ta' dispożizzjonijiet speċifiċi dwar azzjoni pożittiva; jistieden lill-Istati Membri jintegraw u jippromwovu aħjar id-dispożizzjonijiet dwar l-azzjoni pożittiva, li hija bbażata fuq għan leġittimu u taħdem biex tevita jew tikkumpensa l-inugwaljanzi fuq il-bażi tal-ġeneru, kif speċifikat fid-Direttiva;

Is-settur bankarju, finanzjarju u dak tal-assikurazzjoni,

6.  Jilqa' l-implimentazzjoni tas-sentenza Test-Achats fil-leġiżlazzjoni nazzjonali mill-Istati Membri u l-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ġiet emendata b'mod legalment vinkolanti; jirrimarka li għad hemm sfidi relatati mal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mas-sentenza, pereżempju fl-iskemi ta' assikurazzjoni medika u fir-rigward tal-eliminazzjoni sħiħa tad-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' tqala u maternità;

7.  Jenfasizza li l-effett ugwalizzanti fuq il-pensjonijiet tas-sentenza li pprojbixxiet fatturi attwarjali fuq il-bażi tal-ġeneru fil-kuntratti tal-assikurazzjoni u għamlet il-primjums u l-benefiċċji unisex obbligatorji fl-iskemi privati tal-assikurazzjoni, inklużi l-pensjonijiet; jinnota li, filwaqt li din is-sentenza tapplika biss għall-iskemi privati, ir-regola unisex fil-pensjonijiet tikkostitwixxi prattika tajba f'termini tat-tnaqqis tad-differenza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri; jilqa' d-deċiżjoni ta' xi Stati Membri li jmorru lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sentenza billi jestendu r-regola unisex sabiex tkopri tipi oħra ta' assikurazzjoni u pensjonijiet, inklużi l-iskemi tal-pensjoni okkupazzjonali, sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f'dawn l-oqsma; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri l-oħra jikkunsidraw li jagħmlu dan huma wkoll, jekk ikun xieraq;

8.  Iqis li l-iżgurar tal-implimentazzjoni xierqa u sħiħa tas-sentenza huwa kruċjali; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja, permezz ta' rapporti perjodiċi, il-konformità ma' dawn ir-regoli fl-Istati Membri sabiex tiżgura li tiġi indirizzata kwalunkwe lakuna;

9.  Jenfasizza li d-Direttiva tipprojbixxi espressament l-użu ta' tqala u maternità bħala mod ta' differenzjazzjoni fil-kalkolu tal-primjums għall-finijiet ta' assikurazzjoni u servizzi finanzjarji relatati; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforz akbar u jsaħħu ċ-ċarezza fil-protezzjoni tad-drittijiet u l-benessri tan-nisa tqal f'dan il-qasam, jissalvagwardjawhom kontra spejjeż relatati mat-tqala li ma jkunux kwalifikati, peress li n-nisa tqal m'għandhomx jesperjenzaw spejjeż ogħla sempliċement fuq il-bażi tat-tqala tagħhom, u biex iqajmu l-kuxjenza fost il-fornituri tas-servizzi fir-rigward tal-protezzjoni speċjali mogħtija lin-nisa tqal; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jkun żgurat li l-perjodi tranżitorji f'tipi differenti ta' assikurazzjoni, speċjalment l-assikurazzjoni medika, ma jfixklux id-drittijiet tan-nisa tqal li jgawdu minn trattament ugwali matul il-perjodu tat-tqala;

10.  Itenni li d-dritt li wieħed ma jkunx diskriminat għal raġunijiet ta' ġeneru jista' jinkludi d-diskriminazzjoni li tirriżulta mit-tibdil fis-sess ta' persuna(8), u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li n-nisa u l-irġiel ikunu protetti kontra diskriminazzjoni għal dawn ir-raġunijiet; jenfasizza li d-Direttiva toffri protezzjoni f'dan ir-rigward u kwalunkwe speċifikazzjoni ulterjuri tista' ssir fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li 13-il Stat Membru għadhom ma adottawx dispożizzjonijiet legali diretti biex jipproteġu lill-persuni transġeneri, li għadhom jesperjenzaw id-diskriminazzjoni fil-provvista ta' u l-aċċess għal prodotti u servizzi, u jiġbed l-attenzjoni li l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet bħal dawn tista' tikkontribwixxi biex jiżdied l-għarfien dwar il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja d-diskriminazzjoni għal dawn ir-raġunijiet fir-rapporti futuri tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva;

11.  Jiddispjaċih li għad hemm prattiki diskriminatorji kontra n-nisa u prattiki diskriminatorji marbuta mat-tqala, il-pjanijiet għall-maternità u l-maternità f'termini ta' aċċess għas-servizzi pprovduti mis-settur tal-assikurazzjoni u dak bankarju;

12.  Jinnota li l-akbar diffikultà għall-imprendituri femminili biex ikollhom aċċess għall-finanzjament tista' parzjalment tkun relatata ma' diffikultà fil-bini ta' storja ta' kreditu u esperjenza maniġerjali suffiċjenti; jistieden lill-Istati Membri jikkollaboraw mas-settur finanzjarju biex jiżguraw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għall-kapital għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; jistedinhom jesploraw il-possibilitajiet li jdaħħlu perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrutturi ta' rappurtar tagħhom dwar l-attribuzzjoni ta' self, fit-tfassil tal-profili ta' riskju tagħhom, il-mandati ta' investiment u l-istrutturi tal-persunal, u fil-prodotti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri effettivi b'eżempji prattiċi li jiżguraw li kulħadd ikun jista' jagħmel użu b'mod sħiħ u xieraq mid-Direttiva bħala mezz effettiv ta' protezzjoni tad-drittijiet tagħhom għal trattament ugwali fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi kollha;

13.  Jitlob li jkun hemm approċċ olistiku lejn l-intraprenditorija femminili, bil-għan li jinkoraġġixxi u jappoġġja lin-nisa jibnu karriera fl-intraprenditorija, jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi u l-opportunitajiet kummerċjali, u joħloq ambjent li jippermetti li n-nisa jilħqu l-potenzjal tagħhom u jsiru intraprendituri b'suċċess billi jiżgura, fost l-oħrajn, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u l-ħajja personali, l-aċċess għal faċilitajiet ta' indukrar tat-tfal u taħriġ imfassal apposta;

Is-settur tat-trasport u l-ispazji pubbliċi

14.  Jinnota li filwaqt li l-projbizzjoni tal-fastidju, inkluż il-fastidju sesswali u dak fuq il-bażi tal-ġeneru, huwa inkorporat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, in-nisa u l-persuni transġeneru u intersesswali għadhom jesperjenzaw forom ta' abbuż fuq il-mezzi tat-trasport fuq bażi sistematika u frekwenti u hemm ħtieġa persistenti biex jitjiebu l-miżuri preventivi kontra l-fastidju, inkluża s-sensibilizzazzjoni fost il-fornituri tas-servizzi;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam; jitlob li wieħed jiffoka fuq dawk il-miżuri preventivi li huma konsistenti mal-prinċipju ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif rakkomandat pereżempju fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), li ma jillimitawx il-libertajiet tan-nisa u li jikkonċentraw primarjament fuq l-indirizzar tal-awturi potenzjali tar-reati aktar milli jimmodifikaw l-imġiba tan-nisa bħala vittmi potenzjali; jinnota li l-Konvenzjoni ta' Istanbul tiddikjara li t-twettiq de jure u de facto tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huwa element ewlieni fil-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u, għalhekk, jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsegwu dan l-approċċ komprensiv fil-politika tagħhom bil-għan li jeradikaw il-vjolenza fuq in-nisa, inkluża l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kontra l-fastidju deskritti fid-Direttiva; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill javvanzaw fil-proċess tal-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni;

16.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-ġenituri u l-indukraturi tat-tfal żgħar għadhom qed jaffaċċjaw ostakli fiżiċi għall-aċċess u ostakli oħra bħal aċċess insuffiċjenti għal faċilitajiet għall-bdil tal-ħrieqi fil-binjiet tal-fornituri tas-servizzi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet kemm tal-ommijiet kif ukoll tal-missirijiet biex igawdu opportunitajiet ugwali fil-kumpanija ta' wliedhom fil-binjiet tal-fornituri tas-servizzi; jenfasizza li t-trattament ugwali kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, bħala ġenituri u indukraturi ta' tfal żgħar, fl-aċċess għal u l-użu ta' servizzi huwa kruċjali għall-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod ġenerali peress li dan jippromwovi responsabilità ugwali u kondiviża għall-kura tat-tfal bejn in-nisa u l-irġiel; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza fost il-fornituri tas-servizzi dwar il-ħtieġa li jkun hemm disponibbli faċilitajiet ugwali u sikuri għaż-żewġ ġenituri fil-binjiet tagħhom;

17.  Jinnota, barra minn hekk, li l-indukraturi, b'mod predominanti nisa, għandhom rekwiżiti ta' aċċessibilità speċifiċi u jħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ostakli u l-limitazzjonijiet kollha li jiltaqgħu magħhom in-nisa bħala l-utenti ewlenin tas-servizzi ta' trasport pubbliku u mill-indukraturi b'mod ġenerali, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Ħames Konferenza dwar Kwistjonijiet tan-Nisa fit-Trasport li saret f'Pariġi fl-2014; jenfasizza li, minkejja r-riċerka f'dan il-qasam, ingħatat attenzjoni limitata lill-iżvilupp ta' linji ta' politika speċifiċi għall-ġeneru fis-settur tat-trasport; jinnota li l-integrazzjoni tal-perspettiva sensittiva għall-ġeneru fl-istadji bikrija tal-ippjanar u l-istrutturar tal-mezzi ta' trasport u ta' spazji pubbliċi oħra, kif ukoll it-twettiq ta' valutazzjonijiet regolari tal-impatt fuq ġeneru jikkostitwixxu prattika tajba u effiċjenti għall-eliminazzjoni tal-ostakli fiżiċi li jxekklu l-aċċess ugwali għall-ġenituri u għall-indukraturi ta' tfal żgħar;

18.  Jirrimarka li t-trattament inugwali tan-nisa għal raġunijiet ta' maternità jew ta' tqala, inkluż it-treddigħ fil-binjiet tal-fornituri tas-servizzi, għadu jippersisti fl-Istati Membri kollha; iqis li l-protezzjoni tan-nisa għal raġunijiet ta' maternità u tqala, inkluż it-treddigħ, kif iggarantita mid-Direttiva teħtieġ li tissaħħaħ u tiġi implimentata bis-sħiħ fil-livell tal-Istati Membri; jirrimarka li l-fornituri tas-servizzi jridu jikkonformaw mal-prinċipji ta' gwida tad-Direttiva u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponiha;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-vetturi u l-infrastruttura tat-trasport pubbliku jkunu ugwalment aċċessibbli u adattati għal nisa u rġiel, mhux biss bħala utenti finali u passiġġieri, iżda wkoll bħala professjonisti li jaħdmu fis-settur;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-regoli tal-linji tal-ajru dwar l-awtorizzazzjoni tan-nisa tqal fuq it-titjiriet, u dwar l-għajnuna lilhom matul it-titjiriet, u tieħu passi biex il-linji tal-ajru jiġu mġiegħla jiżguraw approċċ armonizzat f'dan ir-rigward;

21.  Jistieden lill-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri fir-rigward tal-obbligu tal-operaturi tal-ajruport li jirritornaw prams lill-passiġġieri immedjatament wara l-iżbark, jew li jipprovdu mezzi alternattivi ta' trasport biex il-passiġġieri ma jkollhomx iġorru t-tfal tul l-ajruport, sakemm dawn jilħqu ż-żona tal-ġbir tal-bagalji;

22.  Huwa tal-fehma li l-offertà ta' netwerk ta' servizzi ta' appoġġ għall-maternità, partikolarment crèches u servizzi preskolari u ta' indukrar wara l-iskola, hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għall-prodotti u servizzi jiġi fil-fatt implimentat; huwa tal-fehma li dan in-netwerk għandu jinkludi livell ta' servizzi pubbliċi li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni;

23.  Jinnota li d-diskriminazzjoni u d-disparitajiet għadhom qed jiġu rreġistrati fl-aċċess għal prodotti u servizzi mediċi, u dan jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-aċċess għal servizzi tas-saħħa pubbliċi bla ħlas u ta' kwalità għolja;

L-ekonomija kollaborattiva

24.  Jenfasizza l-oqsma ġodda possibbli tal-applikazzjoni tad-Direttiva, b'mod partikolari bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni ta' ċerti servizzi u setturi kif ukoll il-proliferazzjoni ta' forom kollaborattivi ta' forniment tas-servizzi li biddlu l-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, filwaqt li jinnota li d-Direttiva għadha applikabbli għall-isfera diġitali; jirrimarka li komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ġiet ippubblikata dan l-aħħar bl-isem "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" għandha sservi bħala l-ewwel pass għall-promozzjoni u r-regolamentazzjoni ta' dan is-settur b'mod effettiv, u li fl-istadji ulterjuri l-Kummissjoni għandha tintegra l-prinċipji tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u tirrifletti r-regolamenti tad-Direttiva sabiex tissalvagwardja t-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel u tevita b'mod effettiv il-fastidju fis-servizzi offruti fl-ekonomija kollaborattiva u tiżgura sikurezza adegwata;

25.  Jinnota li l-fastidju jirrapreżenta sfida għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tas-servizzi tal-ekonomija kollaborattiva; jenfasizza li filwaqt li politika ta' "tolleranza zero" fil-konfront tal-fastidju adottata minn ħafna pjattaformi tikkostitwixxi prattika tajba li trid tkompli tissaħħaħ fis-settur, hemm ħtieġa għall-pjattaformi kkonċernati li jipprijoritizzaw il-prevenzjoni tal-fastidju u li jiġi kkunsidrat li jinħolqu proċeduri ċari biex l-utenti jirrapurtaw każijiet ta' abbuż; jenfasizza l-ħtieġa għal kjarifika tad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabilità tal-fornituri ta' merkanzija u servizzi, inkluż f'istanzi ta' fastidju minn parti terza, u li l-pjattaformi online jiġu konnessi abbażi tad-Direttiva;

26.  Iqis li dawk is-servizzi offruti fl-ekonomija kollaborattiva li huma disponibbli għall-pubbliku u offruti għal profitt jaqgħu taħt il-mandat tad-Direttiva u għandhom, għaldaqstant, ikunu konsistenti mal-prinċipju ta' trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel;

27.  Jinnota, f'dan il-kuntest, li, fil-qasam diġitali, 'profitt' ma tfissirx neċessarjament il-flus u li d-data qed jintużaw dejjem aktar bħala korrispettiv għall-merkanzija u s-servizzi;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-ekonomija kollaborattiva fir-rapporti futuri tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva u toħroġ linji gwida speċifiċi li jidentifikaw prattiki tajba għas-salvagwardja tat-trattament ugwali ta' nisa u rġiel fis-servizzi offruti fl-ekonomija kollaborattiva;

It-trattament differenzjali

29.  Jirrimarka li l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(5) uriet li hija sfida kbira fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, billi tikkostitwixxi r-raġunijiet għall-akbar sehem ta' lmenti li jaslu lill-korpi tal-ugwaljanza fl-Istati Membri, prinċipalment b'rabta mas-settur tar-rikreazzjoni u d-divertiment;

30.  Jenfasizza li minkejja l-ambigwità dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva, l-għan prinċipali ta' din id-deroga huwa li toħloq opportunitajiet għal titjib ulterjuri tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-provvista ta' merkanzija u servizzi;

31.  Jinnota li hemm prattiki diverġenti, pereżempju fir-rigward ta' każijiet fejn is-servizzi jiġu offruti lill-membri ta' sess wieħed biss jew fejn ġie applikat ipprezzar differenzjali għall-istess servizzi; jenfasizza li l-applikazzjoni ta' trattament differenzjali għandha tkun ivvalutata fuq bażi ta' każ b'każ bil-għan li jiġi evalwat jekk hijiex iġġustifikata minn għan leġittimu, kif speċifikat mid-Direttiva;

