Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0238(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0263/2017

Testi mressqa :

A8-0263/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 20
CRE 13/09/2017 - 20
PV 28/05/2018 - 23
CRE 28/05/2018 - 23

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.11
CRE 14/09/2017 - 8.11
PV 29/05/2018 - 7.9
CRE 29/05/2018 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0357
P8_TA(2018)0212

Testi adottati
PDF 677kWORD 76k
Il-Ħamis, 14 ta' Settembru 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
Pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Ba+ar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
P8_TA(2017)0357A8-0263/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-14 ta’ Settembru 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (COM(2016)0493 – C8-0336/2016 – 2016/0238(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-għanijiet tal-PKS huma, fost affarijiet oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul, li jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.
(4)  L-għanijiet tal-PKS huma, fost affarijiet oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul, li jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd biex jiġi żgurat li l-istokkijiet tal-ispeċijiet maqbuda jerġgħu jiġu rkuprati u jinżammu f’livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Fir-rigward tal-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula bħala għan espliċitu l-irkupru u ż-żamma tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tiegħu, ir-rata ta’ sfruttament korrispondenti għandha tintlaħaq sal-2015 fejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, għall-istokkijiet kollha sa mhux aktar tard mill-2020, u jenħtieġ li tinżamm minn hawn ’il quddiem.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont kif ikun xieraq fi kwalunkwe kombinazzjoni, bħal pjanijiet pluriennali, miżuri tekniċi, l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd.
(5)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont kif ikun xieraq fi kwalunkwe kombinazzjoni, bħal pjanijiet pluriennali, miżuri tekniċi, l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd f’konformità sħiħa mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu ibbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi u jkunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skadenzi ċari, punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni u miżuri ta’ salvagwardja.
(6)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi u jkunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skadenzi ċari, punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni, objettivi u miżuri ta’ salvagwardja, għanijiet għall-konservazzjoni tal-istokkijiet u miżuri tekniċi li għandhom jittieħdu biex jinksibu l-miri għall-evitar u t-tnaqqis massimu possibbli tal-qabdiet mhux mixtieqa, kif stabbilit fl-Artikolu 15 tiegħu.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, fi pjan pluriennali, żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Xi stokkijiet ta’ interess komuni jiġu sfruttati wkoll minn pajjiżi terzi, ħaġa li tagħmilha importanti ħafna li l-Unjoni tikkonsulta lil dawk il-pajjiżi terzi sabiex ikun żgurat li l-istokkijiet ikkonċernati jkunu ġestiti b’mod sostenibbli. Fin-nuqqas ta’ ftehim formali, l-Unjoni jenħtieġ li tagħmel kull ma tista’ biex taqbel dwar arranġamenti komuni għas-sajd ta’ dawk l-istokkijiet sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni sostenibbli, li b’konnessjoni magħha għandhom jiġu żgurati, infurzati u promossi kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi tas-suq tal-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Jenħtieġ li l-għan ta’ dan il-pjan ikun li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-PKS, u speċjalment l-ilħuq u ż-żamma tal-MSY għall-istokkijiet inkwistjoni, il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet demersali soġġett għal-limiti tal-qbid u l-kontribuzzjoni lejn l-implimentazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.
(10)  Jenħtieġ li l-għan ta’ dan il-pjan ikun li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-PKS, u speċjalment l-irkupru u ż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut ’il fuq mil-livelli tal-bijomassa kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet demersali soġġett għal-limiti tal-qbid, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-kisba ta’ aspetti soċjoekonomiċi tal-PKS u l-kontribuzzjoni lejn l-implimentazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd billi jiġu minimizzati l-impatti negattivi tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Dan il-pjan jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll biex jinkiseb status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, u biex jinkiseb status ta’ konservazzjoni favorevoli għal ħabitats u speċijiet kif rikjest mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE1b rispettivament.
_____________
1a Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
1b Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont il-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.
(11)  L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jkunu konformi mal-miri, l-iskedi ta’ żmien u l-marġini stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   F’konformità mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-istokkijiet ġestiti b’mod konġunt ma' pajjiżi terzi għandhom jiġu ġestiti, kulfejn ikun possibbli, bi ftehimiet konġunti f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tiegħu. Barra minn hekk, l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 kif ukoll id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tiegħu għandhom japplikaw għal tali ftehimiet.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Għall-istokkijiet li għalihom l-objettivi relatati mal-MSY ma jkunux disponibbli, jeħtieġ li japplika l-approċċ prekawzjonarju.
(14)  Meta l-miri relatati mar-rendiment massimu sostenibbli ma jkunux disponibbli, il-pjan pluriennali jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri abbażi tal-approċċ prekawzjonarju fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-miżuri jridu jiggarantixxu livell ta’ konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti li huwa mill-anqas komparabbli mar-rati ta’ sfruttament f’konformità mar-rendiment massimu sostenibbli, kif stipulat fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Is-sajd rikreattiv jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta dwar is-sajd rikreattiv, f’konformità ma’ rekwiżiti legali dwar il-ġbir tad-dejta. Fejn tali sajd ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq ir-riżorsi, il-pjan jenħtieġ li jipprevedi l-possibilità li wieħed jiddeċiedi fuq miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni u miżura teknika dwar is-sajd rikreattiv fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonali għall-objettivi fil-mira.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Għall-unitajiet funzjonali tal-iskampu li għalihom ikunu disponibbli, huwa xieraq li jintużaw il-livelli limitu tal-abbundanza li ġejjin: abbundanza minima (Abundancebuffer) li tikkorrespondi għall-punt ta’ referenza Bbuffer iddefinit fil-Pjan ta’ Ġestjoni fit-Tul għan-Nephrops tal-Baħar tat-Tramuntana mill-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana42 u l-limitu tal-abbundanza (Abundancelimit) li jikkorrespondi għall-abbundanza MSY Btrigger (ekwivalenti għal Blim) kif iddefinit mill-ICES7.
