Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2101(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0280/2017

Testi mressqa :

A8-0280/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2017 - 9.4
CRE 13/09/2017 - 9.4

Testi adottati :

P8_TA(2017)0335

Testi adottati
PDF 335kWORD 44k
L-Erbgħa, 13 ta' Settembru 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja
P8_TA(2017)0335A8-0280/2017
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja (COM(2017)0540 – C8-0199/2017 – 2017/2101(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0540 – C8-0199/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0280/2017),

1.  Jinnota li d-deċiżjoni tirrappreżenta l-ogħla mobilizzazzjoni unika li qatt kien hemm tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

2.  Jinnota li l-livell limitu massimu tal-ħlas bil-quddiem stipulat fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) spiss jaf jirrappreżenta miżura ta' għajnuna insuffiċjenti għal dawk id-diżastri li huma kklassifikati bħala "diżastri naturali maġġuri"; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi kkunsidrat livell limitu ogħla għal dawk l-ewwel kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi sabiex il-ħsarat ikkawżati minn din il-kategorija ta' diżastri jiġu ffaċċjati b'mod effettiv u rapidu;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u r-reġjuni milquta mid-diżastri naturali;

4.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/1599.)

Avviż legali