32.  Iħeġġeġ lill-korpi għall-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur kemm biex iqajmu kuxjenza dwar il-limiti u l-kundizzjonijiet għat-trattament differenzjali fost il-fornituri tas-servizzi kif ukoll biex isaħħu l-għarfien dwar id-drittijiet għal trattament ugwali fost l-utenti tas-servizz, peress li spiss jiġi rrappurtat li l-utenti ma jkunux midħla tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-merkanzija u s-servizzi;

33.  Iqis li n-nuqqas relattiv ta' azzjoni pożittiva bbażat fuq l-Artikolu 4(5) fl-Istati Membri kollha jikkostitwixxi lakuna fl-implimentazzjoni tad-Direttiva; jitlob li jiġu promossi forom ta' azzjoni pożittiva bbażati fuq għan leġittimu, li fihom hemm rabta diretta bejn trattament preferenzjali u l-iżvantaġġi li għandhom jiġu evitati jew eliminati, bħall-protezzjoni tal-vittmi ta' vjolenza sesswali f'każijiet ta' djar ta' kenn għal persuni tal-istess sess;

34.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jikkunsidra l-għażliet kollha disponibbli biex jiżgura li l-proposta għal Direttiva dwar it-Trattament Indaqs tiġi adottata mingħajr aktar dewmien, biex b'hekk jiggarantixxi l-protezzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali b'mod ugwali;

Rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib tal-applikazzjoni tad-Direttiva

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-indirizzar tal-kwistjonijiet ta' traspożizzjoni mal-Istati Membri kkonċernati permezz ta' miżuri konkreti u tappoġġjahom fl-implimentazzjoni tad-Direttiva b'mod aktar konsistenti;

36.  Jirrimarka li, filwaqt li l-korpi ta' ugwaljanza għandhom rwol kruċjali fil-monitoraġġ u l-iżgurar li d-drittijiet li jirriżultaw mid-Direttiva jiġu eżerċitati b'mod sħiħ fil-livell nazzjonali, il-kompetenzi attribwiti tagħhom fir-rigward tal-provvista ta' u l-aċċess għal merkanzija u l-effettività biex jilħqu l-għanijiet mixtieqa jvarjaw; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu kompetenza u indipendenza suffiċjenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u l-leġislazzjoni nazzjonali kif ukoll biżżejjed riżorsi għall-korpi nazzjonali ta' ugwaljanza sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-kompiti prinċipali tagħhom b'mod effettiv, li jinkludu l-għoti ta' assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni biex jipproċedu bl-ilmenti tagħhom, it-twettiq ta' stħarriġijiet indipendenti, il-pubblikazzjoni ta' rapporti u rakkomandazzjonijiet indipendenti, is-sensibilizzazzjoni dwar id-Direttiva u li jisfidaw l-isterjotipi dwar ir-rwoli tal-ġeneri fil-provvista u l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi; jinnota li l-korpi nazzjonali ta' ugwaljanza għandhom jiġu appoġġjati b'mod adegwat fil-qadi ta' dmirijiethom fir-rigward tal-promozzjoni, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali b'mod indipendenti u effettiv;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mal-korpi ta' ugwaljanza fil-monitoraġġ ta' jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti li jirrigwardaw il-kompetenzi tagħhom jiġux issodisfati fl-Istati Membri kollha u tipprovdi appoġġ sabiex jiġu identifikati sistematikament l-isfidi prinċipali u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor l-aħjar prattiki u tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri bil-għan li tipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex tiġi appoġġjata l-azzjoni pożittiva u tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tad-dispożizzjonijiet rispettivi fil-livell nazzjonali;

38.  Jiġbed l-attenzjoni li l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi ta' diskriminazzjoni jista' jitjieb billi l-korpi indipendenti għall-ugwaljanza jingħataw il-kompetenzi biex jipprovdu assistenza, inkluża għajnuna legali bla ħlas, u d-dritt li jirrappreżentaw lill-individwi f'kawżi ta' diskriminazzjoni allegata;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-effettività tal-korpi nazzjonali tal-ilmenti u tal-proċeduri fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva u biex tiżgura li jkun hemm applikati mekkaniżmi effettivi u trasparenti, inklużi sanzjonijiet dissważivi;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-korpi tal-ugwaljanza, potenzjalment f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, biex iqajmu għarfien dwar id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fost kemm il-fornituri tas-servizzi kif ukoll l-utenti sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta' trattament ugwali f'dan il-qasam u jitnaqqas l-għadd ta' ksur mhux irraportat tad-Direttiva;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-nuqqasijiet persistenti fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva, titlob lin-Netwerk Ewropew ta' Esperti Legali, f'kooperazzjoni mal-korpi ta' ugwaljanza, jniedu studju komprensiv, b'kont meħud ukoll tal-forom intersezzjonali ta' inugwaljanzi fuq il-bażi tal-ġeneru u raġunijiet multipli ta' diskriminazzjoni li jinkludu varjetà ta' gruppi soċjali vulnerabbli, tkompli l-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħha u tappoġġja u tħeġġeġ lill-Istati Membri jiġbru u jipprovdu data sabiex jinkiseb il-potenzjal sħiħ tad-Direttiva; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-ġbir ta' data speċifiki li jkunu komprensivi u komparabbli dwar il-fastidju u l-fastidju sesswali fil-qasam tal-aċċess ugwali għall-merkanzija u s-servizzi sabiex jiddifferenzjaw bejn ir-raġunijiet tad-diskriminazzjoni, u f'dan ir-rigward iħeġġeġ kooperazzjoni mtejba mal-istituzzjonijiet rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi bażi ta' data pubblika tal-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza rilevanti rigward it-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel bħala mezz biex titqajjem il-kuxjenza dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali f'dan il-qasam;

42.  Jirrimarka li l-qasam tar-reklamar huwa marbut maż-żona ta' merkanzija u servizzi, li fil-parti l-kbira jiġu ppreżentati lill-konsumaturi permezz tar-reklami; jenfasizza s-sinifikat tar-reklamar fil-ħolqien, iż-żamma u l-iżvilupp tal-isterjotipi bbażati fuq il-ġeneri u ta' xbihat diskriminatorji tan-nisa; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni twettaq studju dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-reklamar u tesplora l-bżonn u l-possibilitajiet li jitjieb it-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-qasam tar-reklamar u biex jiġu promossi l-aħjar prattiki f'dan il-qasam; jilqa' r-regolamenti u l-linji gwida nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-media, u jistieden lill-Istati Membri jsaħħu dawn id-dispożizzjonijiet, meta jkun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel;

43.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu djalogu mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li għandhom interess leġittimu fil-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fil-qasam tal-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi;

44.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintegraw approċċ ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri speċifika għas-settur fit-titjib tal-implimentazzjoni tad-Direttiva;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-monitoraġġ u l-appoġġ tagħha lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, tikkoordina aħjar ir-rekwiżiti tad-Direttiva mad-direttivi l-oħra dwar l-ugwaljanza;

o
o   o

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(2) ĠU C 11, 13.1.2012, p. 1.
(3) ĠU C 130, 30.4.2011, p. 4.
(4) PE 593.787.
(5) ECLI:EU:C:1996:170. Ara wkoll id-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, Addendum għall-eżitu tal-proċedimenti għall-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (st.15622/04 ADD 1).
(6) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 68.
(7) Testi adottati. P8_TA(2016)0007.
(8) Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, Addendum għall-eżitu tal-proċedimenti għall-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi.


Fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi
PDF 413kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi (2016/2144(INI))
P8_TA(2017)0075A8-0033/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2014-2020(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(2) mehmuża mal-QFP dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 – Baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati" (COM(2016)0603),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat "Rapport ta' Monitoraġġ Annwali 2014 tal-Orizzont 2020" (SWD(2016)0123),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni dwar "Dikjarazzjonijiet tal-Programmi għan-nefqa operattiva għall-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017" (COM(2016)0300),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà "Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020" (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020) (SWD(2015)0182),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019) (SWD(2015)0278),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata(5),

–  wara li kkunsidra l-istudju bl-isem "The EU Budget for Gender Equality" (Il-baġit tal-UE għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi), ippubblikat fl-2015 mid-Dipartiment Tematiku D tal-Parlament u l-istudju ta' segwitu dwar l-użu ta' fondi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fi Stati Membri magħżula, ippubblikat fl-2016 mid-Dipartiment Tematiku C,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata "Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015" (COM(2010)0491),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Ibbaġitjar li jqis l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: rapport finali tal-Grupp ta' Speċjalisti dwar l-ibbaġitjar li jqis l-ugwaljanza bejn is-sessi – Strasburgu 2005,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġits (A8-0033/2017),

A.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea minqux fit-Trattati; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u jistipula li, "fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa";

B.  billi, fost is-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandhom jintlaħqu sal-2030, Nru 5 huwa l-ugwaljanza bejn is-sessi, li japplika għas-17 li huma;

C.  billi l-Impenn Strateġiku tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019, ippubblikat f'Diċembru 2015, jenfasizza r-rwol ewlieni tal-finanzjament tal-UE bħala appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi; billi l-ebda istituzzjoni tal-UE ma applikat b'mod konsistenti l-ibbaġitjar skont il-ġeneru;

D.  ifakkar li deċiżjonijiet ta' nfiq u dħul għandhom impatt differenti fuq in-nisa milli fuq l-irġiel;

E.  billi fil-Parlament, ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: l-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni(7), jappoġġja l-integrazzjoni effettiva tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

F.  billi l-kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi huma ġeneralment aktar indirizzati f'oqsma ta' politika mhux vinkolanti bħalma huma l-iżvilupp tar-riżorsi umani, milli f'dawk vinkolanti, bħall-infrastruttura u l-ICT, li jirċievu appoġġ finanzjarju akbar;

G.  billi s-sistema maħsuba tajjeb ta' liv relatat mal-għoti ta' kura flimkien ma' kura ta' kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli, inklużi l-faċilitajiet pubbliċi għandha tiġi pprovduta sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata, u billi n-nefqiet fuq dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti minn investimenti infrastrutturali; billi dawn iż-żewġ fatturi huma prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u f'pożizzjonijiet ta' tmexxija, fix-xjenza u r-riċerka u b'hekk għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

H.  billi d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni titlob li l-proċeduri baġitarji annwali applikati għall-QFP 2014-2020 jintegraw, kif inhu xieraq, elementi sensittivi għall-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, waqt li jitqiesu l-modi li bihom il-qafas finanzjarju ġenerali tal-Unjoni jikkontribwixxi għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi u jiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; billi, minkejja dan il-fatt, hemm il-ħtieġa li jiżdied l-impenn sod lejn l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, peress li kien hemm implimentazzjoni minima tal-politiki eżistenti u ġew allokati riżorsi baġitarji insuffiċjenti għal kwistjonijiet dwar is-sessi;

I.  billi wara l-kriżi tal-2008 sar evidenti li kien hemm tnaqqis fil-livell ta' ugwaljanza bejn is-sessi fid-dibattitu pubbliku u l-aġenda politika kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali; billi l-konsolidazzjoni fiskali u l-limiti baġitarji imposti mill-kriżi x'aktarx ikomplu jnaqqsu r-riżorsi disponibbli għal strateġiji u korpi għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

J.  billi, f'salib it-toroq fejn hemm kriżi ta' fiduċja fl-UE, filwaqt li l-iżgurar li l-finanzi tagħha jkunu għal kollox trasparenti għandu jkun prijorità għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha, u hija xi ħaġa li m'għandhiex tiġi injorata;

K.  billi, skont l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2015 ippubblikat mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), l-għan tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa fadallu ħafna biex jintlaħaq;

L.  billi paga ugwali hija waħda mill-iktar miżuri li juru l-ugwaljanza bejn is-sessi; billi madankollu l-isforzi tal-UE u r-riżultati tagħhom li jżidu l-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika ugwali tan-nisa u l-irġiel, li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fit-teħid ta' deċiżjonijiet, li jiġġieldu kontra l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u li jipproteġu u jappoġġjaw il-vittmi, kif ukoll li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja huma ta' importanza ugwali;

M.  billi fl-1995 il-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing tan-Nazzjonijiet Uniti talbet għal approċċ sensittiv għall-ġeneru fil-proċessi baġitarji;

Osservazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' l-integrazzjoni intenzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE bħala objettiv ta' politika li jolqot ħafna setturi tal-baġit tal-UE f'fondi u programmi tal-UE;

2.  Jiddispjaċih, madankollu, dwar il-fatt li l-impenn politiku ta' livell għoli tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għadha ma ġietx riflessa kompletament fl-allokazzjonijiet tal-baġit u fid-deċiżjonijiet dwar l-infiq f'oqsma ta' politika tal-UE bħala parti minn metodoloġija ta' bbaġitjar skont il-ġeneru;

3.  Jinnota li l-ibbaġitjar skont il-ġeneru huwa parti minn strateġija globali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u jenfasizza, għaldaqstant, li l-impenn tal-istituzzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam huwa fundamentali; f'dan il-kuntest jiddispjaċih li ma ġiet adottata l-ebda strateġija għall-ugwaljanza bejn is-sessi għall-perjodu 2016-2020 u, jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-istatus tal-Impenn Strateġiku tagħha għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 billi tadottah bħala Komunikazzjoni, filwaqt li jtenni l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tas-16 ta' Ġunju 2016;

4.  Jenfasizza l-importanza tal-istrutturi u l-proċessi involuti fit-tfassil tal-baġit u l-ħtieġa li jinbidlu dawk li jidhru li jsostnu jew jippromwovu b'mod mhux intenzjonat, l-inugwaljanza bejn is-sessi;

5.  Jinnota li sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru huma meħtieġa biex jiġu żviluppati strutturi u proċeduri sensittivi fir-rigward tal-ġeneru;

6.  Jinnota li xi programmi tal-UE (pereżempju l-Fond Soċjali Ewropew (ESF), il-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 (REC), l-Orizzont 2020, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II (IPA II), fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)) jinkludu azzjonijiet speċifiċi relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li oħrajn (bħal, pereżempju, il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)) jinkludu referenzi għall-prinċipji ġenerali tal-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda ftit huma l-programmi li effettivament jistabbilixxu miri ċari u riżorsi dedikati jew li jipprevedu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ sistematiċi;

7.  Jiddeplora l-fatt li bosta programmi jinkludu l-ugwaljanza bejn is-sessi biss bħala objettiv transversali, li mhux biss twassal għal inqas appoġġ għal azzjonijiet speċifiċi għas-sessi, iżda wkoll tagħmilha kważi impossibbli li jiġu stmati l-ammonti li jiġu allokati għal kwistjonijiet dwar il-ġeneru(8);

8.  Jiddeplora l-fatt li bosta programmi ffinanzjati mill-UE m'għandhomx azzjonijiet immirati speċifiċi b'allokazzjonijiet tal-baġit speċifiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota li l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi rikonoxxuta bħala għan ta' politika għat-titoli baġitarji tal-UE, u b'hekk l-ammont allokat għall-objettivi u l-azzjonijiet ta' politika individwali għandhom ikunu speċifikati sabiex dawn ikunu aktar trasparenti u ma jtellfux mill-importanza tal-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi; iqis, bl-istess mod, li l-kompiti tal-kontroll baġitarju għandhom jindikaw kemm il-baġit tal-UE u l-implimentazzjoni tiegħu jgħinu jew ifixklu l-politiki ta' ugwaljanza;