(16)  Għall-unitajiet funzjonali tal-iskampu li għalihom ikunu disponibbli, huwa xieraq li tintuża abbundanza minima (abundancebuffer) rakkomandata mill-ICES u limitu ta’ abbundanza (abundancelimit) bħala livelli limitu ta’ abbundanza.
_________________
42 Pjan ta’ Ġestjoni fit-Tul għan-Nephrops tal-Baħar tat-Tramuntana
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri xierqa ta’ salvagwardja fil-każ li d-daqs tal-istokk jaqa’ taħt dawn il-livelli. Il-miżuri ta’ salvagwardja jeħtieġ li jinkludu t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jindika li huma meħtieġa miżuri rimedjali. Dawn il-miżuri jeħtieġli jiġu ssupplimentati bil-miżuri xierqa l-oħra kollha, bħall-miżuri tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
(17)  Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri xierqa ta’ salvagwardja fil-każ li d-daqs tal-istokk jaqa’ taħt dawn il-livelli. Il-miżuri ta’ salvagwardja jeħtieġ li jinkludu t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li huma meħtieġa miżuri rimedjali. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu ssupplimentati bil-miżuri xierqa l-oħra kollha, bħall-miżuri tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Huwa xieraq li tiġi stabbilita t-TAC għall-iskampu fiż-żoni IIa u IV tal-ICES bħala s-somma tal-limiti tal-qbid stabbilita għal kull unità funzjonali u tar-rettangoli statistiċi li jaqgħu barra mill-unitajiet funzjonali fi ħdan dik iż-żona tat-TAC. Madankollu, dan ma jipprekludix l-adozzjoni ta’ miżuri biex jiġu protetti unitajiet funzjonali speċifiċi.
(19)  Huwa xieraq li li jiġi definit TAC separat għall-iskampu għal kull unità funzjonali kulfejn ikun possibbli. Jistgħu jittieħdu miżuri separati biex jiġu protetti l-unitajiet funzjonali rispettivi.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan jeħtieġ li jipprevedi miżuri ta’ ġestjoni addizzjonali.
(20)  Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan jenħtieġ li jipprevedi miżuri oħra ta’ konservazzjoni, b’mod partikolari miżuri għall-eliminazzjoni gradwali ta' skart ta' ħut, billi jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, jew għat-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema, li għandhom jiġu stabbiliti aktar fid-dettall, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għall-istokkijiet demersali li bastiment tas-sajd hu meħtieġ li jħott f’port speċifikat jew f’post qrib il-kosta, skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jagħżlu dawn il-portijiet jew postijiet qrib ix-xatt, l-Istati Membri jeħtieġ li japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament.
(25)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għall-istokkijiet demersali li bastiment tas-sajd hu meħtieġ li jħott f’port speċifikat jew f’post qrib il-kosta, skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jagħżlu dawn il-portijiet jew postijiet qrib ix-xatt, l-Istati Membri jeħtieġ li japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-ħatt l-art tal-qabdiet koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tali valutazzjoni ssegwi u tkun ibbażata fuq evalwazzjoni perjodika tal-pjan ibbażat fuq il-parir xjentifiku: il-pjan jeħtieġ li jiġi evalwat kull ħames snin. Dan il-perjodu jippermetti l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu tal-ħatt l-art, u li jiġu adottati u implimentati l-miżuri reġjonalizzati, kif ukoll it-turija tal-effetti tagħhom fuq l-istokkijiet u s-sajd. Huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.
(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali valutazzjoni ssegwi u tkun ibbażata fuq evalwazzjoni perjodika tal-pjan ibbażat fuq il-parir xjentifiku: il-pjan jenħtieġ li jiġi evalwat kull ħames snin minn ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u kull ħames snin minn hawn ’il quddiem. Dan il-perjodu jippermetti l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu tal-ħatt l-art, u li jiġu adottati u implimentati l-miżuri reġjonalizzati, kif ukoll it-turija tal-effetti tagħhom fuq l-istokkijiet u s-sajd. Huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali (“pjan”) għall-istokkijiet demersali fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-Żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES ("il-Baħar tat-Tramuntana") u s-sajd li jisfrutta l-istokkijiet ikkonċernati.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali (“pjan”) għall-istokkijiet demersali fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-Żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES ("il-Baħar tat-Tramuntana" jirreferi għal dawk it-tliet żoni) u għall-attivitajiet ta’ sajd, inkluż is-sajd rikreattiv, li jisfruttaw dawk l-istokkijiet.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi ta’ parir xjentifiku jew a’ talba mill-Istati Membri kkonċernati, li l-lista msemmija fl-Artikolu 2 jeħtieġ li tiġi emendata, hija tista’ tippreżenta proposta għall-emendar ta’ dik il-lista.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   Dan ir-Regolament jistipula wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-ispeċijiet kollha previsti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għajr l-istokkijiet diġà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  “stokkijiet demersali” tfisser dawk l-ispeċijiet ta’ ħut tond u pixxiċatt u l-iskampu li jgħixu fi jew qrib il-qiegħ tal-kolonna tal-ilma.
(1)  “stokkijiet demersali” tfisser dawk l-ispeċijiet ta’ ħut tond, pixxiċatt u kartilaġinuż, l-iskampu (Nephrops Norvegicus) u l-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) li jgħixu fi jew qrib il-qiegħ tal-kolonna tal-ilma.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)  “L-aqwa parir xjentifiku disponibbli” tfisser parir xjentifiku li jkun ġie rieżaminat mill-ICES jew mill-STECF u jkun sostnut mid-dejta l-aktar riċenti disponibbli u li jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
(1b)   “medda FMSY” tfisser medda kkalkolata mill-ICES li trendi mhux iktar minn tnaqqis ta’ 5 % fir-rendiment fuq tul ta’ żmien meta jitqabbelmar-rendiment massimu sostenibbli. Ir-regola rakkomandata tal-ICES, tindika li meta l-bijomassa ta' stokk riproduttiv tkun inqas mill-punt minimu ta’ referenza għall-bijomassa ta' stokk riproduttiv (MSY Btrigger), F għandu jitnaqqas għal valur li ma jaqbiżx limitu massimu ugwali għall-valur tal-punt FMSY immultiplikat bil-bijomassa ta' stokk riproduttiv fis-sena TAC, diviż bil-MSY Btrigger.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