9.  Jiddispjaċih li għodod għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, bħalma huma indikaturi bbażati fuq il-ġeneru, valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneru (GIA) u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru (GB), rarament jintużaw fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tagħha, kemm jekk fil-livell tal-UE kif ukoll minn istituzzjonijiet nazzjonali; jiddispjaċih għan-nuqqas attwali ta' indikaturi komprensivi tal-ġeneru u data diżaggregata skont il-ġeneru u u jenfasizza l-fatt li l-EIGE għandu jiġbor l-indikaturi tal-ġeneru u jiġbor data diżaggregata skont il-ġeneru sabiex jagħtu stampa konsistenti tal-impatt tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-politiki possibbli tal-UE kif ukoll ir-responsabilità finanzjarja u baġitarja korretta fir-rigward tagħha; jenfasizza r-rwol fundamentali tal-EIGE biex isib soluzzjoni f'kollaborazzjoni bejn in-nies li jaħdmu fl-istatistika u dawk fil-politika sabiex iqajmu kuxjenza tal-isfidi involuti fil-ġbir ta' data sensittiva; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu li l-indikaturi u l-istatistika dwar kwistjonijiet relatati mal-ġeneru jiġu żviluppati aktar biex jippermettu li ssir il-valutazzjoni tal-baġit tal-UE mill-perspettiva tal-ġeneri kif ukoll il-monitoraġġ ta' bbaġitjar skont il-ġeneru;

10.  Jiddispjaċih li, minkejja d-dikjarazzjoni konġunta rigward l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mehmuża mal-QFP, s'issa l-progress kien żgħir wisq f'dan il-qasam;

11.  Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li, mill-QFP 2014-2020, ma tfaċċat l-ebda strateġija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi b'objettivi speċifiċi, miri konkreti u allokazzjonijiet;

12.  Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP, ippubblikata f'Settembru 2016, ma tagħmel l-ebda referenza għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

13.  Jitlob biex l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tagħha ssir parti mis-Semestru Ewropew;

14.  Jenfasizza li t-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kisbiet reali fl-ugwaljanza bejn is-sessi pjuttost milli fuq l-implimentazzjoni għandha tkun prijorità reali għall-Unjoni Ewropea;

15.  Jitlob biex id-dispożizzjonijiet dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jiġu adottati wkoll f'oqsma politiċi li ma jitqisux li huma immedjatament relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi, bħall-ICT, it-trasport, in-negozju u l-appoġġ għall-investiment jew it-tibdil fil-klima;

16.  Iqis li netwerk ta' esperti esterni u organizzazzjonijiet għandu jkun involut fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju biex jiżdiedu t-trasparenza u l-kwalità demokratika tiegħu, b'mod partikolari meta dan ikun jirrigwarda l-applikazzjoni ta' approċċ ta' bbaġitjar skont il-ġeneru;

Il-finanzjament tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni permezz tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (Fondi SIE)

17.  Jirrimarka li l-Fondi SIE jikkostitwixxu l-aktar appoġġ finanzjarju importanti għall-implimentazzjoni tal-politika tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE, speċjalment fil-każ tal-FSE (Fond Soċjali Ewropew), li għandu l-għan li jrawwem l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jissottolinja li r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 jagħmel l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri parti obbligatorja fil-fażijiet kollha tal-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-FSE, inklużi l-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

18.  Jisħaq fuq ir-rwol importanti tas-servizzi pubbliċi fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu lejn l-ilħuq tal-miri ta' Barċellona biex il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jsir realtà għal kulħadd, kif ukoll biex jużaw l-għodod u l-inċentivi xierqa, inklużi l-Fondi Ewropej bħalma huma l-FSE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jiżguraw finanzjament għal infrastruttura soċjali meħtieġa għall-għoti ta' servizzi ta' kura ta' kwalità, affordabbli u aċċessibbli għat-tfal u persuni dipendenti oħra, inklużi d-dipendenti anzjani u l-membri tal-familja b'diżabilità; jinnota li dan se jirriżulta f'titjib fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika tan-nisa;

19.  Jiddeplora l-fatt li n-nisa għadhom ibatu minn inugwaljanzi fuq il-post tax-xogħol, bħal rati ta' parteċipazzjoni iktar baxxi fl-impjiegi, id-differenza fil-pagi, l-inċidenza akbar ta' impjiegi part-time jew atipiċi, drittijiet tal-pensjoni aktar foqra, segregazzjoni fil-karrieri u livelli aktar baxxi ta' progressjoni; jenfasizza l-importanza tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fl-għoti ta' opportunitajiet ta' finanzjament għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol;

20.  Jinnota li l-approċċ tradizzjonali jonqos milli jqis ix-xogħol mhux imħallas, bħall-kura tat-tfal u l-kura tal-anzjani fil-ħlas ta' benefiċċji soċjali;

21.  Jinnota li skont id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-involviment strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019, EUR 5,85 biljun se jintefqu fil-perjodu 2014-2020 fuq miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, li minnhom 1,6 % jaqgħu taħt l-FSE għall-prijorità ta' investiment speċifiku "L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż fl-aċċess għall-impjiegi, il-progress fil-karriera, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata u l-promozzjoni ta' paga ugwali għal xogħol ugwali";

22.  Jinnota li l-finanzjament FEŻR għandu jkompli jappoġġja l-investiment fil-kura tat-tfal, il-kura tal-anzjani u infrastrutturi soċjali oħra pubbliċi u privati biex jippromwovi, fost riżultati oħra, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

23.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-FAEŻR fl-iżgurar tal-finanzjament meħtieġ biex ikunu appoġġjati s-servizzi pubbliċi u l-infrastruttura soċjali f'żoni rurali u fil-promozzjoni tal-aċċess għall-art u l-investiment għan-nisa;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet immirati ġodda mmirati biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, bħal programm speċifiku ffinanzjat mill-FAEŻR biex tiġi appoġġjata l-intraprenditorija femminili;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-gvernijiet reġjonali u lokali biex jagħmlu użu mill-potenzjal ta' opportunitajiet ta' finanzjament li jolqot ħafna setturi taħt il-fondi SIE li jappoġġjaw proġetti mmirati biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-sħubija applikat fi ħdan il-fondi SIE, li jikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-livell lokali;

26.  Ifakkar fl-importanza tar-rekwiżit li jiġu inklużi indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programmi Operattivi kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi SIE, sabiex jikkonformaw mal-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi matul il-fażi ta' implimentazzjoni;

27.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja l-isforzi biex jinħoloq "standard" f'dan il-qasam, għadu ma ġiex stabbilit metodu sistematiku għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fi ħdan il-Fondi SIE, u lanqas ma ntrabtu azzjonijiet immirati mal-istrateġija ġenerali tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi għall-valutazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex isegwu b'mod konsistenti l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

28.  Ifakkar li l-Fondi SIE huma soġġetti għal kondizzjonalità ex ante dwar il-ġeneru, li tirrikjedi arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal rilevanti u għall-involviment tal-korpi responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat; jitlob għall-użu effettiv tal-korpi permanenti eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-Istati Membri; jilqa' bis-sħiħ, f'dan il-kuntest, l-aħjar prattiki nazzjonali, bħalma huwa n-netwerk tal-Komunità Ewropea tal-Prattika dwar l-Integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri (Gender CoP) fl-Iżvezja; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu l-indipendenza, l-effettività, kif ukoll biżżejjed setgħat u poteri għal korpi tal-ugwaljanza biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti prinċipali tagħhom;

29.  Jenfasizza l-importanza li tingħata attenzjoni speċjali u prijorità lill-miżuri tal-Fondi SIE li jappoġġjaw l-investimenti fis-servizzi edukattivi, soċjali u tal-kura tas-saħħa, flimkien mal-faċilitajiet għall-kura tat-tfal, minħabba l-fatt li dawn is-servizzi qed jiffaċċjaw tnaqqis fil-finanzjament pubbliku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u li għalhekk dawn il-miżuri jżidu n-numru ta' impjiegi;

30.  Jirrakkomanda żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji fil-QFP għall-infrastrutturi u s-servizzi soċjali għall-kura tat-tfal u tal-anzjani;

Il-finanzjament tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza permezz tal-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 (REC)

31.  Jiddispjaċih li l-linji baġitarji taħt il-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 (REC) ma jispeċifikawx ir-riżorsi allokati għal kull wieħed mill-objettivi tal-programm, u dan jagħmilha diffiċli ħafna biex jiġi analizzat l-infiq iddedikat għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

32.  Jinnota li, skont id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-involviment strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019, iż-żewġ objettivi relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-programm Daphne għall-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa jikkostitwixxu madwar 35 % tal-fondi REC, filwaqt li l-baġit ġenerali għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza permezz tal-programm REC 2014-2020 huwa ta' EUR 439,5 miljun; jinnota li l-parti l-kbira tal-fondi kienu allokati skont l-objettiv Daphne meta mqabbel mal-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jiddispjaċih madankollu li l-programm Daphne m'għandu l-ebda linja baġitarja separata, meta jitqies li bħalissa huwa wieħed mill-objettivi speċifiċi tal-Programm REC; jenfasizza l-bżonn li jingħata appoġġ finanzjarju suffiċjenti għall-programm Daphne u li jinżammu l-viżibilità u l-profil ta' suċċess kbir tiegħu;

33.  Jissottolinja li għall-perjodu 2014-2020, l-applikazzjonijiet maħruġa taħt l-objettiv Daphne jindirizzaw il-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u/jew it-tfal; jinnota li l-biċċa l-kbira tar-riżorsi li ġew allokati għall-ġlieda u l-prevenzjoni tal-vjolenza marbuta ma' prattiki ta' ħsara (39 %) u għall-appoġġ għal vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, vjolenza domestika jew vjolenza f'relazzjoni intima huma pprovduti minn servizzi ta' appoġġ speċjalizzati mmirati għan-nisa (24 %);

34.  Jinnota li skont l-objettiv ta' ugwaljanza bejn is-sessi, ġew indirizzati l-prijoritajiet li ġejjin: l-indipendenza ekonomika ugwali tan-nisa u l-irġiel u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (44 % tar-riżorsi allokati); il-promozzjoni ta' prattiki tajba dwar ir-rwoli tal-ġeneru u t-tagħlib tal-isterjotipi tal-ġeneru fl-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll fuq il-post tax-xogħol (44 %) u appoġġ għal netwerks fil-livell tal-UE dwar temi tal-ugwaljanza bejn is-sessi (12 %);

35.  Jisħaq fuq il-fatt li l-bini ta' ċittadinanza għandu jiġi assoċjat mhux biss mad-difiża u l-estensjoni tad-drittijiet, iżda wkoll mal-ġid u l-benessri, l-edukazzjoni u t-taħriġ ħielsa mill-isterjotipi tal-ġeneru u l-aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, inkluża s-saħħa sesswali u dik riproduttiva;

36.  Jiddeplora madankollu t-tnaqqis fil-fondi disponibbli għall-objettiv speċifiku tal-programm Daphne; jinnota li l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-programm Daphne kienu ta' EUR 18-il miljun f'impenji fl-2013 meta mqabbla ma' EUR 19,5 miljun fl-2012 u aktar minn EUR 20 miljun fl-2011; jinnota wkoll li fl-2016, il-programm ta' ħidma REC kien diġà ppreveda ftit aktar minn EUR 14-il miljun għall-objettiv;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tħejji l-programm ta' ħidma annwali, tosserva d-distribuzzjoni xierqa u ġusta tal-appoġġ finanzjarju bejn l-oqsma differenti koperti mill-objettivi speċifiċi tal-Programm REC, filwaqt li tqis il-livell ta' finanzjament li diġà ġie allokat fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti (2007-2013);

38.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ għal netwerks Ewropej dwar temi tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u b'hekk issaħħaħ l-opportunitajiet għal aktar tagħlim bejn il-pari, notevolment fost l-awtoritajiet sottonazzjonali; jinnota b'mod partikolari li huwa meħtieġ appoġġ speċifiku sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

39.  Jitlob li jkun hemm aktar ċarezza dwar kif l-objettiv dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza jkun segwit skont il-programm REC; jisħaq fuq l-importanza li l-fondi jilħqu l-organizzazzjonijiet tal-poplu u l-gvernijiet lokali u reġjonali sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva; jitlob li tingħata prijorità lil organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq il-prevenzjoni tal-vjolenza u l-appoġġ tal-vittmi tal-forom kollha ta' vjolenza;

40.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi żgurat sostenn għall-implimentazzjoni tal-inizjattivi lokali u reġjonali eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi bħalma huma l-Karta Ewropea għall-Ugwaljanza tan-Nisa u l-Irġiel fil-Ħajja Lokali;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rekwiżit dwar il-ġbir ta' data diżaggregata skont il-ġeneru fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, bħala għodda essenzjali għal analiżi effettiva tal-ibbaġitjar abbażi tal-ġeneru;

Il-finanzjament tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-programm Orizzont 2020

42.  Jenfasizza l-fatt li l-programm Orizzont 2020 (minn hawn 'il quddiem "dan il-programm"), f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, jintegra l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka bħala kwistjoni transversali f'kull waħda mill-partijiet differenti tal-programm ta' ħidma;

43.  Jiġbed l-attenzjoni lejn it-tliet għanijiet ta' integrazzjoni taħt dan il-programm, jiġifieri: it-trawwim ta' opportunitajiet indaqs u l-bilanċ bejn is-sessi f'timijiet ta' proġetti; l-iżgurar ta' bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet; u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut tar-riċerka;

44.  Jilqa' l-fatt li dan il-programm jipprovdi appoġġ għal korpi ta' riċerka fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' wkoll il-proġett konġunt tal-Kummissjoni u l-EIGE biex joħolqu għodda online għall-pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi bħala mezz biex jiġu identifikati u skambjati l-aħjar prattiki mal-partijiet interessati relevanti;

45.  Jilqa' l-fatt li l-applikanti għandhom l-opportunità li jinkludu taħriġ u studji speċifiċi dwar il-ġeneru bħala spejjeż eliġibbli fil-proposti tagħhom;

46.  Jilqa' l-fatt li l-bilanċ bejn is-sessi fil-persunal huwa wieħed mill-fatturi ta' klassifikazzjoni tal-kriterji ta' evalwazzjoni f'dan il-programm u li l-mod li bih titqies l-analiżi tas-sess u/jew tal-ġeneru f'proposta huwa vvalutat mill-evalwaturi flimkien ma' aspetti relevanti oħra tal-proposta;

47.  Jilqa' l-indikaturi speċifiċi użati biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'dan il-programm, kif ukoll il-fatt li, fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-gruppi konsultattivi tal-programm Orizzont 2020 fl-2014, il-parteċipazzjoni tan-nisa kienet ta' 52 %(9);

48.  Iqis li rieżami ulterjuri huwa meħtieġ sabiex jiġu vvalutati r-riżultati, abbażi wkoll ta' indikaturi bħalma huma l-perċentwali ta' nisa parteċipanti u nisa koordinaturi tal-proġetti f'dan il-programm, u biex jiġu proposti aġġustamenti għall-azzjonijiet speċifiċi jekk dan ikun meħtieġ;

49.  Jitlob biex tissaħħaħ ulterjorment l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f'dan il-programm, u biex jiġu żviluppati miri tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrateġiji, il-programmi u l-proġetti fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka;

50.  Jitlob għaż-żamma ta' linja indipendenti ta' finanzjament għal proġetti ta' tibdil strutturali speċifiċi għall-ġeneru (bħal Ugwaljanza bejn is-Sessi fir-Riċerka u l-Innovazzjoni (GERI) għall-2014-2016), kif ukoll suġġetti oħra ta' ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka u l-innovazzjoni;

51.  Jilqa' l-fatt li wieħed mill-objettivi fi "Xjenza mas-Soċjetà u għaliha" huwa li jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi, kemm fil-proċess ta' riċerka kif ukoll fil-kontenut tar-riċerka; jilqa', barra minn hekk, l-għotjiet għal "Appoġġ lil organizzazzjonijiet ta' riċerka biex jimplimentaw pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi" u "Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'Orizzont 2020 u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka"; jiddeplora, madankollu, li m'hemmx linji speċifiċi fil-baġit għal dawn l-għanijiet deskritti f'dan il-programm;

Programmi u fondi oħra inklużi objettivi speċifiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi

52.  Jenfasizza li d-diżastri naturali għandhom impatt kbir fuq l-infrastruttura marbuta ma' servizzi pubbliċi u, għaldaqstant, li n-nisa huma affettwati b'mod partikulari; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rekwiżit għal analiżi sensittiva għas-sessi fil-Fond ta' Solidarjetà tal-UE meta tevalwa l-impatt fuq il-popolazzjonijiet;

53.  Jinnota li fil-qasam tal-azzjonijiet esterni u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġeneru (GAP) stabbilit għall-perjodu 2016-2020 ikopri l-attivitajiet tal-UE f'pajjiżi terzi, u li hemm bosta strumenti ta' għajnuna esterna li jappoġġjaw l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

54.  Jenfasizza li n-nisa u l-bniet vittmi ta' kunflitti armati għandhom id-dritt li jirċievu l-kura medika neċessarja, inkluż l-aċċess għall-kontraċezzjoni, kontraċezzjoni ta' emerġenza u servizzi ta' abort; ifakkar li l-għajnuna umanitarja tal-UE għandha tirrispetta d-drittijiet tal-bniet u n-nisa taħt id-dritt umanitarju internazzjonali u ma għandhiex tkun suġġetta għal restrizzjonijiet imposti minn donaturi sħab oħrajn, kif innutat fil-baġit tal-UE għall-2016; jilqa' l-approċċ tal-UE f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm il-pożizzjoni tagħha;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni talloka fondi tal-UE għall-iżvilupp għal servizzi volontarji u moderni tal-ippjanar tal-familja u tas-saħħa riproduttiva sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet finanzjarji kkawżati mir-regola "global gag" stabbilita mill-Gvern il-ġdid tal-Istati Uniti u biex b'hekk jiġu salvati l-ħajjiet tan-nisa, titħares saħħithom u jiġi pprevenut it-tixrid ta' infezzjonijiet trażmessi sesswalment;

56.  Jenfasizza li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija inkluża wkoll fost il-prinċipji bażiċi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) reċenti; itenni s-sejħa tiegħu biex titqies id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politiki ta' migrazzjoni u asil billi jiġi żgurat li n-nisa jkollhom aċċess għal spazju sikur, kura tas-saħħa speċifika marbuta mas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u li tingħata attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli, bħalma huma n-nisa li sofrew vjolenza, inkluża l-vjolenza sesswali, minorenni mhux akkumpanjati u gruppi oħra f'riskju, inklużi l-persuni LGBTI;

57.  Jitlob biex jiġi adottat sett komprensiv ta' linji gwida dwar il-ġeneru għall-UE kollha fir-rigward tal-politika dwar il-migrazzjoni u l-asil b'finanzjament adegwat għal programmi komprensivi ta' taħriġ għal professjonisti li jistgħu jiġu f'kuntatt ma' rifuġjati u persuni li jfittxu l-asil; jenfasizza li dawn għandhom ikunu sensittivi għall-ħtiġijiet speċifiċi għall-ġeneru ta' rifuġjati nisa u l-ħsara konkomitanti bbażata fuq il-ġeneru, bħalma huwa t-traffikar tan-nisa u l-bniet;

58.  Jenfasizza kwistjonijiet li għadhom għaddejjin dwar l-iffullar fiċ-ċentri ta' akkoljenza tar-rifuġjati u l-impatt li dan għandu fuq is-sikurezza tan-nisa; jitlob għal użu akbar tal-AMIF biex itejjeb ċentri ta' lqugħ b'faċilitajiet ta' rqad u sanitarji separati għan-nisa u l-irġiel, u aċċess għal servizzi tas-saħħa sensittivi għall-ġeneru inkluża l-kura ta' qabel u wara t-twelid;

59.  Jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jagħmlu użu akbar mill-fondi ta' koeżjoni u l-Fondi SIE b'mod parallel mal-AMIF biex jippromwovu l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol, b'enfasi partikolari fuq kif il-kura tat-tfal aċċessibbli tippermetti lin-nisa rifuġjati jkollhom aċċess għall-impjieg;

60.  Jitlob li jkun hemm rieżami tal-finanzjament miżjud u l-kamp ta' applikazzjoni usa' tal-programmi Daphne u Odysseus, b'valutazzjoni dwar l-espansjoni tagħhom biex jindirizzaw il-vulnerabilitajiet ħorox li jġarrbu n-nisa rifuġjati u jipprovdu appoġġ akbar biex jiġu indirizzati dawn il-ħsarat ibbażati tal-ġeneru;

61.  Jenfasizza li hemm fondi oħrajn, bħall-Fond għas-Sigurtà Interna, strumenti finanzjarji speċjali bħall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza u strumenti u għotjiet ad hoc oħra, li ġew mobilizzati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet fil-kuntest tal-kriżi tar-rifuġjati attwali; jirrimarka dwar id-diffikultà fil-monitoraġġ tal-użu ta' dawn il-fondi, b'mod partikolari mill-perspettiva tal-ġeneri, u jitlob li l-użu tal-finanzjament tal-UE f'dan il-qasam ikun ikkoordinat, effettiv, trasparenti u sensittiv għall-kwistjonijiet ta' ġeneru;

62.  Jitlob għal finanzjament speċifiku biex jappoġġja miżuri mmirati li jinvolvu organizzazzjonijiet tal-poplu, il-gvernijiet lokali u reġjonali biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet bażiċi, id-drittijiet tal-bniedem, is-sikurezza u s-sigurtà ta' tfittxija ta' asil, rifuġjati u nisa u bniet migranti, inklużi nisa tqal u anzjani, kif ukoll LGBTI ikunu protetti;

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

63.  Itenni t-talba tiegħu li l-ibbaġitjar għall-perspettiva tal-ġeneri jintuża fil-livelli kollha tal-proċedura baġitarja tal-UE; jitlob biex l-ibbaġitjar għall-perspettiva tal-ġeneri jintuża b'mod konsistenti matul il-proċess baġitarju kollu sabiex l-infiq baġitarju jintuża bħala mezz għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

64.  Jappella sabiex fil-ġenerazzjoni ta' wara l-2020 tal-programmi ta' finanzjament tal-UE jiġu inkorporati u implimentati bbaġitjar għall-perspettiva tal-ġeneri u integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri b'saħħithom u effettivi, bil-għan li jiżdied il-finanzjament tal-UE għal miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, filwaqt li jitqiesu l-aspetti li ġejjin:

   (i) l-identifikazzjoni tal-kwistjonijiet impliċiti u espliċiti dwar il-ġeneru;
   (ii) l-identifikazzjoni – meta possibbli – tal-allokazzjonijiet ta' riżorsi alleati; kif ukoll
   (iii) il-valutazzjoni dwar jekk il-programmi ta' finanzjament tal-UE humiex se jippermettu li jkomplu l-inugwaljanzi eżistenti bejn in-nisa u l-irġiel (u gruppi ta' nisa u rġiel), is-subien u l-bniet u x-xejriet ta' relazzjonijiet bejn il-ġeneru jew humiex se jwasslu għal bidla;

65.  Jitlob li kwalunkwe titolu tal-baġit tal-UE isegwi miri tal-perspettiva tal-ġeneri u standards tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri b'saħħithom b'mod indaqs;

66.  Jitlob li l-ammont li għandu jiġi allokat għal objettivi u azzjonijiet ta' politika individwali ddedikati għall-ugwaljanza bejn is-sessi jiġi speċifikat b'mod ċar sabiex jiżdiedu t-trasparenza u s-sens ta' responsabilità;

67.  Jinnota li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mhijiex eżerċizzju ta' darba u li l-ibbaġitjar ibbażat fuq il-ġeneru jeħtieġ impenn kontinwu għall-fehim dwar il-ġeneru, li jinkludi analiżi u konsultazzjoni u aġġustamenti baġitarji attwali biex jitqiesu l-ħtiġijiet li qed jinbidlu tan-nisa u l-irġiel, u tal-bniet u s-subien;

68.  Iqis li l-finanzjament fil-livell tal-UE ta' EUR 6,17 biljun allokati fil-QFP attwali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan l-impenn strateġiku skont il-ġeneru huwa l-ewwel pass;

69.  Jemmen li r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP seta' kien opportunità biex jitjiebu r-riżultati miksuba mill-baġit tal-UE fit-twettiq tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u biex jintwerew dawn il-kisbiet lill-pubbliku;

70.  Jiddispjaċih, għalhekk, dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tindirizzax il-kwistjoni tal-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP, u jitlob għal azzjoni aktar speċifika biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas;

71.  Jitlob li jiġu applikati indikaturi speċifiċi għall-ġeneru fil-fażijiet tal-għażla, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti tal-azzjonijiet kollha li jirċievu finanzjament mill-baġit tal-UE; jitlob, barra minn hekk, għal valutazzjoni obbligatorja tal-impatt fuq il-ġeneru bħala parti minn kondizzjonalità ġenerali ex ante, u għall-ġbir ta' data diżaggregata skont il-ġeneru dwar il-benefiċjarji u l-parteċipanti;

72.  Jirrakkomanda bil-qawwa li data diżaggregata skont il-ġeneru għandha tkun disponibbli għall-pubbliku sabiex tiġi żgurata r-responsabilità finanzjarja u t-trasparenza;

73.  Jitlob li tiġi adottata l-metodoloġija tar-rapport ''Gender Equality Index 2015 – Measuring gender equality in the European Union 2005-2012'', ippubblikat mill-EIGE fl-2015, għall-kejl tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri bħala bażi għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' finanzjament tal-UE;

74.  Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jorganizzaw taħriġ regolari u programmi ta' appoġġ tekniku dwar għodod għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għall-persunal kollu involut fit-tfassil tal-politiki u l-proċeduri baġitarji; jitlob li jitħeġġeġ l-użu tal-ibbaġitjar għall-perspettiva tal-ġeneri fiż-żewġ strateġiji nazzjonali u tal-UE sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod aktar effettiv;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-effettività ta' korpi nazzjonali għall-ilmenti u proċeduri fl-implimentazzjoni ta' direttivi għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

76.  Jeżiġi li l-Qorti tal-Awdituri tinkorpora wkoll il-perspettiva tal-ġeneri meta tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-politiki ta' ugwaljanza tal-UE u tal-aspetti orizzontali ta' dawn il-politiki, kemm fir-rakkomandazzjonijiet kif ukoll fir-rapporti speċjali tagħha; jitlob biex, bl-istess mod, l-Istati Membri jintroduċu d-dimensjoni tal-ġeneru fil-baġits tagħhom sabiex janalizzaw il-programmi u l-politiki tal-gvern, l-impatt tagħhom fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-kontribut tagħhom għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

77.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas kbir ta' bilanċ bejn il-ġeneri – li jinvolvi l-iktar differenza wiesgħa fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE – fost il-Membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li bħalissa hija komposta minn 28 raġel u 3 nisa (tnejn inqas mill-bidu tal-2016); jistieden lill-Kunsill, minn issa 'l quddiem u sakemm jintlaħaq bilanċ aċċettabbli, biex jipproponi żewġ kandidati għall-Parlament, mara u raġel, għal kull ħatra futura;

78.  Ifaħħar il-ħidma tal-uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Polonja, li skont il-Liġi dwar it-Trattament Ugwali, huwa l-korp tal-ugwaljanza responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament ugwali; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar it-tnaqqis baġitarju riċenti li jaffettwa dawk il-partijiet tal-uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem li jittrattaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; ifakkar li korp nazzjonali għall-ugwaljanza għandu jkollu biżżejjed persunal, għandu jkun iffinanzjat b'mod adegwat, u għandu jkollu l-indipendenza tiegħu rispettata u miżmuma;

o
o   o

79.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 436, 24.11.2016, p. 51.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0338.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0072.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0309.
(8) Id-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni Parti I dwar "Dikjarazzjonijiet tal-Programmi għan-nefqa operattiva" li jakkompanja l-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2016)0300), p.15.
(9) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, "Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ 2014 tal-Orizzont 2020"), ISBN 978-92-79-57749-9, p. 44.


L-implikazzjonijiet tal-Big Data fuq id-drittijiet fundamentali
PDF 393kWORD 63k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-implikazzjonijiet tal-Big Data fuq id-drittijiet fundamentali: il-privatezza, il-protezzjoni tad-data, in-nondiskriminazzjoni, is-sigurtà u l-infurzar tal-liġi (2016/2225(INI))
P8_TA(2017)0076A8-0044/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 7, 8, 11, 14, 21, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida għar-regolamentazzjoni ta' fajls tad-data personali kompjuterizzati tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni tagħha Nru 45/95 tal-14 ta' Diċembru 1990,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(1) (RĠPD), kif ukoll id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Mejju 2015, bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta' data personali tat-28 ta' Jannar 1981 (ETS Nru 108) u l-Protokoll addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 (ETS Nru 181)(3),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)13 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku tad-data personali fil-kuntest tat-tfassil ta' profili tat-23 ta' Novembru 2010(4),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 7/2015 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tad-19 ta' Novembru 2015: Nindirizzaw l-isfidi tal-Big Data; Sejħa għal trasparenza, kontroll tal-utent, il-protezzjoni tad-data bid-disinn u l-obbligu ta' rendikont(5),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 8/2016 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-23 ta' Settembru 2016: Opinjoni tal-KEPD dwar l-infurzar koerenti tad-drittijiet fundamentali fl-era tal-Big Data(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-impatt tal-iżvilupp tal-Big Data fuq il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom fl-UE tas-16 ta' Settembru 2014(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0044/2017),

A.  billi t-terminu Big Data jirreferi għall-ġbir, l-analiżi u l-akkumulazzjoni rikorrenti ta' ammonti kbar ta' data, inkluża data personali, minn varjetà ta' sorsi, li hija suġġetta għal ipproċessar awtomatiku b'algoritmi tal-kompjuter u tekniki avvanzati tal-ipproċessar tad-data, bl-użu kemm ta' data maħżuna kif ukoll ta' data streamjata, sabiex jiġu ġġenerati ċerti korrelazzjonijiet, tendenzi u xejriet (analitika tal-Big Data);

B.  billi ċerti każijiet ta' użu tal-Big Data jinvolvu t-taħriġ ta' apparat ta' intelliġenza artifiċjali bħal netwerks newronali u mudelli statistiċi sabiex jitbassru ċerti avvenimenti u mġiba; billi d-data ta' taħriġ ta' spiss hija ta' kwalità dubjuża u mhux newtrali;

C.  billi l-progress tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u l-użu kullimkien ta' apparat elettroniku, gadgets ta' monitoraġġ, il-midja soċjali, l-interazzjonijiet u n-netwerks tal-internet, inkluż apparat li jikkomunika informazzjoni mingħajr interferenza umana, wasslu għall-iżvilupp ta' settijiet enormi ta' data, li kulma jmur qegħdin jikbru, u li permezz ta' tekniki ta' pproċessar u analitika avvanzati, jipprovdu informazzjoni mingħajr preċedent dwar l-imġiba tal-bniedem, il-ħajja privata u s-soċjetajiet tagħna;

D.  billi s-servizzi tal-intelligence ta' pajjiżi terzi u l-Istati Membri qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq l-ipproċessar u l-analitika ta' dawn is-settijiet ta' data, li mhumiex koperti minn xi qafas ġuridiku, jew l-aktar reċenti, kienu s-suġġett ta' leġiżlazzjoni li l-kompatibbiltà tagħha mal-liġi primarja u sekondarja tal-Unjoni tqajjem tħassib u li għadha trid tiġi aċċertata;

E.  billi ż-żieda fil-bullying, il-vjolenza kontra n-nisa u l-vulnerabbiltà tat-tfal qed iseħħ anke fuq l-internet; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw il-miżuri legali meħtieġa kollha għall-ġlieda kontra dawn il-fenomeni;

F.  billi għadd dejjem akbar ta' korporazzjonijiet, negozji, korpi u aġenziji, organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi (kif ukoll is-setturi pubbliċi u privati b'mod ġenerali), mexxejja politiċi, is-soċjetà ċivili, l-akkademja, il-komunità xjentifika u ċ-ċittadini b'mod ġenerali siltu vantaġġ minn dawn is-settijiet tad-data u l-analitika tal-Big Data biex isaħħu l-kompetittività, l-innovazzjoni, it-tbassir tas-suq, il-kampanji politiċi, ir-reklamar immirat, ir-riċerka xjentifika u tfassil tal-politika fil-qasam tat-trasport, it-tassazzjoni, is-servizzi finanzjarji, bliet intelliġenti, l-infurzar tal-liġi, it-trasparenza, is-saħħa pubblika u r-reazzjoni għad-diżastri, u biex jinfluwenzaw ir-riżultati elettorali u politiċi permezz, pereżempju, ta' komunikazzjonijiet immirati;

G.  billi s-suq tal-Big Data qed jikber peress li t-teknoloġija u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet immexxi mid-data qed jiġu aċċettati dejjem aktar bħala soluzzjoni; billi għad m'hemmx metodoloġija biex issir valutazzjoni abbażi ta' evidenza tal-impatt totali tal-Big Data, iżda hemm evidenza li tissuġġerixxi li l-analitika tal-Big Data jista' jkollha impatt orizzontali sinifikanti fis-setturi pubbliċi u privati; billi l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa tal-Kummissjoni tirrikonoxxi l-potenzjal tat-teknoloġiji mmexxija mid-data, is-servizzi u l-Big Data biex jaġixxu ta' katalist għat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-UE;

H.  billi l-analitika tal-Big Data tiġġenera valur miżjud f'varjetà ta' modi, b'għadd kbir ta' eżempji pożittivi, li jġib miegħu opportunitajiet sinifikanti għaċ-ċittadini, pereżempju fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, it-titjib fis-sigurtà tat-trasport u l-kapaċità ta' bliet intelliġenti, biex b'hekk dan itejjeb l-ottimizzazzjoni u l-effiċjenza tan-negozji u jikkontribwixxi għat-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u biex tinstab u tiġi miġġielda l-frodi; billi l-Big Data tista' tipprovdi vantaġġ kompetittiv lill-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji Ewropej, filwaqt li s-settur pubbliku jista' jibbenefika minn effiċjenza akbar bis-saħħa ta' aktar għarfien dwar il-livelli differenti ta' żviluppi soċjoekonomiċi;

I.  billi l-Big Data għandha l-potenzjal msemmi aktar 'il fuq għaċ-ċittadini, l-akkademja, il-komunità xjentifika u s-settur pubbliku u dak privat, iżda tinvolvi wkoll riskji sinifikanti, jiġifieri fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data, iżda wkoll il-libertà ta' espressjoni u n-nondiskriminazzjoni, kif iggarantit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-liġi tal-Unjoni; billi l-psewdonimizzazzjoni u t-tekniki ta' kriptaġġ jistgħu jtaffu riskji relatati mal-analitika tal-Big Data u għalhekk għandhom rwol importanti fis-salvagwardja tal-privatezza tas-suġġett tad-data, filwaqt li jrawmu l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku; billi dawn l-elementi għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mir-reviżjoni attwali tad-Direttiva dwar il-privatezza elettronika;

J.  billi l-prevalenza tas-sensuri, il-produzzjoni ta' data estensiva fuq bażi regolari u l-attivitajiet kontemporanji tal-ipproċessar tad-data mhux dejjem huma trasparenti biżżejjed, jirrappreżentaw sfidi lill-kapaċità tal-individwi u l-awtoritajiet biex jivvalutaw il-proċessi u l-iskop tal-ġbir, il-kompilazzjoni, l-analiżi u l-użu ta' data personali; billi bl-użu tal-analitika tal-Big Data jista' jkun hemm nuqqas ta' distinzjoni bejn id-data personali u dik mhux personali, u dan jista' jwassal sabiex tinħoloq data personali ġdida;

K.  billi s-settur tal-Big Data qed jikber b'40 % fis-sena, rata seba' darbiet aktar mgħaġġla mis-suq tal-IT; billi l-konċentrazzjoni ta' settijiet ta' data kbar prodotti minn teknoloġiji ġodda toffri informazzjoni kruċjali għall-korporazzjonijiet il-kbar, li tiskatta bidliet mingħajr preċedent fil-bilanċ tas-setgħa bejn iċ-ċittadini, il-gvernijiet u l-atturi privati; billi tali konċentrazzjoni ta' setgħa f'idejn il-korporazzjonijiet tista' tikkonsolida l-monopolji u l-prattiki abbużivi, u jista' jkollha effett detrimentali fuq id-drittijiet tal-konsumaturi u fuq il-kompetizzjoni ta' suq ġust; billi l-interess tal-individwu, kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, jenħtieġ li jitpoġġew aktar taħt skrutinju fil-kuntest tal-fużjonijiet tal-Big Data;

L.  billi l-Big Data għandha potenzjal enormi mhux realizzat bħala xprun tal-produttività u bħala mod li joffri prodotti u servizzi aħjar liċ-ċittadini; jenfasizza, madankollu, li l-użu ġeneralizzat ta' apparat intelliġenti, netwerks u applikazzjonijiet tal-internet miċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet mhux bilfors jindika sodisfazzjon bil-prodotti offruti, iżda pjuttost fehim usa' li dawn is-servizzi saru indispensabbli għall-ħajja, il-komunikazzjoni u x-xogħol, minkejja n-nuqqas ta' għarfien dwar ir-riskji li dawn jistgħu joħolqu għall-benessri, is-sigurtà u d-drittijiet tagħna;

M.  billi għandha ssir distinzjoni bejn il-kwantità tad-data u l-kwalità tad-data sabiex jiġi ffaċilitat l-użu effettiv tal-Big Data (algoritmi u għodod analitiċi oħrajn); billi data ta' kwalità baxxa u/jew proċeduri ta' kwalità baxxa li jirfdu proċessi ta' teħid tad-deċiżjonijiet u għodod analitiċi jistgħu jirriżultaw f'algoritmi preġudikati, korrelazzjonijiet foloz, żbalji, sottovalutazzjoni tal-implikazzjonijiet legali, soċjali u etiċi, ir-riskju li d-data tintuża għal għanijiet diskriminatorji jew frawdolenti u l-marġinalizzazzjoni tar-rwol tal-bnedmin f'dawn il-proċessi, li jwasslu għal proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet difettużi li jkollhom impatt negattiv fuq il-ħajja u l-opportunitajiet taċ-ċittadini, b'mod partikolari gruppi emarġinati, kif ukoll iwasslu għal impatt negattiv fuq is-soċjetajiet u n-negozji;

N.  billi r-responsabbiltà u t-trasparenza algoritmiċi jenħtieġ li jfissru l-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi u operazzjonali li jiżguraw it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni ta' teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet u l-kalkolu ta' probabbiltajiet ta' mġiba individwali; billi t-trasparenza jenħtieġ li tagħti lill-individwi informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta, is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti; billi dan jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar id-data użata għat-taħriġ tal-analitika tal-Big Data u jippermetti lill-individwi jifhmu u jimmonitorjaw id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom;

O.  billi l-analiżi tad-data u l-algoritmi għandhom impatt dejjem akbar fuq l-informazzjoni li tkun saret aċċessibbli għaċ-ċittadini; billi dawn it-tekniki, jekk użati ħażin, jistgħu jipperikolaw id-drittijiet fundamentali għall-informazzjoni kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja; billi s-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri hija direttament relatata mal-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta' kull soċjetà u mal-ħtieġa li jiġi ppreservat il-pluraliżmu tal-midja, kif iddikjarat fil-Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri għat-Trattat ta' Amsterdam (11997D/PRO/09);

P.  billi l-proliferazzjoni tal-ipproċessar tad-data u l-analitika, l-għadd kbir ta' atturi involuti fil-ġbir, iż-żamma, l-ipproċessar, il-ħżin u l-kondiviżjoni tad-data u l-kombinazzjoni ta' settijiet kbar ta' data li fihom data personali u mhux personali minn varjetà ta' sorsi, filwaqt li ġabu magħhom opportunitajiet sinifikanti, ħolqu inċertezza kbira għaċ-ċittadini u għas-settur pubbliku u privat dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-konformità mal-liġi attwali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

Q.  billi hemm għadd kbir ta' sistemi ta' legat mhux strutturati li fihom volumi kbar ta' data miġbura minn kumpaniji tul ħafna snin, b'sistemi ta' governanza tad-data mhux ċari li jenħtieġ li jinġiebu konformi b'mod sistematiku;

R.  billi għandha titħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib u koerenza bejn regolaturi u awtoritajiet ta' superviżjoni tal-kompetizzjoni, tal-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-protezzjoni tad-data differenti fil-livell nazzjonali u tal-UE, sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u fehim tal-implikazzjonijiet tal-Big Data għad-drittijiet fundamentali; billi l-istabbiliment u l-iżvilupp ulterjuri tal-kamra ta' kklerjar diġitali(8) bħala netwerk volontarju ta' korpi tal-infurzar jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib ta' ħidmiethom u l-attivitajiet ta' infurzar rispettivi tagħhom u jistgħu jgħinu biex japprofondixxu s-sinerġiji u jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-interessi ta' individwi;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jenfasizza li l-prospetti u l-opportunitajiet tal-Big Data jistgħu jiġu sfruttati bis-sħiħ miċ-ċittadini, is-settur pubbliku u dak privat, l-akkademja u l-komunità xjentifika biss meta l-fiduċja tal-pubbliku f'dawn it-teknoloġiji tiġi żgurata permezz ta' infurzar qawwi tad-drittijiet fundamentali u konformità mal-liġi attwali dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE u ċ-ċertezza legali għall-atturi kollha involuti; jenfasizza li l-ipproċessar ta' data personali jista' jsir biss skont kwalunkwe bażi ġuridika stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679; iqis li huwa kruċjali li t-trasparenza u l-għoti ta' informazzjoni xierqa udjenzi kkonċernati jkunu l-elementi fundamentali għall-bini tal-fiduċja min-naħa tal-pubbliku u għall-protezzjoni tad-drittijiet individwali;

2.  Jenfasizza li l-konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data, flimkien ma' standards xjentifiċi u etiċi b'saħħithom, huma kruċjali biex tiġi stabbilita l-fiduċja u l-affidabbiltà tas-soluzzjonijiet rigward il-Big Data; jenfasizza wkoll li l-informazzjoni żvelata mill-analiżi tal-Big Data ma toffrix stampa imparzjali ta' kwalunkwe suġġett u hija ta' min jorbot fuqha biss skont kemm tippermetti d-data sottostanti; jenfasizza li l-analiżi tat-tbassir abbażi tal-Big Data tista' toffri biss probabbiltà statistika u għalhekk mhux dejjem tista' tbassar b'mod preċiż l-imġiba individwali; jenfasizza, għalhekk, li standards xjentifiċi u etiċi b'saħħithom huma ta' importanza vitali għall-immaniġġjar tal-ġbir tad-data u biex jiġu ġġudikati r-riżultati ta' din l-analiżi;

3.  Jirrimarka li minn data mhux sensittiva jista' jkun hemm inferenza għal informazzjoni sensittiva dwar persuni, u b'hekk il-linja bejn data sensittiva u data mhux sensittiva ma tibqax ċara;

4.  Jenfasizza li nuqqas ta' għarfien u fehim tal-individwi dwar in-natura tal-Big Data tippermetti li l-informazzjoni personali tintuża b'modi mhux intenzjonati; jinnota li l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali hija ta' importanza ewlenija fl-UE; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jinvestu fil-litteriżmu diġitali u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet diġitali, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data fost iċ-ċittadini, inklużi t-tfal; jenfasizza li tali edukazzjoni jenħtieġ li tindirizza l-fehim tal-prinċipji/loġika ta' kif jaħdmu l-algoritmi u l-proċessi ta' teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet u kif għandhom jiġu interpretati b'mod li jagħmel sens; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jitrawwem l-għarfien dwar fejn u kif jinġabru l-flussi tad-data (jiġifieri l-web scraping, il-kombinament tad-data tal-istreamjar ma' data minn netwerks soċjali u apparat konness u l-aggregazzjoni ta' dik l-informazzjoni fi fluss ta' data ġdid);

Big Data għal finijiet kummerċjali kif ukoll fis-settur pubbliku

Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data

5.  Jindika li l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, id-dritt għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll id-dritt ta' individwi li jirċievu informazzjoni dwar il-loġika involuta f'teħid ta' deċiżjonijiet u tfassil ta' profili b'mod awtomatizzat u d-dritt li wieħed ifittex rimedju ġudizzjarju huma applikabbli għall-ipproċessar tad-data meta l-ipproċessar ikun preċedut minn tekniki ta' psewdonimizzazzjoni jew, fi kwalunkwe każ, meta l-użu ta' data mhux personali jista' jkollu impatt fuq il-ħajja privata tal-individwi jew drittijiet u libertajiet oħra, u b'ghekk iwassal għall-istigmatizzazzjoni ta' gruppi sħaħ tal-popolazzjoni;

6.  Jissottolinja li s-Suq Uniku Diġitali jrid jinbena fuq netwerks u servizzi affidabbli, ta' veloċità għolja u li wieħed jista' jserraħ fuqhom li jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data għall-protezzjoni u l-privatezza, filwaqt li jħeġġeġ ukoll l-innovazzjoni u l-analitika tal-Big Data sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet t-tajbin u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni sabiex tingħata spinta lill-ekonomija diġitali Ewropea;

7.  Jenfasizza wkoll il-possibbiltà li jerġgħu jiġu identifikati mill-ġdid individwi billi jiġu kkorelati tipi differenti ta' data anonimizzata; jenfasizza li l-liġi tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali tapplika għall-ipproċessar ta' tali data kkorrelata biss meta individwu jista' tabilħaqq jiġi identifikat mill-ġdid;

8.  Jenfasizza li l-prinċipji msemmija hawn fuq għandhom iservu bħala qafas għall-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet fis-setturi pubbliċi u privati u ta' atturi oħra li jużaw data; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar responsabbiltà u trasparenza algoritmika fir-rigward tal-ipproċessar u l-analitika tad-data min-naħa tas-setturi privati u pubbliċi u atturi oħra li jużaw analitika tad-data, bħala għodda essenzjali biex jiġi garantit li l-individwu jkun infurmat kif xieraq dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom;

9.  Jenfasizza r-rwol fundamentali li jenħtieġ li jkollhom fil-futur il-Kummissjoni, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u awtoritajiet superviżorji indipendenti oħra biex jippromwovu trasparenza u proċess xieraq, ċertezza legali b'mod ġenerali u, b'mod aktar speċifiku, standards konkreti li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-garanziji assoċjati mal-użu tal-ipproċessar tad-data u l-analitika mis-settur privat u s-settur pubbliku; jappella għal kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn regolaturi tal-imġiba fl-ambjent diġitali, sabiex jissaħħu s-sinerġiji bejn l-oqfsa regolatorji għall-konsumaturi u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u tal-protezzjoni tad-data; jitlob, barra minn hekk, li jkun hemm finanzjament u numru ta' persunal xieraq għal tali awtoritajiet; jirrikonoxxi, barra minn hekk, il-ħtieġa li titwaqqaf kamra ta' kklerjar diġitali;

10.  Jissottolinja li l-għan intrinsiku tal-Big Data jenħtieġ li jkun li jinkisbu korrelazzjonijiet komparabbli bl-iċken ammont ta' data personali possibbli; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li x-xjenza, in-negozju u l-komunitajiet pubbliċi jenħtieġ li jiffukaw fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-anonimizzazzjoni;