(1c)   “MSY Flower” u “MSY Fupper” ifissru l-valur l-aktar baxx u l-ogħla valur fil-medda tal-FMSY.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  "Grupp 1" tfisser stokkijiet demersali li għalihom il-miri bħall-meded FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-bijomassa huma stabbiliti f’dan il-pjan kif ġej:
(2)  tfisser stokkijiet demersali li għalihom il-miri bħall-meded FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-bijomassa huma stabbiliti f’dan il-pjan, kif elenkat fl-Annessi I u II, kif ġej:
(a)  Bakkaljaw (Gadus morhua) fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Kanal tal-Lvant, Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bakkaljaw tal-Baħar tat-Tramuntana;
(a)  Bakkaljaw (Gadus morhua) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjonijiet VIId (il-Kanal tal-Lvant) u IIIa Punent (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bakkaljaw fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent;
(b)  Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Punent tal-Iskozja, Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merluzz tal-linja sewda;
(b)  Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjonijiet VIa (il-Punent tal-Iskozja) u IIIa Punent (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merluzz tal-linja sewda fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent;
(c)  Barbun tat-Tbajja' (Pleuronectes platessa) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjoni IIIa (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Barbun tat-Tbajja' tal-Baħar tat-Tramuntana;
(c)  Barbun tat-Tbajja' (Pleuronectes platessa) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjoni IIIa (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Barbun tat-Tbajja' fis-Subżona IV u d-Diviżjoni IIIa;
(d)  Il-Pollakkju Iswed (Pollachius virens) fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni  IIIa (il-Baħar tat-Tramuntana, Rockall u l-Punent tal-Iskozja, Skagerrak u Kattegat), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-pollakkju iswed;
(d)  Il-Pollakkju Iswed (Pollachius virens) fis-Subżoni IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u VI (il-Punent tal-Iskozja u Rockall) u fid-Diviżjoni IIIa (Skagerrak u Kattegat), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-pollakkju iswed fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni IIIa;
(e)  Lingwata (Solea solea) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata tal-Baħar tat-Tramuntana;
(e)  Lingwata (Solea solea) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata fis-Subżona IV;
(f)  Lingwata (Solea solea) fid-Diviżjoni IIIa u fis-Subdiviżjonijiet 22-24 (Skagerrak u Kattegat, il-Baħar Baltiku tal-Punent), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata tal-Kattegat;
(f)  Lingwata (Solea solea) fid-Diviżjoni IIIa (Skagerrak u Kattegat) u fis-Subdiviżjonijiet 22-24 (il-Baħar Baltiku tal-Punent), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata fid-Diviżjoni IIIa u s-Subdiviżjonijiet 22-24;
(g)  Merlangu (Merlangius merlangus) fis-Subżona IV u fid-Diviżjoni VIId (il-Baħar tat-Tramuntana u l-Kanal Ingliż tal-Lvant), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merlangu tal-Baħar tat-Tramuntana.
(g)  Merlangu (Merlangius merlangus) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u fid-Diviżjoni VIId (il-Kanal Ingliż tal-Lvant), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merlangu fis-Subdiviżjoni IV u d-Diviżjoni VIId;
(ga)  Petriċa Kbira (Lophius piscatorius) fid-Diviżjoni IIIa (Skagerrak u Kattegat) u s-Subżoni IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u VI (il-Punent tal-Iskozja u Rockall);
(gb)  Gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-Diviżjonijiet IVa tal-Lvant u IIIa.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex temenda l-lista ta’ stokkijiet fil-Grupp 1, kif stabbilit fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt u fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja
(3)  “Grupp 2” tfisser l-unitajiet funzjonali (FU) tal-iskampu (Nephrops norvegicus) li għaliha l-miri bħall-meded tal-FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-abbundanza huma stabbiliti f’dan il-pjan li jikkonsisti fi:
(3)  “Grupp 2” tfisser l-unitajiet funzjonali (FU) tal-iskampu (Nephrops norvegicus) li għaliha l-miri bħall-meded tal-FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-abbundanza huma stabbiliti f’dan il-pjan, kif stipulat fl-Annessi I u II, li jikkonsisti fi:
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
(8a)   L-istokkijiet ikkonċernati għandhom jiġu emendati biss fuq il-bażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
10.  "MSY Btrigger" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta' ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY fit-tul;
10.  "MSY Btrigger" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta' ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli fit-tul;
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
(10a)   "Sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b’mod partikolari billi jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirrestawra u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.
1.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b’mod partikolari billi jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, kif ukoll jikkontribwixxi għal livell tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu minn attivitajiet tas-sajd, bil-kunsiderazzjoni ta' aspetti soċjoekonomiċi, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa’ jġib għall-istat li kienu u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Ir-rata tal-qbid li tippermetti r-rendiment massimu sostenibbli għandha tinkiseb kemm jista’ jkun malajr u taħt kwalunkwe ċirkostanza, b’mod gradwali u inkrementali għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mill-2020 u minn dakinhar ’il quddiem. Għall-istokkijiet li għalihom ma hemm ebda parir xjentifiku jew dejta disponibbli, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawn il-miri jiżguraw il-konservazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati tal-inqas f’livell komparabbli mal-miri għar-rendiment massimu sostenibbli.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Il-pjan għandu jimplimenta approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiġi żgurat li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar jiġu minimizzati. Għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-objettiv tal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.