11.  Jirrikonoxxi li l-applikazzjoni ta' psewdonimizzazzjoni, anonimizzazzjoni jew kriptaġġ ta' data personali tista' tnaqqas ir-riskji għas-suġġetti tad-data kkonċernati meta d-data personali tintuża f'applikazzjonijiet tal-Big Data; jenfasizza barra minn hekk il-vantaġġi ta' psewdonimizzazzjoni previsti mir-RĠPD bħala salvagwardja xierqa; ifakkar li l-anonimizzazzjoni hija proċess irriversibbli li bih id-data personali ma tistax tintuża aktar waħedha biex tidentifika jew tiddistingwi persuna fiżika; huwa tal-fehma li l-obbligi kuntrattwali jenħtieġ li jiżguraw li d-data anonimizzata mhux se terġa' tiġi identifikata mill-ġdid bl-użu ta' korrelazzjonijiet addizzjonali billi jingħaqdu flimkien sorsi tad-data differenti; jistieden lis-settur pubbliku u privat u atturi oħra involuti fl-analiżi tal-Big Data jirrevedu regolarment tali riskji fid-dawl ta' teknoloġiji ġodda u jiddokumentaw l-adegwatezza tal-miżuri adottati; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u awtoritajiet superviżorji indipendenti oħra jħejji linji gwida dwar il-mod kif għandha tiġi anonimizzata bix-xieraq id-data sabiex jiġi evitat milli jkun hemm abbuż ta' dawn il-miżuri fil-futur, u biex jiġu mmonitorjati l-prattiki;

12.  Iħeġġeġ lis-setturi pubbliċi u privati u lil kontrolluri oħra tad-data jagħmlu użu mill-istrumenti previsti mir-RĠPD, bħal kodiċijiet ta' kondotta u skemi ta' ċertifikazzjoni, sabiex ifittxu aktar ċertezza dwar l-obbligi speċifiċi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni u jġibu l-prattiki u l-attivitajiet tagħhom f'konformità ma' standards u salvagwardji legali xierqa tal-UE;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li t-teknoloġiji mmexxija mid-data ma jillimitawx jew ma jiddiskriminawx l-aċċess għal ambjent tal-midja pluralistika iżda pjuttost irawmu l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja; jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet tal-midja se jkollha rwol kruċjali biex jiġi żgurat li l-litteriżmu tal-midja diġitali jkun appoġġjat biex tingħata s-setgħa liċ-ċittadini u jiġu protetti d-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni u għal-libertà ta' espressjoni;

14.  Huwa tal-fehma li l-pubblikazzjoni tad-data personali mill-awtoritajiet pubbliċi għal raġunijiet ta' interess pubbliku, bħall-prevenzjoni tal-korruzzjoni, il-kunflitti ta' interess, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, tista' tkun ammissibbli f'soċjetà demokratika, dment li d-data tiġi żvelata skont kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, ikunu fis-seħħ is-salvagwardji adegwati u li tali pubblikazzjoni tkun meħtieġa għall-għan mixtieq u proporzjonata miegħu;

Is-sigurtà

15.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-iżvilupp teknoloġiku li se jikkontribwixxi biex titjieb is-sigurtà; jirrikonoxxi li fost ir-riskji l-aktar urġenti assoċjati mal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data, bħal pereżempju t-tekniki tal-Big Data (speċjalment fil-kuntest tal-Internet tal-Oġġetti), li huma kwistjoni ta' tħassib għall-individwi, hemm il-ksur ta' sigurtà, l-aċċess mhux awtorizzat għad-data u użu ta' sorveljanza illegali; jemmen li l-indirizzar ta' tali theddid, mingħajr ma jiġu kompromessi d-drittijiet fundamentali, jitlob kooperazzjoni ġenwina u miftiehma bejn is-settur privat u dak pubbliku, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet superviżorji indipendenti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lis-sigurtà tas-sistemi tal-gvern elettroniku, kif ukoll miżuri legali addizzjonali bħar-responsabbiltà tas-softwer;

16.  Huwa tal-fehma li l-użu ta' kriptaġġ minn punt għal ieħor (end-to-end encryption) jenħtieġ li jitħeġġeġ ukoll u, fejn neċessarju, jingħata mandat skont il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn; jirrakkomanda li kull qafas leġiżlattiv futur għal dan il-għan jipprojbixxi speċifikament lill-fornituri ta' kriptaġġ, lill-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni u lill-organizzazzjonijiet l-oħra kollha (fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista) milli jippermettu jew jiffaċilitaw "backdoors";

17.  Jenfasizza li hekk kif tiżdied il-ġenerazzjoni tad-data u tal-flussi tad-data, ikun hemm aktar vulnerabbiltajiet u sfidi ġodda għas-sigurtà tal-informazzjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, l-użu ta' privatezza mid-disinn u privatezza prestabbilita, tekniki ta' anonimizzazzjoni, fejn ikun xieraq, tekniki ta' kriptaġġ, u valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-privatezza mandatorji; jenfasizza li miżuri bħal dawn għandhom jiġu applikati minn dawk kollha involuti fl-analtika tal-Big Data fis-setturi privati u pubbliċi u atturi oħra li jittrattaw data sensittiva, bħal avukati, ġurnalisti u persuni li jaħdmu fis-settur tas-saħħa sabiex jiġi żgurat li l-Big Data ma żżidx l-esponiment għal riskji tas-sigurtà tal-informazzjoni;

18.  Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri la għandhom jimponu obbligu ġenerali fuq il-fornituri tas-servizzi ta' trażmissjoni, ta' ħżin u dawk ta' hosting biex jimmonitorjaw l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali biex b'mod attiv ifittxu fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali; itenni, b'mod partikolari, li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każijiet C-360/10 u C-70/10, irrifjutat miżuri għall-"monitoraġġ attiv" ta' kważi l-utenti kollha tas-servizzi kkonċernati (f'kawża minnhom il-fornituri tal-aċċess għall-internet, u fil-kawża l-oħra netwerk soċjali) u speċifikat li għandha tiġi eskluża kull ordni li tirrikjedi lil fornitur tas-servizzi ta' hosting iwettaq monitoraġġ ġenerali;

In-nondiskriminazzjoni

19.  Jenfasizza li, minħabba s-settijiet ta' data u s-sistemi algoritmiċi użati meta jsiru valutazzjonijiet u tbassir fl-istadji differenti tal-ipproċessar tad-data, il-Big Data tista' tirriżulta mhux biss f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali ta' individwi, iżda wkoll fi trattament differenzjati u diskriminazzjoni indiretta kontra gruppi ta' persuni b'karatteristiċi simili, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ġustizzja u l-ugwaljanza fl-opportunitajiet għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi, fir-reklutaġġ jew il-valutazzjoni ta' individwi jew meta jiġu determinati d-drawwiet ġodda tal-konsumaturi ta' utenti tal-midja soċjali;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jidentifikaw u jieħdu kwalunkwe miżura possibbli biex jimminimizzaw id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju algoritmiċi u jiżviluppaw qafas etiku b'saħħtu u komuni għall-ipproċessar trasparenti ta' data personali u t-teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet li jista' jiggwida l-użu tad-data u l-infurzar kontinwu tal-liġi tal-Unjoni;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jevalwaw b'mod speċifiku mhux biss il-ħtieġa għal trasparenza algoritmika, iżda wkoll għal trasparenza dwar preġudizzji possibbli fid-data ta' taħriġ użata biex isiru inferenzi abbażi tal-Big Data;

22.  Jirrakkomanda li n-negozji jwettqu valutazzjonijiet regolari dwar ir-rappreżentattività ta' settijiet ta' data, jeżaminaw jekk is-settijiet ta' data humiex affettwati minn elementi preġudikati, u jiżviluppaw strateġiji biex jingħelbu dawn il-preġudizzji; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu riveduti l-eżattezza u s-sinifikat ta' tbassir ta' analitika tad-data, fuq il-bażi tal-korrettezza u t-tħassib etiku;

Big Data għal għanijiet xjentifiċi

23.  Jenfasizza li l-analitika tal-Big Data tista' tkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp u r-riċerka fil-qasam xjentifiku; jemmen li l-iżvilupp u l-użu tal-analitika tal-Big Data għal skopijiet xjentifiċi jenħtieġ li jitwettqu bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-valuri fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u f'konformità mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

24.  Ifakkar li skont ir-RĠPD, l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali għal skopijiet ta' statistika jista' jirriżulta biss f'data aggregata li ma tistax terġa' tiġi applikata għall-individwi;

Big Data għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi

Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data

25.  Ifakkar lill-atturi kollha tal-infurzar tal-liġi li jużaw l-ipproċessar tad-data u l-analitika li d-Direttiva (UE) 2016/680: tirregola l-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi; titlob li l-ġbir u l-ipproċessar ta' data personali għal finijiet ta' infurzar tal-liġi jridu dejjem ikunu adegwati, rilevanti u mhux eċċessivi meta mqabbla mal-iskopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi li għalihom tkun qed tiġi pproċessata; tiddikjara li l-iskop għall-ġbir ta' din id-data u l-ħtieġa għal dan il-ġbir għandu jkun ippruvat b'mod ċar; tiddikjara li kull deċiżjoni bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta' profili, li toħloq effett legali negattiv fuq is-suġġett tad-data jew tolqtu b'mod sinifikanti, hi pprojbita, sakemm ma tkunx awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istat Membru li jkun suġġett għaliha l-kontrollur u tipprovdi salvagwardji adatti għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, tal-anqas id-dritt li jkun hemm intervent uman min-naħa tal-kontrolluri; tistieden lill-Kummissjoni, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lil awtoritajiet superviżorji indipendenti oħra joħorġu linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki sabiex jispeċifikaw aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għal deċiżjonijiet ibbażati fuq it-tfassil ta' profili u l-użu ta' Big Data għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi;

26.  Jenfasizza l-importanza tal-konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 għal dak li jirrigwarda t-twettiq minn qabel ta' valutazzjonijiet tal-impatt u awditi li jqisu l-preokkupazzjonijiet etiċi sabiex jiġu vvalutati l-inklużività, il-preċiżjoni u l-kwalità tad-data, u li jkun żgurat li l-individwi fil-mira tad-deċiżjonijiet u/jew l-atturi involuti fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikollhom il-possibbiltà jifhmu u jikkontestaw il-ġbir jew l-analiżi, ix-xejriet u l-korrelazzjonijiet u jiġi evitat kwalunkwe effett ta' ħsara fuq ċerti gruppi ta' individwi;

27.  Jisħaq li l-fiduċja taċ-ċittadini fis-servizzi diġitali tista' tiġi pperikolata serjament minn attivitajiet ta' sorveljanza fuq skala kbira min-naħa tal-gvern u minn aċċess inġustifikat għad-data kummerċjali u data personali oħra minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi;

28.  Ifakkar li leġiżlazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jkollhom aċċess għall-kontenut ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fuq bażi ġeneralizzata trid titqies li tikkomprometti l-essenza tad-dritt fundamentali tar-rispett tal-ħajja privata, kif iggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li linji gwida u sistemi jiġu inkorporati fis-sejħiet pubbliċi għal offerti għal mudelli tal-ipproċessar tad-data, għodod u programmi bbażati fuq Big Data għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi sabiex ikun żgurat li l-kodiċi sottostanti jkun jista' jiġi ċċekkjat u effettivament jiġi ċċekkjat mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi qabel ix-xiri finali u jista' jiġi vverifikat għal kemm hu adattat, korrett u sigur, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li t-trasparenza u r-responsabbiltà huma limitati minn softwer proprjetarju; jindika li ċerti mudelli ta' regolamentazzjoni prevedibbli huma aktar favur il-privatezza minn oħrajn, pereżempju fejn isir tbassir probabilistiku dwar postijiet jew avvenimenti u mhux dwar persuni individwali;

Is-sigurtà

30.  Jissottolinja l-bżonn assolut li l-bażijiet tad-data tal-infurzar tal-liġi jitħarsu minn ksur tas-sigurtà u l-aċċess illegali, peress li din hija kwistjoni ta' tħassib għall-individwi; jemmen, għalhekk, li biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji hemm bżonn ta' politika koordinata u effettiva bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, is-settur privat, il-gvernijiet u l-awtoritajiet superviżorji indipendenti tal-protezzjoni tad-data; jinsisti, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata sigurtà xierqa għad-data personali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680, kif ukoll biex ikunu minimizzati l-vulnerabbiltajiet permezz ta' arkitetturi tal-bażi tad-data siguri u deċentralizzati;

In-nondiskriminazzjoni

31.  Iwissi li, minħabba l-intrużività tad-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi – inkluż permezz tal-ipproċessar tad-data u l-analitika tad-data – fil-ħajja u d-drittijiet taċ-ċittadini, hemm bżonn tal-akbar kawtela sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni illegali u li jiġu mmirati ċerti individwi jew gruppi ta' persuni definiti permezz ta' referenza għar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, is-sess, l-identità jew l-espressjoni tas-sessi, l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus ta' residenza, is-saħħa jew l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, li ħafna drabi hija s-suġġett ta' tfassil ta' profili etniċi jew aktar regolazzjoni intensiva fl-infurzar tal-liġi, kif ukoll individwi li jinzertaw li jkunu definiti minn karatteristiċi partikolari; jitlob taħriġ xieraq għall-kolletturi prinċipali tad-data u l-utenti tal-intelligence derivati mil-livell tal-analiżi tad-data;

32.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri li jagħmlu użu minn analitika tad-data biex iżommu l-ogħla standards ta' etika fl-analiżi tad-data u jiżguraw intervent uman u responsabbiltà tul l-istadji differenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet, mhux biss biex jivvalutaw ir-rappreżentanza, il-preċiżjoni u l-kwalità tad-data, iżda anke biex jivvalutaw l-adegwatezza ta' kull deċiżjoni li tittieħed fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni;

o
o   o

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(2) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.
(3) http://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/108
(4) https://search.coe.int/cm/Pages/result_details.aspx?ObjectID=09000016805cdd00
(5) https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2015/15-11-19_Big_Data_EN.pdf
(6) https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2016/16-09-23_BigData_opinion_EN.pdf
(7) http://ec.europa.eu/justice/data-protection/article-29/documentation/opinion-recommendation/files/2014/wp221_en.pdf
(8) Opinjoni 8/2016 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-23 ta' Settembru 2016, p.15.