3.  Il-pjan għandu jimplimenta approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiġi żgurat li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, b’mod partikolari l-ħabitats mhedda u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar u t-tjur tal-baħar, jiġu minimizzati. Il-pjan għandu jikkomplementa u jkun konsistenti mal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd kif definit f'punt 9 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-objettiv tal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u mal-miri u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. Barra minn hekk, il-pjan għandu jipprevedi miżuri mfassla biex itaffu impatti soċjoekonomiċi negattivi u jippermetti lill-operaturi jiksbu aktar viżibbiltà ekonomika fuq terminu ta’ żmien twil.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Il-pjan għandu jikkontribwixxi biex jiġi żgurat li stokkijiet ġestiti b'mod konġunt ma’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġu ġestiti f’konformità mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u li l-opportunitajiet totali tas-sajd ma jaqbżux il-meded stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.   Il-pjan għandu jieħu kont tar-relazzjonijiet bilaterali tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi. Ftehimiet bilaterali ġejjiena ma’ pajjiżi terzi għandhom jieħdu kont tal-pjan.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b
(b)  jikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħrajn li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b’mod proporzjonali mar-rwol li s-sajd kellu fl-issodisfar tagħhom.
(b)  jissodisfa deskritturi rilevanti oħrajn li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b’mod proporzjonali mar-rwol li s-sajd kellu fl-issodisfar tagħhom.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-miżuri kollha fil-pjan għandhom jittieħdu fuq il-bażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli f’konformità mal-punt 1a tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. L-aqwa parir xjentifiku disponibbli għandu jiġi rieżaminat mill-ICES jew mill-STECF sal-mument li fih dawn il-mużuri jiġu proposti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 4, 5, 6 u 18 ta’ dan ir-Regolament, u mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-mira tal-mortalità mis-sajd għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020 għall-istokkijiet fil-Gruppi 1 u 2, u għandha tinżamm minn dakinhar ’il quddiem fil-meded stabbiliti fl-Anness I.
1.  Il-mira tal-mortalità mis-sajd għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020 għall-istokkijiet fil-Gruppi 1 u 2, u għandha tinżamm minn dakinhar ’il quddiem fil-meded stabbiliti fl-Anness I u għandha tkun konformi mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3(1).
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Bi qbil mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mira tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna A fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2.  Bi qbil mal-Artikolu 16(4) u mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi u mal-miri stipulati fil-pjan u mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mira tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna A fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd minn dawk stipulati fil-kolonna A fl-Anness I.
3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd minn dawk stipulati fl-Anness I.
Emendi 83 u 99
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk jistgħu jiġu ffissati skont il-meded tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna B fl-Anness I, sakemm l-istokk ikkonċernat ikun ogħla mil-punt minimu ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva stabbilit fil-kolonna A fl-Anness II:
imħassar
(a)  jekk, abbażi ta' parir xjentifiku jew ta' evidenza, ikun meħtieġ għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ ta' sajd imħallat;
(b)  jekk, abbażi ta' parir xjentifiku jew ta' evidenza, ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil stokk ikkawżat minn dinamiċi fl-istokkijiet ta' speċijiet imħalltin bejniethom jew ma' speċijiet oħra; jew
(c)  sabiex jiġu llimitati l-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi għal mhux aktar minn 20 %.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   L-opportunitajiet tas-sajd għandhom fi kwalunkwe każ jiġu ffissati b’tali mod li tkun żgurata probabbiltà iċken minn 5 % li l-bijomassa ta' stokk riproduttiv tal-istokk taqa' taħt il-punt ta' referenza ta' limitu tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv(Blim) stipulat b’mod partikolari fl-Anness II, kolonna B.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.   Meta, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Kummissjoni tqis li l-meded ta’ mortalità mis-sajd stipulati fl-Anness I ma jesprimux iżjed b’mod korrett l-objettivi tal-pjan, il-Kummissjoni tista’, bħala kwistjoni ta’ urġenza, tippreżenta proposta għall-emenda ta’ dawk il-meded.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-Gruppi 3 u 4 għandhom ikunu konsistenti mal-parir xjentifiku relatat mar-rendiment massimu sostenibbli.
1.  L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-Gruppi 3 u 4 għandhom ikunu konsistenti mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli relatat mar-rendiment massimu sostenibbli.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku dwar ir-rata ta' mortalità mis-sajd konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu konsistenti mal-parir xjentifiku biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet f’konformità mal-approċċ prekawzjonarju.
2.  Fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku u dejta dwar ir-rata ta' mortalità mis-sajd konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli, opportunitajiet tas-sajd u miżuri għandhom jiġu deċiżi f’konformità mal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd kif definit f'punt 8 tal-Artikolu (4)(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u mal-miri stipulati fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
L-istokkijiet tal-Grupp 5 għandhom jiġu ġestiti abbażi tal-approċċ prekawzjonarju f’konformità mal-pariri xjentifiċi.
L-istokkijiet tal-Grupp 5 għandhom jiġu ġestiti abbażi tal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u f’konformita mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u mal-miri stipulati fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament. In-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata m’għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri ta' ġestjoni biex jiġu kkonservati r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Meta l-pariri xjentifiċi jindikaw li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva tal-istokk ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet fil-Grupp 1 ikun taħt l-MSY Btrigger jew li l-abbundanza ta’ xi waħda mill-unitajiet funzjonali fil-Grupp 2 tkun taħt l-Abundancebuffer stipulat fil-kolonna A fl-Anness II, għandhom jiġu adottati l-miżuri rimedjali kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-istokk jew l-unità funzjonali kkonċernati jirritornaw għal-livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f'livelli konsistenti mal-mortalità mis-sajd, waqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa jew l-abbundanza, li tonqos taħt il-medda stipulata fil-kolonna A fl-Anness I.
1.  Meta l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli jindikaw li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva tal-istokk ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet fil-Grupp 1 ikun taħt l-MSY Btrigger jew li l-abbundanza ta’ xi waħda mill-unitajiet funzjonali fil-Grupp 2 tkun taħt l-Abundancebuffer stipulat fil-kolonna A fl-Anness II, għandhom jiġu adottati l-miżuri rimedjali kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-istokk jew l-unità funzjonali kkonċernati jirritornaw għal-livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f'livelli konsistenti mal-mortalità mis-sajd, waqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa jew l-abbundanza, li tonqos taħt il-medda stipulata fil-kolonna A fl-Anness I bi proporzjon mat-tnaqqis fil-bijomassa, b’segwitu għar-regola rakkomandata tal-ICES. Hawnhekk għandha tapplika r-regola rakkomandata tal-ICES imsemmija fil-punt 1b tal-Artikolu 2.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-Blim jew l-abbundanza ta’ kwalunkwe waħda mill-unitajiet funzjonali tal-iskampu tkun taħt l-Abundancelimit kif stipulat fil-kolonna B fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu miżuri rimedjali ulterjuri sabiex jiġi żgurat ir-ritorn rapidu tal-istokk jew unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla mil-livell li jista’ jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, dawk il-miżuri rimedjali għandhom jinkludu, b’deroga mill-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 4, is-sospensjoni tas-sajd immirat għall-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis adegwat tal-opportunitajiet tas-sajd.
2.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-Blim jew l-abbundanza ta’ kwalunkwe waħda mill-unitajiet funzjonali tal-iskampu tkun taħt l-Abundancelimit kif stipulat fil-kolonna B fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu miżuri rimedjali ulterjuri sabiex jiġi żgurat ir-ritorn rapidu tal-istokk jew unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla mil-livell li jista’ jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, dawk il-miżuri rimedjali għandhom jinkludu, b’deroga mill-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 4, is-sospensjoni tas-sajd immirat għall-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis adegwat tal-opportunitajiet tas-sajd.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li għal sena partikolari l-bijomassa ta' stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet f’dan ir-Regolament tkun taħt l-MSY Btrigger, għandhom jiġu adottati l-miżuri rimedjali kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-istokk jirritorna għal-livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, u r-rata tal-mortalità mis-sajd għandha titnaqqas fuq bażi lineari bi proporzjon mat-tnaqqis fil-bijomassa f’konformità mar-regola rakkomandata tal-ICES. Hawnhekk tapplika r-regola rakkomandata tal-ICES imsemmija fil-punt 1b tal-Artikolu 2.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet f'dan ir-Regolament tkun taħt il-Blim jew limitu korrispondenti ieħor, għandhom jiġu adottati miżuri rimedjali, sabiex jiġi żgurat li l-istokk jirritorna għal livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, il-miżuri rimedjali jistgħu jinkludu tnaqqis xieraq fl-opportunitajiet tas-sajd jew is-sospensjoni tal-attività tas-sajd immirata tal-istokk.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2c (ġdid)
2c.   Il-miżuri rimedjali msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jinkludu:
(a)  miżuri ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(b)  miżuri skont l-Artikoli 11 u 11a ta’ dan ir-Regolament.
L-għażla tal-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għandha ssir f’konformità man-natura, is-serjetà, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tas-sitwazzjoni fejn il-bijomassa ta’ stokk riproduttiv tkun taħt il-livelli msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – titolu
Miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni għall-Gruppi 3 sa 7
Miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Meta l-parir xjentifiku jindika li tkun meħtieġa azzjoni rimedjali biex tkun żgurata l-konservazzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet demersali tal-Gruppi 3 sa 7, jew meta l-bijomassa riproduttiva ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet fil-Grupp 1 jew l-abbundanza ta' kwalunkwe waħda mill-unitajiet funzjonali fil-Grupp 2 għal sena partikolari tkun taħt il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna A fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward ta':
Meta l-parir xjentifiku jindika li tkun meħtieġa azzjoni addizzjonali biex jiġi żgurat li kwalunkwe sajd li għalih japplika dan ir-Regolament jiġi ġestit f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Minkejja l-Artikolu 18(1) u (3), il-Kummissjoni tista tadotta atti delegati fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni konġunta msemmija f'dawk il-paragrafi. Dawn l-atti delegati għandhom jinkludu miżuri rigward:
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari d-daqs tal-malja, id-daqs tas-sunnara, il-bini tal-irkaptu, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta’ tagħmir ta’ selettività, sabiex tkun żgurata jew imtejba s-selettività;
(a)  id-definizzjoni tal-karatteristiċi u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari d-daqs tal-malja, id-daqs tas-sunnara, il-bini tal-irkaptu, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta’ tagħmir ta’ selettività, sabiex tkun żgurata jew imtejba s-selettività, b’mod partikolari bil-ħsieb li jitnaqqsu qabdiet aċċessorji mhux mixtieqa;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
L-identifikazzjoni taż-żoni ta’ riproduzzjoni u taż-żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet
Sa mhux aktar tard mill-2020, l-Istati Membri għandhom jindikaw żoni ta’ riproduzzjoni u żoni li għalihom hemm evidenza ċara li dawn iż-żoni għandhom konċentrazzjonijiet għolja ta’ ħut taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, u għandhom jabbozzaw rakkomandazzjonijiet konġunti f’konformità mal-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu stabbiliti żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – titolu
Total tal-qabdiet permessibbli
Opportunitajiet tas-sajd
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-Istati Membri għandhom iqisu kriterji oġġettivi u trasparenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta jallokaw il-kwoti.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   L-Istati Membri għandhom jippermettu l-iskambju ta’ kwoti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta ta’ stokkijiet ma’ pajjiżi terzi.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, it-TAC għall-istokk tal-iskampu fiż-żoni IIa u IV tal-ICES għandha tkun is-somma tal-limiti tal-qbid tal-unitajiet funzjonali u tar-rettangoli statistiċi barra mill-unitajiet funzjonali.
2.  Għall-istokk tal-iskampu fiż-żoni IIa u IV tal-ICES, għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-qbid għal kull unità funzjonali u TAC konġunt għar-rettangoli statistiċi barra mill-unitajiet funzjonali.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