Standards Minimi għall-Protezzjoni tal-Fniek tat-Trobbija
PDF 384kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-fniek tat-trobbija (2016/2077(INI))
P8_TA(2017)0077A8-0011/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 13 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja,

–  wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali 442, bit-titolu "Attitudes of Europeans towards Animal Welfare" ("L-Attitudnijiet tal-Ewropej lejn it-Trattament Xieraq tal-annimali", ippubblikat f'Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra s-"Scientific Opinion Concerning the Welfare of Animals during Transport" ("Opinjoni Xjentifika Dwar il-Benessri tal-Annimali waqt it-Trasport") tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), tat-12 ta' Jannar 2011,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar "The impact of the current housing and husbandry systems on the health and welfare of farmed domestic rabbits" ("L-impatt tas-sistemi ta' akkomodazzjoni u ta' trobbija attwali fuq is-saħħa u t-trattament xieraq tal-fniek domestiċi mrobbija f'azjendi tal-biedja") tal-11 ta' Ottubru 2005,

–  wara li kkunsidra l-Kapitolu 7,5 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri, intitolat "Slaughter of animals" ("Il-qtil tal-annimali"), tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE),

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Rakkomandazzjonijiet għat-Trattament Xieraq tal-Fniek (Code of Recommendations for the Welfare of Rabbits) tal-Gvern tar-Renju Unit,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0011/2017),

A.  billi l-fenek hu r-raba' l-aktar annimal imrobbi f'azjendi tal-biedja fid-dinja u t-tieni l-aktar speċi mrobbija f'azjendi tal-biedja fl-UE mil-lat ta' numri;

B.  billi l-produtturi Ewropej huma meħtieġa jissodisfaw standards għolja tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali li mhumiex dejjem obbligatorji f'pajjiżi terzi li jesportaw annimali għall-qatla lejn l-UE;

C.  billi l-konsumaturi qed isiru dejjem aktar attenti għall-kundizzjonijiet li fihom jitrabbew l-annimali;

D.  billi l-biedja tal-fniek intlaqtet ħażin ħafna mit-tnaqqis fil-konsum tal-laħam fl-Unjoni Ewropea u l-kriżi ekonomika fil-biedja u billi l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu b'madwar 20 % fi tliet snin, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni baqgħu kostanti;

E.  billi jenħtieġ li jittieħed kont tal-kontribuzzjoni nutrittiva magħmula mil-laħam tal-fenek u r-rwol li taqdi l-produzzjoni tiegħu fin-negozji mmexxija mill-familja, li jirrappreżentaw sehem sinifikanti ta' impjiegi għan-nisa f'ħafna żoni rurali fejn hemm ftit possibilitajiet ta' diversifikazzjoni tal-bhejjem;

F.  billi jenħtieġ li jittieħed kont daqstant ieħor tal-benessri tal-bdiewa kif ukoll tat-trattament xieraq tal-annimali;

G.  billi l-biċċa l-kbira tal-fniek jitrabbew għall-produzzjoni tal-laħam, fejn jinqatlu aktar minn 340 miljun fenek għal-laħam kull sena; billi t-trobbija tal-fniek f'azjendi tal-biedja tirrappreżenta inqas minn 1 % tal-produzzjoni finali tal-bhejjem tal-UE;

H.  billi s-settur tat-trobbija tal-fniek għal skopijiet ta' biedja fl-UE qed jiffaċċja tnaqqis kostanti u l-figuri għall-2016 jindikaw tnaqqis ta' 4,7 % fil-produzzjoni minħabba x-xejra tal-konsumaturi ta' tnaqqis fil-konsum tal-laħam tal-fenek; billi s-settur tal-biedja tal-fniek jopera fil-kundizzjonijiet tas-suq globali u ma jibbenefikax minn għajnuna diretta jew minn interventi tas-suq taħt il-Pilastru I tal-Politika Agrikola Komuni;

I.  billi l-UE għandha bilanċ kummerċjali negattiv maċ-Ċina fir-rigward tal-laħam tal-fenek; billi 99 % tal-importazzjonijiet tal-laħam tal-fenek għal ġol-UE joriġinaw miċ-Ċina; billi l-produtturi Ċiniżi se jisbqu lill-bdiewa tal-UE fil-kompetizzjoni, b'implikazzjonijiet negattivi għat-trattament xieraq tal-annimali, jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni;

J.  billi huwa kemm importanti kif ukoll meħtieġ li tintlaħaq u tinżamm il-produzzjoni profittabbli tal-fniek bl-għan li tkun tista' tkompli tgħin biex jiġu ppreservati n-nisġa u l-impjieg rurali, partikolarment għan-nisa, f'żoni fejn tipi oħra ta' produzzjoni mhumiex possibbli, kif ukoll biex tkompli toffri lill-konsumaturi ikel varjat u ta' kwalità għolja;

K.  billi l-Unjoni Ewropea hija l-produttur ewlieni fost il-produtturi tal-fniek fid-dinja, qabel l-Asja u b'mod partikolari ċ-Ċina, li, bil-produzzjoni tagħha ta' 417 000 tunnellata karkassi, hija l-akbar esportatriċi;

L.  billi l-bdiewa tal-fniek u s-settur kollu kemm hu għandhom interess li jiżguraw li t-trobbija tal-fniek f'konformità mal-mudell ta' produzzjoni Ewropew tkompli żżomm l-ogħla standards fid-dinja fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u r-rispett għall-ambjent;

M.  billi l-biedja tal-fniek Ewropea hija bbażata fuq il-koeżistenza ta' sistemi differenti ta' produzzjoni, u billi l-biedja tal-fniek hija mod importanti ta' kif jiġi diversifikat l-introjtu ta' ħafna azjendi agrikoli żgħar fit-territorju kollu;

N.  billi, b'konsum medju ta' 1,70 kg għal kull abitant, il-laħam tal-fenek huwa wieħed mill-inqas laħmijiet ikkunsmati fl-Unjoni (bejn 1 % u 2 % tal-laħam kollu kkunsmat);

O.  billi hemm tħassib serju dwar in-nuqqas ta' trattament xieraq, il-livelli għolja ta' tensjoni u r-rati għolja ta' mortalità u morbidità fost il-fniek tat-trobbija fl-Ewropa, kif diġà ġie konkluż mill-EFSA fl-2005; billi l-akkomodazzjoni, l-għalf, il-ġenetika, l-aspetti tas-saħħa u l-ottimizzazzjoni tal-istat emozzjonali tal-fniek miżmuma għal skopijiet ta' biedja huma mistoqsijiet vitali għall-partijiet ikkonċernati involuti fit-trobbija tal-fniek għal skopijiet tal-biedja, speċjalment fir-rigward tas-sostenn tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali;

P.  billi, minħabba d-domestikazzjoni tagħhom, il-maġġoranza tal-fniek fl-UE normalment jinżammu f'gaġeġ, ħaġa li tista' – u dan spiss hu minnu – tvarja minn pajjiż għal ieħor f'dawk li huma l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom;

Q.  billi l-fenek, bħal speċijiet oħra li jikkoeżistu mal-bnedmin, iżomm l-elementi tal-imġiba naturali tiegħu, u jeħtieġ, għalhekk, li ssir aktar riċerka dwar miżuri u kundizzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati waqt it-trobbija biex jiġi żgurat li l-fniek huma kapaċi jżommu l-imġiba naturali tagħhom kemm jista' jkun, kemm-il darba dan ikollu impatt pożittiv fuq is-saħħa tagħhom stess;

R.  billi, għall-iskopijiet ta' biedja intensiva, jintużaw razez tal-fenek li jikbru malajr u minn kmieni – magħrufa qabel bħala “fniek tal-laħam” – b'mod partikolari ibridi kummerċjali li huma użati fl-azjendi tat-trobbija industrijali tal-annimali għall-produzzjoni tal-laħam tal-annimali;

S.  billi sistemi ta' produzzjoni organika fejn il-fniek tas-simna jinżammu fi mqawel għall-gruppi b'aċċess għal żona żgħira ta' mergħa u aktar spazju b'mod ġenerali huma alternattiva possibbli għat-trobbija fil-gaġeġ, għalkemm sistemi ta' akkomodazzjoni fi gruppi bħal dawn jistgħu joħolqu problemi fir-rigward tal-interazzjonijiet soċjali negattivi u aggressività fost l-annimali, li jikkawżaw leżjonijiet li jaffettwaw is-saħħa u l-benessri tal-annimali u żieda fil-mard trażmess permezz tar-rotta mill-ippurgar għall-ħalq;

T.  billi xi regoli nazzjonali dwar il-produzzjoni organika jirrakkomandaw li l-fniek jitrabbew f'imqawel għall-gruppi mgħammra b'aċċess għal żona żgħira ta' mergħa fil-qiegħ tal-maqjel;

U.  billi, bħal fil-każ ta' speċijiet oħra bħat-tjur, tista' titwettaq riċerka dwar sistemi ta' produzzjoni alternattivi, inklużi sistemi ta' produzzjoni organika li jistgħu joffru lill-konsumaturi firxa akbar ta' prodotti tal-ikel u li sal-lum ġew żviluppati biss b'mod limitat;

V.  billi, fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, għandha ssir aktar riċerka dwar l-isfidi u l-opportunitajiet tas-sistemi ta' akkomodazzjoni fi gruppi;

W.  billi l-livell baxx tas-sinifikat ekonomiku tas-settur fl-UE jirrappreżenta diżinċentiv qawwi għar-riċerka u l-innovazzjoni mmirati lejn it-titjib tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-fniek;

X.  billi hemm standards minimi tal-UE għall-protezzjoni tal-ħnieżer(1), tal-għoġġiela(2), tat-tiġieġ tal-bajd(3) u tat-tiġieġ tas-simna(4), kif ukoll id-Direttiva ġenerali tal-Kunsill għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja(5), iżda ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni speċifika tal-UE dwar standards minimi għall-protezzjoni tal-fniek imrobbija f'azjendi tal-biedja; billi għadd dejjem jikber ta' konsumaturi u ċittadini madwar l-UE qed jitlob regolamentazzjoni u trattament xieraq aħjar għall-fniek tat-trobbija;

Y.  billi l-projbizzjoni ta' gaġeġ konvenzjonali għat-tiġieġ li jbid skont id-Direttiva 1999/74/KE issa tinsab fis-seħħ u fil-parti l-kbira ġiet trasposta b'suċċess fl-Istati Membri;

Z.  billi xi Stati Membri għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali u rekwiżiti ġuridiċi għat-trobbija tal-fniek għal skopijiet ta' biedja u żviluppaw gwidi tal-aħjar prattika f'kollaborazzjoni mas-settur; billi fl-2012 l-Awstrija pprojbixxiet iż-żamma tal-fniek f'gaġeġ għall-produzzjoni tal-laħam u l-Belġju għandu leġiżlazzjoni fis-seħħ li għandha l-għan li gradwalment tneħħi l-gaġeġ u minflokhom iddaħħal is-sistemi ta' parks sal-2025;

AA.  billi l-Istrateġija tal-UE għall-Benessri tal-Annimali argumentat li jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi implimentata bis-sħiħ qabel ma tiddaħħal aktar leġiżlazzjoni, u li l-iżvilupp ta' gwidi tal-aħjar prattika għandu jiġi mħeġġeġ;

AB.  billi, meta wieħed iqis id-domanda għal tranżizzjoni lejn sistemi ta' produzzjoni alternattivi u meta wieħed iqis il-piż ekonomiku modest tat-trobbija tal-fniek għal skopijiet ta' biedja fis-settur Ewropew tal-produzzjoni tal-annimali, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jitħeġġu jidħlu għal aktar riċerka fl-oqsma tas-saħħa, il-benessri, it-trobbija, l-akkomodazzjoni, in-nutrizzjoni, l-imġiba u l-isturdar tal-fniek;

AC.  billi l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA tal-2005 dwar l-akkomodazzjoni u s-sistemi ta' trobbija tal-fniek imrobbija għal skopijiet ta' biedja rakkomandat żidiet fid-daqs tal-gaġeġ, densitajiet massimi aktar baxxi tal-istokk ta' annimali li qed jikbru u interventi terapewtiċi, inkluż l-użu ta' addittivi biex jitnaqqas il-mard;

AD.  billi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE dwar il-qatla tal-annimali, inklużi metodi ta' sturdament u rekwiżiti ta' għarfien għall-operaturi, tapplika għal-fniek;

AE.  billi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-benessri tal-annimali tirrikjedi li jenħtieġ li jittieħdu "l-passi raġonevoli kollha" sabiex jiġi żgurat il-benessri tal-annimali, u l-Artikolu 4 jiddefinixxi l-istandards għaż-żamma tal-annimali f'termini tal-"esperjenza u l-għarfien xjentifiku stabbiliti", li jinkludu l-istandards stabbiliti mill-EFSA u l-OIE;

Kummenti ġenerali

1.  Jinnota li l-fniek fl-UE normalment jitrabbew f'gaġeġ konvenzjonali mhux arrikkiti, ambjent bla interess li jkollu biss ħawt għax-xorb u alimentatur għall-għalf u li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-biedja ottimali skont l-aħħar sejbiet xjentifiċi; jinnota wkoll li l-fniek xi drabi jiġu mgħalfa esklużivament il-gerbub, mingħajr aċċess għal materjal fibruż, u li l-għeluq u d-djuq ta' gaġeġ tal-wajer bla interess jista' jwassal għal imġiba anormali;

2.  Jinnota li jeħtieġ li ssir riċerka xjentifika ulterjuri dwar is-sistemi ta' akkomodazzjoni ta' kwalità li jistgħu jippromwovu s-saħħa u jillimitaw ir-riskju li l-annimali jistgħu jimirdu jew jiġu infettati;

3.  Jirrikonoxxi li l-alternattivi għat-trobbija tal-fniek f'azjendi tal-biedja fil-gaġeġ qegħdin jiġu implimentati b'suċċess, bħalma hi t-trobbija tal-fniek f'azjendi tal-biedja f'parks jew sistemi ta' kaxxi, bil-ħaxix bħala l-għalf prinċipali, li jtejbu l-kumdità u t-trattament xieraq tal-fniek imrobbija f'azjendi tal-biedja; iqis li jenħtieġ li jiġu żviluppati, imtejba u mħeġġa sistemi alternattivi filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-domanda għal-laħam tal-fenek minn tali sistemi tista', sa ċertu punt, tiġi limitata mill-impatt tal-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni fuq il-prezz mitlub lill-konsumatur;

4.  Jinkoraġġixxi l-użu ta' sistemi ta' parks kollettivi għall-fniek minħabba li dawn jippermettu spazju għall-għajxien aktar ġeneruż, peress li jippermettu mġiba soċjali lokomotiva; jirrimarka li l-użu ta' sistemi ta' parks kollettivi itejjeb it-trattament xieraq tal-fniek tat-trobbija billi jippermettulhom eżistenza li tixbah aktar mill-qrib l-istat naturali tagħhom; jenfasizza li s-saħħa tal-annimali tiddependi wkoll minn żewġ prattiki tal-biedja importanti, jiġifieri l-kundizzjonijiet ambjentali tal-bini u l-iżvilupp ta' prattiki adegwati ta' trobbija, bijosigurtà u ġestjoni;

5.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jidħlu għal riċerka ulterjuri għall-fini li jinstabu l-aħjar sistemi possibbli ta' akkomodazzjoni biex itejbu l-benessri tal-annimali f'tipi differenti ta' biedja, u hekk jagħmluha possibbli biex jiġu implimentati titjibiet fil-farms filwaqt li fl-istess ħin tiġi garantita s-sostenibilità tagħhom;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-laħam tal-fenek kollu li jinsab fis-suq tal-UE jrid jaderixxu ma' standards għolja tas-sikurezza tal-ikel u standards tal-kwalità u kriterji tat-trattament xieraq tal-annimali, inklużi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; jenfasizza l-perikli tal-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi jekk ma jiġux applikati għall-importazzjonijiet standards u kriterji ekwivalenti;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippreservaw il-kwalità u s-sikurezza tal-importazzjonijiet tal-laħam tal-fenek billi jwettqu kontrolli u spezzjonijiet bir-reqqa meta dawn l-importazzjonijiet jidħlu fl-Unjoni;

8.  Jilqa' l-istabbiliment ta' pjattaforma Ewropea dwar il-benessri tal-annimali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiskambjaw u jitfgħu dawl fuq kodiċijiet ta' prattika fir-rigward tat-trobbija tal-fniek;

It-tnissil tal-fniek

9.  Jenfasizza li t-trobbija tal-fniek fl-UE hija intensifikata bil-kbir, għalkemm il-kundizzjonijiet li fihom jiġu mrobbija u miżmuma l-fniek ivarjaw, u dan minħabba d-differenzi fl-għanijiet tat-trobbija tal-fniek u fil-ħtiġijiet tal-konsumatur bejn is-swieq u l-Istati Membri;

10.  Jirrimarka li d-daqs tal-gaġeġ ivarja skont l-età u l-piż tal-annimali u li dan jinfluwenza l-movimenti tagħhom bħal pereżempju meta jistiraw, joqogħdu bilqiegħda u bilwieqfa b'widnejhom imwaqqfa (qagħda tipika ta' “għassa” li hija tipika tal-ispeċi), jippinnaw, iduru bil-kumdità u joqomsu; jenfasizza li dan in-nuqqas ta' eżerċizzju jista' jwassal ukoll biex l-għadam jiddgħajjef, jiżviluppaw mġiba sterjotipika u leżjonijiet tal-parti r-ratba tal-qiegħ tas-sieq;

11.  Jenfasizza li s-sistemi tal-akkomodazzjoni ttejbu biż-żmien biex issa jinkorporaw arranġamenti ġodda bħalma huma partijiet fejn il-fniek jistgħu jserrħu saqajhom, bl-għan li jitnaqqsu l-leżjonijiet u jittejjeb it-trattament xieraq tal-annimali; jirrimarka, madankollu, li xi wħud mill-mudelli aktar qodma ta' gaġeġ użati jista' jagħti l-każ li jkollhom disinn li ma jkunx adattat skont l-istandards moderni;