L-impatt tas-sajd rikreattiv
1.  Id-dejta kollha disponibbli dwar il-qabdiet minn attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għandha tiġi eżaminata sabiex jiġi vvalutat l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-istokkijiet ta’ speċijiet regolati.
2.  Il-Kunsill għandu jikkunsidra l-valutazzjoni prevista fl-ewwel paragrafu. Għal dawk l-istokkijiet li għalihom il-qabdiet rikreattivi huma meqjusa bħala sinifikanti, il-Kunsill għandu, meta jistabbilixxi opportunitajiet ta’ sajd, jieħu kont tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv billi, inter alia:
(a)  jikkunsidra s-somma ta’ stimi ta’ qabdiet minn sajd rikreattiv, li jkunu ġejjin mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli, u l-aqwa parir xjentifiku disponibbli dwar opportunitajiet ta’ sajd kummerċjali bħala qabda totali li tikkorrispondi għar-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-mira;
(b)  jimponi restrizzjonijiet fuq is-sajd rikreattiv, inklużi limiti tal-priżi ta’ kuljum u staġuni magħluqa; jew
(c)  mezzi oħra li jitqiesu xierqa.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – titolu
Dispożizzjonijiet marbuta mal-obbligu tal-ħatt l-art għall-Gruppi 1 sa 7
Dispożizzjonijiet marbuta mal-obbligu tal-ħatt l-art
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a
(a)  eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li l-evidenza xjentifika għalihom turi rati għolja ta’ sopravivenza, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll
(a)  eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li għalihom l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri rati għolja ta’ sopravivenza, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c
(c)  dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b’mod partikolari għall-fini ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll
(c)  dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b’mod partikolari għall-fini ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi billi tiġi żgurata konformità sħiħa mal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-miżuri stipulati fl- ewwel paragrafuta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber u tal-ħut riproduttiv.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Miżuri tekniċi
1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin:
(a)  speċifikazzjonijiet ta’ karatteristiċi ta’ rkapti tas-sajd u regoli għall-użu tagħhom, biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, biex jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa jew biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;
(b)  speċifikazzjonijiet ta’ modifiki jew apparati addizzjonali mal-irkapti tas-sajd, biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, biex jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa jew biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;
(c)  limitazzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti rkapti tas-sajd u fuq attivitajiet tas-sajd, f’ċerti żoni jew perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv, il-ħut taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew l-ispeċijiet tal-ħut mhux fil-mira, jew sabiex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; kif ukoll
(d)  l-iffissar ta’ daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħut tal-organiżmi tal-baħar li jkun għadu qed jikber.
2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri li għandhom interess dirett jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-ewwel darba f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sa mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad tnax-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 17. Huma jistgħu wkoll jissottomettu tali rakkomandazzjonijiet meta jqisu li jkunu meħtieġa, b’mod partikolari fil-każ ta’ tibdil f’daqqa fis-sitwazzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti fir-rigward tal-miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikolari għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju tas-sena preċedenti.
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri li għandhom interess dirett jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-ewwel darba f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sa mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad tnax-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 17. Huma jistgħu wkoll jissottomettu tali rakkomandazzjonijiet meta jqisu li jkunu meħtieġa, b’mod partikolari fil-każ ta’ tibdil f’daqqa fis-sitwazzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti fir-rigward tal-miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikolari għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju tas-sena preċedenti.
Minkejja l-Artikolu 18(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati anki fin-nuqqas ta’ rakkomandazzjoni konġunta kif imsemmi f’dawk il-paragrafi.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
Sa mhux inqas minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u wara dan kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u s-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet. Hija għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Sa mhux inqas minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u wara dan kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u s-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet, kif ukoll sa liema punt l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, inkluż l-irkupru ta’ stokkijiet tal-ħut ’il fuq minn livelli kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u l-progress lejn status ambjentali tajjeb. Hija għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni tista’ tirrapporta, fejn dan jitqies meħtieġ, f’data aktar bikrija.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u dwar is-sitwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fl-ibħra u għall-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament, kmieni kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tar-regolament annwali li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jkun anness mar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Dan ir-rapport għandu jkun fih:
(a)  il-parir xjentifiku komprensiv li abbażi tiegħu ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll
(b)  ġustifikazzjoni xjentifika li turi li l-opportunitajiet tas-sajd iffissati huma f’konformità mal-objettivi u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-miri ta’ mortalità tal-ħut.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 18a (ġdid)
Artikolu 18a
Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Miżuri ta’ waqfien temporanju adottati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju ta’ attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
(Dan l-Artikolu għandu jidher fil-Kapitolu X)
Emenda 85
Proposta għal regolament
Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

1.  Grupp 1

Stokk

Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)

Kolonna A

Kolonna B

Bakkaljaw tal-Baħar tat-Tramuntana

0.22  – 0.33

0.33  – 0.49

Merluzz tal-linja sewda

0.25  – 0.37

0.37  – 0.52

Barbun tat-tbajja' tal-Baħar tat-Tramuntana

0.13  – 0.19

0.19  – 0.27

Pollakkju iswed

0.20  – 0.32

0.32  – 0.43

Lingwata tal-Baħar tat-Tramuntana

0.11  – 0.20

0.20  – 0.37

Lingwata tal-Kattegat

0.19  – 0.22

0.22  – 0.26

Merlangu tal-Baħar tat-Tramuntana

Mhux definit

Mhux definit

2.  Grupp 2

Unità funzjonali tal-iskampu (FU)

Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY) (bħala r-rata tal-ħsad)

Kolonna A

Kolonna B

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4

0.056  – 0.079

0.079  – 0.079

Farn Deeps FU 6

0.07  – 0.081

0.081  – 0.081

Fladen Ground FU 7

0.066  – 0.075

0.075  – 0.075

Firth of Forth FU 8

0.106  – 0.163

0.163  – 0.163

Moray Firth FU 9

0.091  – 0.118

0.118  – 0.118

Emenda

1.  Grupp 1

Il-figuri fit-tabella ġejjin mir-Rikjesta ta' Parir Speċjali l-aktar reċenti tal-ICES, fejn "L-UE tirrikjedi li l-ICES jipprovdi l-meded FMSY għall-istokkijiet magħżula tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku"

STOKK

Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)

Bakkaljaw fis-Subżona IV u fid-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent

FMSY lower - FMSY

 

Merluzz tal-linja sewda fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent

FMSY lower - FMSY

 

Barbun tat-tbajja' fis-Subżona IV u d-Diviżjoni IIIa

FMSY lower - FMSY

 

Pollakkju iswed fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni IIIa

FMSY lower - FMSY

 

Lingwata fis-Subżona IV

FMSY lower - FMSY

 

Lingwata fid-Diviżjoni IIIa u s-Subdiviżjonijiet 22-24

FMSY lower - FMSY

 

Merlangu fis-Subżona IV u d-Diviżjoni VIId

FMSY lower - FMSY

 

Petriċa kbira fid-Diviżjoni IIIa u s-Subżoni IV u VI

FMSY lower - FMSY

 

Gamblu tat-Tramuntana fid-Diviżjonijiet IVa il-Lvant u IIIa

FMSY lower - FMSY

 

2.  Grupp 2

Il-figuri fit-tabella ġejjin mir-Rikjesta ta' Parir Speċjali l-aktar reċenti tal-ICES, fejn "L-UE tirrikjedi li l-ICES jipprovdi l-meded FMSY għall-istokkijiet magħżula tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku"

Unità funzjonali tal-iskampu (FU)

Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY) (bħala r-rata tal-ħsad)

 

Kolonna A

 

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4

FMSY lower - FMSY

 

Farn Deeps FU 6

FMSY lower - FMSY

 

Fladen Ground FU 7

FMSY lower - FMSY

 

Firth of Forth FU 8

FMSY lower - FMSY

 

Moray Firth FU 9

FMSY lower - FMSY

 

Emenda 77
Proposta għal regolament
Anness II
Anness II
Anness II
Punti ta' referenza għall-konservazzjoni
Punti ta' referenza għall-konservazzjoni
(kif imsemmi fl-Artikolu 7)
(kif imsemmi fl-Artikolu 7)
1.  Grupp 1
1.  Grupp 1
STOKK
Punt ta’ referenza minimu ta’ bijomassa ta' stokk riproduttiv (f’tunnellati) (MSY Btrigger)
Punt ta’ referenza tal-limitu tal-bijomassa (f’tunnellati) (Blim)