12.  Jinnota bi tħassib li hemm rata intrinsikament għolja ta' mard u mortalità fost il-fniek tat-trobbija minħabba fatturi bħal pereżempju rati ogħla ta' infezzjonijiet parassitiċi (koċċidjosi, pinworms, eċċ.) u suxxettibilità għal mard infettiv bħalma huma l-HDV u l-missomatożi;

13.  Jirrimarka li fl-2005 l-EFSA kkonkludiet li r-rati ta' mortalità u ta' morbidità tal-fniek imrobbija f'azjendi tal-biedja dehru li kienu konsiderevolment ogħla milli fil-każ ta' speċijiet oħra ta' annimali mrobbija f'azjendi tal-biedja minħabba infezzjonijiet enteriċi u respiratorji u problemi riproduttivi; jinnota wkoll li l-istess rapport tal-EFSA wissa dwar ir-riskji ogħla għas-saħħa tal-fniek li jirriżultaw mill-produzzjoni fuq l-art meta mqabbel mal-produzzjoni fil-gaġeġ, speċifikament minħabba tal-koċċidjożi u infezzjonijiet parassitiċi;

14.  Jilqa' l-progress li sar minn bosta produtturi billi daħħlu titjibiet fid-disinn tas-sistemi tal-akkomodazzjoni f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-EFSA; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, dwar l-iskarsezza tal-ammont ta' trattament u ta' riċerka mmirati biex jindirizzaw il-mard fost il-fniek tat-trobbija;

It-trobbija tal-fniek

15.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-fniek imrobbija u msemmna għall-produzzjoni tal-laħam fl-UE u li huma miżmuma f'gaġeġ antikwati li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti moderni tal-biedja qed jingħataw spazju għal kull fenek li huwa ta' inqas mill-firxa ta' żewġ folji ordinarji ta' karta A4;

16.  Jirrimarka li l-fniek huma annimali bil-wisq sensittivi u jistgħu jbatu minn firxa wiesgħa ta' problemi ta' trattament xieraq u mard ikkawżat minn kundizzjonijiet ta' trobbija mhux xierqa, inklużi viruses fatali, mard respiratorju u ħokkijiet muġugħa minħabba li jkunu bilqegħda fuq art tal-gaġġa magħmula mill-gożwajer;

17.  Jirrimarka li ftit hemm għodod terapewtiċi disponibbli għall-bdiewa li jrabbu l-fniek u għall-veterinarji biex jindirizzaw b'mod determinat il-problemi tas-saħħa li jinqalgħu, u li hemm il-ħtieġa li jsiru aktar sforzi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' riċerka u investiment f'mediċini għat-trattament ta' użi minuri u ta' speċijiet minuri;

18.  Jinnota wkoll li n-nutrizzjoni għandha impatt qawwi fuq il-benessri tal-annimali u fuq is-saħħa tal-annimali, u għalhekk iqis li l-fniek għandu jkollhom aċċess permanenti għal dieta bilanċjata b'dożi fibrużi xierqa;

19.  Jinnota, madankollu, li r-riskji tas-saħħa huma limitati grazzi għar-regoli tas-saħħa stretti ħafna tal-UE u jisħaq li taħt il-leġiżlazzjoni li hemm fis-seħħ (Direttiva 98/58/KE) l-annimali morda jenħtieġ li immedjatament jirċievu kura medika, li tkun akkumpanjata minn iżolament tal-annimal matul il-konvalexxenza tiegħu jew li tiġi segwita b'ewtanasja jekk ikun meħtieġ;

20.  Jirrikonoxxi l-importanza li jiġu pprovduti korsijiet ta' taħriġ għall-persuni involuti fl-aspetti kollha tat-trattament tal-annimali fit-trobbija tal-fniek f'azjendi tal-biedja, u gwidi ta' prattika tajba bbażati fuq analiżijiet tekniċi u xjentifiċi affidabbli, bl-għan li l-prestazzjoni u l-fehim tagħhom tar-rekwiżiti rilevanti tat-trattament xieraq tal-annimali jittejbu u b'hekk tiġi evitata t-tbatija bla bżonn tal-annimali;

21.  Jenfasizza li l-fniek miftuma għat-tismin u l-fniek nisa miżmuma f'sistemi alternattivi ta' parks kollettivi, li tipikament jipprovdu 750 cm² għal kull għal kull fenek tal-laħam u 800 cm² għal kull fenka, jibbenefikaw minn aktar spazju biex jiċċaqilqu, biex jinteraġixxu soċjalment u biex jilagħbu, u li l-pjattaformi fis-sistemi ta' parks kollettivi jippermettu lill-fniek jevitaw lill-aggressuri billi jwarrbu min-nofs, b'akkomodazzjoni separata għall-fniek nisa meta jkunu qed ireddgħu boton;

22.  Jirrikonoxxi li sistemi bħal dawn se jikkawżaw lill-azjendi tal-biedja jġarrbu spejjeż, ħaġa li teħtieġ li titqies billi tiġi pprovduta assistenza finanzjarja lil dawk il-bdiewa li jagħżlu din is-sistema għat-trobbija tal-fniek; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-baġits tal-UE futuri tappoġġja s-settur tat-trobbija tal-fniek f'azjendi tal-biedja; jinnota li hemm disponibbli appoġġ finanzjarju taħt programmi ta' żvilupp rurali biex jingħata appoġġ lil dawk il-bdiewa li japplikaw il-miżuri ta' trattament xieraq tal-annimali li jtejbu l-benessri tal-fniek;

23.  Jirrimarka li kwalunkwe miżura obbligatorja mibdija se jkollha tiġi sostnuta mill-baġit meħtieġ biex jingħata appoġġ lil dawk li jrabbu l-fniek; isostni wkoll li għandha tiġi inkluża intestatura speċifika bl-għan li jiġi promoss il-konsum tal-laħam tal-fenek;

24.  Jenfasizza li jekk issir aktar riċerka dwar l-akkomodazzjoni tal-fniek nisa fi grupp din tkun ta' ġid għall-benessri tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward taż-żmien li matulu l-fniek nisa jridu jinżammu f'akkomodazzjoni separata u meta sussegwentement iridu jerġgħu jiddaħħlu fil-grupp;

25.  Jagħti parir li l-fniek irġiel li għandhom aktar minn 12-il ġimgħa li jinżammu għat-tnissil jenħtieġ li dejjem jinżammu għalihom fi kwalunkwe sistema, minħabba problemi ta' aggressjoni;

It-trasport u l-qatla

26.  Ifakkar li t-trasport huwa esperjenza ta' tensjoni estrema għall-fniek; jenfasizza li l-fniek għandhom jiġu mitmugħa u misqija qabel it-trasport fuq distanza twila u jingħataw biżżejjed ikel, ilma u spazju fit-tranżitu, u li l-ħinijiet tat-trasport għandhom ikunu limitati kemm jista' jkun, minħabba s-sensittività tal-ispeċi; jenfasizza li hemm varjetà enormi ta' fatturi ta' tensjoni li jaffettwaw it-trattament xieraq tal-annimali bħalma huma s-sħana, il-ġuħ, id-deżidratazzjoni, l-uġigħ u t-trawma, il-kesħa, dardir mill-moviment fit-trasport u l-biża';

27.  Jenfasizza li t-trattament xieraq tal-fniek tat-trobbija matul it-trasport u l-qatla jiddependi wkoll mill-attitudnijiet u mill-proċeduri tat-trattament użati mill-bdiewa, mit-trasportaturi u mill-persunal tal-biċċerija, kif ukoll mill-loġistika tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, speċjalment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport;

28.  Jenfasizza li l-fniek għandhom jiġu sturduti kompletament qabel il-qatla, biex jiġi żgurat li ma jgħaddu minn l-ebda tbatija, uġigħ jew tensjoni. ifakkar li l-qatla għandha titwettaq mingħajr ir-riskju li l-annimal sturdut jerġa' jiġi f'sensih f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla; ifakkar li l-iżvilupp ta' riċerka prattika dwar it-tekniki tal-isturdament użati fuq speċijiet oħra jagħmilha possibbli li jiġu stabbiliti metodi elettriċi jew metodi oħra ta' sturdament, bħalma hu l-isturdament b'taħlita ta' gassijiet, li jkunu jixirqu lill-karatteristiċi speċifiċi ta' fniek, li jistgħu jkunu kummerċjalment vijabbli kif ukoll aktar kompassjonanti;

Ir-reżistenza antimokrobika

29.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-produtturi Ewropej biex inaqqsu l-użu tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-fniek fl-azjendi tal-biedja; jenfasizza li l-użu mifrux ħafna tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-fniek fl-azjendi tal-biedja, speċjalment fit-tipi ta' biedja intensiva, jista' jwassal għal żieda fir-reżistenza antimikrobika;

30.  Jinnota li d-dipendenza qawwija mill-antibijotiċi tista' twassal għal żieda fir-reżistenza antimikrobika, sitwazzjoni li tagħmilha vitali li nersqu lejn l-użu aktar responsabbli tal-antibijotiċi; huwa tal-fehma li t-trobbija tal-fniek fl-azjendi tal-biedja hija parti minn din is-sitwazzjoni flimkien ma' setturi oħra tal-produzzjoni tal-annimali u li għandha wkoll tagħmel sforz sinifikanti biex tippromwovi l-użu responsabbli tal-antibijotiċi sabiex tinżamm l-effikaċja u tiġi prevenuta r-reżistenza antimikrobika;

31.  Jenfasizza li sabiex jilħqu u jżommu standards għolja ta' iġjene fis-sistemi kollha tal-biedja, l-aktar permezz tal-iżvilupp ta' miżuri preventivi u kontrolli mmirati, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jeliminaw gradwalment l-użu tal-gaġeġ konvenzjonali madwar l-UE kollha, filwaqt li jippromwovu sistemi ta' biedja arrikkiti li jkunu ekonomikament vijabbli;

32.  Jenfasizza li l-antibijotiċi jridu jintużaw biss għal skopijiet ta' kura u għandhom jiġu segwiti mill-perjodu tal-irtirar ix-xieraq qabel il-qatla skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, sabiex jiġi garantit li l-laħam tal-fenek huwa sikur;

33.  Jenfasizza li tnaqqis fl-użu tal-antibijotiċi, u l-impatt pożittiv li dan se jkollu fuq is-saħħa pubblika, jista' jirnexxi biss jekk issir enfasi aktar qawwija fuq il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-azjendi tal-biedja li jrabbu l-fniek;

Konklużjonijiet

34.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-għadd għoli ta' fniek li qed jiġu mrobbija f'azjendi tal-biedja u maqtula fl-UE u l-implikazzjonijiet severi fuq it-trattament xieraq tal-annimali min-naħa tas-sistemi li qed jintużaw attwalment għaż-żamma tal-fniek, tfassal pjan direzzjonali favur standards minimi li jkunu finanzjarjament sostenibbli għall-protezzjoni tal-fniek tat-trobbija; jenfasizza li dan il-pjan direzzjonali jenħtieġ li jkun fih l-istadji importanti li jistgħu jitkejlu b'rappurtar regolari, u, f'ordni kronoloġika, għandu jikkonsisti, bħala minimu, f'dawn li ġejjin:

   l-abbozzar ta' linji gwida li jkun fihom prattiki tajbin u li l-istabbiliment ta' regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali għall-fniek f'kooperazzjoni ma' dawk kollha involuti fil-produzzjoni u partijiet ikkonċernati oħra fis-settur tat-trobbija tal-fniek,
   Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, b'kont meħud tal-miżuri nazzjonali eżistenti, li jinkludi, fejn ikun xieraq, proposti għal approċċ komuni tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tas-saħħa, it-trattament xieraq u l-akkomodazzjoni tal-fniek;
   fuq perjodu ta' żmien xieraq, proposta leġiżlattiva dwar l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-fniek tat-trobbija;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-evidenza u s-sejbiet xjentifiċi bħala bażi meta tkun qed tipproponi miżuri għar-rekwiżiti ta' akkomodazzjoni għall-fniek nisa tat-tnissil u għall-fniek imrobbija għall-produzzjoni tal-laħam, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-ħtiġijiet bijoloġiċi tal-annimali u lill-imġiba tagħhom speċifika għall-ispeċi fir-rigward ta' dawn ir-rekwiżiti ta' akkomodazzjoni;

36.  Jemmen li r-rekwiżiti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 98/58/KE li jittieħdu l-"passi raġonevoli kollha” għat-trattament xieraq tal-annimali u li jiddefinixxu l-istandards, skont "l-esperjenza stabbilita u l-għerf xjentifiku" għandhom jintużaw biex jiġu infurzati r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi dwar it-trattament xieraq tal-fniek stabbiliti mill-EFSA u mill-OIE;

37.  Jirrimarka li għandu jinżamm bilanċ bejn id-diversi aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati, fir-rigward tal-benessri u s-saħħa tal-annimali, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bdiewa, is-sostenibilità tal-produzzjoni, l-impatt ambjentali u l-protezzjoni tal-konsumatur; jirrimarka wkoll li għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet tal-konsumaturi ta’ laħam tal-fenek affordabbli u ta' kwalità għolja;

38.  Jenfasizza li l-għan tal-PAK huwa li jiġu fornuti prodotti agrikoli u tal-ikel lill-konsumaturi madwar l-UE kollha filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u x-xewqat tagħhom ta' prodotti agrikoli u tal-ikel li jkunu tajba għas-saħħa u ta' kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli;

39.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-settur joħolqu sistemi ċari ta' tikkettar tal-produzzjoni u jagħmlu użu ta' skemi ta' tikkettar kif stipulati fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, biex jiżguraw trasparenza akbar tas-suq, jinżammu l-istandards tal-kwalità u jħarsu s-saħħa tal-konsumaturi, u b'hekk jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet ta' xiri infurmati u trasparenti, filwaqt li jenfasizzaw il-provenjenza tal-prodott u jipproteġu lill-prodott minn kompetizzjoni inġusta;

40.  Jenfasizza li r-regoli eżistenti kollha għandhom jiġu armonizzati fil-livell tal-UE; jenfasizza li l-iskambju ta' informazzjoni għall-fini tat-tfassil ta' gwidi ta' prattika tajba u l-appoġġ għall-gwidi nazzjonali huma kruċjali għal dan il-proċess;

41.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jġibu d-dispożizzjonijiet tagħhom konformi mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-trattament xieraq tal-fniek stabbiliti mill-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja u r-Renju Unit, fl-interessi ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;

42.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' aktar riċerka xjentifika dwar it-trobbija tal-fniek f'azjendi tal-biedja, b'kont meħud tad-domanda għal tranżizzjoni lejn sistemi ta' produzzjoni alternattivi; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu appoġġ baġitarju apposta u jwettqu riċerka fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

   is-saħħa tal-fniek tat-trobbija,
   it-trattament xieraq tal-fniek tat-trobbija,
   l-akkomodazzjoni għall-fniek tat-trobbija,
   it-tgħammir tal-fniek tat-trobbija, inkluż it-tgħammir tal-fniek minn linji ġenetiċi li għandhom temperamenti aktar kalmi,
   it-trobbija tal-fniek tat-trobbija,
   l-imġiba tal-fniek tat-trobbija,
   in-nutrizzjoni għall-fniek tat-trobbija,
   il-mard, il-morbidità u l-mortalità speċifiċi għall-ispeċi tal-fniek tat-trobbija,
   il-prodotti mediċinali, vaċċini u trattamenti xierqa għall-fniek tat-trobbija, filwaqt li jitqiesu l-problemi li dejjem qed jiżdiedu tar-reżistenza antimikrobika,
   il-metodi xierqa ta' sturdament, li juru kompassjoni, speċifiċi għall-ispeċi għall-fniek tat-trobbija;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu data dwar il-produzzjoni u l-kummerċ tal-laħam tal-fenek u jinkludu l-laħam tal-fenek fl-Osservatorju tas-Suq Ewropew tal-Laħam;

o
o   o

44.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali. (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 11.1.2009, p. 7).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).

Avviż legali