STOKK
Punt ta’ referenza minimu ta’ bijomassa ta’ stokk riproduttiv (f’tunnellati) (MSY Btrigger)
Punt ta’ referenza tal-limitu tal-bijomassa (f’tunnellati) (Blim)




Kolonna A
Kolonna B

Bakkaljaw tal-Baħar tat-Tramuntana
165 000
118 000

Bakkaljaw fis-Subżona IV u fid-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent
165 000
118 000

Merluzz tal-linja sewda
88 000
63 000

Merluzz tal-linja sewda fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent
88 000
63 000

Barbun tat-tbajja tal-Baħar tat-Tramuntana
230 000
160 000

Barbun tat-tbajja’ fis-Subżona IV u d-Diviżjoni IIIa
230 000
160 000

Pollakkju iswed
200 000
106 000

Pollakkju iswed fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni IIIa
150 000
106 000

Lingwata tal-Baħar tat-Tramuntana
37 000
26 300

Lingwata fis-Subżona IV
37 000
26 300

Lingwata tal-Kattegat
2 600
1 850

Lingwata fid-Diviżjoni IIIa u s-Subdiviżjonijiet 22-24
2 600
1 850

Merlangu tal-Baħar tat-Tramuntana
Mhux definit
Mhux definit

Merlangu fis-Subżona IV u d-Diviżjoni VIId
Mhux definit
Mhux definit





Petriċa kbira fid-Diviżjoni IIIa u s-Subżoni IV u VI
Mhux definit
Mhux definit





Gamblu tat-Tramuntana fid-Diviżjonijiet IVa il-Lvant u IIIa
Mhux definit
Mhux definit

2.  Grupp 2
2.  Grupp 2
Unità funzjonali tal-iskampu (FU)
Punt ta’ referenza ta’ abbundanza minimu (f’miljuni) (Abundancebuffer)
Punt ta’ referenza limitu ta’ abbundanza (f’miljuni) (Abundancelimit)

Unità funzjonali tal-iskampu (FU)
Punt ta’ referenza ta’ abbundanza minimu (f’miljuni) (Abundancebuffer)
Punt ta’ referenza limitu ta’ abbundanza (f’miljuni) (Abundancelimit)




Kolonna A
Kolonna B

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4
NA
NA

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4
NA
NA

Farn Deeps FU 6
999
858

Farn Deeps FU 6
999
858

Fladen Ground FU 7
3 583
2 767

Fladen Ground FU 7
3 583
2 767

Firth of Forth FU 8
362
292

Firth of Forth FU 8
362
292

Moray Firth FU 9
262
262

Moray Firth FU 9
262
262

Emenda 78
Proposta għal regolament
Anness IIa (ġdid)
Anness II a
Speċijiet ipprojbiti
(a)   Raja tal-kwiekeb (Amblyraja radiata);
(b)   l-ispeċijiet li ġejjin ta’ pixxisega:
(i)   il-pixxisega rqiqa (Anoxypristis cuspidata);
(ii)   il-pixxisega nana (Pristis clavata);
(iii)   il-pixxiserrieq (Pristis pectinata);
(iv)   il-pixxisega businna (Pristis pristis);
(v)   il-pixxisega ħadra (Pristis zijsron);
(c)   il-gabdoll (Cetorhinus maximus) u l-kelb il-baħar abjad (Carcharodon carcharias);
(d)   ir-rebekkin skur (Diptrus batis) ir-rebekkin skur kumpless (Dipturus cf. flossada u Dipturus cf. intermedia);
(e)   il-mazzola tal-fanal minuri (Etmopterus pusillus) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona IV tal-ICES u d-Diviżjoni IIIa tal-ICES;
(f)   ir-raja manta tal-iskoll (Manta alfredi);
(g)   ir-raja manta ġiganta (Manta birostris);
(h)   l-ispeċijiet li ġejjin ta' raj tal-qrun:
(i)   il-baqra (Mobula mobular);
(ii)   raja tal-qrun minuri tal-Ginea (Mobula rochebrunei);
(iii)   il-mobula denbha xewka (Mobula japanica);
(iv)   il-mobula denbha lixx (Mobula thurstoni);
(v)   il-mobula qrunha twal (Mobula eregoodootenkee);
(vi)   ir-raja tal-qrun ta’ Munk (Mobula munkiana);
(vii)   ir-raja tal-qrun taċ-Ċilì (Mobula tarapacana);
(viii)   ir-raja tal-qrun tal-ġewnaħ qasir (Mobula kuhlii);
(ix)   ir-raja tal-qrun minuri (Mobula hypostoma);
(i)   ir-raja tal-fosos (Raja clavata) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIIa tal-ICES;
(j)   il-guitarfishes (Rhinobatidae);
(k)   l-ixkatlu komuni (Squatina squatina);
(l)   is-salamun (Salmo salar) u t-trota tal-baħar (Salmo trutta) meta s-sajd isir bi kwalunkwe xibka rmunkata fl-ilmijiet ’il barra mil-limitu ta’ sitt mili mkejjel mil-linji bażi tal-Istati Membri fis-subżoni II u IV tal-ICES (ilmijiet tal-Unjoni);
(m)   l-awwista tal-ilma ħelu, femminili mimlija bil-bajd (Palinuridae spp.) u l-awwista Ewropea femminili mimlija bil-bajd (Homarus gammarus) ħlief meta użati għal skopijiet ta’ stokkjar mill-ġdid jew trapjantar diretti.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0263/2017).

Avviż legali